ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 051I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
20 ta' Frar 2023

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/378 tal-20 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

1

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/379 tal-20 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

13

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/380 tal-20 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

27

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/381 tal-20 ta’ Frar 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

36

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 51/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/378

tal-20 ta’ Frar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Fil-25 ta’ Lulju 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni tal-mexxejja favur id-demokrazija u tal-oppożizzjoni fil-Myanmar/Burma. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li dawn l-eżekuzzjonijiet motivati politikament jirrappreżentaw pass ieħor lejn iż-żarmar sħiħ tal-istat tad-dritt u ksur sfaċċat ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(3)

L-Unjoni hija mħassba ħafna dwar l-eskalazzjoni kontinwa tal-vjolenza u l-evoluzzjoni lejn kunflitt fit-tul b’implikazzjonijiet reġjonali. L-Unjoni tikkundanna l-ksur gravi kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru, it-tkomplija tal-persekuzzjoni tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti, u l-attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, inkluż il-minoranzi etniċi u reliġjużi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

(4)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe progress rapidu fis-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, l-Unjoni esprimiet diversi drabi r-rieda tagħha li tadotta aktar miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(5)

Minħabba s-sitwazzjoni gravi li għadha tippersisti fil-Myanmar/Burma, disa’ persuni u seba’ entitajiet jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)   ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista bl-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“85.

Aung Hlaing Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 11.6.1977;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/LaMaTa(Nine)025897

Aung Hlaing Oo ilu l-President ta’ Myanmar Chemical and Machinery (MCM) Company Limited u sussidjarji oħrajn minn meta waqqaf il-kumpanija fl-2001.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra l-popolazzjoni tagħhom stess fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-presidenza tiegħu tal-MCM, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż fl-2019 u fl-2020. Huwa ħa sehem ukoll f’delegazzjonijiet għall-akkwist ta’ armi għall-militar tal-Myanmar, fosthom f’Ġunju 2021. Tali materjal, inkluż ħelikopters u spare parts għal inġenji tal-ajru, jintużaw fil-bumbardament ta’ persuni ċivili f’diversi Stati u reġjuni.

Aung Hlaing Oo għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala President tal-MCM, Aung Hlaing Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż fl-Istat ta’ Rakhine. Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Barra minn hekk, Aung Hlaing Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

86.

Sit Taing Aung

(magħruf ukoll bħala Sitt Taing Aung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13.11.1971;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/YaKaNa(n)006213

Sit Taing Aung kien id-Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company u Suntac Group of Companies bejn it-twaqqif ta’ dawn il-kumpaniji u l-għeluq tagħhom f’Novembru 2021. Sit Taing Aung kompla l-attivitajiet tiegħu wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu kif ukoll ir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra persuni ċivili, inkluż il-bumbardament tal-iskejjel. Permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company li issa ngħalqet, huwa rrappreżenta sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari.

Sit Taing Aung għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju għall-Forzi Armati tal-Myanmar u hemm riskju li ser jibqa’ jagħmel hekk fil-futur. Bħala Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company, Sit Taing Aung ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk ta appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Sit Taing Aung huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

87.

Kyaw Min Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.1.1982;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 14/MaMaKa(N)140703

Kyaw Min Oo ilu d-Direttur ta’ Sky Aviator mill-2014 meta waqqaf il-kumpanija. Din wettqet attivitajiet wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Minħabba l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu, ta appoġġ għall-vjolenza tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar ta’ armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-kontroll tiegħu ta’ Sky Aviator, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż spare parts li permezz tagħhom l-inġenji tal-ajru militari jkunu jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet immirati lejn żoni b’popolazzjoni ċivili.

Kyaw Min Oo għaldaqstant kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala Direttur ta’ Sky Aviator, Kyaw Min Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk appoġġa azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Kyaw Min Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi tal-ġunta preċedenti u attwali, inkluż il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing, li huwa elenkat mill-UE.

20.2.2023

88.

Moe Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ammirall

L-Ammiral Moe Aung huwa l-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali fil-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), assoċjat mill-qrib mal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat tar-reġim inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win u l-Gvern.

Moe Aung jieħu sehem ukoll fil-governanza tal-entità elenkata mill-UE MEHL, konglomerat li huwa proprjetà tal-militar li jipprovdi ‘riżorsi ekonomiċi u materjali lill-militar li jiffaċilitaw l-azzjonijiet tagħhom. Taħt l-awtorità tiegħu u f’kooperazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, ġew ittrasportati suldati u armi permezz ta’ dgħajjes/bastimenti lejn il-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż permezz tal-passaġġi fuq l-ilma.

Bħala membru ta’ grad għoli tar-reġim militari, Moe Aung għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tagħti appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

89.

Maung Maung Aye

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ġeneral

Il-Ġeneral Maung Maung Aye huwa l-Kap tal-Istat Maġġur għall-armata, il-forza navali u l-forza tal-ajru tal-Myanmar. Dan huwa t-tielet l-aktar rwol għoli fil-militar tal-Myanmar. F’din il-pożizzjoni, Maung Maung Aye jifforma parti mir-reġim, li ħataf il-poter u neħħa lill-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma fi Frar 2021.

Huwa qed jieħu sehem attiv fix-xiri ta’ armi mir-Russja. Barra minn hekk, huwa jgħin ukoll biex tissaħħaħ il-pożizzjoni internazzjonali tal-Forzi Armati tal-Myanmar permezz ta’ laqgħat ma’ kontropartijiet minn pajjiżi oħra.

Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tagħti appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

90.

Myo Myint Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Logutenent Kurunell

Il-Logutenent Kurunell Myo Myint Aung ilu l-Ministru Ekonomiku tar-Reġjun ta’ Yangon tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mit-2 ta’ Settembru 2022. Bħala l-Ministru tar-Reġjun ta’ Yangon, huwa involut direttament fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reġjun ta’ Yangon, u responsabbli għalih.

Barra minn hekk, qabel serva bħala Kmandant tar-Reklutaġġ Militari ta’ Yangon u Mħallef Militari mit-twaqqif tal-qrati militari sa Settembru 2022.

F’din il-kapaċità, huwa kien allegatament involut fil-proċess tas-sentenzi ta’ mewt u l-eżekuzzjoni ta’ erba’ attivisti tad-demokrazija f’Lulju 2022. Matul il-mandat tiegħu bħala Mħallef Militari, bosta membri tal-oppożizzjoni ngħataw sentenzi ta’ mewt u sentenzi ta’ ħabs.

Huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-kolp ta’ stat tal-2021 fil-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u bħala Kmandant tar-Reklutaġġ Militari u Mħallef Militari.

20.2.2023

91.

Zin Min Htet

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Zin Min Htet huwa l-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Huwa kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reġjun ta’ Yangon, u kien responsabbli għalih.

Zin Min Htet ħa post il-predeċessur tiegħu Than Hlaing fit-2 ta’ Mejju 2022, bħala Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Qabel kien l-Ajjutant Ġeneral Konġunt tal-militar (2019-2022). Huwa serva wkoll bħala kap tal-Università tal-Kompjuter u t-Teknoloġija tas-Servizzi tad-Difiża.

Bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar, huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija, filwaqt li kienu qed jaġixxu taħt l-awtorità tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, billi rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni, b’arresti u detenzjoni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u opponenti tal-kolp ta’ stat. Zin Min Htet huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

92.

Ko Ko Maung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa Kmandant Militari Reġjonali fl-Istat ta’ Kachin fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż. Qabel, serva bħala Kmandant Militari Reġjonali fin-Nofsinhar u ġie ttrasferit għall-Kmand tat-Tramuntana f’Awwissu 2022.

Bħala Kmandant Militari Reġjonali, Ko Ko Maung jissorvelja l-attakki mill-ajru, il-massakri, ir-raids, il-ħruq u l-użu ta’ tarki umani li jwettaq il-militar f’Kachin.

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

20.2.2023

93.

Myo Myint Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Myo Myint Oo ilu l-Ministru tal-Unjoni għall-Enerġija mill-5 ta’ Awwissu 2022. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari.

Taħt l-awtorità tiegħu, l-entità elenkata mill-UE Myanmar Oil and Gas Enterprise (MOGE) tiġġenera dħul għall-entità elenkata mill-UE Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u l-Myanmar Petroleum Enterprise, li għandha impriża konġunta ma’ Puma Energy (imsejħa NEPAS). Hija tinvolvi ruħha fl-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni inkluż għal inġenji tal-ajru tal-ġlied u inġenji tal-ajru militari oħra.

Bħala Ministru għall-Enerġija, huwa inkarigat li jippermetti l-investiment u l-kooperazzjoni ma’ sħab barranin fis-setturi taż-żejt u tal-gass, li joħloq dħul għall-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari u għall-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni għall-militar li jippermetti l-attakki militari mill-ajru kontra persuni ċivili.

Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom.

20.2.2023”;

(2)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista bl-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“12.

Myanmar Office of the Quarter Master General (Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-kwartieri)

Indirizz: Ministry of Defence, Building 24, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta’entità: pubblika;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar;

Myanmar Economic Corporation (MEC)

L-Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li huwa involut fl-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Bħala tali, l-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Huwa jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni tal-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li l-militar tal-Myanmar wettaq fuq il-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk ikkontribwixxa biex jitkattar iċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat tal-2021.

L-uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa involut ukoll fil-ġestjoni tal-assi ekonomiċi li jibbenefikaw lill-ġunta.

L-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa marbut ma’ diversi ċifri u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-kap kmandant il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing u l-Myanmar Economic Corporation (MEC).

20.2.2023

13.

Myanmar Directorate of Defense Industries (Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Shwedagon Pagoda Road, Yangon, Myanmar;

Tip ta’entità: intrapriża tal-Istat (SOE);

il-Logutenent Ġeneral Thein Htay;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar huwa intrapriża tal-istat (SOE) taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li taġixxi wkoll bħala l-unika entità tal-Myanmar inkarigata mill-produzzjoni tal-armi għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa mmexxi mil-Logutenent Ġeneral Thein Htay, membru tal-militar tal-Myanmar. Dan jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, ill-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, elenkat mill-UE, u huwa marbut ma’ diversi personalitajiet marbuta mal-militar jew maħtura mill-militar, bħall-kap kmandant u d-deputat tiegħu.

Bħala tali,id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk jaqdi rwol ewlieni fit-tkattir taċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

14.

Myanmar Directorate of Defense Procurement (Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Nay Pyi Taw, Myanmar;

Tip ta’ entità: dipartiment amministrattiv;

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li jaġixxi wkoll bħala entità tal-Myanmar inkarigata mill-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, u għalhekk huwa marbut ma’ diversi individwi u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing.

Bħala tali, id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk għandu rwol ewlieni biex jagħti spinta liċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

15.

Asia Sun Group

Entitajiet assoċjati oħra: Asia Sun Trading; Asia Sun Energy

Asia Sun Group huwa involut fil-katina tal-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni lill-militar. Il-grupp ta’ kumpaniji Asia Sun Group, permezz tas-sussidjarji tiegħu, Asia Sun Trading u Asia Sun Energy, huwa involut fl-importazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni. Asia Sun Trading kienet involuta mill-inqas darbtejn fl-2022 fl-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni mit-Tajlandja għall-użu mill-Forza tal-Ajru tal-Myanmar.

Ir-reġim militari tal-Myanmar attakka deliberatament u b’mod indiskriminat miri ċivili bl-użu ta’ ħelikopters, inġenji tal-ajru tal-ġlied u droni, u kkawża ħafna vittmi fost ir-residenti lokali fosthom tfal. Il-ġunta wettqet mill-inqas 268 attakk mill-ajru mmirati lejn il-popolazzjoni ċivili madwar il-Myanmar/Burma bejn Ottubru 2021 u Settembru 2022. L-attakki qatlu mill-inqas 155 persuna ċivili, darbu mill-inqas 190 u qerdu djar u binjiet reliġjużi.

Asia Sun Group għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

16.

Dynasty International Company Limited

(magħruf ukoll bħala Dynasty Group of Companies)

Indirizz: Waizayangdar Rd., no. 15, Ngwe Kyar Yan Quarter, South Okkalapa Township, Yangon Region, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: Aung Moe Myint (Sid);

Myo Thitsar (Direttur);

Indirizz elettroniku: dynastygroup@myanmar.com.mm

Dynasty International Company Limited hija kumpanija Burmiża li twaqqfet mis-sensar tal-armi Aung Moe Myint.

Intużat biex tiffaċilita l-kummerċ tal-armi f’isem il-militar tal-Burma, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru b’appoġġ għall-forza tal-ajru tal-Myanmar għal raids mill-ajru kontra rħula u infrastruttura ċivili.

Dynasty International Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

17.

International Gateways Group of Company Limited (IGG)

Indirizz: No. 19, Kyaik Wine Pagoda Road, Myaing Hay Wun Housing, 8-Mile, Mayangone, Yangon;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Naing Htut Aung (fundatur)

International Gateways Group of Company Limited (IGG) ikkontribwiet fondi lill-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar fl-2017, f’avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi għall-“operazzjonijiet ta’ tindif” ta’ Rakhine li saru mill-Kap Kmandant, Min Aung Hlaing. IGG għamlet riżorsi disponibbli direttament lir-Reġim tal-Myanmar jew għall-benefiċċju tiegħu.

Fl-2017, il-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar qatlu, stupraw u ttorturaw eluf ta’ Rohingya matul l-“operazzjonijiet ta’ tindif” ta’ Rakhine. 740 000 Rohingya ġew imġiegħla jitilqu mill-fruntiera għall-Bangladesh. Il-forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar ikkontribwew ukoll għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u repressjoni oħra tal-popolazzjoni ċivili fil-Myanmar/Burma. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-militar tal-Myanmar (it-Tatmadaw), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, organizza kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma.

Id-direttur tal-IGG Naing Htut Aung huwa figura ċentrali fil-kummerċ tal-armi tal-Myanmar li jiffaċilita l-kuntratti tal-forza tal-ajru u l-flotta navali mal-fornituri, b’mod partikolari fiċ-Ċina. IGG/Naing Htut Aung huma elenkati mill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fuq lista sewda ta’ negozji/sidien li allegatament jappoġġaw lill-militar permezz tal-kummerċ tal-armi.

IGG għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

18.

Sky Aviator Company Limited

Indirizz: No.(204/2), (14/1)Ward, Myinthar (11)th Street, Southokkalapa, Yangon, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Kyaw Min Oo (Direttur Maniġerjali)

Sky Aviator Company Limited hija kumpanija mwaqqfa minn Kyaw Min Oo.

Iffaċilitat ftehimiet ta’ armi f’isem il-militar Burmiż, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru. Taħt il-kontroll ta’ Kyaw Min Oo, Sky Aviator hija fornitur ewlieni ta’ partijiet ta’ inġenji tal-ajru militari lill-militar ta’ Burma. Mill-kolp ta’ stat ta’ Frar 2021, Sky Aviator irċeviet għadd ta’ konsenji ta’ armi minn entitajiet sanzjonati.

Sky Aviator Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023”.

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 51/13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/379

tal-20 ta’ Frar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li nnota dan kien wassal għal imwiet kif ukoll għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni spjegat ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi b’mod sever l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew.

(3)

F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ikkonfermat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li 32 persuna u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011:

Persuni

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“174.

ESMAEILI Mohammad Mehdi

محمد مهدی اسماعیلی

Data tat-twelid: 1975

Post tat-twelid: Kabudarahang, Hamedan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika

Entità assoċjata: Ministeru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Mohammad Mehdi Esmaeili huwa l-Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika.

Taħt l-awtorità tiegħu, il-Ministeru hedded lill-artisti/mużiċisti li ma jsegwux il-linja tal-gvern bi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u x-xogħol. Hu personalment u pubblikament hedded lill-produtturi tal-films li kienu ppubblikaw dikjarazzjoni fejn talbu lill-forzi tas-sigurtà biex iżommu lura kontra manifestanti paċifiċi b’arrest u projbizzjonijiet tax-xogħol. Għadd importanti ta’ artisti u ġurnalisti ġew arrestati fuq akkużi foloz minn meta sar Ministru, filwaqt li hemm indikazzjoni li t-theddid repressiv kien segwit b’atti repressivi. Esmaeili jaħdem ukoll biex tkompli titrażżan saħansitra aktar il-libertà tal-espressjoni billi attwalment qed imexxi abbozz ta’ liġi fil-Parlament li ser tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li titqies li hija kritika għar-reġim jew kwalunkwe rappurtaġġ li jitqies kritiku għar-reġim. Taħt l-awtorità ta’ Mohammad Mehdi Esmaeili u bl-approvazzjoni dikjarata tiegħu, bosta artisti, mużiċisti, produtturi ta’ films u ġurnalisti Iranjani ġew mhedda, arrestati u soġġetti għal proċeduri kriminali fuq akkużi foloz u l-libertà tal-espressjoni tagħhom ġiet ulterjorment imrażżna b’mod sinifikattiv.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

175.

NOURI Yousef

یوسف نوری

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Ilam, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Edukazzjoni

Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Iran; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Yousef Nouri ilu Ministru għall-Edukazzjoni tal-Iran minn Novembru 2021.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-edukazzjoni tal-istudenti Iranjani hija kontinwament allinjata mal-opinjonijiet tal-gvern u t-tagħlim tal-Ayatollah Chamenei. F’Settembru u Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà dehru jarrestaw studenti tal-iskola Iranjani għal involviment allegat tagħhom fil-protesti kontra l-ħiġab. Bħala Ministru għall-Edukazzjoni, Nouri huwa responsabbli għad-detenzjoni ta’ studenti f’faċilitajiet korrettivi. Nouri kkonferma li xi studenti tal-iskola diġà kienu ġew arrestati. Qal li ntbagħtu f’“istituzzjoni psikoloġiċi” li jżommu lill-istudenti biex “jirriformaw u jedukawhom mill-ġdid” sabiex tiġi evitata l-imġiba “antisoċjali”. Żied jgħid li l-istudenti setgħu jmorru lura l-iskola biss wara li jiġu “riformati”.

Minħabba li huwa responsabbli għad-detenzjoni arbitrarja tal-istudenti sabiex ireġġa’ lura l-opinjonijiet kontra l-gvern, Nouri jikser id-dritt bażiku tal-bniedem għall-edukazzjoni li din l-edukazzjoni għandha tiġi diretta għall-iżvilupp sħiħ tal-personalità tal-bniedem u għat-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

176.

KARIMI Farzin

فرزین کریمی مزلقان چای

(magħruf ukoll bħala KARIMI MAZLGHANCHAY Farzin)

Data tat-twelid: 7.12.1992

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità: 0440273961

Kariga: Membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Farzin Karimi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati.

Għalhekk Farzin Karimi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

177.

MOSTAFAVI Seyed Mojtaba

سید مجتبی مصطفوی

(magħruf ukoll bħala MORTAZAVI, Mojtaba; MOSTAF, Mojtaba)

Data tat-twelid: 2.4.1987

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: Nru. 0080467741 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Seyed Mojtaba Mostafavi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Għalhekk Seyed Mojtaba Mostafavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

178.

ESMAELI Vali

ولی اسماعیلی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament

Vali Esmaeli huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Esmaeli sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Esmaeli appoġġa l-qtil, id-detenzjoni, u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

179.

NADERI Ahmad

احمد نادری

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament tal-Iran

Ahmad Naderi huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament (MP) li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”.

Waqt li kien qed jaqra dikjarazzjoni tal-233 MP fis-seduta pubblika tal-Parlament fit-2 ta’ Ottubru 2022, huwa faħħar u appoġġa l-prestazzjoni tal-forzi tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni tal-manifestanti. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Naderi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

180.

ELAHIAN Zohreh

الهیان زهره

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament tal-Iran

Zohreh Elahian hija leġiżlatur u estremista, kif ukoll membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament Iranjan.

Hija waħda mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Elahian appoġġat il-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

181.

FARAHANI Ahmad Amirabadi

احمد امیرآبادی فراهانی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament Iranjan

Amirabadi Farahani huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Farahani appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

182.

DELKHOSH-ABATARI Seyyed Kazem

سید کاظم دلخوش اباتری

Post tat-twelid: Someh, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan

Seyyed Kazem Delkhosh-Abatari huwa l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa għen fl-iżvilupp ta’ pjan għall-prosekuzzjoni ta’ ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-media li jippubblikaw aħbarijiet mhux konformi man-narrattiva uffiċjali tar-Repubblika Iżlamika. Ir-repressjoni tal-ġurnalisti fl-Iran ġiet intensifikata sa mill-ewwel jiem tal-protesti tal-2022 peress li s’issa ġew arrestati kważi 70 ġurnalist. Bħala l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan, Delkhosh-Abatari kien involut fis-soppressjoni tal-media u l-ġurnalisti mindu faqqgħu l-protesti madwar l-Iran fl-2022.

183.

JALALI Hossein

حسین جلالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-Parlament

Hossein Jalali huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw ittra li tfaħħar lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u tħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa personalment ikkonferma l-eżistenza tal-ittra rispettiva u tenna mill-ġdid ir-rikjesti li hemm fiha. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Jalali personalment appella għall-eżekuzzjoni tal-manifestanti.

184.

MOUSAVI Seyyed Nezamoldin

سید نظام الدین موسوی

(magħruf ukoll bħala MOUSAVI Nezam)

Post tat-twelid: Khorramabad, Iran

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan

Seyyed Nezamoldin Mousavi huwa l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, kellu laqgħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-leġiżlaturi bil-għan li titħaffef l-eżekuzzjoni tal-pieni mogħtija lill-manifestanti arrestati. Bħala l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan, Mousavi ħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tħaffef l-eżekuzzjonijiet tal-pieni mogħtija lill-manifestanti, u b’hekk kiser id-dritt ta’ proċess ġust tagħhom u għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

Mousavi huwa wkoll wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Mousavi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

185.

NESARI Habibollah Jan

حبیب الله جان نثاری

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)

Habibollah Jan Nesari huwa attwalment il-viċi tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) elenkati mill-UE.

Bejn l-2016 u t-30 ta’ Diċembru 2019, huwa serva bħala viċi kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-LEF.

Fil-kapaċità tiegħu ta’ viċi kmandant, huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-forzi fl-użu ta’ armi letali u mhux letali matul il-protesti fil-pajjiż kollu f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ manifestanti. Huwa nstab ħati ta’ delitti kontra l-umanità mit-Tribunal Internazzjonali tal-Poplu dwar l-Atroċitajiet tal-Iran għar-rwol tiegħu fir-repressjoni tal-manifestanti fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant. Bħala parti mill-forzi tas-sigurtà, il-forzi tal-pulizija nstabu li fasslu u implimentaw pjan biex iwettqu delitti kontra l-umanità kif ukoll qtil, priġunerija, għajbien furzat, tortura u vjolenza sesswali sabiex irażżnu l-protesti u jaħbu d-delitti mwettqa matul il-protesti f’Novembru 2019.

Bħala viċi kmandant, Nesari huwa personalment responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mil-LEF. Il-LEF, li attwalment hu qed iħarreġ, huma parti mir-repressjoni vjolenta kontra l-manifestanti matul il-protesti li qamu f’Settembru 2022, inkluż permezz tal-użu letali ta’ forza kontra manifestanti Iranjani.

186.

BABAEI Hassan

حسن بابایی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet.

Hassan Babaei huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet u uffiċjal għoli fil-ġudikatura Iranjana..

F’din il-kariga, Hassan Babaei huwa responsabbli għal bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023 fl-Iran.

187.

GHANNAD Qazi

قاض قناد

(magħruf ukoll bħala QANAD Qazi)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja

Qazi Ghannad huwa prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kiser id-dritt ta’ proċess ġust u kkundanna manifestanti għall-mewt li mbagħad inqatlu mir-reġim Iranjan. Bħala prosekutur, hu ta l-piena tal-mewt fil-kawża ta’ Majid Rahnavard fl-2022.

188.

MANSOURI Seyed Hadi

منصوری هادی سید

Post tat-twelid: Mashhad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad

Seyed Hadi Mansouri ilu mħallef u kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sa minn Diċembru 2017.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fil-kampanja ta’ pieni tal-mewt li ngħataw kontra manifestanti, u b’hekk kiser ukoll id-dritt tagħhom ta’ proċess ġust.

189.

HOSSEINI Hojjat al-Eslam Hossein

حسینی الاسلام حسین حجت

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Ġudikatura għall-provinċja tal-Kurdistan

Hojjat al-Eslam Hossein Hosseini huwa l-Kap tal-Ġudikatura fir-reġjun tal-Kurdistan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-repressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Huwa kompliċi fl-implimentazzjoni ta’ dak il-ksur, inkluż it-tortura, it-trattament krudili u inuman u degradanti.

190.

JABARI Mohammad

محمد جباری

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja tal-Kurdistan

Mohammad Jabari huwa l-prosekutur għall-provinċja tal-Kurdistan.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem sa mill-protesti tal-2019, inkluż għall-pieni tal-mewt u r-repressjoni ta’ manifestanti.

191.

MOSTAFAVINIA Hojjat al-Eslam Ali

نیا مصطفوی علی الاسلام هجت

(magħruf ukoll bħala MOSTAFAVI (Hojjatoleslam) Ali)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: reliġjuż; Prosekutur Ġenerali tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Indirizz: Zahedan

Hojjat-al-Eslam Ali Mostafavinia huwa reliġjuż u l-Kap Prosekutur għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Preċedentement huwa serva bħala prosekutur f’Sistan u Baluchestan, kif ukoll fin-Nofsinhar ta’ Khorasan.

Fil-kapaċità tiegħu, hu kien responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ manifestanti li ġew arrestati b’mod arbitrarju matul il-protesti f’Zahedan, li seħħew f’Ottubru 2022 u ġew repressi fid-demm mill-forzi tal-pulizija u wasslu għal imwiet u korrimenti.

192.

SHAMSABAD Mehdi

آباد شمس مهدی

(magħruf ukoll bħala SHAMSABAD Mahdi)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Mehdi Shamsabad huwa l-prosekutur ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022/2023, inkluż pieni tal-mewt u r-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, u l-għoti ta’ pieni degradanti inkluż il-piena tal-mewt permezz ta’ swat bil-frosta.

193.

HARIKANDI Hossein Fazeli

هریکندی فاضلی حسین

Post tat-twelid: Babol, Mazandaran province

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz

Hossein Fazeli Harikandi huwa l-prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għall-kundanna ta’ diversi mijiet ta’ dimostranti għad-delitt ta’ “korruzzjoni fid-dinja” matul il-protesti tal-2022/2023, li qegħdithom f’riskju tal-piena tal-mewt.

Huwa kkorrobora wkoll it-teżi tal-gvern tal-mewt tas-Sa Sarina Ismailzadeh fl-2022. Hija mietet minħabba vjolenza tal-pulizija. Madankollu, l-istat ħareġ dikjarazzjoni li tgħid li hi kkommettiet suwiċidju u għalhekk ma mititx minħabba r-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet fil-provinċja ta’ Alborz.

194.

MADADI Hassan

حسن مددی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz

Hassan Madadi ilu aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz sa mill-inqas l-2020.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dak taċ-ċaħda għad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023.

195.

TAGHANAKI Soghra Khodadadi

صغری خدادادی

Data tat-twelid: 27.3.1971

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Direttur tal-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak

Numru tal-passaport: B50799950 (Iran) (individwali)

Indirizz: Varamin, Tehran, Iran

Soghra Khodadadi Taghanaki hija d-direttur/gwardjana fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, nuqqas ta’ ikel, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri, tortura, attentati vjolenti għall-pudur u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji.

Il-ħabs ta’ Qarchak huwa wieħed mill-postijiet prinċipali fejn qed jinżammu n-nisa arrestati matul il-protesti paċifiċi tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Soghra Khodadadi Taghanaki ġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

196.

PASANDIDEH Heidar

حیدر پسندیده

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-ħabs ta’ Sanandaj

Heidar Pasandideh ilu l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan fl-Iran sa mill-2020.

Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-priġunieri nqatlu b’mod arbitrarju fil-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj. Bħala gwardjan, hu ssorvelja u għalhekk iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni u t-tortura tal-priġunieri arrestati matul il-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk huwa jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

197.

PIRI Morteza

مرتضی پیری

Data tat-twelid: 5.7.1977

Post tat-twelid: Zabol, Sistan and Baluchestan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 4072307122

Indirizz: Zahedan, Iran

Morteza Piri huwa l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sisan u Baluchestan.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ħabs ta’ Zahedan wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran. Fil-kapaċità tiegħu, huwa involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mortez Piri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

198.

AZIZI Allah-Karam

اللهکرم عزیزی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Ħabs ta’ Rajai Shahr

Indirizz: Moazzen Blvd, Gohardasht, Karaj City, Alborz Province, Iran

Entitajiet assoċjati: Ħabs ta’ Rajai Shahr

Allah-Karam Azizi huwa l-kap tal-ħabs elenkat mill-UE ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala il-Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, il-Ħabs ta’ Gorhardasht, il-Ħabs ta’ Gohar Dasht) fl-Iran.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll it-trattament ħażin u t-tortura tal-priġunieri.

199.

KHOSRAVI Mohammad Hossein

محمد حسین خسروی

Data tat-twelid: 23.9.1974

Post tat-twelid: Birjand, South Khorasan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Eks Gwardja tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 0653027761

Indirizz: Sistan and Baluchestan Province, Iran

Bħala Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Mohammad Hossein Khosravi jissorvelja l-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-ħabsijiet fil-provinċja, inkluż il-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan, huma magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-ħabs ta’ Zahedan waħdu wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran u kien involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mohammad Hossein Khosravi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

200.

CHEHARMAHALI Ali

علی چهارمحالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: direttur ġenerali tal-ħabsijiet ta’ Alborz

Indirizz: Alvand Building, Below Mader Square, Karaj, Mehravila, Iran

Ali Cheharmahali huwa d-direttur ġenerali tal-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Alborz u eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin elenkat mill-UE.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż it-tortura jew it-trattament krudili, inuman jew degradanti matul il-protesti tal-2022/2023.

201.

FADAVI Ali

علی فدوی

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ali Fadavi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Fadavi qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ali Fadavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

202.

SHARIF Ramezan

شریف رمظان

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ramezan Sharif huwa kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Fir-rwol tiegħu, Sharif qed jostor u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ramezan Sharif iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

203.

JOMEIRI Fathollah

فتح الله جمیری

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Unità tas-Sigurtà tal-IRGC

Fathollah Jomeiri huwa l-kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħrufa wkoll bħala l-Unità tas-Sigurtà tal-IRGC.

Din l-unità hija responsabbli għall-protezzjoni tal-infrastruttura vitali u żoni ewlenin tal-pajjiż, individwi importanti, bħall-VIPs tar-reġim, iżda fuq kollox għall-protezzjoni tar-reġim.

Fir-rwol tiegħu, Jomeiri qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Fathollah Jomeiri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

204.

KAAMFAR Behdad

کامفر بهداد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj

Behdad Kaamfar huwa prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj li jressaq kawżi fil-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj.

F’dik il-kariga, huwa responsabbli għall-eżerċizzju tar-repressjoni tal-manifestanti permezz ta’ pieni severi, inkluż il-piena tal-mewt. L-awtoritajiet ġudizzjarji Iranjani b’mod partikolari jużaw l-akkuża kriminali ta’ “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla” li tippermetti l-piena tal-mewt għall-oppożizzjoni kontra l-organi tal-istat u li spiss tintuża għar-repressjoni kontra l-manifestanti.

B’mod partikolari, Kaamfar irrappreżenta l-prosekuzzjoni f’kawża f’Novembru/Diċembru 2022, li fiha għadd ta’ manifestanti milli jidher ġew ikkundannati minħabba attakki kontra l-Basij. F’dak il-proċess, Kaamfar mexxa l-prosekuzzjoni għal għadd ta’ pieni tal-mewt għal “Muharebeh”, b’mod partikolari kontra Mohammad Mehdi Karimi, Amid Mehdi Shokrollahi, Reza Aria Farzaneh Gharehassanlou, Hamid Gharehassanlou, Ali Moazzami Goudarzi u Hossein Mehdi Mohammadi.

Billi mexxa dawn il-prosekuzzjonijiet u għamel użu minn tali reati kriminali li huma kontra l-prinċipji tal-ġustizzja, u b’hekk ikkawża l-mewt ta’ individwi li jopponu l-istat Iranjan, Behdad Kaamfar iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

205.

FATHI Murad

مراد فتحی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent

Murad Fathi ilu Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent sa mit-22 ta’ Novembru 2022.

Preċedentement kellu l-istess pożizzjoni fil-provinċja ta’ Kordestan. Fil-ħabsijiet taħt il-kontroll tiegħu, twettqu każijiet ta’ tortura tal-priġunieri matul il-protesti tal-2022/2023, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tad-detenuti mit-tortura u/jew nuqqas ta’ kura tas-saħħa. Dawk detenuti u torturati jinkludu manifestanti arrestati f’dawk iż-żewġ provinċji.

Bil-parteċipazzjoni fir-repressjoni tal-manifestanti u s-sorveljanza tat-tortura fil-faċilitajiet tal-ħabsijiet taħt il-kmand tiegħu, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tal-priġunieri, Murad Fathi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.”

20.2.2023”;

Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“32.

Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) Cooperation Foundation

بنیاد تعاون فراجا

بنیاد تعاون ناجا

(magħruf ukoll bħala NAJA Cooperation Foundation)

Indirizz: Marzdaran Blvd, Teheran, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA)

فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران

Il-Fondazzjoni Kooperattiva assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) hija kooperattiva ekonomika kkontrollati mil-LEF (magħrufa ukoll bħala NAJA) elenkata mill-UE u hija attiva fl-enerġija, il-kostruzzjoni, is-servizzi, it-teknoloġija, u l-industriji bankarji tal-Iran.

Il-Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni LEF hija fergħa importanti ta’ finanzjament tal-LEF, tikkonsisti de facto minn holding finanzjarja li tipprovdi u twassal fondi u hija użata għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Kooperazzjoni bis-sussidjarji tagħha hija waħda mill-ftit fornituri esklużivament involuti fil-manifattura u l-importazzjoni ta’ tagħmir li jintuża għas-soppressjoni tal-protesti fl-Iran.

Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF tipprovdi riżorsi finanzjarji u tagħmir għar-repressjoni lil-LEF li tuża l-appoġġ biex twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

33.

Police Science and Social Studies Institute

پژوهشگاه علوم انتظامی و مطالعات اجتماعی فراجا

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Indirizz: QCC3+HPP District 3, Tehran, Tehran Province, Iran

Tip ta’ entità: Istitut assoċjat mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika (LEF)

L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija, affiljat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA) elenkati mill-UE jipproduċi “droni kontra l-irvellijiet" li huma użati mill-forzi tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Barra minn hekk, l-istitut jippromwovi u jwettaq riċerka dwar l-użu ta’ droni għall-forzi tal-pulizija.

L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija huwa assoċjat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran u jipprovdi tagħmir li jintuża biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.”

20.2.2023”.

DEĊIŻJONIJIET

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 51/27

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/380

tal-20 ta’ Frar 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1).

(2)

Fil-25 ta’ Lulju 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni tal-mexxejja tal-oppożizzjoni u favur id-demokrazija fil-Myanmar/Burma. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li dawn l-eżekuzzjonijiet motivati politikament jirrappreżentaw pass ieħor lejn iż-żarmar sħiħ tal-istat tad-dritt u ksur sfaċċat ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(3)

L-Unjoni hija ferm imħassba dwar l-eskalazzjoni kontinwa tal-vjolenza u l-evoluzzjoni għal kunflitt fit-tul b’implikazzjonijiet reġjonali. L-Unjoni tikkundanna l-ksur gravi kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru, il-persekuzzjoni kontinwa tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti, u l-attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, inkluż il-minoranzi etniċi u reliġjużi, mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

(4)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe progress rapidu fis-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, l-Unjoni esprimiet f’diversi okkażjonijiet ir-rieda tagħha li tadotta aktar miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(5)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi li għadha tippersisti fil-Myanmar/Burma, disa’ persuni u seba’ entitajiet jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/184/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista bl-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“85.

Aung Hlaing Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 11.6.1977;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/LaMaTa(Nine)025897

Aung Hlaing Oo ilu l-President ta’ Myanmar Chemical and Machinery (MCM) Company Limited u sussidjarji oħrajn minn meta waqqaf il-kumpanija fl-2001.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra l-popolazzjoni tagħhom stess fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-presidenza tiegħu tal-MCM, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż fl-2019 u fl-2020. Huwa ħa sehem ukoll f’delegazzjonijiet għall-akkwist ta’ armi għall-militar tal-Myanmar, fosthom f’Ġunju 2021. Tali materjal, inkluż ħelikopters u spare parts għal inġenji tal-ajru, jintużaw fil-bumbardament ta’ persuni ċivili f’diversi Stati u reġjuni.

Aung Hlaing Oo għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala President tal-MCM, Aung Hlaing Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż fl-Istat ta’ Rakhine. Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Barra minn hekk, Aung Hlaing Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

86.

Sit Taing Aung

(magħruf ukoll bħala Sitt Taing Aung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13.11.1971;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/YaKaNa(n)006213

Sit Taing Aung kien id-Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company u Suntac Group of Companies bejn it-twaqqif ta’ dawn il-kumpaniji u l-għeluq tagħhom f’Novembru 2021. Sit Taing Aung kompla l-attivitajiet tiegħu wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu kif ukoll ir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra persuni ċivili, inkluż il-bumbardament tal-iskejjel. Permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company li issa ngħalqet, huwa rrappreżenta sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari.

Sit Taing Aung għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju għall-Forzi Armati tal-Myanmar u hemm riskju li ser jibqa’ jagħmel hekk fil-futur. Bħala Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company, Sit Taing Aung ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk ta appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Sit Taing Aung huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

87.

Kyaw Min Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.1.1982;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 14/MaMaKa(N)140703

Kyaw Min Oo ilu d-Direttur ta’ Sky Aviator mill-2014 meta waqqaf il-kumpanija. Din wettqet attivitajiet wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Minħabba l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu, ta appoġġ għall-vjolenza tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar ta’ armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-kontroll tiegħu ta’ Sky Aviator, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż spare parts li permezz tagħhom l-inġenji tal-ajru militari jkunu jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet immirati lejn żoni b’popolazzjoni ċivili.

Kyaw Min Oo għaldaqstant kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala Direttur ta’ Sky Aviator, Kyaw Min Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk appoġġa azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Kyaw Min Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi tal-ġunta preċedenti u attwali, inkluż il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing, li huwa elenkat mill-UE.

20.2.2023

88.

Moe Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ammirall

L-Ammiral Moe Aung huwa l-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali fil-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), assoċjat mill-qrib mal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat tar-reġim inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win u l-Gvern.

Moe Aung jieħu sehem ukoll fil-governanza tal-entità elenkata mill-UE MEHL, konglomerat li huwa proprjetà tal-militar li jipprovdi ‘riżorsi ekonomiċi u materjali lill-militar li jiffaċilitaw l-azzjonijiet tagħhom. Taħt l-awtorità tiegħu u f’kooperazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, ġew ittrasportati suldati u armi permezz ta’ dgħajjes/bastimenti lejn il-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż permezz tal-passaġġi fuq l-ilma.

Bħala membru ta’ grad għoli tar-reġim militari, Moe Aung għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tagħti appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

89.

Maung Maung Aye

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ġeneral

Il-Ġeneral Maung Maung Aye huwa l-Kap tal-Istat Maġġur għall-armata, il-forza navali u l-forza tal-ajru tal-Myanmar. Dan huwa t-tielet l-aktar rwol għoli fil-militar tal-Myanmar. F’din il-pożizzjoni, Maung Maung Aye jifforma parti mir-reġim, li ħataf il-poter u neħħa lill-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma fi Frar 2021.

Huwa qed jieħu sehem attiv fix-xiri ta’ armi mir-Russja. Barra minn hekk, huwa jgħin ukoll biex tissaħħaħ il-pożizzjoni internazzjonali tal-Forzi Armati tal-Myanmar permezz ta’ laqgħat ma’ kontropartijiet minn pajjiżi oħra.

Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tagħti appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

90.

Myo Myint Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Logutenent Kurunell

Il-Logutenent Kurunell Myo Myint Aung ilu l-Ministru Ekonomiku tar-Reġjun ta’ Yangon tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mit-2 ta’ Settembru 2022. Bħala l-Ministru tar-Reġjun ta’ Yangon, huwa involut direttament fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reġjun ta’ Yangon, u responsabbli għalih.

Barra minn hekk, qabel serva bħala Kmandant tar-Reklutaġġ Militari ta’ Yangon u Mħallef Militari mit-twaqqif tal-qrati militari sa Settembru 2022.

F’din il-kapaċità, huwa kien allegatament involut fil-proċess tas-sentenzi ta’ mewt u l-eżekuzzjoni ta’ erba’ attivisti tad-demokrazija f’Lulju 2022. Matul il-mandat tiegħu bħala Mħallef Militari, bosta membri tal-oppożizzjoni ngħataw sentenzi ta’ mewt u sentenzi ta’ ħabs.

Huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-kolp ta’ stat tal-2021 fil-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u bħala Kmandant tar-Reklutaġġ Militari u Mħallef Militari.

20.2.2023

91.

Zin Min Htet

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Zin Min Htet huwa l-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Huwa kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reġjun ta’ Yangon, u kien responsabbli għalih.

Zin Min Htet ħa post il-predeċessur tiegħu Than Hlaing fit-2 ta’ Mejju 2022, bħala Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Qabel kien l-Ajjutant Ġeneral Konġunt tal-militar (2019-2022). Huwa serva wkoll bħala kap tal-Università tal-Kompjuter u t-Teknoloġija tas-Servizzi tad-Difiża.

Bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar, huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija, filwaqt li kienu qed jaġixxu taħt l-awtorità tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, billi rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni, b’arresti u detenzjoni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u opponenti tal-kolp ta’ stat. Zin Min Htet huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

92.

Ko Ko Maung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa Kmandant Militari Reġjonali fl-Istat ta’ Kachin fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż. Qabel, serva bħala Kmandant Militari Reġjonali fin-Nofsinhar u ġie ttrasferit għall-Kmand tat-Tramuntana f’Awwissu 2022.

Bħala Kmandant Militari Reġjonali, Ko Ko Maung jissorvelja l-attakki mill-ajru, il-massakri, ir-raids, il-ħruq u l-użu ta’ tarki umani li jwettaq il-militar f’Kachin.

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

20.2.2023

93.

Myo Myint Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Myo Myint Oo ilu l-Ministru tal-Unjoni għall-Enerġija mill-5 ta’ Awwissu 2022. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari.

Taħt l-awtorità tiegħu, l-entità elenkata mill-UE Myanmar Oil and Gas Enterprise (MOGE) tiġġenera dħul għall-entità elenkata mill-UE Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u l-Myanmar Petroleum Enterprise, li għandha impriża konġunta ma’ Puma Energy (imsejħa NEPAS). Hija tinvolvi ruħha fl-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni inkluż għal inġenji tal-ajru tal-ġlied u inġenji tal-ajru militari oħra.

Bħala Ministru għall-Enerġija, huwa inkarigat li jippermetti l-investiment u l-kooperazzjoni ma’ sħab barranin fis-setturi taż-żejt u tal-gass, li joħloq dħul għall-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari u għall-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni għall-militar li jippermetti l-attakki militari mill-ajru kontra persuni ċivili.

Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom.

20.2.2023”;

(2)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista intitolata “B. Persuni fiżiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“12.

Myanmar Office of the Quarter Master General (Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-kwartieri)

Indirizz: Ministry of Defence, Building 24, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta’entità: pubblika;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar;

Myanmar Economic Corporation (MEC)

L-Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li huwa involut fl-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Bħala tali, l-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Huwa jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni tal-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li l-militar tal-Myanmar wettaq fuq il-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk ikkontribwixxa biex jitkattar iċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat tal-2021.

L-uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa involut ukoll fil-ġestjoni tal-assi ekonomiċi li jibbenefikaw lill-ġunta.

L-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa marbut ma’ diversi ċifri u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-kap kmandant il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing u l-Myanmar Economic Corporation (MEC).

20.2.2023

13.

Myanmar Directorate of Defense Industries (Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Shwedagon Pagoda Road, Yangon, Myanmar;

Tip ta’entità: intrapriża tal-Istat (SOE);

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Logutenent Ġeneral Thein Htay;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar huwa intrapriża tal-istat (SOE) taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li taġixxi wkoll bħala l-unika entità tal-Myanmar inkarigata mill-produzzjoni tal-armi għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa mmexxi mil-Logutenent Ġeneral Thein Htay, membru tal-militar tal-Myanmar. Dan jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, ill-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, elenkat mill-UE, u huwa marbut ma’ diversi personalitajiet marbuta mal-militar jew maħtura mill-militar, bħall-kap kmandant u d-deputat tiegħu.

Bħala tali,id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk jaqdi rwol ewlieni fit-tkattir taċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

14.

Myanmar Directorate of Defense Procurement (Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Nay Pyi Taw, Myanmar;

Tip ta’ entità: dipartiment amministrattiv;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Logutenent Ġeneral Thein Htay;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li jaġixxi wkoll bħala entità tal-Myanmar inkarigata mill-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, u għalhekk huwa marbut ma’ diversi individwi u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing.

Bħala tali, id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk għandu rwol ewlieni biex jagħti spinta liċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

15.

Asia Sun Group

Entitajiet assoċjati oħra: Asia Sun Trading; Asia Sun Energy

Asia Sun Group huwa involut fil-katina tal-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni lill-militar. Il-grupp ta’ kumpaniji Asia Sun Group, permezz tas-sussidjarji tiegħu, Asia Sun Trading u Asia Sun Energy, huwa involut fl-importazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni. Asia Sun Trading kienet involuta mill-inqas darbtejn fl-2022 fl-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni mit-Tajlandja għall-użu mill-Forza tal-Ajru tal-Myanmar.

Ir-reġim militari tal-Myanmar attakka deliberatament u b’mod indiskriminat miri ċivili bl-użu ta’ ħelikopters, inġenji tal-ajru tal-ġlied u droni, u kkawża ħafna vittmi fost ir-residenti lokali fosthom tfal. Il-ġunta wettqet mill-inqas 268 attakk mill-ajru mmirati lejn il-popolazzjoni ċivili madwar il-Myanmar/Burma bejn Ottubru 2021 u Settembru 2022. L-attakki qatlu mill-inqas 155 persuna ċivili, darbu mill-inqas 190 u qerdu djar u binjiet reliġjużi.

Asia Sun Group għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

16.

Dynasty International Company Limited

(magħruf ukoll bħala Dynasty Group of Companies)

Indirizz: Waizayangdar Rd., no. 15, Ngwe Kyar Yan Quarter, South Okkalapa Township, Yangon Region, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: Aung Moe Myint (Sid);

Myo Thitsar (Direttur);

Indirizz elettroniku: dynastygroup@myanmar.com.mm

Dynasty International Company Limited hija kumpanija Burmiża li twaqqfet mis-sensar tal-armi Aung Moe Myint.

Intużat biex tiffaċilita l-kummerċ tal-armi f’isem il-militar tal-Burma, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru b’appoġġ għall-forza tal-ajru tal-Myanmar għal raids mill-ajru kontra rħula u infrastruttura ċivili.

Dynasty International Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

17.

International Gateways Group of Company Limited (IGG)

Indirizz: No. 19, Kyaik Wine Pagoda Road, Myaing Hay Wun Housing, 8-Mile, Mayangone, Yangon;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Naing Htut Aung (fundatur)

International Gateways Group of Company Limited (IGG) ikkontribwiet fondi lill-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar fl-2017, f’avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi għall-“operazzjonijiet ta’ tindif” ta’ Rakhine li saru mill-Kap Kmandant, Min Aung Hlaing. IGG għamlet riżorsi disponibbli direttament lir-Reġim tal-Myanmar jew għall-benefiċċju tiegħu.

Fl-2017, il-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar qatlu, stupraw u ttorturaw eluf ta’ Rohingya matul l-“operazzjonijiet ta’ tindif” ta’ Rakhine. 740 000 Rohingya ġew imġiegħla jitilqu mill-fruntiera għall-Bangladesh. Il-forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar ikkontribwew ukoll għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u repressjoni oħra tal-popolazzjoni ċivili fil-Myanmar/Burma. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-militar tal-Myanmar (it-Tatmadaw), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, organizza kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma.

Id-direttur tal-IGG Naing Htut Aung huwa figura ċentrali fil-kummerċ tal-armi tal-Myanmar li jiffaċilita l-kuntratti tal-forza tal-ajru u l-flotta navali mal-fornituri, b’mod partikolari fiċ-Ċina. IGG/Naing Htut Aung huma elenkati mill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fuq lista sewda ta’ negozji/sidien li allegatament jappoġġaw lill-militar permezz tal-kummerċ tal-armi.

IGG għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

18.

Sky Aviator Company Limited

Indirizz: No.(204/2), (14/1)Ward, Myinthar (11)th Street, Southokkalapa, Yangon, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Kyaw Min Oo (Direttur Maniġerjali)

Sky Aviator Company Limited hija kumpanija mwaqqfa minn Kyaw Min Oo.

Iffaċilitat ftehimiet ta’ armi f’isem il-militar Burmiż, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru. Taħt il-kontroll ta’ Kyaw Min Oo, Sky Aviator hija fornitur ewlieni ta’ partijiet ta’ inġenji tal-ajru militari lill-militar ta’ Burma. Mill-kolp ta’ stat ta’ Frar 2021, Sky Aviator irċeviet għadd ta’ konsenji ta’ armi minn entitajiet sanzjonati.

Sky Aviator Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023”.

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 51/36

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/381

tal-20 ta’ Frar 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li tinnota li dan kien wassal għal telf ta’ ħajjiet u għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni spjegat ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi b’mod sever l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew.

(3)

F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ikkonfermat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li 32 persuna u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2011/235/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)   ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK:

Persuni

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“174.

ESMAEILI Mohammad Mehdi

محمد مهدی اسماعیلی

Data tat-twelid: 1975

Post tat-twelid: Kabudarahang, Hamedan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika

Entità assoċjata: Ministeru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Mohammad Mehdi Esmaeili huwa l-Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika.

20.2.2023

Taħt l-awtorità tiegħu, il-Ministeru hedded lill-artisti/mużiċisti li ma jsegwux il-linja tal-gvern bi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u x-xogħol. Hu personalment u pubblikament hedded lill-produtturi tal-films li kienu ppubblikaw dikjarazzjoni fejn talbu lill-forzi tas-sigurtà biex iżommu lura kontra manifestanti paċifiċi b’arrest u projbizzjonijiet tax-xogħol. Għadd importanti ta’ artisti u ġurnalisti ġew arrestati fuq akkużi foloz minn meta sar Ministru, filwaqt li hemm indikazzjoni li t-theddid repressiv kien segwit b’atti repressivi. Esmaeili jaħdem ukoll biex tkompli titrażżan saħansitra aktar il-libertà tal-espressjoni billi attwalment qed imexxi abbozz ta’ liġi fil-Parlament li ser tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li titqies li hija kritika għar-reġim jew kwalunkwe rappurtaġġ li jitqies kritiku għar-reġim. Taħt l-awtorità ta’ Mohammad Mehdi Esmaeili u bl-approvazzjoni dikjarata tiegħu, bosta artisti, mużiċisti, produtturi ta’ films u ġurnalisti Iranjani ġew mhedda, arrestati u soġġetti għal proċeduri kriminali fuq akkużi foloz u l-libertà tal-espressjoni tagħhom ġiet ulterjorment imrażżna b’mod sinifikattiv.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

175.

NOURI Yousef

یوسف نوری

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Ilam, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Edukazzjoni

Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Iran; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Yousef Nouri ilu Ministru għall-Edukazzjoni tal-Iran minn Novembru 2021.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-edukazzjoni tal-istudenti Iranjani hija kontinwament allinjata mal-opinjonijiet tal-gvern u t-tagħlim tal-Ayatollah Chamenei. F’Settembru u Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà dehru jarrestaw studenti tal-iskola Iranjani għal involviment allegat tagħhom fil-protesti kontra l-ħiġab. Bħala Ministru għall-Edukazzjoni, Nouri huwa responsabbli għad-detenzjoni ta’ studenti f’faċilitajiet korrettivi. Nouri kkonferma li xi studenti tal-iskola diġà kienu ġew arrestati. Qal li ntbagħtu f’“istituzzjoni psikoloġiċi” li jżommu lill-istudenti biex “jirriformaw u jedukawhom mill-ġdid” sabiex tiġi evitata l-imġiba “antisoċjali”. Żied jgħid li l-istudenti setgħu jmorru lura l-iskola biss wara li jiġu “riformati”.

20.2.2023

Minħabba li huwa responsabbli għad-detenzjoni arbitrarja tal-istudenti sabiex ireġġa’ lura l-opinjonijiet kontra l-gvern, Nouri jikser id-dritt bażiku tal-bniedem għall-edukazzjoni li din l-edukazzjoni għandha tiġi diretta għall-iżvilupp sħiħ tal-personalità tal-bniedem u għat-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

176.

KARIMI Farzin

فرزین کریمی مزلقان چای

(magħruf ukoll bħala KARIMI MAZLGHANCHAY Farzin)

Data tat-twelid: 7.12.1992

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità: 0440273961

Kariga: Membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Farzin Karimi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati.

Għalhekk Farzin Karimi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

177.

MOSTAFAVI Seyed Mojtaba

سید مجتبی مصطفوی

(magħruf ukoll bħala MORTAZAVI, Mojtaba; MOSTAF, Mojtaba)

Data tat-twelid: 2.4.1987

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: Nru. 0080467741 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Seyed Mojtaba Mostafavi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati.

Għalhekk Seyed Mojtaba Mostafavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

178.

ESMAELI Vali

ولی اسماعیلی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament

Vali Esmaeli huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Esmaeli sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Esmaeli appoġġa l-qtil, id-detenzjoni, u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

179.

NADERI Ahmad

احمد نادری

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament tal-Iran

Ahmad Naderi huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament (MP) li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”.

Waqt li kien qed jaqra dikjarazzjoni tal-233 MP fis-seduta pubblika tal-Parlament fit-2 ta’ Ottubru 2022, huwa faħħar u appoġġa l-prestazzjoni tal-forzi tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni tal-manifestanti. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Naderi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

180.

ELAHIAN Zohreh

الهیان زهره

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament tal-Iran

Zohreh Elahian hija leġiżlatur u estremista, kif ukoll membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament Iranjan.

Hija waħda mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Elahian appoġġat il-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

181.

FARAHANI Ahmad Amirabadi

احمد امیرآبادی فراهانی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament Iranjan

Amirabadi Farahani huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Farahani appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

182.

DELKHOSH-ABATARI Seyyed Kazem

سید کاظم دلخوش اباتری

Post tat-twelid: Someh, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan

Seyyed Kazem Delkhosh-Abatari huwa l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa għen fl-iżvilupp ta’ pjan għall-prosekuzzjoni ta’ ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-media li jippubblikaw aħbarijiet mhux konformi man-narrattiva uffiċjali tar-Repubblika Iżlamika. Ir-repressjoni tal-ġurnalisti fl-Iran ġiet intensifikata sa mill-ewwel jiem tal-protesti tal-2022 peress li s’issa ġew arrestati kważi 70 ġurnalist. Bħala l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan, Delkhosh-Abatari kien involut fis-soppressjoni tal-media u l-ġurnalisti mindu faqqgħu l-protesti madwar l-Iran fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

183.

JALALI Hossein

حسین جلالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-Parlament

Hossein Jalali huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw ittra li tfaħħar lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u tħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa personalment ikkonferma l-eżistenza tal-ittra rispettiva u tenna mill-ġdid ir-rikjesti li hemm fiha. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Jalali personalment appella għall-eżekuzzjoni tal-manifestanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

184.

MOUSAVI Seyyed Nezamoldin

سید نظام الدین موسوی

(magħruf ukoll bħala MOUSAVI Nezam)

Post tat-twelid: Khorramabad, Iran

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan

Seyyed Nezamoldin Mousavi huwa l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, kellu laqgħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-leġiżlaturi bil-għan li titħaffef l-eżekuzzjoni tal-pieni mogħtija lill-manifestanti arrestati. Bħala l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan, Mousavi ħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tħaffef l-eżekuzzjonijiet tal-pieni mogħtija lill-manifestanti, u b’hekk kiser id-dritt ta’ proċess ġust tagħhom u għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

Mousavi huwa wkoll wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Mousavi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

185.

NESARI Habibollah Jan

حبیب الله جان نثاری

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)

Habibollah Jan Nesari huwa attwalment il-viċi tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) elenkati mill-UE.

Bejn l-2016 u t-30 ta’ Diċembru 2019, huwa serva bħala viċi kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-LEF.

Fil-kapaċità tiegħu ta’ viċi kmandant, huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-forzi fl-użu ta’ armi letali u mhux letali matul il-protesti fil-pajjiż kollu f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ manifestanti. Huwa nstab ħati ta’ delitti kontra l-umanità mit-Tribunal Internazzjonali tal-Poplu dwar l-Atroċitajiet tal-Iran għar-rwol tiegħu fir-repressjoni tal-manifestanti fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant. Bħala parti mill-forzi tas-sigurtà, il-forzi tal-pulizija nstabu li fasslu u implimentaw pjan biex iwettqu delitti kontra l-umanità kif ukoll qtil, priġunerija, għajbien furzat, tortura u vjolenza sesswali sabiex irażżnu l-protesti u jaħbu d-delitti mwettqa matul il-protesti f’Novembru 2019.

20.2.2023

Bħala viċi kmandant, Nesari huwa personalment responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mil-LEF. Il-LEF, li attwalment hu qed iħarreġ, huma parti mir-repressjoni vjolenta kontra l-manifestanti matul il-protesti li qamu f’Settembru 2022, inkluż permezz tal-użu letali ta’ forza kontra manifestanti Iranjani.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

186.

BABAEI Hassan

حسن بابایی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet.

Hassan Babaei huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet u uffiċjal għoli fil-ġudikatura Iranjana..

F’din il-kariga, Hassan Babaei huwa responsabbli għal bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023 fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

187.

GHANNAD Qazi

قاض قناد

(magħruf ukoll bħala QANAD Qazi)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja

Qazi Ghannad huwa prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kiser id-dritt ta’ proċess ġust u kkundanna manifestanti għall-mewt li mbagħad inqatlu mir-reġim Iranjan. Bħala prosekutur, hu ta l-piena tal-mewt fil-kawża ta’ Majid Rahnavard fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

188.

MANSOURI Seyed Hadi

منصوری هادی سید

Post tat-twelid: Mashhad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad

Seyed Hadi Mansouri ilu mħallef u kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sa minn Diċembru 2017.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fil-kampanja ta’ pieni tal-mewt li ngħataw kontra manifestanti, u b’hekk kiser ukoll id-dritt tagħhom ta’ proċess ġust.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

189.

HOSSEINI Hojjat al-Eslam Hossein

حسینی الاسلام حسین حجت

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Ġudikatura għall-provinċja tal-Kurdistan

Hojjat al-Eslam Hossein Hosseini huwa l-Kap tal-Ġudikatura fir-reġjun tal-Kurdistan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-repressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Huwa kompliċi fl-implimentazzjoni ta’ dak il-ksur, inkluż it-tortura, it-trattament krudili u inuman u degradanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

190.

JABARI Mohammad

محمد جباری

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja tal-Kurdistan

Mohammad Jabari huwa l-prosekutur għall-provinċja tal-Kurdistan.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem sa mill-protesti tal-2019, inkluż għall-pieni tal-mewt u r-repressjoni ta’ manifestanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

191.

MOSTAFAVINIA Hojjat al-Eslam Ali

نیا مصطفوی علی الاسلام هجت

(magħruf ukoll bħala MOSTAFAVI (Hojjatoleslam) Ali)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: reliġjuż; Prosekutur Ġenerali tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Indirizz: Zahedan

Hojjat-al-Eslam Ali Mostafavinia huwa reliġjuż u l-Kap Prosekutur għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Preċedentement huwa serva bħala prosekutur f’Sistan u Baluchestan, kif ukoll fin-Nofsinhar ta’ Khorasan.

Fil-kapaċità tiegħu, hu kien responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ manifestanti li ġew arrestati b’mod arbitrarju matul il-protesti f’Zahedan, li seħħew f’Ottubru 2022 u ġew repressi fid-demm mill-forzi tal-pulizija u wasslu għal imwiet u korrimenti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

192.

SHAMSABAD Mehdi

آباد شمس مهدی

(magħruf ukoll bħala SHAMSABAD Mahdi)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Mehdi Shamsabad huwa l-prosekutur ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022/2023, inkluż pieni tal-mewt u r-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, u l-għoti ta’ pieni degradanti inkluż il-piena tal-mewt permezz ta’ swat bil-frosta.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

193.

HARIKANDI Hossein Fazeli

هریکندی فاضلی حسین

Post tat-twelid: Babol, Mazandaran province

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz

Hossein Fazeli Harikandi huwa l-prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għall-kundanna ta’ diversi mijiet ta’ dimostranti għad-delitt ta’ “korruzzjoni fid-dinja” matul il-protesti tal-2022/2023, li qegħdithom f’riskju tal-piena tal-mewt.

Huwa kkorrobora wkoll it-teżi tal-gvern tal-mewt tas-Sa Sarina Ismailzadeh fl-2022. Hija mietet minħabba vjolenza tal-pulizija. Madankollu, l-istat ħareġ dikjarazzjoni li tgħid li hi kkommettiet suwiċidju u għalhekk ma mititx minħabba r-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet fil-provinċja ta’ Alborz.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

194.

MADADI Hassan

حسن مددی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz

Hassan Madadi ilu aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz sa mill-inqas l-2020.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dak taċ-ċaħda għad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

195.

TAGHANAKI Soghra Khodadadi

صغری خدادادی

Data tat-twelid: 27.3.1971

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Direttur tal-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak

Numru tal-passaport: B50799950 (Iran) (individwali)

Indirizz: Varamin, Tehran, Iran

Soghra Khodadadi Taghanaki hija d-direttur/gwardjana fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, nuqqas ta’ ikel, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri, tortura, attentati vjolenti għall-pudur u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji.

Il-ħabs ta’ Qarchak huwa wieħed mill-postijiet prinċipali fejn qed jinżammu n-nisa arrestati matul il-protesti paċifiċi tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Soghra Khodadadi Taghanaki ġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

196.

PASANDIDEH Heidar

حیدر پسندیده

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-ħabs ta’ Sanandaj

Heidar Pasandideh ilu l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan fl-Iran sa mill-2020.

Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-priġunieri nqatlu b’mod arbitrarju fil-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj. Bħala gwardjan, hu ssorvelja u għalhekk iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni u t-tortura tal-priġunieri arrestati matul il-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk huwa jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

197.

PIRI Morteza

مرتضی پیری

Data tat-twelid: 5.7.1977

Post tat-twelid: Zabol, Sistan and Baluchestan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 4072307122

Indirizz: Zahedan, Iran

Morteza Piri huwa l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sisan u Baluchestan.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ħabs ta’ Zahedan wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran. Fil-kapaċità tiegħu, huwa involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mortez Piri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

198.

AZIZI Allah-Karam

اللهکرم عزیزی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Ħabs ta’ Rajai Shahr

Indirizz: Moazzen Blvd, Gohardasht, Karaj City, Alborz Province, Iran

Entitajiet assoċjati: Ħabs ta’ Rajai Shahr

Allah-Karam Azizi huwa l-kap tal-ħabs elenkat mill-UE ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala il-Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, il-Ħabs ta’ Gorhardasht, il-Ħabs ta’ Gohar Dasht) fl-Iran.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll it-trattament ħażin u t-tortura tal-priġunieri.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

199.

KHOSRAVI Mohammad Hossein

محمد حسین خسروی

Data tat-twelid: 23.9.1974

Post tat-twelid: Birjand, South Khorasan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Eks Gwardja tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 0653027761

Indirizz: Sistan and Baluchestan Province, Iran

Bħala Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Mohammad Hossein Khosravi jissorvelja l-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-ħabsijiet fil-provinċja, inkluż il-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan, huma magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-ħabs ta’ Zahedan waħdu wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran u kien involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mohammad Hossein Khosravi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

200.

CHEHARMAHALI Ali

علی چهارمحالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: direttur ġenerali tal-ħabsijiet ta’ Alborz

Indirizz: Alvand Building, Below Mader Square, Karaj, Mehravila, Iran

Ali Cheharmahali huwa d-direttur ġenerali tal-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Alborz u eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin elenkat mill-UE.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż it-tortura jew it-trattament krudili, inuman jew degradanti matul il-protesti tal-2022/2023.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

201.

FADAVI Ali

علی فدوی

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ali Fadavi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Fadavi qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ali Fadavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

202.

SHARIF Ramezan

شریف رمظان

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ramezan Sharif huwa kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Sharif qed jostor u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ramezan Sharif iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

203.

JOMEIRI Fathollah

فتح الله جمیری

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Unità tas-Sigurtà tal-IRGC

Fathollah Jomeiri huwa l-kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħrufa wkoll bħala l-Unità tas-Sigurtà tal-IRGC.

Din l-unità hija responsabbli għall-protezzjoni tal-infrastruttura vitali u żoni ewlenin tal-pajjiż, individwi importanti, bħall-VIPs tar-reġim, iżda fuq kollox għall-protezzjoni tar-reġim.

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Jomeiri qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Fathollah Jomeiri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

204.

KAAMFAR Behdad

کامفر بهداد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj

Behdad Kaamfar huwa prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj li jressaq kawżi fil-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj.

F’dik il-kariga, huwa responsabbli għall-eżerċizzju tar-repressjoni tal-manifestanti permezz ta’ pieni severi, inkluż il-piena tal-mewt. L-awtoritajiet ġudizzjarji Iranjani b’mod partikolari jużaw l-akkuża kriminali ta’ “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla” li tippermetti l-piena tal-mewt għall-oppożizzjoni kontra l-organi tal-istat u li spiss tintuża għar-repressjoni kontra l-manifestanti.

B’mod partikolari, Kaamfar irrappreżenta l-prosekuzzjoni f’kawża f’Novembru/Diċembru 2022, li fiha għadd ta’ manifestanti milli jidher ġew ikkundannati minħabba attakki kontra l-Basij. F’dak il-proċess, Kaamfar mexxa l-prosekuzzjoni għal għadd ta’ pieni tal-mewt għal “Muharebeh”, b’mod partikolari kontra Mohammad Mehdi Karimi, Amid Mehdi Shokrollahi, Reza Aria Farzaneh Gharehassanlou, Hamid Gharehassanlou, Ali Moazzami Goudarzi u Hossein Mehdi Mohammadi.

20.2.2023

Billi mexxa dawn il-prosekuzzjonijiet u għamel użu minn tali reati kriminali li huma kontra l-prinċipji tal-ġustizzja, u b’hekk ikkawża l-mewt ta’ individwi li jopponu l-istat Iranjan, Behdad Kaamfar iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

205.

FATHI Murad

مراد فتحی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent

Murad Fathi ilu Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent sa mit-22 ta’ Novembru 2022.

Preċedentement kellu l-istess pożizzjoni fil-provinċja ta’ Kordestan. Fil-ħabsijiet taħt il-kontroll tiegħu, twettqu każijiet ta’ tortura tal-priġunieri matul il-protesti tal-2022/2023, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tad-detenuti mit-tortura u/jew nuqqas ta’ kura tas-saħħa. Dawk detenuti u torturati jinkludu manifestanti arrestati f’dawk iż-żewġ provinċji.

Bil-parteċipazzjoni fir-repressjoni tal-manifestanti u s-sorveljanza tat-tortura fil-faċilitajiet tal-ħabsijiet taħt il-kmand tiegħu, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tal-priġunieri, Murad Fathi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.