|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/368
tal-14 ta’ Frar 2023
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 88, flimkien mal-Artikolu 218(6), il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li huwa possibbli li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (l-Europol) tittrasferixxi data personali lil awtorità ta’ pajjiż terz, fost l-oħrajn, abbażi ta’ ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprovdi salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1090 (3), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(3) |
Il-Ftehim huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea, peress li għandu l-għan li jippermetti t-trasferiment ta’ data personali bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand, bil-ħsieb tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu u l-protezzjoni tas-sigurtà tal-Unjoni u l-abitanti tagħha. |
|
(4) |
Il-Ftehim jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust rikonoxxuti fl-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (4), rispettivament. |
|
(5) |
Il-Ftehim ma jaffettwax, u huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta’ data personali jew forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-TFUE, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova f’isem l-Unjoni l-modifiki tal-Annessi II, III u IV tal-Ftehim. |
|
(7) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2016/794 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(9) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-Opinjoni tiegħu 11/2022 fl-10 ta’ Ġunju 2022. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (5) (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 27 tal-Ftehim. (6)
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-Artikolu 28(2) tal-Ftehim, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar il-modifiki tal-Annessi II, III u IV tal-Ftehim għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Approvazzjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1090 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (ĠU L 176, 1.7.2022, p. 3).
(4) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(5) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/4 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U NEW ZEALAND, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR L-ISKAMBJU TA’ DATA PERSONALI BEJN L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-INFURZAR TAL-LIĠI (EUROPOL) U L-AWTORITAJIET TA’ NEW ZEALAND KOMPETENTI GĦALL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ SERJA U T-TERRORIŻMU
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa wkoll l-“Unjoni” jew l-“UE”,
u
NEW ZEALAND,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet Kontraenti”,
FILWAQT LI JQISU LI billi jippermetti l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand, dan il-Ftehim ser joħloq il-qafas għal kooperazzjoni operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u New Zealand fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li jissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-individwi kollha kkonċernati, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data,
FILWAQT LI JQISU LI dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta’ assistenza legali reċiproka bejn New Zealand u l-Istati Membri tal-Unjoni li jippermettu l-iskambju ta’ data personali,
FILWAQT LI JQISU LI dan il-Ftehim ma jimponi l-ebda rekwiżit fuq l-awtoritajiet kompetenti biex jittrasferixxu data personali u li l-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe data personali mitluba skont dan il-Ftehim tibqa’ volontarja,
WAQT LI JIRRIKONOXXI li l-Partijiet Kontraenti japplikaw prinċipji komparabbli ta’ proporzjonalità u raġonevolezza; l-essenza komuni ta’ dawk il-prinċipji hija r-rekwiżit li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn l-interessi kollha kkonċernati, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ inkwistjoni. Tali bbilanċjar jinvolvi, minn naħa waħda, id-dritt għall-privatezza tal-individwi flimkien ma’ drittijiet u interessi tal-bniedem oħrajn u, min-naħa l-oħra, l-objettivi leġittimi kumpensatorji li jistgħu jiġu segwiti, bħall-finijiet tal-ipproċessar tad-data personali riflessi f’dan il-Ftehim,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
ARTIKOLU 1
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jippermetti t-trasferiment ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand, sabiex jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni u dawk ta’ New Zealand, kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali, inkluż il-kriminalità serja u t-terroriżmu, filwaqt li jiżgura salvagwardji xierqa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall--privatezza u l-protezzjoni tad-data.
ARTIKOLU 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Partijiet Kontraenti” tfisser l-Unjoni Ewropea u New Zealand; |
|
(2) |
“Europol” hija l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/794 (1) jew kwalunkwe emenda għalih (“ir-Regolament dwar il-Europol”); |
|
(3) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser, għal New Zealand, l-awtoritajiet domestiċi tal-infurzar tal-liġi li skont il-liġi nazzjonali ta’ New Zealand huma responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali kif elenkat fl-Anness II (“awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand”), u, għall-Unjoni, il-Europol; |
|
(4) |
“korpi tal-Unjoni” tfisser istituzzjonijiet, korpi, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn, jew abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), elenkati fl-Anness III; |
|
(5) |
“reati kriminali” huma t-tipi ta’ reati elenkati fl-Anness I u reati kriminali relatati; reati kriminali jitqiesu li huma relatati mat-tipi ta’ reati elenkati fl-Anness I jekk jitwettqu sabiex jinkisbu l-mezzi biex jitwettqu, jiġu ffaċilitati jew jitwettqu, jew biex tiġi żgurata l-impunità ta’ dawk li jwettqu tali tipi ta’ kriminalità; |
|
(6) |
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ suġġett tad-data; |
|
(7) |
“suġġett tad-data” tfisser persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli tfisser persuna li tkun tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-post, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna; |
|
(8) |
“data ġenetika” tfisser id-data personali kollha relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi tal-individwu li jkunu ntirtu jew inkisbu, li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta’ dak l-individwu, li tirriżulta b’mod partikolari minn analiżi ta’ kampjun bijoloġiku mill-individwu inkwistjoni; |
|
(9) |
“proċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew settijiet ta’ data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi jew le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew it-tibdil, il-ġbid, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta’ trażmissjoni, it-tixrid jew modi oħra li jrendu disponibbli, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda; |
|
(10) |
“ksur ta’ data personali” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor; |
|
(11) |
“awtorità ta’ superviżjoni” tfisser awtorità domestika indipendenti waħda jew aktar li huma, weħidhom jew b’mod kumulattiv, responsabbli għall-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 16, u li ġew notifikati skont dak l-Artikolu; dan jista’ jinkludi awtoritajiet li r-responsabbiltà tagħhom tkopri wkoll drittijiet oħra tal-bniedem; |
|
(12) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha regolati mil-liġi internazzjonali pubblika, jew kwalunkwe korp ieħor li huwa stabbilit minn ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar jew abbażi tiegħu. |
ARTIKOLU 3
Finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali
1. Id-data personali mitluba u riċevuta skont dan il-Ftehim għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali fil-limiti tal-Artikolu 4(5) u l-mandati rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw b’mod ċar, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment ta’ data personali, il-fini jew il-finijiet speċifiċi li għalihom tkun qed tiġi ttrasferita d-data. Għal trasferimenti lill-Europol, il-fini jew il-finijiet għal tali trasferiment għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-fini jew mal-finijiet speċifiċi tal-ipproċessar stabbiliti fil-mandat tal-Europol.
KAPITOLU II
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI U PROTEZZJONI TAD-DATA
ARTIKOLU 4
Prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data
1. Kull Parti Kontraenti għandha tipprevedi li d-data personali skambjata skont dan il-Ftehim tkun:
|
(a) |
ipproċessati b’mod ġust, legali u biss għall-fini jew għall-finijiet li għalih tkun ġiet ittrasferita skont l-Artikolu 3; |
|
(b) |
tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li huwa neċessarju b’rabta mal-fini jew mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata; |
|
(c) |
preċiża u tinżamm aġġornata; kull Parti Kontraenti għandha tipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw li d-data personali li ma tkunx preċiża, b’kont meħud tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, tiġi rettifikata jew titħassar mingħajr dewmien żejjed; |
|
(d) |
tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar żmien milli jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-data personali tkun qed tiġi pproċessata; |
|
(e) |
tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà adatta tad-data personali. |
2. L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi, fil-mument tat-trasferiment ta’ data personali, tista’ tindika kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew fuq l-użu li għandu jsir minnha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri, tat-tħassir jew tal-qerda tagħha wara ċertu perjodu ta’ żmien, jew l-ipproċessar ulterjuri tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir evidenti wara li tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tinforma lill-awtorità riċeventi b’dan.
3. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti riċeventi tikkonforma ma’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess jew l-użu ulterjuri tad-data personali indikata mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi kif deskritt fil-paragrafu 2.
4. Kull Parti Kontraenti għandha tipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b’tali mod li jkunu jistgħu juru li l-ipproċessar ser jikkonforma ma’ dan il-Ftehim u li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data kkonċernati huma protetti.
5. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha ma jittrasferixxux data personali li tkun inkisbet bi ksur manifest tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti min-normi tal-liġi internazzjonali li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li d-data personali riċevuta ma tintużax biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe forma ta’ trattament krudili jew inuman.
6. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li jinżamm rekord tat-trasferimenti kollha ta’ data personali skont dan il-Ftehim u tal-fini jew tal-finijiet għal dawk it-trasferimenti.
ARTIKOLU 5
Kategoriji speċjali ta’ data personali u kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-data
1. It-trasferiment ta’ data personali fir-rigward ta’ vittmi ta’ reat kriminali, ta’ xhieda jew ta’ persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali, jew fir-rigward ta’ persuni taħt it-18-il sena, għandu jkun ipprojbit diment li tali trasferiment ma jkunx strettament neċessarju u proporzjonat f’każijiet individwali għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra reat kriminali.
2. It-trasferiment ta’ data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, data ġenetika, data bijometrika għall-fini ta’ identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika, jew data dwar is-saħħa, jew data li tikkonċerna l-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika għandu jkun permess biss fejn strettament neċessarju kif ukoll raġonevoli u proporzjonat f’każijiet individwali għall-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra reat kriminali, u jekk dik id-data, ħlief data bijometrika, tissupplimenta data personali oħra.
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa kontra r-riskji speċifiċi involuti, inklużi restrizzjonijiet fuq l-aċċess, miżuri għas-sigurtà tad-data fis-sens tal-Artikolu 15 u limitazzjonijiet fuq trasferimenti ulterjuri skont l-Artikolu 7.
ARTIKOLU 6
Ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali
Deċiżjonijiet ibbażati unikament fuq ipproċessar awtomatizzat tad-data personali skambjata, inkluż it-tfassil ta’ profili, mingħajr intervent mill-bniedem, li jistgħu jipproduċu effett legali negattiv fuq is-suġġett tad-data jew jaffettwawh b’mod sinifikanti, għandhom ikunu pprojbiti, diment li ma jkunux awtorizzati mil-liġi għall-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra reat kriminali u b’salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, inkluż mill-inqas id-dritt li jinkiseb intervent uman.
ARTIKOLU 7
Trasferiment ulterjuri tad-data personali riċevuta
1. New Zealand għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jittrasferixxu biss data personali riċevuta skont dan il-Ftehim lil awtoritajiet oħra fi New Zealand jekk:
|
(a) |
il-Europol tkun tat l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha minn qabel; |
|
(b) |
il-fini jew il-finijiet tat-trasferiment ulterjuri huwa l-istess bħall-fini jew għall-finijiet oriġinali tat-trasferiment mill-Europol, jew, fil-limiti tal-Artikolu 3(1), huwa direttament relatat ma’ dak il-fini jew il-finijiet oriġinali; u |
|
(c) |
it-trasferiment ulterjuri huwa soġġett għall-istess kundizzjonijiet u salvagwardji bħal dawk li japplikaw għat-trasferiment oriġinali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), ma hija meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni minn qabel meta l-awtorità riċeventi tkun hija stess awtorità kompetenti ta’ New Zealand. L-istess japplika għall-kapaċità tal-Europol li tikkondividi data personali mal-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali, u ma’ korpi tal-Unjoni. |
2. New Zealand għandha tiżgura li t-trasferimenti ulterjuri ta’ data personali riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti tagħha skont dan il-Ftehim lill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkunu pprojbiti, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-trasferiment jikkonċerna data personali għajr dik koperta mill-Artikolu 5; |
|
(b) |
il-Europol tkun tat l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha minn qabel; |
|
(c) |
il-fini jew il-finijiet tat-trasferiment ulterjuri huwa l-istess bħall-fini jew il-finijiet oriġinali tat-trasferiment mill-Europol; u |
|
(d) |
it-trasferiment ulterjuri huwa soġġett għall-istess kundizzjonijiet u salvagwardji bħal dawk li japplikaw għat-trasferiment oriġinali. |
3. Il-Europol tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha skont il-paragrafu 3, punt b, ta’ dan l-Artikolu għal trasferiment ulterjuri lill-awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss jekk u sa fejn ikun hemm fis-seħħ deċiżjoni ta’ adegwatezza, ftehim internazzjonali li jipprovdi salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dritt tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe raġuni legali oħra għat-trasferimenti ta’ data personali fis-sens tar-Regolament tal-Europol li jkopri t-trasferiment ulterjuri.
4. L-Unjoni għandha tiżgura li t-trasferimenti ulterjuri ta’ data personali riċevuta mill-Europol skont dan il-Ftehim lill-korpi tal-Unjoni mhux elenkati fl-Anness III, lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkunu pprojbiti, diment li:
|
(a) |
it-trasferiment jikkonċerna data personali għajr dik koperta mill-Artikolu 5; |
|
(b) |
New Zealand tat l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha minn qabel; |
|
(c) |
il-fini jew il-finijiet tat-trasferiment ulterjuri huwa l-istess bħall-fini oriġinali tat-trasferiment minn New Zealand; u |
|
(d) |
deċiżjoni ta’ adegwatezza, ftehim internazzjonali li jipprovdi salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dritt għall-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi jew ftehim ta’ kooperazzjoni fis-sens tar-Regolament dwar il-Europol ikunu fis-seħħ ma’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew diment li l-Europol tkun tista’ sserraħ fuq kwalunkwe raġuni legali oħra għat-trasferimenti ta’ data personali fis-sens tar-Regolament dwar il-Europol. |
ARTIKOLU 8
Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors ta’ u l-preċiżjoni tal-informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista’ jkun, sa mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment tad-data personali, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni abbażi ta’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
fejn ma hemm l-ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni hija fornuta minn sors li, fil-passat, ta prova fis-sitwazzjonijiet kollha li huwa affidabbli; |
|
(b) |
fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li mingħandu l-informazzjoni riċevuta fil-parti l-kbira tal-każijiet uriet li hija affidabbli; |
|
(c) |
fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li mingħandu l-informazzjoni riċevuta fil-parti l-kbira tal-każijiet uriet li mhijiex affidabbli; |
|
(d) |
meta l-affidabbiltà tas-sors ma tkunx tista’ tiġi vvalutata. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista’ jkun, sa mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment tad-data personali, il-preċiżjoni tal-informazzjoni abbażi ta’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
informazzjoni li l-akkuratezza tagħha ma tkunx f’dubju fil-ħin tat-trasferiment; |
|
(b) |
informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha; |
|
(c) |
informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda kkorroborata minn informazzjoni oħra diġà rreġistrata; |
|
(d) |
informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi korroborata. |
3. Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi, fuq il-bażi ta’ informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, tasal għall-konklużjoni li l-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi jew tas-sors tagħha mwettqa f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 teħtieġ korrezzjoni, hija għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u għandha tipprova taqbel dwar emenda għall-valutazzjoni. L-awtorità kompetenti li tirċievi ma għandhiex tbiddel il-valutazzjoni tal-informazzjoni riċevuta jew tas-sors tagħha mingħajr tali ftehim.
4. Jekk awtorità kompetenti tirċievi informazzjoni mingħajr valutazzjoni, hija għandha tipprova kemm jista’ jkun u fejn possibbli bi ftehim mal-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li diġà tkun fil-pussess tagħha.
5. Jekk ma tkun tista’ ssir l-ebda valutazzjoni affidabbli, l-informazzjoni għandha tiġi evalwata skont il-paragrafu 1, punt (d), u l-paragrafu 2, punt (d), kif applikabbli.
DRITTIJIET TAS-SUĠĠETTI TAD-DATA
ARTIKOLU 9
Dritt ta’ aċċess
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data jkollu d-dritt, f’intervalli raġonevoli, li jikseb informazzjoni dwar jekk id-data personali relatata miegħu hijiex ipproċessata skont dan il-Ftehim, u meta dan ikun il-każ, l-aċċess għal mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
konferma dwar jekk id-data relatata miegħu ġietx ipproċessata jew le; |
|
(b) |
informazzjoni tal-anqas dwar il-fini jew il-finijiet tal- ipproċessar, il-kategoriji tad-data kkonċernata, u d-destinatarji jew kategoriji ta’ destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data; |
|
(c) |
l-eżistenza tad-dritt li tintalab mill-awtorità kompetenti rettifika/korrezzjoni, tħassir/ikkanċellar ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċerna s-suġġett tad-data; |
|
(d) |
indikazzjoni tal-bażi legali għall-ipproċessar; |
|
(e) |
fejn possibbli, il-perjodu mbassar li matulu d-data personali tkun ser tinħażen, jew, jekk dak ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dak il-perjodu; |
|
(f) |
komunikazzjoni f’forma intelliġibbli tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tagħha. |
2. F’każijiet fejn jiġi eżerċitat id-dritt ta’ aċċess, il-Parti Kontraenti li tittrasferixxi tiġi kkonsultata fuq bażi mhux vinkolanti qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwar it-talba għall-aċċess.
3. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprevedu li l-għoti ta’ informazzjoni bi tweġiba għal kwalunkwe talba skont il-paragrafu 1 jiġi ttardjat, irrifjutat jew ristrett jekk u sakemm tali dewmien, rifjut jew restrizzjoni jikkostitwixxu miżura li hija neċessarja kif ukoll raġonevoli u proporzjonata b’kont meħud tad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data, sabiex:
|
(a) |
jiżguraw li kwalunkwe investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali ma jiġux ipperikolati; |
|
(b) |
jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ partijiet terzi; jew |
|
(c) |
jipproteġu s-sigurtà nazzjonali u l-ordni pubblika jew il-prevenzjoni tal-kriminalità. |
4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar kwalunkwe dewmien, rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess u r-raġunijiet għal tali dewmien, rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jitħallew barra jekk u sakemm dan idgħajjef il-fini tad-dewmien, ir-rifjut jew ir-restrizzjoni skont il-paragrafu 3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment mal-awtoritajiet superviżorji rispettivi u dwar mezzi ta’ rimedju disponibbli oħra previsti fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom.
ARTIKOLU 10
Dritt għal rettifika/korrezzjoni, tħassir/ikkanċellar u restrizzjoni
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data għandu d-dritt li jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw/jikkoreġu data personali mhux preċiża li tikkonċerna dak is-suġġett tad-data u li ġiet ittrasferita skont dan il-Ftehim. Filwaqt li jitqiesu l-fini jew il-finijiet tal-ipproċessar, dan jinkludi d-dritt li d-data personali mhux kompluta tiġi ttrasferita skont dan il-Ftehim.
2. Rettifika/korrezzjoni għandha tinkludi t-tħassir/l-ikkanċellar ta’ data personali li ma tkunx għadha meħtieġa għall-fini jew għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata.
3. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprevedu għar-restrizzjoni tal-ipproċessar aktar milli għat-tħassir/l-ikkanċellar ta’ data personali jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tali tħassir/ikkanċellar jista’ jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1, 2 u 3. L-awtorità kompetenti li tirċievi għandha tirrettifika/tikkoreġi, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar f’konformità mal-azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi.
5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprevedu li l-awtorità kompetenti li tkun irċeviet it-talba biex tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ talba skont il-paragrafu 1 jew 2, li d-data li tikkonċerna s-suġġett tad-data tkun ġiet rettifikata/ikkoreġuta, imħassra/ikkanċellata jew li l-ipproċessar ġie ristrett.
6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprevedu li l-awtorità kompetenti li tkun irċeviet it-talba tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi talba dwar kwalunkwe rifjut ta’ rettifika/korrezzjoni, tħassir/ikkanċellar jew restrizzjoni tal-ipproċessar, bir-raġunijiet għal tali rifjut u bil-possibbiltà li jitressaq ilment mal-awtoritajiet superviżorji rispettivi u mezzi ta’ rimedju disponibbli oħra previsti fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom.
ARTIKOLU 11
Notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-awtoritajiet ikkonċernati
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw, fil-każ ta’ ksur ta’ data personali li jaffettwa data personali ttrasferita skont dan il-Ftehim, li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jinnotifikaw lil xulxin kif ukoll lill-awtorità ta’ superviżjoni rispettiva tagħhom dwar dak il-ksur ta’ data personali mingħajr dewmien, u jieħdu miżuri biex itaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu.
2. In-notifika għandha mill-inqas:
|
(a) |
tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta’ data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta’ reġistrazzjonijiet ikkonċernati ta’ data personali; |
|
(b) |
tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta’ data personali; |
|
(c) |
tiddeskrivi l-miżuri meħuda jew proposti li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti biex tindirizza l-ksur tad-data personali, inklużi l-miżuri meħuda biex jittaffew l-effetti negattivi possibbli tiegħu. |
3. Sa fejn ma jkunx possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-istess ħin, din tista’ tiġi pprovduta f’fażijiet. L-informazzjoni pendenti għandha tiġi pprovduta mingħajr aktar dewmien żejjed.
4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jiddokumentaw kwalunkwe ksur ta’ data personali li jaffettwa d-data personali ttrasferita skont dan il-Ftehim, inklużi l-fatti relatati mal-ksur ta’ data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda, biex b’hekk l-awtorità ta’ superviżjoni rispettiva tagħhom tkun tista’ tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli.
ARTIKOLU 12
Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, fejn ksur ta’ data personali kif imsemmi fl-Artikolu 11 x’aktarx ikollu effett negattiv serju fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jikkomunikaw il-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed.
2. Il-Komunikazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi, fejn possibbli, in-natura tal-ksur ta’ data personali, tirrakkomanda miżuri biex jittaffew l-effetti negattivi possibbli tal-ksur ta’ data personali, u tipprovdi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk:
|
(a) |
id-data personali kkonċernata mill-ksur kienet soġġetta għal miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika xierqa li jagħmlu d-data ma tinftehimx minn ebda persuna li ma tkunx awtorizzata li jkollha aċċess għal dik id-data; |
|
(b) |
ikunu ttieħdu miżuri sussegwenti li jiżguraw li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data x’aktarx li ma jibqgħux jiġu affettwati serjament; jew |
|
(c) |
komunikazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 1 tkun tinvolvi sforz sproporzjonat, b’mod partikolari minħabba l-għadd ta’ każijiet involuti; f’każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġett tad-data jiġi infurmat b’mod effettiv bl-istess mod. |
4. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 1 tista’ tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra fejn tali komunikazzjoni x’aktarx li:
|
(a) |
tostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali; |
|
(b) |
tippreġudika l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, l-ordni pubbliku jew is-sigurtà nazzjonali; |
|
(c) |
taffettwa d-drittijiet u l-libertajiet ta’ partijiet terzi; fejn dan jikkostitwixxi miżura neċessarja kif ukoll raġonevoli u proporzjonata b’kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat. |
ARTIKOLU 13
Il-ħażna, ir-reviżjoni, il-korrezzjoni u l-ikkanċellar ta’ data personali
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprevedu għal limiti ta’ żmien xierqa li għandhom jiġu stabbiliti għall-ħażna ta’ data personali riċevuta taħt dan il-Ftehim jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa għall-ħażna ta’ data personali, sabiex id-data personali tinħażen biss sakemm ikun neċessarju għall-fini jew għall-finijiet li għalih tiġi ttrasferita.
2. Fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa għal ħażna ta’ data personali kontinwa għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn tliet snin wara li d-data personali tkun ġiet ittrasferita, u jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni ġustifikata u dokumentata dwar it-tkomplija tal-ħażna ta’ data personali, id-data personali għandha titħassar awtomatikament wara tliet snin.
3. Meta awtorità kompetenti jkollha raġuni biex temmen li d-data personali li tkun ġiet ittrasferita preċedentement minnha ma tkunx korretta, preċiża, ma għadhiex aġġornata jew ma kellhiex tiġi ttrasferita, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti riċeventi, li għandha tikkoreġi jew tikkanċella dik id-data, u tipprovdi notifika dwar dan lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi.
4. Meta awtorità kompetenti jkollha raġuni biex temmen li d-data personali li tkun irċeviet preċedentement ma tkunx korretta, preċiża, ma għadhiex aġġornata jew ma kellhiex tiġi ttrasferita, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi, li għandha tipprovdi l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni. Meta l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tikkonkludi li d-data personali mhijiex korretta, mhijiex preċiża, ma għadhiex aġġornata jew ma kellhiex tiġi ttrasferita, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti riċeventi, li għandha tikkoreġi jew tikkanċella dik id-data, u tipprovdi notifika dwar dan lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi.
ARTIKOLU 14
Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprevedu għaż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet u dokumentazzjoni tal-ġbir, alterazzjoni, aċċess, żvelar inklużi trasferimenti ulterjuri, kombinazzjoni u tħassir ta’ data personali.
2. Ir-reġistrazzjonijiet jew id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni rispettiva fuq talba għall-fini ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-data.
ARTIKOLU 15
Sigurtà tad-data
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipproteġu d-data personali skambjata skont dan il-Ftehim.
2. Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri mfassla biex:
|
(a) |
jiċħdu l-aċċess għat-tagħmir li jipproċessa wżat għall-ipproċessar ta’ data personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir) lil persuni mhux awtorizzati; |
|
(b) |
jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data); |
|
(c) |
jipprevjenu d-dħul mhux awtorizzat ta’ data personali u l-ispezzjoni, il-modifika jew l-ikkanċellar mhux awtorizzati ta’ data personali kkonservata (“kontroll tal-konservazzjoni”); |
|
(d) |
jimpedixxu l-użu ta’ sistemi ta’ pproċessar awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati permezz ta’ tagħmir tal-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent); |
|
(e) |
jiżguraw li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ikollhom aċċess biss għad-data personali koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (“kontroll tal-aċċess għad-data”); |
|
(f) |
jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat, jew intbagħtet, data personali permezz ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni); |
|
(g) |
jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati tal-ipproċessar u meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tal-input); |
|
(h) |
jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ġiet aċċessata, minn liema membru tal-persunal u f’liema ħin (reġistru tal-aċċess); |
|
(i) |
jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew l-ikkanċellar mhux awtorizzati ta’ data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-data (kontroll tat-trasport); |
|
(j) |
jiżguraw li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu rranġati minnufih (irkupru); |
|
(k) |
jiżguraw li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu mingħajr difett, li s-sejbien ta’ difetti fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat minnufih (affidabbiltà) u li d-data konservata ma tistax tiġi korrotta mid-disfunzjoni tas-sistema (integrità). |
ARTIKOLU 16
Awtorità ta’ superviżjoni
1. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li jkun hemm awtorità pubblika indipendenti responsabbli għall-protezzjoni tad-data (awtorità ta’ superviżjoni) biex tissorvelja kwistjonijiet li jaffettwaw id-dritt għall-privatezza tal-individwi, inklużi r-regoli domestiċi rilevanti skont dan il-Ftehim, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-awtorità li kull wieħed minnhom iqis bħala l-awtorità ta’ superviżjoni.
2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li kull awtorità ta’ superviżjoni:
|
(a) |
taġixxi b’indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha; hija għandha taġixxi ħielsa minn influwenza esterna u la tfittex u lanqas taċċetta struzzjonijiet; il-membri tiegħu għandu jkollhom mandat sigur, inklużi salvagwardji kontra t-tneħħija arbitrarja; |
|
(b) |
ikollha r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji, il-bini u l-infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħha u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha; |
|
(c) |
ikollha setgħat effettivi ta’ investigazzjoni u intervent biex teżerċita sorveljanza fuq il-korpi li tissorvelja, u biex tidħol fi proċeduri legali; |
|
(d) |
ikollha s-setgħat li tisma’ lmenti minn individwi dwar l-użu tad-data personali tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti taħt is-superviżjoni tagħha. |
ARTIKOLU 17
Rimedju amministrattiv u ġudizzjarju
Is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt għal rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għall-ksur tad-drittijiet u s-salvagwardji rikonoxxuti f’dan il-Ftehim li jirriżultaw mill-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-leġislazzjoni domestika li kull wieħed minnhom jikkunsidra bħala li tipprovdi għad-drittijiet iggarantiti taħt dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
TILWIM
ARTIKOLU 18
Soluzzjoni ta’ tilwim
It-tilwim kollu li jista’ jinqala’ b’rabta mal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni, jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim u kwalunkwe kwistjoni relatata miegħu jagħti lok għal konsultazzjonijiet u negozjati bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli.
ARTIKOLU 19
Klawżola ta’ sospensjoni
1. Fil-każ ta’ ksur materjali jew ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li joħorġu minn dan il-Ftehim, kull Parti Kontraenti tista’ tissospendi temporanjament dan il-Ftehim kollu jew parti minnu permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra permezz ta’ mezzi diplomatiċi. Tali notifika bil-miktub ma għandhiex issir qabel ma l-Partijiet ikunu ħadu sehem f’perjodu raġonevoli ta’ konsultazzjoni mingħajr ma tkun instabet soluzzjoni, u s-sospensjoni għandha ssir effettiva 20 jum mid-data tal-wasla ta’ tali notifika. Sospensjoni bħal din tista’ titneħħa mill-Parti Kontraenti li tkun qed tissospendi b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Is-sospensjoni għandha titneħħa immedjatament malli tasal tali notifika.
2. Minkejja kwalunkwe sospensjoni ta’ dan il-Ftehim, id-data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata b’konformità ma’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 20
Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi, b’avviż ta’ tliet xhur.
2. Id-data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li tiġi ttrasferita qabel it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan il-Ftehim fil-mument tat-terminazzjoni.
3. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jilħqu ftehim dwar it-tkomplija tal-użu u l-ħżin tal-informazzjoni li tkun diġà ġiet ikkomunikata bejniethom.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ARTIKOLU 21
Relazzjoni ma’ strumenti internazzjonali oħra
1. Dan il-Ftehim ma għandux jippreġudika jew b’xi mod ieħor jaffettwa jew ikollu impatt fuq id-dispożizzjonijiet legali fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni previst minn kwalunkwe trattat ta’ assistenza legali reċiproka, kwalunkwe ftehim jew arranġament ieħor ta’ kooperazzjoni, jew relazzjoni ta’ ħidma għall-infurzar tal-liġi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn New Zealand u kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni.
2. Dan l-Arranġament għandu jiġu kkumplimentat mill-Arranġament ta’ Ħidma li jistabbilixxi relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Pulizija ta’ New Zealand u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi.
ARTIKOLU 22
Implimentazzjoni tal-arranġament amministrattiv
Id-dettalji tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti kif xieraq biex jiġi implimentat dan il-Ftehim għandhom ikunu s-suġġett ta’ arranġament amministrattiv ta’ implimentazzjoni konkluż bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand, f’konformità mar-Regolament dwar il-Europol.
ARTIKOLU 23
Arranġament amministrattiv dwar il-kunfidenzjalità
Fejn neċessarju skont dan il-Ftehim, l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE għandu jkun regolat minn Arranġament Amministrattiv dwar il-Kunfidenzjalità konkluż bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand.
ARTIKOLU 24
Punt ta’ kuntatt nazzjonali u uffiċjali ta’ kollegament
1. New Zealand għandha taħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali biex jaġixxi bħala l-punt ċentrali ta’ kuntatt bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand. Il-kompiti speċifiċi tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu elenkati fl-arranġament amministrattiv ta’ implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 22. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali magħżul għal New Zealand huwa indikat fl-Anness IV.
2. Il-Europol u New Zealand għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom kif stabbilit f’dan il-Ftehim permezz tal-iskjerament ta’ uffiċjal(i) ta’ kollegament minn New Zealand. Il-Europol jista’ jiskjera uffiċjal ta’ kollegament wieħed jew aktar fi New Zealand.
ARTIKOLU 25
Spejjeż
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jġarrbu l-ispejjeż tagħhom stess, li jinqalgħu matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim jew stipulat fl-arranġament amministrattiv ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22.
ARTIKOLU 26
Notifika ta’ implimentazzjoni
1. Kull Parti Kontraenti għandha tipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jagħmlu disponibbli għall-pubbliku dokument li jistabbilixxi f’forma intelliġibbli d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali ttrasferita taħt dan il-Ftehim inklużi l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li kopja ta’ dak id-dokument tiġi nnotifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra.
2. Meta ma jkunux diġà fis-seħħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw regoli li jispeċifikaw kif il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali ttrasferita taħt dan il-Ftehim ser tiġi infurzata fil-prattika. Kopja ta’ dawn ir-regoli għandha tiġi nnotifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra u lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi.
ARTIKOLU 27
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
1. |
Dan il-Ftehim għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proceduri interni tagħhom. |
|
2. |
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla tal-aħħar notifika bil-miktub li permezz tagħha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ikunu tlestew. |
|
3. |
Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli fl-ewwel jum wara d-data meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
|
ARTIKOLU 28
Emendi u supplimenti
1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bil-miktub, fi kwalunkwe ħin b’kunsens reċiproku bejn il-Partijiet Kontraenti permezz ta’ notifika bil-miktub skambjata permezz ta’ mezzi diplomatiċi. L-emendi għal dan il-Ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ f’konformità mal-proċedura legali prevista fl-Artikolu 27(1) u (2).
2. L-Annessi għal dan il-Ftehim jistgħu jiġu aġġornati, kif neċessarju, permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi. Tali aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’konformità mal-proċedura legali prevista fl-Artikolu 27(1) u (2).
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet fir-rigward tal-emendar ta’ dan il-Ftehim jew l-Annessi tiegħu fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet Kontraenti.
ARTIKOLU 29
Reviżjoni u evalwazzjoni
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrevedu b’mod konġunt l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, u f’intervalli regolari minn hemm ‘il quddiem, u addizzjonalment jekk mitluba minn waħda mill-Partijiet Kontraenti u deċiżi b’mod konġunt.
2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jevalwaw dan il-Ftehim b’mod konġunt erba’ snin wara d-data ta’ applikazzjoni tiegħu.
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddeċiedu minn qabel dwar il-modalitajiet tar-reviżjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-kompożizzjoni tat-timijiet rispettivi tagħhom. It-timijiet għandhom jinkludu esperti rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data u l-infurzar tal-liġi. Soġġett għal-liġijiet applikabbli, il-parteċipanti kollha f’rieżami għandhom ikunu mitluba li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tad-diskussjonijiet u jkollhom awtorizzazzjonijiet ta’ sigurtà xierqa. Għall-finijiet ta’ kwalunkwe reviżjoni, l-Unjoni u New Zealand għandhom jiżguraw aċċess għad-dokumentazzjoni, is-sistemi u l-persunal rilevanti.
ARTIKOLU 30
Applikabbiltà territorjali
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih, u sa fejn, ikunu applikabbli t-TUE u t-TFUE, u għat-territorju ta’ New Zealand.
2. Dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju tad-Danimarka jekk l-Unjoni tinnotifika lil New Zealand bil-miktub li d-Danimarka għażlet li tintrabat b’dan il-Ftehim.
3. Jekk l-Unjoni tinnotifika lil New Zealand qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li dan il-Ftehim ser japplika għat-territorju tad-Danimarka, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tad-Danimarka fl-istess jum li dan il-Ftehim japplika għall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni.
4. Jekk l-Unjoni tinnotifika lil New Zealand wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, li dan il-Ftehim ser japplika għat-territorju tad-Danimarka, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tad-Danimarka 30 jum wara d-data ta’ tali notifika.
ARTIKOLU 31
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull test ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на тридесети юни две хиляди двадесет и втора година.
Hecho en Bruselas, el treinta de junio de dos mil veintidós.
V Bruselu dne třicátého června dva tisíce dvacet dva.
Udfærdiget i Bruxelles den tredivte juni to tusind og toogtyve.
Geschehen zu Brüssel am dreißigsten Juni zweitausendzweiundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne teise aasta juunikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Ιουνίου δύο χιλιάδες είκοσι δύο.
Done at Brussels on the thirtieth day of June in the year two thousand and twenty two.
Fait à Bruxelles, le trente juin deux mille vingt-deux.
Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an tríochadú lá de Mheitheamh sa bhliain dhá mhíle fiche agus a dó.
Sastavljeno u Bruxellesu tridesetog lipnja godine dvije tisuće dvadeset druge.
Fatto a Bruxelles, addì trenta giugno duemilaventidue.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit otrā gada trīsdesmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt antrų metų birželio trisdešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonkettedik év június havának harmincadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u tnejn u għoxrin.
Gedaan te Brussel, dertig juni tweeduizend tweeëntwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego czerwca roku dwa tysiące dwudziestego drugiego.
Feito em Bruxelas, em trinta de junho de dois mil e vinte e dois.
Întocmit la Bruxelles la treizeci iunie două mii douăzeci și doi.
V Bruseli tridsiateho júna dvetisícdvadsaťdva.
V Bruslju, tridesetega junija dva tisoč dvaindvajset.
Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäkaksi.
Som skedde i Bryssel den trettionde juni år tjugohundratjugotvå.
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU UE L 135, 24.5.2016, p. 53).
ANNESS I
OQSMA TA’ KRIMINALITÀ
Reati kriminali huma:
|
— |
terroriżmu, |
|
— |
kriminalità organizzata, |
|
— |
traffikar tad-drogi, |
|
— |
attivitajiet ta’ ħasil tal-flus, |
|
— |
kriminalità marbuta ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi, |
|
— |
faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ immigranti, |
|
— |
traffikar ta’ bnedmin, |
|
— |
kriminalità marbuta ma’ vetturi, |
|
— |
qtil, offiża gravi fuq il-persuna, |
|
— |
kummerċ illegali ta’ organi u tessuti tal-bniedem, |
|
— |
ħtif, żamma kontra r-rieda u teħid ta’ ostaġġi, |
|
— |
razziżmu u ksenofobija, |
|
— |
serq u serq aggravat, |
|
— |
traffikar illeċitu fi prodotti tal-kultura, inklużi antikitajiet u xogħlijiet artistiċi, |
|
— |
imbrolju u frodi, |
|
— |
kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
|
— |
abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju |
|
— |
racketeering u estorsjoni, |
|
— |
falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas, |
|
— |
kriminalità relatata mal-kompjuter, |
|
— |
korruzzjoni, |
|
— |
traffikar illeċitu f’armi, munizzjoni u splussivi, |
|
— |
traffikar illeċitu fi speċijiet ta’ annimali fil-periklu, |
|
— |
traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu, |
|
— |
reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti, |
|
— |
traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir, |
|
— |
abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal marbut mal-abbuż tat-tfal u t-tħajjir tat-tfal għal finijiet sesswali, |
|
— |
ġenoċidju, kriminalità kontra l-umanità u kriminalità tal-gwerra. |
Il-forom ta’ kriminalità msemmija f’dan l-Anness għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand skont il-liġi ta’ New Zealand.
ANNESS II
AWTORITAJIET KOMPETENTI TA’ NEW ZEALAND U L-KOMPETENZI TAGĦHOM
L-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand li lilhom il-Europol tista’ tittrasferixxi d-data personali huma kif ġej:
Il-Pulizija ta’ New Zealand (bħala l-awtorità prinċipali kompetenti ta’ New Zealand)
New Zealand Customs Service
Is-Servizz tal-Immigrazzjoni ta’ New Zealand
ANNESS III
LISTA TA’ KORPI TAL-UNJONI
Il-Missjonijiet/l-Operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, limitati għall-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
ANNESS IV
PUNT TA’ KUNTATT NAZZJONALI
Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għal New Zealand biex jaġixxi bħala l-punt ċentrali ta’ kuntatt bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand huwa:
Il-Pulizija ta’ New Zealand
New Zealand għandha d-dmir li tinforma lill-Europol f’każ li jinbidel il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għal New Zealand.
REGOLAMENTI
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/23 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/369
tad-29 ta’ Novembru 2022
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) fiha żball fil-punt ADR.OPS.B.080(b) li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni stabbilita f’dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 tiġi korretta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/25 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/370
tat-13 ta’ Diċembru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri, limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jirregolaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), inklużi r-regoli dwar il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw it-talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal emenda. |
|
(3) |
Sabiex il-Kummissjoni tivvaluta b’mod korrett it-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li t-talba jkun fiha, minbarra l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal kull bidla tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, ċerta informazzjoni li tispjega r-raġunijiet għall-bidla u li tispjega l-kontenut u l-effetti mistennija tagħha. |
|
(4) |
Biex jiġi żgurat li t-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tkun kompluta u tintbagħat b’mod korrett lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentawha permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2289 (2). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni bir-reqqa tat-talba għal emenda ppreżentata għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, u b’mod partikolari tal-pjan finanzjarju emendat, u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ żbalji minħabba diversi verżjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu għaddejjin minn valutazzjoni parallela, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta talba waħda biss għal emenda permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” kull darba. Jenħtieġ li l-Istat Membru jissottometti talba ġdida għal emenda biss meta jkun irtira t-talba preċedenti jew meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għal emenda ppreżentata qabel. Dan huwa meħtieġ b’mod partikolari biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji fir-rigward tal-verżjoni applikabbli tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u r-rabta korretta tal-pagamenti u mal-pjan finanzjarju emendat applikabbli ġdid. |
|
(6) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar in-notifiki lill-Kummissjoni tal-bidliet li jikkonċernaw l-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115, imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament, u dwar in-notifika lill-Kummissjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 120 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mat-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fil-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-ipproċessar u d-dħul fis-seħħ f’waqthom tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK qabel tmiem il-perjodu għall-eliġibbiltà tan-nefqa. |
|
(8) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatati mat-trasferiment ta’ ċerti allokazzjonijiet finanzjarji, sabiex jiġi żgurat dħul fis-seħħ f’waqtu tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pagamenti diretti u għall-FAEŻR. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jħejju t-talbiet għall-emendar sabiex inaqqsu l-għadd ta’ talbiet għal emendi ppreżentati f’kull sena kalendarja, pereżempju billi jikkombinaw diversi bidliet fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, f’talba waħda għal emenda. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi ggarantit funzjonament bla xkiel u effiċjenti tal-interventi kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw it-talbiet tagħhom għal emenda sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u biex jidħlu fis-seħħ fil-ħin f’konformità mal-Artikolu 119(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(10) |
Biex tiġi żgurata l-flessibbiltà għall-Istati Membri f’każ ta’ emerġenzi minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u miżuri oħra ta’ emerġenza, u biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet speċifiċi oħra, u fl-istess ħin, biex jiġu pproċessati b’mod effettiv u f’waqtu t-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mingħajr piż amministrattiv żejjed, jeħtieġ li jiġu definiti aktar każijiet li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda stabbilit fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Dawn il-każijiet jenħtieġ li jinkludu bidliet mhux previsti fil-qafas legali tal-Unjoni, obbligi legali, u fejn meħtieġ, diżimpenji awtomatiċi, u bidliet minħabba miżuri eċċezzjonali kontra disturbi fis-suq, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, kif ukoll modifiki ta’ strumenti finanzjarji li joperaw f’ambjent tas-suq dinamiku fejn jistgħu jkunu meħtieġa bidliet regolari għall-implimentazzjoni xierqa tagħhom. |
|
(11) |
Jeħtieġ li jiġi pprovdut limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi li jikkonċernaw id-diżimpenn awtomatiku, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (4). |
|
(12) |
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u meta jitqies li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-limiti ta’ żmien għat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u każijiet ulterjuri ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li ma jgħoddux fl-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ċertezza legali għall-Istati Membri, il-bdiewa u l-partijiet ikkonċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 rigward:
|
(a) |
il-proċeduri għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK; |
|
(b) |
il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK; |
|
(c) |
każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
Artikolu 2
Regoli dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u dwar in-notifiki tal-emendi msemmija fl-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115
1. Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tindika tip wieħed jew diversi tipi ta’ emendi, minn fost it-tipi ta’ emendi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u, għal kull bidla proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bidla; |
|
(b) |
l-effetti mistennija tal-bidla; |
|
(c) |
l-impatt tal-bidla fuq il-miri u l-indikaturi; |
|
(d) |
l-impatt tal-bidla fuq il-pjan ta’ finanzjament. |
2. It-talba għal emenda tal-Pjan tal-PAK jista’ jkun fiha proposti għal bidla waħda jew aktar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
3. Ir-rikjesta għal emenda tal-pjan strateġiku tal-PAK għandha tkun ippreżentata permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2289. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandha tiġi kkodifikata mill-Istat Membru fit-taqsima rispettiva tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data“SFC2021” għal kull bidla proposta separatament.
4. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba waħda biss għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kull darba. L-Istat Membru jista’ jippreżenta talba ġdida għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biss wara li t-talba preċedenti tkun ġiet irtirata mill-Istat Membru jew wara li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba preċedenti għal emenda msemmija fl-Artikolu 119(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
5. Meta Stat Membru jirtira talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, talba ġdida għal emenda tista’ tiġi ppreżentata biss meta l-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet l-irtirar tat-talba preċedenti permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021”.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet li jikkonċernaw l-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115, imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament, permezz tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data “SFC2021”. In-notifika għandu jkun fiha:
|
(a) |
is-suġġett tal-bidliet; |
|
(b) |
ġustifikazzjoni li tikkonferma li l-bidla ma taffettwax il-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
(c) |
id-data tad-dħul fis-seħħ tal-bidla fl-Istat Membru. |
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 permezz tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data“SFC2021”. Jekk l-Istat Membru, b’riżultat tal-valutazzjoni stabbilita f’dak l-Artikolu, jippreżenta talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, huwa għandu jipprovdi bħala parti mill-ġustifikazzjoni ta’ dik it-talba għal emenda, referenza għan-notifika u spjegazzjoni rigward ir-rabtiet bejn l-eżitu tal-valutazzjoni u l-bidliet proposti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Artikolu 3
Limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. Il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 119(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jiġi sospiż mid-data li fiha l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-talba għal emenda jkunu ġew innotifikati lill-Istat Membru sad-data li fiha tkun ġiet ippreżentata verżjoni ġdida tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” li fiha l-osservazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni jkunu ġew indirizzati bis-sħiħ mill-Istat Membru.
2. It-talbiet għal emendi relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2028.
3. It-talbiet għal emendi relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2029.
4. It-talbiet għal emendi relatati mat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Mejju 2025.
Artikolu 4
Każijiet ulterjuri ta’ talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. It-talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ma għandhomx jingħaddu fl-għadd massimu ta’ talbiet imsemmi fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jekk ikunu relatati mal-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
bidliet minħabba miżuri ta’ emerġenza meħtieġa biex jiġu indirizzati diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi formalment rikonoxxuti bħala tali mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew modifiki minħabba bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru; |
|
(b) |
bidliet meħtieġa wara l-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew bidliet meħtieġa wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Unjoni Ewropea; |
|
(c) |
bidliet wara miżuri eċċezzjonali adottati skont l-Artikoli 219, 220 jew 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(d) |
bidliet meħtieġa minħabba l-introduzzjoni tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew il-modifiki tagħhom; |
|
(e) |
bidliet minħabba diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116; jew |
|
(f) |
bidliet li jappartjenu għall-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 imsemmi fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament. |
2. It-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e), għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja.
3. Talba għal emenda li tikkombina l-bidliet fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma’ bidliet oħra fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tgħodd fin-numru massimu ta’ talbiet għal emenda stabbilit fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2289 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u dwar is-sistema elettronika għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 463).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
ANNESS
Tipi ta’ emendi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 2(1):
|
1. |
Reviżjoni tal-outputs ippjanati jew iffissar/reviżjoni tal-koeffiċjenti ta’ tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
2. |
Tibdiliet relatati mal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
3. |
Trasferiment relatat mad-digressività u l-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
4. |
Bidliet relatati ma’ interventi f’ċerti setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
5. |
Allokazzjoni ta’ ammont li għandu jingħata bħala kontribut lil InvestEU msemmi fl-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
6. |
Bidliet wara rieżami tad-deċiżjonijiet biex jintużaw l-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti għall-interventi f’ċerti setturi, imsemmija fl-Artikolu 88(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
7. |
Trasferimenti minħabba flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet ta’ pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet tal-FAEŻR, imsemmija fl-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
8. |
Bidliet relatati mat-tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
9. |
Żieda tal-elementi neqsin fi Pjan Strateġiku tal-PAK approvat imsemmi fl-Artikolu 118(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
10. |
Bidliet relatati mal-interventi għall-iżvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament; |
|
11. |
Bidliet minħabba rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
|
12. |
Bidliet relatati mal-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament; |
|
13. |
Bidliet relatati ma’ elementi oħra tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għajr dawk stabbiliti fil-punti 1 sa 12. |
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/371
tat-13 ta’ Frar 2023
li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Pannon” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pannon” li ntbagħtitilha mill-Ungerija f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Pannon” (DOP), huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/372
tas-17 ta’ Frar 2023
li jistabbilixxi regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-kondiviżjoni ta’ rekords bil-miktub tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq bastimenti tal-bhejjem, dwar pjanijiet ta’ kontinġenza għall-bastimenti tal-bhejjem fil-każ ta’ emerġenzi, dwar l-approvazzjoni ta’ bastimenti tal-bhejjem u dwar ir-rekwiżiti minimi applikabbli għall-punti ta’ ħruġ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jispezzjonaw il-bastimenti tal-bhejjem qabel kwalunkwe tqandil ta’ annimali domestiċi. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jridu jivverifikaw li l-bastimenti jinbnew u jkunu mgħammra għan-numru u għat-tip ta’ annimali li għandhom jiġu ttrasportati u li l-apparat imsemmi fil-Kapitolu IV tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament jibqa’ fi stat ta’ ħidma tajba. |
|
(2) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bħalissa jirreġistraw iċ-ċertifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tal-vetturi tal-bhejjem fil-bażijiet tad-data elettroniċi tagħhom stess, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ma għandhomx aċċess għalihom. Filwaqt li verifika dokumentarja ma tistax tissostitwixxi l-ispezzjoni fiżika tal-bastiment innifsu, eżami, bħala parti minn kontroll uffiċjali, tad-dettalji taċ-ċertifikazzjoni miżmuma fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ bastiment, jista’ jipprovdi xi informazzjoni dwar il-konformità tal-bastiment mar-rekwiżiti tal-Kapitolu IV, it-Taqsima 1, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Għalhekk, l-applowdjar u l-ħżin taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni flimkien ma’ kwalunkwe dettall taċ-ċertifikazzjoni f’bażi tad-data elettronika komuni jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv u jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom meta jwettqu kontroll uffiċjali. |
|
(3) |
Id-dettalji taċ-ċertifikazzjoni, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jirreġistraw fil-bażi tad-data elettronika unika, jenħtieġ li jinkludu d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikati, l-informazzjoni dwar l-erja massima tal-wiċċ disponibbli għall-annimali u t-tip ta’ annimali li jistgħu jittrasportaw il-bastimenti. Dak jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli uffiċjali jivvalutaw jekk l-approvazzjoni hijiex valida fiż-żmien tal-kontroll u jekk il-bastiment huwiex tajjeb għat-trasport tal-annimali inkwistjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jintegra f’qafas leġiżlattiv uniku r-regoli applikabbli għall-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. |
|
(5) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jfasslu rekords ta’ kull kontroll uffiċjali mwettaq bil-karta jew f’forma elettronika. Dan jelenka wkoll l-informazzjoni li dawn ir-rekords għandhom jinkludu. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 qabel it-tqandil ta’ ekwidi domestiċi u annimali domestiċi ta’ speċijiet bovini, ovini, kaprini jew porċini fuq bastimenti tal-bhejjem. |
|
(6) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali filwaqt li jqisu, fost affarijiet oħrajn, ir-rekord tal-passat tal-operaturi fir-rigward tal-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u l-konformità tagħhom mar-regoli tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1/2005. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx aċċess għall-eżitu tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn. Madankollu, dawn ir-rekords huma meħtieġa sabiex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati tajjeb meta jitwettqu spezzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Għalhekk, għall-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data elettronika komuni li tiġbor u tikkondividi d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem u l-eżitu tal-istorja tal-ispezzjoni tagħhom. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw malajr din l-informazzjoni, inaqqsu l-piż amministrattiv u jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom meta jwettqu kontroll uffiċjali. |
|
(7) |
Skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Istati Membri kollha b’portijiet marittimi għandhom l-obbligu li jwettqu spezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port tal-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tagħhom. Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port huma oġġettivi u verifikabbli, u jistgħu jkunu rilevanti għall-ispezzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, bħal nuqqasijiet identifikati relatati mal-impermeabbiltà, mal-ventilazzjoni, mal-kapaċità ta’ żamma f’wiċċ l-ilma jew mat-tagħmir tat-tifi tan-nar. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi r-riżultati rilevanti disponibbli pubblikament tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port fil-bażi tad-data elettronika komuni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni wettqet sensiela ta’ awditi fuq is-sistemi ta’ kontroll uffiċjali tal-Istati Membri sabiex tipproteġi l-benessri tal-annimali matul it-trasport bil-baħar lejn pajjiżi terzi li jużaw bastimenti tal-bhejjem. Wara l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistemi tal-Istati Membri ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-awtorizzazzjoni tat-trasportaturi tal-baħar bħala riżultat ta’ dawn l-awditi, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-pjanijiet ta’ kontinġenza ppreżentati mit-trasportaturi skont l-Artikolu 11(1), il-punt (b)(iv), tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jiġu adattati sabiex jittrattaw l-emerġenzi ewlenin li jistgħu jiffaċċjaw matul il-vjaġġ ikkonċernat. |
|
(9) |
Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien sabiex tiġi vvalutata l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni li tkun waslet mingħand applikant għal ċertifikat ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, sabiex issir tħejjija għal spezzjoni fiżika bir-reqqa ta’ bastiment tal-bhejjem u sabiex jiġi vverifikat jekk bastiment tal-bhejjem jikkonformax mar-rekwiżiti għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni, l-applikant jenħtieġ li jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-inqas 20 jum qabel id-data tal-ispezzjoni tal-bastiment tal-bhejjem. |
|
(10) |
Abbażi tal-esperjenza tagħhom tat-trasport tal-annimali bil-bastimenti tal-bhejjem, l-esperti tal-Istati Membri, inklużi l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, fl-2014 żviluppaw dokument tan-network (4), sabiex jipprovdi gwida għall-kontrolli uffiċjali tal-benessri tal-annimali waqt l-esportazzjoni minn bastimenti tal-bhejjem, kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (“id-dokument tan-network”). Il-linji gwida fid-dokument tan-network ġew aġġornati f’Jannar 2020 fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-dokument tan-network u tal-awditi tal-Kummissjoni. |
|
(11) |
L-ispetturi mill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu spezzjonijiet fuq il-bastimenti tal-bhejjem huma fil-biċċa l-kbira veterinarji uffiċjali. Il-kompetenza veterinarja waħedha ma hijiex biżżejjed biex jiġi vverifikat il-funzjonament tas-sistemi mekkaniċi u ta’ ġestjoni tal-bastimenti tal-bhejjem li jista’ jkollhom impatt fuq il-benessri tal-annimali li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati. Kif propost fid-dokument tan-network, it-timijiet li jwettqu spezzjonijiet għall-fini tal-għoti ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni, previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jenħtieġ li jikkonsistu minn veterinarji uffiċjali u minn esperti marittimi b’għarfien espert xieraq dwar dawk is-sistemi mekkaniċi u ta’ ġestjoni u esperjenza prattika tat-tħaddim tal-bastimenti tal-bhejjem. |
|
(12) |
L-approvazzjoni ta’ bastiment tal-bhejjem prevista fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jew it-tiġdid ta’ tali approvazzjoni jenħtieġ li jkun soġġett għar-riżultati ta’ spezzjoni minn veterinarju uffiċjali abbord l-ewwel vjaġġ b’kunsinni ta’ annimali sabiex jiġi vverifikat li s-sistemi mekkaniċi u ta’ ġestjoni tal-bastiment tal-bhejjem ma humiex ta’ detriment għall-benessri tal-annimali abbord matul il-vjaġġ. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-annimali ttrasportati jew minn Stati Membri oħrajn jew fi vjaġġi twal bit-triq mill-post tat-tluq tagħhom sal-punti tal-ħruġ fil-portijiet tal-baħar ikunu jistgħu jinħattu b’mod sikur u jiġu mitmugħa, jingħataw l-ilma u jitħallew jistrieħu, jenħtieġ li jkun disponibbli tal-anqas post ta’ kontroll wieħed imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 (5) fil-punti ta’ ħruġ fil-portijiet tal-baħar, jew f’distanza ta’ sagħtejn bit-triq mill-punt ta’ ħruġ ikkonċernat. |
|
(14) |
Sabiex l-Istati Membri jallokaw persunal u riżorsi għall-kompiti u għall-obbligi l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, biex jiżguraw adattament bla xkiel u uniformi għar-regoli l-ġodda, u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jibnu postijiet ta’ kontroll fil-punti ta’ ħruġ, jekk ikun meħtieġ, l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, dwar il-preżenza ta’ veterinarju abbord, u l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, dwar il-postijiet ta’ kontroll fil-punti ta’ ħruġ, għandhom japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament:
|
(a) |
jistabbilixxi regoli dettaljati meħtieġa għat-twettiq tal-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; |
|
(b) |
jispeċifika l-kontenut tal-pjanijiet ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (b)(iv), tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 meta dawn jirreferu għall-bastimenti tal-bhejjem; |
|
(c) |
jispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-punti ta’ ħruġ meta dawn ikunu portijiet tal-baħar. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “spezzjoni ta’ kontroll mill-Istat tal-port” tfisser spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port f’konformità mad-Direttiva 2009/16/KE.
Artikolu 3
Bażi tad- data elettronika
1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tiżgura l-funzjonament, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kwalunkwe aġġornament jew żvilupp ulterjuri meħtieġ ta’ bażi tad-data elettronika.
2. Il-bażi tad-data elettronika għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa għall-ispezzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, inkluż:
|
(a) |
id-dettalji taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jidentifikaw malajr il-bastimenti tal-bhejjem; |
|
(b) |
ir-rekords tal-ispezzjonijiet tal-passat imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bastimenti tal-bhejjem għall-finijiet tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; |
|
(c) |
informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port. |
3. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri aċċess għall-bażi tad-data elettronika għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaħtru tal-anqas amministratur nazzjonali kull wieħed u jikkomunikaw dik il-ħatra u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla fir-rigward tal-amministraturi nazzjonali.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għad-data u għad-dokumenti li jdaħħlu jew jipproduċu fil-bażi tad-data.
Artikolu 4
Reġistrazzjoni taċ-ċertifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirreġistraw iċ-ċertifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem imsemmija fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 fil-bażi tad-data elettronika msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Iċ-ċertifikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikati, informazzjoni dwar l-erja massima tal-wiċċ disponibbli għall-annimali għal kull gverta u t-tip ta’ annimali li jistgħu jittrasportaw il-bastimenti.
Artikolu 5
Reġistrazzjoni tal-ispezzjonijiet
1. Wara spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirreġistraw, mingħajr dewmien żejjed, l-ispezzjoni imwettqa fuq il-bastimenti tal-bhejjem skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 fil-bażi tad-data elettronika msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-rekords tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fihom l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 6
Aċċess għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-bastimenti tal-bhejjem u r-rekords ta’ spezzjoni preċedenti
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-data elettronika msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe data rilevanti rreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rreġistrata fil-bażi tad-data elettronika meħtieġa biex:
|
(a) |
jivverifikaw li l-bastimenti tal-bhejjem ikollhom ċertifikat ta’ approvazzjoni validu; |
|
(b) |
iwettqu deċiżjonijiet infurmati sew meta jispezzjonaw il-bastimenti tal-bhejjem matul it-tqandil għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. |
Artikolu 7
Pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ emerġenzi għall-bastimenti tal-bhejjem
Il-pjanijiet ta’ kontinġenza fil-każ ta’ emerġenzi, sottomessi minn trasportaturi li beħsiebhom jittrasportaw annimali bil-baħar permezz ta’ bastimenti tal-bhejjem skont l-Artikolu 11(1), il-punt (b)(iv), tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, għandhom jinkludu analiżi tar-riskju tal-perikli l-aktar probabbli għall-benessri tal-annimali relatati ma’ tali vjaġġi.
Artikolu 8
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bastimenti tal-bhejjem
L-applikant għandu jibgħat lill-awtoritajiet jew lill-korp kompetenti rilevanti maħtura minn Stat Membru l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għal bastiment tal-bhejjem f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 mill-inqas 20 jum tax-xogħol qabel id-data tal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 9
Timijiet ta’ spetturi għall-bastimenti tal-bhejjem
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet għall-fini tal-għoti ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni, previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jitwettqu minn tim ta’ spetturi.
2. Tim ta’ spetturi għandu jinkludi mill-inqas:
|
(a) |
veterinarju uffiċjali; u |
|
(b) |
espert marittimu awtorizzat mill-awtoritajiet marittimi tal-Istat Membru. |
3. L-espert marittimu msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandu jissodisfa, bħala minimu, wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
kwalifiki xierqa minn istituzzjoni tal-baħar jew nawtika rikonoxxuta mill-Istati Membri u esperjenza ta’ tbaħħir rilevanti bħala uffiċjal tal-bastiment ċertifikat li jkollu ċertifikat validu ta’ kompetenza STCW II/2 jew III/2 previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (STCW) u li ma humiex limitati fir-rigward taż-żona operazzjonali, tal-qawwa tal-propulsjoni jew tat-tunnellaġġ; |
|
(b) |
eżami komplet bħala perit navali, inġinier mekkaniku jew inġinier relatat mal-qasam marittimu, li huwa rikonoxxut mill-awtoritajiet marittimi responsabbli, u li ħadem f’dik il-kapaċità għal mill-inqas ħames snin; jew |
|
(c) |
grad universitarju rilevanti jew grad ekwivalenti minn istituzzjoni terzjarja, f’qasam rilevanti tal-inġinerija jew tax-xjenza, rikonoxxut mill-Istat Membru. |
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali minn veterinarju uffiċjali abbord il-bastimenti tal-bhejjem
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kontrolli uffiċjali abbord bastiment tal-bhejjem matul l-ewwel vjaġġ sħiħ tal-bastiment b’kunsinni ta’ annimali wara l-approvazzjoni tal-bastiment tal-bhejjem prevista fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u qabel it-tiġdid ta’ tali approvazzjoni.
2. L-approvazzjoni tal-bastiment tal-bhejjem għandha tiġi sospiża sakemm:
|
(a) |
il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 juru li l-kostruzzjoni u l-apparat tal-bastiment tal-bhejjem ma humiex ta’ detriment għall-benessri tal-annimali abbord; u |
|
(b) |
jittieħdu miżuri korrettivi effettivi mit-trasportatur jekk ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jidentifikaw kwalunkwe nuqqas ieħor. |
3. Għat-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, il-veterinarju uffiċjali għandu jimla rapport tal-kontrolli mwettqa abbord matul il-vjaġġ, f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness.
Artikolu 11
Rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fil-punti ta’ ħruġ fil-portijiet
Meta l-operazzjonijiet jinvolvu t-trasport ta’ annimali bit-triq minn Stati Membri oħrajn jew vjaġġi twal bit-triq mill-post tat-tluq lejn il-portijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-postijiet ta’ kontroll approvati għall-kategoriji rilevanti ta’ annimali, f’konformità mal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1255/97, huma disponibbli f’punti ta’ ħruġ fil-portijiet tal-baħar jew jinsabu fi vjaġġ ta’ sagħtejn bit-triq mill-punt ta’ ħruġ ikkonċernat.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(4) Dokument tan-Network dwar il-Bastimenti tal-Bhejjem, disponibbli fuq https://circabc.europa.eu/ui/group/f41c4e1d-22a1-4e7b-aa31-cd16f126037d/library/d1bdd5a7-2e73-4f9a-97e2-c0975fc713a1/details
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1).
ANNESS
RAPPORT TA’ KONTROLLI FIŻIĊI ABBORD MATUL IL-VJAĠĠ
(imsemmija fl-Artikolu 10)
|
|||||||||||||
|
Isem il-Bastiment |
In-Numru tal-IMO tal-bastiment |
||||||||||||
|
Il-pajjiż tal-approvazzjoni/tat-tiġdid tal-approvazzjoni |
Id-data tal-approvazzjoni/tat-tiġdid tal-approvazzjoni |
||||||||||||
|
Isem il-Kaptan |
In-Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni |
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|
|
|||||||||||
|
|||||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
Instabu anomaliji |
Miżuri korrettivi (jekk applikabbli) |
|||||||||||
|
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/373
tas-17 ta’ Frar 2023
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer hu marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu taż-żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/224 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Greċja, fl-Italja u fil-Polonja. Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta’ dik il-marda f’ċerti Stati Membri kkonċernati evolviet. |
|
(4) |
Kwalunkwe emenda taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-linji gwida tal-Unjoni miftiehma mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Kien hemm diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja u fis-Slovakkja, u kien hemm tifqigħa ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fl-Italja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti I u III fil-Polonja tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini selvaġġi u miżmuma, bis-saħħa tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda applikati minn dan l-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(6) |
Barra minn hekk, f’Jannar 2023, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Banska Bystrica fis-Slovakkja f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, u li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness. Dawk it-tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tas-Slovakkja li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, u li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata bħala żona ristretta II fis-Slovakkja affettwata minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, filwaqt li jeħtieġ jiġu ridefiniti l-konfini attwali taż-żona ristretta I biex jitqiesu dawn it-tifqigħat riċenti. |
|
(7) |
Minbarra dawn, fi Frar 2023 ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fir-reġjun ta’ Sardinja fl-Italja, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Italja li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta III f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta II tiegħu, filwaqt li jeħtieġ jiġu ridefiniti l-konfini attwali taż-żona ristretta II biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, fi Frar 2023, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Podkarpackie fil-Polonja, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta f’dak l-Anness, affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, filwaqt li jeħtieġ jiġu ridefiniti l-konfini attwali taż-żona ristretta biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(9) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja u fis-Slovakkja u t-tifqigħa riċenti f’annimali porċini miżmuma fl-Italja, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie rivalutat u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Barra minn hekk, ġew rivalutati u aġġornati wkoll il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju fis-seħħ. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(10) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (6), u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju tad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Lubuskie fil-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar tnax-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. Iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(11) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Zachodniopomorskie fil-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar tliet xhur ma kienx hemm tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. Iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(12) |
Finalment, abbażi tal-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti Pollakka u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-marda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti I, u fiż-żoni ristretti li dawn iż-żoni ristretti I tal-madwar, elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju tad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Malopolskie, Pomorskie, Łódzkie u Świętokrzyskie fil-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa ma jibqgħux elenkati f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar tnax-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti I u fiż-żoni tal-madwar ta’ dawk iż-żoni ristretti |
|
(13) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs biżżejjed fl-Italja, fil-Polonja u fis-Slovakkja u jiġu elenkati bħala żoni ristretti I, II u III, filwaqt li jenħtieġ li ċerti partijiet taż-żoni ristretti I għall-Polonja ma jibqgħux elenkati. Peress li s-sitwazzjoni fl-Unjoni rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer hi dinamika ħafna, waqt id-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni tal-madwar. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/224 tat-2 ta’ Frar 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 11).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en
(5) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, id-29 edizzjoni, 2021. Il-Volumi I u II, ISBN 978-92-95115-40-8; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė išskyrus Šumskų ir Sasnavos seniūnijos, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Pajevonio, Virbalio, Vištyčio seniūnijos. |
5. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the municipalities of Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
in the district of Levice, the municipalities of Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, Kalná nad Hronom, Nový Tekov, Malé Kozmálovce, Veľké Kozmálovce, Tlmače, Rybník, Hronské Kosihy, Čajkov, Nová Dedina, Devičany, |
|
— |
in the district of Krupina, the municipalities of Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
the whole district of Ružomberok, |
|
— |
the whole district of Turčianske Teplice, except municipalities included in zone II, |
|
— |
in the district of Martin, municipalties of Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, Ďanová, Karlová, Laskár, Rakovo, Príbovce, Košťany nad Turcom, Socovce, Turčiansky Ďur, Kláštor pod Znievom, Slovany, Ležiachov, Benice, |
|
— |
in the district of Dolný Kubín, the municipalities of Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
in the district of Tvrdošín, the municipalities of Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
in the district of Prievidza, the municipalities of Handlová, Cígeľ, Podhradie, Lehota pod Vtáčnikom, Kamenec pod Vtáčnikom, Bystričany, Čereňany, Oslany, Horná Ves, Radobica, Ráztočno, |
|
— |
in the district of Partizánske, the municipalities of Veľké Uherce, Pažiť, Kolačno, Veľký Klíž, Ješkova Ves, Klátová Nová Ves, |
|
— |
in the district of Topoľčany, the municipalities of Krnča, Prázdnovce, Solčany, Nitrianska Streda, Čeľadince, Kovarce, Súlovce, |
|
— |
in the district of Zlaté Moravce, the municipalities of Zlatno, Mankovce, Velčice, Kostoľany pod Tríbečom, Ladice, Sľažany, Neverice, Beladice, Choča, Vieska nad Žitavou, Slepčany, Červený Hrádok, Nevidzany, Malé Vozokany, |
|
— |
the whole district of Žiar nad Hronom, except municipalities included in zone II. |
8. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Lombardia Region:
|
|
Lazio Region:
|
|
Sardinia Region
|
9. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
Region of Liberec:
|
10. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Drama:
|
|
— |
in the regional unit of Xanthi:
|
|
— |
in the regional unit of Rodopi:
|
|
— |
in the regional unit of Evros:
|
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
the whole region of Haskovo, |
|
— |
the whole region of Yambol, |
|
— |
the whole region of Stara Zagora, |
|
— |
the whole region of Pernik, |
|
— |
the whole region of Kyustendil, |
|
— |
the whole region of Plovdiv, excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Pazardzhik, excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Smolyan, |
|
— |
the whole region of Dobrich, |
|
— |
the whole region of Sofia city, |
|
— |
the whole region of Sofia Province, |
|
— |
the whole region of Blagoevgrad excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Razgrad, |
|
— |
the whole region of Kardzhali, |
|
— |
the whole region of Burgas, |
|
— |
the whole region of Varna excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Silistra, |
|
— |
the whole region of Ruse, |
|
— |
the whole region of Veliko Tarnovo, |
|
— |
the whole region of Pleven, |
|
— |
the whole region of Targovishte, |
|
— |
the whole region of Shumen, |
|
— |
the whole region of Sliven, |
|
— |
the whole region of Vidin, |
|
— |
the whole region of Gabrovo, |
|
— |
the whole region of Lovech, |
|
— |
the whole region of Montana, |
|
— |
the whole region of Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz rietumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz dienvidiem no autoceļa A9, uz rietumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz rietumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Alsungas, Gudenieku, Kurmāles, Rendas, Kabiles, Vārmes, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Ēdoles, Īvandes, Rumbas, Padures pagasts, Laidu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1296, Kuldīgas pilsēta, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Juodaičių, Seredžiaus, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Kazlų Rūdos seniūnija, išskyrus vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, Plutiškių seniūnija, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kražių, Liolių, Tytuvėnų, Tytuvėnų apylinkių, Pakražančio ir Vaiguvos seniūnijos, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių ir Videniškių seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Kriūkų, Lekėčių ir Lukšių seniūnijos, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kužių, Meškuičių, Raudėnų, Šakynos ir Šiaulių kaimiškosios seniūnijos, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Kernavės, Musninkų ir Širvintų seniūnijos, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Deltuvos, Lyduokių, Pabaisko, Pivonijos, Siesikų, Šešuolių, Taujėnų, Ukmergės miesto, Veprių, Vidiškių ir Žemaitkiemo seniūnijos, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų ir Zujūnų seniūnijos, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
the whole district of Gelnica, |
|
— |
the whole district of Poprad |
|
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
|
— |
the whole district of Levoča, |
|
— |
the whole district of Kežmarok, |
|
— |
in the whole district of Michalovce except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Košice-okolie, |
|
— |
the whole district of Rožnava, |
|
— |
the whole city of Košice, |
|
— |
in the district of Sobrance: Remetské Hámre, Vyšná Rybnica, Hlivištia, Ruská Bystrá, Podhoroď, Choňkovce, Ruský Hrabovec, Inovce, Beňatina, Koňuš, |
|
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
|
— |
the whole district of Humenné except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Snina, |
|
— |
the whole district of Prešov, |
|
— |
the whole district of Sabinov, |
|
— |
the whole district of Svidník, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Stropkov, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Bardejov, |
|
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
|
— |
the whole district of Revúca, |
|
— |
the whole district of Rimavská Sobota, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the whole municipalities not included in part I, |
|
— |
the whole district of Lučenec, |
|
— |
the whole district of Poltár, |
|
— |
the whole district of Zvolen, |
|
— |
the whole district of Detva, |
|
— |
the whole district of Krupina, except municipalities included in zone I, |
|
— |
the whole district of Banska Stiavnica, |
|
— |
the whole district of Žarnovica, |
|
— |
in the district of Žiar nad Hronom the municipalities of Hronská Dúbrava, Trnavá Hora, Ihráč, Nevoľné, Kremnica, Kremnické Bane, Krahule, |
|
— |
the whole district of Banska Bystica, |
|
— |
the whole district of Brezno, |
|
— |
the whole district of Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
the whole district of Trebišov’, |
|
— |
in the district of Zlaté Moravce, the whole municipalities not included in part I, |
|
— |
in the district of Levice the municipality of Kozárovce, |
|
— |
in the district of Turčianske Teplice, municipalties of Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Lazio Region:
|
|
Sardinia Region:
|
10. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
Region of Liberec:
|
11. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
in Blagoevgrad region:
|
|
— |
the Pazardzhik region:
|
|
— |
in Plovdiv region
|
|
— |
in Varna region:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
Sardinia Region:
|
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz austrumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz ziemeļiem no autoceļa A9, uz austrumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz austrumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, |
|
— |
Kuldīgas novada Rudbāržu, Nīkrāces, Raņķu, Skrundas pagasts, Laidu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1296, Skrundas pilsēta. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto seniūnija, Girdžių, Jurbarkų Raudonės, Skirsnemunės, Veliuonos ir Šimkaičių seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Dubingių ir Giedraičių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė: Sasnavos ir Šunskų seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Gelgaudiškio, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Sintautų, Slavikų, Sudargo, Šakių, Plokščių ir Žvirgždaičių seniūnijos. |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Antanavos, Jankų ir Kazlų Rūdos seniūnijos: vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės apylinkių, Kukečių, Šaukėnų ir Užvenčio seniūnijos, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Gižų, Kybartų, Klausučių, Pilviškių, Šeimenos ir Vilkaviškio miesto seniūnijos. |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Alionių ir Zibalų seniūnijos, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Bubių, Kuršėnų kaimiškoji ir Kuršėnų miesto seniūnijos, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Želvos seniūnija, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Paberžės seniūnija. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
6. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
In the district of Humenné: Závada, Nižná Sitnica, Vyšná Sitnica, Rohožník, Prituľany, Ruská Poruba, Ruská Kajňa, |
|
— |
In the district of Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petrovce nad Laborcom, Trnava pri Laborci, Vinné, Kaluža, Klokočov, Kusín, Jovsa, Poruba pod Vihorlatom, Hojné, Lúčky,Závadka, Hažín, Zalužice, Michalovce, Krásnovce, Šamudovce, Vŕbnica, Žbince, Lastomír, Zemplínska Široká, Čečehov, Jastrabie pri Michalovciach, Iňačovce, Senné, Palín, Sliepkovce, Hatalov, Budkovce, Stretava, Stretávka, Pavlovce nad Uhom, Vysoká nad Uhom, Bajany, |
|
— |
the whole district of Medzilaborce, |
|
— |
In the district of Stropkov: Havaj, Malá Poľana, Bystrá, Mikové, Varechovce, Vladiča, Staškovce, Makovce, Veľkrop, Solník, Korunková, Bukovce, Krišľovce, Jakušovce, Kolbovce, |
|
— |
In the district of Svidník: Pstruša, |
|
— |
The whole district of Sobrance except municipalities included in zone II. |
DEĊIŻJONIJIET
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/79 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/374
tat-13 ta’ Frar 2023
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument C(2023) 901)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (3), u b’mod partikolari l-Artikoli minn 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Id-dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat mid-dazju estiż għadd ta’ impriżi tal-assemblaġġ tar-roti. |
|
(5) |
Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1461 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni kienet adottata fis-26 ta’ Awwissu 2022. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. |
|
(8) |
F’Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-kumpanija Portugiża Sangal - Indústria de Veículos Lda (“Sangal”) (“il-kumpanija”) talba għal bidla fir-referenzi tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija bil-kodiċi addizzjonali TARIC A407 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/899/KE (7). |
|
(9) |
B’mod partikolari, Sangal talbet li l-isem tagħha jinbidel għal Sangal E-bike Manufacturing Lda u l-indirizz legali tagħha għal Zona Industrial Da Mota Rua 7, lote A11 Gafanha Da Encarnação, 3830-527 Gafanha Da Encarnação, il-Portugall. |
|
(10) |
Madankollu, il-valutazzjoni tal-merti tat-talba uriet li l-kumpanija biddlet mhux biss isimha u l-indirizz tagħha, iżda wkoll is-sjieda u, l-aktar importanti, l-attivitajiet ta’ assemblaġġ tagħha, peress li Sangal bdiet timmonta esklużivament roti mgħammra b’mutur awżiljarju (“roti elettriċi”). |
|
(11) |
F’Jannar 2019 Sangal ikkonfermat li l-kumpanija kienet qed timmonta roti elettriċi biss, iżda indikat li l-bidu mill-ġdid tal-assemblaġġ ta’ roti konvenzjonali kien ippjanat għall-2019. Għalhekk, Sangal talbet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra lil Sangal bħala assemblatur kemm ta’ roti konvenzjonali kif ukoll ta’ roti elettriċi (“assemblatur ibridu”) u biex tikkonċedi l-bidla mitluba tar-referenzi tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni abbażi tal-assemblaġġ ippjanat ta’ roti konvenzjonali. |
|
(12) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssospendiet il-valutazzjoni tat-talba għall-bidla tar-referenzi sabiex Sangal tkun tista’ tipprovdi evidenza adegwata tal-assemblaġġ ta’ roti konvenzjonali. |
|
(13) |
F’Ottubru 2022, Sangal tenniet it-talba għall-bidla fir-referenzi tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni msemmija fil-premessa(8) billi argumentat li l-Amministrazzjoni Doganali Portugiża rilevanti enfasizzat lill-kumpanija li r-referenzi tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni kif mogħtija mill-Kummissjoni ma kinux jikkorrispondu ma’ dawk tal-kumpanija li kienet qed timporta l-komponenti tar-roti b’eżenzjoni. |
|
(14) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni talbet lil Sangal biex tipprovdi evidenza li hija assemblat roti konvenzjonali kif ġie kkomunikat fl-2019. |
|
(15) |
Minkejja dan, f’Ottubru 2022, il-kumpanija infurmat lill-Kummissjoni li l-immuntar ta’ roti konvenzjonali kien għadu ma bediex, allegatament minħabba nuqqas ta’ provvista ta’ komponenti tar-roti. Madankollu, minflokhom, Sangal assemblat roti elettriċi. Sangal affermat ukoll li se tibda l-immuntar ta’ roti konvenzjonali sas-sena 2022 attwali. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni tinnota li skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni, waħda mill-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika mill-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija li l-assemblaturi jridu jużaw il-partijiet tar-roti mixtrija b’eżenzjoni biex jarmaw roti konvenzjonali. Barra minn hekk, l-assemblaturi ibridi (jiġifieri l-assemblaturi kemm tar-roti konvenzjonali kif ukoll tar-roti elettriċi) jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-użu tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni. Madankollu, il-partijiet li jassemblaw ir-roti elettriċi esklużivament ma jistgħux jibbenefikaw mill-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni. Dawn il-partijiet jenħtieġ li joperaw taħt awtorizzazzjoni għall-użu aħħari ad hoc li tingħata skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jibbenefikaw minnha. |
|
(17) |
Fid-dawl ta’ dan, Sangal ma jistax jitqies bħala assemblatur ibridu. Il-Kummissjoni tat żmien raġonevoli lill-kumpanija biex terġa’ tibda l-assemblaġġ ta’ roti konvenzjonali u naqset milli tagħmel dan. Għaldaqstant, it-talba għal bidla fir-referenzi kif imsemmijin fil-premessi (8) u (9) jenħtieġ li tiġi miċħuda. |
|
(18) |
Barra minn hekk, Sangal ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni għal Sangal, imsemmija fil-premessa (8), jenħtieġ li tiġi rtirata. It-talba għal bidla tal-isem imsemmija fil-premessa (9) għaldaqstant taqa’. |
|
(19) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022 intbagħtet lil Sangal id-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ hawn fuq li abbażi tagħhom kien maħsub li tiġi proposta l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba għall-bidla fir-referenzi u li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni. |
|
(20) |
Wara d-divulgazzjoni, fid-19 ta’ Diċembru 2022 Sangal ikkonfermat li matul dawn l-aħħar erba’ snin l-assemblaġġ ta’ roti konvenzjonali qatt ma beda. Il-kumpanija invokat iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tas-suq, bħalma huma ż-żieda sostanzjali fid-domanda għar-roti elettriċi, filwaqt li fl-istess ħin kien hemm żieda sinifikanti fl-ispiża tat-trasport tal-merkanzija flimkien maż-żmien meħtieġ twil għall-konsenja tal-partijiet, filwaqt li l-kumpanija kienet għadha fil-fażi tal-bidu u qed tagħmel it-telf. |
|
(21) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fid-domanda għar-roti elettriċi mhijiex rilevanti f’din il-valutazzjoni. Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza minn Sangal fir-rigward taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali invokati, bħaż-żmien meħtieġ twil għall-konsenja tal-partijiet. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnotat li skont ir-rapport tal-Bażi tad-Data Ewropea 14(6), il-volum tal-komponenti tar-roti mixtrija minn Sangal żdied b’mod sinifikanti matul l-aħħar erba’ snin u saħansitra rdoppja fl-2022. |
|
(22) |
Barra minn hekk, Sangal sostniet li se tkun fil-proċess li tiffinalizza ordni ta’ xiri ma’ kumpanija relatata li, jekk tiġi kkonfermata, twassal għall-assemblaġġ ta’ madwar 4 000 rota konvenzjonali li għandhom jiġu kkunsinjati matul l-2023. Għaldaqstant, Sangal talbet lill-Kummissjoni biex tagħti aktar żmien biex tipprova li l-kumpanija tista’ titqies bħala assemblatur ibridu. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni nnotat li skont l-attivitajiet attwali ta’ assemblaġġ ta’ Sangal, il-kumpanija ma tistax titqies bħala assemblatur ibridu. Barra minn hekk, il-fatt li Sangal se tinnegozja ordni ta’ produzzjoni għal roti konvenzjonali fil-futur ma jaffettwax l-attività attwali tagħha, li hija s-suġġett ta’ dan l-eżami. Fil-fatt, jekk l-attività futura ta’ assemblaġġ ta’ roti konvenzjonali tiġi kkonfermata, din ikollha biss effett prospettiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpanija. |
|
(24) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ma tipprekludix lil Sangal milli tressaq talba ġdida għal awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni fil-futur, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(25) |
Għal dan ta’ hawn fuq, il-konstatazzjonijiet tal-eżami tat-talba kif imsemmi fil-premessa (18) huma kkonfermati, u t-talba ta’ Sangal ġiet miċħuda, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-talba għal bidla fir-referenzi tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni 2003/899/KE lill-parti elenkata fit-tabella ta’ dan l-Artikolu hija b’dan miċħuda.
Il-parti li għaliha l-bidla fir-referenzi hija miċħuda
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
||
|
A407 |
Sangal - Indústria de Veículos Lda |
|
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni 2003/899/KE lill-parti elenkata fit-tabella ta’ dan l-Artikolu hija b’dan irtirata.
Il-parti li għaliha l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija rtirata
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
||
|
A407 |
Sangal - Indústria de Veículos Lda |
|
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-Parti elenkata fl-Artikolu 2 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ man-notifika tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Valdis DOMBROVSKIS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ biċikletti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55).
(5) ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74, ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1., ĠU L 83, 10.3.2022, p. 39, ĠU L 102, 30.3.2022, p. 16, ĠU L 229, 5.9.2022, p. 69.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2022/1461 tas-26 ta’ Awwissu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 229, 5.9.2022, p. 69).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/899/KE tat-28 ta’ Novembru 2003 li tagħti (tikkonċedi) lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni għal ċerti partijiet ta’ roti, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, ta’ dazju kontra l-iddampjar fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000, u li tneħħi s-sospensjoni tal-pagament tad-dazju kontra l-iddampjar estiż għal ċertu partijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 101).
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/375
tas-16 ta’ Frar 2023
dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT għal oġġetti impurtata lejn il-Litwanja fl-2021 u fl-2022 biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni
(notifikat bid-dokument C(2023) 1032)
(It-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, tagħha
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’Ġunju 2021, l-għadd ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li qasmu l-fruntiera bejn il-Litwajna u l-Belarus mingħajr awtorizzazzjoni beda jiżdied. Il-kawża ta’ dan kien in-nuqqas ta’ rispett lejn il-liġi internazzjonali, id-drittijiet fundamentali, u d-drittijiet tal-bniedem min-naħa tar-reġim tal-Belarus permezz tal-instrumentalizzazzjoni ta’ migranti, li kellha impatt qawwi fuq il-Litwanja bħala pajjiż ġar, dan issarraf fi sfidi eċċezzjonali fir-rigward tal-ħarsien tal-fruntiera, l-akkoljenza u l-akkomodazzjoni ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi. Mal-bidu ta’ Awwissu 2021, kien hemm ’il fuq minn 55 darba aktar persuni reġistrati li kienu qasmu l-fruntiera tal-Litwanja mill-Belarus b’mod irregolari milli kien hemm fl-2020. Iż-żieda fl-għadd ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat wassal lil-Litwanja biex tiddikjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż kollu fit-2 ta’ Lulju 2021. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-Litwanja talbet l-assistenza f’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) biex tindirizza s-sitwazzjoni ta’ emerġenza. 19-il Stat Membru u pajjiż terz parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili wieġbu għat-talba ta’ assistenza tal-Litwanja. L-assistenza offruta tikkonsisti fl-għoti ta’ sistemi tat-tisħin u kundizzjonaturi tal-arja, sodod tal-kampijiet, ġeneraturi tal-elettriku, djar kontejner (residenzjali u sanitarji), kampijiet u qigħan xierqa, settijiet tad-dawl, imwejjed, siġġijiet, gvieret, imħaded, basktijiet tal-irqad, imtieraħ, armarji, kampijiet tal-imħażen, razzjonijiet ta’ ikel, u assistenza oħra in natura. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2021, il-Litwanja ressqet talba, li kienet emendata fil-15 ta’ April 2022 u fis-6 ta’ Ġunju 2022, għall-għoti ta’ eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fir-rigward ta’ oġġetti importati lejn il-Litwanja u li se jitqassmu jew jingħataw bla ħlas lin-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u lill-persuni apolidi li jkunu qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
(4) |
Sakemm ikun hemm notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Litwanja awtorizzat is-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq kif imsemmi fl-Artikolu 76, it-tieni paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u s-sospensjoni tal-VAT imponibbli fuq l-oġġetti kif imsemmi fl-Artikolu 53, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(5) |
Il-Litwanja kkonfermat li l-ewwel importazzjoni ta’ oġġetti li se jitqassmu jew jingħataw bla ħlas lin-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u lill-persuni apolidi li qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll lil applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, seħħet fit-12 ta’ Awwissu 2021. |
|
(6) |
Il-Litwanja infurmat lill-Kummissjoni li l-oġġetti ġew importati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mis- Servizz tal-Gwardji tal-Fruntiera tal-Istat tal-Litwanja u li t-tqassim u l-għoti bla ħlas ta’ oġġetti importati lil nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll lil applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, twettqu minn organizzazzjonijiet nominati tal-Istat. |
|
(7) |
Il-kriżi umanitarja li teħtieġ assistenza urġenti minn Stati Membri oħra u minn pajjiżi terzi sabiex ikunu mħarsa għadd kbir ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, speċjalment tul il-ħarifa u x-xitwa, u l-isfidi estremi li dan joħloq għal-Litwanja, jikkostitwixxu diżastru fit-tifsira tal-Kapitolu XVII, it-Taqsima C, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tat-Titolu VIII, il-Kapitolu 4, tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(8) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Litwanja tingħata kemm eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq l-oġġetti importati għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 kif ukoll eżenzjoni mill-VAT imponibbli fuq l-oġġetti importati għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/132/KE. |
|
(9) |
Sabiex ikunu sorveljati l-importazzjonijiet li għalihom jingħataw eżenzjoni mid-dazji u eżenzjoni mill-VAT u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ din il-miżura, filwaqt li jitqies li miżura oħra simili, jiġifieri id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1108 (4), tapplika mill-24 ta’ Frar 2022, il-Litwanja jenħtieġ li tkun meħtieġa tinforma lill-Kummissjoni bin-natura u l-kwantitajiet ta’ oġġetti mdaħħla mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT bil-għan li jitqassmu jew jingħataw b’xejn lin-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u lill-persuni apolidi li jkunu qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, u li tinfurmaha bil-miżuri meħuda biex ikun evitat li l-oġġetti jintużaw għal finijiet oħra għajr għall-benefiċċju ta’ dawn il-persuni. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, jiġu evitati l-irregolaritajiet, u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Litwanja tirrapporta lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita b’din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll doganali pertinenti applikati f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni u l-użu liberi ta’ oġġetti li għalihom jingħata l-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazji doganali jew l-eżenzjoni mill-VAT. |
|
(11) |
Meta jitqiesu l-isfidi estremi li qed taffaċċja l-Litwanja, jenħtieġ li jingħataw kemm eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni kif ukoll eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta’ importazzjonijiet magħmula lejn il-Litwanja mit-12 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Lulju 2022, kif mitlub mil-Litwanja fis-6 ta’ Ġunju 2022. |
|
(12) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-oġġetti importati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mis-Servizz tal-Gwardji tal-Fruntiera tal-Istat tal-Litwanja għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, u jkunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/132/KE, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-oġġetti jkunu maħsuba għal wieħed minn dawn l-użi li ġejjin:
|
|
(b) |
l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u fl-Artikoli 52, 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE. |
Artikolu 2
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2023, il-Litwanja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
informazzjoni konsolidata fir-rigward tal-oġġetti mdaħħla mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u eżentata mill-VAT skont l-Artikolu 1:
|
|
(b) |
elenku ta’ organizzazzjonijiet nominati tal-Istat responsabbli mit-tqassim u mill-għoti ta’ oġġetti li jgawdu mill-eżenzjoni mid-dazji u mill-eżenzjoni mill-VAT lil nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jkunu qasmu l-fruntiera bejn il-Litwanja u l-Belarus b’mod mhux awtorizzat kif ukoll għal applikanti għall-protezzjoni internazzjonali; |
|
(c) |
il-miżuri li ttieħdu biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 78, 79, u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE; |
|
(d) |
il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji u, fejn xieraq, ta’ kontroll, meħuda mil-Litwanja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, fir-rigward tal-oġġetti li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjoni ta’ oġġetti lejn il-Litwanja magħmula mit-12 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Lulju 2022.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Għandha tapplika mit-12 ta’ Awwissu 2021.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.
(2) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1108 tal-1 ta’ Lulju 2022 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija li għandha titqassam jew issir disponibbli mingħajr ħlas lill-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna u lill-persuni fil-bżonn fl-Ukrajna (ĠU L 178, 5.7.2022, p. 57).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
|
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/87 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/376
tas-17 ta’ Frar 2023
li temenda l-kompożizzjoni tal-grupp għall-koordinazzjoni tal-elettriku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (2) „
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (3),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku (4),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/C 353/02 tal-15 ta’ Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (5),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni (6),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2012/C 353/02 stabbiliet il-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku bħala grupp ta’ esperti kemm biex: (i) isaħħaħ il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kummerċ transfruntier tal-elettriku u fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista; kif ukoll (ii) jgħin lill-Kummissjoni tfassal l-inizjattivi ta’ politika tagħha. |
|
(2) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/C 353/02 jiddikjara li l-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku jrid ikun magħmul mill-membri li ġejjin: (i) il-ministeri kompetenti għall-enerġija; (ii) l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-enerġija; (iii) l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); u (iv) in-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni għall-Elettriku (“l-ENTSO għall-Elettriku”) stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(3) |
Il-qafas legali li jirregola kemm is-suq intern tal-elettriku tal-UE kif ukoll is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tagħha ġie aġġornat permezz: (i) tar-Regolament (UE) 2019/943 dwar is-suq intern tal-elettriku; (ii) tad-Direttiva (UE) 2019/944 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku; (iii) tar-Regolament (UE) 2019/941 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku; u (iv) tar-Regolament (UE) 2019/942 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. |
|
(4) |
B’mod partikolari, ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku ħassar id-Direttiva 2005/89/KE u saħħaħ il-qafas legali dwar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Ir-Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji jirrikonoxxi d-dimensjonijiet wesgħin tal-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista u l-benefiċċji ta’ approċċ reġjonali jew ta’ wieħed fuq livell tal-UE kollha f’dan ir-rigward. |
|
(5) |
L-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista huwa kompetenza f’diversi livelli kondiviża fost atturi differenti u teħtieġ kooperazzjoni effettiva bejniethom. Dawn l-atturi jinkludu l-Istati Membri, ir-regolaturi, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni u partijiet ikkonċernati oħra. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li l-entità Ewropea l-ġdida għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni stabbilita skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2019/943 għall-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni fil-livell tal-UE tkun involuta direttament bħala membru tal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/C 353/02 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1.
(2) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.
(3) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.
(4) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.
(5) ĠU C 353, 17.11.2012, p. 2.
(6) C(2016) 3301 final.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).