ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 44

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
14 ta' Frar 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/330 tat-22 ta’ Novembru 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (KAAT)

1

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

8

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/330

tat-22 ta’ Novembru 2022

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (KAAT)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45, il-punti (a) sa (e), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (2) jipprevedi rekwiżiti addizzjonali għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri. Xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkoreġuti sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u t-tipi ta’ interventi tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ interventi relatati mal-objettivi agroambjentali klimatiċi, meta jiddeterminaw in-nefqa li għandha tiġi koperta. Meta jitqies li l-kost totali tan-nefqa huwa kopert fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli u għalhekk, li ma jeżisti l-ebda kost differenzjali, dawn l-investimenti ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata n-nefqa li għandha tiġi koperta li tirriżulta minn interventi relatati mal-objettivi agroambjentali klimatiċi.

(3)

L-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jelenka l-objettivi tal-interventi ta’ promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni, li fosthom tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar marki jew trademarks ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali, assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Dawk l-interventi jenħtieġ li jiġu estiżi għas-sussidjarji ta’ dawk l-organizzazzjonijiet kif previst fir-reġim preċedenti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (3).

(4)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżdied objettiv ġdid fil-lista ta’ objettivi stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 sabiex jiġu inklużi l-objettivi speċifiċi u settorjali stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punt (i), u l-Artikolu 46, il-punt (i), rispettivament tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(5)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat fil-paragrafu separat tal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li l-obbligu li jintwerew l-emblema tal-Unjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament japplika għall-promozzjoni ġenerika u għall-promozzjoni ta’ skemi tal-kwalità. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Artikolu 14 kollu jiġi sostitwit b’test ġdid.

(6)

Fir-rigward tal-intervent ta’ “ħsad bikri” kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa previst fil-paragrafu 8, il-punt (b), ta’ dak l-Artikolu, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-prodotti maħsuda jiġu denaturati sabiex jiġi evitat li jerġgħu jidħlu fil-katina tas-suq. Għalhekk dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq.

(7)

Sabiex tiġi ggarantita ġestjoni sikura u tajba tal-fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi previst li l-ħlas tal-appoġġ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kostijiet reali raġonevoli mġarrba mill-benefiċjarju. L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-kunsiderazzjoni ta’ xi interventi tista’ tikkontribwixxi għall-objettivi agroambjentali klimatiċi jew għall-objettivi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli iżda wkoll għal objettivi oħrajn, irid jiġi ċċarat kif l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawn l-interventi bħala esklużivament marbuta ma’ dawk l-objettivi u għandhom jgħoddu dawn l-interventi bħala li jikkontribwixxu għall-15 % u għat-2 % tan-nefqa marbuta mal-objettivi agroambjentali klimatiċi jew mal-objettivi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, in-nefqa marbuta ma’ interventi li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u dirett għall-objettivi agroambjentali klimatiċi jenħtieġ li titqies bħala li tikkontribwixxi esklużivament għal dawk l-objettivi. L-Artikolu 22(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Sabiex jiġi ċċarat kif l-Istati Membri għandhom jgħoddu l-kontribuzzjoni tal-interventi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, il-punti (a) sa (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fl-Artikolu 57, il-punti (a) sa (k), ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien li għandu jiġi kkunsidrat. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied paragrafu ġdid fl-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126.

(10)

Fir-rigward tan-nefqa mħallsa għall-kostijiet amministrattivi u tal-persunal, l-Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jipprevedi b’mod żbaljat limitu ta’ 50 % tal-kost ġenerali għal “azzjonijiet u attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni”. Għalhekk, dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq.

(11)

L-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 fihom regoli dwar il-livell massimu ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-irtirar għad-distribuzzjoni b’xejn ta’ frott u ħxejjex ipproċessati elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat magħmula minn prodotti rtirati. Wara t-tħassib tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu ċċarati. Bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed possibbli, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jkun ibbażat, fost l-oħrajn, fuq il-prezz tas-suq medju tal-prodotti kkonċernati “meta joħorġu mill-organizzazzjoni tal-produtturi” fil-livell ta’ stadju ġdid u mhux fil-livell tal-ipproċessar. Barra minn hekk, il-ħlas in natura għad-distribuzzjoni b’xejn ta’ prodotti rtirati li jkunu qed jiġu pproċessati jenħtieġ li jikkumpensa biss għall-kostijiet tal-ipproċessar. Il-kostijiet tat-trasport jenħtieġ li jiġu esklużi f’dan l-istadju mill-kalkolu tal-livell ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq.

(12)

L-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fir-rigward tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (a), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Madankollu, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 31(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għal kull settur jenħtieġ li ma japplikax għas-settur tal-frott u l-ħxejjex. Barra minn hekk, l-Artikolu 31(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fil-każ fejn sussidjarja tkun koproprjetà ta’ aktar minn organizzazzjoni waħda.

(13)

Bil-għan li tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern bejn il-membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali jew assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, jenħtieġ li japplikaw kundizzjonijiet u regoli identiċi għall-membri kollha ta’ dawk l-organizzazzjonijiet irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li jenħtieġ li japplikaw il-kundizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita dispożizzjoni ġdida fir-Regolament Delegat (UE) 2022/126.

(14)

L-ammonti stabbiliti għall-kostijiet tal-kundizzjonament għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jenħtieġ li ma jitqisux bħala somom f’daqqa iżda pjuttost bħala ammonti massimi. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jiġi emendat kif xieraq.

(15)

Bil-għan li skejjel pubbliċi fil-vitivinikultura li huma wkoll vitikulturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn interventi fis-settur tal-inbid, jenħtieġ li l-Artikolu 40(3) jiġi emendat kif xieraq.

(16)

L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jelenka tipi ta’ nfiq mhux eliġibbli għall-interventi settorjali msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-kundizzjonijiet relatati man-nuqqas ta’ eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfieq jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Anness. Għalhekk, l-Anness II jenħtieġ li jiġi emendat.

(17)

Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-interventi settorjali, jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u ċertezza legali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji ikkonċernati minn dawk l-interventi settorjali.

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2022/126

Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/126 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta jiddeterminaw in-nefqa li għandha tiġi koperta, ħlief għal investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf li jirriżultaw minn interventi marbuta mal-objettivi agroambjentali klimatiċi, u l-miri stabbiliti.”

;

(2)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni

1.   Meta, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jinkludu interventi ta’ promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-inbid, fis-settur tal-ħops, fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda jew f’setturi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 42, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jipprevedu li l-interventi koperti jsegwu wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a)

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni tagħhom fl-Unjoni;

(b)

iż-żieda fil-kompetittività u fil-konsum tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta’ ċerti prodotti pproċessati magħmula fl-Unjoni u l-promozzjoni tal-profil tagħhom kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha għal setturi għajr l-inbid;

(c)

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha;

(d)

iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta’ ċerti prodotti pproċessati magħmula fl-Unjoni, b’enfasi speċifika fuq is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta’ tkabbir;

(e)

il-kontribut, fejn rilevanti, biex jitreġġgħu lura l-kundizzjonijiet normali tas-suq fis-suq tal-Unjoni fil-każ ta’ tfixkil serju tas-suq, telf ta’ fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħrajn;

(f)

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-produzzjoni sostenibbli;

(g)

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-marki jew it-trademarks tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet tranżnazzjonali tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali tal-organizzazzjoni tal-produtturi u s-sussidjarji tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 31(7) ta’ dan ir-Regolament fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

(h)

id-diversifikazzjoni, il-ftuħ u l-konsolidazzjoni tas-swieq għall-inbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kwalitajiet intrinsiċi tal-inbejjed tal-Unjoni f’dawk is-swieq. Referenza għall-oriġini u l-marki tal-inbid tista’ tintuża biss meta tikkomplementa l-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni f’pajjiżi terzi;

(i)

l-informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-konsum responsabbli tal-inbid;

(j)

iż-żieda fil-konsum ta’ frott u ħxejjex friski jew ipproċessati billi tittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar dieti tajbin għas-saħħa, il-karatteristiċi nutrittivi tal-prodott, il-kwalità għolja tiegħu u s-sikurezza tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u għall-promozzjoni tat-tikketti tal-kwalità jkollu l-emblema tal-Unjoni u jinkludi d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament li ġejja: “Iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea”. L-emblema tal-Unjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament għandhom jintwerew f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta’ kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data (ĠU L 223, 29.7.2014, p. 7).”;"

(3)

fl-Artikolu 21(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ħlas ta’ appoġġ abbażi tal-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju, appoġġati minn dokumenti, bħal fatturi, sottomessi mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ intervent speċifikat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.”;

(4)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“In-nefqa marbuta mal-interventi msemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament li jsegwu l-objettivi agroambjentali klimatiċi, iżda mhux esklużivament, għandha titqies bħala marbuta esklużivament ma’ dawk l-objettivi diment li dawk l-interventi jikkontribwixxu b’mod dirett u sinifikanti għal dawk l-objettivi. In-nefqa sħiħa għandha tingħadd fl-isfond tal-15 % u tat-2 % tan-nefqa taħt programmi operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 50(7), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115, rispettivament, u fl-isfond tal-5 % tan-nefqa taħt interventi kif imsemmi fl-Artikolu 60(4) ta’ dak ir-Regolament.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   In-nefqa marbuta mal-interventi msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115 li tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti jew fl-Artikolu 46, il-punti (a) sa (k), jew fl-Artikolu 57, il-punti (a) sa (k), ta’ dak ir-Regolament, għandha tingħadd filwaqt li jitqies il-perjodu tad-durata kollu tal-programmi operazzjonali fil-każ tat-tipi ta’ interventi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (a), (d), (e) u (f), ta’ dak ir-Regolament jew ta’ kull sena finanzjarja fil-każ tat-tipi ta’ interventi msemmija fl-Artikolu 42, il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.”

;

(5)

fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għat-tip ta’ intervent “irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas jew destinazzjonijiet oħra” msemmi fl-Artikolu 47(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex elenkati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, il-kostijiet tal-kundizzjonament tal-prodotti rtirati għad-distribuzzjoni b’xejn imsemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, miżjuda mal-ammont ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq, ma għandhomx jaqbżu t-80 % tal-prezz medju tas-suq tal-prodott ikkonċernat “meta joħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” fi stadju ġdid fl-aħħar tliet snin preċedenti.”

;

(6)

fl-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ħlas in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni b’xejn lill-proċessuri tal-prodotti rtirati mis-suq u li jkunu qed jiġu pproċessati, meta tali ħlas jikkumpensa biss il-kostijiet tal-ipproċessar u meta l-Istat Membru li fih isir il-ħlas ikun adotta regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati jkunu maħsuba għall-konsum mill-benefiċjarji finali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għandu japplika l-limitu stabbilit fl-Artikolu 26(1). ”;

(7)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkolat fi stadju ġdid jew fl-ewwel stadju tal-ipproċessar li fih il-prodott normalment jiġi kkummerċjalizzat, bl-ingrossa fejn il-prodotti jitħallew jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa, u ma għandux jinkludi l-kost ta’ pproċessar ulterjuri jew ta’ kundizzjonament ulterjuri jew il-valur tal-prodotti pproċessati finali. Għas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għal kull settur.”;

(b)

fil-paragrafu 7, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

minn organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali, assoċjazzjoni tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew grupp ta’ produtturi wieħed jew aktar; jew”;

(8)

fit-Titolu III, fil-Kapitolu II, tiżdied it-Taqsima li ġejja:

“Taqsima 4

Tipi ta’ interventi implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 32a

Regoli li japplikaw għal tipi ta’ interventi implimentati minn organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

It-tipi ta’ interventi taħt il-programmi operazzjonali implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkonformaw mal-pjan strateġiku nazzjonali u mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru, meta l-uffiċċju prinċipali tal-organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali jew l-assoċjazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun tinsab f’konformità mal-Artikolu 14 jew 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (*2).

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).”;"

(9)

L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Kostijiet tal-kundizzjonament għal distribuzzjoni b’xejn

Il-ħlas tan-nefqa lill-organizzazzjoni tal-produtturi, lill-assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, lill-organizzazzjoni tranżnazzjonali tal-produtturi, lill-assoċjazzjoni tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi relatata mal-kostijiet tal-kundizzjonament tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn taħt il-programmi operazzjonali ma għandux jaqbeż l-ammont tal-kostijiet stabbilit fl-Anness VII.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq fejn id-distribuzzjoni b’xejn isseħħ wara l-ipproċessar tagħhom.”

;

(10)

fl-Artikolu 40(3), jiżdied punt ġdid (c) kif ġej:

“(c)

għal interventi kif imsemmi fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, implimentati minn skejjel pubbliċi fil-vitivinikultura li huma wkoll vitikulturi.”;

(11)

fl-Anness II, il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Rimborż ta’ self meħud għal intervent li beda jiġi implimentat qabel il-bidu tal-programm operazzjonali.”;

(b)

il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.

L-interventi msemmija fl-Artikolu 11 li ma jsirux fl-azjendi u/jew fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-membri produtturi tagħhom, jew sussidjarja, jew entità f’katina ta’ sussidjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 31(7), jew soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, minn kooperattiva li hija membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi.”.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2022/126

Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/126 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17(8), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-prodotti maħsuda ma jiġux denaturati;”;

(2)

fl-Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-interventi ‘promozzjoni, komunikazzjoni’ u ‘azzjonijiet ta’ komunikazzjoni’ msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (f), u (2), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-azzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (i), (j) u (k), ta’ dak ir-Regolament, in-nefqa mħallsa għall-kostijiet amministrattivi u tal-persunal imġarrba direttament mill-benefiċjarji ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-kost ġenerali tal-intervent.”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).


REGOLI TA' PROĊEDURA

14.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/8


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b’mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

wara li rat il-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 63 tiegħu,

 

billi tqis li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura sabiex tiġi kkjarifikata l-portata ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom jew, jekk ikun il-każ, sabiex jiġu kkompletati jew issemplifikati, b’mod partikolari sabiex tiġi ffavorita ġestjoni proattiva tal-kawżi,

billi tqis, barra minn hekk, li minħabba l-implimentazzjoni tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirriżulta, minn naħa, mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1) u, min-naħa l-oħra, mir-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f’tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (2), huwa meħtieġ adattament tar-regoli proċedurali, b’mod partikolari bil-għan li l-ispeċjalizzazzjoni parzjali tal-awli deċiża mill-Qorti Ġenerali ma tiġix imċaħħda mill-effett utli tagħha meta, kull tliet snin, tinbidel il-kompożizzjoni tal-awli,

billi tqis, barra minn hekk, li r-Regoli tal-Proċedura għandhom jiġu emendati sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali tal-persuni fiżiċi fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari sabiex ikunu iktar evidenti l-modalitajiet ta’ protezzjoni fil-konfront tal-pubbliku ta’ tali data li tkun tinsab fl-informazzjoni marbuta mal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali, kemm jekk ex officio u kemm jekk fuq talba mressqa minn parti fit-tilwima jew minn parti li tkun ressqet talba għal intervent,

billi tqis li l-arranġament implimentat matul il-perijodu ta’ kriżi sanitarja sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom permezz ta’ videokonferenza ppermetta li jinstiltu lezzjonijiet li għandhom jiġu espressi f’regoli legali previsti fir-Regoli tal-Proċedura,

billi tqis, fl-aħħar nett, li l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-kawża pilota u l-organizzazzjoni ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali li tkun komuni għal diversi kawżi, li l-Qorti Ġenerali tidentifika bħala għodod li jippermettu trattament iktar effikaċi ta’ ċerti kawżi, jeħtieġu ż-żieda ta’ bażijiet legali fir-Regoli tal-Proċedura,

bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

bl-approvazzjoni tal-Kunsill, mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2022,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015  (3) huma emendati kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(6) huwa emendat kif ġej:

“6.   Fir-rigward tal-kawżi li jkunu għadhom ma ġewx assenjati lil kulleġġ ġudikanti, I il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jadotta l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, previsti fl-Artikolu 89, fir-rigward tal-kawżi li jkunu għadhom ma ġewx assenjati lil kulleġġ ġudikanti u għandu kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 66 u 66a.

(2)

L-Artikolu 27 huwa kkompletat biż-żieda ta’ paragrafu 6, li huwa fformulat kif ġej:

6.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 5, fil-każ li kawża taqa’ taħt qasam speċifiku fis-sens tal-Artikolu 25 u l-fażi bil-miktub tal-proċedura ma tkunx ingħalqet meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, għandu jiġi nnominat Imħallef Relatur ġdid fi ħdan awla li tkun ser tittratta dan il-qasam jekk l-Imħallef Relatur inizjali jiġi assenjat lil awla li ma tittrattax dan il-qasam.”

(3)

L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

“2.   L-awla li lilha tkun assenjata l-kawża, il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jew il-President tal-Qorti Ġenerali jistgħu tista’, f’kull stadju tal-proċedura, jew ex officio jew fuq talba ta’ parti prinċipali, jipproponu tipproponi lil-laqgħa plenarja li l-kawża tintbagħat skont il-paragrafu 1.”

(b)

Il-paragrafu 3 ġdid huwa fformulat kif ġej:

3.   Il-President tal-Qorti Ġenerali jew il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jistgħu jipproponu lil-laqgħa plenarja li l-kawża tintbagħat skont il-paragrafu 1 sal-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew, fil-każ li japplika l-Artikolu 106(3), qabel id-deċiżjoni tal-awla li lilha tkun assenjata l-kawża li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.”

(c)

Il-paragrafi 3, 4 u 5 attwalment fis-seħħ isiru, rispettivament, il-paragrafi 4, 5 u 6.

(4)

L-Artikolu 31(3) huwa emendat kif ġej:

“3.   Wara din in-nomina, l-osservazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jinstemgħu qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikoli 16, 28, 45, 68, 70, 83, 87, 90, 92, 98, 103, 105, 106, 113, 126 sa 132, 144, 151, 165, 168, u 169 u 207 sa 209.”

(5)

L-Artikolu 35(3) huwa emendat kif ġej:

“3.   Ir-Reġistratur għandu l-kustodja tas-siġilli u huwa responsabbli għall-arkivji. Huwa jieħu ħsieb, b’osservanza tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti Ġenerali, il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali tagħha, b’mod partikolari, il-pubblikazzjoni tal-Ġabra tal-ġurisprudenza, u t-tqegħid fuq l-internet ta’ dokumenti li jikkonċernaw lill-Qorti Ġenerali.”

(6)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

“1.   Fir-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1, il-lingwa tal-kawża tintgħażel mir-rikorrent, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-konvenut ikun Stat Membru jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru, il-lingwa tal-kawża għandha tkun il-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat; fil-każ li l-Istat ikollu iktar minn lingwa uffiċjali waħda, ir-rikorrent għandu l-possibbiltà jagħżel il-lingwa li jippreferi;

(b)

fil-każ ta’ rikors ippreżentat minn istituzzjoni bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt tad-dritt pubbliku jew tad-dritt privat konkluż mill-Unjoni jew f’isimha konformement mal-Artikolu 272 TFUE, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt; fil-każ li dan il-kuntratt ikun tfassal b’diversi lingwi, ir-rikorrent għandu l-possibbiltà li jagħżel dik li jixtieq;

(c)

fuq talba konġunta tal-partijiet prinċipali, jista’ jiġi awtorizzat l-użu totali jew parzjali ta’ lingwa oħra minn fost il-lingwi msemmija fl-Artikolu 44;

(d)

fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, u wara li jinstemgħu l-partijiet l-oħra, jista’ jiġi awtorizzat, b’deroga mid-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (b) tal-punti (a) sa (c), l-użu totali jew parzjali, bħala lingwa tal-kawża, ta’ lingwa oħra minn fost il-lingwi msemmija fl-Artikolu 44; din it-talba ma tistax titressaq minn waħda mill-istituzzjonijiet.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

“3.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b) u (c) u (d),:

a)

fil-każ ta’ appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, imsemmi fl-Artikoli 9 u 10 tal-Anness I tal-Istatut, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tkun is-suġġett tal-appell;

b)

fil-każ tat-talbiet għal rettifika, tat-talbiet intiżi sabiex jiġi rrimedjat nuqqas li tingħata deċiżjoni, tal-oppożizzjoni għal sentenza mogħtija fil-kontumaċja, tal-oppożizzjoni minn terzi kif ukoll tat-talbiet għal interpretazzjoni u għal reviżjoni jew fil-każ tal-kontestazzjonijiet dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni li fir-rigward tagħha jkunu tressqu dawn it-talbiet jew kontestazzjonijiet.”

(c)

It-test tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

“4.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b) u (c) u (d), fir-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, imsemmija fl-Artikolu 1, li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sistema ta’ proprjetà intellettwali:”

(7)

L-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

“2.   Kull anness ippreżentat jew mehmuż li jkun miktub b’lingwa differenti mil-lingwa tal-kawża għandu jkollu miegħu traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża. Meta l-annessi ma’ att proċedurali ma jkollhomx magħhom traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża, ir-Reġistratur għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tagħhom lill-parti kkonċernata jekk il-President jiddeċiedi, ex officio jew fuq talba minn parti, li din it-traduzzjoni hija meħtieġa għall-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura. Fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, l-annessi inkwistjoni għandhom jiġu rtirati mill-proċess tal-kawża.

(b)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

“3.   Madankollu, f Fil-każ ta’ annessi voluminużi, jistgħu jiġu ppreżentati traduzzjonijiet ta’ estratti. Il-President jista’, f’kull ħin, ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, jordna li ssir traduzzjoni iktar kompluta jew sħiħa.”

(c)

Il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

“5.   L-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, jistgħu jiġu huma awtorizzati jużaw waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44, li tkun differenti mil-lingwa tal-kawża, meta jagħmlu intervent f’kawża pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli kemm għad-dokumenti miktuba u kemm għad-dikjarazzjonijiet orali. F’kull każ, it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża għandha tiġi żgurata mir-Reġistratur.”

(8)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

1.   Fuq talba ta’ wieħed mill-Imħallfin, tal-Avukat Ġenerali jew ta’ parti, i Ir-Reġistratur għandu jiżgura li ssir it-traduzzjoni, fil-lingwi magħżula minnhom u msemmija fl-Artikolu 44, ta’ dak li jintqal jew jinkiteb matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-lingwa tal-kawża u, jekk ikun il-każ, f’lingwa oħra msemmija fl-Artikolu 44, tal-atti proċedurali.

2.   Ir-Reġistratur għandu jiżgura li tiġi ggarantita l-interpretazzjoni, fil-lingwa tal-kawża kif ukoll fil-lingwi l-oħra msemmija fl-Artikolu 44 użati mill-partijiet preżenti għas-seduta jew meqjusa li huma meħtieġa għall-iżvolġiment tajjeb tas-seduta, ta’ dak li jintqal matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali.”

9)

L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

“2.   L-avukat li jkun qiegħed jirrappreżenta jew jassisti parti għandu jippreżenta fir-Reġistru dokument li jiċċertifika li huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor parti fil-Ftehim ŻEE kemm-il darba tali dokument ma jkunx diġà ġie ppreżentat għall-finijiet tal-ftuħ ta’ kont li jagħti aċċess għal e-Curia.”

b)

Il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

“4.   Jekk id-dokumenti imsemmija fil-paragrafi u 2 u jew dak imsemmi fil-paragrafu 3 ma jiġux ippreżentati ma jiġix ippreżentat, ir-Reġistratur għandu jiffissa, għall-parti kkonċernata, terminu raġonevoli sabiex jiġu prodotti jiġi prodott. Jekk dawn id-dokumenti ma jiġux prodotti dan id-dokument ma jiġix prodott fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-formalità inkwistjoni jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors jew tan-nota jew jekk dan in-nuqqas iwassalx sabiex jitqies li l-avukat ma għandux jirrappreżenta jew ma għandux jassisti lill-parti kkonċernata.”

(10)

It-test tal-Artikolu 66, intitolat “Anonimat u ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku”, huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“Artikolu 66

Ommissjoni ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi fil-konfront tal-pubbliku

1.   Fil-mori tal-kawża, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi, ex officio jew fuq talba ta’ parti mressqa permezz ta’ att separat, li tħalli barra l-kunjomijiet u l-ismijiet tal-persuni fiżiċi, kemm jekk ikunu partijiet jew terzi, kif ukoll kull data personali oħra ta’ dawn il-persuni fiżiċi, li jissemmew fid-dokumenti u fl-informazzjoni marbuta mal-kawża li għalihom għandu aċċess il-pubbliku.

2.   Il-paragrafu 1 huwa applikabbli għal min iressaq talba għal intervent.

(11)

Artikolu 66a ġdid, intitolat “Ommissjoni ta’ data li ma hijiex data personali ta’ persuni fiżiċi fil-konfront tal-pubbliku”, huwa introdott wara l-Artikolu 66. It-test huwa s-segwenti:

“Artikolu 66a

Ommissjoni ta’ data li ma hijiex data personali ta’ persuni fiżiċi fil-konfront tal-pubbliku

1.   Fil-mori tal-kawża, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi, ex officio jew fuq talba motivata ta’ parti mressqa permezz ta’ att separat, li tħalli barra data li ma hijiex data personali ta’ persuni fiżiċi, li tissemma fid-dokumenti u fl-informazzjoni li għalihom għandu aċċess il-pubbliku, jekk raġunijiet leġittimi jiġġustifikaw li din id-data ma tiġix żvelata pubblikament.

2.   Il-paragrafu 1 huwa applikabbli għal min iressaq talba għal intervent.

(12)

L-Artikolu 69(c) huwa emendat kif ġej:

“(c)

fuq talba ta’ parti prinċipali, bil-kunsens espliċitu tal-parti prinċipali l-oħra;”

(13)

Artikolu 71a ġdid, intitolat “Kawżi pilota”, huwa introdott wara l-Artikolu 71. It-test huwa s-segwenti:

Artikolu 71a

Kawżi pilota

1.   Meta diversi kawżi pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali jqajmu l-istess punt ta’ liġi u l-Qorti Ġenerali tqis li jkun fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jiġi evitat it-trattament parallel ta’ dawn il-kawżi, il-proċedura tista’ tiġi sospiża konformement mal-Artikoli 69(c) jew (d), 70 u 71, fl-istennija li tinqata’ l-kawża li, fost dawn il-kawżi, tkun l-iktar adegwata għall-eżami ta’ dan il-punt, identifikata bħala l-kawża pilota.

2.   Qabel ma jagħti deċiżjoni dwar is-sospensjoni, il-President għandu jistieden lill-partijiet prinċipali fil-kawżi li fihom il-proċedura tista’ tiġi sospiża sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar eventwali sospensjoni, konformement mal-Artikolu 70(1), filwaqt li jindikalhom il-punt ta’ liġi kkonċernat kif ukoll il-kawża li tkun tista’ tiġi identifikata bħala l-kawża pilota.

3.   Il-President tal-awla li lilha tkun assenjata l-kawża pilota għandu jara li din il-kawża tinqata’ bi prijorità, konformement mal-Artikolu 67(2).

4.   Meta titkompla l-proċedura, il-partijiet fil-kawżi sospiżi għandu jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni mogħtija fil-kawża pilota u dwar il-konsegwenzi ta’ din id-deċiżjoni fuq it-tilwima.”

(14)

L-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 5 huwa mħassar.

b)

Il-paragrafu 6 jsir il-paragrafu 5.

(15)

L-Artikolu 78(4) huwa emendat kif ġej:

“4.   Jekk ir-rikorrent ikun persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, huwa għandu jehmeż mar-rikors prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tiegħu (estratt mir-reġistru tal-kummerċ, estratt mir-reġistru tal-kumpannija jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor).”

(16)

L-Artikolu 79 huwa emendat kif ġej:

“Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data tal-preżentata tar-rikors promotur, l-isem tal-partijiet prinċipali, it-talbiet tar-rikors kif ukoll l-indikazzjoni tal-motivi u tal-argumenti prinċipali invokati, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 66 u 66a.

(17)

L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:

“Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni Ewropea ma jkunux parti f’kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tibgħatilhom kopja tar-rikors u tar-risposta, jew, jekk ikun il-każ, tal-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza jew ta’ inammissibbiltà, mingħajr l-annessi ta’ dawn id-dokumenti, sabiex ikunu jistgħu jikkonstataw jekk tkunx qiegħda tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ wieħed mill-atti tagħhom fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE.”

(18)

Artikolu 106a ġdid, intitolat “Seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali”, huwa introdott wara l-Artikolu 106. It-test huwa s-segwenti:

Artikolu 106a

Seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali

Il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li torganizza seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali għal diversi kawżi meta x-xebh bejniethom jippermetti dan.

(19)

Artikolu 107a ġdid, intitolat “Parteċipazzjoni f’seduta permezz tal-videokonferenza”, huwa introdott wara l-Artikolu 107. It-test huwa s-segwenti:

“Artikolu 107a

Parteċipazzjoni f’seduta permezz tal-videokonferenza

1.   Meta raġunijiet sanitarji, raġunijiet ta’ sigurtà jew raġunijiet serji oħra jipprekludu lir-rappreżentant ta’ parti milli jipparteċipa fiżikament għal seduta għas-sottomissjonijiet orali, dan ir-rappreżentant jista’ jiġi awtorizzat jipparteċipa f’din is-seduta permezz ta’ videokonferenza.

2.   It-talba għall-parteċipazzjoni f’seduta permezz tal-videokonferenza għandha titressaq permezz ta’ att separat hekk kif issir magħrufa l-kawża tal-impediment u għandha tindika, b’mod preċiż, in-natura ta’ dan l-impediment.

3.   Il-president għandu jiddeċiedi dwar din it-talba fl-iqsar żmien possibbli.

4.   L-użu tal-videokonferenza huwa eskluż fil-każ ta’ deċiżjoni li seduta tinżamm bil-magħluq meħuda mill-Qorti Ġenerali taħt l-Artikolu 109.

5.   Il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu ssodisfatti għall-parteċipazzjoni fis-seduti permezz tal-videokonferenza għandhom jiġu speċifikati fid-dispożizzjonijiet prattiċi msemmija fl-Artikolu 224.

(20)

L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:

“Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali hija bla ħlas, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-Qorti Ġenerali tagħmel spejjeż li setgħu jiġu evitati, b’mod partikolari jekk ir-rikors ikun manifestament abbużiv, hija tista’ tikkundanna lill-parti li kkawżat dawn l-ispejjeż sabiex tirrimborsahom;

(b)

jekk l-ispejjeż tal-kopji u tat-traduzzjoni magħmula fuq talba ta’ parti, jitqiesu li mir-Reġistratur jqis li huma żejda, dan tal-aħħar għandu jitlob ir-rimbors tagħhom għandhom jiġu rrimborsati minn din il-parti skont it-tariffa tar-Reġistru msemmija fl-Artikolu 37;

(c)

fil-każ ta’ nuqqas irrepetut ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ dawn ir-Regoli jew tad-dispożizzjonijiet prattiċi, imsemmija fl-Artikolu 224, li jkunu jeħtieġu talba għal regolarizzazzjoni, ir-Reġistratur għandu jitlob ir-rimbors tal-ispejjeż marbuta mat-trattament min-naħa tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu rrimborsati mingħand mill-parti kkonċernata, fuq talba tar-Reġistratur, skont it-tariffa tar-Reġistru msemmija fl-Artikolu 37.”

(21)

L-Artikolu 144(6) huwa emendat kif ġej:

“6.   Fil-każ li t-talba għal intervent tiġi miċħuda, id-digriet imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun motivat u għandu jinkludi deċiżjoni dwar l-ispejjeż marbuta mat-talba għal intervent, inklużi l-ispejjeż ta’ min ressaq it-talba għal intervent, skont l-Artikoli 134, u 135 u 138.”

(22)

L-Artikolu 148(9) huwa emendat kif ġej:

“9.   Meta l-persuna li titlob l-għajnuna legali ma tkunx irrappreżentata minn avukat, in-notifiki għandhom isirulha billi tintbagħat kopja awtentikata tal-att li għandu jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra rreġistrata, b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta’ rċevuta. In-notifiki lill-partijiet l-oħra għandhom jitwettqu skont il-mod previst fl-Artikolu 80(1).”

(23)

L-Artikolu 177 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

“4.   Jekk ir-rikorrent ikun persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, huwa għandu jehmeż mar-rikors prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tiegħu (estratt mir-reġistru tal-kummerċ, estratt mir-reġistru tal-kumpannija jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor).”

(b)

Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

“6.   Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, ir-Reġistratur jista’ jiffissa lir-rikorrent terminu raġonevoli sabiex jirregolarizza r-rikors, jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi. Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 2 3 sa 5, ir-Reġistratur għandu jiffissa lir-rikorrent terminu raġonevoli sabiex jirregolarizza r-rikors. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors.”

(24)

L-Artikolu 178(3) huwa emendat kif ġej:

“3.   In-notifika tar-rikors lil parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandha ssir permezz ta’ e-Curia meta din issir parti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali inkonformità mal-Artikolu 173(2). Jekk il-parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tkun istituzzjoni li jkollha kont ta’ aċċess għal e-Curia, in-notifika tar-rikors għandha ssir permezz ta’ e-Curia. Jekk ma ssirx tali parti dan ma jkunx il-każ, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat billi tintbagħat kopja awtentikata tar-rikors permezz ta’ ittra rreġistrata, b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta’ rċevuta, mibgħuta fl-indirizz indikat konformement mal-Artikolu 177(2) mill-parti kkonċernata għall-finijiet tan-notifiki li kellhom jitwettqu matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell jew, jekk dan l-indirizz ma jkunx ġie kkomunikat, fl-indirizz indikat fid-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell.”

(25)

L-Artikoli 192 sa 214 huma mħassra.

(26)

It-titolu tat-Titolu VI huwa emendat kif ġej:

“FUQ IL-PROĊEDURI WARA ANNULLAMENT FL-APPELL U WARA LI KAWŻA TINTBAGĦAT LURA”

(27)

L-Artikoli 220 sa 223 huma mħassra.

Artikolu 2

Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 ta’ dawn ir-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta’ Novembru 2022.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. VAN DER WOUDE


(1)   ĠU L 341 tal-24.12.2015, p. 14, rettifika fil-ĠU L 40 tas-17.2.2016, p. 16

(2)   ĠU L 200 tas-26.7.2016, p. 137.

(3)   ĠU L 105 tat-23.4.2015, p. 1, kif emendati fit-13 ta’ Lulju 2016 (ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 71; ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 72; ĠU L 217, tat-12.8.2016, p. 73), fil-11 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 240 tal-25.9.2018, p. 68) u fil-31 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 240 tal-25.9.2018, p. 67).