|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/262
tas-7 ta’ Settembru 2022
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-Krediti għall-Esportazzjoni uffiċjalment appoġġati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-Krediti għall-Esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jistabbilixxi li l-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni, u t-test tal-Arranġament jinsab fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-parteċipanti għall-Arranġament qablu dwar għadd sostanzjali ta’ emendi għall-Arranġament meta mqabbel mal-verżjoni applikabbli bħalissa tal-Arranġament li jinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011. |
|
(3) |
Il-bidliet ewlenin adottati mill-Parteċipanti fl-Arranġament u d-diversi Ftehimiet tas-Setturi tiegħu minn Frar 2017, id-data tal-verżjoni applikabbli bħalissa, sa Jannar 2022 huma: aġġornament fil-lista tal-Parteċipanti, biex jiżdiedu t-Turkija u r-Renju Unit; rieżami tar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali; bidla fid-dispożizzjonijiet dwar il-kostijiet lokali biex ikun hemm lok għal żieda fl-appoġġ għall-kostijiet lokali; u projbizzjoni fuq krediti għall-esportazzjoni u appoġġ ta’ għajnuna marbuta għal impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam b’emissjonijiet mhux imnaqqsa. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Jannar 2022, l-OECD ippubblikat verżjoni riveduta tal-Arranġament li tqis l-emendi kollha adottati mill-Parteċipanti tiegħu sa tmiem l-2021. Huwa xieraq u meħtieġ li l-emendi msemmija jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS II
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. GĦAN
|
1. |
L-għan ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. |
|
2. |
L-Arranġament ifittex li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għall-appoġġ uffiċjali, kif iddefinit fl-Artikolu 5a), sabiex iħeġġeġ kompetizzjoni fost l-esportaturi bbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq l-aktar termini u kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli uffiċjalment appoġġati. |
2. STATUS
L-Arranġament, li ġie żviluppat fil-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f’April tal-1978 u għandu jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa ftehim bejn ġentlomi fost il-Parteċipanti; ma huwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn ’il quddiem: ‘is-Segretarjat’).
3. PARTEĊIPAZZJONI
Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u nonmembri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti kurrenti.
4. INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI
|
(a) |
Il-Parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jaqsmu l-informazzjoni dwar notifiki relatati mal-appoġġ uffiċjali man-non-Parteċipanti kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 a). |
|
(b) |
Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jwieġeb għal talba dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu mingħand non-Parteċipant f’sitwazzjoni kompetittiva, bl-istess mod li jwieġeb għal talba mingħand Parteċipant. |
5. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
L-Arranġament għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi pprovdut minn gvern, jew f’ismu, għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew aktar.
|
(a) |
L-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata f’forom differenti:
|
|
(b) |
L-Arranġament għandu japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ. |
|
(c) |
L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta’ tagħmir militari jew ta’ komoditajiet agrikoli. |
|
(d) |
L-appoġġ uffiċjali ma għandux jiġi pprovdut jekk ikun hemm evidenza ċara li l-kuntratt ġie strutturat ma’ xerrej f’pajjiż li ma huwiex id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ripagament aktar favorevoli. |
6. PROJBIZZJONIJIET FUQ L-APPOĠĠ TAL-ARRANĠAMENT
Il-parteċipanti ma għandhomx jipprovdu krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati jew għajnuna marbuta għal:
|
(a) |
L-esportazzjoni ta’ impjanti ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdmu bil-faħam jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) meħtieġa direttament għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar ta’ tali impjanti tal-enerġija. Iż-żieda ta’ unità ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam ma’ impjant eżistenti hija meqjusa li tifforma impjant ġdid għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddem bil-faħam. |
|
(b) |
L-esportazzjoni għall-forniment ta’ tagħmir għal impjanti eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(c) |
Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi a) u b) ta’ hawn fuq ma japplikawx għall-impjanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam li joperaw b’faċilitajiet effettivi għall-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju (CCUS) jew f’każ ta’ modifika retroattiva ta’ impjanti eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mħaddma bil-faħam biex jiġu installati CCUS, kif previst għall-proġetti tal-Klassi A fl-Appendiċi II tal-Anness IV. |
|
(d) |
Il-parteċipanti jaqblu li jwettqu rieżami, fuq talba minn Parteċipant, ta’ teknoloġiji mhux CCUS għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jistgħu jiġu żviluppati fil-futur, għal finijiet ta’ eċċezzjonijiet mill-paragrafi a) u b) hawn fuq. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe eċċezzjoni futura għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni ta’ kunsens mill-Parteċipanti. |
|
(e) |
Dan l-Artikolu għandu jiġi rieżaminat mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, sabiex jikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan komuni li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqiesu:
|
7. FTEHIMIET SETTORJALI
|
(a) |
Il-Ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:
|
|
(b) |
Parteċipant f’wieħed mill-Annessi I, II, IV jew V jista’ japplika d-dispożizzjonijiet rispettivi għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi koperti mill-Ftehimiet Settorjali rilevanti. Jekk Ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant f’dak il-Ftehim Settorjali għandu japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament. |
|
(c) |
Għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi koperti mill-Anness III, il-Parteċipanti li huma wkoll Parteċipanti f’dak il-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim Settorjali. |
8. FINANZJAMENT TAL-PROĠETTI
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi għat-tranżazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness VI. |
|
(b) |
Il-paragrafu a) ta’ hawn fuq japplika għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Impjanti tal-Enerġija Nukleari, il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Enerġiji Rinnovabbli, il-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u l-Adattament Għalih, u l-Proġetti tal-Ilma, u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Infrastruttura Ferrovjarja. |
|
(c) |
Il-paragrafu a) ta’ hawn fuq ma japplikax għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili jew il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Bastimenti. |
9. IRTIRAR
Parteċipant jista’ jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. bl-użu tas-sistema tal-posta elettronika li għandu s-Segretarjat biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjonijiet fost il-Parteċipanti u s-Segretarjat. L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.
10. MONITORAĠĠ
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.
KAPITOLU II
Termini u kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra. L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk previsti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji abitwali bħal dawn, b’mod partikolari l-prinċipju li bih it-termini ta’ ripagament ma jaqbżux il-ħajja utli tal-oġġetti.
11. KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT U APPOĠĠ GĦALL-KOSTIJIET LOKALI
|
(a) |
Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli (2). Il-pajjiżi l-oħrajn kollha qegħdin fil-Kategorija II. |
|
(b) |
Il-kriterji u l-proċeduri operazzjonali li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:
|
|
(c) |
Pajjiż jibdel il-kategorija biss wara li l-kategorija tiegħu skont il-Bank Dinji tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi. |
12. DEPOŻITU, APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU U KOSTIJIET LOKALI
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ appoġġ uffiċjali, jiddepożitaw minimu ta’ 15 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qabel kif definit fl-Anness XIV. Għall-valutazzjoni tad-depożitu, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista’ jitnaqqas b’mod proporzjonali jekk it-tranżazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li ma humiex uffiċjalment appoġġati. Il-primjum jista’ jiġi ffinanzjat/assigurat 100 %. Il-primjum jista’ jkun jew ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt ta’ esportazzjoni. F’dan il-kuntest, il-pagamenti miżmuma bħala garanzija li jkunu saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqiesux bħala depożitu. |
|
(b) |
L-appoġġ uffiċjali għal tali pagamenti ta’ depożitu għandu jieħu biss il-forma ta’ assigurazzjoni jew garanzija kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu. |
|
(c) |
Ħlief kif previst fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali li jaqbeż il-85 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta’ pajjiż terz iżda li jeskludi l-kostijiet lokali. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
13. TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, it-terminu massimu ta’ ripagament ivarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni ddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.
|
(a) |
Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ tmien snin u nofs. |
|
(b) |
Għal pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ għaxar snin. |
|
(c) |
Fil-każ ta’ kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni f’konformità mal-proċeduri fl-Artikoli 56 sa 61 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa. |
14. TERMINI TA’ RIPAGAMENT GĦALL-IMPJANTI TAL-ENERĠIJA MHUX NUKLEARI
|
(a) |
Għal impjanti tal-enerġija mhux nukleari, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ 12-il sena. Jekk Parteċipant ikollu l-ħsieb li jappoġġa terminu ta’ ripagament itwal minn dak previst fl-Artikolu 13, il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 46. |
|
(b) |
L-impjanti tal-enerġija mhux nukleari huma impjanti tal-enerġija kompluti, jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; dawn jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) meħtieġa direttament għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar ta’ tali impjanti tal-enerġija mhux nukleari. Dan ma jinkludix oġġetti li normalment ikun responsabbli għalihom ix-xerrej, b’mod partikolari l-kostijiet assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-irħula tal-kostruzzjoni, mal-linji tal-elettriku, u mal-installazzjoni tat-trażmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma li jkunu barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija, kif ukoll il-kostijiet li jinħolqu fil-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. permessi tas-sit, permess tal-kostruzzjoni, permessi għat-tagħbija tal-fjuwil), ħlief:
|
15. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Is-somma kapitali ta’ kreditu għall-esportazzjoni għandha normalment titħallas lura f’pagamenti parzjali ugwali jew, fejn xieraq (eż. meta jiġi pprovdut appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ makkinarju jew tagħmir awtonomu), ripagamenti ugwali ta’ kapital u imgħax ikkombinati. |
|
(b) |
Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel pagament tal-kapital u tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata sew, jistgħu jingħataw krediti għall-esportazzjoni b’termini li ma humiex dawk stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn fuq. L-għoti ta’ tali appoġġ għandu jiġi spjegat minn diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli skont skeda ta’ ripagament ugwali u semiannwali, u għandu jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat. |
16. RATI TAL-IMGĦAX, RATI TAL-PRIMJUM U ĦLASIJIET OĦRA
|
(a) |
L-imgħax jeskludi:
|
|
(b) |
Meta l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta’ krediti/finanzjament diretti jew rifinanzjament, il-primjum jew jista’ jiżdied mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista’ jkun imposta separata; iż-żewġ komponenti għandhom jiġu speċifikati lill-Parteċipanti b’mod separat. |
17. PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għal kreditu għall-esportazzjoni individwali jew għal linja ta’ kreditu, għajr il-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) stabbiliti fl-Anness XV, ma għandhomx jiġu ffissati għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur qabel l-impenn finali.
18. AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF
L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet ta’ finanzjament milli jaqblu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk previsti mill-Arranġament, jekk tali azzjoni tittieħed wara l-għoti tal-kuntratt (meta l-ftehim ta’ kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà saru effettivi) u tkun maħsuba biss biex tevita jew timminimizza t-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ħlas jew għal pretensjonijiet.
19. TQABBIL
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 43. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji pprovduti f’konformità ma’ dan l-Artikolu jitqiesu li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u, fejn applikabbli, tal-Annessi I, II, III, IV, V u VI.
20. RATI FISSI MINIMI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ FINANZJARJU UFFIĊJALI
|
(a) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali finanzjarju għal self b’rata fissa għandhom japplikaw is-CIRRs rilevanti bħala rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati tal-imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:
|
|
(b) |
L-għoti ta’ appoġġ finanzjarju uffiċjali ma għandux ipatti għall-primjum xieraq tar-riskju ta’ kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22, jew jikkumpensa, b’mod parzjali jew sħiħ għalih. |
21. DETERMINAZZJONI U APPLIKAZZJONI TAS-CIRRs
Is-CIRR għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali mogħti taħt l-Arranġament u l-Annessi kollha tiegħu għajr il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (l-Anness III) tiġi ddeterminata u applikata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XV.
22. PRIMJUM GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU
Il-Parteċipanti għandhom jitolbu primjum, minbarra l-imposti fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, għandhom jikkonverġu u għandhom ikunu adegwati biex ikopru l-kostijiet operatorji u t-telf fit-tul.
23. RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU
Il-Parteċipanti għandhom jitolbu mhux inqas mir-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli għar-Riskju ta’ Kreditu.
|
(a) |
L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:
|
|
(b) |
L-MPRs jiġu espressi f’perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu daqslikieku l-primjum inġabar b’mod sħiħ fid-data tal-ewwel prelevament tal-kreditu. Spjegazzjoni ta’ kif għandhom jiġu kkalkulati l-MPRs, inkluża l-formula matematika, hija pprovduta fl-Anness VIII. |
|
(c) |
Irrispettivament mill-pajjiż tad-destinazzjoni, ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għal Tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq, jiġifieri, tranżazzjonijiet li jinvolvu obbliganti/garanti finali (jiġifieri entitajiet b’riskju ta’ kreditu) fil-Pajjiżi tal-Kategorija 0, Pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u Pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli (3), jew li jinvolvu istituzzjoni multilaterali jew reġjonali li l-Parteċipanti ġeneralment jaqblu li hija eżenti mir-regolamenti dwar il-kontroll monetarju u t-trasferiment tal-pajjiż li fih tinsab (4) għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ. Sabiex jiġi żgurat li r-rati tal-primjum mitluba għal tranżazzjonijiet li jinvolvu obbliganti, u fejn xieraq garanti, f’dawn il-pajjiżi ma jwaqqgħux l-ipprezzar tas-suq privat, il-Parteċipanti għandhom jaderixxu mal-proċeduri li ġejjin, bl-użu ta’ konvenzjonijiet miftiehma biex jittraduċu l-ipprezzar skont il-parametri referenzjarji rilevanti f’rati tal-primjum:
|
|
(d) |
Il-pajjiżi ‘bl-ogħla riskju’ fil-Kategorija 7 għandhom, fil-prinċipju, ikunu soġġetti għal rati tal-primjum li jaqbżu l-MPRs stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum għandhom jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali. |
|
(e) |
Fil-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-obbligant u l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tax-xerrej għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-obbligant (11), sakemm parti terza ma tpprovdix sigurtà fl-għamla ta’ garanzija irrevokabbli, inkondizzjonata, fuq talba, legalment valida u eżegwibbli tal-obbligu totali ta’ ripagament tad-dejn għad-durata kollha tal-kreditu li jkollha sodezza kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit. Fil-każ ta’ garanzija ta’ parti terza, Parteċipant jista’ jagħżel li japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji tal-pajjiż li fih jinsab il-garanti u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej tal-garanti (12). |
|
(f) |
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ garanzija ta’ parti terza skont is-sitwazzjonijiet deskritti fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-paragrafu e) hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness X. |
|
(g) |
Il-konvenzjoni HOR użata fil-kalkolu ta’ MPR hija nofs il-perjodu tal-iżborż flimkien mal-perjodu kollu ta’ ripagament u tassumi profil ta’ ripagament regolari tal-kreditu għall-esportazzjoni, jiġifieri ripagament f’pagamenti parzjali ugwali semiannwali ta’ kapital u imgħax dovut li jibda sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti għall-esportazzjoni bi profili ta’ ripagament li ma humiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta’ ripagament (espress f’termini ta’ pagamenti ugwali semiannwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta’ ripagament = (tul ta’ żmien medju ponderat tal-perjodu ta’ ripagament – 0,25)/0,5. |
|
(h) |
Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma’ garanti ta’ parti terza li jinsab f’pajjiż differenti minn dak tal-obbligant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45. |
24. KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TAL-PAJJIŻI
Bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u l-pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli, il-pajjiżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta’ jekk humiex se jħallsu d-djun esterni tagħhom (jiġifieri r-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż).
|
(a) |
Il-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż huma:
|
|
(b) |
Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f’waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti MPRs għall-Kategoriji 1 sa 7, iżda mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta’ riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f’din il-Kategorija. Ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 huwa marbut l-aktar mar-riskju tal-obbligant/il-garanti. |
|
(c) |
Il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi (13) tinkiseb permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:
|
|
(d) |
Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskji tal-Pajjiż għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u rieżaminati mill-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż għandhom jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi riklassifikat f’Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, il-Parteċipanti għandhom jitolbu rati tal-primjum bl-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida jew ogħla, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li r-riklassifikazzjoni tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat. |
|
(e) |
Is-Segretarjat għandu jippubblika l-klassifikazzjonijiet tar-riskji tal-pajjiż. |
25. VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN
|
(a) |
Għall-pajjiżi kollha kklassifikati permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż skont l-Artikolu 24 d), ir-riskju tas-sovran għandu jiġi vvalutat biex jiġu identifikati, fuq bażi eċċezzjonali, dawk is-sovrani:
|
|
(b) |
L-identifikazzjoni ta’ sovrani li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandha ssir skont il-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran li ġiet żviluppata u miftiehma mill-Parteċipanti. |
|
(c) |
Il-lista ta’ sovrani identifikati li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandha tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa u rieżaminata mill-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għandhom jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat. |
|
(d) |
Il-lista ta’ sovrani identifikati fil-paragrafu b) hawn fuq għandha tiġi ppubblikata mis-Segretarjat. |
26. KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TAX-XERREJ
L-obbliganti u, kif xieraq, il-garanti f’pajjiżi kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż 1-7 għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti fir-rigward tal-pajjiż tal-obbligant/garanti (14). Il-matriċi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li fihom għandhom jiġu kklassifikati l-obbliganti u l-garanti hija pprovduta fl-Anness VIII. Deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej huma pprovduti fl-Anness XI.
|
(a) |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji tax-xerrej għandhom ikunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantita tal-obbligant/garanti kif iddeterminata mill-Parteċipant. |
|
(b) |
Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, it-tranżazzjonijiet appoġġati skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Anness VI u t-tranżazzjonijiet b’valur ta’ kreditu ta’ SDR 5 miljun jew inqas jistgħu jiġu kklassifikati fuq bażi tat-tranżazzjonijiet, jiġifieri wara l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej; madankollu, tali tranżazzjonijiet, irrispettivament minn kif jiġu kklassifikati, ma humiex eliġibbli għal kwalunkwe skont għall-applikazzjoni ta’ titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. |
|
(c) |
L-obbliganti u l-garanti sovrani huma kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV/CC0. |
|
(d) |
Fuq bażi eċċezzjonali, l-obbliganti u l-garanti mhux sovrani jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ‘Aħjar minn Sovran’ (SOV+) jekk (15):
|
|
(e) |
Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 46 għat-tranżazzjonijiet:
|
|
(f) |
Fil-każ ta’ kompetizzjoni għal tranżazzjoni speċifika, fejn l-obbligant/il-garanti jkun ġie kklassifikat minn Parteċipanti f’kompetizzjoni f’kategoriji differenti tar-riskju tax-xerrej, il-Parteċipanti f’kompetizzjoni għandhom ifittxu li jaslu għal klassifikazzjoni komuni tar-riskju tax-xerrej. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fuq klassifikazzjoni komuni, il-Parteċipant(i) li kklassifika(w) lill-obbligant/garanti fi klassifikazzjoni ogħla tar-riskju tax-xerrej jista’/jistgħu japplika(w) il-klassifikazzjoni aktar baxxa tar-riskju tax-xerrej. |
27. PERĊENTWAL U KWALITÀ TAL-KOPERTURA TAL-KREDITU GĦALL-ESPORTAZZJONI UFFIĊJALMENT
L-MPRs huma differenzjati biex iqisu l-kwalità differenti tal-prodotti ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-perċentwal tal-kopertura pprovduta mill-Parteċipanti kif stabbilit fl-Anness VIII. Id-differenzjazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jiġi newtralizzat l-effett kompetittiv li jirriżulta mill-kwalitajiet differenti tal-prodott ipprovdut lill-esportatur/lill-istituzzjoni finanzjarja).
|
(a) |
Il-kwalità ta’ prodott ta’ kreditu għall-esportazzjoni tiddependi fuq jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet (jiġifieri l-perjodu bejn id-data tal-għeluq tal-pagament mill-obbligant u d-data li fiha l-assiguratur huwa responsabbli li jirrimborża lill-esportatur/lill-istituzzjoni finanzjarja) tiġix pprovduta mingħajr ħlas addizzjonali. |
|
(b) |
Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu għall-esportazzjoni offruti mill-Parteċipanti għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mit-tliet kategoriji ta’ prodotti li huma:
|
28. TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, li l-applikazzjoni speċifika tagħhom hija stabbilita fl-Anness XII:
|
|
(b) |
Il-Parteċipant li japplika MPR li tirrifletti l-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45. |
|
(c) |
Ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż ma għandha tiġi applikata għal tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq. |
29. TITJIB TAL-KREDITU GĦAR-RISKJU TAX-XERREJ
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li ġej (BRCE) li jippermetti l-applikazzjoni ta’ Fattur ta’ Titjib tal-Kreditu (CEF) akbar minn 0:
|
|
(b) |
Id-definizzjonijiet tal-BRCE u l-valuri massimi tas-CEF kemm għall-obbliganti tal-Kategoriji 1-7 kif ukoll għall-obbliganti b’Parametri Referenzjarji tas-Suq huma stabbiliti fl-Anness XII. |
|
(c) |
Il-BRCE jista’ jintuża waħdu jew flimkien mar-restrizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(d) |
Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 45 għal tranżazzjonijiet ma’ obbligant/garanti mhux sovran fejn il-BRCE jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ CEF ta’ aktar minn 0, jew kull meta l-BRCEs jintużaw fi tranżazzjoni b’Parametri Referenzjarji tas-Suq li tirriżulta fi pprezzar taħt l-MPR tat-TCMB korrispondenti. |
30. RIEŻAMI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI TAL-PRIMJUM MINIMI GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU
|
(a) |
Sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u sabiex, jekk ikun meħtieġ, jiġu permessi l-aġġustamenti, ’il fuq jew ’l isfel, għandhom jintużaw b’mod parallel l-Għodod għall-Feedback dwar il-Primjum (Premium Feedback Tools – PFTs), sabiex l-MPRs jiġu mmonitorjati u aġġustati fuq bażi regolari. |
|
(b) |
Il-PFTs għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-MPRs kemm f’termini tal-esperjenza reali tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali kif ukoll f’termini tal-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta’ kreditu. |
|
(c) |
Rieżami komprensiv tal-aspetti kollha tar-regoli tal-primjum tal-Arranġament, b’enfasi speċjali fuq ir-Regoli tal-Ipprezzar Abbażi tal-Parametri Referenzjarji tas-Suq, għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2019 (17). |
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet għal għajnuna marbuta
31. PRINĊIPJI ĠENERALI
|
(a) |
Il-Parteċipanti qablu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki dwar il-kreditu għall-esportazzjoni jridu jkunu bbażati fuq kompetizzjoni miftuħa u l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki dwar l-għajnuna marbuta jridu jipprovdu r-riżorsi esterni meħtieġa lill-pajjiżi, lis-setturi jew lill-proġetti bi ftit aċċess jew mingħajr aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki dwar l-għajnuna marbuta jridu jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw id-distorsjoni tal-kummerċ, u jikkontribwixxu għall-użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta’ dawn ir-riżorsi. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi ta’ għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali. |
|
(c) |
Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp (Development Assistance Committee, DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta’ dik mhux marbuta. |
|
(d) |
Parteċipant jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta’ rbit ta’ kwalunkwe forma ta’ għajnuna. Jekk ikun hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta’ finanzjament taqax fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ għajnuna marbuta stabbilita fl-Anness XIV, il-pajjiż donatur għandu jipprovdi evidenza b’appoġġ ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li tgħid li l-għajnuna fil-fatt ‘ma hijiex marbuta’ skont id-definizzjoni fl-Anness XIV. |
32. FOROM TA’ GĦAJNUNA MARBUTA
L-għajnuna marbuta tista’ tieħu l-forma ta’:
|
(a) |
Self ta’ Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance, ODA) kif definit fid-‘DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance (1987)’; |
|
(b) |
L-għotjiet tal-ODA kif definiti fid-‘DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance (1987)’; u |
|
(c) |
Flussi Uffiċjali Oħrajn (Other Official Flows, OOF), li jinkludu għotjiet u self iżda jeskludu krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati li huma konformi mal-Arranġament; jew |
|
(d) |
Kwalunkwe assoċjazzjoni, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fil-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew tal-mutwatarju li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta’ finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:
|
33. FINANZJAMENT ASSOĊJAT
|
(a) |
Il-finanzjament assoċjat jista’ jsir f’bosta għamliet, inklużi krediti mħallta, finanzjament imħallat, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew tranżazzjonijiet integrati uniċi. Il-karatteristiċi ewlenin huma li kollha jinkludu:
|
|
(b) |
Assoċjazzjoni jew rabta ‘fil-fatt’ tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:
|
|
(c) |
Il-prattiki li ġejjin ma għandhomx jipprevjenu d-determinazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew rabta ‘fil-fatt’:
|
34. ELIĠIBBILTÀ TA’ PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Ma għandu jkun hemm l-ebda għajnuna marbuta lil pajjiżi li l-ING per capita tagħhom, skont id-data tal-Bank Dinji, ikun ogħla mil-limitu superjuri għal pajjiżi b’introjtu medju inferjuri. Il-Bank Dinji jikkalkula mill-ġdid dan il-limitu fuq bażi annwali (18). Pajjiż jiġi rriklassifikat biss wara li l-kategorija tiegħu skont il-Bank Dinji tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi. |
|
(b) |
Il-kriterji u l-proċeduri operazzjonali li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:
|
35. ELIĠIBBILTÀ TA’ PROĠETT
|
(a) |
L-għajnuna marbuta ma għandhiex tiġi estiża għal proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk jiġu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. |
|
(b) |
It-testijiet ewlenin għal tali eliġibbiltà għall-għajnuna huma:
|
|
(c) |
It-testijiet ewlenin skont il-paragrafu b) ta’ hawn fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex jiġi ddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b’tali għajnuna jew bi krediti għall-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni deskritt fl-Artikoli 49 sa 51, huwa mistenni li tinkiseb esperjenza maż-żmien li tiddefinixxi b’mod aktar preċiż, kemm għall-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll għall-aġenziji tal-għajnuna, gwida ex ante dwar il-linja bejn iż-żewġ kategoriji ta’ proġetti. |
36. LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ MINIMU
Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu għajnuna marbuta li għandha livell ta’ konċessjonalità inqas minn 35 %, jew 50 % jekk il-pajjiż benefiċjarju jkun Pajjiż l-Anqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet stabbiliti hawn taħt, li huma wkoll eżentati mill-proċeduri ta’ notifika stabbiliti fl-Artikoli 47 a) u 48 a):
|
(a) |
Assistenza teknika: għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss f’kooperazzjoni teknika li hija anqas minn 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni jew SDR 1 miljun, skont liema jkun l-anqas; u |
|
(b) |
Proġetti żgħar: proġetti kapitali ta’ inqas minn SDR 1 miljun li huma ffinanzjati għalkollox minn għotjiet ta’ għajnuna għall-iżvilupp. |
37. EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBBILTÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 80 % jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, deskritt fl-Artikolu 33. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b’valur ta’ inqas minn SDR 2 miljun ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 33. |
|
(c) |
L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, ma hijiex soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri ta’ għajnuna marbuta f’konformità maċ-ċirkostanzi speċifiċi:
|
|
(e) |
Minkejja l-Artikoli 34 u 35, b’mod eċċezzjonali, Parteċipant jista’ jipprovdi appoġġ permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
38. KALKOLU TAL-LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA
Il-livell ta’ konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat bl-użu tal-istess metodu bħal dak għall-element tal-għotja użat mid-DAC, ħlief li:
|
(a) |
Ir-rata ta’ skont użata għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità ta’ self f’munita partikolari, jiġifieri r-Rata ta’ Skont Differenzjata (Differentiated Discount Rate, DDR), hija soġġetta għal bidla annwali fil-15 ta’ Jannar u hija kkalkulata kif ġej:
|
|
(b) |
Id-data bażi għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità hija l-punt tal-bidu tal-kreditu kif stabbilit fl-Anness XIV. |
|
(c) |
Għall-fini tal-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità globali ta’ pakkett ta’ finanzjament assoċjat, il-livelli ta’ konċessjonalità tal-krediti, il-fondi u l-pagamenti li ġejjin jitqiesu li huma żero:
Il-ħlasijiet fi l-punt tal-bidu tal-kreditu, jew qablu, li ma jitqisux bħala depożitu għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità. |
|
(d) |
Ir-rata ta’ skont fit-tqabbil: fit-tqabbil tal-għajnuna, tqabbil identiku jfisser tqabbil ma’ livell ta’ konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta’ skont fis-seħħ fiż-żmien tat-tqabbil. |
|
(e) |
l-kostijiet lokali u l-akkwist ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur. |
|
(f) |
Il-livell ta’ konċessjonalità globali ta’ pakkett jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta’ kull komponent tal-pakkett bil-livell ta’ konċessjonalità rispettiv ta’ kull komponent, jiżdiedu r-riżultati, u dan it-total jiġi diviż bil-valur nominali aggregat tal-komponenti. |
|
(g) |
Ir-rata ta’skont għal self ta’ għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Madankollu, f’każijiet ta’ notifika fil-pront, ir-rata ta’ skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta ġew stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self ta’ għajnuna. Bidla fir-rata ta’ skont matul il-ħajja ta’ self ma tbiddilx il-livell ta’ konċessjonalità tiegħu. |
|
(h) |
Jekk ikun hemm bidla fil-munita qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, in-notifika għandha tiġi riveduta. Ir-rata ta’ skont użata għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Ma tkunx meħtieġa reviżjoni jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-livell ta’ konċessjonalità jiġu indikati fin-notifika oriġinali. |
|
(i) |
Minkejja l-paragrafu g) ta’ hawn fuq, ir-rata ta’ skont użata biex jiġi kkalkolat il-livell ta’ konċessjonalità ta’ tranżazzjonijiet individwali mibdija taħt linja ta’ kreditu tal-għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet oriġinarjament innotifikata għal-linja ta’ kreditu. |
39. PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Il-Parteċipanti ma għandhomx jiffissaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tkun relatata mal-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet individwali kif ukoll ma’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ma’ ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandu jiġi nnotifikat f’konformità mal-Artikolu 48; l-estensjoni ta’ linja ta’ kreditu għandha tiġi nnotifikata daqslikieku kienet tranżazzjoni ġdida b’nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda f’termini permessi fiż-żmien tan-notifika tal-estensjoni. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet individwali, inklużi dawk notifikati skont protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tan-notifika tal-impenn skont l-Artikolu 47 jew 48, kif xieraq. |
|
(b) |
Meta pajjiż ma jibqax eliġibbli għall-ewwel darba għal self mill-Bank Dinji ta’ 17-il sena, il-perjodu ta’ validità ta’ protokolli ta’ għajnuna marbuta u ta’ linji ta’ kreditu eżistenti u ġodda nnotifikati għandu jkun ristrett għal sena wara d-data tar-riklassifikazzjoni potenzjali f’konformità mal-proċeduri fl-Artikolu 34 b). |
|
(c) |
It-tiġdid ta’ tali protokolli u linji ta’ kreditu huwa possibbli biss fuq termini li jkunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 tal-Arranġament wara:
F’dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta’ skont stabbilita fl-Artikolu 38. |
40. TQABBIL
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 43.
KAPITOLU IV
Proċeduri
41. NOTIFIKI
In-notifiki stabbiliti mill-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru f’konformità mal-Anness VII, u għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fih, u għandhom jiġu kkupjati lis-Segretarjat.
42. INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI
|
(a) |
Malli Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li jkun innotifika f’konformità mal-proċeduri fl-Artikoli 45 sa 48, huwa għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-formola għar-rapportar rilevanti. |
|
(b) |
Fi skambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 53 sa 55, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu li jipprevedi li jappoġġa għal tranżazzjoni partikolari u jista’ jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra. |
43. PROĊEDURI GĦAT-TQABBIL
|
(a) |
Qabel iqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant skont l-Artikoli 17 u 40, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ deskritti fl-Artikolu 55, biex jivverifika li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma uffiċjalment appoġġati u għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
|
(b) |
Parteċipant li jkun beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi għal dawk innotifikati skont l-Artikoli 45 u 46 jista’ jagħmel dan ladarba l-perjodu ta’ stennija stipulat f’dawk l-Artikoli jkun skada. Dan il-Parteċipant għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu kemm jista’ jkun kmieni. |
44. KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI
|
(a) |
Parteċipant li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk previsti fl-Arranġament għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli minnufih. |
|
(b) |
Il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu fi żmien jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat. |
|
(c) |
Wara kjarifika mill-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni speċjali tal-Parteċipanti fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol biex tiġi diskussa l-kwistjoni. |
|
(d) |
Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, ma għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali. |
45. NOTIFIKA MINN QABEL B’DISKUSSJONI
|
(a) |
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 2 miljun f’konformità mal-Anness VII jekk:
|
|
(b) |
Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra. |
|
(c) |
Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex ikun iffaċilitat ir-rieżami tal-esperjenza miksuba f’konformità mal-Artikolu 64. Il-Parteċipanti għandhom iżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum innotifikati f’konformità mal-paragrafu a) ta’ hawn fuq. |
46. NOTIFIKA MINN QABEL
|
(a) |
F’konformità mal-Anness VII, Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn b’valur ta’ kreditu ta’ aktar minn SDR 2 miljun jekk ikollu l-ħsieb li:
|
|
(b) |
Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni bħal din, dan għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha. |
47. NOTIFIKA MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Anness VII jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:
|
|
(b) |
In-notifika minn qabel għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq jew tal-impenn tal-offerta, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. |
|
(c) |
Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq. |
|
(d) |
Id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, kif deskritt fl-Artikolu 33. |
48. NOTIFIKA FIL-PRONT
|
(a) |
Parteċipant għandu jinnotifika minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha, jiġifieri fi żmien jumejn tax-xogħol mill-impenn, f’konformità mal-Anness VII, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-għajnuna marbuta b’valur ta’ jew:
|
|
(b) |
Parteċipant għandu jinnotifika wkoll minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu jew ftehim simili. |
|
(c) |
Ma hemmx għalfejn tingħata notifika minn qabel jekk Parteċipant ikollu l-ħsieb li jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal notifika fil-pront. |
49. GĦAN TAL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Parteċipant li jkun jixtieq kjarifika dwar il-motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista’ jitlob li tiġi pprovduta Valutazzjoni tal-Kwalità tal-Għajnuna kompluta (dettaljata fl-Anness XIII). |
|
(b) |
Barra minn hekk, Parteċipant jista’ jitlob konsultazzjonijiet ma’ Parteċipanti oħra, f’konformità mal-Artikolu 50. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 55 sabiex jiġi diskuss:
|
50. AMBITU U TWAQQIT TAL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Matul il-konsultazzjonijiet, Parteċipant jista’ jitlob, fost affarijiet oħra, l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
Il-konsultazzjoni għandha titlesta u s-Segretarjat għandu jinnotifika l-konklużjonijiet taż-żewġ mistoqsijiet fl-Artikolu 48 lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew id-data tal-impenn, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra jesprimu l-fehmiet tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Huwa għandu jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant notifikanti, li għandu jerġa’ jikkunsidra jekk ikomplix jekk ikun jidher li ma hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta’ għajnuna. |
51. EŻITU TAL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta’ appoġġ sostanzjali għandu jipprovdi notifika minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-Parteċipanti l-oħra, mhux aktar tard minn 60 jum kalendarju wara li tintemm il-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali prevalenti mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-Parteċipanti jistennew li tali okkorrenza la tkun użwali u lanqas frekwenti. |
|
(b) |
Id-donatur għandu jinnotifika minnufih lill-Parteċipanti li jkun bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, li kopja tagħha għandha tiġi inkluża man-notifika. La d-donatur u lanqas kwalunkwe Parteċipant ieħor ma għandu jagħmel impenn ta’ għajnuna marbuta qabel ma jgħaddu għaxart ijiem tax-xogħol wara li tkun inħarġet din in-notifika lill-Parteċipanti. Għal proġetti li għalihom ġew identifikati offerti kummerċjali kompetituri matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol imsemmi hawn fuq għandu jiġi estiż għal 15-il jum. |
|
(c) |
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet. |
52. PUNTI TA’ KUNTATT
Il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż għandhom isiru permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. posta elettronika, u għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
53. AMBITU TAT-TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI
|
(a) |
Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jassumi fir-rigward ta’ pajjiż terz, istituzzjoni f’pajjiż terz jew metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju. |
|
(b) |
Parteċipant li jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, billi jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li jistaqsi jkun lest li jappoġġa. |
|
(c) |
Jekk issir talba lil aktar minn Parteċipant wieħed, din għandha tinkludi lista ta’ destinatarji. |
|
(d) |
Kopja tat-talbiet kollha għall-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarjat. |
54. KONTENUT TAT-TWEĠIBIET
|
(a) |
Il-Parteċipant li lilu tiġi indirizzata mistoqsija għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem kalendarji u jipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni. It-tweġiba għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li x’aktarx jieħu. Jekk ikun meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi mill-aktar fis possibbli. Kopji għandhom jintbagħtu lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat. |
|
(b) |
Jekk tweġiba għal mistoqsija sussegwentement issir invalida għal kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:
għandha tingħata tweġiba mingħajr dewmien u għandha tiġi kkupjata lid-destinatarji l-oħra kollha tal-inkjesta u lis-Segretarjat. |
55. KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ
|
(a) |
Parteċipant għandu jwieġeb fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ. |
|
(b) |
Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ għandha tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għan-non-Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. |
|
(c) |
Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront l-eżitu tal-konsultazzjoni. |
56. PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Il-proposti ta’ Linji Komuni għandhom jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha u, meta tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta’ kuntatt kollha ta’ DAC. L-identità tal-inizjatur ma tiġix żvelata fir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bulletin Board elettronika miżmuma mis-Segretarjat fl-Ambjent tan-Network tal-OECD. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-fomm l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jew lil membru tad-DAC fuq talba. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ dawn it-talbiet. |
|
(b) |
Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun datata u għandha tkun fil-format li ġej:
|
|
(c) |
Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 34 b) 4) għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat u għandha tiġi kkupjata lil Parteċipanti oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni għandu jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34 b). |
|
(d) |
Is-Segretarjat għandu jippubblika l-Linji Komuni miftiehma. |
57. TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI
|
(a) |
It-tweġibiet għandhom isiru fi żmien 20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa jwieġbu għal proposta għal Linja Komuni mill-aktar fis possibbli. |
|
(b) |
Tweġiba tista’ tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, u rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva. |
|
(c) |
Parteċipant li javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni minħabba li ma ġiex avviċinat minn esportatur, jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċevitur f’każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni. |
58. AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI
|
(a) |
Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha titħalla miftuħa għal perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji. |
|
(b) |
Wara dan il-perjodu ulterjuri, Parteċipant li ma jkunx irrifjuta b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jista’ jagħmel l-aċċettazzjoni tiegħu tal-Linja Komuni kondizzjonali fuq l-aċċettazzjoni espliċita minn Parteċipant wieħed jew aktar. |
|
(c) |
Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni huwa jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista’ twassal lil Parteċipanti oħra biex jibdlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux koperti minn Linja Komuni. |
|
(d) |
Linja Komuni li ma tkunx ġiet aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 56 u 57. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti ma jkunux marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. |
59. NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI
Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva u Parteċipant li jkun ippropona modifika jew alternattiva ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.
60. DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI
Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet miċħuda; il-Linja Komuni tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq il-bulletin board elettronika rekord aġġornat b’mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li jkunu ġew miftiehma jew li ma jkunux ġew deċiżi.
61. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Linja Komuni, ladarba tiġi miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix infurmat li ma għadhiex ta’ interess, u li l-Parteċipanti kollha jaqblu ma’ dan. Linja Komuni għandha tibqa’ valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk parteċipant jitlob estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 34 b) 4) għandha tkun valida sakemm tkun disponibbli d-data tal-Bank Dinji għas-sena ta’ wara. |
|
(b) |
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati kif xieraq, permezz tal-aġġornament tal-lista ‘L-Istatus tal-Linji Komuni Validi’ fuq il-bord elettronika tal-bulettin. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fost l-oħrajn, għandu:
|
62. RIEŻAMI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-rieżami, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, fost l-oħrajn, il-proċeduri ta’ notifika, l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri dwar l-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta’ tqabbil, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni usa’ fl-Arranġament. |
|
(b) |
Dan ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom għat-titjib tal-operat u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom iqisu l-objettivi tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jkunu jixtiequ jressqu għal dan ir-rieżami għandhom jaslu għand is-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-rieżami. |
63. RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw perjodikament is-sistema għall-iffissar tas-CIRRs sabiex jiżguraw li r-rati notifikati jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq u jissodisfaw l-għanijiet li fuqhom ikun ibbażat l-istabbiliment tar-rati fis-seħħ. Tali rieżamijiet għandhom ikopru wkoll il-marġni li għandu jiżdied meta jiġu applikati dawn ir-rati. |
|
(b) |
Parteċipant jista’ jissottometti lill-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal rieżami straordinarju f’każ li dan il-Parteċipant iqis li s-CIRR għal munita waħda jew aktar ma tkunx għadha tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. |
64. RIEŻAMI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI
Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrieżaminaw b’mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u l-proċeduri dwar il-primjums. Dan għandu jinkludi:
|
(a) |
Il-Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż u l-Metodoloġiji ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għar-rieżami tal-validità tagħhom fid-dawl tal-esperjenza; |
|
(b) |
Il-livell tal-MPRs biex jiġi żgurat li jibqgħu kejl preċiż tar-riskju ta’ kreditu, filwaqt li titqies kemm l-esperjenza reali tal-istituzzjonijiet li jipprovdu krediti uffiċjali għall-esportazzjoni kif ukoll l-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta’ kreditu; |
|
(c) |
Id-differenzi fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-perċentwal tal-kopertura pprovduta; u |
|
(d) |
L-esperjenza relatata mal-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej u l-validità u l-adegwatezza kontinwi tal-impatt speċifiku tagħhom fuq l-MPRs. |
65. RIEŻAMI TAL-APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦALL-KOSTIJIET LOKALI
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ għall-kostijiet lokali sa mhux aktar tard mill-20 ta’ April 2024.
“ANNESS I
FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI
KAPITOLU I
Ambitu tal-ftehim settorjali
1. PARTEĊIPAZZJONI
Il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand u n-Norveġja.
2. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, jistabbilixxi linji gwida speċifiċi għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti ta’ esportazzjoni ta’:
|
(a) |
Kwalunkwe bastiment tal-baħar ġdid ta’ 100 gt u aktar użat għat-trasport ta’ oġġetti jew ta’ persuni, jew għat-twettiq ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti fabbriki tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bastimenti tat-tħammil, li jippreżentaw b’mod permanenti permezz tal-propulsjoni u d-direzzjoni (is-sistema tat-tmun) tagħhom, il-karatteristiċi kollha ta’ awtonavigazzjoni fl-ibħra internazzjonali), laneċ tal-irmonk ta’ 365 kw u aktar u għal qxur mhux kompluti ta’ bastimenti li huma fil-wiċċ u mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix il-bastimenti militari. Il-baċiri galleġġanti u l-unitajiet mobbli lil hinn mill-kosta ma humiex koperti mill-Ftehim Settorjali, iżda jekk jinqalgħu problemi b’rabta mal-krediti għall-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (minn hawn ’il quddiem il-‘Parteċipanti’), wara li jikkunsidraw talbiet sostanzjati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li għandhom jiġu koperti. |
|
(b) |
Kwalunkwe konverżjoni ta’ vapur. Il-konverżjoni ta’ vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta’ bastimenti tal-baħar ta’ aktar minn 1 000 gt dment li l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjanta tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta’ propulsjoni.
|
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta
3. TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT
It-terminu massimu ta’ ripagament, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 12-il sena wara l-konsenja.
4. ĦLAS FI FLUS KONTANTI
Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu ħlas minimu fi flus kontanti ta’ 20 % tal-prezz tal-kuntratt mal-konsenja.
5. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-kapital tal-kreditu għall-esportazzjoni għandu jiġi ripagat f’pagamenti parzjali ugwali u f’perjodi regolari ta’ bejn sitt xhur u massimu ta’ 12 il-xahar. |
|
(b) |
L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Għall-krediti għall-esportazzjoni pprovduti b’appoġġ għal tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ugwali tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati minflok ripagamenti ugwali tal-kapital kif stabbilit fil-paragrafu a). |
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat. |
|
(e) |
Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali li jkollu l-ħsieb li jappoġġa pagament ta’ imgħax fuq termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu b) għandu jagħti notifika minn qabel mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn, f’konformità mal-Anness VII tal-Arranġament. |
6. PRIMJUM MINIMU
Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-parametri ta’ referenza minimi tal-primjum ma għandhomx jiġu applikati qabel ma tali dispożizzjonijiet ikunu ġew rieżaminati mill-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali.
7. FINANZJAMENT TAL-PROĠETTI
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 u tal-Anness VI tal-Arranġament ma għandhomx jiġu applikati qabel ma tali dispożizzjonijiet ikunu ġew rieżaminati mill-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali.
8. GĦAJNUNA
Kwalunkwe Parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna jeħtieġlu, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament, jikkonferma li l-bastiment ma jkunx operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta’ ripagament u li jkun assigurat b’mod xieraq li s-sid aħħari jirrisjedi fil-pajjiż riċeventi, li dan ma jkunx sussidjarja mhux operazzjonali ta’ interess barrani u li jkun intrabat li ma jbiegħx il-bastiment mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.
KAPITOLU III
Proċeduri
9. NOTIFIKA
Għall-finijiet tat-trasparenza, kull Parteċipant għandu, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u tas-Sistema ta’ rapportar tal-kredituri tal-IBRD/tal-Unjoni ta’ Berne/OECD, jipprovdi kull sena informazzjoni dwar is-sistema tiegħu għall-għoti ta’ appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi fis-seħħ.
10. RIEŻAMI
|
(a) |
Il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rieżaminat kull sena jew fuq talba minn kwalunkwe Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar it-Tarznari, u għandu jsir rapport lill-Parteċipanti fl-Arranġament. |
|
(b) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali u filwaqt li titqies in-natura tal-industrija tat-tarznari, il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali u fl-Arranġament għandhom jikkonsultaw u jikkoordinaw kif xieraq. |
|
(c) |
Fuq deċiżjoni mill-Parteċipanti fl-Arranġament biex jinbidel l-Arranġament, il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) għandhom jeżaminaw tali deċiżjoni u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir din il-kunsiderazzjoni, l-emendi għall-Arranġament ma japplikawx għal dan il-Ftehim Settorjali. F’każ li l-Parteċipanti jkunu jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament, huma għandhom jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti fl-Arranġament. F’każ li l-Parteċipanti ma jkunux jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom għat-tarznari, huma għandhom jinformaw lill-Parteċipanti fl-Arranġament bl-oġġezzjonijiet tagħhom u jikkonsultaw magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F’każ li ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, għandhom jipprevalu l-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarznari. |
“Dokument mehmuż
Impenji għal xogħol futur
Minbarra x-Xogħol Futur tal-Arranġament, il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:
|
(a) |
Li jiżviluppaw lista informattiva dwar it-tipi ta’ bastimenti li ġeneralment jitqiesu bħala mhux kummerċjalment vijabbli, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna marbuta stabbiliti fl-Arranġament. |
|
(b) |
Li jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-parametri ta’ referenza minimi tal-primjum bil-għan li jinkorporawhom f’dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(c) |
Li jiddiskutu, soġġett għall-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax inklużi CIRR speċjali u rati varjabbli. |
|
(d) |
Li jirrieżaminzw l-applikabilità tad-dispożizzjonijiet tal-Arranġament dwar il-Finanzjament tal-Proġetti għal dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(e) |
Li jiddiskutu jekk:
jistgħux jintużaw fir-rigward tal-profil ta’ ripagament li jinsab fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
“ANNESS II
FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI
KAPITOLU I
Ambitu tal-ftehim settorjali
1. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti għal:
|
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal:
|
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
2. TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT
|
(a) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għall-oġġetti u s-servizzi inklużi fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1a) 1) u 2) ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa ta’ 18-il sena. |
|
(b) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil huwa ta’ erba’ snin mill-konsenja. It-terminu massimu ta’ ripagament għal rikarigi sussegwenti ta’ fjuwil nukleari huwa ta’ sentejn mill-konsenja. |
|
(c) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għar-rimi ta’ fjuwil użat huwa ta’ sentejn. |
|
(d) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għall-arrikkiment u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat huwa ta’ ħames snin. |
3. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta’ ripagament tal-kapital u ta’ ħlas tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn taħt:
|
|
(b) |
Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel pagament tal-kapital u tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq, l-appoġġ uffiċjali għall-oġġetti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 1) a) 1) u 2) ta’ dan il-Ftehim jista’ jiġi pprovdut b’termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn fuq. L-għoti ta’ tali appoġġ għandu jiġi spjegat minn diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli skont skeda ta’ ripagament ugwali u semiannwali, u għandu jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat. |
4. APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MAL-FJUWIL NUKLEARI
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu fjuwil nukleari jew servizzi bla ħlas.
5. GĦAJNUNA
Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ f’forma ta’ għajnuna.
KAPITOLU III
Proċeduri
6. NOTIFIKA MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 46 tal-Arranġament mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Jekk il-Parteċipant li jinnotifika jkun beħsiebu jipprovdi appoġġ b’terminu ta’ ripagament ta’ aktar minn 15-il sena u/jew f’konformità mal-Artikolu 3 c) ta’ dan il-Ftehim Settorjali, għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji addizzjonali jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul l-ewwel għaxart ijiem kalendarji. |
|
(c) |
Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, sabiex jiffaċilita r-rieżami tal-esperjenza miksuba. |
KAPITOLU IV
Rieżami
7. XOGĦOL FUTUR
Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Reġim tar-rata tal-imgħax minima varjabbli. |
|
(b) |
L-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali għall-kostijiet lokali. |
8. RIEŻAMI U MONITORAĠĠ
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw b’mod regolari d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali u mhux aktar tard minn tmiem l-2023.
“ANNESS III
FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU ĊIVILI
PARTI 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. GĦAN
|
(a) |
L-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għall-użu prevedibbli, konsistenti u trasparenti ta’ krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati għall-bejgħ jew għal-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u ta’ oġġetti u servizzi oħrajn speċifikati fl-Artikolu 4 a) hawn taħt. Dan il-Ftehim Settorjali għandu l-għan li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għal tali krediti għall-esportazzjoni, sabiex jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fost l-esportaturi abbażi tal-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u s-servizzi esportati aktar milli fuq l-aktar kundizzjonijiet finanzjarji favorevoli uffiċjalment appoġġati. |
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-aktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li bihom jistgħu jiġu pprovduti krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. |
|
(c) |
Għal dan il-għan, dan il-Ftehim Settorjali jfittex li jistabbilixxi bilanċ armonjuż li, fis-swieq kollha:
|
|
(d) |
Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f’dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati għall-iskop uniku ta’ dan il-Ftehim Settorjali u tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħra tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom. |
2. STATUS
Dan il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness III tal-Arranġament; dan jifforma parti integrali mill-Arranġament u jieħu post il-Ftehim Settorjali, li daħal fis-seħħ f’Lulju 2007.
3. PARTEĊIPAZZJONI
Il-Parteċipanti bħalissa huma: l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Kwalunkwe non-Parteċipant jista’ jsir Parteċipant f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I.
4. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu pprovdut minn gvern jew f’ismu, u li għandu terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew aktar, għall-esportazzjoni ta’:
|
|
(b) |
L-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata f’forom differenti:
|
|
(c) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma għandux japplika għal appoġġ uffiċjali għal:
|
5. INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI
Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jwieġeb għal talba dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu mingħand non-Parteċipant f’sitwazzjoni kompetittiva, bl-istess mod li jwieġeb għal talba mingħand Parteċipant.
6. APPOĠĠ TA’ GĦAJNUNA
Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ ta’ għajnuna, ħlief għal skopijiet umanitarji permezz ta’ proċedura ta’ Linja Komuni.
7. AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF
Dan il-Ftehim Settorjali ma jipprevjenix lill-Parteċipanti tiegħu milli jaqblu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk previsti minn dan il-Ftehim Settorjali, jekk tali azzjoni tittieħed wara li l-ftehim ta’ kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà saru effettivi u tkun maħsuba biss biex tevita jew timminimizza t-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ħlas jew pretensjonijiet. Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha u lis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat) bit-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji modifikati, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-qbil tal-Parteċipant max-xerrej/mal-mutwatarju. In-notifika għandu jkun fiha informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji l-ġodda, inkluża l-motivazzjoni tagħhom, bl-użu tal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.
PARTI 2
INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA
KAPITOLU I
Kopertura
8. INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA
|
(a) |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inġenju tal-ajru ġdid huwa:
|
|
(b) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu a) aktar ’il fuq, Parteċipant jista’ jappoġġa termini xierqa għall-inġenji tal-ajru l-ġodda għal tranżazzjonijiet li fihom, bl-għarfien minn qabel ta’ dak il-Parteċipant, ikunu ġew implimentati arranġamenti finanzjarji interim għaliex ikun ġie ttardjat l-għoti tal-appoġġ uffiċjali; dan id-dewmien ma għandux ikun itwal minn 18-il xahar. F’każijiet bħal dawn, it-terminu ta’ ripagament u d-data finali ta’ ripagament għandhom ikunu l-istess daqslikieku l-bejgħ jew il-lokazzjoni tal-inġenju tal-ajru kellhom ikunu appoġġati uffiċjalment mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru kien oriġinarjament ikkonsenjat. |
KAPITOLU II
Termini u kundizzjonijiet finanzjarji
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.
9. MUNITI ELIĠIBBLI
Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali, huma l-euro, il-yen Ġappuniż, il-lira sterlina tar-Renju Unit, id-dollaru Amerikan, u muniti kompletament konvertibbli oħrajn li għalihom hemm data disponibbli biex jinbnew ir-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Appendiċi III.
10. DEPOŻITU U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU
|
(a) |
Għal tranżazzjonijiet ma’ xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategorija tar-Riskju 1 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:
|
|
(b) |
Għal tranżazzjonijiet ma’ xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategoriji ta’ Riskju 2 sa 8 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:
|
|
(c) |
Parteċipant li japplika l-Artikolu 8 b) ta’ hawn fuq għandu jnaqqas l-ammont massimu ta’ appoġġ uffiċjali bl-ammont ta’ kapital tal-pagamenti parzjali meqjusa dovuti mill-punt tal-bidu tal-kreditu sabiex jiġi żgurat li, fil-mument tal-iżborż, l-ammont pendenti jkun l-istess bħallikieku tali kreditu għall-esportazzjoni appoġġat uffiċjalment ikun ġie pprovdut fil-ħin tal-konsenja. F’ċirkostanzi bħal dawn, qabel il-konsenja, il-Parteċipant għandu jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali. |
11. RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
|
(a) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għandhom jitolbu, għall-ammont ta’ kreditu appoġġat uffiċjalment, mhux inqas mir-rata minima tal-primjum stabbilita f’konformità mal-Appendiċi II. |
|
(b) |
Kull meta jkun meħtieġ, il-Parteċipanti għandhom jużaw il-mudell ta’ konverżjoni tar-rata tal-primjum miftiehem biex jaqilbu bejn firxiet fis-sena kkalkulati fuq l-ammont pendenti tal-appoġġ uffiċjali u r-rati tal-primjum bil-quddiem individwali kkalkulati fuq l-ammont oriġinali tal-appoġġ uffiċjali. |
12. TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT
|
(a) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ 12-il sena għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kollha. |
|
(b) |
Fuq bażi eċċezzjonali, u b’notifika minn qabel, għandu jkun permess terminu massimu ta’ ripagament sa 15-il sena. F’dan il-każ, għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ 35 % fuq ir-rati minimi tal-primjum ikkalkulati f’konformità mal-Appendiċi II. |
|
(c) |
Ma għandu jkun hemm l-ebda estensjoni tat-terminu ta’ ripagament permezz tal-kondiviżjoni tad-drittijiet fit-titolu fuq bażi pari passu ma’ mutwanti kummerċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat uffiċjalment. |
13. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta’ ripagament tal-kapital u ta’ ħlas tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn taħt (20).
|
|
(b) |
Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, u soġġett għal notifika minn qabel, ir-ripagament tal-kapital jista’ jiġi strutturat biex jinkludi pagament finali tal-ammonti pendenti kollha f’data speċifikata. F’każ bħal dan, ir-ripagamenti tal-kapital qabel il-pagament finali jiġu strutturati kif stabbilit fil-paragrafu a) hawn fuq, abbażi ta’ perjodu ta’ ammortizzament mhux akbar mit-terminu massimu ta’ ripagament permess għall-oġġetti u s-servizzi li jkunu qed jiġu appoġġati. |
|
(c) |
Minkejja l-paragrafu a) ta’ hawn fuq, ir-ripagament tal-kapital jista’ jiġi strutturat fuq termini inqas favorevoli għall-obbligant. |
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat. |
14. RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għandhom japplikaw jew rata tal-imgħax minima varjabbli jew rata tal-imgħax fissa minima, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi III. |
|
(b) |
Għall-inġenji tal-ajru bil-ġettijiet bi prezz nett ta’ mill-inqas USD 35 miljun, l-appoġġ finanzjarju uffiċjali fuq il-bażi tas-CIRR għandu jiġi pprovdut biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Parteċipant li jkun biħsiebu jipprovdi tali appoġġ għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas 20 jum kalendarju qabel l-impenn finali, filwaqt li jidentifika lill-mutwatarju. |
|
(c) |
Ir-rata tal-imgħax teskludi kwalunkwe pagament permezz ta’ primjum imsemmi fl-Artikolu 11 hawn fuq, u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 16 hawn taħt. |
15. APPOĠĠ GĦAR-RATA TAL-IMGĦAX
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ għar-rata tal-imgħax għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-Ftehim Settorjali u għandhom jirrikjedu li kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li tkun parti għat-tranżazzjoni appoġġata bl-imgħax tipparteċipa f’dik it-tranżazzjoni biss fuq termini li jkunu konsistenti f’kull rigward mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
16. TARIFFI
|
(a) |
Soġġett għal-limiti tal-perjodu ta’ żamma tal-primjum, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fil-forma ta’ kopertura pura għandhom jitolbu tariffa ta’ żamma tal-primjum fuq il-porzjon mhux prelevat tal-appoġġ uffiċjali matul il-perjodu ta’ żamma tal-primjum, kif ġej:
|
|
(b) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fil-forma ta’ kreditu/finanzjament dirett għandhom jitolbu t-tariffi li ġejjin:
|
17. KOFINANZJAMENT
Minkejja l-Artikoli 14 u 16 ta’ hawn fuq, f’kofinanzjament fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta’ kreditu dirett u kopertura pura, u fejn il-kopertura pura tirrappreżenta mill-inqas 35 % tal-ammont appoġġat uffiċjalment, il-Parteċipant li jipprovdi kreditu dirett għandu japplika l-istess termini u kundizzjonijiet finanzjarji, inklużi t-tariffi, bħal dawk ipprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja taħt kopertura pura, sabiex tiġi ġġenerata ekwivalenza tal-kostijiet kollha bejn il-fornitur tal-kopertura pura u l-mutwanti dirett. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-Parteċipant li jipprovdi tali appoġġ għandu jirrapporta t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji appoġġati, inklużi t-tariffi, f’konformità mal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.
PARTI 3
INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, MAGNI TA’ RIKAMBJU, SPARE PARTS, KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ
KAPITOLU I
Kopertura
18. INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN
Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għall-magni ta’ rikambju, għall-ispare parts, il-konverżjoni, modifiki kbar, restawr, kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz relatati kemm ma’ inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u ma’ kits tal-magni.
KAPITOLU II
Termini u kundizzjonijiet finanzjarji
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, minbarra t-terminu massimu ta’ ripagament, għandhom ikunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
19. BEJGĦ TA’ INĠENJI TAL-AJRU UŻATI
|
(a) |
Soġġett għall-paragrafu b) ta’ hawn taħt, it-terminu massimu ta’ ripagament għall-inġenji tal-ajru użati għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
|
(b) |
It-terminu massimu ta’ ripagament għall-inġenji tal-ajru li jkunu għaddew minn konverżjoni, sakemm it-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II u wkoll sakemm l-appoġġ uffiċjali, jekk ikun hemm, mogħti fir-rigward ta’ tali konverżjoni ma kienx ipprovdut f’konformità mal-Artikolu 21 a) hawn taħt, għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-perjodu ta’ żmien mid-data tal-konverżjoni u l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja: Termini massimi ta’ ripagament għal inġenji tal-ajru kkonvertiti garantiti b’assi (snin)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
20. MAGNI TA’ RIKAMBJU U SPARE PARTS
|
(a) |
Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b’rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-magni ta’ rikambju jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru. |
|
(b) |
Meta jinxtraw ma’ inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u tal-magni installati; il-paragrafu d) ta’ hawn taħt għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts li jaqbżu l-limitu ta’ 5 %. |
|
(c) |
Meta l-ispare parts ma jinxtrawx ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ tmien snin. Għal magni ta’ rikambju b’valur unitarju ta’ USD 10 miljun jew aktar, it-terminu ta’ ripagament jista’ jiżdied għal 10 snin, sakemm it-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II. |
|
(d) |
Meta ma jinxtrawx spare parts oħra ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun:
|
21. KUNTRATTI GĦAL KONVERŻJONI/MODIFIKI KBAR/RESTAWR
|
(a) |
Jekk tranżazzjoni għall-konverżjoni:
|
|
(b) |
Jekk tranżazzjoni tkun għal modifika kbira, jew għal restawr, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa:
|
22. KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U SERVIZZ
Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa tliet snin.
23. KITS TAL-MAGNA
Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa ħames snin.
PARTI 4
PROĊEDURI TA’ TRASPARENZA
Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż Parteċipant permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. bl-użu tas-sistema tal-posta elettronika li s-Segretarjat għandu biex jiffaċilita l-komunikazzjonijiet fost il-Parteċipanti u s-Segretarjat. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-informazzjoni kollha skambjata skont din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tiġi ttrattata mill-Parteċipanti kollha bħala kunfidenzjali.
24. INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI
|
(a) |
Fi żmien xahar wara d-data ta’ impenn finali, Parteċipant għandu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi IV lill-Parteċipanti l-oħra kollha, b’kopja lis-Segretarjat. |
|
(b) |
Sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju tal-marġni f’konformità mal-Artikolu 8 b) tal-Appendiċi III, l-informazzjoni dwar il-marġnijiet ta’ kopertura pura, kif deskritt fl-Artikoli 8 c) u d) tal-Appendiċi III, għandha tiġi sottomessa lis-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar. |
25. TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI
|
(a) |
Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor għal informazzjoni dwar l-użu tal-krediti għall-esportazzjoni tiegħu uffiċjalment appoġġati għall-bejgħ jew il-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru koperti minn dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Parteċipant li jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, billi jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li jistaqsi jkun lest li jappoġġa. |
|
(c) |
Il-Parteċipant li lilu tiġi indirizzata mistoqsija bħal din għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem kalendarji u jipprovdi informazzjoni reċiproka sa fejn ikun possibbli. It-tweġiba għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li x’aktarx jieħu. Jekk ikun meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi mill-aktar fis possibbli. |
|
(d) |
Għandhom jintbagħtu kopji tal-mistoqsijiet u tat-tweġibiet kollha lis-Segretarjat. |
26. KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB WIĊĊ
|
(a) |
F’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, Parteċipant jista’ jitlob konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ ma’ Parteċipant wieħed jew aktar. |
|
(b) |
Kwalunkwe Parteċipant għandu jaqbel ma’ tali talbiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. |
|
(c) |
Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. |
|
(d) |
Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni lill-Parteċipanti kollha. |
27. KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI
|
(a) |
Parteċipant (il-Parteċipant li jieħu l-inizjattiva) li jkollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant rispondenti) huma aktar ġenerużi minn dawk previsti f’dan il-Ftehim Settorjali għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli minnufih lill-Parteċipant rispondenti. |
|
(b) |
Il-Parteċipant rispondenti għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali li qed jiġi kkunsidrat fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat. |
|
(c) |
Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant rispondenti, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza konsultazzjoni speċjali mal-Parteċipant rispondenti fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni. |
|
(d) |
Il-Parteċipant rispondenti għandu jistenna l-eżitu tal-konsultazzjoni li għandu jiġi ddeterminat dakinhar ta’ tali konsultazzjoni qabel ma jkompli għaddej bit-tranżazzjoni. |
28. PROĊEDURI U FORMAT TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Il-proposti ta’ Linja Komuni għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarjat biss. L-identità tal-inizjatur ma tiġix żvelata fir-reġistru tal-Linji Komuni fuq il-bulletin board elettroniku miżmum mis-Segretarjat fl-Ambjent tan-Network tal-OECD. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-fomm l-identità tal-inizjatur lil Parteċipant fuq talba. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ dawn it-talbiet. |
|
(b) |
Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun datata u għandha tkun fil-format li ġej:
|
29. TWEĠIBIET GĦALL-PROPOSTI TA’ LINJI KOMUNI
|
(a) |
It-tweġibiet għandhom isiru fi żmien 20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa jwieġbu għal proposta għal Linja Komuni mill-aktar fis possibbli. |
|
(b) |
Tweġiba tista’ tkun aċċettazzjoni, rifjut, talba għal informazzjoni addizzjonali, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva. |
|
(c) |
Parteċipant li jibqa’ sieket jew javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni. |
30. AĊĊETTAZZJONI TA’ LINJI KOMUNI
|
(a) |
Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha titħalla miftuħa għal perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji. |
|
(b) |
Wara dan il-perjodu ulterjuri, Parteċipant li ma jkunx irrifjuta b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jista’ jagħmel l-aċċettazzjoni tiegħu tal-Linja Komuni kondizzjonali fuq l-aċċettazzjoni espliċita minn Parteċipant wieħed jew aktar. |
|
(c) |
Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni huwa jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. |
31. NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR LINJI KOMUNI
|
(a) |
Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva u Parteċipant li jkun ippropona modifika jew alternattiva ma jkunux jistgħu jaqblu fuq Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmien ijiem kalendarji msemmi fl-Artikolu 30 ta’ hawn fuq, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din. |
|
(b) |
Linja Komuni li ma tkunx ġiet aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 28 sa 30 aktar ’il fuq. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti ma jkunux marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. |
32. DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI
Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet miċħuda; il-Linja Komuni miftiehma tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira.
33. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, Linja Komuni, ladarba tiġi miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix infurmat li ma għadhiex ta’ interess, u li tali sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. |
|
(b) |
Jekk Parteċipant ifittex li jikseb estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali ta’ skadenza u jekk ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil, Linja Komuni għandha tibqa’ valida għal perjodu ta’ sentejn oħra; jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. |
|
(c) |
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati kif xieraq, permezz tal-aġġornament tal-lista ‘L-Istatus tal-Linji Komuni Validi’ fuq il-bord elettronika tal-bulettin. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, għandu joħroġ, fost l-oħrajn, lista ta’ Linji Komuni li jkunu waslu biex jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara. |
|
(d) |
Fuq talba ta’ non-Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru f’kompetizzjoni, is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli Linji Komuni validi għal dak in-non-Parteċipant. |
34. TQABBIL
|
(a) |
B’kont meħud tal-obbligi internazzjonali ta’ Parteċipant, Parteċipant jista’ jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali offrut minn non-Parteċipant. |
|
(b) |
F’każ ta’ tqabbil ta’ termini u kundizzjonijiet mhux konformi li jkunu offruti minn non-Parteċipant:
|
|
(c) |
Jekk Parteċipant li jqabbel jimmodifika jew jirtira l-ħsieb tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet innotifikati, huwa għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha kif xieraq. |
PARTI 5
MONITORAĠĠ U RIEŻAMI
35. MONITORAĠĠ
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali u jirrapporta lill-Parteċipanti fuq bażi annwali.
36. RIEŻAMI
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw il-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, skont il-kriterji, u fiż-żminijiet, stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn taħt.
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom iwettqu r-rieżami ta’ dan il-Ftehim Settorjali kif ġej:
|
|
(b) |
Ir-rieżami stabbilit fis-subparagrafu a) 1) hawn fuq għandu jikkunsidra:
|
|
(c) |
Fid-dawl tal-importanza tal-proċess ta’ rieżami, sabiex jiġi żgurat li t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali jibqgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Parteċipanti, kull Parteċipant jirriżerva d-dritt li jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali f’konformità mal-Artikolu 40 hawn taħt. |
37. XOGĦOL FUTUR
Se tingħata kunsiderazzjoni lil:
|
(a) |
L-eżami tal-prattiki tal-Parteċipanti fl-għoti ta’ appoġġ uffiċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-self indirett. |
|
(c) |
Estensjoni tat-termini massimi ta’ ripagament skont l-Artikolu 19 għal inġenji tal-ajru użati li jkun sarilhom restawr konsiderevoli qabel inbiegħu. |
|
(d) |
Estensjoni tat-termini massimi ta’ ripagament skont l-Artikolu 21 għall-kuntratti b’valur ogħla. |
|
(e) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-‘restawr’ (l-Artikolu 21) u għas-‘servizzi’ (l-Artikolu 22). |
|
(f) |
Il-proċess ta’ eliġibbiltà ta’ Cape Town. |
|
(g) |
Id-definizzjoni ta’ ‘Parteċipant Interessat’. |
PARTI 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
38. DĦUL FIS-SEĦĦ
Id-data effettiva ta’ dan il-Ftehim Settorjali hija l-1 ta’ Frar 2011.
39. IRTIRAR
Parteċipant jista’ jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. posta elettronika. L-irtirar jidħol fis-seħħ sitt xhur wara li s-Segretarjat jirċievi n-notifika. L-irtirar ma jaffettwax il-ftehimiet milħuqa dwar tranżazzjonijiet individwali konklużi qabel id-data effettiva tal-irtirar.
“Appendiċi I
Parteċipazzjoni fil-ftehim settorjali dwar l-inġenji tal-ajru
|
1. |
Il-Parteċipanti jħeġġu lin-non-Parteċipanti li qed jiżviluppaw kapaċità tal-manifattura għall-inġenji tal-ajru ċivili biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali. F’dan il-kuntest, il-Parteċipanti jistiednu lin-non-Parteċipanti biex jidħlu fi djalogu magħhom rigward il-kundizzjonijiet tas-sħubija fl-ASU. |
|
2. |
Is-Segretarjat għandu jiżgura li non-Parteċipant interessat li jipparteċipa f’dan il-Ftehim Settorjali jingħata l-informazzjoni kollha dwar it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-fatt li jsir Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali. |
|
3. |
Imbagħad, in-non-Parteċipant jiġi mistieden mill-Parteċipanti biex jieħu sehem fl-attivitajiet skont dan il-Ftehim Settorjali u jattendi l-laqgħat rilevanti bħala osservatur. Tali stedina tkun għal massimu ta’ sentejn u tista’ tiġġedded darba għal sentejn oħra. Matul dan il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jiġi mistieden jipprovdi rieżami tas-sistema ta’ kreditu għall-esportazzjoni tiegħu, speċjalment għall-esportazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili. |
|
4. |
Fi tmiem dak il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jindika jekk jixtieqx isir Parteċipant f’dan il-Ftehim Settorjali u jsegwi d-dispożizzjonijiet tiegħu; fil-każ ta’ tali konferma, in-non-Parteċipant għandu jikkontribwixxi, fuq bażi annwali, għall-kostijiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
5. |
In-non-Parteċipant interessat għandu jitqies bħala Parteċipant 30 jum tax-xogħol wara l-konferma msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan l-Appendiċi. |
“Appendiċi II
Rati minimi tal-primjum
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jintużaw meta jiġi ddeterminat l-ipprezzar tal-appoġġ uffiċjali għal tranżazzjoni soġġetta għal dan il-Ftehim Settorjali. It-Taqsima 1 tistabbilixxi l-proċeduri ta’ klassifikazzjoni tar-riskji; It-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu imposti għal inġenji tal-ajru ġodda u użati, u t-Taqsima 3 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu imposti għall-magni ta’ rikambju, għall-ispare parts, għall-konverżjoni/għall-modifiki kbar/għar-restawr, għall-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz, u għall-kits tal-magni.
|
1. |
Il-Parteċipanti qablu fuq lista ta’ klassifikazzjonijiet tar-riskji (il-Lista) għax-xerrejja/għall-mutwatarji; tali klassifikazzjonijiet tar-riskji jirriflettu l-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit tax-xerrejja/tal-mutwatarji bl-użu ta’ skala ta’ klassifikazzjoni komuni bħal dik ta’ waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA). |
|
2. |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jsiru minn esperti nnominati mill-Parteċipanti skont il-kategoriji tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
3. |
Il-Lista għandha tkun vinkolanti fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni (eż. il-kampanja u l-konsenja), soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta’ dan l-Appendiċi. |
I. STABBILIMENT TAL-LISTA TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI
|
4. |
Il-lista għandha tiġi żviluppata u miftiehma bejn il-Parteċipanti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali; din għandha tinżamm mis-Segretarjat u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parteċipanti kollha fuq bażi kunfidenzjali. |
|
5. |
Fuq talba u fuq bażi kunfidenzjali, is-Segretarjat jista’ jinforma lil non-Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji ta’ xerrej/mutwatarju; f’dan il-każ, is-Segretarjat għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha dwar it-talba. Non-Parteċipant jista’, fi kwalunkwe ħin, jipproponi żidiet mal-Lista lis-Segretarjat. Non-Parteċipant li jipproponi żieda mal-Lista jista’ jipparteċipa fil-proċedura tal-klassifikazzjoni tar-riskji daqslikieku kien Parteċipant interessat. |
II. AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI
|
6. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta’ dan l-Appendiċi, il-Lista tista’ tiġi aġġornata fuq bażi ad hoc fil-każ li jew Parteċipant jindika, fi kwalunkwe forma, l-intenzjoni tiegħu li japplika klassifikazzjoni tar-riskji oħra minbarra dik fil-Lista, jew Parteċipant ikun jeħtieġ klassifikazzjoni tar-riskji għal xerrej/mutwatarju li jkun għadu ma huwiex fil-Lista (21) (22). |
|
7. |
Qabel kwalunkwe użu ta’ klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida, kwalunkwe Parteċipant għandu jibgħat talba lis-Segretarjat biex jaġġorna l-Lista abbażi ta’ klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida. Is-Segretarjat jiċċirkola din it-talba lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn ta’ xogħol, mingħajr ma tissemma l-identità tal-Parteċipant li jkun issottometta t-talba. |
|
8. |
Jingħata perjodu ta’ għaxart (23) ijiem ta’ xogħol sabiex il-Parteċipanti interessati jew jaqblu jew inkella joġġezzjonaw kwalunkwe bidla proposta fil-Lista; nuqqas ta’ tweġiba f’dan il-perjodu jitqies bħal qbil mal-proposta. Jekk fi tmiem il-perjodu ta’ għaxart ijiem, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, jitqies li kien hemm qbil dwar il-bidla proposta fil-Lista. Is-Segretarjat jimmodifika l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ bil-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol; il-Lista riveduta għandha tibda torbot mid-data ta’ dak il-messaġġ. |
III. SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA’ QBIL
|
9. |
F’każ ta’ oġġezzjoni għal klassifikazzjoni tar-riskji proposta, il-Parteċipanti interessati fil-livell ta’ esperti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien perjodu ieħor ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol wara notifika ta’ nuqqas ta’ qbil. Kull mezz neċessarju biex jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil irid jiġi esplorat, bl-assistenza tas-Segretarjat jekk ikun meħtieġ (eż. konferenzi bit-telefon jew konsultazzjonijiet wiċċ imb wiċċ). Jekk il-Parteċipanti interessati jaqblu dwar klassifikazzjoni tar-riskji f’dan il-perjodu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol, huma għandhom jinformaw lis-Segretarjat bl-eżitu li fuqu s-Segretarjat jaġġorna l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fil-ħamest ijiem ta’ xogħol sussegwenti. Il-Lista aġġustata għandha torbot mid-data ta’ dak il-messaġġ. |
|
10. |
F’każ li n-nuqqas ta’ qbil ma jiġix solvut fost l-esperti fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Parteċipanti għal deċiżjoni dwar klassifikazzjoni xierqa tar-riskju, f’perjodu li ma għandux jaqbeż il-ħamest ijiem ta’ xogħol. |
|
11. |
Fin-nuqqas ta’ qbil finali, Parteċipant jista’ jirrikorri għal CRA biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/tal-mutwatarju. F’każijiet bħal dawn, il-President tal-Parteċipanti għandu jindirizza komunikazzjoni f’isem il-Parteċipanti lix-xerrej/lill-mutwatarju, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Il-komunikazzjoni għandha tinkludi t-termini ta’ referenza għall-konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju kif miftiehma bejn il-Parteċipanti. Il-klassifikazzjoni tar-riskji li tirriżulta tiġi rreġistrata fil-Lista u ssir vinkolanti immedjatament wara l-messaġġ tas-Segretarjat biex tiġi ffinalizzata l-proċedura ta’ aġġornament fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. |
|
12. |
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-kost ta’ tali rikors għal CRA għandu jitħallas mix-xerrej/mill-mutwatarju interessat. |
|
13. |
Matul il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ dan l-Appendiċi, għandha tibqa’ applikabbli l-klassifikazzjoni tar-riskji prevalenti (meta disponibbli fuq il-Lista). |
IV. IL-PERJODU TA’ VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET
|
14. |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji validi huma l-klassifikazzjonijiet tar-riskji prevalenti kif irreġistrati fil-Lista miżmuma mis-Segretarjat; l-indikazzjonijiet u l-impenji tar-rati tal-primjum għandhom isiru biss f’konformità ma’ dawk il-klassifikazzjonijiet tar-riskji. |
|
15. |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji għandhom perjodu ta’ validità massimu ta’ 12-il xahar mid-data rreġistrata fil-Lista mis-Segretarjat għall-fini tal-Parteċipanti li jipprovdu indikazzjoni u impenji finali tar-rati tal-primjum; il-perjodu ta’ validità għal tranżazzjoni speċifika jista’ jiġi estiż bi 18-il xahar oħra ladarba jkun seħħ impenn jew impenn finali u jintalbu tariffi ta’ żamma tal-primjum. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu ta’ validità ta’ 12-il xahar fil-każ ta’ bidliet materjali fil-profil tar-riskju tax-xerrej/tal-mutwatarju, bħal modifika ta’ klassifikazzjoni mogħtija minn CRA. |
|
16. |
Sakemm ma jkunx hemm xi Parteċipant li jitlob l-aġġornament tagħha tal-inqas 20 jum ta’ xogħol qabel tmiem il-perjodu ta’ validità rilevanti tal-klassifikazzjoni tar-riskji, is-Segretarjat għandu jneħħi dik il-klassifikazzjoni tar-riskji mil-Lista aġġornata sussegwenti li jmiss. Is-Segretarjat jiċċirkola din it-talba għal aġġornament lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn ta’ xogħol, mingħajr ma jidentifika l-Parteċipant li jkun issottometta t-talba, u għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ dan l-Appendiċi. |
V. TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA’ XERREJ/MUTWATARJU
|
17. |
Jekk, fl-istadju tal-kampanja, xerrej/mutwatarju jitlob indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskji tiegħu u jekk ikun għadu ma huwiex fil-Lista, dak ix-xerrej/il-mutwatarju jista’ jitlob għal klassifikazzjoni tar-riskji indikattiva mingħand CRA bi spejjeż għalih. Din il-klassifikazzjoni tar-riskji ma għandhiex tiġi inkluża fil-Lista; din tista’ tintuża mill-Parteċipanti bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess. |
I. STABBILIMENT TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
|
18. |
L-Artikoli 19 sa 60 ta’ dan l-Appendiċi jistabbilixxu r-rati minimi tal-primjum li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-riskji ta’ xerrej/mutwatarju (jew, jekk tkun entità differenti, is-sors primarju tar-ripagament tat-tranżazzjoni). |
|
19. |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bir-rata minima tal-primjum jew ogħla minnha sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ hawn taħt:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 19 ta’ dan l-Appendiċi:
|
|
21. |
Ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati għal tranżazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti qabel il-konsenja, jew mal-impenn, mal-impenn finali jew b’xi mod ieħor fil-bidu ta’ perjodu ta’ żamma tal-primjum b’durata definita. Rata tal-primjum finali bil-quddiem, marġni annwali, jew taħlita tagħhom li għandha tiġi applikata għat-tranżazzjoni tikkonforma mar-rata minima tal-primjum hekk stabbilita kif ukoll mal-mitiganti tar-riskju obbligatorji stabbiliti fl-Artikolu 19 b) ta’ dan l-Appendiċi mid-data li fiha ġew stabbiliti r-rati minimi tal-primjum. Dawn it-termini għandhom japplikaw għat-tul sħiħ tal-perjodu ta’ żamma tal-primjum u jistgħu jiġu riveduti biss wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, f’liema żmien japplikaw ir-rati minimi tal-primjum u l-mitiganti tar-riskju obbligatorji stabbiliti mill-ASU fis-seħħ f’dak iż-żmien u jistgħu jiġu stabbiliti għal perjodu sussegwenti ta’ żamma tal-primjum. |
|
22. |
Skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati huma magħmula minn rati minimi bbażati fuq ir-riskju (RBR) li magħhom għandu jiżdied ħlas addizzjonali li jirrifletti s-suq (MRS), f’konformità mal-Artikoli 23 sa 35 hawn taħt. |
|
23. |
Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali, l-RBRs huma:
Tabella 2 Rati Bbażati fuq ir-Riskju
|
|
24. |
Ir-rati tal-RBRs għandhom jiġu rrisettjati fuq bażi annwali, abbażi tal-medja mobbli fuq 4 snin tat-Telf fil-Każ ta’ Inadempjenza (LGD) ta’ kull sena ta’ Moody’s. L-LGD xieraq għal dan ir-risettjar huwa bbażat fuq l-Għoti b’Self Iggarantit u Superjuri tal-Ewwel Ipoteka mill-Bank, u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
Tabella 3
|
|||||||||||||
|
25. |
Fattur ta’ aġġustament tal-RBR għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
LGD Meqjus = fattur ta’ aġġustament tal-RBR 19 % |
|
26. |
Il-fattur ta’ aġġustament tal-RBR għandu jiġi mmoltiplikat bl-RBRs stabbiliti fit-Tabella 2 hawn fuq, sabiex jiġu ddeterminati l-RBRs irrisettjati. |
|
27. |
L-RBRs li jirriżultaw mill-proċessi ta’ risettjar elenkati hawn fuq ikunu effettivi mill-15 ta’ April ta’ kull sena sussegwenti. Ladarba jiġu ddeterminati l-RBRs li jirriżultaw mir-risettjar annwali, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
|
28. |
Għal kull kategorija ta’ riskju, għandu jiġi kkalkolat kif ġej Ħlas Addizzjonali li Jirrifletti s-Suq:
MRS = B*[(0,5*MCS)-RBR] fejn:
|
|
29. |
Meta l-kategoriji tar-riskju jinkludu aktar minn klassifikazzjoni tar-riskji waħda, għandha tittieħed medja tal-firxiet. Fil-kategorija ta’ riskju 1, għandha tintuża l-firxa ta’ BBB-. |
|
30. |
Il-firxiet tal-MCS għandhom jiġu skontati b’50 % biex jikkumpensaw għat-titoli garantiti b’assi. Imbagħad, il-firxiet skontati tal-MCS għandhom jiġu aġġustati b’fattur varjanti li jvarja minn 70 % sa 35 % skont it-Tabella 4 ta’ hawn taħt, applikat fuq id-differenza bejn il-firxiet skontati tal-MCS u l-RBR. Kwalunkwe firxa negattiva li tirriżulta mit-taħlit ma għandhiex titnaqqas.
Tabella 4 Fatturi Varjanti
|
|
31. |
L-MRS għandu jiġi aġġornat fuq bażi trimestrali u l-MCS li tirriżulta għandha ssir effettiva rispettivament fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ April, fil-15 ta’ Lulju u fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Wara kull aġġornament, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar l-MRS applikabbli u r-rati minimi li jirriżultaw u jagħmilhom disponibbli għall-Parteċipanti qabel id-data li fiha dawn ir-rati jsiru effettivi. |
|
32. |
Iż-żieda fir-rati minimi tal-primjum li jirriżultaw mill-aġġornament tal-MRS ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rati minimi tal-primjum trimestrali ta’ qabel. Għalhekk, ir-rati minimi tal-primjum (li jirriżultaw mill-għadd tal-RBRs u tal-MRS) għandhom jiġu limitati għal 200 % tal-RBRs u jiġu skontati għal 100 % tal-RBRs. |
|
33. |
Ir-rati tal-primjum li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32 għall-kategoriji ta’ riskju 2-8 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li r-rata tal-primjum għal kull kategorija ta’ riskju ma tkunx anqas mir-rata tal-primjum għall-kategorija ta’ riskju li tiġi eżatt qabilha (jiġifieri r-rata tal-primjum għall-kategorija ‘x’ li hija aktar baxxa mir-rata tal-primjum għall-kategorija ‘x-1’ tiġi aġġustata ’l fuq għal-livell tar-rata tal-primjum għall-kategorija ‘x-1’). |
|
34. |
Biex jiġu ddeterminati r-rati minimi tal-primjum:
|
|
35. |
Ir-rati minimi tal-primjum applikabbli huma ppubblikati fuq is-sit web tal-OECD, bl-użu tal-format stabbilit fit-Tabella 5 hawn taħt.
Tabella 5 Rati minimi tal-primjum (terminu ta’ ripagament ta’ 12-il sena, tranżazzjonijiet garantiti b’assi)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
II. TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU
|
36. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Appendiċi, għandu jiġi permess tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-subtaqsima I ta’ hawn fuq jekk:
|
|
37. |
It-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti f’konformità mas-Subtaqsima I hawn fuq ma għandux jaqbeż l-10 % tar-rata minima tal-primjum applikabbli. |
|
38. |
Sabiex jiġi inkluż fil-Lista ta’ Cape Town, Stat għandu:
|
|
39. |
Biex tikkwalifika skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Appendiċi, unità territorjali għandha:
|
|
40. |
Lista ta’ Cape Town inizjali u miftiehma għandha tiġi pprovduta mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Settorjali. L-aġġornamenti tal-Lista ta’ Cape Town għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 41 sa 53 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
41. |
Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista’ jipproponi lis-Segretarjat iż-żieda ta’ Stat fil-Lista ta’ Cape Town. Fir-rigward tat-tali Stat, proposta bħal din għandha tinkludi:
|
|
42. |
Is-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih il-proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. |
|
43. |
Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista’ jipproponi li Stat jitneħħa mil-Lista ta’ Cape Town jekk ikun tal-fehma li tali Stat ikun ħa azzjonijiet li jkunu inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ta’ dak l-Istat, jew ikun naqas milli jieħu azzjonijiet li huma meħtieġa bis-saħħa tagħhom. Għal dak il-għan, il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant għandu jinkludi fi proposta għat-tneħħija mil-Lista ta’ Cape Town, deskrizzjoni sħiħa taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-proposta għat-tneħħija, bħal kwalunkwe azzjoni tal-Istat li tkun inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town tiegħu, jew kwalunkwe nuqqas ta’ żamma jew infurzar tal-leġiżlazzjoni meħtieġa bis-saħħa tal-impenji tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town ta’ dak l-Istat. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jissottometti l-proposta għat-tneħħija mil-Lista ta’ Cape Town għandu jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tkun disponibbli, u s-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih din il-proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. |
|
44. |
Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista’ jipproponi r-reintegrazzjoni ta’ Stat li jkun tneħħa mil-Lista ta’ Cape Town, meta tali reintegrazzjoni tkun iġġustifikata minn azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi sussegwenti. Proposta bħal din għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tneħħija tal-Istat kif ukoll rapport tal-azzjonijiet korrettivi sussegwenti b’appoġġ għar-reintegrazzjoni. Is-Segretarjat għandu jiċċirkola messaġġ li jkun fih tali proposta permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. |
|
45. |
Il-Parteċipanti jistgħu jew jaqblu ma’ proposta mressqa skont l-Artikoli 41 sa 44 ta’ dan l-Appendiċi jew joġġezzjonaw għaliha fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-proposta (‘il-Perjodu 1’). |
|
46. |
Jekk fi tmiem il-Perjodu 1, u fil-każ tal-Artikolu 43 ta’ dan l-Appendiċi sakemm il-proposta ma tkunx ġiet irtirata mill-Parteċipant jew min-non-Parteċipant li jkun ipproponiha, abbażi ta’ evidenza ta’ azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, l-aġġornament propost tal-Lista ta’ Cape Town jitqies li ġie aċċettat mill-Parteċipanti kollha. Is-Segretarjat jimmodifika l-Lista ta’ Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ. |
|
47. |
Fil-każ ta’ oġġezzjoni għall-aġġornament propost fil-Lista ta’ Cape Town, il-Parteċipant jew Parteċipanti li joġġezzjonaw, fi żmien il-Perjodu 1, għandhom jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub għar-raġuni tal-oġġezzjoni. Wara li s-Segretarjat tal-OECD jibgħat l-oġġezzjoni bil-miktub lill-Parteċipanti kollha, il-Parteċipanti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal ftehim fi żmien perjodu ieħor ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol (‘il-Perjodu 2’). |
|
48. |
Il-Parteċipanti għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Jekk jintlaħaq ftehim matul il-Perjodu 2, is-Segretarjat, jekk ikun meħtieġ, jaġġorna l-Lista ta’ Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ permezz tal-posta elettronika fil-ħamest ijiem ta’ xogħol sussegwenti. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ. |
|
49. |
Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim matul il-Perjodu 2, il-President tal-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (minn hawn ’il quddiem ‘il-President’) jagħmel ħiltu biex jiffaċilita kunsens bejn il-Parteċipanti, fi żmien 20 jum ta’ xogħol (‘il-Perjodu 3’) immedjatament wara l-Perjodu 2. Jekk fi tmiem il-Perjodu 3, ma jintlaħaq l-ebda kunsens, għandha tinkiseb riżoluzzjoni finali permezz tal-proċeduri li ġejjin:
|
|
50. |
Jekk, wara proposta sottomessa skont l-Artikolu 41 ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jew il-President ikun iddetermina li Stat ma jkunx eliġibbli biex jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town, Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jissottometti proposta oħra li titlob li l-Parteċipanti jerġgħu jikkunsidraw l-eliġibbiltà tal-Istat. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jressaq il-proposta għandu jindirizza r-raġunijiet għall-ineliġibbiltà kif iddeterminata inizjalment. Il-Parteċipant jew in-non-Parteċipant li jressaq il-proposta għandu jikseb u jipprovdi wkoll kwestjonarju tas-CTC aġġornat. Din il-proposta l-ġdida għandha tkun soġġetta għall-proċess stipulat fl-Artikoli 45 sa 51 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
51. |
Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fil-lista ta’ pajjiżi kkwalifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 49 ta’ dan l-Appendiċi, is-Segretarjat għandu joħroġ messaġġ permezz ta’ posta elettronika li jkun fih il-Lista ta’ Cape Town aġġornata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn tali bidla. Il-Lista ta’ Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ dak il-messaġġ. |
|
52. |
Iż-żieda, l-irtirar jew ir-reintegrazzjoni ta’ Stat fil-Lista ta’ Cape Town wara l-iżborż fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ma għandhiex taffettwa l-MPRs stabbiliti fir-rigward ta’ tali inġenju tal-ajru. |
|
53. |
Fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikoli 41 sa 51 ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti ma għandhom jiddivulgaw l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew mal-pożizzjonijiet espressi. |
|
54. |
Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 41 sa 53 ta’ dan l-Appendiċi u jirrieżaminawha kull sena jew fuq talba ta’ kwalunkwe Parteċipant. |
|
55. |
Għal inġenji tal-ajru ġodda jew użati, jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti li ġejjin għar-rati minimi applikabbli tal-primjum:
|
III. TRANŻAZZJONIJIET MHUX GARANTITI B’ASSI
|
56. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 a) ta’ dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġati b’mod uffiċjali għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b’assi, sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
57. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 sa 52 ta’ dan l-Appendiċi ma japplikawx għall-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati pprovduti skont l-Artikolu 56 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
58. |
Meta jingħata appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha minbarra inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu kif ġej:
|
|
59. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 sa 52 ta’ dan l-Appendiċi għandhom japplikaw għall-appoġġ uffiċjali għall-magni ta’ rikambju ggarantiti b’assi koperti mill-Artikolu 20 a) u c) ta’ dan il-Ftehim Settorjali u għall-appoġġ skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 21 a) 1) ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
60. |
Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 55 ta’ dan l-Appendiċi għandha tapplika wkoll għall-appoġġ uffiċjali għall-oġġetti u s-servizzi kollha minbarra l-inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
“ANNESS 1
DIKJARAZZJONIJIET TA’ KWALIFIKA
|
1. |
Għall-finijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi II, it-terminu ‘dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika’, u r-referenzi l-oħra kollha għalihom f’dan il-Ftehim Settorjali, ifisser li Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town (Parti Kontraenti):
|
|
2. |
Id-dikjarazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 1 a) ta’ dan l-Anness huma:
|
|
3. |
Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 b) ta’ dan l-Anness huma dawn li ġejjin:
|
|
4. |
Fir-rigward tal-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru, għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni ta’ kwalifika stabbilita fl-Artikolu 2 a) ta’ dan l-Anness għandha titqies magħmula minn Stat Membru, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jekk il-liġi nazzjonali ta’ tali Stat Membru ġiet emendata biex tirrifletti t-termini tal-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (b’perjodu ta’ stennija massimu ta’ 60 jum kalendarju). Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika stabbiliti fl-Artikoli 2 c) u e) ta’ dan l-Anness, dawn għandhom jitqiesu ssodisfati, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, jekk il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri rilevanti jkunu sostanzjalment simili għal dawk stabbiliti f’tali Artikoli ta’ dan l-Anness. Fil-każ tal-Artikolu 2 c) ta’ dan l-Anness, il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament KE 593/2008 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali) huma miftiehma li huma sostanzjalment simili għall-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru. |
“ANNESS 2
KWESTONARJU DWAR IL-KONVENZJONI TA’ CAPE TOWN
I. INFORMAZZJONI PRELIMINARI
Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
1. |
L-isem u l-indirizz sħiħ tad-ditta legali li qed timla l-kwestonarju. |
|
2. |
L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista’ tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali fl-Istat, u esperjenza speċifika fi kwistjonijiet relatati mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza fil-konsulenza jew lil gvern jew lis-settur privat dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town, jew fl-infurzar tad-drittijiet tal-kreditur fl-Istat li huwa propost li jiżdied mal-Lista ta’ Cape Town. |
|
3. |
Jekk id-ditta legali hijiex involuta jew għandhiex l-intenzjoni li tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjoni li tista’ tibbenefika minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-Lista tas-CTC (25). |
|
4. |
Id-data li fiha mtela dan il-kwestonarju. |
II. MISTOQSIJIET
1. Dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika
|
1.1. |
L-Istat (26) għamel kull waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ kwalifika f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Appendiċi II tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (‘ASU’) (kull waħda ‘Dikjarazzjoni ta’ Kwalifika’)? B’mod partikolari, rigward id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw il-‘Metodu għat-Twettiq ta’ Rimedji’ [Artikolu 2 d)] u ‘Rimedji f’waqthom’ [Artikolu 2 e)], jekk jogħġbok speċifika jekk saritx waħda minnhom jew it-tnejn li huma. |
|
1.2. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi b’liema mod id-dikjarazzjonijiet magħmula jvarjaw, jekk fil-fatt ivarjaw, mir-rekwiżiti msemmija fil-Mistoqsija 1.1. |
|
1.3. |
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat ma għamel l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-Anness 1 tal-Appendiċi II tal-ASU. |
2. Ratifika
|
1.1. |
L-Istat irratifika, aċċetta, approva l-Konvenzjoni ta’ Cape Town u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (‘Il-Konvenzjoni’) jew aderixxa magħhom? Tista’ tindika d-data tar-ratifika/tal-adeżjoni u tiddeskrivi fil-qosor il-proċess ta’ adeżjoni tal-Istat mal-Konvenzjoni jew tar-ratifika tagħha? |
|
1.2. |
Il-Konvenzjoni u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Kwalifika (‘QD’) magħmula huma legalment vinkolanti fit-territorju kollu tal-Istat mingħajr att ulterjuri, leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni jew l-adozzjoni ta’ kwalunkwe liġi jew regolament ulterjuri? |
|
1.3. |
Jekk iva, jekk jogħġbok spjega fil-qosor il-proċess li jagħmel il-Konvenzjoni u l-QDs legalment vinkolanti. |
3. Effett tal-liġi nazzjonali u lokali
|
1.1. |
Iddeskrivi u elenka, jekk applikabbli, il-leġiżlazzjoni u r-regolament(i) ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Konvenzjoni u kull QD magħmula mill-Istat. |
|
1.2. |
Il-Konvenzjoni u l-QDs magħmula, kif tradotti fil-liġi nazzjonali (27) (‘Konvenzjoni u QDs’), jinvalidaw jew jipprevalu fuq kwalunkwe liġi nazzjonali, regolament, ordni, preċedent ġudizzjarju jew prattika regolatorja konfliġġenti. Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess li bih jiġri dan (28), u jekk le, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji. |
|
1.3. |
Hemm xi lakuni eżistenti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivihom (29). |
4. Deċiżjonijiet tal-qrati u deċiżjonijiet amministrattivi
|
1.1. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni, inkluż prattika ġudizzjarja, regolatorja, jew amministrattiva li tista’ twassal biex il-qrati, l-awtoritajiet jew il-korpi amministrattivi ma jagħtux forza u effett sħaħ lill-Konvenzjoni u lill-QDs (30), (31). |
|
1.2. |
Sa fejn taf int, ittieħdet xi azzjoni ta’ infurzar ġudizzjarja jew amministrattiva minn kreditur skont il-Konvenzjoni? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-azzjoni u indika jekk irnexxietx. |
|
1.3. |
Sa fejn taf int, mir-ratifika/mill-implimentazzjoni, il-qrati f’dak l-Istat irrifjutaw fi kwalunkwe istanza li jinfurzaw l-obbligi ta’ self ta’ debitur jew garanti fl-Istat b’mod kuntrarju għall-Konvenzjoni u l-QDs? |
|
1.4. |
Sa fejn taf int, hemm xi kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jiddeterminaw jekk il-qrati u l-korpi amministrattivi għandhomx ikunu mistennija jaġixxu b’mod konsistenti mal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
“Appendiċi III
Rati minimi tal-imgħax
L-għoti ta’ appoġġ finanzjarju uffiċjali ma għandux ipaċi jew jikkumpensa, b’mod parzjali jew sħiħ, ir-rata xierqa tal-primjum li għandha tintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.
1. RATA MINIMA VARJABBLI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Ir-rata minima varjabbli tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax ta’ referenza rilevanti għall-munita kif speċifikata mill-amministratur tal-parametru referenzjarju tal-munita (‘rata varjabbli ta’ referenza’) (32), u l-maturità li tikkorrispondi għall-frekwenza tal-ħlas tal-imgħax ta’ kreditu għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġat, li miegħu għandu jiżdied parametru referenzjarju tal-marġni kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
(b) |
Il-mekkaniżmu ta’ arranġament tar-rata varjabbli tal-imgħax għandu jvarja skont il-profil tar-ripagament magħżul, kif ġej:
|
|
(c) |
Meta jingħata appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata varjabbli, ix-xerrejja/il-mutwatarji jista’ jkollhom l-għażla li jaqilbu minn rata varjabbli għal rata fissa sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2. RATA TAL-IMGĦAX FISSA U MINIMA
Ir-rata tal-imgħax fissa u minima għandha tkun jew:
|
(a) |
Ir-rata ta’ swap li tirrigwarda l-munita rilevanti tal-kreditu għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġat u b’maturità ugwali għar-rata interpolata għaż-żewġ perjodi annwali l-aktar qrib disponibbli għall-ħajja medja ponderata tas-self. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi stabbilita jumejn ta’ xogħol qabel kull data ta’ prelevament. JEW |
|
(b) |
Ir-Rata ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRR) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ dan l-Appendiċi, |
li magħha, fiż-żewġ każijiet, għandu jiżdied il-parametru referenzjarju tal-marġni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 8 f) ta’ dan l-Appendiċi.
3. DETERMINAZZJONI TAS-CIRR
|
(a) |
CIRR għandha tiġi ppubblikata għall-euro, għall-yen Ġappuniż, għal-lira sterlina tar-Renju Unit, għad-dollaru Amerikan u, soġġett għas-sottomissjoni ta’ talba minn Parteċipant Interessat, għal kwalunkwe waħda mill-muniti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim Settorjali u kkalkulata biż-żieda ta’ marġni fiss ta’ 120 punt bażi ma’ wieħed mit-tliet rendimenti li ġejjin (ir-rati bażi):
|
|
(b) |
Is-CIRR għandha tiġi kkalkulata kull xahar bl-użu ta’ data mix-xahar ta’ qabel u għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarjat, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar. Imbagħad, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Is-CIRR għandha tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar. |
|
(c) |
Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f’isem dak in-non-Parteċipant jista’ jagħmel proposta għad-determinazzjoni tas-CIRR f’dik il-munita bl-użu tal-proċeduri ta’ Linja Komuni stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
4. PERJODU TA’ VALIDITÀ TAS-CIRR
|
(a) |
Iż-żamma tas-CIRR: is-CIRR li tapplika għal tranżazzjoni ma għandhiex tinżamm għal perjodu itwal minn sitt xhur mill-għażla tagħha (id-data tal-kuntratt tal-esportazzjoni jew kwalunkwe data ta’ applikazzjoni minn hemm ’il quddiem) għad-data tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk il-ftehim ta’ kreditu ma jiġix iffirmat f’dik l-iskadenza, u s-CIRR tiġi rrisettjata għal sitt xhur oħra, is-CIRR il-ġdida għandha tiġi impenjata bir-rata prevalenti fid-data tar-risettjar. |
|
(b) |
Wara d-data tal-ftehim ta’ kreditu, is-CIRR għandha tiġi applikata għal perjodi ta’ prelevament li ma jaqbżux is-sitt xhur. Wara l-ewwel perjodu ta’ prelevament ta’ sitt xhur, is-CIRR tiġi rrisettjata għas-sitt xhur ta’ wara; is-CIRR il-ġdida għandha tkun dik prevalenti fl-ewwel jum tal-perjodu l-ġdid ta’ sitt xhur u ma tistax tkun inqas mis-CIRR magħżula oriġinarjament (proċedura li għandha tiġi rreplikata għal kull perjodu sussegwenti ta’ sitt xhur ta’ prelevamenti). |
5. APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
Fid-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, il-mutwatarju ma għandux jitħalla jagħżel li jaqleb minn finanzjament b’rata varjabbli uffiċjalment appoġġat għal finanzjament b’CIRR magħżula minn qabel, lanqas ma għandu jitħalla jaqleb bejn CIRR magħżula minn qabel u r-rata tas-suq għal terminu qasir ikkwotata fi kwalunkwe data tal-ħlas tal-imgħax matul il-ħajja tas-self.
6. RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA’ SELF B’RATA TAL-IMGĦAX FISSA
Fil-każ ta’ ripagament bikri volontarju ta’ self b’rata tal-imgħax fissa kif iddeterminat fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Appendiċi, jew ta’ kwalunkwe porzjon tiegħu jew meta s-CIRR applikata skont il-ftehim ta’ kreditu tiġi mmodifikata f’rata varjabbli jew ta’ swap, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni li tipprovdi appoġġ uffiċjali b’finanzjament għall-kostijiet u t-telf kollha mġarrba bħala riżultat ta’ tali azzjonijiet, inkluż il-kost tal-istituzzjoni tal-gvern biex tissostitwixxi l-parti tal-influss ta’ flus b’rata fissa interrotta mir-ripagament bikri.
7. BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX
Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda ta’ CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem ta’ xogħol wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika ta’ din l-emenda.
8. PARAMETRU REFERENZJARJU TAL-MARĠNI
|
(a) |
Rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għall-parametru referenzjarju tal-marġni tad-dollaru Amerikan għandha tiġi kkalkulata kull xahar f’konformità mal-paragrafu b), bl-użu ta’ data nnotifikata lis-Segretarjat f’konformità mal-paragrafu c), u għandha tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta’ kull xahar. Ladarba l-parametru referenzjarju tal-marġni jiġi kkalkolat, is-Segretarjat għandu jinnotifikah lill-Parteċipanti u għandu jippubblikah. |
|
(b) |
Ir-rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għall-parametru referenzjarju tal-marġni tad-dollaru Amerikan għandha tkun rata ekwivalenti għall-medja tal-inqas 50 % tal-marġnijiet fuq: (i) rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għad-dollaru Amerikan mitluba għal tranżazzjonijiet b’rata varjabbli u (ii) rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għad-dollaru Amerikan kif interpolata bl-iskambju tal-ħruġ ta’ rata fissa b’rata varjabbli ekwivalenti mitluba għal tranżazzjonijiet b’rata fissa jew ħruġ tas-suq kapitali. Fi kwalunkwe każ, il-marġnijiet inklużi fir-rapporti ta’ kull xahar dwar il-parametri referenzjarji sottomessi mill-Parteċipanti rilevanti għandhom ikunu dawk mit-tliet xhur kalendarji sħaħ ta’ qabel id-data effettiva stabbilita fil-paragrafu a) ta’ hawn fuq. It-tranżazzjonijiet/il-ħruġ li jintuża fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-marġni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
Il-parteċipanti għandhom jirrapportaw marġni fiż-żmien li jsir magħruf u dak il-marġni jibqa’ fuq ir-rapport dwar il-parametru referenzjarju tal-marġni tal-Parteċipant għal tliet xhur kalendarji sħaħ. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet individwali b’diversi avvenimenti ta’ pprezzar, ma għandu jkun hemm l-ebda tentattiv biex jitqabblu l-avvenimenti sussegwenti tal-ipprezzar ma’ notifiki ex post. |
|
(d) |
Il-parteċipanti għandhom jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet mid-data li fiha jiġi realizzat il-marġni fit-tul. Għal negozji b’mandat bankarju (inkluż il-PEFCO), id-data li fiha jiġi realizzat il-marġni tkun l-aktar kmieni minn dawn li ġejjin: (i) il-ħruġ ta’ impenn finali mill-Parteċipant, (ii) l-istabbiliment tal-marġni wara l-impenn, (iii) il-prelevament tas-self, u (iv) l-istabbiliment tal-marġni fit-tul wara l-prelevament. Fil-każ li jseħħu diversi prelevamenti taħt l-istess mandat bankarju bl-istess marġni, in-notifika għandha ssir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. Għal self iffinanzjat permezz ta’ ħruġ tas-suq kapitali, id-data li fiha jiġi realizzat il-marġni għandha tkun id-data li fiha tiġi stabbilita r-rata fit-tul li hija tipikament id-data tal-ħruġ tal-bonds. Fil-każ ta’ diversi prelevamenti li jseħħu taħt l-istess bond u bl-istess marġni, in-notifika għandha ssir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. |
|
(e) |
Ir-rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għall-parametru referenzjarju tal-marġni tad-dollaru Amerikan għandha tkun applikabbli għal tranżazzjoni b’rata varjabbli u ma għandhiex tiġi stabbilita qabel id-data tal-impenn finali. |
|
(f) |
Għal tranżazzjoni b’rata fissa, il-parametru referenzjarju tal-marġni applikabbli għat-tranżazzjoni għandu jiġi ddeterminat billi r-rata ta’ referenza varjabbli ta’ tliet xhur għall-parametru referenzjarju tal-marġni tad-dollaru Amerikan tinbidel f’firxa ekwivalenti fuq ir-rata fissa applikabbli, kif determinat fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Appendiċi, mhux aktar kmieni mid-data finali tal-impenn u ma għandux jiġi stabbilit qabel dik id-data. |
|
(g) |
Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw il-parametru referenzjarju tal-marġni u għandhom jirrieżaminaw il-mekkaniżmu tal-parametru referenzjarju tal-marġni fuq talba ta’ kwalunkwe Parteċipant. |
“Appendiċi IV
Formola għar-rapportar
(a) Informazzjoni Bażika
|
1. |
Pajjiż notifikanti |
|
2. |
Data tan-notifika |
|
3. |
Isem l-awtorità/l-aġenzija notifikanti |
|
4. |
Numru ta’ identifikazzjoni |
(b) Informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti
|
5. |
Isem u pajjiż tax-xerrej |
|
6. |
Isem u pajjiż tal-mutwatarju |
|
7. |
Isem u pajjiż tal-garanti |
|
8. |
Status tax-xerrej/tal-mutwatarju/tal-garanti, eż. sovran, bank privat, privat ieħor |
|
9. |
Klassifikazzjoni tar-Riskji tax-xerrej/tal-mutwatarju/tal-garanti |
(c) Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji
|
10. |
F’liema forma huwa pprovdut l-appoġġ uffiċjali, eż. kopertura pura, appoġġ finanzjarju uffiċjali? |
|
11. |
Jekk jingħata appoġġ finanzjarju uffiċjali, dan huwa appoġġ dirett għall-kreditu/rifinanzjament/appoġġ għar-rata tal-imgħax? |
|
12. |
Deskrizzjoni tat-tranżazzjoni appoġġata, inklużi l-manifattur, il-mudell tal-inġenju tal-ajru u l-għadd ta’ inġenji tal-ajru. |
|
13. |
Data finali tal-impenn |
|
14. |
Munita tal-kreditu |
|
15. |
Ammont ta’ kreditu, skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ USD: |
|
Kategorija |
Ammont ta’ Kreditu |
|
I |
0-200 |
|
II |
200-400 |
|
III |
400-600 |
|
IV |
600-900 |
|
V |
900-1 200 |
|
VI |
1 200 -1 500 |
|
VII |
1 500 -2 000 (*1) |
|
16. |
Perċentwal ta’ appoġġ uffiċjali |
|
17. |
Terminu tar-ripagament |
|
18. |
Profil u frekwenza tar-ripagament – inkluż, fejn xieraq, il-ħajja medja ponderata |
|
19. |
Tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital |
|
20. |
Rati tal-imgħax:
|
|
21. |
Primjum totali mitlub permezz ta’:
|
|
22. |
Fil-każ ta’ kreditu/finanzjament dirett, it-tariffi mitluba permezz ta’:
|
|
23. |
Perjodu ta’ żamma tal-primjum |
|
24. |
Fil-każ ta’ kopertura pura, it-tariffi għaż-żamma tal-primjum |
|
25. |
Termini tal-istruttura tat-tranżazzjonijiet: mitiganti tar-riskju/ħlas addizzjonali tal-primjum applikat |
|
26. |
Jekk ikun il-każ, indikazzjoni tal-impatt tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town fuq ir-rata tal-primjum applikata |
“Appendiċi V
Lista ta’ definizzjonijiet
|
Ekwivalenza tal-Kostijiet Kollha |
: |
il-valur preżenti nett tar-rati tal-primjum, il-kostijiet tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba għal kreditu dirett bħala perċentwal tal-ammont ta’ kreditu dirett huwa ugwali għall-valur preżenti nett tas-somma tar-rati tal-primjum, il-kostijiet tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba taħt kopertura pura bħala perċentwal tal-ammont ta’ kreditu taħt kopertura pura. |
|
Garantita b’Assi |
: |
tranżazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 a) tal-Appendiċi II. |
|
Xerrej/Mutwatarju |
: |
jinkludi (iżda ma huwiex limitat għal) entitajiet kummerċjali bħal linji tal-ajru u lokaturi, kif ukoll entitajiet sovrani (jew jekk l-entità tkun differenti, is-sors primarju ta’ ripagament tat-tranżazzjoni). |
|
Tagħmir Fornut mix-Xerrej |
: |
tagħmir fornut mix-xerrej u inkorporat fl-inġenju tal-ajru matul il-proċess ta’ manifattura/restawr, mal-konsenja jew qabel, kif muri mill-Att tal-Bejgħ mill-manifattur. |
|
Konvenzjoni ta’ Cape Town |
: |
tirreferi għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru. |
|
Impenn |
: |
kwalunkwe dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja, inkluż iżda mhux biss, ittri ta’ eliġibbiltà, ittri ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
Linja Komuni |
: |
ftehim tal-Parteċipanti għal tranżazzjoni partikolari, jew f’ċirkostanzi speċjali dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għall-appoġġ uffiċjali; tali linja komuni għandha tipprevali fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim Settorjali biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-linja komuni. |
|
Kopertura Kondizzjonali tal-Assigurazzjoni |
: |
appoġġ uffiċjali li fil-każ ta’ inadempjenza fuq pagament għal riskji definiti jipprovdi indennifikazzjoni lill-benefiċjarju wara perjodu ta’ stennija speċifikat; matul il-perjodu ta’ stennija, il-benefiċjarju ma għandux id-dritt għal pagament mill-Parteċipant. Il-pagament skont kopertura kondizzjonali tal-assigurazzjoni huwa soġġett għall-validità u l-eċċezzjonijiet tad-dokumentazzjoni sottostanti u tat-tranżazzjoni sottostanti. |
|
Konverżjoni |
: |
Bidla kbira fid-disinn tat-tip ta’ inġenju tal-ajru permezz tal-konverżjoni tiegħu f’tip differenti ta’ inġenju tal-ajru (inkluż il-konverżjoni ta’ inġenju tal-ajru tal-passiġġieri f’ajruplan li jitfi n-nar, f’inġenju tal-ajru tal-merkanzija, f’inġenju tal-ajru tat-tiftix u s-salvataġġ, f’inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza, jew business jet), soġġett għal ċertifikazzjoni mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili responsabbli. |
|
Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż |
: |
il-klassifikazzjoni prevalenti tar-riskji tal-pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati kif ippubblikata fuq is-sit web tal-OECD. |
|
Aġenzija ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu |
: |
waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu b’reputazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe aġenzija ta’ klassifikazzjoni oħra li hija aċċettabbli għall-Parteċipanti. |
|
Kits tal-Magni |
: |
sett ta’ parts introdotti biex itejbu l-kisba ta’ affidabbiltà, durabbiltà u/jew ta’ prestazzjoni fl-ajru permezz tal-introduzzjoni tat-teknoloġija. |
|
Kreditu għall-Esportazzjoni |
: |
assigurazzjoni, garanzija jew arranġament finanzjarju li jippermetti lil xerrej barrani ta’ prodotti u/jew servizzi esportati sabiex jiddiferixxi pagament fuq perjodu ta’ żmien; kreditu għall-esportazzjoni jista’ jieħu l-forma ta’ kreditu tal-fornitur estiż mill-esportatur, jew ta’ kreditu tax-xerrej, meta l-bank tal-esportatur jew istituzzjoni finanzjarja oħra tislef lix-xerrej (jew lill-bank tiegħu). |
|
Impenn finali |
: |
impenn finali jeżisti meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompluti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali. |
|
Kuntratt fis-Sod |
: |
ftehim bejn il-manifattur u l-persuna li tieħu l-kunsinna tal-inġenju tal-ajru jew tal-magni bħala xerrej, jew, b’rabta ma’ arranġament ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura, bħala lokatarju b’lokazzjoni b’terminu ta’ mill-inqas ħames snin, li jistabbilixxi impenn vinkolanti (esklużi dawk relatati ma’ opzjonijiet mhux eżerċitati dak iż-żmien), fejn in-nuqqas ta’ prestazzjoni jinvolvi responsabbiltà legali. |
|
Parteċipant Interessat |
: |
parteċipant li (i) jipprovdi appoġġ uffiċjali għal qafas tal-inġenju tal-ajru jew għal magni tal-inġenji tal-ajru manifatturati kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu, (ii) għandu interess kummerċjali sostanzjali eżistenti jew għandu esperjenza max-xerrej/mal-mutwatarju kkonċernat, jew (iii) intalab minn manifattur/esportatur biex jipprovdi appoġġ uffiċjali lix-xerrej/lill-mutwatarju inkwistjoni. |
|
Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax |
: |
jista’ jieħu l-forma ta’ arranġament bejn, minn naħa, gvern, jew istituzzjoni li taġixxi għal gvern jew f’ismu u, min-naħa l-oħra, banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jippermetti l-forniment ta’ finanzjament għall-esportazzjoni b’rata fissa bir-rata tal-imgħax fissa minima jew ogħla minnha. |
|
Modifika Kbira/Restawr Kbir |
: |
operazzjonijiet ta’ rikonfigurazzjoni jew ta’ titjib ta’ inġenju tal-ajru tal-passiġġieri jew tal-merkanzija. |
|
Prezz Nett |
: |
il-prezz għal oġġett fatturat mill-manifattur jew mill-fornitur tiegħu, wara li jitqiesu l-iskonti kollha tal-prezz u krediti oħrajn fi flus, filwaqt li jitnaqqsu l-krediti jew konċessjonijiet l-oħrajn kollha ta’ kwalunkwe tip relatati miegħu jew kemxejn allokabbli għalih, kif stipulat f’rappreżentazzjoni vinkolanti minn kull wieħed mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni – ir-rappreżentazzjoni tal-manifattur tal-magni hija meħtieġa biss meta tkun rilevanti skont il-forma tal-ftehim ta’ xiri – jew mill-fornitur tas-servizz, skont kif ikun il-każ, u appoġġat minn dokumentazzjoni meħtieġa mill-fornitur ta’ appoġġ uffiċjali biex jiġi kkonfermat dak il-prezz nett. Id-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi kollha (eż. il-VAT) ma humiex inklużi fil-prezz nett. |
|
Inġenju tal-Ajru Ġdid |
: |
ara l-Artikolu 8 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
Mhux Garantita b’Assi |
: |
tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 a) tal-Appendiċi II. |
|
Tranżazzjoni Mhux Sovrana |
: |
tranżazzjoni li ma tissodisfax id-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 57 b) tal-Appendiċi II. |
|
Perjodu ta’ Żamma tal-Primjum |
: |
soġġett għall-Artikolu 36 b) tal-Appendiċi II, il-perjodu/i li matulu/matulhom jinżammu rata tal-primjum u mitiganti tar-riskju obbligatorji relatati offruti għal tranżazzjoni; ma għandux jaqbeż it-18-il xahar mid-data li fiha jkun ġie stabbilit sakemm isir l-iżborż finali. |
|
Mudell ta’ Konverżjoni tar-Rata tal-Primjum |
: |
mudell miftiehem mill-Parteċipanti u magħmul disponibbli għalihom, li għandu jintuża għall-fini ta’ dan il-Ftehim Settorjali sabiex it-tariffi tal-primjum bil-quddiem jiġu kkonvertiti f’firxiet u viċi versa, li fihom ir-rata tal-imgħax u r-rata ta’ skont użata għandhom ikunu ta’ 4,6 %; din ir-rata għandha tiġi rieżaminata regolarment mill-Parteċipanti. |
|
Notifika minn Qabel |
: |
notifika magħmula mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, bl-użu tal-formola għar-rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV. |
|
Kopertura Pura |
: |
Appoġġ uffiċjali pprovdut minn jew f’isem gvern permezz ta’ garanzija jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ finanzjarju uffiċjali. |
|
Terminu ta’ Ripagament |
: |
il-perjodu li jibda fil-Punt tal-Bidu ta’ Kreditu u li jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital. |
|
Tranżazzjoni Sovrana |
: |
tranżazzjoni li tissodisfa d-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 56 b) tal-Appendiċi II. |
|
Punt tal-Bidu tal-Kreditu |
: |
għall-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru inklużi ħelikopters, magni ta’ rikambju u spare parts, mhux aktar tard mid-data reali meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-merkanzija, jew id-data medja ponderata meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-merkanzija. Għas-servizzi, l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu jkun id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. |
|
Rata ta’ Swap |
: |
rata fissa daqs ir-rata semiannwali biex isir skambju bejn dejn b’rata varjanti u dejn b’rata fissa (naħa tal-Offerta), imqiegħda fuq kwalunkwe fornitur indipendenti tal-indiċi tas-suq, bħal Telerate, Bloomberg, Reuters, jew l-ekwivalenti għaliha, fil-11:00 ta’ filgħodu, ħin ta’ New York, jumejn tax-xogħol qabel id-data ta’ prelevament tas-self. |
|
Ħajja Medja Ponderata |
: |
iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta’ kreditu; dan jiġi kkalkolat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital ponderat skont il-porzjon tal-kapital imħallas lura f’kull data ta’ ripagament. |
“ANNESS IV
FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL PROĠETTI FL-OQSMA TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI, TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-ADATTAMENT GĦALIH, U PROĠETTI TAL-ILMA
L-għan ta’ dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi termini u kundizzjonijiet finanzjarji adegwati għal proġetti f’ċerti setturi identifikati inkluż taħt inizjattivi internazzjonali bħala li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inklużi l-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) u proġetti b’effiċjenza enerġetika għolja, l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll proġetti tal-ilma. Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, għandhom jiġu implimentati b’mod li jkun konsistenti mal-Għan tal-Arranġament.
KAPITOLU I
Ambitu tal-ftehim settorjali
1. AMBITU GĦAL PROĠETTI F’SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan il-Ftehim Settorjali għal:
|
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal oġġetti li jinsabu barra mill-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija li għalihom ix-xerrej ikun normalment responsabbli, b’mod partikolari, il-provvista tal-ilma mhux direttament marbuta mal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija, il-kostijiet assoċjati mal-iżvilupp tal-art, it-toroq, l-irħula tal-kostruzzjoni, il-linji tal-elettriku u l-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija, kif ukoll il-kostijiet li jinħolqu fil-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. permessi tas-sit, permess tal-kostruzzjoni), ħlief:
|
2. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F’SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti f’settur elenkat fl-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Din il-lista ta’ setturi u, fejn applikabbli, il-kriterji ta’ prestazzjoni korrispondenti newtrali għat-teknoloġija użati għad-definizzjoni tal-eliġibbiltà ta’ proġett, tista’ tiġi mmodifikata maż-żmien f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ rieżami stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Tali kuntratti għandhom ikunu relatati mal-esportazzjoni ta’ proġetti kompluti jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) meħtieġa direttament għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar ta’ proġett identifikabbli, sakemm:
|
3. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA’ ADATTAMENT ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI III
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati għal kuntratti fis-setturi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi III ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Tali kuntratti għandhom ikunu relatati mal-esportazzjoni ta’ proġetti kompluti jew ta’ partijiet minnhom, li jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) meħtieġa direttament għat-twettiq u għall-ikkummissjonar ta’ proġett identifikabbli, sakemm:
|
|
(c) |
Il-Ftehim Settorjali japplika għall-modernizzazzjoni ta’ proġetti eżistenti, biex jitqies it-tħassib ta’ adattament, f’każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-proġett aktarx tiġi estiża b’tal-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
4. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti għall-esportazzjoni ta’ proġetti kompluti jew ta’ partijiet minnhom relatati mal-provvista tal-ilma għall-użu mill-bniedem u faċilitajiet għat-trattament tal-ilma mormi:
|
(a) |
L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma tax-xorb lill-muniċipalitajiet, inkluż lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji ż-żgħar, jiġifieri l-purifikazzjoni tal-ilma bil-għan li jinkiseb l-ilma tax-xorb u n-network ta’ distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-tnixxija). |
|
(b) |
Faċilitajiet għall-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi u tad-drenaġġ domestiku u industrijali, inklużi proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama direttament assoċjat ma’ dawn l-attivitajiet. |
|
(c) |
Il-modernizzazzjoni ta’ tali faċilitajiet f’każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant x’aktarx li tiġi estiża b’mill-inqas il-perjodu ta’ ripagament li għandu jingħata. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament. |
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet għall-krediti għall-esportazzjoni
5. TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT
|
(a) |
Għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti fis-setturi elenkati fl-Appendiċi I, u għal proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 18-il sena. |
|
(b) |
Għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti b’valur ta’ mill-inqas SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(c) |
Għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti b’valur ta’ inqas SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(d) |
Għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti b’valur ta’ mill-inqas SDR 10 miljun għall-proġetti appoġġati f’konformità mal-Appendiċi III, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 15-il sena. |
6. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta’ ripagament tal-kapital u ta’ ħlas tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn taħt:
|
|
(b) |
Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel pagament tal-kapital u tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata sew, l-appoġġ uffiċjali jista’ jingħata b’termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafi a) u b) ta’ hawn fuq. L-għoti ta’ tali appoġġ għandu jiġi spjegat minn diskrepanza bejn iż-żmien tal-fondi disponibbli għall-obbligant u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli skont skeda ta’ ripagament ugwali u semiannwali, u għandu jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux ikun kapitalizzat. |
KAPITOLU III
Proċeduri
7. NOTIFIKA MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant li biħsiebu jipprovdi appoġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali, għandu jagħti notifika minn qabel tal-anqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn, f’konformità ma’:
|
|
(b) |
Għal proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali, tali notifiki għandhom jinkludu deskrizzjoni mtejba tal-proġett sabiex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stabbilit fl-Artikolu 2 b) ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(c) |
Għal proġetti appoġġati f’konformità mal-Appendiċi III ta’ dan il-Ftehim Settorjali, tali notifika għandha tinkludi:
|
|
(d) |
Minkejja l-paragrafu a) 1) hawn fuq, jekk il-Parteċipant notifikanti jkollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ b’terminu ta’ ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew f’konformità mal-Artikolu 6 c) ta’ dan il-Ftehim Settorjali, huwa għandu jagħti notifika minn qabel mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn f’konformità mal-Artikolu 45 tal-Arranġament. |
|
(e) |
Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, sabiex jiffaċilita r-rieżami tal-esperjenza miksuba. |
KAPITOLU IV
Monitoraġġ u rieżami
8. XOGĦOL FUTUR
Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-primjums tar-riskju aġġustati skont it-terminu. |
|
(b) |
Il-kundizzjonijiet għal impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili b’emissjonijiet baxxi/b’effiċjenza enerġetika għolja inkluża d-definizzjoni tat-tħejjija tas-CCUS. |
|
(c) |
Bini mingħajr konsum nett ta’ enerġija. |
|
(d) |
Proġetti b’ċelluli tal-fjuwil. |
9. MONITORAĠĠ U RIEŻAMI
|
(a) |
Is-Segretarjat għandu jirrapporta kull sena dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrieżaminaw regolarment il-kamp ta’ applikazzjoni u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-Ftehim Settorjali u mhux aktar tard minn tmiem l-2020. |
|
(c) |
L-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rieżaminat f’intervalli regolari, inkluż fuq talba ta’ Parteċipant, bil-għan li jiġi vvalutat jekk kwalunkwe Klassi u/jew Tip ta’ Proġett għandux jiżdiedu f’dak l-Appendiċi, jitneħħa minnu, jew għandhomx jinbidlu xi limiti fih. Il-proposti għal Klassijiet u/jew Tipi ġodda ta’ Proġetti għandhom jiġu appoġġati b’informazzjoni dwar kif il-proġetti fi ħdan tali Klassi/Tip għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 b) u għandhom isegwu l-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi IV ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu rieżami tal-Appendiċi III ta’ dan il-Ftehim Settorjali sal-aħħar tal-2020, bil-għan li jiġu vvalutati inizjattivi internazzjonali relatati mal-adattament, il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-esperjenza miksuba żviluppata mill-proċess ta’ notifika biex jiddeterminaw jekk id-definizzjonijiet u l-kriterji, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-proġett għandhomx jissoktaw jew jiġu emendati. |
|
(e) |
Wara l-31 ta’ Diċembru 2027, it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-Appendiċi III għandhom jitwaqqfu sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
“Appendiċi I
Setturi tal-enerġiji rinnovabbli
Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 dwar l-Approċċi Komuni għall-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati u d-Diliġenza Ambjentali u Soċjali Dovuta (33) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u adottata mill-Kunsill tal-OECD):
|
(a) |
Enerġija eolika (34). |
|
(b) |
Enerġija ġeotermali. |
|
(c) |
Enerġija mill-fluss tal-marea. |
|
(d) |
Enerġija mill-mewġ. |
|
(e) |
Enerġija blu |
|
(f) |
Enerġija fotovoltajka solari. |
|
(g) |
Enerġija termali solari. |
|
(h) |
Enerġija termali mill-oċeani. |
|
(i) |
Bijoenerġija: il-gass tal-landfills sostenibbli kollu, il-gass tal-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ, l-enerġija tal-bijogass jew il-fjuwil derivat minn installazzjonijiet tal-enerġija tal-bijomassa. ‘Bijomassa’ għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali. |
|
(j) |
Idroenerġija. |
|
(k) |
Effiċjenza enerġetika fi proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli. |
“Appendiċi II
Setturi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
|
KLASSI TAL-PROĠETTI |
DEFINIZZJONI |
RAĠUNAMENT |
STANDARDS UŻATI |
TERMINI TA’ RIPAGAMENT |
|
Klassi tal-Proġett A: Qbid, Użu u Ħżin tal-Karbonju |
||||
|
TIP 1: Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Qbid, Użu u Ħżin tal-Karbonju (CCUS) Operazzjonali |
Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni tal-fluss tas-CO2 mill-emissjonijiet prodotti minn sorsi ta’ ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili, it-trasport tiegħu lejn sit tal-ħżin, għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku ambjentalment sikur u permanenti tas-CO2 jew l-użu tiegħu bħala input jew materja prima biex jinħolqu prodotti jew servizzi. |
Biex jinkisbu livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju għal sorsi tal-enerġija mill-fjuwils fossili. |
L-intensità tal-karbonju għandha tikseb livell ta’ 350 tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull GWh ivventjati fl-atmosfera jew inqas (35); Jew Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta’ qbid u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju tal-impjant b’65 % jew aktar; Jew Ir-rata ta’ qbid għandha tkun mill-inqas 85 % tas-CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Il-85 % għandha tapplika f’kundizzjonijiet operatorji normali. |
18-il sena |
|
Klassi tal-Proġett A: Qbid, Użu u Ħżin tal-Karbonju |
||||
|
TIP 2: Proġetti tas-CCUS bħala tali |
Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni tas-CO2 minn sorsi industrijali jew ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, it-trasport tiegħu lejn sit tal-ħżin, għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku ambjentalment sikur u permanenti tas-CO2 jew l-użu tiegħu bħala input jew materja prima biex jinħolqu prodotti jew servizzi. |
Biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-karbonju minn sorsi eżistenti. |
Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta’ qbid u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju tal-ġenerazzjoni industrijali jew tal-enerġija b’65 % jew aktar; Jew Ir-rata ta’ qbid għandha tkun mill-inqas 85 % tas-CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Il-85 % għandha tapplika f’kundizzjonijiet operatorji normali. |
18-il sena |
|
KLASSI TAL-PROĠETTI |
DEFINIZZJONI |
RAĠUNAMENT |
STANDARDS UŻATI |
TERMINI TA’ RIPAGAMENT |
|
Klassi tal-proġett B: Sostituzzjoni tal-Fjuwils Fossili |
||||
|
TIP 1: Rkupru Enerġetiku |
Unità ddedikata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bi trattament termali (inkluża l-gassifikazzjoni) ta’ skart solidu minn flussi mħallta. |
Biex jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-enerġija konvenzjonali u jitnaqqsu l-GHG futuri bħall-metan li normalment jiġu mill-iskart. |
Fil-każ ta’ ċiklu tal-fwar, effiċjenza fil-konverżjoni tal-enerġija tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta’ mill-inqas 75 % ibbażata fuq valur tat-tisħin aktar baxx (LHV) (36). Fil-każ tal-gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta’ mill-inqas 65 % LHV (37). |
15-il sena |
|
Klassi tal-proġett B: Sostituzzjoni tal-Fjuwils Fossili |
||||
|
TIP 2: Impjanti tal-Enerġija Ibridi |
Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll minn sors ta’ fjuwils fossili. |
Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tad-disponibbiltà tal-impjant, huwa meħtieġ sors li jiġġenera l-fjuwils fossili għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma tkunx disponibbli jew suffiċjenti. Is-sors tal-fjuwils fossili jippermetti l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b’hekk jinkiseb tnaqqis sinifikanti tal-karbonju meta mqabbel ma’ impjant standard tal-fjuwils fossili. |
Mudell 1: Żewġ sorsi ta’ ġenerazzjoni separati: wieħed minn Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwil fossili. Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 50 % tal-output totali, annwali u pproġettat ta’ enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta’ enerġija rinnovabbli tal-impjant. Mudell 2: Sors ta’ ġenerazzjoni uniku bl-użu tal-kombinazzjoni ta’ fjuwils rinnovabbli u fossili. Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 75 % tal-enerġija utli prodotta tkun derivata mis-sors rinnovabbli. |
15-il sena |
|
KLASSI TAL-PROĠETTI |
DEFINIZZJONI |
RAĠUNAMENT |
STANDARDS UŻATI |
TERMINI TA’ RIPAGAMENT |
|
Klassi tal-proġett C: Effiċjenza Enerġetika |
||||
|
TIP 1: Proġetti Kkombinati ta’ Sħana u Enerġija |
Ġenerazzjoni simultanja ta’ diversi forom ta’ enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f’sistema integrata waħda. L-output tal-impjant ta’ CHP għandu jinkludi l-enerġija elettrika jew mekkanika u s-sħana għall-użu kummerċjali industrijali u/jew residenzjali. |
Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f’impjanti konvenzjonali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta’ sħana. Għalhekk, il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija (CHP) tista’ tkun għażla effettiva ta’ mitigazzjoni tal-GHG. Is-CHP hija possibbli bil-magni u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-enerġija tal-bijomassa u solari termali) minn impjanti tal-enerġija b’kondensazzjoni tal-fwar minn ftit kW sa 1 000 MW (38). |
Effiċjenza ġenerali ta’ mill-inqas 75 % abbażi ta’ valur tat-tisħin aktar baxx (LHV) (39). |
15-il sena |
|
Klassi tal-proġett C: Effiċjenza Enerġetika |
||||
|
TIP 2: Tisħin u/jew tkessiħ distrettwali |
Network li jġorr/jiddistribwixxi l-enerġija termali mill-unità li tipproduċi l-enerġija sal-użu aħħari. |
Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin distrettwali billi jinbnew networks tal-pajpijiet għall-fwar u/jew għall-ilma sħun b’effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jiġi mminimizzat it-telf tal-pajpijiet u tal-konvertituri, kif ukoll billi jiżdied l-ammont ta’ utilizzazzjoni tas-sħana mormija. It-tkessiħ distrettwali huwa teknoloġija integrattiva li tista’ tagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tat-tniġġis tal-arja u għaż-żieda tas-sigurtà tal-enerġija eż. permezz tas-sostituzzjoni ta’ kondizzjonaturi tal-arja individwali. |
Il-konduttività termali tal-pajpijiet distrettwali għandha tkun anqas minn 80 % tal-konduttività termali rilevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (li għandha tiġi rieżaminata meta jiġi aġġornat dan l-istandard). |
15-il sena |
|
KLASSI TAL-PROĠETTI |
DEFINIZZJONI |
RAĠUNAMENT |
STANDARDS UŻATI |
TERMINI TA’ RIPAGAMENT |
||||||||||||||
|
Klassi tal-proġett C: Effiċjenza Enerġetika |
||||||||||||||||||
|
TIP 3: Grilji Intelliġenti |
Networks tal-elettriku integrati u teknoloġikament avvanzati b’kapaċitajiet dinamiċi mtejba għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-input u tal-output tal-komponenti tekniċi kostitwenti kollha tagħhom (bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, Soluzzjonijiet ta’ Ġestjoni tan-Network, konvertituri u Sistemi ta’ Kurrent Dirett b’Vultaġġ Għoli (HVDC), Sistemi ta’ Trażmissjoni b’Kurrent Alternat Flessibbli (FACTS), Sistemi ta’ Enerġija Speċjali (SPS), it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, Soluzzjonijiet Elettroniċi tal-Enerġija tal-Grilja Intelliġenti, tnaqqis fil-konsum, kejl, riżorsi tal-enerġija distribwita). ICT skont standards industrijali miftiehma internazzjonalment bħal NIST-SGIP u ETSI-CEN-CENELEC. |
Biex l-operaturi ta’ networks, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni, l-utenti tal-grilja, is-sidien tal-ħżin, l-operaturi tal-kejl, il-fornituri tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi jew l-operaturi tal-pjattaformi tal-iskambju tal-enerġija jkunu jistgħu joħolqu sistemi tal-enerġija ekonomiċi, ekoloġiċi, ibbilanċjati u sostenibbli b’telf ta’ trażmissjoni mnaqqas u livelli ottimizzati ta’ kwalità tal-provvista, sigurtà, stabbiltà tal-grilja, affidabilità, ġbir ta’ enerġija rinnovabbli, u kosteffiċjenza billi jiġu appoġġati l-kuntratti ta’ provvista li jinvolvu l-aktar l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi innovattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. |
L-istandards 1, 2 (a jew b) u 3 għandhom jiġu ssodisfati.
|
15-il sena |
||||||||||||||
“Appendiċi III
Kriterji ta’ eliġibbiltà għall-proġetti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima
Proġett ikun eliġibbli għat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali jekk:
|
(a) |
L-adattament għat-tibdil fil-klima jkun l-objettiv prinċipali tal-proġett, u dan ikun espliċitament indikat u spjegat fil-pjan tal-proġett u d-dokumenti ta’ sostenn, bħala fundamentali fid-disinn tal-proġett. |
|
(b) |
Il-proposta tal-proġett għandha tinkludi analiżi u identifikazzjoni ta’ riskji u vulnerabbiltajiet speċifiċi u rilevanti relatati mat-tibdil fil-klima, u kif il-miżuri jew it-teknoloġiji proposti se jindirizzawhom direttament. |
|
(c) |
Ikun hemm rieżami minn parti terza indipendenti mwettaq fuq il-proġett, jew separatament jew bħala parti integrali mill-pjan tal-proġett li jkun disponibbli għall-pubbliku, bħal pereżempju jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-awtorità nazzjonali. Ir-rieżami għandu jevalwa r-riskji u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi u rilevanti relatati mat-tibdil fil-klima u kif il-miżuri proposti li jinsabu fil-proġett se jindirizzawhom direttament. |
|
(d) |
Il-ħajja utli għall-proġett taqbeż il-15-il sena. |
“Appendiċi IV
Metodoloġija li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-eliġibilità tas-setturi relatati mal-artikolu 2 ta’ dan il-ftehim settorjali
Meta jipproponu li Klassi jew Tip ta’ Proġett jiżdied mal-Appendiċi II ta’ dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti għandhom jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-Klassi jew tat-Tip ta’ Proġett propost u informazzjoni dwar kif tali proġetti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 b) ta’ dan il-Ftehim Settorjali; tali informazzjoni għandha tinkludi:
|
(a) |
Evalwazzjoni tal-kontribut dirett tal-Klassi jew tat-Tip tal-Proġett għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż tqabbil tal-prestazzjoni tas-settur, abbażi ta’ data li tista’ titkejjel dwar l-emissjonijiet tal-karbonju jew ta’ ekwivalenti ta’ CO2 u/jew l-effiċjenza enerġetika għolja, ma’ paroċċi teknoloġiċi ġodda konvenzjonali u li jkunu qegħdin jintużaw; fil-każijiet kollha, dan it-tqabbil għandu jkun ibbażat fuq miżuri kwantitattivi, bħat-tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull unità prodotta. |
|
(b) |
Deskrizzjoni tal-istandards tekniċi u tal-prestazzjoni tas-settur propost tal-Klassi jew tat-Tip ta’ Proġett, inkluża informazzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) eżistenti; jekk xieraq, din id-deskrizzjoni għandha tispjega kif it-teknoloġija hija avvanz fuq il-BAT eżistenti. |
|
(c) |
Deskrizzjoni tal-ostakli finanzjarji fil-Klassi jew it-Tip ta’ Proġett propost, inklużi kwalunkwe ħtieġa finanzjarja u kundizzjoni tas-suq, u l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan il-Ftehim Settorjali li huma mistennija jippermettu t-twettiq ta’ tali proġetti. |
“Appendiċi V
Lista ta’ definizzjonijiet
|
Żona Moqdija mill-Grilja |
: |
Sistema sinkronizzata ta’ fornituri tal-enerġija u konsumaturi konnessi b’linji ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni u mħaddma minn ċentru ta’ kontroll wieħed jew minn diversi ċentri. |
||||||
|
L-Aqwa Tekniki Disponibbli |
: |
skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-UE 96/61/KE (l-Artikolu 2.11), ‘L-Aqwa Tekniki Disponibbli’ għandha tfisser l-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp tal-attivitajiet u tal-metodi ta’ tħaddim tagħhom li jindika l-kapaċità prattika ta’ tekniki partikolari li jipprovdu fil-prinċipju l-bażi għall-valuri ta’ limiti ta’ emissjonijiet maħsuba biex jiģu evitati u, fejn dan ma jkunx possibbli, jitnaqqsu b’mod ġenerali l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:
|
||||||
|
Gassijiet b’Effett ta’ Serra |
: |
il-gassijiet serra huma definiti li jinkludu d-diossidu tal-karbonju, il-metan, l-ossidu nitruż, l-idrofluworokarburi, il-perfluworokarburi u l-eżafluworur tal-kubrit. |
||||||
|
Proġett Kbir tal-Enerġija Idroelettrika |
: |
skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar id-Digi Kbar (ICOLD). ICOLD tiddefinixxi diga kbira bħala diga b’għoli ta’ 15-il metru jew aktar mill-pedamenti. Id-digi li huma għolja bejn 5 metri u 15-il metru li għandhom volum ta’ riżerva ta’ aktar minn 3 miljun metri kubi huma kklassifikati wkoll bħala digi kbar. |
“ANNESS V
FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA
Il-Parteċipanti f’dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, għandhom jiġu implimentati b’mod li jkun konsistenti mal-Għan tal-Arranġament.
KAPITOLU I
Ambitu tal-ftehim settorjali
1. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti għal assi ta’ infrastruttura ferrovjarja u assi ta’ trasport fuq il-binarji oħrajn essenzjali għat-tħaddim tal-ferroviji, inklużi s-sistemi ta’ kontroll (eż. tas-sinjalar u IT oħra), l-elettrifikazzjoni, il-binarji, il-wajers u l-kejbils fl-għoli, l-arbli, ir-rolling stock, il-cable cars, il-karozzi tal-linja bit-trolley, u x-xogħol ta’ kostruzzjoni relatat. |
|
(b) |
It-tipi speċifiċi ta’ sistemi ta’ trasport fuq il-binarji li huma eliġibbli għall-appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness huma:
|
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet għall-krediti għall-esportazzjoni
2. TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT
|
(a) |
Għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati relatati ma’ kuntratti inklużi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(b) |
Sabiex jikkwalifikaw għat-termini ta’ ripagament stabbiliti fil-paragrafu a) hawn fuq, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
Parteċipant jista’ jitlob eżenzjoni mill-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu b) 3) ta’ hawn fuq, permezz tal-użu ta’ Linja Komuni, f’konformità mal-Artikoli 56 sa 61 tal-Arranġament. F’każijiet bħal dawn, il-Parteċipant li jipproponi l-Linja Komuni għandu jipprovdi, jew fil-Linja Komuni proposta jew f’kull tranżazzjoni individwali li tiġi nnotifikata wara, spjegazzjoni komprensiva għall-appoġġ, inkluża data speċifika dwar l-ipprezzar, u raġuni fundamentali għall-ħtieġa ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu b) 3) hawn fuq. |
3. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U TAL-IMGĦAX
Ir-ripagament tal-kapital u tal-imgħax għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 15 tal-Arranġament ħlief li t-tul ta’ żmien medju ponderat massimu tal-perjodu ta’ ripagament skont il-paragrafu d) 4) ta’ dak l-Artikolu għandu jkun:
|
(a) |
Għal tranżazzjoni f’pajjiżi tal-Kategorija I, sitt snin u tliet xhur; u |
|
(b) |
Għal tranżazzjoni f’pajjiżi tal-Kategorija II, seba’ snin u tliet xhur. |
KAPITOLU III
Proċeduri
4. NOTIFIKA MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45 tal-Arranġament mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni f’pajjiż tal-Kategorija I. Dawn in-notifiki għandhom jinkludu spjegazzjoni komprensiva għall-appoġġ uffiċjali, inkluża data speċifika dwar l-ipprezzar. |
|
(b) |
Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 46 tal-Arranġament mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn jekk ikollu l-ħsieb li jipprovdi appoġġ għal:
|
5. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 a) tal-Arranġament, il-Linji Komuni kollha miftiehma ma għandhomx jibqgħu validi fil-31 ta’ Diċembru 2023, sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mal-estensjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 6 d) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
KAPITOLU IV
Monitoraġġ u rieżami
6. MONITORAĠĠ U RIEŻAMI
|
(a) |
Is-Segretarjat għandu jirrapporta kull sena dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Wara l-31 ta’ Diċembru 2023, u soġġett għall-paragrafu c) ta’ hawn taħt, ir-rekwiżit ta’ sindakazzjoni ta’ inqas minn 50 % stabbilit fis-subparagrafu ii) tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2 b) 3) ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandu jiġi sostitwit b’rekwiżit ta’ sindakazzjoni massimu ta’ 35 % sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
|
(c) |
Il-Parteċipanti għandhom iwettqu rieżami ta’ dan il-Ftehim Settorjali sa tmiem l-2023 bil-għan li jivvalutaw il-kundizzjonijiet tas-suq u fatturi oħra biex jiddeterminaw jekk it-termini u l-kundizzjonijiet għandhomx jitkomplew u jew jiġu emendati. |
|
(d) |
Wara l-31 ta’ Diċembru 2023, it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandhom jitwaqqfu sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
“ANNESS VI
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT TA’ PROĠETTI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġaw għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ proġetti li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Appendiċi 1. |
|
(b) |
Fejn ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti f’dan l-Anness, għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
KAPITOLU II
Termini u kundizzjonijiet finanzjarji
2. TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT
It-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 14-il sena, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut mill-Parteċipanti jkun jinkludi aktar minn 35 % tas-sindakazzjoni għal proġett f’pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli, f’liema każ it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ għaxar snin.
3. RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U ĦLAS TAL-IMGĦAX
Il-kapital ta’ kreditu għall-esportazzjoni jista’ jitħallas lura f’pagamenti parzjali mhux ugwali, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallsu f’pagamenti parzjali ugwali bi frekwenza ta’ inqas minn kull sitt xhur, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
L-ebda ripagament uniku tal-kapital jew serje ta’ pagamenti kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur ma għandu jaqbeż il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu. |
|
(b) |
L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu għandha tkun tħallset lura 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
L-imgħax għandu jitħallas mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas lura tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(d) |
Il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament ma għandhiex taqbeż is-seba’ snin u tliet xhur, ħlief jekk l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut mill-Parteċipanti jkun jinkludi aktar minn 35 % tas-sindakazzjoni għal proġett f’pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli, f’liema każ il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament ma għandhiex taqbeż il-ħames snin u tliet xhur. |
|
(e) |
Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 4 ta’ dan l-Anness. |
KAPITOLU III
Proċeduri
4. NOTIFIKA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT TA’ PROĠETTI
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bl-intenzjoni li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. In-notifika għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Anness VII tal-Arranġament. Jekk xi Parteċipant jitlob spjegazzjoni fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet li jkunu qed jiġu appoġġati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant notifikanti għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.
“Appendiċi 1
Kriterji ta’ eliġibbiltà għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ proġetti
I. KRITERJI BAŻIĊI
It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(a) |
Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari li fiha sellief ikun sodisfatt li jqis il-flussi tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors ta’ fondi li minnu jitħallas lura s-self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollateral għas-self. |
|
(b) |
Il-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ kumpanija tal-proġett (legalment u ekonomikament) indipendenti, eż. kumpanija bi skop speċjali, fir-rigward ta’ proġetti ta’ investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess. |
|
(c) |
Kondiviżjoni xierqa tar-riskji fost is-sħab tal-proġett, eż. azzjonisti privati jew pubbliċi b’affidabbiltà kreditizja, esportaturi, kredituri, persuni li jixtru prodotti tal-kumpanija tal-proġett, self, inkluża ekwità adegwata. |
|
(d) |
Fluss ta’ flus tal-proġett suffiċjenti matul il-perjodu kollu ta’ ripagament biex ikopri l-kostijiet operatorji u l-ispejjeż tas-servizz tad-dejn għal fondi esterni. |
|
(e) |
Tnaqqis prijoritarju tal-kostijiet operatorji u tas-servizz tad-dejn mid-dħul tal-proġett. |
|
(f) |
Xerrej/mutwatarju mhux sovran mingħajr ebda garanzija ta’ ripagament sovrana (mhux inklużi garanziji ta’ prestazzjoni, eż. arranġamenti ta’ prodotti mixtrija). |
|
(g) |
Titoli bbażati fuq l-assi għal rikavati/assi tal-proġett, eż. ċessjonijiet, rahan, kontijiet ta’ rikavati; |
|
(h) |
Rikors limitat jew l-ebda rikors għall-isponsors tal-azzjonisti tas-settur privat/għall-isponsors tal-proġett wara li jitlesta. |
II. KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT TA’ PROĠETTI F’PAJJIŻI TAL-OECD B’INTROJTU GĦOLI
It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(a) |
Parteċipazzjoni f’sindakazzjoni ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn Kreditu għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġat, fejn:
|
|
(b) |
Rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jwaqqfux il-finanzjament disponibbli mis-suq privat u li jkunu proporzjonati mar-rati korrispondenti li jintalbu minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jkunu qegħdin jipparteċipaw fis-sindakazzjoni. |
“ANNESS VII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA GĦAN-NOTIFIKI
L-informazzjoni elenkata fit-Taqsima I hawn taħt għandha tiġi pprovduta għan-notifiki kollha magħmula skont l-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima II għandha tiġi pprovduta, kif xieraq, fir-rigward tat-tip speċifiku ta’ notifika li tkun qed issir.
I. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI KOLLHA
(a) Informazzjoni Bażika
|
1. |
Pajjiż notifikanti |
|
2. |
Data tan-notifika |
|
3. |
Istituzzjoni/awtorità/aġenzija tan-notifika |
|
4. |
ECA(s) li jestendu l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni
|
|
5. |
Numru tan-notifika |
|
6. |
Kodiċijiet ta’ identifikazzjoni (interni) |
|
7. |
Numru ta’ referenza tal-linja ta’ kreditu (jekk rilevanti) |
|
8. |
Status (eż. oriġinali, reviżjoni, sostituzzjoni) |
|
9. |
Numru tar-reviżjoni (jekk rilevanti) |
|
10. |
Artikolu/i tal-Arranġament li taħtu/taħthom qed issir in-notifika |
|
11. |
Numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi mqabbla (jekk rilevanti) |
|
12. |
Deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi mqabbel (jekk rilevanti) |
|
13. |
Pajjiż tad-destinazzjoni |
(b) Informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti
|
14. |
Isem ix-xerrej |
|
15. |
Pajjiż tax-xerrej |
|
16. |
Post tax-xerrej (jekk magħruf) |
|
17. |
Status tax-xerrej |
|
18. |
Tip ta’ xerrej |
|
19. |
Isem il-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej) |
|
20. |
Pajjiż tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej) |
|
21. |
Post tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej) |
|
22. |
Status tal-mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej) |
|
23. |
Tip ta’ mutwatarju (jekk il-mutwatarju ma jkunx ix-xerrej) |
|
24. |
Isem il-garanti (jekk rilevanti) |
|
25. |
Pajjiż tal-garanti (jekk rilevanti) |
|
26. |
Post tal-garanti (jekk rilevanti) |
|
27. |
Status tal-garanti (jekk rilevanti) |
|
28. |
Tip ta’ garanti (jekk rilevanti) |
(c) Informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u l-Proġett
|
29. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-prodotti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati |
|
30. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett (jew tas-settur) li għalih qed jiġu pprovduti l-esportazzjonijiet |
|
31. |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni ssuġġerit |
|
32. |
Post tal-proġett (jekk magħruf) |
|
33. |
Data tal-għeluq tal-offerta (jekk hija rilevanti) |
|
34. |
Data tal-iskadenza tal-linja ta’ kreditu (jekk hija rilevanti) |
|
35. |
Valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ SDR:
|
|
36. |
Valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), l-ammont reali (fil-munita tal-kuntratt) |
|
37. |
Munita tal-kuntratt(i) |
(d) Termini u l-Kundizzjonijiet Finanzjarji tal-Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull segment appoġġat għal tranżazzjonijiet li jinkludu segmenti multipli b’termini u kundizzjonijiet finanzjarji differenti.
|
38. |
Valur tal-kreditu skont l-iskala SDR |
|
39. |
Valur tal-kreditu, l-ammont reali (fakultattiv minflok l-entrata 38) |
|
40. |
Munita tal-kreditu |
|
41. |
Pagament parzjali (% tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni) |
|
42. |
Kostijiet lokali (% tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni) |
|
43. |
SPOC iddeterminat skont (b’referenza għall-Anness XIV, definizzjoni q) |
|
44. |
Tul tal-perjodu ta’ ripagament |
|
45. |
Tul tal-unitajiet tal-perjodu ta’ ripagament |
|
46. |
Bażi tar-rata tal-imgħax |
|
47. |
Rata tal-imgħax jew marġni ogħla mill-bażi |
|
48. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima I |
II. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA’ DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
(a) Il-Kapitolu II, l-Artikolu 12 d) 3)
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fir-rigward ta’ kull segment appoġġat għal tranżazzjonijiet li jinkludu segmenti multipli b’termini u kundizzjonijiet finanzjarji differenti.
|
49. |
Tip ta’ kostijiet lokali appoġġati |
|
50. |
Natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Tagħmir kapitali? |
|
51. |
Natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Konsenji minn sussidjarji u/jew affiljati lokali? |
|
52. |
Natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Kostruzzjoni lokali jew kostijiet tal-installazzjoni? |
|
53. |
Natura tal-kostijiet lokali appoġġati: VAT, dazji fuq l-importazzjoni, taxxi oħra? |
|
54. |
Natura tal-kostijiet lokali appoġġati: Oħrajn? |
|
55. |
Deskrizzjoni ta’ kostijiet lokali ‘oħrajn’ |
|
56. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.a. |
(b) Il-Kapitolu II, l-Artikolu 15 c) 5), l-Anness I l-Artikolu 5 e), l-Anness II, l-Artikolu 6 a), l-Anness II, l-Artikolu 6 b), l-Anness IV, l-Artikolu 8 d), l-Anness VI, l-Artikolu 4
|
57. |
Profil tar-ripagament |
|
58. |
Frekwenza tar-ripagament (kapital) |
|
59. |
Frekwenza tar-ripagament (imgħax) |
|
60. |
L-ewwel ripagament tal-kapital wara l-SPOC |
|
61. |
Unitajiet tal-ewwel ripagament tal-kapital wara l-SPOC |
|
62. |
Ammont ta’ imgħax kapitalizzat qabel l-SPOC |
|
63. |
Munita tal-imgħax kapitalizzat |
|
64. |
Ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament |
|
65. |
Perċentwal tal-kapital imħallas lura sa nofs il-punt tal-kreditu |
|
66. |
Spjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta’ għoti ta’ appoġġ skont l-istrutturi standard ta’ ripagament |
|
67. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.b. |
(c) L-obbligi kollha ta’ notifika fil-Kapitolu II, l-Artikoli 23, 26, 28, 29, l-Anness VI, l-Artikolu 4 (għal proġetti f’pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli biss) u l-Anness V, l-Artikolu 4a)
|
68. |
Klassifikazzjoni tar-riskji tal-pajjiż tal-obbligant |
|
69. |
Applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore? (Il-Kategoriji 1-7 biss) |
|
70. |
Il-kategoriji applikabbli tal-pajjiż u tar-riskju tax-xerrej huma relatati ma’ (ix-xerrej, il-mutwatarju, il-garanti, il-proġett, it-tranżazzjoni) |
|
71. |
Klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli |
|
72. |
Kategorija tar-riskju tax-xerrej applikabbli |
|
73. |
L-entità indikata fin-numru 70 għandha klassifikazzjoni tal-munita barranija minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) akkreditata? |
|
74. |
L-aktar klassifikazzjoni tal-munita barranija tas-CRA akkreditata favorevoli għall-entità indikata fin-numru 70 |
|
75. |
Is-CRA akkreditata li tipprovdi l-klassifikazzjoni rrapportata fin-numru 74 |
|
76. |
Bażi għar-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli |
|
77. |
Bażi għar-rata tal-primjum reali mitluba |
|
78. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar il-bażi għar-rata tal-primjum reali mitluba |
|
79. |
Tul tal-perjodu ta’ prelevament |
|
80. |
Tul tal-unitajiet tal-perjodu ta’ prelevament |
|
81. |
Perċentwal ta’ kopertura għar-riskju politiku (tal-pajjiż) |
|
82. |
Perċentwal tal-kopertura għar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) |
|
83. |
Prodott tal-appoġġ uffiċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni |
|
84. |
Imgħax kopert matul il-perjodu ta’ stennija tal-pretensjonijiet? |
|
85. |
Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew titjib fil-kreditu għar-riskju tax-xerrej applikati għall-MPR (abbażi tal-entrata 76) |
|
86. |
Finanzjament fil-munita lokali? (MPRs tal-Kat. 1-7 biss) |
|
87. |
Fattur tal-munita lokali (LCF) applikat |
|
88. |
Titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej? |
|
89. |
Fattur ta’ titjib tal-kreditu totali (CEF) applikat |
|
90. |
MPR applikabbli (abbażi tal-entrata 76) wara kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej |
|
91. |
Rata tal-primjum reali mitluba |
|
92. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.c. |
(d) L-Arranġament, l-Artikolu 26 e), l-ewwel inċiż
|
93. |
Spjegazzjoni tal-karatteristiċi tal-obbligant skont il-kriterji għall-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej CC0 fl-Anness XII tal-Arranġament |
(e) L-Arranġament, l-Artikolu 26 e), it-tieni inċiż
|
94. |
Raġunament għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA akkreditata |
(f) L-Arranġament, l-Artikolu 23 c) 2)
|
95. |
Tip ta’ strument tad-dejn b’isem speċifiku jew relatat ma’ entità użat biex jiġi stabbilit il-primjum |
|
96. |
Isem l-entità tal-istrument tad-dejn |
|
97. |
Deskrizzjoni dettaljata u karatteristiċi ewlenin tal-istrument tad-dejn u l-metodoloġija użata għad-deduzzjoni tal-ipprezzar, inkluża (iżda mhux limitata għal) informazzjoni dwar it-terminu, il-profil ta’ kreditu, il-likwidità u l-munita tal-istrument |
|
98. |
Relazzjoni bejn l-obbligant/il-garanti tat-tranżazzjoni u l-entità relatata |
|
99. |
L-obbligant/il-garanti tat-tranżazzjoni għandu l-istess klassifikazzjoni tas-CRA tal-emittent bħall-entità relatata? |
|
100. |
L-entità relatata tissodisfa l-kriterji kollha elenkati fl-Anness XIV (definizzjoni ‘o’) tal-Arranġament? |
|
101. |
Spjegazzjoni dettaljata ta’ kif il-kriterji li jiddefinixxu entità relatata ġew issodisfati |
(g) L-Arranġament, l-Artikolu 46 a) 7)
|
102. |
Ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej |
|
103. |
L-aħjar klassifikazzjoni tal-munita barranija tas-CRA akkreditata għas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti (jekk il-kategorija tar-riskju tax-xerrej applikabbli tkun aktar favorevoli mill-aħjar klassifikazzjoni tas-CRA akkreditata tas-sovran fid-domiċilju tal-obbligant/garanti għal obbligant mhux klassifikat) |
|
104. |
Is-CRA akkreditata li tipprovdi l-klassifikazzjoni rrapportata fin-numru 103 |
(h) L-Arranġament, l-Artikolu 23 c) 1)
|
105. |
Il-pakkett ta’ self sindakat huwa strutturat jew bħala tranżazzjoni garantita b’assi jew ta’ finanzjament ta’ proġett? |
|
106. |
Is-self/il-garanziji tas-suq kummerċjali mingħajr ebda appoġġ bilaterali jew multilaterali jinkludu mill-inqas 25 % tas-sindakat? |
|
107. |
Il-partijiet kollha għall-finanzjament huma fuq termini pari passu fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji kollha, inkluż il-pakkett ta’ sigurtà? |
|
108. |
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tat-tranżazzjoni huma kompletament konformi mal-Arranġament, kif immodifikat mid-dispożizzjonijiet għall-ipprezzar tal-Parametri Referenzjarji tas-Suq fi tranżazzjonijiet ta’ self/garanziji sindakati? |
|
109. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija użata biex jiġi dderivat il-primjum (jew il-kost globali f’każ ta’ self dirett) irrapportat fl-entrata 91 |
|
110. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.d. |
(i) L-Arranġament, l-Artikolu 23 h)
|
111. |
Il-garanzija tkopri t-tul kollu tad-dejn? |
|
112. |
Il-garanzija hija irrevokabbli, inkondizzjonata u disponibbli fuq talba? |
|
113. |
Il-garanzija hija legalment valida u tista’ tiġi infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti? |
|
114. |
Il-garanti għandu affidabbiltà kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit? |
|
115. |
Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferimenti ta’ flus tal-pajjiż li fih jinsab? |
|
116. |
Perċentwal tal-ammont totali f’riskju (jiġifieri kapital u imgħax) li huwa kopert mill-garanzija |
|
117. |
Teżisti xi relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u l-obbligant? |
|
118. |
Tip ta’ relazzjoni |
|
119. |
Il-garanti huwa legalment u finanzjarjament indipendenti u jista’ jissodisfa l-obbligu ta’ ħlas tal-obbligant? |
|
120. |
Il-garanti jiġi affettwat minn avvenimenti, regolamenti jew intervent sovran fil-pajjiż tal-obbligant? |
|
121. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.e. |
(j) L-Arranġament, l-Artikolu 28 b)
Għall-applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore:
|
122. - 132. |
Konferma li l-kriterji elenkati fl-Anness XIII ġew issodisfati |
|
133. |
Informazzjoni dwar fatturi addizzjonali kkunsidrati u/jew kwalunkwe kumment ieħor rigward l-applikazzjoni ta’ struttura ta’ fluss futur offshore ikkombinata ma’ kont miżmum minn terzi offshore |
Għall-finanzjament fil-munita lokali:
|
134. - 139. |
Konferma li l-kriterji elenkati fl-Anness XIII ġew issodisfati |
|
140. |
Munita lokali użata |
|
141. |
Informazzjoni dwar fatturi addizzjonali kkunsidrati u/jew kwalunkwe kumment ieħor dwar l-applikazzjoni ta’ finanzjament fil-munita lokali |
|
142. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.f. |
(k) L-Arranġament, l-Artikolu 29 d)
|
143. - 150. |
It-titjib speċifiku fil-kreditu għar-riskju tax-xerrej u l-fatturi korrispondenti ta’ titjib fil-kreditu applikati |
|
151. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.g. |
(l) L-Anness V, l-Artikolu 4
|
152. |
It-terminu ta’ ripagament appoġġat jaqbeż il-ħajja utli tal-assi tal-infrastruttura tat-trasport fuq il-binarji ffinanzjat? |
|
153. |
Kummenti (rigward il-punt 152)
Għat-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu pajjiżi tal-Kategorija I: |
|
154. |
Spjegazzjoni komprensiva għall-għoti ta’ appoġġ uffiċjali |
|
155. |
Intalbet eżenzjoni mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 b) 3) tal-Anness V permezz ta’ linja komuni? |
|
156. |
Status tal-linja komuni |
|
157. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar kwalunkwe linja komuni |
(m) L-Anness VI, l-Artikolu 4
|
158. |
Spjegazzjoni tar-raġuni għaliex qed jiġu pprovduti t-termini tal-finanzjament tal-proġett |
|
159. |
Valur tal-kuntratt fir-rigward tal-kuntratt turnkey, il-porzjon ta’ sottokuntratti, eċċ. |
|
160. |
Tip ta’ kopertura pprovduta qabel l-SPOC |
|
161. |
Perċentwal ta’ kopertura għar-riskju politiku qabel l-SPOC |
|
162. |
Perċentwal ta’ kopertura għar-riskju kummerċjali qabel l-SPOC |
|
163. |
Tip ta’ kopertura pprovduta wara l-SPOC |
|
164. |
Perċentwal ta’ kopertura għar-riskju politiku wara l-SPOC |
|
165. |
Perċentwal ta’ kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-SPOC |
|
166. |
Tul tal-perjodu ta’ kostruzzjoni |
|
167. |
Tul tal-unitajiet tal-perjodu ta’ kostruzzjoni |
|
168. - 183. |
Konferma (u spjegazzjoni kif meħtieġ) li t-tranżazzjoni tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Appendiċi I tal-Anness VI |
(n) L-Anness VI, l-Artikolu 4 u l-Anness V l-Artikolu 4 a) għal proġetti f’pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli
|
184. |
Ammont totali ta’ sindakazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi mutwanti uffiċjali u privati |
|
185. |
Munita tas-sindakazzjoni tad-dejn totali |
|
186. |
Perċentwal tas-sindakazzjoni tad-dejn mill-Parteċipanti għall-Arranġament |
|
187. |
Perċentwal tas-sindakazzjoni tad-dejn minn mutwanti privati |
|
188. |
Sieħeb minoritarju f’sindakazzjoni tas-self? |
|
189. |
Kummenti (rigward il-punt 195) |
|
190. |
Ir-rata tal-primjum tissodisfa l-kriterji tas-suq? |
|
191. |
Kummenti (rigward il-punt 197) |
|
192. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.h. |
(o) L-Arranġament, l-Artikoli 47 u 48
|
193. |
Ammont totali ta’ għajnuna relatata mal-kummerċ, skala SDR |
|
194. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ krediti ta’ esportazzjoni mhux konċessjonali f’konformità mal-Arranġament |
|
195. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ fondi oħra b’rati tas-suq jew rati qrib tagħhom |
|
196. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ fondi uffiċjali oħra b’livell ta’ konċessjonalità inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 35 ħlief f’każijiet ta’ tqabbil |
|
197. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: sehem mill-kapparra mix-xerrej |
|
198. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem tal-pagamenti fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu li m hux ikkunsidrat |
|
199. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem tal-għotjiet |
|
200. |
Kompożizzjoni tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ: is-sehem ta’ krediti konċessjonali |
|
201. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: perjodu ta’ grazzja |
|
202. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: it-tul tal-perjodu ta’ ripagament |
|
203. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: frekwenza tar-ripagament |
|
204. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: profil tar-ripagament |
|
205. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: munita |
|
206. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: rata tal-imgħax |
|
207. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: DDR applikabbli |
|
208. |
Termini u kundizzjonijiet tal-krediti konċessjonali: il-livell ta’ konċessjonalità |
|
209. |
Il-livell ta’ konċessjonalità ġenerali tal-pakkett ta’ għajnuna relatat mal-kummerċ |
|
210. |
Kummenti, noti u/jew spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II.k) |
“ANNESS VIII
KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 1-7
Formula tal-MPR
Il-formula għall-kalkolu tal-MPR applikabbli għal kreditu għall-esportazzjoni li jinvolvi obbligant/garanti f’pajjiż ikklassifikat fil-Kategoriji 1-7 tar-Riskju tal-Pajjiż hija:
MPR = {[(ai * HOR + bi) * max (PCC, PCP)/0,95] * (1-LCF) + [cin * PCC/0,95 * HOR * (1-CEF)]} * QPFi * PCFi * BTSF
fejn:
|
— |
ai |
= |
il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż fil-kategorija ta’ riskju tal-pajjiż i (i = 1-7) |
|
— |
cin |
= |
il-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej għall-kategorija tax-xerrej n (n = SOV+, SOV/CCO, CC1-CC5) fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7) |
|
— |
bi |
= |
il-kostant għall-kategorija tar-riskju tal-kategorija tal-pajjiż i (i = 1-7) |
|
— |
HOR |
= |
l-orizzont tar-riskju |
|
— |
PCC |
= |
il-perċentwal tar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) tal-kopertura |
|
— |
PCP |
= |
il-perċentwal tar-riskju politiku (tal-pajjiż) tal-kopertura |
|
— |
CEF |
= |
il-fattur ta’ titjib tal-kreditu |
|
— |
QPFi |
= |
il-kwalità tal-fattur tal-prodott fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7) |
|
— |
PCFi |
= |
il-perċentwal tal-fattur ta’ kopertura fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7) |
|
— |
BTSF |
= |
il-fattur aħjar minn sovran |
|
— |
LCF |
= |
il-fattur tal-munita lokali |
Klassifikazzjoni tar-Riskji tal-Pajjiż Applikabbli
Il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 23 e) tal-Arranġament, li min-naħa tiegħu jiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż (ai) u l-kostant (bi) li jinkisbu mit-tabella li ġejja:
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
a |
0,090 |
0,200 |
0,350 |
0,550 |
0,740 |
0,900 |
1,100 |
|
b |
0,350 |
0,350 |
0,350 |
0,350 |
0,750 |
1,200 |
1,800 |
Għażla tal-Kategorija Xierqa tar-Riskju tax-Xerrej
Il-kategorija xierqa tar-riskju tax-xerrej tintgħażel mit-tabella li ġejja, li tipprovdi l-kombinazzjonijiet ta’ kategoriji tar-riskju tal-pajjiż u tax-xerrej li ġew stabbiliti u l-konkordanza miftiehma bejn il-kategoriji tar-riskju tax-xerrej CC1-CC5 u l-klassifikazzjonijiet ta’ CRA akkreditata. Ġew stabbiliti deskrizzjonijiet kwalitattivi ta’ kull kategorija ta’ riskju tax-xerrej (SOV+ sa CC5) sabiex tiġi ffaċilitata l-klassifikazzjoni tal-obbliganti (u tal-garanti) u dawn huma pprovduti fl-Anness XII.
|
Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
|
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
|
CC1 Minn AAA sa AA- |
CC1 Minn A+ sa A- |
CC1 Minn BBB+ sa BBB- |
CC1 Minn BB+ sa BB |
CC1 BB- |
CC1 B+ |
CC1 B |
|
CC2 Minn A+ sa A- |
CC2 Minn BBB+ sa BBB- |
CC2 Minn BB+ sa BB |
CC2 BB- |
CC2 B+ |
CC2 B |
CC2 B- jew agħar |
|
CC3 Minn BBB+ sa BBB- |
CC3 Minn BB+ sa BB |
CC3 BB- |
CC3 B+ |
CC3 B |
CC3 B- jew agħar |
|
|
CC4 Minn BB+ sa BB |
CC4 BB- |
CC4 B+ |
CC4 B |
CC4 B- jew agħar |
|
|
|
CC5 BB- jew agħar |
CC5 B+ jew agħar |
CC5 B jew agħar |
CC5 B- jew agħar |
|
|
|
Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej, flimkien mal-kategorija applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej (cin) li jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
Riskju tax-Xerrej Kategorija |
Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
SOV+ |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
SOV/CC0 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
CC1 |
0,110 |
0,120 |
0,110 |
0,100 |
0,100 |
0,100 |
0,125 |
|
CC2 |
0,200 |
0,212 |
0,223 |
0,234 |
0,246 |
0,258 |
0,271 |
|
CC3 |
0,270 |
0,320 |
0,320 |
0,350 |
0,380 |
0,480 |
mhux applikabbli |
|
CC4 |
0,405 |
0,459 |
0,495 |
0,540 |
0,621 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
CC5 |
0,630 |
0,675 |
0,720 |
0,810 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Orizzont tar-Riskju (HOR)
L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:
|
Għal profili standard ta’ ripagament (jiġifieri ripagamenti ugwali tal-kapital kull sitt xhur): HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żborż * 0,5) + it-tul tal-perjodu ta’ ripagament |
|
Għall-profili mhux standard ta’ ripagament: HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żborż * 0,5) + (il-ħajja medja ponderata tal-perjodu ta’ ripagament – 0,25)/0,5 |
|
Fil-formuli ta’ hawn fuq, l-unità ta’ kejl għaż-żmien hija snin. |
Perċentwal ta’ Kopertura għar-Riskju Kummerċjali (tax-Xerrej) (PCC) u r-Riskju Politiku (tal-Pajjiż) (PCP)
Il-Perċentwali ta’ Kopertura (PCC u PCP) espressi bħala valur deċimali (jiġifieri, 95 % huwa espress bħala 0,95) fil-formula tal-MPR.
Titjib fil-Kreditu tar-Riskju tax-Xerrej
Il-valur tal-fattur ta’ titjib tal-kreditu (CEF) huwa ta’ 0 għal kwalunkwe tranżazzjoni li ma tkunx soġġetta għal xi titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. Il-valur tas-CEF għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej huwa ddeterminat skont l-Anness XII, soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29 c) tal-Arranġament u ma jistax jaqbeż iż-0,35.
Fattur tal-Kwalità tal-Prodott (QPF)
Il-QPF jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
Kwalità tal-Prodott |
Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
Taħt l-Istandard |
0,9965 |
0,9935 |
0,9850 |
0,9825 |
0,9825 |
0,9800 |
0,9800 |
|
Standard |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
|
Ogħla mill-Istandard |
1,0035 |
1,0065 |
1,0150 |
1,0175 |
1,0175 |
1,0200 |
1,0200 |
Perċentwal tal-Fattur ta’ Kopertura (PCF)
Il-PCF jiġi ddeterminat kif ġej:
|
Għal (max(PCC, PCP) ≤ 0,95, PCF = 1) |
|
Għal (max(PCC, PCP) > 0,95, PCF = 1 + ((max(PCC, PCP) – 0,95)/0,05) * (perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura) |
Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
|
Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
Perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura |
0,00000 |
0,00337 |
0,00489 |
0,01639 |
0,03657 |
0,05878 |
0,08598 |
Fattur Aħjar minn Sovran (BTSF)
Meta obbligant jiġi kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ‘aħjar minn sovran’ (SOV+), BTSF = 0,9, inkella BTSF = 1.
Fattur tal-Munita Lokali (LCF)
Għal tranżazzjoni li tuża l-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż fil-munita lokali, il-valur tal-LCF ma jistax jaqbeż iż-0,2. Il-valur tal-LCF għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħrajn huwa ta’ 0.
“ANNESS IX
PARAMETRI TA’ REFERENZA TAL-PRIMJUMS GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET B’PARAMETRI TA’ REFERENZA TAS-SUQ
Segment mhux kopert ta’ Krediti għall-Esportazzjoni jew il-Parti ta’ Self Sindakat mhux Koperta minn ECA
Il-prezz indikat minn banek/istituzzjonijiet privati fir-rigward tas-segment mhux kopert tal-kreditu għall-esportazzjoni inkwistjoni (jew xi drabi bħala l-parti ta’ self sindakat mhux koperta mill-ECA) jista’ jirrappreżenta l-aħjar qbil mal-kopertura tal-ECA. L-ipprezzar fuq tali porzjonijiet mhux koperti jew partijiet mhux koperti jenħtieġ li jintuża biss jekk ikun ipprovdut fuq termini kummerċjali (eż. dan jeskludi porzjonijiet iffinanzjati mill-IFI).
Bonds Korporattivi b’Isem Speċifiku
Il-bonds korporattivi jirriflettu riskju tal-kreditu b’isem speċifiku. It-tqabbil fit-termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħat-terminu ta’ maturità, u d-denominazzjoni tal-munita, u kwalunkwe titjib fil-kreditu, għandu jsir b’kawtela. Jekk jintużaw bonds korporattivi primarji (jiġifieri rendiment sħiħ mal-ħruġ) jew bonds korporattivi sekondarji (jiġifieri l-firxa aġġustata skont l-opzjoni fuq il-kurva xierqa, li normalment tkun il-kurva tas-swap tal-munita rilevanti), l-ewwel jenħtieġ li jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw bonds primarji jew sekondarji minn Entitatjiet Relatati.
Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu b’Isem Speċifiku
Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu (CDS) huma forma ta’ protezzjoni kontra l-inadempjenza. Il-firxa tas-CDS hija l-ammont imħallas għal kull perjodu mix-xerrej tas-CDS bħala perċentwal tal-kapital nozzjonali, u normalment tiġi espressa f’punti bażi. Ix-xerrej tas-CDS effettivament jixtri assigurazzjoni kontra l-inadempjenza billi jagħmel pagamenti lill-bejjiegħ tas-CDS għall-ħajja tal-iswap, jew sakemm iseħħ l-avveniment ta’ kreditu. L-ewwel għandha tintuża kurva tas-CDS għall-obbligant; jekk ma tkunx disponibbli, jistgħu jintużaw kurvi tas-CDS minn Entitatjiet Relatati.
Valuri ta’ Referenza tas-Self
Il-valuri ta’ referenza primarji tas-self (jiġifieri l-ipprezzar mal-ħruġ) jew il-valuri ta’ referenza sekondarji tas-self (jiġifieri r-rendiment kurrenti fuq is-self mistenni mill-istituzzjoni finanzjarja li tixtri s-self minn istituzzjoni finanzjarja oħra). It-tariffi kollha jridu jkunu magħrufa għall-valuri ta’ referenza primarji tas-self sabiex ikun jista’ jiġi kkalkolat ir-rendiment kumplessiv. Jekk jintużaw valuri ta’ referenza tas-self, l-ewwel jenħtieġ li jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw dawk minn entitatjiet relatati.
Kurvi ta’ Referenza tas-Suq
Il-kurvi ta’ referenza tas-suq jirriflettu r-riskju tal-kreditu ta’ settur sħiħ jew ta’ klassi ta’ xerrejja. Din l-informazzjoni dwar is-suq tista’ tkun rilevanti meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni speċifika għall-isem. B’mod ġenerali, il-kwalità tal-informazzjoni inerenti għal dawn is-swieq tiddependi fuq il-likwidità tagħhom. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jfittex strumenti tas-suq li huma l-aktar ekwivalenti f’termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħad-data, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-terminu tal-maturità, u d-denominazzjoni tal-munita.
“ANNESS X
KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TA’ GARANZIJA TA’ RIPAGAMENT TA’ PARTI TERZA U L-KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI
GĦAN
Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ garanziji ta’ ripagament ta’ parti terza skont l-Artikolu 23 e) tal-Arranġament. Jipprovdi wkoll il-kriterji li bihom l-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali għandhom jiġu vvalutati meta jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni għandhiex tkun soġġetta għar-regoli tal-primjum għat-tranżazzjonijiet ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 23 c) tal-Arranġament.
APPLIKAZZJONI
Każ 1: Garanzija għall-Ammont Totali f’Riskju
Meta titolu fil-forma ta’ garanzija ta’ ripagament minn entità jiġi pprovdut għall-ammont totali f’riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti meta jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-garanzija tkopri d-durata kollha tal-kreditu. |
|
— |
Il-garanzija tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u disponibbli fuq talba. |
|
— |
Il-garanzija tkun legalment valida u tista’ tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti. |
|
— |
Il-garanti jkollu affidabbiltà kreditizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn garantit. |
|
— |
Il-garanti jkun soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li jinsab fih, ħlief meta l-garanti jkun istituzzjoni multilaterali li l-Parteċipanti jkunu qablu li hija ġeneralment eżentata minn tali kontrolli u limitazzjonijiet. |
Jekk il-garanti jkun sussidjarja/kumpanija prinċipali tal-entità garantita, il-Parteċipanti għandhom, fuq bażi ta’ każ b’każ, jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali u l-grad ta’ impenn legali tal-kumpanija prinċipali, is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali tkunx legalment u finanzjarjament indipendenti u tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ ħlas tagħha; (2) is-sussidjarja/il-kumpanija prinċipali tistax tiġi affettwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) fil-każ ta’ inadempjenza, l-Uffiċċju Prinċipali jqisx lilu nnifsu bħala responsabbli.
Każ 2: Garanzija Limitata fl-Ammont
Meta titolu fil-forma ta’ garanzija ta’ ripagament minn entità jiġi pprovdut għal ammont limitat f’riskju (jiġifieri kapital u imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti għall-porzjon tal-kreditu soġġett għall-garanzija, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti l-oħra kollha elenkati fil-Każ 1.
Għall-porzjon mhux garantit, il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej huma dawk tal-obbligant.
Kriterji għall-Valutazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali
Il-Parteċipanti jistgħu jaqblu li istituzzjoni multilaterali jew reġjonali tkun soġġetta għar-regoli dwar il-primjum għal Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 23 c) jekk l-istituzzjoni tkun ġeneralment eżentata mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li tinsab fih. Tali istituzzjonijiet għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ fuq il-merti tagħhom stess u waqt li jitqies jekk:
|
— |
l-istituzzjoni għandhiex indipendenza statutorja u finanzjarja; |
|
— |
l-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska; |
|
— |
l-istituzzjoni għandhiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi; |
|
— |
l-istituzzjoni ma hijiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab; |
|
— |
l-istituzzjoni għandhiex immunità fiskali; u |
|
— |
hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni. |
Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f’sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż tal-obbligant; u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jitqies xieraq fil-proċess ta’ valutazzjoni.
Il-lista ta’ tali istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali ma hijiex magħluqa u Parteċipant jista’ jinnomina istituzzjoni għal rieżami skont il-kunsiderazzjonijiet elenkati hawn fuq. Il-lista ta’ istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali li jkunu soġġetti għar-regoli tal-primjum għat-Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq fl-Artikolu 23 c) għandha tiġi ppubblikata mill-Parteċipanti.
“ANNESS XI
DESKRIZZJONI KWALITATTIVA TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ
Aħjar minn Sovran (SOV+)
Din hija klassifikazzjoni ta’ eċċezzjoni. L-entità li tikseb klassifikazzjoni bħal din tkun waħda bi profil ta’ kreditu eċċezzjonalment b’saħħtu li tkun mistennija tissodisfa l-obbligi ta’ pagament tagħha matul perjodu ta’ diffikultà ta’ dejn sovran jew saħansitra inadempjenza. L-Aġenziji Internazzjonali tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu joħorġu rapporti regolari li jelenkaw il-Klassifikazzjonijiet Korporattivi u tal-Kontropartijiet li jaqbżu l-Klassifikazzjoni tal-Munita Barranija Sovrana. Ħlief meta r-riskju sovran ikun ġie identifikat permezz tal-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran bħala ogħla b’mod sinifikanti mir-riskju tal-pajjiż, il-Parteċipanti li jipproponu li entità tiġi kklassifikata bħala aħjar minn sovran għandhom jagħmlu referenza għal tali klassifikazzjonijiet aħjar minn sovran b’sostenn tar-rakkomandazzjoni tagħhom. Biex tiġi kklassifikata bħala aħjar mis-sovran li jilqagħha, entità tkun mistennija turi bosta, jew normalment il-maġġoranza, tal-karatteristiċi li ġejjin jew l-ekwivalenti tagħhom:
|
— |
profil ta’ kreditu b’saħħtu; |
|
— |
qligħ sostanzjali mill-kambju meta mqabbel mal-piż tad-dejn tal-munita tagħha; |
|
— |
faċilitajiet ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ flus minn sussidjarji jew operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, speċjalment dawk domiċiljati f’sovrani bi klassifikazzjoni għolja, jiġifieri intrapriżi multinazzjonali; |
|
— |
sid barrani jew sieħeb strateġiku li jista’ jiġi invokat bħala sors ta’ appoġġ finanzjarju fin-nuqqas ta’ garanzija formali; |
|
— |
storja ta’ trattament preferenzjali tal-entità mis-sovran, inkluża eżenzjoni mir-restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti u l-konvertibbiltà u rekwiżiti ta’ ċediment għar-rikavati mill-esportazzjoni, u trattament favorevoli tat-taxxa; |
|
— |
linji ta’ kreditu impenjati minn banek internazzjonali bi klassifikazzjoni għolja, speċjalment linji ta’ kreditu mingħajr klawżola ta’ bidla materjali avversa (MAC) li tippermetti lill-banek jirtiraw faċilitajiet impenjati fil-każ ta’ kriżi sovrana jew avvenimenti oħra ta’ riskju; u |
|
— |
assi miżmuma offshore, speċjalment assi likwidi, spiss minħabba regoli li jippermettu lill-esportaturi jaqbdu u jżommu bilanċi ta’ flus offshore li jkunu disponibbli għas-servizz tad-dejn. |
Normalment, il-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV+ ma tkunx applikabbli għal:
|
— |
entitajiet u utilitajiet li huma proprjetà pubblika, sottosovrani bħala ministeri funzjonali, gvernijiet reġjonali, eċċ.; |
|
— |
istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fil-ġuriżdizzjoni tas-sovran; u |
|
— |
entitajiet li primarjament ibiegħu lis-suq domestiku fil-munita lokali. |
Sovran (SOV)
Obbliganti/garanti sovrani jkunu entitajiet li jkunu ngħataw mandat espliċitu u legali sabiex jidħlu f’obbligu ta’ pagament ta’ dejn f’isem l-Istat Sovran, tipikament il-Ministeru tal-Finanzi jew il-Bank Ċentrali (41). Riskju indikat bħala sovran ikun wieħed fejn:
|
— |
l-obbligant/il-garanti jkun legalment mandat biex jidħol f’obbligu ta’ pagament ta’ dejn f’isem is-Sovran u b’hekk jimpenja r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran; u |
|
— |
f’każ ta’ skedar mill-ġdid ta’ riskju sovran, id-dejn inkwistjoni jkun inkluż fl-iskedar mill-ġdid u l-obbligi ta’ pagament miksuba mis-sovran permezz tal-iskedar mill-ġdid. |
Ekwivalenti għas-Sovran (CC0): Kwalità ta’ Kreditu Eċċezzjonalment Tajba
Il-kategorija ta’ ‘ekwivalenti għal sovran’ tħaddan fiha żewġ tipi bażiċi ta’ obbliganti/garanti:
|
— |
Entitajiet pubbliċi fejn id-diliġenza dovuta turi li x-xerrej għandu r-rieda sħiħa u l-kreditu/appoġġ tas-sovran impliċiti jew li l-probabbiltà ta’ appoġġ ta’ likwidità u ta’ solvenza sovrani tkun għolja ferm, kemm fir-rigward tal-prospetti ta’ rkupru kif ukoll tar-riskju ta’ inadempjenza. L-entitajiet pubbliċi mhux sovrani ekwivalenti għas-sovran jinkludu wkoll kumpaniji proprjetà tal-gvern b’monopolju jew kważi monopolju fuq l-operazzjonijiet f’settur (eż. enerġija, żejt, gass). |
|
— |
Entitajiet korporattivi bi profil tal-kreditu eċċezzjonalment b’saħħtu, li juru karatteristiċi kemm f’termini ta’ prospetti ta’ inadempjenza kif ukoll ta’ rkupru li jindikaw li r-riskju jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal sovran. Il-kandidati jistgħu jinkludu korporattivi blue chip b’saħħithom jew banek importanti ħafna li għalihom il-probabbiltà ta’ appoġġ ta’ likwidità u solvenza sovrani hija għolja. |
Kwalità tal-kreditu eċċezzjonalment tajba timplika li r-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagament huwa mistenni li jkun negliġibbli u li l-entità għandha kapaċità eċċezzjonalment b’saħħitha għar-ripagament u din il-kapaċità x’aktarx li ma tiġix affettwata minn avvenimenti prevedibbli. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju tal-entità li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni eċċezzjonalment tajba sa tajba ħafna ta’ flus u introjtu |
|
— |
livelli ta’ likwidità eċċezzjonalment tajbin sa tajbin ħafna |
|
— |
ingranaġġ eċċezzjonalment baxx sa baxx ħafna |
|
— |
profil kummerċjali eċċellenti sa b’saħħtu ħafna b’ħiliet maniġerjali pprovati u b’saħħithom ħafna |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC0 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.
Kwalità ta’ Kreditu Tajba Ħafna (CC1)
Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun baxx jew baxx ħafna. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament b’saħħitha ħafna u ma huwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/garanti jkollu suxxettibilità limitata jew limitata ħafna għall-effetti negattivi tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi u fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni tajba ħafna sa tajba ta’ flus u introjtu |
|
— |
livelli ta’ likwidità tajbin ħafna sa tajbin |
|
— |
ingranaġġ baxx ħafna sa baxx |
|
— |
profil kummerċjali b’saħħtu ħafna b’ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC1 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Tajba sa Moderatament Tajba, Ogħla mill-Medja (CC2)
Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun baxx. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament tajba sa moderatament tajba u ma huwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/il-garanti jkollu suxxettibilità limitata għall-effetti avversi tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi u fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni tajba sa moderatament tajba ta’ flus u introjtu |
|
— |
livelli ta’ likwidità tajbin sa moderatament tajbin |
|
— |
ingranaġġ baxx sa moderatament baxx |
|
— |
profil kummerċjali moderatament b’saħħtu b’ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC2 ikun ikklassifikat bejn A+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 7) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Moderata, Medja (CC3)
Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun moderat jew moderatament baxx. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderata jew moderatament tajba. Ikun hemm possibbiltà ta’ żvilupp tar-riskju ta’ kreditu peress li l-obbligant/il-garanti jkun qed jiffaċċja inċertezzi kbar kontinwi jew skopertura għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel il-pagamenti fil-ħin. Madankollu, jistgħu jkunu disponibbli alternattivi kummerċjali jew finanzjarji biex jippermettu li jiġu ssodisfati l-impenji finanzjarji. Il-kwalità tal-kreditu tipikament tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux kollha kemm huma.
|
— |
ġenerazzjoni tal-flus u tal-introjtu moderatament tajba sa moderata |
|
— |
livelli ta’ likwidità moderatament tajbin sa moderati |
|
— |
ingranaġġ moderatament baxx sa moderat |
|
— |
profil kummerċjali moderat b’ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC3 ikun ikklassifikat bejn BBB+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 6) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Moderatament Dgħajfa, Taħt il-Medja (CC4)
Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun moderatament dgħajjef. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderata sa moderatament dgħajfa. Ikun hemm possibbiltà ta’ żvilupp tar-riskju ta’ kreditu peress li l-obbligant/il-garanti jkun qed jiffaċċja inċertezzi kbar kontinwi jew skopertura għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel il-pagamenti fil-ħin. Madankollu, jistgħu jkunu disponibbli alternattivi kummerċjali jew finanzjarji biex jippermettu li jiġu ssodisfati l-impenji finanzjarji. Il-kwalità tal-kreditu tipikament tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni moderata sa moderatament dgħajfa ta’ flus u introjtu |
|
— |
livelli ta’ likwidità moderati sa moderatament dgħajfin |
|
— |
ingranaġġ moderat sa moderatament għoli |
|
— |
profil kummerċjali moderatament dgħajjef b’rekord limitat ta’ ħiliet maniġerjali |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC4 ikun ikklassifikat bejn BB+ (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 5) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Dgħajfa (CC5)
Ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-pagamenti jkun mistenni li jkun għoli sa għoli ħafna. L-obbligant/il-garanti jkollu kapaċità ta’ ripagament moderatament dgħajfa sa dgħajfa. L-obbligant/il-garanti jkun għad għandu l-kapaċità li jissodisfa r-ripagamenti iżda b’marġni limitat ta’ sikurezza. Madankollu, ikun hemm probabbiltà li jiżviluppaw problemi ta’ pagament peress li l-kapaċità għal pagament kontinwu tkun kontinġenti fuq ambjent kummerċjali u ekonomiku sostnut u favorevoli. Kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x’aktarx li jfixklu l-kapaċità jew ir-rieda ta’ ripagament. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f’taħlita ta’ wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju li ġejjin, jekk mhux f’kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni ta’ flus u ta’ introjtu moderatament dgħajfa sa dgħajfa sa dgħajfa ħafna |
|
— |
livelli ta’ likwidità moderatament dgħajfin sa dgħajfin |
|
— |
ingranaġġ moderatament għoli sa għoli |
|
— |
profil kummerċjali dgħajjef b’rekord limitat jew ineżistenti ta’ ħiliet maniġerjali |
L-entità tkun ikkaratterizzata wkoll minn kwalità fqira ta’ divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabbiltà għolja ħafna ta’ appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovrana) li l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tagħha tkun daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih ikun domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC5 ikun ikklassifikat bejn BB- (Kategorija tal-Pajjiż 1) u B- jew agħar (Kategorija tal-Pajjiż 4) minn CRAs akkreditati.
“ANNESS XII
KRITERJI U KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U TAT-TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ
GĦAN
Dan l-Anness jipprovdi dettalji dwar l-użu tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkati fl-Artikolu 28 a) tal-Arranġament u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej elenkati fl-Artikolu 29 a) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-impatt fuq l-MPRs.
TEKNIKI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ
1. Struttura ta’ Fluss Futur Offshore Ikkombinata ma’ Kont Miżmum minn Terzi Offshore
Definizzjoni:
Dokument bil-miktub, bħal att jew rilaxx jew arranġament fiduċjarju, issiġillat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li ma tkunx parti fl-istrument, biex jinżamm minn din il-parti terza sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u mbagħad din il-parti tikkonsenjah lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu ssodisfati soġġett għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista’ tnaqqas jew telimina r-riskji ta’ trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b’riskju ogħla.
Kriterji:
|
— |
Il-kont miżmum minn terzi jkun relatat ma’ proġett ta’ qligħ mill-kambju barrani u l-flussi fil-kont miżmum minn terzi jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn riċevibbli oħra tal-esportazzjoni lil hinn mill-kosta. |
|
— |
Il-kont miżmum minn terzi jkun miżmum lil hinn mill-kosta, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż tal-proġett fejn ir-riskji ta’ trasferiment jew riskji oħrajn tal-pajjiż ikunu limitati ħafna (jiġifieri f’pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew f’pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli). |
|
— |
Il-kont miżmum minn terzi jkun jinsab f’bank tal-ewwel klassi, li ma jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament mill-interessi tal-obbligant jew mill-pajjiż tal-obbligant. |
|
— |
Il-finanzjament tal-kont ikun garantit permezz ta’ kuntratti fit-tul jew kuntratti xierqa oħra. |
|
— |
Il-kombinazzjoni tas-sorsi ta’ dħul (jiġifieri ġġenerat mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tal-obbligant li jgħaddi mill-kont tkun f’munita b’saħħitha u jista’ raġonevolment ikun mistenni li d-dħul ikun kollettivament suffiċjenti għas-servizz tad-dejn għad-durata kollha tal-kreditu, u ġej minn klijent barrani wieħed jew aktar b’affidabbiltà kreditizja li jinsabu f’pajjiżi b’riskju aħjar mill-pajjiż li fih ikun jinsab il-proġett (jiġifieri normalment pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli). |
|
— |
L-obbligant irrevokabbilment jagħti struzzjonijiet lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri l-pagamenti ma jintbagħtux permezz ta’ kont ikkontrollat mill-obbligant jew permezz tal-pajjiż tiegħu). |
|
— |
Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont ikunu ugwali għal mill-inqas sitt xhur ta’ servizz tad-dejn. Fejn ikunu qed jiġu applikati termini ta’ ripagament flessibbli taħt struttura ta’ finanzjament ta’ proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur ta’ servizz ta’ dejn effettiv taħt tali termini flessibbli; dan l-ammont jista’ jvarja maż-żmien skont il-profil tas-servizz tad-dejn. |
|
— |
L-obbligant ikollu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-pagament tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu). |
|
— |
Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lill-mutwanti bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta’ żmien kollu tal-kreditu. |
|
— |
Il-ftuħ tal-kont ikun irċieva l-awtorizzazzjonijiet legali kollha meħtieġa mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità xierqa oħra. |
|
— |
Il-kont miżmum minn terzi u l-arranġamenti kuntrattwali jistgħu ma jkunux kondizzjonali u/jew revokabbli u/jew limitati fid-durata. |
Fatturi addizzjonali li għandhom jitqiesu:
It-teknika tapplika soġġett għal kunsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi ta’ hawn fuq u, fost l-oħrajn, fir-rigward ta’:
|
— |
il-pajjiż, l-obbligant (jiġifieri jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà fir-rigward tal-komoditajiet jew is-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għad-durata kollha tal-kreditu, il-klijenti; |
|
— |
l-istrutturi legali, eż. jekk il-mekkaniżmu jkunx immuni biżżejjed kontra l-influwenza tal-obbligant jew tal-pajjiż tiegħu; |
|
— |
il-grad sa fejn it-teknika tibqa’ soġġetta għal interferenza, tiġdid jew irtirar mill-gvern; |
|
— |
jekk il-kont ikunx protett biżżejjed kontra r-riskji relatati mal-proġett; |
|
— |
l-ammont li se jidħol fil-kont u l-mekkaniżmu għall-kontinwazzjoni ta’ provvista xierqa; |
|
— |
is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta’ Pariġi (eż. eżenzjoni possibbli); |
|
— |
l-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr ir-riskju tat-trasferiment; |
|
— |
il-protezzjoni kontra r-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont; |
|
— |
il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura u d-durata tagħhom; u |
|
— |
l-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni meta mqabbel mal-ammont totali tal-kreditu. |
Impatt fuq l-MPR
L-applikazzjoni ta’ din it-teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tista’ tirriżulta f’titjib ta’ kategorija waħda fil-klassifikazzjoni tar-riskji tal-pajjiż applikabbli għat-tranżazzjoni, ħlief għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż 1.
2. Finanzjament fil-Munita Lokali
Definizzjoni:
Kuntratt u finanzjament innegozjati f’muniti lokali konvertibbli u disponibbli, minbarra dawk b’saħħithom, u ffinanzjati lokalment b’mod li jiġu eliminati jew jittaffew ir-riskju ta’ trasferiment. L-obbligu ta’ dejn primarju fil-munita lokali, fil-prinċipju, ma jkunx affettwat mill-okkorrenza tal-ewwel żewġ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż.
Kriterji:
|
— |
Il-pagament tal-obbligazzjoni u tal-pretensjonijiet tal-ECA jew il-pagament lill-Mutwanti Dirett ikun espress/magħmul kollu fil-munita lokali. |
|
— |
Normalment, l-ECA ma tkunx esposta għar-riskju ta’ trasferiment. |
|
— |
Fil-kors normali tal-avvenimenti, ma jkunx hemm rekwiżit li d-depożiti fil-munita lokali jiġu kkonvertiti f’munita b’saħħitha. |
|
— |
Ir-ripagament tal-mutwatarju fil-munita tiegħu stess u f’pajjiżu stess ikun ħelsien validu mill-obbligu tas-self. |
|
— |
Jekk l-introjtu ta’ mutwatarju jkun f’munita lokali, il-mutwatarju jkun protett kontra movimenti avversi tar-rata tal-kambju. |
|
— |
Ir-regolamenti dwar it-trasferimenti fil-pajjiż tal-mutwatarju ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi ta’ ripagament tal-mutwatarju, li jibqgħu fil-munita lokali. |
Fatturi addizzjonali li għandhom jitqiesu:
It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fir-rigward ta’ muniti konvertibbli u trasferibbli, fejn l-ekonomija sottostanti tkun soda. L-ECA tal-Parteċipant għandha tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas pretensjonijiet espressi fil-munita tagħha stess f’każ li l-munita lokali ssir jew ‘mhux trasferibbli’ jew ‘mhux konvertibbli’ wara li l-ECA tassumi r-responsabbiltà. (Madankollu Sellief Dirett iġorr din l-iskopertura.)
Impatt fuq l-MPR
L-applikazzjoni ta’ din it-teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tista’ tirriżulta fi skont ta’ mhux aktar minn 20 % għall-porzjon tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż tal-MPR (jiġifieri fattur tal-munita lokali [LCF] b’valur ta’ mhux aktar minn 0,2).
TITJIB TAL-KREDITU GĦAR-RISKJU TAX-XERREJ
It-tabella li ġejja tipprovdi definizzjonijiet tat-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jista’ jiġi applikat, flimkien mal-impatt massimu tiegħu fuq l-MPRs applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategorija tar-riskju tal-pajjiż 1-7, ġie indikat is-CEF massimu użat fil-formula tal-MPR; għal tranżazzjonijiet ta’ referenza tas-suq, ġie indikat l-iskont massimu għall-MPR ta’ Referenza tas-Suq applikabbli (42).
|
Titjib tal-Kreditu |
Definizzjoni |
CEF Massimu (Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż 1-7) |
Skont Massimu (Referenza tas-Suq) |
||||
|
Assenzjazzjoni tar-Rikavati jew tar-Riċevibbli ta’ Kuntratt |
F’każ li mutwatarju jkollu kuntratti ma’ xerrejja b’saħħithom, kemm barranin kif ukoll lokali, assenjazzjoni ġuridikament eżegwibbli tal-kuntratt tipprovdi drittijiet biex jiġu eżegwiti l-kuntratti tal-mutwatarju u/jew biex isiru deċiżjonijiet skont kuntratti kbar minflok il-mutwatarju wara inadempjenza skont is-self. Ftehim dirett ma’ parti terza fi tranżazzjoni (aġenzija tal-gvern lokali fi tranżazzjoni ta’ estrazzjoni jew tal-enerġija) jippermetti lill-Mutwanti javviċinaw gvern biex ifittxu rimedji għall-esproprjazzjoni jew ksur ieħor tal-obbligi kuntrattwali relatati mat-tranżazzjoni. Kumpanija eżistenti li topera f’suq jew f’settur diffiċli jista’ jkollha riċevibbli relatati mal-bejgħ tal-produzzjoni ma’ kumpanija jew ma’ kumpaniji li jinsabu f’ambjent aktar stabbli. Ir-riċevibbli ġeneralment ikunu f’munita b’saħħitha iżda jistgħu ma jkunux is-suġġett ta’ relazzjoni kuntrattwali speċifika. L-assenjazzjoni ta’ dawn ir-riċevibbli tista’ tipprovdi titolu tal-assi fil-kontijiet tal-Mutwatarju, li jagħti lill-Mutwanti trattament preferenzjali fil-fluss tal-flus iġġenerat mill-Mutwatarju. |
0,10 |
Mhux applikabbli |
||||
|
Titolu Garantit b’Assi |
Kontroll ta’ assi muri minn:
Titolu garantit b’assi huwa wieħed li jista’ jiġi riakkwistat b’faċilità relattiva bħal lokomottiva, tagħmir mediku jew tagħmir tal-kostruzzjoni. Fil-valutazzjoni ta’ tali titolu, l-ECA għandha tqis il-faċilità legali tal-irkupru. Fi kliem ieħor, hemm aktar valur meta l-imgħax tat-titolu fl-assi jkun perfezzjonat skont reġim legali stabbilit u hemm inqas valur meta l-kapaċità ġuridika li jiġi rkuprat l-assi tkun dubjuża. Il-valur eżatt ta’ titolu garantit b’assi huwa stabbilit mis-suq, bis-‘suq’ rilevanti jkun aktar fond minn suq lokali għaliex l-assi jista’ jiġi ttrasferit f’ġuriżdizzjoni oħra. NOTA: L-applikazzjoni ta’ titjib tal-kreditu b’titoli garantiti b’assi għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 1-7 tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn it-titolu garantit b’assi jinżamm internament fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni. |
0,25 |
15 % |
||||
|
Titolu Garantit b’Assi Fissi |
Spiss, titolu garantit b’assi fissi jkun ġeneralment tagħmir komponent li jista’ jkun limitat mill-fiżikalità tiegħu bħal turbina jew makkinarju tal-manifattura integrat f’linja tal-assemblaġġ. L-intenzjoni u l-valur tat-titolu garantit b’assi fissi huma li jipprovdi lill-ECA b’aktar ingranaġġ fuq l-użu tal-assi fl-irkupru ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza. Il-valur ta’ titolu garantit b’assi fissi jvarja skont fatturi ekonomiċi, legali, tas-suq u oħrajn. |
0,15 |
10 % |
||||
|
Kont Miżmum minn Terzi |
Il-kontijiet miżmuma minn terzi jinvolvu kontijiet ta’ riżerva ta’ servizz tad-dejn miżmuma bħala titolu għall-mutwanti jew forom oħra ta’ kontijiet ta’ riċevibbli ta’ flus miżmuma bħala titolu għall-mutwanti minn parti mhux ikkontrollata jew li qed taqsam sjieda komuni max-xerrej/mal-obbligant. L-ammont miżmum minn terzi jrid jiġi ddepożitat jew miżmum minn parti terzi minn qabel. Il-valur ta’ tali titolu huwa kważi dejjem 100 % tal-ammont nominali f’tali kontijiet ta’ flus. Jippermetti kontroll akbar fuq l-użu tal-flus kontanti, jiżgura li d-dejn jiġi ssodisfat qabel l-infiq diskrezzjonali. NOTA: L-applikazzjoni ta’ titjib tal-kreditu b’kont miżmum minn terzi għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-MPRs tal-kategoriji tar-riskju tal-pajjiż 1-7 tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn il-kont miżmum minn terzi jinżamm internament fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni. Il-garanzija fi flus tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ inadempjenza għall-pagamenti parzjali koperti. |
ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta’ 0,10 |
ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta’ 10 % |
“ANNESS XIII
LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP
LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TA’ PROĠETTI FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA
F’dawn l-aħħar snin, ġew żviluppati għadd ta’ kriterji mid-DAC biex jiġi żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment dawn jinsabu fi:
|
— |
id-DAC Principles for Project Appraisal, 1988; |
|
— |
id-DAC Guiding Principles for Associated Financing and Tied and Partially Untied Official Development Assistance, 1987; u |
|
— |
l-Good Procurement Practices for Official Development Assistance, 1986. Minn dawn, id-DAC Principles for Project Appraisal and the Good Procurement Practices for Official Development Assistance ġew ippubblikati flimkien fid-Development Assistance Manual, DAC Principles for Effective Aid (DAM) fl-1992, flimkien ma’ diversi ‘prinċipji’ jew ‘prattiki tajbin’ oħra li pproduċa d-DAC. |
KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET ĠENERALI TA’ INVESTIMENT TAL-PAJJIŻ RIĊEVITUR (GĦAŻLA TAL-PROĠETTI)
Il-proġett huwa parti mill-programmi ta’ investiment u ta’ nefqa pubblika diġà approvati mill-awtoritajiet ċentrali finanzjarji u tal-ippjanar tal-pajjiż riċevitur?
(Speċifika d-dokument ta’ politika li jsemmi l-proġett, eż. il-programm ta’ investiment pubbliku tal-pajjiż riċevitur.)
Il-proġett qed jiġi kkofinanzjat ma’ istituzzjoni internazzjonali tal-finanzjament tal-iżvilupp?
Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rrifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta’ finanzjament tal-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba prijorità baxxa għall-iżvilupp?
Fil-każ ta’ proġett tas-settur privat, ġie approvat mill-gvern tal-pajjiż riċevitur?
Il-proġett huwa kopert minn ftehim intergovernattiv li jipprevedi firxa usa’ ta’ attivitajiet ta’ għajnuna mid-donatur fil-pajjiż riċevitur?
PREPARAZZJONI U VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT
Il-proġett tħejja, tfassal u ġie vvalutat skont sett ta’ standards u kriterji ġeneralment konsistenti mad-DAC Principles for Project Appraisal mill-paragrafi 91-162 tad-DAM? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:
|
(a) |
L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi 120 sa 128 tad-DAM). |
|
(b) |
L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 112 tad-DAM). |
|
(c) |
L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi 113 sa 119 tad-DAM). |
Fil-każ ta’ proġett li jipproduċi dħul, b’mod partikolari jekk ikun qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element preferenzjali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi fuq l-utent finali tal-fondi? (il-paragrafu 115 tad-DAM).
|
(a) |
Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi minn 130 sa 134 tad-DAM). |
|
(b) |
L-analiżi tal-aspetti soċjali u ta’ distribuzzjoni (il-paragrafi 137 sa 147 tad-DAM). |
|
(c) |
Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi 145 sa 147 tad-DAM). |
PROĊEDURI TA’ AKKWIST
Liema mod ta’ akkwist se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati f’Good Procurement Practices for ODA mill-paragrafi 409-429 tad-DAM).
|
(a) |
Offerti kompetittivi internazzjonali (il-paragrafi 411 u 419-429 tad-DAM: Il-kundizzjonijiet minimi għal offerti kompetittivi internazzjonali effettivi). |
|
(b) |
Offerti kompetittivi nazzjonali (il-paragrafu 412 tad-DAM). |
|
(c) |
Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-paragrafi 413-414 tad-DAM). |
Huwa previst li l-prezz u l-kwalità tal-provvisti jkunu kkontrollati (il-paragrafu 153 tad-DAM)?
“ANNESS XIV
LISTA TA’ DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-Arranġament:
(a) Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja.
(b) Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-Linja Komuni.
(c) Livell ta’ Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta: fil-każ ta’ għotjiet, il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 100 %. Fil-każ ta’ self, il-livell ta’ konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti skontat tal-pagamenti futuri tas-servizz ta’ dejn li għandhom isiru mill-mutwatarju. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwal tal-valur nominali tas-self.
(d) Dekummissjonar: l-għeluq jew iż-żarmar ta’ impjant tal-enerġija nukleari.
(e) Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas mix-xerrej, jew f’ismu, għall-prodotti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-kostijiet lokali kif iddefiniti hawn taħt; fil-każ ta’ lokazzjoni, dan jeskludi l-porzjon tal-pagament tal-lokazzjoni li huwa ekwivalenti għall-imgħax.
(f) Impenn finali: jeżisti impenn finali, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni (jew fil-forma ta’ tranżazzjoni waħda jew linja ta’ kreditu), meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompluti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.
(g) Tagħbija Inizjali tal-Fjuwil: it-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandha tikkonsisti f’mhux aktar mill-qalba nukleari installata inizjalment flimkien ma’ żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu f’mhux aktar minn żewġ terzi ta’ qalba nukleari.
(h) Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jippermetti l-forniment ta’ finanzjament għall-esportazzjoni b’rata fissa fis-CIRR jew ogħla minnha.
(i) Linja ta’ Kreditu: qafas, fi kwalunkwe forma, għall-krediti għall-esportazzjoni li jkopri serje ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta ma’ proġett speċifiku.
(j) Kostijiet Lokali: in-nefqa għall-oġġetti u s-servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-esportatur jew għat-tlestija tal-proġett li l-kuntratt tal-esportatur jifforma parti minnu. Din teskludi l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.
(k) Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq: tranżazzjoni li tinvolvi lill-obbliganti/garanti aħħarin f’pajjiżi tal-Kategorija 0, fil-pajjiżi tal-OECD b’Introjtu Għoli u pajjiżi taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli.
(l) Primjum Attwarju Minimu: huwa r-rata medja annwali ta’ inadempjenza (derivata minn rati ta’ inadempjenza kumulattivi ppubblikati mis-CRAs akkreditati ewlenin) għal klassifikazzjoni u terminu totali partikolari (WAL tat-tranżazzjoni kollha) aġġustata b’telf preżunt f’inadempjenza u b’fattur tal-kostijiet tat-tagħbija skont il-konvenzjonijiet miftiehma mill-Parteċipanti.
(m) Bond jew CDS b’Isem Speċifiku: bond jew CDS b’Isem Speċifiku huwa limitat għal dawk l-istrumenti ta’ referenza tas-suq li jappartjenu għall-istess obbligant/garanti involut fit-tranżazzjoni li tkun qed tiġi appoġġata.
(n) Kopertura Pura: appoġġ uffiċjali pprovdut minn gvern, jew f’ismu, permezz ta’ garanzija jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali b’finanzjament.
(o) Entità Relatata: Ir-referenzi tal-Entità Relatata huma strumenti ta’ referenza ta’ mutwatarju relatat li ma jkunx eżattament identiku għall-mutwatarju fit-tranżazzjoni appoġġata. Fil-każ fejn l-obbligant ma jkollu l-ebda bond ikkwotat jew CDS, u fl-istruttura organizzazzjonali tal-obbligant ikun hemm kumpanija prinċipali, sussidjarja jew oħt b’Bonds jew CDSs b’Isem Speċifiku pendenti fis-suq, allura taħt l-Artikolu 23 c), dawk il-Bonds jew CDSs b’Isem Speċifikujistgħu jintużaw bħallikieku kienu nħarġu mill-obbligant innifsu jekk:
|
1. |
Il-kumpanija omm, sussidjarja jew oħt ikollha l-istess klassifikazzjoni ta’ emittent minn CRA bħall-obbligant/garanti; jew |
|
2. |
Il-kriterji li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:
|
(p) Terminu ta’ Ripagament: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif definit f’dan l-Anness, u li jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.
(q)
Punt tal-Bidu tal-Kreditu:
|
1. |
Parts jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi servizzi relatati: fil-każ ta’ parts jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx aktar tard mid-data reali tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent. |
|
2. |
Oġġetti kważi kapitali, inklużi servizzi relatati - makkinarju jew tagħmir, ġeneralment ta’ valur unitarju relattivament baxx, maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta’ oġġetti kważi kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx aktar tard mid-data reali tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jew mid-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur ikollu r-responsabbiltajiet għall-ikkummissjonar, imbagħad, l-aħħar punt tal-bidu ikun fl-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew tal-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista tas-servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard ikun l-ikkummissjonar. |
|
3. |
Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett - makkinarju jew tagħmir ta’ valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:
|
|
4. |
Impjanti jew fabbriki kompluti – unitajiet produttivi kompluti ta’ valur għoli li jirrikjedu l-użu ta’ oġġetti kapitali:
|
(r) Għajnuna Marbuta: għajnuna li fil-fatt (fil-liġi jew fil-fatt) tkun marbuta mal-akkwist ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew minn numru ristrett ta’ pajjiżi; din tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta’ finanzjament assoċjat b’livell ta’ konċessjonalità akbar minn żero fil-mija.
Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-‘irbit’ ikun bi ftehim formali jew bi kwalunkwe forma ta’ ftehim informali bejn ir-riċevitur u l-pajjiż donatur, kif ukoll jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom stabbiliti fl-Artikolu 32 tal-Arranġament li ma jkunux disponibbli b’mod liberu u sħiħ għall-finanzjament tal-akkwist mill-pajjiż riċevitur, mill-parti l-kbira tal-pajjiżi l-oħra kollha fil-fażi ta’ żvilupp u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqisu ekwivalenti għal tali irbit.
(s) Għajnuna Mhux Marbuta: għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li r-rikavati tagħhom ikunu disponibbli b’mod sħiħ u liberu għall-finanzjament tal-akkwist minn kwalunkwe pajjiż.
(t) Ħajja Medja Ponderata tal-Perjodu ta’ Ripagament: iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital ponderat skont il-porzjon tal-kapital imħallas lura f’kull data ta’ ripagament.
“ANNESS XV
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RATA TA’ REFERENZA TAL-IMGĦAX KUMMERĊJALI (CIRR)
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. DETERMINAZZJONI TAS-CIRR
|
(a) |
Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi CIRR għandu jibda billi jagħżel waħda miż-żewġ sistemi ta’ rata bażi li ġejjin għall-munita nazzjonali tiegħu:
L-eċċezzjonijiet għas-sistema tar-rata bażi għandhom ikunu miftiehma bejn il-Parteċipanti. |
|
(b) |
Is-CIRRs għandhom jiġu stabbiliti f’marġni fiss ta’ 100 punt bażi ’l fuq mir-rata bażi ta’ kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux qablu mod ieħor. |
|
(c) |
Parteċipanti oħra għandhom jużaw is-CIRR stabbilita għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f’dik il-munita. |
|
(d) |
Parteċipant jista’ jibdel is-sistema tar-rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż bil-quddiem ta’ sitt xhur u bil-parir tal-Parteċipanti. |
|
(e) |
Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat jista’ jagħmel proposta f’isem dak in-non-Parteċipant għad-determinazzjoni tas-CIRR f’dik il-munita bl-użu ta’ proċeduri tal-Linja Komuni f’konformità mal-Artikoli 56 sa 61. |
2. VALIDITÀ TAS-CIRRs
Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal tranżazzjoni ma għandhiex tkun iffissata għal perjodu itwal minn 120 jum. Għandu jiżdied marġni ta’ 20 punt bażi mas-CIRR rilevanti jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ finanzjarju uffiċjali jiġu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.
3. APPLIKAZZJONI TAS-CIRRs
|
(a) |
Meta jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata varjabbli, il-banek u istituzzjonijiet ta’ finanzjament oħrajn ma għandhomx jitħallew joffru l-għażla tal-inqas waħda mis-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir matul il-ħajja tas-self. |
|
(b) |
Fil-każ ta’ ripagament volontarju u bikri ta’ self jew ta’ kwalunkwe parti minnu, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni tal-gvern li tipprovdi l-appoġġ finanzjarju uffiċjali għall-kostijiet u t-telf kollha mġarrba bħala riżultat ta’ tali ripagament bikri, inkluż il-kost għall-istituzzjoni tal-gvern biex tissostitwixxi l-parti tad-dħul ta’ flus b’rata fissa interrotta mir-ripagament bikri. |
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi
4. DETERMINAZZJONI TAS-CIRRs GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET SKONT L-ANNESS II U L-ANNESS IV TAL-ARRANĠAMENT
|
(a) |
Is-CIRRs applikabbli għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali pprovdut f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari (l-Anness II) u għall-Enerġija Rinnovabbli, il-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u l-Adattament għalih u l-Proġetti tal-Ilma (l-Anness IV) jiġu ddeterminati bl-użu tar-rati u l-marġnijiet bażi li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm data disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 4 a) ta’ hawn fuq, u fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness XV għat-termini ta’ ripagament ta’ inqas minn 11-il sena. |
5. DETERMINAZZJONI TAS-CIRRs GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET SKONT L-ANNESS V U L-ANNESS VI TAL-ARRANĠAMENT
Parteċipant li jipprovdi appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b’rata fissa f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Settorjali għall-Infrastruttura Ferrovjarja (l-Anness V) jew it-Termini u l-Kundizzjonijiet Applikabbli għat-Tranżazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-Proġetti (l-Anness VI): għandhom japplikaw, bħala rati minimi tal-imgħax:
|
(a) |
Għal termini ta’ ripagament sa 12-il sena inklużi, is-CIRR rilevanti f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness XV. |
|
(b) |
Għal terminu ta’ ripagament li jaqbeż it-12-il sena, is-CIRRs iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness XV, u magħhom għandhom jiżdiedu 20 punt bażi għall-muniti kollha. |
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet operazzjonali għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (CIRRs)
6. KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Is-CIRRs għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness XV għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat permezz ta’ komunikazzjoni istantanja mill-inqas kull xahar għaċ-ċirkolazzjoni lill-Parteċipanti kollha. |
|
(b) |
Tali notifika għandha tasal għand is-Segretarjat mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar kopert minn din l-informazzjoni. Imbagħad, is-Segretarjat għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
7. DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX
Kwalunkwe bidla fis-CIRRs għandha tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta’ kull xahar.
8. BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX
Meta l-iżviluppi tas-suq jirrikjedu n-notifika ta’ emenda ta’ CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika ta’ din l-emenda.
(1) Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni dwar l-OECD.
(2) Iddefiniti mill-Bank Dinji kull sena skont l-ING per capita.
(3) L-istatus ta’ pajjiż f’termini ta’: (1) jekk hux pajjiż b’Introjtu Għoli (kif definit mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont l-ING per capita), (2) jekk hux sieħeb fl-OECD u (3) jekk hux parti miż-Żona tal-Euro jiġi rieżaminat fuq bażi annwali. L-identifikazzjoni ta’ pajjiż skont l-Artikolu 23 c) bħala pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli kif ukoll it-tneħħija ta’ tali identifikazzjoni jidħlu fis-seħħ biss wara li l-klassifikazzjoni tal-introjtu tal-pajjiż (Introjtu Għoli jew mod ieħor) tkun baqgħet l-istess għal sentejn konsekuttivi. Bidla fl-identifikazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli kif ukoll it-tneħħija ta’ tali identifikazzjoni relatata ma’ bidla fis-sħubija tal-OECD jew jekk isir parti miż-Żona tal-Euro jidħlu fis-seħħ immedjatament meta jsir ir-rieżami annwali tal-istatus tal-pajjiżi.
(4) Il-valutazzjoni ta’ jekk Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali hijiex ġeneralment eżentata mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-flus tal-pajjiż li fih tinsab għandha ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness X. Il-Parteċipanti għandhom iżommu lista tal-istituzzjonijiet meqjusa li jissodisfaw il-kriterji u, għalhekk, soġġetti għar-rati tal-primjum għat-Tranżazzjonijiet b’Parametri Referenzjarji tas-Suq.
(5) Sabiex tikkwalifika bħala tranżazzjoni garantita b’assi, irid ikun hemm interess ta’ garanzija tal-ewwel prijorità fuq l-assi li jkun qed jiġi ffinanzjat; u, fil-każ ta’ struttura ta’ lokazzjoni, assenjazzjoni u/jew interess ta’ garanzija tal-ewwel prijorità b’rabta mal-pagamenti tal-lokazzjoni.
(6) Biex tikkwalifika bħala tranżazzjoni ta’ finanzjament ta’ proġett, it-tranżazzjoni għandha tissodisfa l-Kriterji Bażiċi stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness VI tal-Arranġament.
(7) Minkejja dan il-livell limitu, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi soġġetti għall-Parametri Referenzjarji tas-Suq li jużaw it-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti taħt l-Anness V (ferroviji) jew l-Anness VI (finanzjament ta’ proġetti), għandhom japplikaw ir-regoli minimi rilevanti għal parteċipazzjoni f’self kummerċjali applikabbli taħt dawk l-Annessi.
(8) Dan il-kriterju tal-porzjon ta’ 25 % jista’ jiġi ssodisfat meta l-porzjon ta’ ħlas mhux fi flus kontanti ta’ tranżazzjoni li tinvolvi bank wieħed li jirċievi kopertura minn ECA jinkludi porzjon mhux kopert ta’ mill-inqas 25 %. Tali tranżazzjonijiet iridu jissodisfaw il-kriterji l-oħra kollha tas-subparagrafu 1, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet pari passu ta’ dan l-inċiż.
(9) Meta l-obbligant/il-garanti jiġi kklassifikat minn aktar minn CRA Akkreditata waħda, il-klassifikazzjoni tas-CRA hija l-aħjar klassifikazzjoni tal-munita barranija disponibbli fuq bażi superjuri mhux garantita għall-obbligant (jew għall-garanti). Is-Segretarjat għandu jiġbor u jżomm lista ta’ tali CRAs akkreditati.
(10) F’każ li entità rilevanti tal-ipprezzar tas-suq b’Isem Speċifiku ma tkunx ikklassifikata minn CRA akkreditata, allura l-ipprezzar tas-suq li jirriżulta għandu jitqies li huwa taħt ir-rata korrispondenti tat-TCMB u jkun soġġett għal notifika minn qabel f’konformità mal-Artikolu 46.
(11) Ir-rati tal-primjum mitluba għal tranżazzjonijiet b’garanzija ta’ parti terza mogħtija minn obbligant f’pajjiż tal-Kategorija 0, pajjiż tal-OECD b’Introjtu Għoli, pajjiż taż-Żona tal-Euro b’Introjtu Għoli, jew minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali meqjusa li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness X huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 c).
(12) Fil-każ ta’ garanzija ta’ parti terza, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej iridu jkunu relatati mal-istess entità, jiġifieri jew l-obbligant jew il-garanti.
(13) Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li huma eliġibbli biex jiġu kklassifikati f’waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż ma jistgħux jiġu kklassifikati jekk ġeneralment ma jirċevux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Għal tali pajjiżi mhux ikklassifikati, il-Parteċipanti huma liberi li japplikaw il-klassifikazzjoni tar-riskji tal-pajjiż li jqisu xierqa.
(14) Ir-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tax-xerrejja għandhom jinftiehmu li jistipulaw l-aktar klassifikazzjoni favorevoli li tista’ tiġi applikata, eż. xerrej sovran jista’ jiġi kklassifikat fi klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej inqas favorevoli.
(15) L-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Aħjar minn Sovran (SOV+) huma 10 % inqas mill-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Sovran (CC0).
(16) Meta l-mutwatarju mhux sovran jiġi kklassifikat minn aktar minn CRA waħda akkreditata, in-notifika tkun meħtieġa biss meta l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej tkun aktar favorevoli mill-aktar klassifikazzjoni favorevoli tas-CRA.
(17) Ir-rieżami għadu għaddej.
(18) Abbażi tar-rieżami annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiż tiegħu, għall-finijiet tal-eliġibbiltà għall-għajnuna marbuta jintuża limitu ta’ Introjtu Nazzjonali Gross (ING) per capita; dan il-limitu huwa disponibbli fuq is-sit web tal-OECD (https://www.oecd.org/trade/topics/export-credits/arrangement-and-sector-understandings/financing-terms-and-conditions/).
(19) Madankollu, f’każijiet meta x-xerrej tal-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija jkun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali ma għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari.
(20) Ir-rekwiżit ta’ rapportar ta’ ripagament semiannwali ex ante ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru żgħar b’ammont totali ffinanzjat ta’ inqas minn USD 5 miljun (jiġifieri tranżazzjonijiet de minimis).
(21) Għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni meta l-klassifikazzjoni tar-riskji proposta ta’ xerrej/mutwatarju taqbeż il-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sovran ospitanti.
(22) Għal tranżazzjoni b’valur tal-kuntratt ta’ esportazzjoni ta’ inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant li ma jixtieqx isegwi l-proċedura ta’ klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fl-Artikoli 6 sa 8 ta’ dan l-Appendiċi għandu japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji ‘8’ għax-xerrej/għall-mutwatarju li jkun is-suġġett tat-tranżazzjoni u għandu jinnotifika t-tranżazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
(23) Għal tranżazzjonijiet b’valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni ta’ inqas minn USD 5 miljun, għandu japplika perjodu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.
(24) Flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduta bir-rispett dovut għad-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità).
(25) Flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduta bir-rispett dovut għad-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità).
(26) Għall-finijiet ta’ dan il-kwestjonarju, l-‘Istat’ huwa l-pajjiż li qed jiġi propost li jiżdied mal-Lista tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town skont l-Appendiċi II, it-Taqsima 2 II tal-ASU. Fejn xieraq, dawn il-mistoqsijiet għandhom jitwieġbu wkoll fir-rigward tal-liġijiet tal-‘unità territorjali’ partikolari tal-Istat li fih jinsab l-operatur rilevanti ta’ inġenju tal-ajru [jew korp rilevanti ieħor kif stabbilit fl-Artikolu 35 (b) tal-Appendiċi II] u l-‘liġi nazzjonali’ għandha tinqara bħala li tinkludi referenza għal-liġi lokali rilevanti.
(27) Għall-finijiet ta’ dan il-kwestjonarju, ‘liġi nazzjonali’ tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha ta’ Stat, inklużi iżda mhux biss, il-Kostituzzjoni u l-Emendi għaliha, kwalunkwe liġi jew regolament federali, statali u distrettwali.
(28) Pereżempju, li (i) it-trattati jipprevalu fuq liġi oħra bis-saħħa ta’ liġi qafas kostituzzjonali jew simili fl-Istat X, jew (ii) il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa fl-Istat X, u ġiet ippromulgata b’mod espliċitu biex tistabbilixxi l-prijorità tat-Trattat ta’ Cape Town u/jew tissostitwixxi tali liġi oħra, jew (iii) it-Trattat ta’ Cape Town jew il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu hija (a) aktar speċifika minn liġi oħra (lex specialis derogat legi generali), u/jew (b) aktar riċenti minn tali liġi oħra (lex posterior derogat legi priori), u bħala riżultat ta’ (a) u/jew (b) tipprevali fuq tali liġi oħra.
(29) Pereżempju, hemm xi raġuni għaliex id-drittijiet u r-rimedji mogħtija lill-kredituri skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk mogħtija skont il-QDs, ma jkunux (a) rikonoxxuti bħala effettivi jew (b) suffiċjenti waħedhom, biex tali drittijiet u rimedji jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod validu fl-Istat?
(30) Eżempju ta’ azzjoni amministrattiva għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija jista’ jkun in-nuqqas tal-Istat milli jimplimenta kwalunkwe proċedura jew riżorsa li tagħti effett lil dispożizzjoni tal-Konvenzjoni jew lil Dikjarazzjoni ta’ Kwalifika. Eżempju ieħor ikun in-nuqqas ta’ Stat li jistabbilixxi proċeduri xierqa fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru tiegħu għar-reġistrazzjoni tal-IDERAs.
(31) Jekk jogħġbok inkludi fl-analiżi tiegħek kwalunkwe preċedent/deċiżjoni relatata mar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-kredituri, inklużi ECAs, fejn rilevanti.
(32) Dan il-kliem għandu jibqa’ sakemm il-Parteċipanti jaqblu dwar lista komprensiva ta’ parametri ta’ referenza speċifiċi u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022.
(*1) Indika n-numru ta’ multipli ta’ USD 300 miljun li jaqbżu l-USD 2 000 miljun.
(33) Huwa mifhum li r-Rakkomandazzjoni tal-2012 tapplika bl-istess mod għall-proġetti li ma humiex eliġibbli għal dawn it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji.
(34) It-terminu massimu ta’ ripagament għal riggijiet tat-tip jack up użati fl-installazzjoni ta’ turbini tar-riħ għandu jkun ta’ 12-il sena.
(35) Fil-każ ta’ impjant li jaħdem bil-gass naturali, hija mistennija li tinkiseb intensità tal-karbonju ferm aktar baxxa.
(36) Effiċjenza fil-konverżjoni tal-enerġija tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) = (Sħana netta esportata mill-fwar/is-sħana jew il-valur kalorifiku [LHV] ipprovdut mill-karburant) (× 100 %).
(37) Effiċjenza tal-gassifikatur = (Valur kalorifiku tal-gass għal kull kilo ta’ karburant użat/valur kalorifiku nett medju (LHV) ta’ kg ta’ karburant) (× 100 %).
(38) Ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni IPCC: It-Tibdil fil-Klima 2007, http://www.ipcc.ch/publications_and_data/ar4/wg3/en/ch4s4-3-5.html
(39) L-effiċjenza totali tas-sistema (ηo) ta’ sistema ta’ CHP hija s-somma tal-output nett tal-enerġija utli (WE) u l-outputs netti termali utli (ΣQTH) diviżi bl-input totali ta’ fjuwil (QFUEL), kif muri hawn taħt:
(40) Is-sistemi tat-trasport bil-cable cars assoċjati ma’ attivitajiet rikreattivi bħall-iskijjar ma humiex eliġibbli għall-appoġġ skont dan l-Anness.
(*2) Indika n-numru tal-multipli ta’ SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, eż. SDR 410 miljun għandhom ikunu nnotifikati bħala Kategorija XV + 3.
(41) Normalment, dan ikun riskju fuq il-bank ċentrali jew il-Ministeru tal-Finanzi. Għal entitajiet tal-gvern ċentrali li ma jkunux il-ministeru tal-finanzi, għandha ssir id-diliġenza dovuta sabiex jiġi affermat li l-entità timpenja r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran.
(42) Għal Tranżazzjoni ta’ Referenza tas-Suq, ir-rata tal-primjum li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej ma tistax tkun anqas mill-Primjum Attwarju Minimu applikabbli.
(43) Għall-impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, skont l-Artikolu 1 a) 1) tal-Anness II. Għall-Anness IV, dan jinkludi proġetti kbar ġodda tal-enerġija idroelettrika, il-Proġetti tal-Klassi A tal-Appendiċi II u l-Proġetti ta’ Adattament tal-Appendiċi III.
(44) Għall-impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, skont l-Artikoli 1 a) 2) sa 4) tal-Anness II. Għall-Anness IV, dan jinkludi l-proġetti kollha mhux koperti fin-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq.