ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 26

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
30ta' Jannar 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/180 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2474 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/181 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/182 tat-23 ta’ Novembru 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq ( 1 )

5

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/183 tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju għall-prodotti mediċinali veterinarji stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/184 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Bracigliano (IĠP))

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/185 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jniedi rieżami ta’ esportatur ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/186 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/187 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness XI-B ta’ dak il-Ftehim

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/188 tat-23 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/189 tat-23 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/190 tas-27 ta’ Jannar 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/191 tas-27 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

44

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/180

tas-27 ta’ Jannar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2474 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2474 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(19) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2022/2474, li emenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (2) u introduċa miżuri restrittivi ulterjuri biex jissospendi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew li huma diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti mezzi tal-media msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474. Skont l-Artikolu 1, il-punt (19), tar-Regolament (UE) 2022/2474, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kunsill.

(2)

Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)   ĠU L 322 I, 16.12.2022, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/181

tas-27 ta’ Ġunju 2022

li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Malti, bis-Sloven u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (3) fihom żbalji fl-Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu fir-rigward ta’ bidliet żgħar fl-operazzjonijiet tal-benefiċjarji u fl-eliġibbiltà ta’ kwalunkwe parti tal-operazzjoni u tal-objettivi globali tagħha.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Malti, bis-Sloven u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 jiġu rretifikati skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 53(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jiġu implimentati bidliet żgħar fil-limiti tal-ammont inizjalment approvat għall-appoġġ eliġibbli, mingħajr approvazzjoni minn qabel, dment li dawn ma jaffettwawx l-eliġibbiltà ta’ kwalunkwe parti tal-operazzjoni u tal-objettivi globali tagħha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/182

tat-23 ta’ Novembru 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(d) u (e), l-Artikolu 53(1)(d)(ii) u l-Artikolu 77(1)(k) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża u Olandiża tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 (2) fihom żball fil-frażi introduttorja tal-punti 2 u 3 li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża u Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 45).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/183

tat-23 ta’ Novembru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju għall-prodotti mediċinali veterinarji stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 146(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti referenzi għar-rekwiżiti għall-istudji prekliniċi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 hemm bżonn li jiġu adattati biex jirriflettu l-fatt li l-konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju mhijiex meħtieġa fir-rigward tal-istudji tal-effikaċja, iżda biss għall-istudji dwar is-sikurezza. Il-punt I.1.6, il-punt I.2.3.(1)(b), il-punt I.2.4.(2)(b), il-punt IIIb.3 A(2) u l-punt IIIb.4B.(4)(b) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu adattati skont dan, u b’hekk jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet dwar il-konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju jiġu applikati b’mod korrett. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ġiet ikkonsultata.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/6 jiġi emendat skont dan.

(3)

Peress li l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6, kif sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/805 (2) ilu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data sabiex tiġi evitata ripetizzjoni bla bżonn tal-istudji farmakoloġiċi, tossikoloġiċi, tar-residwi u tas-sikurezza preklinika mwettqa fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/805 tat-8 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 3).


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/6 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt I.1.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

I.1.6.

“L-istudji farmakoloġiċi, tossikoloġiċi, tar-residwi u prekliniċi dwar is-sikurezza għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP) stabbiliti fid-Direttivi 2004/10/KE (*) u 2004/9/KE (**) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(*)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44)."

(**)  Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28) ” "

(2)

fil-punt I.2.3(1), is-subpunt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

dikjarazzjoni ta’ konformità mal-GLP għall-istudji prekliniċi dwar is-sikurezza, fejn applikabbli, flimkien ma’ diskussjoni dwar il-kontribut li jista’ jagħti kwalunkwe studju mhux ta’ GLP għall-valutazzjoni ġenerali tar-riskju, u ġustifikazzjoni tal-istatus mhux ta’ GLP”;

(3)

fil-punt I.2.4(2), is-subpunt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

dikjarazzjoni ta’ konformità mal-GLP għall-istudji prekliniċi dwar is-sikurezza, fejn applikabbli, flimkien ma’ diskussjoni dwar il-kontribut li jista’ jagħti kwalunkwe studju mhux ta’ GLP għall-valutazzjoni ġenerali tar-riskju, u ġustifikazzjoni tal-istatus mhux ta’ GLP”;

(4)

fil-punt IIIb.3 A, is-subpunt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

L-istudji prekliniċi dwar is-sikurezza għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti tal-GLP.

L-istudji mhux GLP jistgħu jiġu aċċettati għal studji dwar speċijiet mhux fil-mira kif ukoll studji li jevalwaw il-proprjetajiet immunoloġiċi, bijoloġiċi jew ġenetiċi tar-razez tal-vaċċin, f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod adegwat. Devjazzjonijiet oħra għandhom jiġu ġġustifikati”;

(5)

fil-punt IIIb.4B, jitħassar is-subpunt (4)(b).


(*)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).

(**)  Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28) ” ”


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/184

tat-23 ta’ Jannar 2023

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Ciliegia di Bracigliano” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Ciliegia di Bracigliano” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni b’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Ciliegia di Bracigliano” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Ciliegia di Bracigliano” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343 du 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 343, 7.9.2022, p. 72.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/185

tas-27 ta’ Jannar 2023

li jniedi rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   TALBA

(1)

Fis-17 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

(2)

It-talba tressqet minn Seven Star Lemon Technology co., Ltd., (“l-applikant”), produttur esportatur tal-aċidu ċitriku fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI

(3)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (il-kodiċijiet TARIC 2918150011 u 2918150019) u li joriġina mir-RPĊ.

3.   MIŻURI EŻISTENTI

(4)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 (2) li skontu l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inkluż il-prodott li hu prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta’ 42,7 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b’mod speċjali fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament li huma suġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

4.   RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI

(5)

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping (mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007).

(6)

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami li huma soġġetti għad-dazji anti-dumping fis-seħħ.

(7)

Fl-aħħar nett, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li beda jesporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, jiġifieri f’Ġunju 2021.

5.   PROĊEDURA

5.1.   Bidu

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli u kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta’ rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-għan li jiġi ddeterminat il-marġni individwali ta’ dumping tal-applikant. Jekk jinstab li hemm dumping, il-Kummissjoni se tiddetermina l-livell tad-dazju li għandhom ikunu soġġetti għalih l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant.

(9)

Skont l-Artikolu 11(4), il-valur normali għall-applikant għandu jiġi determinat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(1) sa (6a) tar-Regolament bażiku, peress li l-aħħar rieżami ta’ skadenza tal-miżuri tnieda wara l-20 ta’ Diċembru 2017.

(10)

Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bit-talba għal rieżami fit-28 ta’ Novembru 2022 u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw sat-12 ta’ Diċembru 2022.

(11)

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġiet ippubblikata Notifika (3) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

5.2.   Ir-revoka tal-miżuri eżistenti u r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet

(12)

Skont Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant jitħassar. Fl-istess ħin, jenħtieġ li tali importazzjonijiet isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li d-dazji anti-dumping ikunu jistgħu jiġu imposti mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet jekk ir-rieżami jikkonkludi f’sejba li jkun hemm dumping fir-rigward tal-applikant. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex possibbli, f’dan l-istadju, li tingħata stima affidabbli tal-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Jekk it-talba tiġi rtirata u r-rieżami jintemm, l-ammont tar-responsabbiltà għall-importazzjonijiet irreġistrati se jkun ibbażat fuq ir-rata tad-dazju anti-dumping stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/607 għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri 42,7 %.

5.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

(13)

L-investigazzjoni tar-rieżami se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). Madankollu, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li teżamina wkoll jekk it-tranżazzjonijiet setgħux seħħew f’perjodu sussegwenti, u tista’ temenda l-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kif xieraq fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni.

5.4.   L-investigazzjoni tal-applikant

(14)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-applikant kwestjonarju fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2652. L-applikant irid jippreżenta l-kwestjonarju mimli fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

5.5.   Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

(15)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

5.6.   Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

(16)

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.   Struzzjonijiet għall-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

(17)

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(18)

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiv) (4). Il-partijiet interessati li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

(19)

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (“Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”). Jenħtieġ li dawn it-taqsiriet ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

(20)

Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

(21)

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni.

(22)

Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf.

(23)

Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://europa.eu/!7tHpY3

(24)

Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għal sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Brussels

BELGIUM

TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi

Posta elettronika: TRADE-R789-CA@ec.europa.eu

6.   NONKOOPERAZZJONI

(25)

Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(26)

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(27)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u, għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(28)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

(29)

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

(30)

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ ikun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

(31)

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://policy.trade.ec.europa.eu/contacts/hearing-officer_en.

8.   SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(32)

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

9.   PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(33)

Kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (5).

(34)

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/cef4ace2-299e-4e29-a17e-d450f34a23a5/details,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan qed jingħata bidu għal rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 sabiex jiġi ddeterminat jekk jenħtiġx li jiġi impost dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku u taċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (il-kodiċijiet TARIC 2918150011 u 2918150019), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, prodotti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Seven Star Lemon Technology co., Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC A023).

Artikolu 2

Id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikoli 11(4) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew xi tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data meta ġie ppubblikat dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73.

(3)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020XC0316(02)

(4)  Dokument “ Sensitive ” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/186

tas-27 ta’ Jannar 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-fini ta’ ekwivalenza, u li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ informazzjoni u talbiet ġodda li rċeviet il-Kummissjoni mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet f’dik il-lista.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A għar-Repubblika Dominicana, il-Gwatemala u El Salvador minħabba nuqqas ta’ operaturi.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “EKO-CONTROL SK s.r.o.” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-pajjiżi terzi kollha li għalihom hija rikonoxxuta.

(4)

Fir-rapport annwali tagħha u wara talbiet sussegwenti, “LETIS S.A.” naqset milli tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar ir-rapport ta’ valutazzjoni maħruġ mill-korp ta’ akkreditazzjoni tagħha skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3) dwar prodotti tal-akkwakultura u algi mhux ipproċessati li għalihom hija rikonoxxuta.

(5)

Barra minn hekk, “LETIS S.A.” ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha relatata mad-dossier tekniku tagħha.

(6)

“LETIS S.A.” naqset ukoll milli tieħu miżuri korrettivi adegwati b’reazzjoni għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika osservati mill-Kummissjoni u l-ksur tagħhom. In-nuqqas ta’ konformità u l-ksur osservati jinkludu: (i) l-eżistenza ta’ diversi notifiki tal-OFIS li jinvolvu dak il-korp ta’ kontroll; u (ii) investigazzjonijiet ta’ segwitu inadegwati minn “LETIS S.A.” ta’ dawk in-notifiki tal-OFIS.

(7)

Fl-aħħar nett, wara l-awditu ta’ “LETIS S.A.” mwettaq mill-Kummissjoni fl-2021, “LETIS S.A” naqset milli turi li implimentat miżuri ta’ kontroll effettivi u msaħħa u li ħadet l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni. Dan joħloq riskju għall-konsumatur li jiġi żgwidat dwar in-natura vera tal-prodotti ċċertifikati minn “LETIS S.A.”.

(8)

Għal kull waħda mill-erba’ raġunijiet stabbiliti fil-premessi (4)-(7) hawn fuq, u f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (d)(ii), (iii), (v) u (vii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (4), jenħtieġ li “LETIS S.A.” tiġi rtirata mil-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata għal “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

CO-BIO-104

Il-Kolombja

x

x

DO-BIO-104

Ir-Repubblika Dominicana

GT-BIO-104

Il-Gwatemala

MX-BIO-104

Il-Messiku

x

x

x

SV-BIO-104

El Salvador

— ”

(2)

l-entrata għal “EKO-CONTROL SK s.r.o.” titħassar;

(3)

l-entrata għal “LETIS S.A.” titħassar.


DEĊIŻJONIJIET

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/187

tat-23 ta’ Jannar 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness XI-B ta’ dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel paragrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

L-Artikolu 65 tal-Ftehim stabbilixxa is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (is-“Sottokumitat SPS”), li għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-Kapitolu 4 (Miżuri sanitarji u fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet Relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, inkluż l-implimentazzjoni tiegħu, u għandu s-setgħa li jagħmel rieżami u jimmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim.

(3)

Matul iIs-Sottokumitat SPS għandu jadotta deċiżjoni li timmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim, li fih lista ta’ approssimazzjoni tal-miżuri leġislattivi sanitarji u fitosanitarji,tat-trattament xieraq tal-annimali u oħrajn li għalihom il-Georgia għandha gradwalment tapprossima l-miżuri leġiżlattivi tagħha sanitarji u fitosanitarji, tat-trattament xieraq tal-annimali u oħrajn skont l-Artikolu 55(1) tal-Ftehim.

(4)

Is-Sottokumitat tal-SPS iffinalizza l-lista ta’ approssimazzjoni stabbilita fl-Anness XI-B tal-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju UE-Georgia (2).

(5)

F’seba’ laqgħat annwali tas-Sottokumitat SPS, il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fir-rigward tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni. Il-Georgia infurmat ukoll lill-Kummissjoni bl-atti legali tal-Unjoni li jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness XI-B meta jitqies li dawk l-atti legali tal-Unjoni mhumiex rilevanti għall-Georgia peress li huma applikabbli biss għall-Istati Membri.

(6)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/2017 ‘l hawn, diversi atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness XI-B tal-Ftehim ġew mħassra u xi wħud minn dawk l-atti legali imħassra ġew sostitwiti b’atti legali tal-Unjoni ġodda, filwaqt li. atti legali oħra tal-Unjoni eżawrew l-effett legali tagħhom.

(7)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġi modifikat l-Anness XI-B tal-Ftehim sabiex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni elenkat f’dak l-Anness u li jiġi sostitwit.

(8)

Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fis-Sottokumitat SPS fir-rigward tal-modifika tal-Anness XI-B tal-Ftehim,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (is-“Sottokumitat tal-SPS”) stabbilit mill-Artikolu 65 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness XI-B tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Bidliet tekniċi żgħar għall-abbozz ta’ Deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-SPS mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, li ma jipperikolawx il-ksib tal-objettiv ta’ dawk il-modifiki tal-Anness XI-B tal-Ftehim, jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat tal-SPS mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-sottokumitat sanitarju u fitosanitarju UE-Georgia tas-7 ta’ Marzu 2017 li timmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [2017/683] (ĠU L 98, 11.4.2017, p. 22).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru ... /2022 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU UE-GEORGIA

ta’…

li timmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU UE-GEORGIA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikoli 55 u 65 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

Skont l-Artikolu 55(1) tal-Ftehim, il-Georgia għandha tapprossima gradwalment il-miżuri leġiżlattivi tagħha fis-settur sanitarju u fitosanitarju u tat-trattament xieraq tal-annimali għal dawk tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness XI-B tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 65 tal-Ftehim stabbilixxa s-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (is-“Sottokumitat SPS”), li għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-Kapitolu 4 (Miżuri sanitarji u fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet Relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, inkluż dwar l-implimentazzjoni tiegħu, u li għandu s-setgħa li jagħmel rieżami u jimmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim.

(4)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju UE-Georgia (2) ’l hawn, diversi atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness XI-B tal-Ftehim ġew mħassra u xi wħud minn dawk l-atti legali mħassra ġew sostitwiti b’attilegali tal-Unjoni ġodda , filwaqt li atti legali oħra tal-Unjoni eżawrew l-effett legali tagħhom. Barra minn hekk, il-Partijiet għall-Ftehim iqisu li għadd limitat ta’ atti legali tal-Unjoni mhumiex rilevanti għall-Georgia billi japplikaw biss għall-Istati Membri.

(5)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġi modifikat l-Anness XI-B tal-Ftehim sabiex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni elenkat f’dak l-Anness u li jiġi ssostitwit. Huwa wkoll xieraq li l-Georgia jingħatalha perjodu li matulu tapprossimizza l-leġiżlazzjoni tagħha mal-atti legali l-ġodda tal-Unjoni. Għaldaqstant, skadenzi ġodda għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Georgia mal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness XI-B tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu indikati fihom.

(6)

Huwa xieraq li s-Sottokumitat SPS jieħu deċiżjoni biex jimmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim biex jinkludi l-lista kif tinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI-B tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, huwa b’dan modifikat skont kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u sostitwit minnu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi ...,

Għas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju UE-Georgia

Il-President

Segretarji


(1)   ĠU UE L 261, 30.08.2014, p. 4.

(2)  Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-sottokumitat sanitarju u fitosanitarju UE-Georgia tas-7 ta' Marzu 2017 li timmodifika l-Anness XI-B tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [2017/683] (ĠU UE L 98, 11.4.2017, p. 22).


ANNESS

MODIFIKA TAL-ANNESS XI-B TAL-FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI

L-Anness XI-B tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa b’dan modifikat u għandu jaqra kif ġej:

“ANNESS XI-B

LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UNJONI LI GĦANDHA TIĠI APPROSSIMATA MILL-GEORGIA

F’konformità mal-Artikolu 55(1) ta’ dan il-Ftehim, il-Georgia għandha tapprossima l-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tidher hawn taħt fi żmien il-perjodi ta’ żmien elenkati hawn taħt.

 

Leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Skadenza għall-approssimazzjoni

 

Taqsima 1 — Veterinarja

 

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97.

2015

2.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered.

2016

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2017

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva.

2017

5.

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE.

2017

6.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2018

7.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

2019

8.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 tal-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi speċifiċi tal-kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur.

2019

9.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/130/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja.

2019

10.

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf.

2019

11.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 tal-14 ta’ Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali tal-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija coccidiostats u histomonostats.

2019

12.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 82/475/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1982 li telenka l-kategoriji ta’ materjali tal-għalf li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet tal-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi.

2020

13.

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE.

2020

14.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji.

2020

15.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf.

2020

16.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf.

2021

17.

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali.

2021

18.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf.

2021

19.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam.

2021

20.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja.

2022

21.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela.

2022

22.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali.

2022

23.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla.

2022

24.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta’ Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE.

2022

25.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam.

2022

26.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ kontroll u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE.

2022

27.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97.

2022

28.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid.

2023

29.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2013 tal-4 ta’ Frar 2013 dwar l-użu tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ fuq karkassi bovini.

2023

30.

Ir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE.

2023

31.

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali.

2023

32.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/160 tal-4 ta’ Frar 2022 li jistabbilixxi frekwenzi minimi uniformi ta’ ċerti kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1082/2003 u (KE) Nru 1505/2006.

2023

33.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali.

2024

34.

Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE.

2024

35.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/671 tal-4 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti ġerminali, kif ukoll dwar azzjonijiet ta’ segwitu li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti f’każ ta’ nonkonformità mar-regoli ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini jew f’każ ta’ nonkonformità matul it-tranżitu mill-Unjoni ta’ ċerti annimali bovini, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/98.

2024

36.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat.

2025

37.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”).

2025

38.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE.

2025

39.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis.

2026

40.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat.

2026

41.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti.

2026

42.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2027

43.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha.

2027

44.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

2027

45.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae.

2027

46.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/354 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE.

2028

47.

Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”).

2028

 

Taqsima 2 — Sikurezza tal-ikel

 

48.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel.

2015

49.

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel.

2015

50.

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali.

2015

51.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel.

2015

52.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004.

2015

53.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali.

2015

54.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali.

2015

55.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE.

2015

56.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel.

2015

57.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

2015

58.

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE.

2016

59.

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004.

2016

60.

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel.

2016

61.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel.

2016

62.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/63/UE tal-24 ta’ Jannar 2013 li tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2016

63.

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel.

2016

64.

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel.

2016

65.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta’ vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel.

2016

66.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali.

2016

67.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel.

2016

68.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel.

2016

69.

Id-Direttiva 2011/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel.

2017

70.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/608/KEE tal-14 ta’ Novembru 1992 li tistabbilixxi metodi għall-analiżi u t-testjar ta’ ħalib ittrattat bis-sħana għall-konsum dirett mill-bniedem.

2017

71.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 645/2000 tat-28 ta’ Marzu 2000 li jniżżel regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati neċessarji għall-funzjonament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE li jikkonċernaw l-arranġamenti għas-sorveljanza tal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix rispettivament.

2017

72.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel.

2017

73.

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009.

2017

74.

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE.

2018

75.

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE.

2018

76.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/787/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-gwida teknika għall-ikkampjunar u l-osservazzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u materjal prodott minn organiżmi modifikati ġenetikament bħala jew fi prodotti fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003.

2018

77.

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

2018

78.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2019

79.

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001.

2019

80.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/618/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 dwar l-aspetti xjentifiċi u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni neċessarja sabiex tappoġġja applikazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid u ingredjenti ta’ ikel ġdid u l-preparazzjoni ta’ rapporti inizjali ta’ valutazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2019

81.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

2019

82.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli.

2019

83.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali.

2019

84.

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97.

2020

85.

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE.

2020

86.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2020

87.

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 78/142/KEE tat-30 ta’ Jannar 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti li fihom il-monomer tal-klorur tal-vinil u li huma maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel.

2020

88.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/2/KEE tat-13 ta’ Jannar 1992 li tistabbilixxi l-proċedura għat-teħid tal-kampjuni u għall-metodu Komunitarju tal-analiżi għall-kontroll uffiċjali tat-temperaturi tal-ikel iffriżat ta’ malajr u maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2020

89.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti ta’ l-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem.

2020

90.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2005 tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar il-monitoraġġ tat-temperatura f’mezzi ta’ trasport, ħżin u magazzinaġġ ta’ ikel quick-frozen maħsub għall-konsum uman.

2020

91.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista tas-sustanzi aromatizzanti stipulata bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE.

2021

92.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel.

2021

93.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati.

2021

94.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/11/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar ir-rilaxx tas-sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosatabbli mill-gażażi u soothers tal-elastomeri jew tal-lastiku naturali.

2021

95.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1895/2005 tat-18 ta’ Novembru 2005 dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti epoksi derivati fil-materjali u fl-artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

2021

96.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati f’ċerti oġġetti tal-ikel.

2021

97.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE tal-11 ta’ Settembru 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq il-post li jridu jitwettqu dwar l-importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat u majjali u laħam frisk minn pajjiżi mhux membri.

2022

98.

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel.

2022

99.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

2022

100.

Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali.

2022

101.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/40/KE tas-16 ta’ Mejju 2003 li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta’ tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita b’ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat.

2022

102.

Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament.

2022

103.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur.

2022

104.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf.

2022

105.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660.

2022

106.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat.

2023

107.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/608/KE tas-27 ta’ Settembru 2000 li tikkonċerna n-noti ta’ gwida għall-istima ta’ riskju deskritta fl-Anness III tad-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu kontenut ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament.

2023

108.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE.

2023

109.

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel.

2023

110.

Id-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti taċ-ċeramika maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel.

2023

111.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta’ Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż.

2023

112.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi għal residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi użati f’annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2002/657/KE u 98/179/KE.

2023

113.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2024

114.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat-28 ta’ Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar.

2024

115.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal.

2024

116.

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tistabbilixxi l-lista tas-simulanti sabiex jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel.

2024

117.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira.

2024

118.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel.

2024

119.

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali).

2024

120.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/711/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel.

2025

121.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/794/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar il-monitoraġġ tal-livelli tad-dijossina, PCBs li jixbhu d-dijossina u PCBs mhux bħad-dijossina fil-prodotti tal-ikel.

2025

122.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/644 tal-5 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 589/2014.

2025

123.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006.

2025

124.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC).

2025

125.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/598/KE tal-11 ta’ Awwissu 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni mill-patulin fil-meraq tat-tuffieħ u l-ingredjenti tal-meraq tat-tuffieħ f’xorb ieħor.

2026

126.

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza.

2026

127.

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti.

2026

128.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2013 tal-20 ta’ Settembru 2013 li jistipula r-regoli għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet).

2026

129.

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel.

2026

130.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 450/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

2026

131.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong, iċ-Ċina.

2026

132.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006.

2026

133.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2011 tal-1 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi.

2026

 

Taqsima 3 — Protezzjoni tal-pjanti

 

134.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/63/UE tas-6 ta’ Frar 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte f’żoni tal-Unjoni fejn il-preżenza tiegħu hija kkonfermata.

2015

135.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/105/KE tal-15 ta’ Ottubru 2004 li tiddetermina l-mudelli ta’ ċertifikati fitosanitarji uffiċjali jew ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni li jakkumpanjaw il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra minn pajjiżi terzi u mniżżla fid-Direttiva 2000/29/KE.

2015

136.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, prodotti ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom.

2016

137.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jispeċika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B tal-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.

2018

138.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskopijiet tar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità.

2018

139.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjaniti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqalqu fi ħdan dik iż-żona protetta.

2018

140.

Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja.

2018

141.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa.

2018

142.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

2018

143.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE.

2018

144.

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa ta’ pjanti għall-għalf.

2019

145.

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa taċ-ċereali.

2019

146.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott.

2019

147.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali.

2019

148.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi.

2019

149.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex.

2019

150.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE tal-1 ta’ Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster).

2020

151.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE tas-16 ta’ Mejju 2012 fir-rigward ta’ miżuri ta’ emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix Papa sp.n., l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni.

2020

152.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa.

2020

153.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra.

2020

154.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/675/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 li tistabbilixxi li sistemi ta’ ssiġġillar partikolari huma sistemi li ma jistgħux jerġu jiġu wżati fi ħdan it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE.

2020

155.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2006 tat-8 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tat-tfellis minimu (minimum germination).

2020

156.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

2020

157.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

2020

158.

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

2020

159.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

2021

160.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE tas-26 ta’ Settembru 2012 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu).

2022

161.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/755/KEE tas-17 ta’ Lulju 1980 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti taż-żerriegħa taċ-ċereali.

2022

162.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/29/KE tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta’ varjetajiet ta’ dwieli.

2022

163.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE.

2022

164.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/62/KEE tal-5 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar il-marketing tal-propagazzjoni veġitali u tal-materjal tat-tħawwil, apparti milli ż-żerriegħa.

2022

165.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati.

2022

166.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati.

2022

167.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/371/KE tal-20 ta’ April 2004 dwar il-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf.

2023

168.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/124/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikata bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata.

2023

169.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/60/UE tat-30 ta’ Awwissu 2010 li tistipula ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali.

2023

170.

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/97/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ fornituri u ta’ varjetajiet u l-lista komuni ta’ varjetajiet.

2023

171.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE tat-23 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE.

2023

172.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/66/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tiddikjara l-ħtiġiet dwar it-tikketta jew dokument ieħor li jkun produċa l-fornitur skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE.

2023

173.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/68/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi disposizzjonijiet addizzjonali għal listi ta’ varjetajiet ta’ pjanti ornamentali miżmuma minn fornituri taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE.

2023

174.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE

2023

175.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2301/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ.

2024

176.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli.

2024

177.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta’ regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew speċi veġetali.

2024

178.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/384 tat-3 ta’ Marzu 2021 dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 637/2009.

2024

179.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta.

2024

180.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012.

2025

181.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni tal-ġeneru Pomacea (Perry).

2025

182.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiż-żoni tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali.

2025

183.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta ’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix.

2025

184.

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet.

2025

185.

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/21/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tiddetermina l-kundizzjonijiet minimi u l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika.

2025

186.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/125/KE tal-24 ta’ Jannar 1997 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ tagħrif preskritt fuq pakketti ta’ żrieragħ ta’ pjanti ta’ żejt u fibra u li temenda Deċiżjoni 87/309/KEE li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti ta’ ċerti speċi ta’ pjanti tal-għalf.

2025

187.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1770 tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar it-tipi u l-ispeċijiet ta’ pjanti għat-tħawwil li mhumiex eżentati mir-rekwiżit tal-kodiċi tat-traċċabbiltà għall-passaporti tal-pjanti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE.

2025

188.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/266/KE tas-17 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf.

2026

189.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u varjetajiet.

2026

190.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet.

2026

191.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità.

2026

192.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti.

2026

193.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009 tas-17 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti.

2026

194.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.).

2026

195.

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE.

2027

196.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki.

2027

197.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll.

2027

198.

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali.

2027

199.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/829 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta’ provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil.

2027

200.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2285 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rigward l-elenkar ta’ pesti, ta’ projbizzjonijiet u ta’ rekwiżiti għall-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u li jħassar id-Deċiżjonijiet 98/109/KE u 2002/757/KE u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/885 u (UE) 2020/1292.

2027


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/188

tat-23 ta’ Jannar 2023

li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Günther PLATTER sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Anton MATTLE, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali Landeshauptmann von Tirol (Gvernatur ta’ Tirol) bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Anton MATTLE, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Landeshauptmann von Tirol, (Gvernatur ta’ Tirol), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/189

tat-23 ta’ Jannar 2023

li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Nicolae PANDEA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Rumen ippropona lis-Sur Valentin-Dumitru-Ioan IVAN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Primar, Comuna Sadu, Județul Sibiu (Sindku tal-Komun ta’ Sadu, Kontea ta’ Sibiu), bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Valentin-Dumitru-Ioan IVAN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Primar, Comuna Sadu, Județul Sibiu (Sindku tal-Komun ta’ Sadu, Kontea ta’ Sibiu), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/190

tas-27 ta’ Jannar 2023

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti mezzi tal-media msemmija fil-punt (2) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew diversi minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

(3)

Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (2) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (2) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2478 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 322 I, 16.12.2022, p. 614).


30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/191

tas-27 ta’ Jannar 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fir-Riżoluzzjoni ES-11/1 tagħha li ġiet adottata fit-2 ta’ Marzu 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kkundannat bl-aktar mod qawwi l-aggressjoni mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna bi ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Fir-Riżoluzzjoni ES-11/4 tagħha li ġiet adottata fit-12 ta’ Ottubru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU, filwaqt li ħadet nota tad-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-29 ta’ Settembru 2022 li fiha fakkar li kwalunkwe annessjoni ta’ territorju ta’ Stat minn Stat ieħor li tirriżulta mit-theddida jew l-użu tal-forza hija ksur tal-prinċipji tal-Karta u tad-dritt internazzjonali, ikkundannat l-organizzazzjoni mill-Federazzjoni Russa ta’ hekk imsejħa referenda illegali f’reġjuni fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna li huma rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, kif ukoll l-attentat ta’ annessjoni illegali tar-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia wara li ġew organizzati dawk l-hekk imsejħa referenda. Fl-ordni vinkolanti tagħha tas-16 ta’ Marzu 2022 li tindika miżuri proviżorji, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat lill-Federazzjoni Russa tissospendi minnufih l-operazzjonijiet militari li kienet bdiet fit-territorju tal-Ukrajna.

(3)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru l-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza, li hija regola perentorja tad-dritt internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).