|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/166
tas-26 ta’ Ottubru 2022
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fiha żball fis-Sezzjoni I, il-Kapitolu IV, il-punt 18(a)(ii) tal-Anness III fir-rigward tan-nuqqas ta’ obbligu li jitbattlu, jinstamtu jew jiġu bbliċjati l-istonkijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/167
tat-3 ta’ Novembru 2022
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/256 li jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 (2) jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali għall-ġbir tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 mill-2021 sal-2028. |
|
(2) |
Biex ikun żgurat li l-ippjanar kontinwu pluriennali jkun effettiv u konsistenti mal-ħtiġijiet tal-utenti, dan jeħtieġ jiġi adattat billi jiġi speċifikat is-suġġett ad hoc li jrid jiġi kopert mill-modulu ad hoc għall-2025 tal-Istħarriġ Ewropew dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) għax dan ma kienx magħruf waqt l-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256. |
|
(3) |
L-adattamenti tal-ippjanar kontinwu pluriennali jridu jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel jibda kull perjodu tal-ġbir tad-data kif speċifikat fl-ippjanar tal-ġbir tad-data annwali jew infrannwali. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/256 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali (ĠU L 54, 26.2.2020, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256, il-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej:
“Parti B: Perjodi tal-ġbir tad-data għad-dominji b’diversi perjodiċitajiet
|
Dominji |
Gruppi (akronimi) |
Snin tal-ġbir tad-data |
|||||||
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
||
|
Forza tax-Xogħol |
Trimestrali (LFQ) |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
Kull kwart tas-sena |
|
Annwali (LFY) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
“Raġunijiet għall-migrazzjoni” u “arranġamenti tal-ħin tax-xogħol” (LF2YA) |
X |
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
|
“Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)”, “Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” u “Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” (LF2YB) |
|
X |
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
Sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-migranti u tad-dixxendenti immedjati tagħhom (LF8YA) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (LF8YB) |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
“Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol” u “Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” (LF8YC) |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
Rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja (LF8YD) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol (LF8YE) |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
Inċidenti fuq il-lant tax-xogħol u problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol (LF8YF) |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
Suġġett ad hoc dwar il-ħiliet tal-impjiegi |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard) |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
Introjtu u Kundizzjonijiet tal-Għajxien |
Annwali (ILCY) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Tfal (ILC3YA) |
X |
|
|
X |
|
|
X |
|
|
|
Saħħa (ILC3YB) |
|
X |
|
|
X |
|
|
X |
|
|
Suq tax-Xogħol u Abitazzjoni (ILC3YC) |
|
|
X |
|
|
X |
|
|
|
|
Kwalità tal-ħajja (ILC6YA) |
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi u Diffikultajiet tal-abitazzjoni (ILC6YB) |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
Aċċess għas-servizzi (ILC6YC) |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
Dejn eċċessiv, konsum u ġid (ILC6YD) |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
Suġġett ad hoc dwar Arranġamenti u kundizzjonijiet tal-għajxien tat-tfal f’familji separati jew imħalltin |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Suġġett ad hoc dwar l-Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
Suġġett ad hoc dwar l-Enerġija u l-Ambjent |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard) |
|
|
|
|
|
|
X” |
|
|
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/168
tal-25 ta’ Jannar 2023
li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi tal-Affarijiet Interni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1147 (3), (UE) 2021/1148 u (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Regolamenti speċifiċi għall-Fondi”) li jistabbilixxu rispettivament il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-Fond għas-Sigurtà Interna jikkostitwixxu qafas għall-finanzjament tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(7) tiegħu, jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni għal kull programm f’konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tar-rapportar annwali u li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tkun konsistenti u paragunabbli, ir-Regolament (UE) 2021/1148 jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. |
|
(4) |
F’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2021/1148. Għaldaqstant, l-Irlanda mhijiex marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka implimentat ir-Regolament (UE) 2021/1148 fid-dritt nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis (5) ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
|
(7) |
Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-Iżlanda u n-Norveġja biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (7) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
|
(9) |
Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-Iżvizzera biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (9) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
|
(11) |
Madankollu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, il-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tirrikjedi arranġamenti biex jiġu speċifikati n-natura u l-modi ta’ tali parteċipazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal-Liechtenstein biss ladarba tali arranġamenti jiġu konklużi. |
|
(12) |
Sabiex jiżgura l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u jiżgura li ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi msemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1148.
Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
ANNESS
Mudell għar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-Istrument għal Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viża, kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1148
IDENTIFIKAZZJONI
|
CCI |
|
|
Titolu |
|
|
Verżjoni |
|
|
Sena kontabilistika |
|
|
Id-data tal-approvazzjoni tar-rapport mill-kumitat ta’ monitoraġġ |
|
1. Il-Prestazzjoni
1.1. Progress fl-implimentazzjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Għal kull objettiv speċifiku, irrapporta dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fl-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, b’kunsiderazzjoni tal-aktar data reċenti għas-sena kontabilistika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dan jirreferi għad-data kumulattiva pprovduta sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.
F’kull objettiv speċifiku, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-progress preferibbilment tkun strutturata madwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-azzjonijiet indikattivi u l-eżiti mixtieqa identifikati fil-programm.
Iddeskrivi wkoll kwalunkwe pass meħud u attivitajiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tas-sħubija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.2. Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Għal kull objettiv speċifiku, iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm matul is-sena kontabilistika u kwalunkwe azzjoni meħuda biex tindirizzahom.
Kull meta jkun possibbli u rilevanti, inti mħeġġeġ tiddistingwi bejn kwistjonijiet relatati ma’:
|
— |
sottorapportar tal-kisbiet (1); |
|
— |
l-iffissar tal-miri (2); |
|
— |
dewmien proċedurali u kapaċità amministrattiva (3); |
|
— |
bidliet kuntestwali (4); |
|
— |
id-disinn u/jew l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (5); kif ukoll |
|
— |
kwalunkwe kwistjoni oħra. |
Iddeskrivi kwalunkwe bidla fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali, jew kwalunkwe fattur li jista’ jwassal għal bidliet fil-futur, kif ukoll il-modifiki li dawk il-bidliet ikunu pproduċew fil-miri stmati skont il-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-qafas ta’ prestazzjoni.
Inkludi informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-fond.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.3. Miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni
Jekk rilevanti, iddeskrivi fil-qosor kif l-attivitajiet tal-programm ikkontribwew għall-mitigazzjoni tal-effetti ta’ kwalunkwe bidla rilevanti u f’daqqa dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni li tirriżulta minn kwalunkwe deterjorament mhux previst tas-sitwazzjoni soċjoekonomika jew politika f’pajjiżi terzi, kif xieraq. Kull meta jkun possibbli, irreferi għall-volum ta’ riżorsi riallokati għal dan l-għan, u l-eżiti u r-riżultati relatati miksuba.
Agħtu attenzjoni partikolari lill-attivitajiet imwettqa biex itaffu l-effetti ta’ tali bidliet f’daqqa u li l-kisbiet tagħhom jistgħu ma jinqabdux kompletament mill-indikaturi komuni tal-eżiti u tar-riżultati.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
1.4. Appoġġ operazzjonali — l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/1148
Jekk intuża appoġġ operazzjonali matul is-sena kontabilistika, iddeskrivi kif dan ikkontribwixxa għall-kisba tal-objettivi tal-Istrument (6).
Iċċara jekk intużax appoġġ operattiv għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).
Jekk il-kost totali kumulattiv eliġibbli tal-appoġġ operazzjonali għall-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jaqbeż il-33 % tal-allokazzjoni totali tal-programm fi tmiem is-sena kontabilistika, spjega r-raġunijiet. Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju li l-limitu jinqabeż sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, iddeskrivi l-miżuri previsti biex jittaffa.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul massimu: 4 000 karattru |
1.5. Azzjonijiet speċifiċi (7)
Iddeskrivi l-kisbiet ewlenin ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mwettqa matul is-sena kontabilistika, u kif dawn ikkontribwew għall-kisba tal-objettivi tal-programm u għall-ġenerazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni (8).
Iddeskrivi kif l-azzjonijiet individwali avvanzaw, kemm proċeduralment (9) kif ukoll operazzjonalment (10) u enfasizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tagħhom, b’mod partikolari kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ nfiq.
Jekk rilevanti, qassam din l-informazzjoni sal-livell tal-proġett. Jekk tkun mistennija xi devjazzjoni mill-ippjanar oriġinali, spjega r-raġunijiet għal dan, iddeskrivi kwalunkwe azzjoni ta’ mitigazzjoni meħuda, u pprovdi l-iskeda ta’ żmien riveduta.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
Daħħal fit-Tabella ta’ hawn taħt id-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi nazzjonali kollha implimentati fil-programm. Jenħtieġ li r-rapportar dwar azzjonijiet speċifiċi tranżnazzjonali jkun konsistenti mal-opzjoni ta’ rapportar magħżula (11).
|
Objettiv Speċifiku |
Isem/numru ta’ referenza tal-azzjoni |
Benefiċjarju |
Perjodu ta’ implimentazzjoni |
Spejjeż eliġibbli (12) |
Nefqa eliġibbli (13) |
Progress fl-indikaturi komuni u/jew speċifiċi għall-programm rilevanti (14) |
|
|
Output |
Riżultat |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.6. ETIAS — l-Artikolu 29(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Ipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa f’konformità mal-Artikolu 85(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) inkluża fil-kontijiet skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont l-intestaturi stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Tip ta’ kost |
Nefqa fis-sena kontabilistika |
|
Sistemi tal-IT fuq skala kbira - Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) - l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 |
|
|
Sistemi tal-IT fuq skala kbira - Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) - l-Artikolu 85(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 |
|
1.7. Fl-2024 biss: Kontinwazzjoni tal-proġetti — l-Artikolu 33(4), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Irrapporta dwar kwalunkwe proġett li tkompla wara l-1 ta’ Jannar 2021 li ntgħażel u nbeda skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
2. Komplementarjetà
2.1. Komplementarjetà ma’ fondi oħra tal-Unjoni — l-Artikolu 29(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi l-komplementarjetà u jekk rilevanti s-sinerġiji miksuba matul is-sena kontabilistika bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument u l-appoġġ provdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partiklari l- Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali, il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-istrumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni (18) jew b’rabta mal-operazzjonijiet marittimi ta’ natura multifunzjonali.
Iddeskrivi wkoll il-komplementarjetà tal-attivitajiet imwettqa mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluża l-kooperazzjoni (19) mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
Agħti attenzjoni partikolari lill-:
|
— |
kumplimentarjetà mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal azzjonijiet meħuda f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, u enfasizza l-aspetti li huma konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-politika esterna tal-Unjoni; |
|
— |
użu ta’ mekkaniżmi abilitanti, bħal arranġamenti organizzazzjonali u proċedurali eżistenti li jgħinu biex jinkisbu sinerġiji u komplementarjetajiet, u għal kwalunkwe azzjoni implimentata biex dawn jittejbu fis-sena kontabilistika. |
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru |
2.2. Tagħmir bi skop multiplu u sistemi tal-ICT - l-Artikolu 13(14) tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi fil-qosor l-operazzjonijiet rilevanti li jinvolvu tagħmir u sistemi tal-ICT mixtrija bl-appoġġ tal-programm matul is-sena kontabilistika u użati f’oqsma komplementari tal-kontrolli doganali, f’operazzjonijiet marittimi ta’ natura multifunzjonali jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond għas-Sigurtà Interna u tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Indika l-post (ijiet) fejn ġew skjerati t-tagħmir bi skop multiplu u s-sistemi tal-ICT.
Għat-tagħmir, ipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-perjodu meta ntuża fl-oqsma kumplimentari.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru |
Għal sistema ta’ informazzjoni tal-Unjoni ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) 2021/1148 li sservi wkoll l-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1147 u r-Regolament (UE) 2021/1149 (għal skopijiet multipli) jew attivitajiet meħtieġa skont il-qafas legali (20) tal-interoperabbiltà tal-Unjoni, imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
L-objettiv speċifiku |
Isem l-operazzjoni |
Benefiċjarju tal-operazzjoni |
Għan tal-operazzjoni |
Perjodu ta’ implimentazzjoni |
Rata ta’ kofinanzjament |
L-ispejjeż eliġibbli (21) |
Nefqa eliġibbli (22) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2.3. Ippjanar pluriennali għax-xiri tat-tagħmir - l-Artikolu 13(14), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Tistabbilixxi l-ippjanar pluriennali għax-xiri mistenni ta’ tagħmir taħt l-istrument.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru |
3. Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni, l-Artikolu 29(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi fil-qosor kif, matul is-sena kontabilistika, il-programm ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni (il-korp tad-dritt tal-Unjoni) speċjalment dwar Schengen, dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi u għal kwalunkwe pjan ta’ azzjoni rilevanti.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
4. Komunikazzjoni u Viżibbiltà — l-Artikolu 29(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi kif twettqu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà matul is-sena kontabilistika. B’mod partikolari, irreferi għal kwalunkwe progress li sar dwar l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif imkejla mill-indikaturi rilevanti u l-miri tagħhom. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe prattika tajba biex jintlaħqu l-gruppi fil-mira u/jew jixxerrdu u jiġu sfruttati r-riżultati tal-proġetti.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
Ipprovdi link għall-portal tas-sit web imsemmi fl-Artikolu 46, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, jekk ikun differenti, għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
5. Kundizzjonijiet abilitanti u prinċipji orizzontali
5.1. Kundizzjonijiet abilitanti — l-Artikolu 29(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi kif ġie żgurat li l-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/1060 ġew issodisfati u applikati matul is-sena kontabilistika, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe bidla li kellha impatt fuq kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti, kif previst fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
5.2. Konformità mal-prinċipji orizzontali — l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1060
Iddeskrivi kif ġiet żgurata l-konformità matul is-sena kontabilistika mal-prinċipji orizzontali stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll l-evitar tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
6. Proġetti fil-pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom — l-Artikolu 29(2), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/1148
Iddeskrivi kwalunkwe azzjoni li sseħħ f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom matul is-sena kontabilistika u kif dawn iġibu valur miżjud tal-Unjoni fl-ilħiq tal-objettivi stabbiliti mill-fond. Indika l-ismijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Ipprovdi deskrizzjoni li tiċċara li l-azzjonijiet appoġġati mill-fond mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp, iservu l-interess tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Jekk rilevanti, irreferi għall-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni qabel ma l-proġett ġie approvat (l-Artikolu 13(12) tar-Regolament (UE) 2021/1148).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru |
7. Sommarju — l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2021/1148
Ipprovdi sommarju tat-Taqsimiet minn 1 sa 6, li se jiġi tradott u jsir disponibbli għall-pubbliku.
Bħala minimu, is-sommarju għandu jkopri l-punti kollha elenkati fl-Artikolu 29(2), u jenħtieġ li preferibbilment ikun strutturat madwarhom.
Huwa mħeġġeġ l-użu ta’ bullet points, test b’tipa grassa jew intestaturi informattivi, sabiex il-partijiet ikkonċernati interessati jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-kisbiet ewlenin tal-programm, u l-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tiegħu.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 500 karattru |
(1) Dan jirreferi għas-sitwazzjoni meta jkun hemm distakk bejn ir-rata nominali ta’ kisba fil-mira mkejla mill-indikaturi u l-progress reali fl-implimentazzjoni. Pereżempju, is-sottorapportar tal-eżiti u tar-riżultati jista’ jkun dovut għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tas-sistema tal-IT, operazzjonijiet li għaddejjin li għalihom l-eżiti u r-riżultati għadhom ma ġewx irrapportati, kwistjonijiet relatati mal-ġbir tad-data li jwasslu għal rapportar kajman jew mhux komplut, eċċ.
(2) Dan jirreferi għal sitwazzjoni fejn ir-rata baxxa ta’ kisba fil-mira ma tkunx dovuta għal progress kajman iżda pjuttost għal iffissar ta’ miri skorrett jew mhux realistiku. Dan jista’ jinkludi tagħlimiet meħuda b’rabta mal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-iffissar tal-miri — bħal suppożizzjonijiet ħżiena jew mhux kompluti jew kwistjonijiet relatati mal-valuri referenzjarji magħżula — u kwalunkwe bidla ppjanata fiha.
(3) Pereżempju, kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri tal-offerti, kwistjonijiet bi proċeduri tal-awditjar, kwistjonijiet marbuta ma’ nuqqas ta’ riżorsi fil-livell tal-awtorità maniġerjali, dewmien mhux previst fl-adozzjoni tal-programm, eċċ.
(4) Dan jista’ jinkludi, pereżempju, fatturi soċjoekonomiċi jew politiċi, bidliet fil-kuntest regolatorju, eċċ.
(5) Pereżempju, kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambitu tal-azzjoni (eż. kriterji ta’ eliġibbiltà), interess baxx mill-benefiċjarji jew mill-parteċipanti, kwalunkwe devjazzjoni fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, eċċ.
(6) Jekk rilevanti għal dan l-għan, irreferi għall-informazzjoni li hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1148 u disponibbli bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, imwettqa f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1). Bl-istess mod, jekk rilevanti, tirreferi għal valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta inklużi rakkomandazzjonijiet wara evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1) u rakkomandazzjonijiet relatati.
(7) Fil-każ ta’ azzjonijiet speċifiċi b’natura tranżnazzjonali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jvarja skont id-distribuzzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri ewlenin u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, kif ukoll l-għażla tal-metodu ta’ rapportar użat. Dan huwa deskritt fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 - Azzjonijiet speċifiċi transnazzjonali taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) — Arranġamenti bejn is-sħab (Ares (2022) 1060102).
(8) Il-valur miżjud tal-Unjoni huwa definit bħala l-ġenerazzjoni tar-riżultati lil hinn minn dak li kien jinkiseb mill-Istati Membri li kieku jaġixxu waħedhom.
(9) Pereżempju, b’rabta ma’ attivitajiet ta’ akkwist jew kwalunkwe pass preparatorju ieħor meħud.
(10) Pereżempju, f’termini ta’ riżultati tanġibbli, eżiti, riżultati, eċċ.
(11) Kif stabbilit fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 (Ares (2022) 1060102).
(12) Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(13) L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(14) Jekk azzjonijiet speċifiċi jirrappreżentaw żieda f’operazzjonijiet preċedenti u ma jkun hemm l-ebda arranġament ta’ monitoraġġ iddedikat, irrapporta l-eżiti u r-riżultati pro rata.
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(18) B’mod partikolari, eż. l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) — Ewropa Globali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).
(19) Bħall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru.
(20) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(21) Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(22) L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/169
tal-25 ta’ Jannar 2023
li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, skont ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi tal-Affarijiet Interni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1147, (UE) 2021/1148 (3) u (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Regolamenti speċifiċi għall-Fondi”) li jistabbilixxu rispettivament il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-Fond għas-Sigurtà Interna jikkostitwixxu qafas għall-finanzjament tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(7) tiegħu, jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni għal kull programm f’konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tar-rapportar annwali u li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tkun konsistenti u paragunabbli, ir-Regolament (UE) 2021/1147 jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. |
|
(4) |
F’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2021/1147. Għaldaqstant, l-Irlanda hija marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem u mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) 2021/1147. Għaldaqstant, id-Danimarka mhijiex marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex jiżgura l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u jiżgura li ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni msemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1147.
Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94).
ANNESS
Mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1147
IDENTIFIKAZZJONI
|
CCI |
|
|
Titolu |
|
|
Verżjoni |
|
|
Sena kontabilistika |
|
|
Data tal-approvazzjoni tar-rapport mill-kumitat ta’ monitoraġġ |
|
1. Prestazzjoni
1.1. Progress fl-implimentazzjoni – l-Artikolu 35(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Għal kull objettiv speċifiku, irrapporta dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fl-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, b’kunsiderazzjoni tal-aktar data reċenti għas-sena kontabilistika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dan jirreferi għad-data kumulattiva pprovduta sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.
F’kull objettiv speċifiku, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-progress preferibbilment tkun strutturata madwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-azzjonijiet indikattivi u l-eżiti mixtieqa identifikati fil-programm.
Iddeskrivi wkoll kwalunkwe pass meħud u attivitajiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tas-sħubija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.2. Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni – l-Artikolu 35(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Għal kull objettiv speċifiku, iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm matul is-sena kontabilistika u kwalunkwe azzjoni meħuda biex tindirizzahom.
Kull meta jkun possibbli u rilevanti, inti mħeġġeġ tiddistingwi bejn kwistjonijiet relatati ma’:
|
— |
sottorapportar tal-kisbiet (1); |
|
— |
l-iffissar tal-miri (2); |
|
— |
dewmien proċedurali u kapaċità amministrattiva (3); |
|
— |
bidliet kuntestwali (4); |
|
— |
id-disinn u/jew l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (5); |
|
— |
kwalunkwe kwistjoni oħra. |
Iddeskrivi kwalunkwe bidla fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali, jew kwalunkwe fattur li jista’ jwassal għal bidliet fil-futur, kif ukoll il-modifiki li dawk il-bidliet ikunu pproduċew fil-miri stmati skont il-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-qafas ta’ prestazzjoni.
Inkludi informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-fond.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.3. Miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni
Jekk ikun rilevanti, iddeskrivi fil-qosor kif l-attivitajiet tal-programm ikkontribwew għall-mitigazzjoni tal-effetti ta’ kwalunkwe bidla f’daqqa fil-pressjoni migratorja li tirriżulta minn kwalunkwe deterjorament mhux previst tas-sitwazzjoni soċjoekonomika jew politika f’pajjiżi terzi rilevanti. Kull meta jkun possibbli, irreferi għall-volum ta’ riżorsi riallokati għal dan l-għan, u l-eżiti u r-riżultati relatati miksuba.
Agħtu attenzjoni partikolari lill-attivitajiet imwettqa biex itaffu l-effetti ta’ tali bidliet f’daqqa u li l-kisbiet tagħhom jistgħu ma jinqabdux kompletament mill-indikaturi komuni tal-eżiti u tar-riżultati.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
1.4. Appoġġ operazzjonali – l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/1147
Jekk intuża appoġġ operazzjonali matul is-sena kontabilistika, iddeskrivi kif dan ikkontribwixxa għall-kisba tal-objettivi tal-fond (6).
Jekk il-kost totali kumulattiv eliġibbli tal-appoġġ operazzjonali għall-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jaqbeż il-15 % tal-allokazzjoni totali tal-programm fi tmiem is-sena kontabilistika, spjega r-raġunijiet. Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju li l-limitu jinqabeż sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, iddeskrivi l-miżuri previsti biex jittaffa.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
1.5. Azzjonijiet speċifiċi (7)
Iddeskrivi l-kisbiet ewlenin ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mwettqa matul is-sena kontabilistika, u kif dawn ikkontribwew għall-kisba tal-objettivi tal-programm u għall-ġenerazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni (8).
Iddeskrivi kif l-azzjonijiet individwali avvanzaw, kemm proċeduralment (9) kif ukoll operazzjonalment (10) u enfasizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tagħhom, b’mod partikolari kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ nfiq.
Jekk ikun rilevanti, qassam din l-informazzjoni sal-livell tal-proġett. Jekk tkun mistennija xi devjazzjoni mill-ippjanar oriġinali, spjega r-raġunijiet għal dan, iddeskrivi kwalunkwe azzjoni ta’ mitigazzjoni meħuda, u pprovdi l-iskeda ta’ żmien riveduta.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
Daħħal fit-Tabella ta’ hawn taħt id-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi nazzjonali kollha implimentati fil-programm. Jenħtieġ li r-rapportar dwar azzjonijiet speċifiċi tranżnazzjonali jkun konsistenti mal-opzjoni ta’ rapportar magħżula (11).
|
Objettiv Speċifiku |
Isem/numru ta’ referenza tal-azzjoni |
Benefiċjarju |
Perjodu ta’ implimentazzjoni |
Kost eliġibbli (12) |
Nefqa eliġibbli (13) |
Progress fl-indikaturi komuni u/jew speċifiċi għall-programm rilevanti (14) |
|
|
Eżitu |
Riżultat |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.6. Risistemazzjoni u rilokazzjoni – l-Artikolu 35(2), il-punti (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2021/1147
Rapport dwar iċ-ċifri konsolidati għas-sena kontabilistika fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ risistemazzjoni |
|
|
Għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ ammissjoni umanitarja f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2021/1147 |
|
|
Għadd ta’ persuni vulnerabbli ammessi permezz ta’ ammissjoni umanitarja f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/1147 |
|
|
Għadd ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarji tagħha trasferiti ’l ġewwa |
|
|
Għadd ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarji tagħha trasferiti ’l barra |
|
Jekk ikun rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe korrezzjoni jew bidla li ssir fil-valuri mibgħuta darbtejn fis-sena permezz tal-modulu tat-trażmissjoni tad-data fis-Sistema għall-Ġestjoni tal-Fondi fl-Unjoni Ewropea (SFC), u li huma riflessi fit-tabella ta’ hawn fuq fiċ-ċifri konsolidati għas-sena kontabilistika.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 2 500 karattru |
1.7. Fl-2024 biss: Kontinwazzjoni tal-proġetti – l-Artikolu 39(4), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Irrapporta dwar kwalunkwe proġett li tkompla wara l-1 ta’ Jannar 2021 li ntgħażel u nbeda skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
2. Komplementarjetà – l-Artikolu 35(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Iddeskrivi l-komplementarjetà u, jekk ikun rilevanti, is-sinerġiji miksuba matul is-sena kontabilistika bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti ta’ finanzjament estern (17), il-Fond Soċjali Ewropew + (FSE+) jew il-predeċessuri tiegħu, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – kemm taħt l-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir kif ukoll taħt l-għanijiet ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea –, il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI) (18).
Agħti attenzjoni partikolari lil:
|
— |
il-komplementarjetà mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal azzjonijiet meħuda f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, u enfasizza l-aspetti li huma konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-politika esterna tal-Unjoni; u |
|
— |
l-użu ta’ mekkaniżmi abilitanti, bħal arranġamenti organizzazzjonali u proċedurali eżistenti li jgħinu biex jinkisbu sinerġiji u komplementarjetajiet, u għal kwalunkwe azzjoni implimentata biex dawn jittejbu fis-sena kontabilistika. |
Jekk ikun rilevanti, iddeskrivi wkoll il-komplementarjetà tal-attivitajiet imwettqa mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji (19).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru |
3. Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà – l-Artikolu 35(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Iddeskrivi fil-qosor kif, matul is-sena kontabilistika, il-programm ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni (il-korp tad-dritt tal-Unjoni) dwar l-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari u l-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti, u għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
4. Komunikazzjoni u Viżibbiltà – l-Artikolu 35(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Iddeskrivi kif twettqu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà matul is-sena kontabilistika. B’mod partikolari, irreferi għal kwalunkwe progress li sar dwar l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif imkejla mill-indikaturi rilevanti u l-miri tagħhom. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe prattika tajba biex jintlaħqu l-gruppi fil-mira u/jew jixxerrdu u jiġu sfruttati r-riżultati tal-proġetti.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
Ipprovdi link għall-portal tas-sit web imsemmi fl-Artikolu 46, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, jekk ikun differenti, għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
5. Kundizzjonijiet abilitanti u prinċipji orizzontali
5.1. Kundizzjonijiet abilitanti – l-Artikolu 35(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Iddeskrivi kif ġie żgurat li l-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/1060 ġew issodisfati u applikati matul is-sena kontabilistika, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe bidla li kellha impatt fuq kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti, kif previst fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
5.2. Konformità mal-prinċipji orizzontali – l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1060
Iddeskrivi kif ġiet żgurata l-konformità matul is-sena kontabilistika mal-prinċipji orizzontali stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll l-evitar tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
6. Proġetti fil-pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom – l-Artikolu 35(2), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2021/1147
Iddeskrivi kwalunkwe azzjoni li sseħħ f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom matul is-sena kontabilistika u kif dawn iġibu valur miżjud tal-Unjoni fl-ilħiq tal-objettivi stabbiliti mill-fond. Indika l-ismijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Ipprovdi deskrizzjoni li tiċċara li l-azzjonijiet appoġġati mill-fond mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp, iservu l-interess tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Jekk ikun rilevanti, irreferi għall-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni qabel ma l-proġett ġie approvat (l-Artikolu 16(11) tar-Regolament (UE) 2021/1147).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru |
7. Sommarju – l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2021/1147
Ipprovdi sommarju tat-Taqsimiet minn 1 sa 6, li se jiġi tradott u jsir disponibbli għall-pubbliku.
Bħala minimu, is-sommarju għandu jkopri l-punti kollha elenkati fl-Artikolu 35(2), u jenħtieġ li preferibbilment ikun strutturat madwarhom.
Huwa mħeġġeġ l-użu ta’ bullet points, test b’tipa grassa jew intestaturi informattivi, sabiex il-partijiet ikkonċernati interessati jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-kisbiet ewlenin tal-programm, u l-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tiegħu.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 500 karattru |
(1) Dan jirreferi għas-sitwazzjoni meta jkun hemm distakk bejn ir-rata nominali ta’ kisba fil-mira mkejla mill-indikaturi u l-progress reali fl-implimentazzjoni. Pereżempju, is-sottorapportar tal-eżiti u tar-riżultati jista’ jkun dovut għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tas-sistema tal-IT, operazzjonijiet li għaddejjin li għalihom l-eżiti u r-riżultati għadhom ma ġewx irrapportati, kwistjonijiet relatati mal-ġbir tad-data li jwasslu għal rapportar kajman jew mhux komplut, eċċ.
(2) Dan jirreferi għal sitwazzjoni fejn ir-rata baxxa ta’ kisba fil-mira ma tkunx dovuta għal progress kajman iżda pjuttost għal iffissar ta’ miri skorrett jew mhux realistiku. Dan jista’ jinkludi tagħlimiet meħuda b’rabta mal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-iffissar tal-miri – bħal suppożizzjonijiet ħżiena jew mhux kompluti jew kwistjonijiet relatati mal-valuri referenzjarji magħżula – u kwalunkwe bidla ppjanata fiha.
(3) Pereżempju, kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri tal-offerti, kwistjonijiet bi proċeduri tal-awditjar, kwistjonijiet marbuta ma’ nuqqas ta’ riżorsi fil-livell tal-awtorità maniġerjali, dewmien mhux previst fl-adozzjoni tal-programm, eċċ.
(4) Dan jista’ jinkludi, pereżempju, fatturi soċjoekonomiċi jew politiċi, bidliet fil-kuntest regolatorju, eċċ.
(5) Pereżempju, kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambitu tal-azzjoni (eż. kriterji ta’ eliġibbiltà), interess baxx mill-benefiċjarji jew mill-parteċipanti, kwalunkwe devjazzjoni fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, eċċ.
(6) Jekk ikun rilevanti għal dan l-għan, irreferi għall-informazzjoni li hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1147 u disponibbli bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, imwettqa f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1).
(7) Fil-każ ta’ azzjonijiet speċifiċi b’natura tranżnazzjonali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jvarja skont id-distribuzzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri ewlenin u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, kif ukoll l-għażla tal-metodu ta’ rapportar użat. Dan huwa deskritt fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 - Azzjonijiet speċifiċi tranżnazzjonali taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) – Arranġamenti bejn is-sħab (Ares (2022) 1060102).
(8) Il-valur miżjud tal-Unjoni huwa definit bħala l-ġenerazzjoni tar-riżultati lil hinn minn dak li kien jinkiseb mill-Istati Membri li kieku jaġixxu waħedhom.
(9) Pereżempju, b’rabta ma’ attivitajiet ta’ akkwist jew kwalunkwe pass preparatorju ieħor meħud.
(10) Pereżempju, f’termini ta’ riżultati tanġibbli, eżiti, riżultati eċċ.
(11) Kif stabbilit fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 (Ares (2022) 1060102).
(12) Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(13) L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(14) Jekk azzjonijiet speċifiċi jirrappreżentaw żieda f’operazzjonijiet preċedenti u ma jkun hemm l-ebda arranġament ta’ monitoraġġ iddedikat, irrapporta l-eżiti u r-riżultati pro rata.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(17) B’mod partikolari, eż. l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).
(18) Il-komplementarjetà ma’ kwalunkwe fond rilevanti ieħor tal-UE (eż. il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Erasmus+, l-Ewropa Kreattiva, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, eċċ.) tista’ tkun rilevanti wkoll.
(19) Bħall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru.
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/170
tal-25 ta’ Jannar 2023
li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, skont ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5)(a) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi tal-Affarijiet Interni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), flimkien mar-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2021/1147 (3) u (UE) 2021/1148 (4) u r-Regolament (UE) 2021/1149 (“Regolamenti speċifiċi għall-Fondi”) li jistabbilixxu rispettivament il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi u l-Fond għas-Sigurtà Interna jikkostitwixxu qafas għall-finanzjament tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(7) tiegħu, jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni għal kull programm f’konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tar-rapportar annwali u li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tkun konsistenti u paragunabbli, ir-Regolament (UE) 2021/1149 jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. |
|
(4) |
F’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2021/1149. Għaldaqstant, l-Irlanda hija marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem u mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) 2021/1149. Għaldaqstant, id-Danimarka mhijiex marbuta b’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex jiżgura l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u jiżgura li ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna msemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/1149.
Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94.
(2) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
ANNESS
Mudell għar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/1149
IDENTIFIKAZZJONI
|
CCI |
|
|
Titolu |
|
|
Verżjoni |
|
|
Sena kontabilistika |
|
|
Id-data tal-approvazzjoni tar-rapport mill-kumitat ta’ monitoraġġ |
|
1. IL-PRESTAZZJONI
1.1. Progress fl-implimentazzjoni — l-Artikolu 30(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1149
Għal kull objettiv speċifiku, irrapporta dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fl-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, b’kunsiderazzjoni tal-aktar data reċenti għas-sena kontabilistika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dan jirreferi għad-data kumulattiva pprovduta sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.
F’kull objettiv speċifiku, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-progress preferibbilment tkun strutturata madwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-azzjonijiet indikattivi u l-eżiti mixtieqa identifikati fil-programm.
Iddeskrivi wkoll kwalunkwe pass meħud u attivitajiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tas-sħubija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.2. Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni — l-Artikolu 30(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1149
Għal kull objettiv speċifiku, iddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm matul is-sena kontabilistika u kwalunkwe azzjoni meħuda biex tindirizzahom.
Kull meta jkun possibbli u rilevanti, inti mħeġġeġ tiddistingwi bejn kwistjonijiet relatati ma’:
|
— |
sottorapportar tal-kisbiet (1); |
|
— |
l-iffissar tal-miri (2); |
|
— |
dewmien proċedurali u kapaċità amministrattiva (3); |
|
— |
bidliet kuntestwali (4); |
|
— |
id-disinn u/jew l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (5); kif ukoll |
|
— |
kwalunkwe kwistjoni oħra. |
Iddeskrivi kwalunkwe bidla fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali, jew kwalunkwe fattur li jista’ jwassal għal bidliet fil-futur, kif ukoll il-modifiki li dawk il-bidliet ikunu pproduċew fil-miri stmati skont il-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-qafas ta’ prestazzjoni.
Inkludi informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-fond.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 000 karattru |
1.3. Miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni
Jekk rilevanti, iddeskrivi fil-qosor kif l-attivitajiet tal-programm ikkontribwew għall-mitigazzjoni tal-effetti ta’ kwalunkwe bidla kuntestwali rilevanti u f’daqqa li tirriżulta f’theddid għas-sigurtà mhux previst. Kull meta jkun possibbli, irreferi għall-volum ta’ riżorsi riallokati għal dan l-għan, u l-eżiti u r-riżultati relatati miksuba.
Agħti attenzjoni partikolari lill-attivitajiet imwettqa biex itaffu t-theddid mhux previst għas-sigurtà u li l-kisbiet tagħhom jistgħu ma jinqabdux kompletament mill-indikaturi komuni tal-eżiti u tar-riżultati.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
1.4. Appoġġ operazzjonali — l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/1149
Jekk intuża appoġġ operazzjonali matul is-sena kontabilistika, iddeskrivi kif dan ikkontribwixxa għall-kisba tal-objettivi tal-fond (6).
Jekk il-kost totali kumulattiv eliġibbli tal-appoġġ operazzjonali għall-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jaqbeż il-20 % tal-allokazzjoni totali tal-programm fi tmiem is-sena kontabilistika, spjega r-raġunijiet. Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju li l-limitu jinqabeż sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, iddeskrivi l-miżuri previsti biex jittaffa.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
1.5. Azzjonijiet speċifiċi (7)
Iddeskrivi l-kisbiet ewlenin ta’ kwalunkwe azzjoni speċifika mwettqa matul is-sena kontabilistika, u kif dawn ikkontribwew għall-kisba tal-objettivi tal-programm u għall-ġenerazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni (8).
Iddeskrivi kif l-azzjonijiet individwali avvanzaw, kemm proċeduralment (9) kif ukoll operazzjonalment (10) u enfasizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tagħhom, b’mod partikolari kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ nfiq.
Jekk rilevanti, qassam din l-informazzjoni sal-livell tal-proġett. Jekk tkun mistennija xi devjazzjoni mill-ippjanar oriġinali, spjega r-raġunijiet għal dan, iddeskrivi kwalunkwe azzjoni ta’ mitigazzjoni meħuda, u pprovdi l-iskeda ta’ żmien riveduta.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
Daħħal fit-Tabella ta’ hawn taħt id-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi nazzjonali kollha implimentati fil-programm. Jenħtieġ li r-rapportar dwar azzjonijiet speċifiċi tranżnazzjonali jkun konsistenti mal-opzjoni ta’ rapportar magħżula (11).
|
Objettiv Speċifiku |
Isem/numru ta’ referenza tal-azzjoni |
Benefiċjarju |
Perjodu ta’ implimentazzjoni |
Spejjeż eliġibbli (12) |
Nefqa eliġibbli (13) |
Progress fl-indikaturi komuni u/jew speċifiċi għall-programm rilevanti (14) |
|
|
Output |
Riżultat |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.6. il-konformità mal-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2021/1149
Irrapporta l-ammont kumulattiv totali tan-nefqa mġarrba u mħallsa għal tagħmir, mezzi ta’ trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2021/1149, skont id-data li għandha tinħażen elettronikament f’konformità mal-entrata 142, l-Anness XVII tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal l-ammont hawnhekk |
Ikkonferma li l-ispiża totali kumulattiva eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ għat-tagħmir, il-mezzi tat-trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2021/1149 ma taqbiżx l35 % tal-allokazzjoni totali tal-programm sa tmiem is-sena fiskali, jew spjega r-raġunijiet għal dan. Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju li l-limitu jinqabeż sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, iddeskrivi l-miżuri previsti biex jittaffa jew ir-raġunijiet debitament ġustifikati biex il-limitu jinqabeż.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru |
1.7. Fl-2024 biss: Kontinwazzjoni tal-proġetti — l-Artikolu 34(4), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/1149
Irrapporta dwar kwalunkwe proġett li tkompla wara l-1 ta’ Jannar 2021 li ntgħażel u nbeda skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
2. KOMPLEMENTARJETÀ
2.1. Komplementarjetà ma’ fondi oħra tal-Unjoni– l-Artikolu 30(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/1149
Iddeskrivi l-komplementarjetà u, jekk rilevanti, is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà, pereżempju:
|
— |
il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), inkluż l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI) u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali; |
|
— |
il-fondi ta’ koeżjoni, speċjalment il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); |
|
— |
il-parti tar-riċerka dwar is-sigurtà ta’ Orizzont Ewropa; |
|
— |
il-Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri u l-Programm Ġustizzja; |
|
— |
il-Programm Ewropa Diġitali; |
|
— |
il-Programm InvestEU; |
|
— |
l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku; |
|
— |
Ir-riserva rescEU; |
|
— |
l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)-Ewropa Globali; kif ukoll |
|
— |
L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). |
Agħti attenzjoni partikolari lil:
|
— |
il-komplementarjetà mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal azzjonijiet meħuda f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, u enfasizza l-aspetti li huma konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-politika esterna tal-Unjoni; kif ukoll |
|
— |
l-użu ta’ mekkaniżmi abilitanti, bħal arranġamenti organizzazzjonali u proċedurali eżistenti li jgħinu biex jinkisbu komplementarjetajiet, u jekk rilenvati sinerġiji u għal kwalunkwe azzjoni meħuda biex dawn jittejbu fis-sena kontabilistika. |
Jekk rilevanti, iddeskrivi wkoll:
|
— |
il-komplementarjetà tal-attivitajiet imwettqa mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji (17); |
|
— |
sinerġiji fir-rigward tas-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.
|
2.2. Tagħmir b’diversi użi u sistemi tal-ICT — l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2021/1149
Iddeskrivi fil-qosor l-operazzjonijiet rilevanti li jinvolvu tagħmir u sistemi tal-ICT mixtrija fil-programm u użati parzjalment fil-qasam komplementari kopert mir-Regolament (UE) 2021/1148 u għall-kisba tal-objettivi tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi. Indika l-post (ijiet) fejn ġew skjerati t-tagħmir b’użi multipli u s-sistemi tal-ICT.
Għat-tagħmir, ipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-perjodu meta ntuża fl-oqsma komplementari tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 3 000 karattru |
Għal sistema ta’ informazzjoni tal-Unjoni ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) 2021/1149 li sservi wkoll l-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1148 (għal skopijiet multipli) jew attivitajiet meħtieġa skont il-qafas legali (18) tal-interoperabbiltà tal-UE, imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
Objettiv Speċifiku |
Isem l-operazzjoni |
Benefiċjarju tal-operazzjoni |
Għan tal-operazzjoni |
Perjodu ta’ implimentazzjoni |
Rata ta’ kofinanzjament |
L-ispejjeż eliġibbli (19) |
Nefqa eliġibbli (20) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. IMPLIMENTAZZJONI TAL-ACQUIS TAL-UNJONI, L-ARTIKOLU 30(2), IL-PUNT (d), TAR-REGOLAMENT (UE) 2021/1149
Iddeskrivi kif, matul is-sena kontabilistika, il-programm ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni (il-korp tad-dritt tal-Unjoni) dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, u għal kwalunkwe pjan ta’ azzjoni rilevanti.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
4. KOMUNIKAZZJONI U VIŻIBBILTÀ — L-ARTIKOLU 30(2), IL-PUNT (e), TAR-REGOLAMENT (UE) 2021/1149
Iddeskrivi kif twettqu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà matul is-sena kontabilistika. B’mod partikolari, irreferi għal kwalunkwe progress li sar dwar l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif imkejla mill-indikaturi rilevanti u l-miri tagħhom. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe prattika tajba biex jintlaħqu l-gruppi fil-mira u/jew jixxerrdu u jiġu sfruttati r-riżultati tal-proġetti.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 4 000 karattru |
Ipprovdi link għall-portal tas-sit web imsemmi fl-Artikolu 46, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, jekk ikun differenti, għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
5. KUNDIZZJONIJIET ABILITANTI U PRINĊIPJI ORIZZONTALI
5.1. Kundizzjonijiet abilitanti — l-Artikolu 30(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/1149
Iddeskrivi kif ġie żgurat li l-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/1060 ġew issodisfati u applikati matul is-sena kontabilistika, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk rilevanti, iddeskrivi kwalunkwe bidla li kellha impatt fuq kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti, kif previst fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
5.2. Konformità mal-prinċipji orizzontali — l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/1060
Iddeskrivi kif ġiet żgurata l-konformità mal-prinċipji orizzontali stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni matul is-sena kontabilistika, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll l-evitar tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 5 000 karattru |
6. PROĠETTI FIL-PAJJIŻI TERZI JEW B’RABTA MAGĦHOM — L-ARTIKOLU 30(2), IL-PUNT (g), TAR-REGOLAMENT (UE) 2021/1149
Iddeskrivi kwalunkwe azzjoni li sseħħ f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom matul is-sena kontabilistika u kif dawn iġibu valur miżjud tal-Unjoni fl-ilħiq tal-objettivi stabbiliti mill-fond. Indika l-ismijiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Jekk rilevanti, irreferi għall-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni qabel ma l-proġett ġie approvat (l-Artikolu 13(11) tar-Regolament (UE) 2021/1149).
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 6 000 karattru |
7. SOMMARJU — L-ARTIKOLU 30(2) TAR-REGOLAMENT (UE) 2021/1149
Ipprovdi sommarju tat-taqsimiet minn 1 sa 6, li se jiġi tradott u jsir disponibbli għall-pubbliku.
Bħala minimu, is-sommarju għandu jkopri l-punti kollha elenkati fl-Artikolu 30(2), u jenħtieġ li preferibbilment ikun strutturat madwarhom.
Huwa mħeġġeġ l-użu ta’ bullet points, test b’tipa grassa jew intestaturi informattivi, sabiex il-partijiet ikkonċernati interessati jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-kisbiet ewlenin tal-programm, u l-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tiegħu.
|
Daħħal it-test hawnhekk. Tul Massimu: 7 500 karattru |
(1) Dan jirreferi għas-sitwazzjoni meta jkun hemm distakk bejn ir-rata nominali ta’ kisba fil-mira mkejla mill-indikaturi u l-progress reali fl-implimentazzjoni. Pereżempju, is-sottorapportar tal-eżiti u tar-riżultati jista’ jkun dovut għal kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tas-sistema tal-IT, operazzjonijiet li għaddejjin li għalihom l-eżiti u r-riżultati għadhom ma ġewx irrapportati, kwistjonijiet relatati mal-ġbir tad-data li jwasslu għal rapportar kajman jew mhux komplut, eċċ.
(2) Dan jirreferi għal sitwazzjoni fejn ir-rata baxxa ta’ kisba fil-mira ma tkunx dovuta għal progress kajman iżda pjuttost għal iffissar ta’ miri skorrett jew mhux realistiku. Dan jista’ jinkludi tagħlimiet meħuda b’rabta mal-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-iffissar tal-miri — bħal suppożizzjonijiet ħżiena jew mhux kompluti jew kwistjonijiet relatati mal-valuri referenzjarji magħżula — u kwalunkwe bidla ppjanata fiha.
(3) Pereżempju, kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri tal-offerti, kwistjonijiet bi proċeduri tal-awditjar, kwistjonijiet marbuta ma’ nuqqas ta’ riżorsi fil-livell tal-awtorità maniġerjali, dewmien mhux previst fl-adozzjoni tal-programm, eċċ.
(4) Dan jista’ jinkludi, pereżempju, fatturi soċjoekonomiċi jew politiċi, bidliet fil-kuntest regolatorju, eċċ.
(5) Pereżempju, kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambitu tal-azzjoni (eż. kriterji ta’ eliġibbiltà), interess baxx mill-benefiċjarji jew mill-parteċipanti, kwalunkwe devjazzjoni fl-implimentazzjoni tal-azzjoni, eċċ.
(6) Jekk rilevanti għal dan l-għan, irreferi għar-rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni, bħal: (i) il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1). jew (ii) mekkaniżmi oħra ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni, kif applikabbli.
(7) Fil-każ ta’ azzjonijiet speċifiċi b’natura tranżnazzjonali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jvarja skont id-distribuzzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri ewlenin u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, kif ukoll l-għażla tal-metodu ta’ rapportar użat. Dan huwa deskritt fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 - Azzjonijiet speċifiċi transnazzjonali taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) — Arranġamenti bejn is-sħab (Ares (2022) 1060102).
(8) Il-valur miżjud tal-Unjoni huwa definit bħala l-ġenerazzjoni tar-riżultati lil hinn minn dak li kien jinkiseb mill-Istati Membri li kieku jaġixxu waħedhom.
(9) Pereżempju, b’rabta ma’ attivitajiet ta’ akkwist jew kwalunkwe pass preparatorju ieħor meħud.
(10) Pereżempju, f’termini ta’ riżultati tanġibbli, eżiti, riżultati eċċ.
(11) Kif stabbilit fin-nota tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2022 (Ares (2022) 1060102).
(12) Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(13) L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtata mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(14) Jekk azzjonijiet speċifiċi jirrappreżentaw żieda f’operazzjonijiet preċedenti u ma jkun hemm l-ebda arranġament ta’ monitoraġġ iddedikat, irrapporta l-eżiti u r-riżultati pro rata.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni ta’ kriżi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(17) Bħall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru.
(18) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(19) Il-kost totali eliġibbli tal-operazzjonijiet magħżula, kif irrapportat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
(20) L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kif rappurtat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tal-aħħar sena kontabilistika.
DIRETTIVI
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/33 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/171
tat-28 ta’ Ottubru 2022
li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-kromu eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni fil-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), il-punt (a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-kromu eżavalenti huwa sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE biex tiġi elenkata eżenzjoni fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva, għall-użu tal-kromu eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni fil-likwidu tat-tħaddim taċ-ċirkwit issiġillat tal-azzar bil-karbonju tal-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass (“l-eżenzjoni mitluba”). |
|
(5) |
Il-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass jeħtieġu l-elettriku għall-funzjonijiet awżiljarji bħall-ippumpjar ta’ likwidu tat-tħaddim madwar is-sistema. Il-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass deskritti fl-eżenzjoni mitluba jaqgħu taħt il-kategorija 1 “apparat domestiku kbir” tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għall-eżenzjoni, li kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (2), ikkonkludiet li s-sostituzzjoni tal-kromu eżavalenti fis-soluzzjoni tar-refriġerant bħalissa ma hijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku u tekniku, u teknoloġiji oħra tat-tisħin li jeliminaw l-użu tal-kromu eżavalenti fil-forma ta’ kromat tas-sodju ma jistgħux joffru funzjonalità u prestazzjoni ekwivalenti. Il-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass jistgħu tabilħaqq jipprovdu effiċjenza enerġetika ogħla mit-teknoloġiji tal-bojlers li jużaw il-kondensazzjoni, jistgħu jgħinu biex jissostitwixxu dawk is-sistemi u jistgħu jwasslu għal iffrankar ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk, dik l-evalwazzjoni ikkonkludiet li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet rilevanti speċifikati fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/65/UE hija ssodisfata, jiġifieri li l-impatti negattivi totali fuq l-ambjent, fuq is-saħħa u fuq is-sikurezza tal-konsumatur ta’ sostituzzjoni tal-kromu eżavalenti fl-użi koperti mill-applikazzjoni għal eżenzjoni x’aktarx li jisbqu l-benefiċċji tiegħu għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kif meħtieġ mill-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. |
|
(7) |
Konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 % ta’ kromu eżavalenti skont il-piż fis-soluzzjoni tar-refriġerant titqies bħala suffiċjenti għall-eżenzjoni mitluba. |
|
(8) |
It-tqegħid fis-suq għal użu u l-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huma soġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni skont dak ir-Regolament. Dak l-Anness jelenka għadd ta’ komposti tal-kromu eżavalenti, inkluż il-kromat tas-sodju. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u d-Direttiva 2011/65/UE japplikaw mingħajr preġudizzju għal xulxin. L-użu ta’ kompost tal-kromu eżavalenti elenkat fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u t-tqegħid tiegħu fis-suq għal użu huwa soġġett għal awtorizzazzjoni skont dak ir-Regolament. L-għoti ta’ eżenzjoni skont id-Direttiva 2011/65/UE ma jaffettwax dak ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u lanqas l-għoti ta’ awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma jaffettwa l-ħtieġa li tinkiseb eżenzjoni skont id-Direttiva 2011/65/UE. Ma nstabet l-ebda raġuni li skontha l-għoti tal-eżenzjoni mitluba skont id-Direttiva 2011/65/UE jdgħajjef il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(9) |
Għalhekk, jixraq li tingħata l-eżenzjoni mitluba billi jiddaħħlu l-applikazzjonijiet koperti minnha fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE b’rabta mat-tagħmir elettriku u elettroniku tal-kategorija 1. |
|
(10) |
Huwa previst li l-isforzi tar-riċerka biex jinstabu possibbiltajiet għat-tnaqqis tal-kontenut ta’ kromu eżavalenti u/jew għas-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-użu tal-kromu eżavalenti se jkunu jeħtieġu aktar minn ħames snin. Għalhekk, huwa xieraq li l-eżenzjoni mitluba tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2026, f’konformità mal-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awwissu 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2023.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw kif trid issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Study to assess requests for renewal of 12 exemptions to Annex IV of Directive 2011/65/EU - Rieżami tat-talba għal emenda tal-eżenzjoni III-9: ir-rapport finali.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, tiddaħħal l-entrata 9(a)-III li ġejja:
|
“9(a)-III |
Sa 0,7 % ta’ kromu eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fil-fluwidu tat-tħaddim taċ-ċirkwit issiġillat tal-azzar bil-karbonju tal-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass għat-tisħin tal-ispazju u tal-ilma |
Tapplika għall-kategorija 1 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2026.”. |
DEĊIŻJONIJIET
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/172
tal-24 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Kanada fil-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita b’dik id-Deċiżjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 111b(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, pajjiż terz jista’ jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas regolatorju ta’ dak il-pajjiż applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni, u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar, jiżgurawx livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni sabiex ikun inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Ottubru 2018, il-Kanada talbet biex tiġi elenkata f’konformità mal-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-talba billi wettqet rieżami tad-dokumentazzjoni rilevanti u rieżami fuq il-post tas-sistema regolatorja tal-Kanada kif ukoll spezzjoni osservata, u filwaqt li qieset kif xieraq il-pjan ta’ azzjoni propost fit-23 ta’ Settembru 2022, mill-awtorità kompetenti Kanadiża, Health Kanada/Santé Kanada. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll ir-regolamenti biex testendi l-qafas tal-liċenzjar tal-istabbilimenti tal-prodotti mediċinali tal-Kanada u r-rekwiżiti għall-Prattika Tajba ta’ Manifattura għall-istabbilimenti biex iwettqu attivitajiet regolati b’sustanzi attivi maħsuba biss għall-esportazzjoni (2), li se jidħlu fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2022. |
|
(5) |
Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-ekwivalenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rekwiżiti tal-Artikolu 111(b) tad-Direttiva 2001/83/KE ġew issodisfati. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE (3) jenħtieġ li tiġi emendata kif jixraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) Kanada Gazette Part II, Vol. 156, No. 12/Gazette du Kanada Partie II, vol. 156, no 12 p. 1521
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE tat-22 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 23.11.2012, p. 15).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni
|
Pajjiż terz |
Rimarki |
|
L-Awstralja |
|
|
Il-Brażil |
|
|
Il-Kanada |
|
|
Iżrael (1) |
|
|
Il-Ġappun |
|
|
Il-Korea t’Isfel |
|
|
L-Iżvizzera |
|
|
L-Istati Uniti |
|
(1) (1) Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 24).”
Rettifika
|
26.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/40 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 294 tal-10 ta’ Ottubru 2014 )
F’paġna 8, fl-Artikolu 15, is-sentenza introduttorja,
minflok:
“meta jitqiegħed fis-suq”,
aqra:
“meta jiġi introdott fis-suq”;
F’paġna 8, fl-Artikolu 15, il-punt (a):
minflok:
“il-persuna li tkun qiegħdet il-prodott fis-suq”,
aqra:
“il-persuna li tkun introduċiet il-prodott fis-suq”.