|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/99
tal-11 ta’ Jannar 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu roti tal-aluminju għall-użu fit-triq (aluminium road wheels, “ARW”) li joriġinaw mill-Marokk (“il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment li tressaq fl-4 ta’ Ottubru 2021 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (“l-ilmentatur” jew “EUWA”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, u din kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Miżuri provviżorji
|
(3) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2022, f’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwati biex jitneħħa d-dannu fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem tax-xogħol. Ma sar l-ebda kumment dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1221 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk (3) (“ir-Regolament provviżorju”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
|
(5) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“divulgazzjoni provviżorja”), Dika Morocco Africa S.A.R.L (“Dika”), Hands 8 S.A. (“Hands”), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (European Automobile Manufacturers’ Association, “ACEA”) u l-EUWA ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji sal-iskadenza prevista mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-Gvern tal-Marokk ipprovda sottomissjoni li tappoġġa l-affermazzjonijiet li saru minn partijiet oħra dwar id-dumping u d-dannu. |
|
(6) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ ma’ Dika, Hands, l-ACEA u l-EUWA. Barra minn hekk, wara t-talba ta’ Dika, fis-7 ta’ Lulju 2022 saret seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Saret żjara ta’ verifika waħda fil-bini ta’ utent. Meta waslet għall-konklużjonijiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta xieraq. |
|
(8) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022 l-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(9) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA, Dika, l-EUWA, Hands u l-Gvern tal-Marokk ippreżentaw kummenti. |
|
(10) |
Fl-21 ta’ Novembru 2022 il-Kummissjoni bagħtet divulgazzjoni finali addizzjonali lil Hands rigward ċerti korrezzjonijiet u kjarifiki li saru fir-rigward tal-kalkoli tad-dumping tagħha (“divulgazzjoni finali addizzjonali”) u tat perjodu li matulu l-kumpanija setgħet tikkummenta. Barra minn hekk, il-partijiet interessati kollha rċevew kjarifika tal-bażi għall-ammonti tal-kostijiet SG &A li ntużaw fl-iffissar tal-valur normali għal Hands. Hands ippreżentat kummenti li ġew indirizzati fir-Regolament. |
|
(11) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ mal-ACEA, Dika, l-EUWA u Hands. |
1.4. L-affermazzjonijiet fil-bidu
|
(12) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ebda parti interessata ma ppreżentat l-ebda affermazzjoni jew kumment għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 1.4 tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha kif stabbiliti fil-premessi minn (6) sa (28) tar-Regolament provviżorju. |
1.5. Kampjunar
|
(13) |
Ma saru l-ebda kummenti fir-rigward tal-ikkampjunar. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi minn (29) sa (34) tar-Regolament provviżorju. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(14) |
Kif stabbilit fil-premessi (35) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil tliet produtturi tal-Unjoni, lill-ilmentatur, liż-żewġ utenti magħrufa u liż-żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat. |
|
(15) |
Kif spjegat fil-premessi (36) u (37) tar-Regolament provviżorju, it-tweġibiet għall-kwestjonarju fejn ġew kontroverifikati jew ivverifikati fil-bini tal-parti rispondenti. |
|
(16) |
Saret żjara ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini ta’ utent wieħed. L-isem ta’ dan l-utent ma huwiex qed jiġi żvelat għal raġunijiet kunfidenzjali skont il-premessa (5) tar-Regolament provviżorju. |
1.7. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(17) |
Kif stipulat fil-premessa 38 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.8. Reġistrazzjoni
|
(18) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/934 (4) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
|
(19) |
Hands affermat li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma kellhiex bażi, billi l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-bażi ġuridika għar-reġistrazzjoni hija l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, jistipula li l-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(4)(c) u (d) ma jkunux issodisfati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda evidenza konklużiva li turi li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tad-divulgazzjoni minn qabel ma kinitx iġġustifikata f’dan il-każ. Tabilħaqq, sa mill-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu, meta l-produtturi esportaturi kienu konxji jew kellhom ikunu konxji bid-dumping u d-dannu allegati, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat komplew jiżdiedu b’mod li jista’ jimmina b’mod serju l-effett rimedjali tad-dazji anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni wkoll. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet. |
|
(21) |
Hands affermat li bil-pubblikazzjoni tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Skont il-parti, l-ebda informazzjoni dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat soġġetti għar-reġistrazzjoni ma ġiet ikkomunikata lilhom qabel ma ġie ppubblikat ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-importazzjoni daħlet fis-seħħ, filwaqt li tali miżura ta’ reġistrazzjoni potenzjalment taffettwa ħażin l-interessi tagħha. In-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa lil Hands dwar il-possibbiltà li l-importazzjonijiet jkunu soġġetti għar-reġistrazzjoni b’manjiera f’waqtha qabel ma tiġi adottata tali miżura ta’ reġistrazzjoni u li Hands titħalla tippreżenta l-fehmiet tagħha u tinstema’, meta Hands hija affettwata direttament minn dik il-miżura, ifisser li l-Kummissjoni qed tikser id-dritt fundamentali ta’ Hands għal difiża. Konsegwentement, ir-Regolament ta’ Reġistrazzjoni huwa invalidu u jenħtieġ li jitħassar. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni qieset li r-reġistrazzjoni hija biss pass amministrattiv preparatorju li mhux bilfors iwassal għall-impożizzjoni retroattiva tad-dazji fl-istadju definittiv. Fiha nnifisha r-reġistrazzjoni ma tipproduċi l-ebda effett negattiv fuq l-importaturi u ma jistax jingħad li taffettwa l-interessi tagħhom (5). Hands innifisha ma indikat l-ebda effett negattiv konkret u semmiet biss effetti “potenzjali”. L-uniku effett tar-reġistrazzjoni huwa li l-Kummissjoni tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rekwiżit proċedurali fl-Artikolu 14(5a) jew xi mkien ieħor fir-Regolament bażiku li jipprevedi li l-importaturi jew partijiet oħra jiġu kkonsultati qabel ir-reġistrazzjoni. Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 10(4)(b) tar-Regolament bażiku li l-partijiet jingħataw l-opportunità li jikkummentaw japplika biss meta jkun hemm deċiżjoni biex id-dazji jinġabru b’mod retroattiv wara r-reġistrazzjoni, iżda mhux għar-reġistrazzjoni nnifisha. Dan joħroġ ċar mill-fatt li l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku jirreferi biss għall-punti (c) u (d) tal-Artikolu 10(4) li jeħtieġ li jiġu ssodisfati għar-reġistrazzjoni skont din id-dispożizzjoni, iżda ma jirreferix intenzjonalment għall-punt (c) tal-Artikolu 10(4). Dan huwa konformi mal-effett ta’ tali reġistrazzjoni li ġiet diskussa aktar ’il fuq. Għalhekk, il-Kummissjoni mhijiex obbligata li tagħti l-opportunità lill-importaturi li jikkummentaw qabel ma tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(23) |
Il-Kummissjoni fakkret li, kif jissemma fil-premessa (39) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi SA minn 8701 sa 8705 kemm jekk bl-aċċessorji tagħhom kif ukoll jekk le u kemm jekk mgħammra b’tajers kif ukoll jekk le, li joriġinaw mill-Marokk, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (il-kodiċijiet TARIC: 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050) (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(24) |
Ir-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tradizzjonalment jinbiegħu fl-Unjoni permezz ta’ żewġ mezzi ta’ distribuzzjoni għall-bejgħ: lill-Fabbrikant ta’ Tagħmir Oriġinali (Original Equipment Manufacturers, “OEM”), li prinċipalment huma manifatturi tal-karozzi, u lis-Swieq sekondarji (Aftermarkets, “AM”), li jinkludi, pereżempju, id-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut, il-garaxxijiet tat-tiswija, eċċ. Il-prodott ikkonċernat mill-Marokk inbiegħ esklużivament lis-suq permezz tal-OEM matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-mezz tad-distribuzzjoni tal-OEM, il-manifatturi tal-karozzi jorganizzaw proċeduri ta’ offerti għall-ARWs u ta’ spiss ikunu involuti fil-proċess tal-iżviluppar ta’ rota ġdida li tkun assoċjata mal-marka tagħhom. Kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll l-esportaturi Marokkini jistgħu jikkompetu fl-istess offerti. |
2.2. Prodott simili
|
(25) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (39) sa (42) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3. DUMPING
3.1. Kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi
|
(26) |
Kif inhu spjegat fil-premessi minn (43) sa (51) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li Dika ma kinitx ikkooperat mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni u ddeterminat b’mod provviżorju l-marġni tad-dumping tagħha fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(27) |
Wara li saret id-divulgazzjoni provviżorja, Dika sostniet li hija kienet ikkooperat bis-sħiħ mal-Kummissjoni u li jenħtieġ li l-marġni tad-dumping tagħha jiġi kkalkulat fuq bażi individwali. Hija ppreżentat l-argumenti li ġejjin. |
|
(28) |
L-ewwel nett, Dika tenniet li hija temmen li l-listi tal-bejgħ ma kien fihom l-ebda żball, billi l-valuri totali tal-listi tal-bejgħ setgħu jiġu rrikonċiljati mas-sistema tal-kontabbiltà tal-kumpanija. Barra minn hekk, il-bejgħ ġie elenkat skont l-istandards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju (international financial reporting standards, “IFRS”). Barra minn hekk, Dika argumentat li l-Kummissjoni kellha ħafna żmien biex tikkontroverifika l-listi tal-bejgħ riveduti li ngħataw mill-kumpanija relatata magħha CITIC Dicastal Co., Ltd (“CITIC”) u xorta setgħet tagħmel dan qabel ma imponiet miżuri anti-dumping definittivi. |
|
(29) |
L-affermazzjoni ta’ Dika kienet simili għal dik li saret fl-istadju provviżorju, filwaqt li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ġdida. Fl-istadju provviżorju l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-listi tal-bejgħ ma ngħatawx fuq bażi ta’ fattura, li d-differenza bejn il-valur tal-fattura u l-ammont li ġie riċevut realment ma kinitx riflessa sistematikament fil-listi tal-bejgħ tal-kumpanija u li l-listi riveduti ma setgħux jiġu kontroverifikati. Il-fatt li l-bejgħ tal-kumpanija kien elenkat skont l-istandards tal-IFRS ma biddilx il-fatt li l-kumpanija ma pprovdietx l-informazzjoni li ntalbet mill-Kummissjoni. |
|
(30) |
Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni CITIC kienet ipprovdiet diversi (mill-inqas erba’) verżjonijiet differenti u mhux kompluti tal-listi tal-bejgħ tagħha. L-aħħar verżjoni, li ngħatat flimkien mar-risposta ta’ Dika għall-ittra tal-Artikolu 18 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2022, kienet għadha mhux kompluta u kien fiha numru ta’ tranżazzjonijiet fejn jew l-ammont riċevut tħalla vojt bin-nota “AR outstanding to date” (“AR pendenti sal-lum”), jew fejn kien għad hemm diskrepanza bejn l-ammont iffatturat u l-ammont riċevut. Tali data mhux kompluta ma tistax tkun bażi affidabbli għal kontroverifika jew verifika. Barra minn hekk, kif iddikjarat ukoll fil-premessa (48) tar-Regolament provviżorju, kontroverifika mill-bogħod (“remote cross-check”, “RCC”) addizzjonali ma għandhiex tintuża bħala mod biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ puntwalità jew żbalji stabbiliti matul l-RCC li diġà seħħew fil-limiti ta’ żmien stabbiliti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(31) |
It-tieni, Dika affermat li d-data speċifika tat-tranżazzjoni dwar id-dati u l-ammonti ta’ pagamenti mitluba mill-Kummissjoni ma kinitx tikkwalifika bħala “informazzjoni meħtieġa” fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, l-Artikolu 6.8. u l-Anness II tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (6). Skont Dika, il-Kummissjoni ma talbitx din l-informazzjoni fil-kwestjonarju jew fl-ittri ta’ defiċjenza, u tali informazzjoni lanqas ma kienet meħtieġa għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Barra minn hekk, Dika affermat li fir-Regolament provviżorju ntużat bażi differenti għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli minn dik stabbilita fl-ittra tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 bid-data tal-5 ta’ Mejju 2022 (“l-ittra tal-Artikolu 18”). |
|
(32) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Mill-bidu nett, hija kienet talbet lill-kumpanija biex tipprovdi data speċifika għat-tranżazzjoni bbażata fuq id-data tal-fattura. Pereżempju, it-Taqsima E tal-kwestjonarju dwar l-anti-dumping li ntbagħat lil Dika u l-kumpanija relatata tagħha CITIC iddikjarat fl-ewwel taqsima li dawk li wieġbu għandhom “use invoice date as the date of sale” (“jużaw id-data tal-fattura bħala d-data tal-bejgħ”). Madankollu, il-kwistjoni ikkonċernata ma hijiex (biss) id-data tal-bejgħ, iżda pjuttost l-ammont tħallas realment lill-kumpannija mill-klijenti tagħha. Din hija l-kwistjoni li ġiet spjegata fl-ittra tal-Artikolu 18 li ġiet stabbilita fir-Regolament provviżorju. Id-dikjarazzjoni ta’ Dika li r-raġunijiet stabbiliti fl-ittra kienu “totalment differenti” minn dawk fir-Regolament bażiku ma setgħetx tiġi aċċettata. Fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni spjegat li hija qieset il-lista tal-bejgħ bħala inaffidabbli billi kien fihom għadd ta’ żbalji u diskrepanzi. |
|
(33) |
Id-data tal-bejgħ li ngħatat mill-kumpanija oriġinarjament ma kinitx tikkorrispondi mal-ammonti li ġew riċevuti realment bħala pagament. Barra minn hekk, matul l-RCC CITIC kienet iċċarat li d-differenza bejn l-ammont tal-fattura u l-ammont riċevut realment normalment tiġi rreġistrata fil-listi tal-bejgħ bħala skont, ribass, nota ta’ kreditu jew mod ieħor. Madankollu, issemma fil-premessa (47) tar-Regolament provviżorju, u fil-premessa (29) hawn fuq, dan ma sarx mill-kumpanija b’mod sistematiku. Għalhekk, il-listi tal-bejgħ ma setgħux jintużaw bħala sors affidabbli biex jiġi stabbilit valur normali jew prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikoli 2(1) u 2(8) tar-Regolament bażiku li jiddikjara li l-valur normali “għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli”. Loġikament isegwi li billi valur normali jew prezz tal-esportazzjoni għal Dika ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-data tal-kumpanija stess, lanqas ma seta’ jiġi kkalkulat marġni ta’ dumping. Għalhekk, il-listi tal-bejgħ mhux biss kienu neċessarji, iżda kienu fundamentali għall-investigazzjoni. Mingħajr listi tal-bejgħ affidabbli (inkluża lista sħiħa ta’ tranżazzjonijiet tat-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa u l-prezzijiet tagħhom), il-Kummissjoni ma tistax tasal għal deċiżjoni raġonevolment preċiża fir-rigward tad-dumping. |
|
(34) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Dika tenniet l-affermazzjoni tagħha li billi l-listi tal-bejgħ tagħhom kienu konformi mal-istandards tal-IFRS, il-Kummissjoni ma setgħetx tafferma li l-listi ma kinxux kompluti u li ma setgħux jiġu vverifikati. Barra minn hekk, Dika affermat li billi l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku jirreferi għall-prezz tal-esportazzjoni li normalment ikun ibbażat fuq il- “prezzijiet imħallsa jew pagabbli”, il-listi tal-bejgħ kienu korretti billi kienu jirriflettu l-prezzijiet pagabbli. Fl-aħħar nett, Dika tenniet l-affermazzjoni tagħha li d-data dwar il-pagamenti ma kinitx tikkwalifika bħala “neċessarja” skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Il-fatt jekk il-listi tal-bejgħ kinux ġeneralment irrapportati f’konformità mal-istandards tal-IFRS kien irrilevanti għall-problemi li nstabu bil-prezzijiet irrapportati. Kif indikat il-Kummissjoni diversi drabi, il-problema fir-rigward tal-listi tal-bejgħ tal-UE u dawk domestiċi kienet teżisti fuq bażi ta’ tranżazzjoni. Kif Dika ddikjarat matul is-seduta ta’ smigħ wara l-miżuri provviżorji u kif tenniet fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, f’madwar 20 % tat-tranżazzjonijiet fil-listi tal-bejgħ tal-UE l-ammont ta’ pagament ma kienx jaqbel mal-ammont tal-fattura li ġie rrapportat. It-terminu “prezz pagabbli” jirreferi għall-pagament totali li sar jew li għandu jsir mix-xerrej lill-bejjiegħ, fosthom f’sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, il-merkanzija tkun inbiegħet iżda l-klijent ikun għadu ma ħallasx. Dan ma kienx il-każ għall-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet fil-lista tal-bejgħ tal-UE. Fil-fatt, il-prezz li kien diġà tħallas mill-klijent, f’dawn il-każijiet kien differenti mill-prezz li kien irreġistrat bħala pagabbli meta nħarġet il-fattura. |
|
(36) |
Skont id-dikjarazzjoni ta’ Dika u tal-kumpanija relatata tagħha matul l-RCC, il-verifika fuq il-post u t-tweġiba għall-ittra tal-Artikolu 18, dawn id-differenzi normalment jiġu rreġistrati fil-listi tal-bejgħ bħala skont, ribass, nota ta’ kreditu jew mod ieħor, kif inhu ddikjarat ukoll fil-premessa (33). Dan sar fir-rigward ta’ ħafna tranżazzjonijiet fil-listi tal-bejgħ, iżda ma sarx b’mod sistematiku għat-tranżazzjonijiet kollha. Il-fatt li dan normalment isir, ifisser li normalment il-prezz irreġistrat bħala pagabbli ikun l-istess bħall-prezz effettivament imħallas wara li jitwettqu ċerti azzjonijiet relatati man-noti ta’ kreditu, ribassi, eċċ. Dan huwa konformi mad-dikjarazzjoni ta’ Dika nnifisha spjegatu u ma’ kif saru l-korrezzjonijiet fis-sistema SAP tal-kumpanija wara li saru l-pagamenti. Madankollu, f’xi każijiet il-prezzijiet irreġistrati fil-listi tal-bejgħ domestiċi u tal-UE ġew ikkoreġuti b’dan il-mod, iżda f’każijiet oħra dan ma sarx. Id-differenza bejn il-prezzijiet effettivament imħallsa u l-prezzijiet irreġistrati bħala pagabbli marret fiż-żewġ direzzjonijiet u ma ġietx inkluża fil-kontabbiltà, jiġifieri f’xi każijiet il-kumpanija rċeviet aktar milli kien ġie ffatturat u rċeviet anqas f’każijiet oħra. |
|
(37) |
Il-listi ta’ bejgħ affidabbli (li jinkludu lista sħiħa ta’ tranżazzjonijiet tat-tipi kollha tal-prodotti mibjugħa kif ukoll il-prezzijiet tagħhom) b’data preċiża u verifikabbli huma fundamentali biex jiġi stabbilit marġni ta’ dumping u b’hekk jikkwalifikaw bħala informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Billi d-differenza bejn il-prezzijiet imħallsa realment u rreġistrati bħala pagabbli affettwat għadd sinifikanti tat-tranżazzjonijiet fil-lista tal-bejgħ tal-UE, din il-lista ma setgħetx tintuża biex jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni affidabbli fuq bażi ta’ tranżazzjoni jew tip ta’ prodott. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(38) |
It-tielet, Dika argumentat li, billi l-Kummissjoni vverifikat il-kost tal-produzzjoni taż Dika u ma sabet l-ebda diskrepanza, il-valur normali għal Dika kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kost tal-manifattura vverifikat tagħha. Skont Dika l-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkonkludiet li l-listi tal-bejgħ domestiku u tal-UE kienu kruċjali għad-determinazzjoni ta’ valur normali u prezz tal-esportazzjoni, billi l-listi tal-bejgħ domestiku xorta waħda ma kinux jintużaw għall-iffissar ta’ valur normali. Għalhekk, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tuża d-data ta’ Dika stess u kkalkulat marġni ta’ dumping individwali fuq dik il-bażi. |
|
(39) |
Tabilħaqq, fil-premessa (60) tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni kkonkludiet li Dika ma kellha l-ebda lista ta’ bejgħ domestiku biex jiġi stabbilit l-valur normali, billi l-bejgħ ta’ Dika fil-Marokk sar bejn żoni ekonomiċi differenti u l-merkanzija qatt ma daħlet fit-territorju doganali tal-Marokk. Għaldaqstant, fin-nuqqas tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli, il-valur normali għal Dika seta’ jiġi stabbilit. Madankollu, sabiex jiġi stabbilit marġni ta’ dumping, jeħtieġ li tali valur normali jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni. Madankollu, il-prezz tal-esportazzjoni ma setax jiġi kkalkulat minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-lista tal-bejgħ ta’ Dika. |
|
(40) |
Waqt seduta fis-6 ta’ Settembru 2022, Dika ssuġġeriet li l-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi prezz tal-esportazzjoni billi tuża dawk it-tranżazzjonijiet fil-listi tal-bejgħ tal-UE li (skont il-kumpanija) l-ammonti tal-fattura tagħhom kienu jaqblu mal-ammonti tal-pagamenti. Dan allegatament ikun il-każ għal madwar 80 % tat-tranżazzjonijiet kollha. Għall-20 % li jifdal, Dika ssuġġeriet li l-Kummissjoni setgħet tapplika d-dazju residwu kif ikkalkulat għal Hands. Approċċ bħal dan, skont Dika, ikun konformi ma’ dak li għamlet il-Kummissjoni f’investigazzjoni reċenti dwar l-importazzjonijiet ta’ azzar reżistenti għall-korrużjoni mir-Russja u mit-Turkija (7). |
|
(41) |
Minbarra l-fatt li matul is-seduta Dika kkonfermat li kien hemm diskrepanzi fil-listi tal-bejgħ f’wieħed minn kull ħamsa tal-bejgħ tagħha lill-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-listi tal-bejgħ riveduti ma ġewx u ma setgħux jiġu kontroverifikati (kif spjegat fil-premessi (29) u (30)) u għalhekk ma setgħux jintużaw għall-fini tal-istabbiliment ta’ prezz tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni dwar l-azzar reżistenti għall-korrużjoni mir-Russja u mit-Turkija kienet tikkonċerna sett ta’ fatti differenti ħafna. F’dak il-każ, produttur Russu afferma li ma kienx relatat ma’ wieħed miż-żewġ negozjanti li permezz tagħhom biegħ il-prodotti tiegħu lill-UE. Dak in-negozjant partikolari ma kkooperax fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni tal-kumpanija Russa u qieset li n-negozjant rilevanti kien relatat. Madankollu, billi n-negozjant ma kkooperax fl-investigazzjoni, dak in-negozjant ma ta l-ebda informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni mit-tieni negozjant li kkoopera bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(42) |
Madankollu, l-istabbiliment tal-istruttura tal-kumpanija u l-kanali tal-bejgħ f’dak il-każ huwa differenti minn dak f’dan il-każ. Filwaqt li fil-każ tal-azzar reżistenti għall-korrużjoni mir-Russja u t-Turkija kien hemm żewġ kanali ta’ bejgħ, fil-każ attwali l-bejgħ kollu għadda mill-istess entità relatata, jiġifieri CITIC. Għalhekk il-Kummissjoni ma kellha l-ebda sett alternattiv affidabbli ta’ data disponibbli biex tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni ta’ Dika. Din hija sitwazzjoni differenti ħafna mill-investigazzjoni li rreferiet għaliha Dika, fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni li sar permezz tan-negozjant li kien fadal ġie kontroverifikat u tqies affidabbli. Fl-investigazzjoni inkwistjoni ma kien hemm l-ebda prezz tal-esportazzjoni li seta’ jitqabbel mal-valur normali, irrispettivament mill-mod li l-valur normali kien jiġi kkalkulat fir-rigward ta’ Dika. |
|
(43) |
L-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “fejn l-informazzjoni ppreżentata minn xi parti interessata ma tkunx ideali fl-aspetti kollha, din xorta m’għandhiex titwarrab, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux tali li jikkawżaw diffikultà żejda sabiex wieħed jasal għal konklużjoni raġonevolment eżatta u sakemm l-informazzjoni ġiet ippreżentata adegwatament fi żmien tajjeb u hija verifikabbli”. Kif ġie spjegat fil-premessi (32) u (33), in-nuqqasijiet fir-rigward tal-listi tal-bejgħ sottomessi minn Dika kienu tali li ma setgħet issir l-ebda sejba raġonevolment preċiża fuq il-bażi tagħhom. Barra minn hekk, kif inhu msemmi fil-premessa (30), il-listi tal-bejgħ ma kinux verifikabbli billi anki l-aħħar verżjoni kien għad kellha diskrepanzi u data nieqsa u ma ġietx sottomessa fil-ħin. Billi ma seta’ jiġi ddeterminat l-ebda prezz tal-esportazzjoni, ikun ukoll mingħajr skop li l-valur normali għal Dika jiġi stabbilit fuq kwalunkwe bażi. Dan huwa wkoll konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar ir-roti tat-triq tal-azzar miċ-Ċina, fejn sostniet li “kwalunkwe determinazzjoni tal-valur normali kienet tkun superfluwa, peress li l-ebda marġni ta’ dumping ma seta’ jiġi stabbilit fin-nuqqas tal-possibbiltà li jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni” (8). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(44) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Marokk u Dika affermaw li kemm l-approċċ tal-Kummissjoni kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali kkwotata fil-premessa (43) huma bi ksur tar-rekwiżiti tal-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO li jistipula li d-data kollha li tingħata minn esportatur jenħtieġ li tintuża sal-punt li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, Dika affermat li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ġiet ikkwotata mhijiex applikabbli fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. B’kuntrast mal-każ soġġett għas-sentenza tal-Qorti, Dika ġiet assenjata marġni ta’ dumping individwali u (skont Dika) kien possibbli li jiġi stabbilit b’ċertezza liema prodotti esportat lejn l-Unjoni. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif diġà ġie stabbilit fil-premessa (50) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (43) ta’ hawn fuq, ir-raġuni għaliex ma ġiex stabbilit valur normali fuq il-bażi tad-data ta’ Dika kienet sempliċement li dan kien mingħajr skop billi ma kien hemm l-ebda prezz tal-esportazzjoni li seta’ jitqabbel miegħu. Irrispettivament minn jekk il-fatti sottostanti fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija hawn fuq kinux differenti jew le milli f’dan il-każ, il-konklużjoni li l-istabbiliment ta’ valur normali fin-nuqqas ta’ prezz tal-esportazzjoni jkun superfluwu ma ġietx invalidata. Dan ma jiksirx il-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO, billi dak il-Ftehim ma jirrikjedix li l-awtoritajiet investigattivi jwettqu kalkoli li ma jistgħux jintużaw biex jiġi stabbilit marġni ta’ dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(46) |
Dika affermat speċifikament li ċ-ċirkostanzi tal-każ fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali kkwotata huma differenti minn dan il-każ, billi Dika ġiet assenjata marġni ta’ dumping individwali. Madankollu, din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq fehim ħażin. Dika ma ġietx assenjata marġni ta’ dumping individwali fl-ebda punt ta’ din l-investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (98) hawn taħt, meta saret id-divulgazzjoni finali l-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi rata ta’ dazju individwali għal Dika billi tidentifika individwalment il-kumpanija u r-rata ta’ dazju korrispondenti tagħha fil-partijiet rilevanti f’dan ir-Regolament. Din ir-rata ta’ dazju individwali ġiet stabbilita fil-livell tar-rata ta’ dazju residwu, li ma kinitx ibbażata fuq id-data ta’ Dika. Bl-istess mod, il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu applikabbli għad-Dika msemmija f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fil-livell tal-marġni tad-dumping u tad-dannu residwu, u mhux ibbażati fuq id-data ta’ Dika. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Dika ġiet miċħuda. |
|
(47) |
Dika affermat ukoll li minflok ma applikat ir-rata ta’ dazju residwu għal Dika, il-Kummissjoni kien imissha ħadmet il-valur normali bbażat fuq il-kost tal-manifattura ta’ Dika u l-kompożizzjoni speċifika tat-tip ta’ prodott, li mbagħad kellu jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni vverifikat ta’ Hands biex jiġi kkalkulat il-marġni tad-dumping ta’ Dika. |
|
(48) |
Din il-metodoloġija ma setgħetx tiġi aċċettata. L-ewwel nett, minħabba li paragun bejn il-valur normali maħdum għal kumpanija waħda u l-prezz tal-esportazzjoni ta’ kumpanija oħra ma setax iwassal għal marġni ta’ dumping preċiż. Dan ikun ifisser li l-valur ibbażat fuq id-data ta’ kumpanija jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni ta’ kumpanija oħra. It-tieni, anki kieku l-Kummissjoni applikat dan il-metodu, ma kienx ikun possibbli li dan isir fuq livell tat-tip ta’ prodott. Għalkemm it-tipi ta’ prodotti mibjugħa minn Dika fil-biċċa l-kbira kienu jikkoinċidu ma’ dawk mibjugħa minn Hands, dawn ma kinux jaqblu kompletament. Dika ma kinitx tbigħ ċerti tipi ta’ prodotti mibjugħa minn Hands, u viċi versa. Għalhekk, tali metodoloġija ma tirriżultax f’marġni ta’ dumping preċiż li jkun konsistenti mar-realtà tat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ Dika (9). Barra minn hekk, tali approċċ imur kontra r-rekwiżit tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi b’mod espliċitu li, meta jiġi kkalkolat il-marġni tad-dumping u irrispettivament mill-metodu li jintgħażel biex il-valur normali jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni “l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni (10)”. Fl-aħħar nett, din il-metodoloġija timplika d-divulgazzjoni tad-data kunfidenzjali ta’ Hands lil Dika, kemm fir-rigward tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa kif ukoll tal-prezz tal-esportazzjoni. Dan ma jistax jiġi aċċettat billi Hands huwa l-uniku produttur magħruf ieħor ta’ ARW fil-Marokk u f’kompetizzjoni diretta ma’ Dika. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
3.2. Il-valur normali
|
(49) |
Kif jinsab stabbilit fil-premessi minn (52) sa (65) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku minħabba li Hands ma kinitx biegħet prodott simili fil-livell domestiku. Wara d-divulgazzjoni, EUWA affermat li fil-fatt kien sar bejgħ domestiku, u indikat li kienet se tipprovdi evidenza ta’ dan waqt seduta ta’ smigħ. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta sussegwentement minn EUWA ma tat prova tad-dikjarazzjoni tagħha li l-bejgħ mill-kumpaniji Marokkini fil-Marokk jista’ jitqies bħala bejgħ domestiku. Minħabba s-sensittività tad-data korporattiva involuta, EUWA ma kellhiex l-informazzjoni rilevanti dwar iż-żmien, il-kwantitajiet jew il-prezzijiet tal-bejgħ tal-kumpaniji Marokkini, u lanqas il-post eżatt tal-klijenti li xtrawhom. |
|
(50) |
Barra minn hekk, la l-Kummissjoni u lanqas ebda parti interessata ma ċaħdu l-fatt li Hands kienet biegħet ARW fil-Marokk. Ir-raġuni għaliex dan il-bejgħ ġie injorat bħala bejgħ domestiku kienet dovuta għall-pożizzjoni ta’ Hands u tal-klijenti f’żoni ekonomiċi, kif inhu konkluż fil-premessa (60) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dan il-bejgħ ma sar fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u xorta ma setax jintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali. Min-naħa l-oħra, Hands aċċettat li ma kellha l-ebda bejgħ domestiku u li l-valur normali kien għadu jrid jinħadem. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(51) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Marokk afferma li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-bejgħ f’żoni ekonomiċi ma kienx jikkostitwixxi bejgħ domestiku. Il-Gvern Marokkin appoġġa din l-affermazzjoni u ddikjara li billi ARW inbiegħu lil kumpaniji fiż-żoni ekonomiċi sabiex jintużaw fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda jew fl-UE jew fil-Marokk u għalhekk jiġu kkunsmati jew fl-UE jew fil-Marokk, tali bejgħ f’żoni ekonomiċi fil-Marokk għandu jitqies bħala bejgħ domestiku. Allega li dan ikun konformi mal-approċċ tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, li jqis il-bejgħ f’żoni ekonomiċi għall-użu fi prodott li fl-aħħar mill-aħħar jiġi esportat barra mill-Istati Uniti bħala kkunsmat fis-suq domestiku. |
|
(52) |
Madankollu, kif diġà ġie spjegat fil-premessi (53) u (54) tar-Regolament provviżorju, dan mhuwiex l-approċċ li ġie adottat mill-Kummissjoni fl-investigazzjonijiet attwali jew preċedenti. Il-fatt li l-Istati Uniti jadottawx approċċ differenti jew le fid-determinazzjonijiet tagħhom huwa irrilevanti għal dan il-każ. Il-Kummissjoni ma tqisx il-bejgħ bejn żona ekonomika u oħra bħala bejgħ domestiku għall-fini tal-kalkoli tad-dumping minħabba li fiż-żmien tal-bejgħ mhuwiex magħruf jekk il-prodott kienx se jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq domestiku, jew kienx destinat għall-esportazzjoni (ara l-premessi (53) u (54) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(53) |
Il-Gvern tal-Marokk argumenta wkoll li l-approċċ tal-Kummissjoni kien kontradittorju għat-trattament tagħha tal-bejgħ f’żoni ekonomiċi esklużivi tal-UE li jistgħu jkunu soġġetti għal dazji anti-dumping (11), kif ukoll għall-prattika tagħha li tinkludi l-importazzjonijiet ta’ proċessar attiv u passiv lejn żoni ekonomiċi fl-istatistika tal-importazzjoni li tintuża fl-analiżi tad-dannu fl-investigazzjonijiet anti-dumping. |
|
(54) |
L-ewwel nett, ir-referenza għal żoni ekonomiċi esklużivi huwa irrilevanti għal dan il-każ. Iż-żoni ekonomiċi esklussivi huma żoni li huma ddikjarati bħala tali minn Stat Membru skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Iż-żoni ekonomiċi msemmija f’dan il-każ mhumiex żoni ekonomiċi esklużivi bħal dawn u ma jaqgħux taħt ir-regoli msemmija mill-gvern Marokkin (12). |
|
(55) |
It-tieni, l-importazzjonijiet ta’ proċessar attiv u passiv f’żoni ekonomiċi fl-UE huma inklużi fl-analiżi tad-dannu minħabba li l-oġġetti importati “mhux biss jagħmlu tranżitu minn ġo l-Unjoni, iżda jgħaddu wkoll minn operazzjonijiet ta’ proċessar ta’ valur miżjud, bħall-assemblaġġ u t-trasformazzjoni, fl-Unjoni. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet jikkompetu b’mod ċar mal-prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni.” (13) Madankollu, il-bejgħ lejn u saħansitra bejn żoni ekonomiċi differenti ma setax jitqies bħala bejgħ domestiku għaliex ma kienx hemm informazzjoni dwar jekk il-prodott kienx se jitħalla jiċċirkola liberament fis-suq domestiku, jew jekk kienx se jiġi esportat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(56) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, kemm Dika kif ukoll Hands ikkontestaw l-użu ta’ SG&A Brażiljan u l-profitt għall-iffissar tal-valur normali. Hands argumentat li jenħtieġ li d-data tal-kumpaniji Brażiljani ma tintużax biex jiġu stabbiliti l-SG&A u lanqas ma jintuża l-profitt biex jinħadem il-valur normali. Il-kumpanija ddikjarat li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza li turi li d-data mill-Brażil kienet adegwata biex jinħadem il-valur normali. Minflok, Hands issuġġeriet li jintużaw l-SG&A u l-profitt tal-produtturi Koreani tar-roti tal-aluminju li jkunu konsiderevolment aktar baxxi. Hands affermat li dan ikun aktar xieraq billi fl-aħħar mill-aħħar Hands hija proprjetà ta’ manifattur Korean tal-ARW, u l-profitt tal-SG&A li jirriżulta jkun konformi ma’ dak ta’ waħda miż-żewġ kumpaniji Brażiljani użati mill-Kummissjoni. |
|
(57) |
Dika affermat li d-data ta’ waħda mill-kumpaniji Brażiljani jenħtieġ li tiġi injorata, billi l-Kummissjoni użat il-kontijiet konsolidati li kienu jinkludu r-riżultati ta’ sussidjarji f’pajjiżi oħra u li jikkonċernaw prodotti oħra għajr ARW. Kemm Hands kif ukoll Dika affermaw li s-SG&A ta’ waħda mill-kumpaniji Brażiljani kienu ġew ikkalkulati ħażin. |
|
(58) |
Fid-dawl tal-argumenti li tressqu dwar l-użu tad-data Brażiljana għall-iffissar tal-valur normali, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid il-metodu li applikat fl-istadju provviżorju. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ Hands li r-Repubblika tal-Korea tkun alternattiva aktar xierqa għall-Marokk mill-Brażil. Ir-raġunament wara l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku huwa li jintuża metodu raġonevoli biex jinstab indikatur għall-SG &A u l-profitt tal-produttur esportatur li jkun taħt investigazzjoni. Ix-chapeau tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, kif ukoll is-subparagrafi (a) u (b) ta’ dak l-Artikolu, juru preferenza ċara għal data relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq domestiku tal-oriġini. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(6)(c), alternattiva raġonevoli għas-suq domestiku idealment tkun qrib is-suq domestiku, pereżempju, f’termini ta’ żvilupp ekonomiku billi dan għandu impatt fuq il-livell tal-kostijiet u tal-profitti tal-kumpaniji. Filwaqt li l-Brażil kien ikkunsidrat kemxejn aktar żviluppat ekonomikament mill-Marokk, il-Korea hija ekonomija żviluppata ħafna u ma setgħetx titqies bħala alternattiva raġonevoli għall-Marokk (14). |
|
(59) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li minflok ma tuża d-data tal-produtturi tal-ARW, kien aktar raġonevoli li tintuża d-data disponibbli tal-produttur li kkoopera, jiġifieri Hands. L-SG&A ta’ Hands ma setgħux jintużaw għall-iffissar tal-valur normali taħt l-intestatura tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, billi Hands ma kellha l-ebda bejgħ domestiku fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Madankollu, bħala indikatur għall-SG&A relatat mal-bejgħ domestiku ta’ Hands, il-Kummissjoni qieset li l-SG&A għall-bejgħ kollu ta’ Hands jkunu alternattiva raġonevoli. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda differenza bejn l-SG&A tal-bejgħ domestiku u l-SG&A tal-bejgħ esportazzjoni domestiku u l-SG &A tal-bejgħ tal-esportazzjoni, billi l-kostijiet rilevanti kollha kienu allokati fuq il-fatturat. Barra minn hekk, l-għadd ta’ bejgħ li sar fil-Marokk minn Hands tant kien żgħir li ma seta’ jsir l-ebda tqabbil sinifikanti. Id-data ta’ Hands ġiet ivverifikata u kienet tikkonċerna bejgħ minn kumpanija li tinsab fil-Marokk, li tipproduċi u tbigħ ARW biss. Barra minn hekk, dik id-data kopriet il-perjodu ta’ investigazzjoni biss. Il-Kummissjoni tqis l-użu tad-data Brażiljana bħala anqas raġonevoli billi l-informazzjoni disponibbli kienet tmur lura sal-2019, u kopriet diversi prodotti u siti ta’ produzzjoni f’diversi pajjiżi. B’hekk, l-SG&A stabbiliti fuq il-bażi tad-data ta’ Hands innifisha, aġġustata għal entrati mhux relatati direttament mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u oġġetti li ma ġewx realizzati, kienu ta’ [12 % — 16 %]. |
|
(60) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hands tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Korea tkun l-aktar għażla xierqa biex tiddetermina l-livell ta’ SG&A u l-profitt biex jiġi ffissat il-valur normali ta’ Hands billi dik id-data kienet tikkonċerna l-kumpanija omm Koreana ta’ Hands. Skont Hands, il-fatt li l-Korea ma kellhiex livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-Marokk kien irrilevanti billi l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiż alternattiv huwa rilevanti biss fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku f’każ ta’ distorsjonijiet sinifikanti, li mhuwiex il-każ tal-Marokk. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Għalkemm tabilħaqq it-terminu “livell simili ta’ żvilupp ekonomiku” jintuża fl-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku, dan ma jfissirx li l-livell ta’ żvilupp ekonomiku ma jistax ikun fattur rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk ikunx raġonevoli li pajjiż għajr il-Marokk jintuża biex jiġi ddeterminat livell xieraq ta’ SG&A skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset li l-użu ta’ data tal-produtturi ARW f’ekonomija żviluppata ħafna jkun inqas raġonevoli mill-użu ta’ data minn pajjiż li jkun aktar simili f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq. |
|
(62) |
Hands affermat ukoll li l-Kummissjoni ma indirizzat l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet tagħha dwar id-data Brażiljana, kif użata fir-Regolament provviżorju. Madankollu, dawn l-affermazzjonijiet saru irrilevanti meta id-data ta’ Hands intużat minflok id-data Brażiljana. Hands argumentat li l-unika raġuni għaliex intużat id-data ta’ Hands u mhux id-data Brażiljana kienet li dan kien aktar konvenjenti għall-Kummissjoni. Madankollu, kif ġie spjegat mill-Kummissjoni fil-premessa (59) hawn fuq, hija ddeterminat li d-data ta’ Hands innifisha kienet aktar raġonevoli mid-data Brażiljana, u mhux aktar konvenjenti. Għaldaqstant il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(63) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Marokk, Dika u Hands ma qablux mal-użu tal-SG&A ta’ Hands għall-iffissar tal-valur normali. |
|
(64) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Marokk u Dika affermaw li l-użu tal-SG&A ta’ Hands ma kienx konformi mal-Artikolu 2.2.2 tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO. Iż-żewġ partijiet innotaw li “kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor” fl-Artikolu 2.2.2 (iii) tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO jinvolvi inkjesta dwar jekk l-ammont għall-profitti ikunx qed iqarreb lejn il-marġni ta’ profitt lejn dak li kien isir kieku l-prodott taħt kunsiderazzjoni nbiegħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fil-pajjiż esportatur. Il-partijiet innotaw ukoll li l-kostijiet SG&A li ntużaw mill-Kummissjoni kienu jirreferu biss għal kostijiet ta’ esportazzjoni ta’ SG&A li, skont Dika, fid-definizzjoni tagħhom stess ma jistgħux iqarrbu l-marġni ta’ profitt li kien isir kieku l-prodott ikkunsidrat kien inbiegħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fil-Marokk. Fl-aħħar nett, Dika argumentat li l-fatt li l-SG&A tal-esportazzjoni ta’ Hands kienu bażi raġonevoli għall-bejgħ domestiku tagħha ma setax jiġi vverifikat realment billi Hands ma kienet għamlet l-ebda bejgħ domestiku. |
|
(65) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Hands essenzjalment argumentat li l-użu tal-SG&A tagħha stess imur kontra l-ittra u r-raġunament tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku billi Hands ma kienet għamlet l-ebda bejgħ domestiku fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Skont Hands, il-Kummissjoni użat l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku biex tevita l-fatt li ma setgħetx tirrikorri għar-regola ġenerali tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku li tirrikjedi li l-bejgħ ikun fil-perkors ordinarju. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-funzjoni ġenerali tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku (u l-Artikolu 2.2.2 tal-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO) hija li l-marġni ta’ profitt kif ukoll l-SG &A ta’ prodott simili jitqarreb lejn dak fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. “Kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor” fl-Artikolu 2.2.2 (iii) tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO jinvolvi inkjesta dwar jekk id-determinazzjoni tal-ammont tal-profitti u tal-SG&A hijiex ir-riżultat ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-evidenza disponibbli. F’dan ir-rigward, għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew Dika u Hands, il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fil-proċess li tikkunsidra l-evidenza kollha disponibbli, la użat l-SG &A għall-bejgħ tal-esportazzjoni u lanqas l-SG &A għall-bejgħ domestiku li ma kienx fil-kost ordinarju tal-kummerċ; minflok, il-Kummissjoni użat bħala indikatur raġonevoli l-SG&A dwar il-bejgħ kollu li sar minn Hands. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni qieset li jkun raġonevoli għal diversi raġunijiet, fit-tifsira tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku (u l-Artikolu 2.2.2 tal-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO), li tuża l-SG&A għall-bejgħ kollu ta’ Hands minflok l-SG&A ta’ prodott simili fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. |
|
(68) |
L-ewwel nett, Hands innifisha ma kkontestatx il-fatt li kieni għamlet dan il-bejgħ, l-SG&A fuq it-tranżazzjonijiet kollha tagħha kienu jkunu simili għal dawk tal-bejgħ domestiku tagħha. Bil-kontra, bl-allokazzjoni tal-kostijiet SG&A totali mġarrba fuq il-fatturat kif spjegat fil-paragrafu (45) tad-dokument ta’ informazzjoni finali, Hands irrikonoxxiet li tali kostijiet huma identiċi irrispettivament mis-swieq ġeografiċi differenti fejn ikun sar il-bejgħ. |
|
(69) |
It-tieni, il-mod kif Hands ġiet stabbilita u kif ittrattat il-bejgħ f’suq immexxi minn sejħiet għall-offerti kkonferma wkoll li l-allokazzjoni rrappurtata tal-SG &A (ibbażata fuq il-fatturat irrispettivament mid-destinazzjoni ġeografika tal-prodott) kienet tirrifletti r-realtà. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma setgħet tiġi nnutata l-ebda differenzjazzjoni fir-rigward tal-proċess tal-bejgħ u l-kostijiet relatati tiegħu bejn is-swieq, filwaqt li partijiet mill-proċess saru mill-kumpanija omm ta’ Hands fil-Korea. |
|
(70) |
It-tielet, il-proċeduri tal-offerti ARW, anke dawk li Hands ipparteċipat fihom, ma kinux diviżi skont is-suq, iżda skont il-klijent (pereż. kwalunkwe offerti għal ARW mibjugħa lill-produttur tal-karozzi X, kemm jekk finalment ikkonsenjati fl-Unjoni kif ukoll fil-Marokk, ġew ittrattati mill-kwartieri ġenerali tal-produttur tal-karozzi X). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, mill-perspettiva tal-SG&A ta’ Hands, ma kienx importanti jekk suġġett ta’ tranżazzjoni kienx destinat li jiġi kkunsmat fil-Marokk jew, pereżempju, fi Franza. Għaldaqstant, l-SG &A ta’ Hands li saru fuq it-tranżazzjonijiet kollha tagħha kienu jammontaw għal indikatur raġonevoli għal dak li l-SG&A kien ikun fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fil-Marokk. |
|
(71) |
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Hands argumentat li mhux l-SG&A kollha ġew allokati fuq il-fatturat billi l-kostijiet assoċjati mat-trasport, pereżempju, kienu bbażati fuq il-kostijiet reali għal kull suq. Barra minn hekk, u għall-istess raġuni, allegatament ma kienx ġustifikat li ssir referenza għall-proċessi tal-offerti u tal-offerti billi din ma qisitx il-kundizzjonijiet differenti tal-konsenja u tat-trasport li jistgħu jvarjaw minn suq għal ieħor. Fl-aħħar nett, Hands argumentat li l-attività tal-bejgħ tista’ tvarja bejn suq u ieħor. Konsegwentement, Hands argumentat li l-Kummissjoni kisret ir-Regolament bażiku meta għażlet id-data ta’ Hands bħala raġonevoli għall-iffissar tal-valur normali ta’ Hands. |
|
(72) |
Dak li ma ssemmiex fid-dikjarazzjoni huwa li l-SG&A ta’ Hands fuq it-tranżazzjonijiet kollha tagħha ġew aġġustati biex iqarrbuhom lejn l-SG &A tagħha fir-rigward ta’ prodott simili fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Kif ġie spjegat fid-divulgazzjoni finali addizzjonali, u kif intlaqa’ minn Hands fil-kummenti sussegwenti tagħha, il-kostijiet assoċjati mat-trasport tnaqqsu kemm mill-bejgħ nett kif ukoll mit-total tal-SG&A u għalhekk ma tqisux fil-kalkoli tal-SG&A. Il-kostijiet assoċjati mat-trasport kienu l-uniku element ta’ kost identifikat minn Hands fl-SG &A tagħha bħala speċifiku għas-swieq ġeografiċi. Ma setgħet tinstab l-ebda differenza notevoli bejn is-swieq fir-rigward tal-kostijiet l-oħra relatati mal-bejgħ. Il-fatt li xi kostijiet oħra relatati mal-bejgħ ma kinux direttament korrelatati mal-proċeduri tal-offerti, skont l-argument ta’ Hands, ma jfissirx li dawn il-kostijiet ma kinux influwenzati mill-organizzazzjoni tal-proċeduri tal-offerti u tar-relazzjonijiet mal-klijenti. Kif stabbilit fil-premessi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeterminat li xi kostijiet, bħal kostijiet relatati mat-trasport, kienu relatati mas-suq u eskludiet tali kostijiet. Ċerti kostijiet oħra ma kinux relatati mas-suq minħabba s-suq immexxi mis-sejħa għall-offerti jew minħabba li kienu relatati ma’ operazzjonijiet (salarji, finanzjarji jew oħrajn) li, min-natura tagħhom u minħabba t-twaqqif tal-kumpanija, ma kinux differenzjati mis-swieq ġeografiċi. Barra minn hekk, il-kumpanija nnifisha allokat il-kostijiet kollha mhux relatati mat-trasport fuq il-fatturat mingħajr ma għamlet distinzjoni bejn is-swieq ġeografiċi. |
|
(73) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, minbarra li għamlet l-affermazzjonijiet fir-rigward tal-fehim tal-Kummissjoni dwar kif ġew irrapportat l-SG&A tagħha, li huma indirizzati hawn fuq, Hands ma ssostanzjatx ulterjorment l-affermazzjoni tagħha dwar il-ksur tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, Hands ma pprovdiet l-ebda kumment dwar l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li ngħatat fil-premessa (74), u indirizzat din il-parti tal-kummenti ta’ Hands dwar id-divulgazzjoni finali. Hands naqset ukoll milli tispjega għaliex iċ-ċifra tal-SG&A li ntużat mill-Kummissjoni, li ma kinitx tinkludi l-kostijiet assoċjati mat-trasport, kienet indikatur irraġonevoli għal dak li l-SG&A tagħha kienet tkun fir-rigward ta’ prodott simili fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Fl-aħħar nett, minbarra li ma qablitx mal-approċċ tal-Kummissjoni, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, Hands ma indikatx alternattiva aktar raġonevoli. B’mod partikolari, la Hands u lanqas xi parti interessata oħra ma pprovdew kummenti dwar l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li ngħatat fil-premessa (75), għaliex l-alternattivi kkunsidrati matul l-investigazzjoni ma kinux aktar raġonevoli mid-data ta’ Hands innifisha. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(74) |
L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet evidenza konvinċenti dwar għaliex l-SG&A tal-bejgħ kollu ma kienx indikatur raġonevoli. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ bejgħ komparabbli fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku, il-Kummissjoni nnotat li l-għan proprju tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku (kif ukoll tal-Artikolu 2.2.2 (iii) tal-Ftehim Anti-Dumping tad-WTO) huwa li jqarreb lejn tali SG&A ipotetiku preċiżament minħabba li ma ma sarx tali bejgħ. Meta titqies is-sitwazzjoni partikolari ta’ kif Hands biegħet l-ARWs tagħha u allokatl-SG &A tagħha, kif ukoll kif jiffunzjona s-suq li topera fih, il-Kummissjoni użat l-indikatur it-tajjeb. |
|
(75) |
L-ebda parti interessata ma pprovdiet alternattiva oħra aktar raġonevoli. Tabilħaqq, l-alternattivi, IOCHPE MAXION S.A. fil-Brażil jew Hands Corporation fil-Korea ma kinux indikaturi aħjar għal dak li l-SG&A ipotetiku għal prodott simili fil-perkors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Għall-kuntrarju tal-każ tal-SG &A ta’ Hands, l-SG&A meħuda mill-Brażil kienu jkunu differenti ferm mill-prodott simili (relatati l-aktar mal-bejgħ ta’ prodotti oħra għajr l-ARW). Dan huwa ta’ importanza partikolari meta wieħed jittratta prodott li jinbiegħ b’mod partikolari ħafna, kif inhu l-każ fil-punt li tali alternattivi għandhom jiġu skwalifikati. Fir-rigward tal-alternattiva bbażata fuq data Koreana, il-Kummissjoni diġà spjegat li tali data tista’ ma tkunx alternattiva raġonevoli fid-dawl tad-differenzi bejn il-Marokk u l-Korea f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, u dan jista’ jkollu impatt fuq il-livell tal-kostijiet u l-profitti tal-kumpaniji. |
|
(76) |
Fl-aħħar nett, ir-referenza ta’ Dika għall-marġni ta’ profitt li ntuża għall-iffissar tal-valur normali li ġie stabbilit magħmul dehret irrilevanti. Il-marġni ta’ profitt ma kienx ibbażat fuq il-bejgħ ta’ Hands, iżda pjuttost fuq il-profitt fil-mira stabbilit għall-industrija tal-Unjoni u limitat mill-profitt li normalment isir minn esportaturi jew produtturi oħra fuq il-bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini, f’konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Hands għamlet ukoll diversi affermazzjonijiet dwar żbalji fl-ikkalkular tal-SG&A ta’ Hands. Il-Kummissjoni aċċettat affermazzjoni minnhom relatata mat-tnaqqis tal-kummissjonijiet tal-bejgħ mill-SG&A ta’ Hands, u ċaħdet il-bqija tal-affermazzjonijiet. Il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat mill-ġdid kif xieraq. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ xi wħud mill-affermazzjonijiet ingħataw lil Hands fid-divulgazzjoni finali addizzjonali. Is-sottomissjoni ta’ Hands ma ressqet l-ebda informazzjoni ġdida dwar dawn l-affermazzjonijiet wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
|
(78) |
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Hands irreferiet ukoll għall-kummenti preċedenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, fejn argumentat li l-Kummissjoni ma kellhiex tuża formula biex tikkonverti l-proporzjon SG&A fuq il-fatturat fi proporzjon ta’ SG&A għal kull kost tal-oġġetti mibjugħa, iżda minflok kellha tikkalkula l-SG&A direttament fuq il-kost reali vverifikat tal-prodotti ta’ Hands li nbiegħu. Madankollu, dan kien ibbażat fuq nuqqas ta’ ftehim billi l-Kummissjoni ma kkalkulatx l-SG&A fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa, iżda fuq il-kost tal-manifattura. Barra minn hekk, Hands ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni għaliex ma kienx xieraq li jintuża l-kost tal-manifattura u mhux il-kost tal-oġġetti mibjugħa. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Il-kalkoli rilevanti ntwerew fid-divulgazzjoni finali u ġew iċċarati fid-divulgazzjoni finali addizzjonali. L-ewwel nett, il-Kummissjoni identifikat, fuq il-bażi tal-kostijiet reali ta’ Hands, l-ammont totali tal-kostijiet SG&A, li mbagħad ġie espress bħala perċentwal tal-valur totali tal-bejgħ. Wara, il-perċentwal tal-SG &A u l-perċentwal tal-profitt nżiedu mal-kost tal-manifattura sabiex jinħadem il-valur normali. |
|
(79) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-EUWA kkontestat il-metodu li ntuża biex jinħadem il-valur normali billi d-dazju tad-dumping li jirriżulta ma jirrimedjax id-dumping dannuż li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Minflok, l-EUWA argumentat li l-profitt fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni stabbilit fil-premessa (160) tar-Regolament provviżorju jenħtieġ li jiġi applikat fil-kalkoli tad-dumping, billi dan iwassal għal valur normali aktar raġonevoli. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-EUWA li l-eżitu tal-kalkoli ġġustifika l-ħtieġa l-valur normali jinħadem fuq profitt ogħla. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieqaf tuża d-data Brażiljana fil-kalkoli tagħha kif inhu spjegat fil-premessi (44) u (45) hawn fuq iżda minflok li ikkalkula l-SG&A fil-Marokk bid-data vverifikata ta’ Hands innifisha. Min-naħa l-oħra, ma setax jiġi ddeterminat profitt raġonevoli għal Hands fuq il-bażi tad-data vverifikata, billi l-bejgħ tal-kumpanija ma kienx qed jiġġenera profitt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minflok, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-profitt bażiku stabbilit għall-industrija tal-Unjoni f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali bħala alternattiva raġonevoli għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt. |
|
(81) |
Kemm il-produtturi tal-ARW tal-Unjoni kif ukoll dawk Marokkini ibigħu lill-istess klijenti f’suq omoġenju u jikkompetu fl-istess sejħiet għall-offerti, u għandhom fabbriki bi struttura simili u b’mod partikolari kostijiet simili. Għalhekk wieħed jistenna li jagħmlu profitti komparabbli f’ċirkostanzi komparabbli. Għalhekk il-Kummissjoni kkalkolat il-valur normali skont l-Artikolu 2(6)(c)fuq il-profitt bażiku ta’ 7,9 % kif stabbilit fil-premessa (158) tar-Regolament provviżorju, u applikat limitu tal-profitt kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
F’dan ir-rigward l-EUWA sostniet li l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku jippermetti d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni li ma tapplikax il-limitu massimu fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Skont l-EUWA, fl-applikazzjoni tal-limitu massimuil-Kummissjoni ma rrikorrietx għal prodott fl-istess kategorija ġenerali bħala ARW. Il-kategorija tal-prodott li ntużat mill-Kummissjoni hija maħsuba biex tiġi pproċessata aktar mill-industriji downstream, li jintwera mill-fatt li l-ARW u l-prodotti li ntużaw mill-Kummissjoni huma kklassifikati taħt kapitoli differenti fin-nomenklatura statistika. Skont l-EUWA, dawn għalhekk ma setgħux jitqiesu li jaqgħu fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. Fil-fatt, l-EUWA sostniet li fil-Marokk ma sar l-ebda bejgħ ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħal ARW. |
|
(83) |
L-EUWA mbagħad argumentat li Kummissjoni mhijiex obbligata li tapplika l-limitu massimu f’sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini. Barra minn hekk, hija sostniet li l-applikazzjoni tal-limitu massimu hija intiża biss sabiex tevita l-applikazzjoni ta’ livelli ta’ profitt eċċessivament għoljin fil-kalkoli tal-valur normali. L-EUWA ddikjarat li, fil-fehma tagħha, livell ta’ profitt ta’ 8,3 % (il-profitt fil-mira mhux dannuż stabbilit fir-Regolament provviżorju) ma jkunx eċċessiv, filwaqt li profitt limitat għal 4,16 %, kif applikat mill-Kummissjoni, ma kienx biżżejjed. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi l-applikazzjoni tal-limitu massimu hija stipulata fir-Regolament bażiku, u hija appoġġata wkoll minn diversi rapporti tal-bord tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO. (15) Għalhekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-EUWA, il-Kummissjoni ma għandhiex diskrezzjoni li tiddeċiedi li ma tapplikax il-limitu massimu. |
|
(85) |
Fl-issodisfar tal-obbligu tagħha li tapplika limitu fuq il-profitt il-Kummissjoni ma għandhiex diskrezzjoni wiesgħa fl-iffissar tal-limitu. L-EUWA kkumentat dwar l-adegwatezza tal-kategorija ġenerali applikata mill-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju, iżda ma pproponiet l-ebda alternattiva, lanqas waħda aktar xierqa. Is-sempliċi fatt li l-limitu massimu tal-profitt mhuwiex għoli biżżejjed fil-fehma tal-industrija tal-Unjoni, ma jfissirx li l-limitu massimu nnifsu mhuwiex raġonevoli, xieraq jew korrett. Għalhekk, ladarba l-partijiet ma ppreżentawx alternattivi aktar xierqa, il-Kummissjoni żammet limitu tal-profitt ta’ 4,16 % kif previst fil-premessa (64) tar-Regolament provviżorju. |
|
(86) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EUWA tenniet l-affermazzjoni tagħha li fl-iffissar tal-valur nominali ntuża livell baxx wisq ta’ profitt (il-limitu tal-profitt). Madankollu, billi l-EUWA ma pprovdiet l-ebda informazzjoni ġdida jew ma pproponiet l-ebda metodu alternattiv biex jiġi stabbilit il-limitu massimu tal-profitt, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
3.3. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(87) |
Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi minn (66) sa (68) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din il-metodoloġija, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet provviżorji tagħha. |
3.4. Tqabbil
|
(88) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-metodoloġija li ntużat biex jitqabbel il-prezz tal-esportazzjoni mal-valur normali maħdum. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi (69) u (70) tar-Regolament provviżorju. |
3.4.1. Il-marġini tad-dumping
|
(89) |
Il-Kummissjoni rrevediet il-marġini tad-dumping wara affermazzjonijiet li saru mill-partijiet interessati kif inhu deskritt fil-premessi minn (57 sa (59) u (77). Minbarra dawn l-affermazzjonijiet, kemm Dika kif ukoll EUWA kkontestaw il-metodu tal-Kummissjoni li ntużaw biex jiġi stabbilit id-dazju residwu. |
|
(90) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Dika sostniet li d-dazju residwu li ġie stabbilit kien għoli wisq. Meta l-Kummissjoni użat l-ogħla marġni tad-dumping bħala fatti hija kienet tippenalizza lil Dika għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħha. Skont Dika, dan huwa pprojbit mill-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kif ukoll mid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-WTO. |
|
(91) |
Madankollu, il-Bord f’tilwima oħra tad-WTO (il-Kanada — Welded Pipe) iddikjara li “Jista’ jkun hemm linja fina bejn, minn naħa waħda, l-inċentivar tal-kooperazzjoni u l-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni u, min-naħa l-oħra, l-ikkastigar tal-esportaturi li ma jikkooperawx” (16). F’dan ir-rigward, wieħed ma jistax “imur lil hinn minn dak li kien xieraq u meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi li titħeġġeġ il-kooperazzjoni u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni” (17). Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan huwa preċiżament l-għan tal-metodu li ntuża fir-Regolament provviżorju. Il-premessa (73) ta’ dak ir-Regolament spjegat li l-Kummissjoni applikat l-ogħla marġni ta’ dumping li nstab għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi minn Hands, li jammontaw għal madwar 50 % tal-esportazzjonijiet kollha ta’ Hands lejn l-Unjoni. |
|
(92) |
Fl-għażla tat-tipi ta’ prodotti li jammontaw għal 50 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minn Hands, il-Kummissjoni applikat metodu raġonevoli bbażat fuq valutazzjoni tal-informazzjoni kollha disponibbli. Dan huwa wkoll konformi ma’ investigazzjonijiet preċedenti u dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha dwar ir-roti tal-azzar għall-użu fit-triq miċ-Ċina: “għalkemm ir-rikorrenti jiddeskrivu l-marġni ta’ dumping residwu bħala “punittiv”, jaqblu li dan il-marġni ma ġiex iddeterminat mill-Kummissjoni b’mod arbitrarju jew punittiv, iżda wara li kienet ikkonstatat li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx ħadem u applikat korrettament l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-rikorrenti. Dak il-marġni residwu ġiet stabbilit fuq il-bażi ta’ proporzjoni mhux insinifikanti tal-esportazzjonjijet tal-produttur esportatur uniku, biex l-użu ta’ tali klassifikazzjoni fir-rigward ta’ dak il-marġni, għolja kemm hi għolja, mhijiex ġustifikata.” (18) Rappreżentattiva ta’ 50 % tal-voluni tal-esportazzjoni, kif inhu deskritt fil-premessa (57) aktar ’il fuq, hija simili jew ogħla minn dik f’investigazzjonijiet anti-dumping oħrajn (19). |
|
(93) |
Il-Kummissjoni kienet ikkalkulat id-dazju residwu fuq il-bażi ta’ metodoloġija stabbilita bl-użu ta’ data vverifikata, f’konformità ma’ investigazzjonijiet preċedenti kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq. Barra minn hekk, id-data użata biex jiġi stabbilit id-dazju residwu kienet rappreżentattiva fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mit-tipi ta’ prodotti importati mill-kumpaniji Marokkini. Il-fatt li r-riżultat huwa aktar baxx minn dak li xtaqet l-EUWA, jew mid-dazju stabbilit fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina, ma jinvalidax dak il-metodu. |
|
(94) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet kemm l-affermazzjoni ta’ Dika li d-dazju residwu kien punittiv u għoli wisq, kif ukoll l-affermazzjoni tal-EUWA li d-dazju residwu kien baxx wisq u bonus għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni. |
|
(95) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Dika tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-metodu biex jiġi stabbilit id-dazju residwu kien punittiv u li l-Kummissjoni ma spjegatx kif iddeterminat li l-metodoloġija użata kienet xierqa jew li tuża l-aħjar informazzjoni xierqa biex tistabbilixxi r-rata tad-dazju għal Dika. Barra minn hekk, Dika affermat li dan il-metodu huwa kontra l-liġi skont il-Bord tad-WTO China – GOES fejn ġie ddikjarat li “r-rikors għall-fatti disponibbli mhuwiex maħsub li jwassal għal marġnijiet ta’ dumping eċċessivi biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati.” Il-Gvern tal-Marokk għamel affermazzjonijiet simili. |
|
(96) |
Madankollu, id-dazju residwu kif stabbilit fil-każ attwali ma wassal għall-ebda “marġnijiet eċċessivi ta’ dumping” . Il-metodu li ntuża biex jiġi stabbilit id-dazju residwu tqies raġonevoli billi kien ibbażat fuq il-marġnijiet tad-dumping tat-tipi ta’ prodotti li ammontaw għal 50 % tal-esportazzjonijiet ta’ Hands u għalhekk kienu rappreżentattivi ħafna. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ prodotti ammontaw għal kważi 25 % tal-esportazzjonijiet ta’ Dika. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(97) |
Dika sostniet ukoll li l-marġnijiet individwali tad-dumping u tad-dannu jenħtieġ li jiġu kkalkulati għall-kumpanija, billi l-Artikoli 9 (5) tar-Regolament bażiku u 6.10 tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO jindikaw li tali marġnijiet individwali jenħtieġ li jiġu kkalkulati għal kull fornitur irrispettivament mill-grad ta’ kooperazzjoni tiegħu. |
|
(98) |
Għalkemm il-kalkolu tal-marġnijiet individwali fuq il-bażi tad-data tal-kumpanija stess ma kienx possibbli, kif ġie spjegat hawn fuq fil-premessi minn (26) sa (48), Dika hija produttur Marokkin magħruf mill-Kummissjoni, li se jkun soġġett għal dazju anti-dumping speċifiku għall-kumpaniji fil-livell tad-dazju residwu. Għaldaqstant il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u ddeċidiet li tistabbilixxi rata ta’ dazju individwali għal Dika billi tidentifika individwalment il-kumpanija u r-rata ta’ dazju fil-partijiet rilevanti f’dan ir-Regolament. |
|
(99) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Dika tenniet ukoll it-talba tagħha li tirċievi kalkoli tal-marġni tad-dumping u tad-dannu kif ukoll kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tas-soppressjoni tal-prezzijiet fir-rigward ta’ Dika. Dika argumentat li fin-nuqqas ta’ tali divulgazzjoni hija ma tħallietx tippreżenta offerta ta’ impenn fuq il-prezz u l-possibbiltà li tikkummenta b’mod sinifikanti dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni. |
|
(100) |
Madankollu, għall-istess raġunijiet kif stabbilit fil-premessi (46) u (48) u kif ġie spjegat ukoll lil Dika wara talbiet ta’ divulgazzjoni bħal dawn wara d-divulgazzjoni kemm provviżorja kif ukoll finali, ma kienx possibbli li ssir divulgazzjoni speċifika lil Dika. Billi ma ġie kkalkulat l-ebda marġni individwali ta’ dumping jew ta’ ħsara fil-konfront ta’ Dika, ma kien hemm l-ebda kalkolu li kellu jiġi ddivulgat. Barra minn hekk, il-kalkoli biex jiġi ddeterminat id-dazju residwu (applikabbli għal Dika) kienu bbażati fuq id-data vverifikata ta’ Hands, li ma setgħetx tiġi ddivulgata lil Dika għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Ir-Regolament provviżorju, l-informazzjoni pprovduta lil Dika wara d-divulgazzjoni provviżorja (20), id-dokument ta’ divulgazzjoni finali u r-Regolament attwali kien fihom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet kollha li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-proposta u d-deċiżjoni tagħha li timponi miżuri provviżorji u definittivi fuq ARW mill-Marokk kif ukoll il-metodoloġija li ntużat għall-kalkolu tad-dazju residwu applikabbli għal Dika. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(101) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (cost, insurance and freight, CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(102) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe affermazzjoni oħra jew kummenti ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi (75) u (76) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(103) |
L-ACEA affermat li l-unità ta’ konverżjoni użata kif deskritt fil-premessa (78) tar-Regolament provviżorju għall-istabbiliment tal-konsum tal-Unjoni ġiet stabbilita b’mod skorrett għall-Marokk abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Hands u Utent A fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Marokk. L-utent A kien wieħed miż-żewġ utenti li kkooperaw fl-investigazzjoni, li t-talba tagħhom għall-unanimità ġiet aċċettata mill-Kummissjoni. Skont l-ACEA l-proporzjon ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 13,5 kg għal kull unità. Fir-rigward tat-Turkija l-ACEA kkalkulat li l-proporzjon ta’ konverżjoni jenħtieġ li jkun ta’ 9,3 kg għal kull unità. Dan il-kalkolu kien ibbażat fuq informazzjoni li ngħatat minn membru tal-ACEA li ma kkooperax mal-investigazzjoni (“l-utent li ma kkooperax”) u qatt ma ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(104) |
Għall-istabbiliment tal-proporzjon ta’ konverżjoni tagħha il-Kummissjoni użat it-tweġibiet għall-kwestjonarju li ġew ppreżentati minn Hands, Dika u t-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-piż medju ponderat għal kull unità għar-roti Marokkini ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni rrappurtata miż-żewġ produtturi, jiġifieri Hands u Dika. Il-proporzjon ta’ konverżjoni stabbilit kien ta’ 11,3 kg għal kull oġġett. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn rigward il-proporzjon ta’ konverżjoni li allegatament ingħatatilha minn Hands. Fi kwalunkwe każ, dan il-proporzjon ma qabilx mal-informazzjoni pprovduta minn Hands fit-tweġiba vverifikata tagħha għall-kwestjonarju. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(105) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA sostniet li l-proporzjon ta’ konverżjoni ma għandux jinkludi d-data ta’ Dika billi d-data tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-kumpanija ġiet miċħuda skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni eskludiet id-data ta’ Dika fl-iffissar tal-proporzjon ta’ konverżjoni. Ir-riżultat kien li l-valur ta’ 11,3 kg għal kull oġġett baqa’ l-istess. Dan huwa spjegat mill-piż relattivament baxx taċ-ċifri ta’ Dika fis-sett ta’ data ġenerali li kien jinkludi mhux biss Hands iżda wkoll it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dika rrappreżentat biss [10 % - 15 %] tal-għadd totali ta’ oġġetti kkunsidrati. Għalhekk, il-proporzjon ta’ konverżjoni kkalkulat fl-istadju provviżorju ġie kkonfermat. |
|
(107) |
Fir-rigward tat-Turkija, il-Kummissjoni nnotat li l-proporzjon ta’ konverżjoni kkalkolat mill-ACEA huwa bbażat fuq piż totali ta’ 1 680 tunnellata li rrappreżenta madwar 1,7 % tal-importazzjonijiet totali mit-Turkija (madwar 94 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni). Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx li dan il-kalkolu huwa preċiż biżżejjed. |
|
(108) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA rreferiet għal eżibit li nġabar fuq il-post mill-Utent B u ssottomettiet ukoll informazzjoni addizzjonali mingħand l-Utent B b’appoġġ għat-talba tiegħu. L-utent B kien wieħed miż-żewġ utenti li kkooperaw fl-investigazzjoni, li t-talba tagħhom għall-unanimità ġiet aċċettata mill-Kummissjoni. L-ACEA stmat, fuq il-bażi tad-data mill-Utent B u d-data li toriġina mill-utent li ma kkooperax, li l-piż ta’ kull oġġett użat bħala proporzjon ta’ konverżjoni mill-Kummissjoni għandu jkun anqas minn 11,3 kg. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni sottomessa li toriġina mill-Utent B. L-Utent B ipprovda lista ta’ [30-45] tipi ta’ prodotti fejn issemmew il-kwantità totali u l-piż għal kull tip ta’ prodott. Il-Kummissjoni nnotat li għal tip ta’ prodott wieħed biss ġie ppreżentat dokument ta’ sostenn li jindika l-piż tiegħu. Fir-rigward tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-ACEA fir-rigward tal-Utent B, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifikaha minħabba li ġiet ippreżentata tard. Fir-rigward tal-informazzjoni li ngħatat mill-utent li ma kkooperax, li kienet tikkonsisti fi spreadsheet taqsira, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifikaha minħabba n-nuqqas ġenerali ta’ kooperazzjoni ta’ dak l-utent, u għalhekk ma setgħetx tiġi kkunsidrata għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-proporzjon ta’ konverżjoni totali rivedut ikkalkulat mill-ACEA kien ibbażat fuq il-piż totali ta’ madwar 3 900 tunnellata, li jirrappreżenta biss madwar 4 % tal-importazzjonijiet totali mit-Turkija. |
|
(110) |
Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-volumi differenti użati mill-ACEA, kemm qabel kif ukoll wara d-divulgazzjoni finali, għall-istabbiliment tal-proporzjon ta’ konverżjoni ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-importazzjonijiet ġenerali. Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-premessa (78) tar-Regolament provviżorju, ix-xejra tas-suq miexja lejn dijametru akbar tar-roti li jirriżulta f’żieda fil-piż ta’ kull oġġett. Din ix-xejra hija kkonfermata mill-proporzjon ta’ konverżjoni kkalkulat fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarji. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(111) |
Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (77) sa (80) u (137) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(112) |
Kif ġie indikat fil-premessa (110) hawn fuq, l-affermazzjoni dwar il-volum ġiet miċħuda u għalhekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ġew ikkonfermati. |
|
(113) |
Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ xi affermazzjonijiet oħra dwar il-valuri tal-importazzjoni, il-premessi minn (81) sa (86) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(114) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet li l-Kummissjoni injorat il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-ARW tal-Unjoni billi injorat il-fatt li r-roti OEM huma magħmula fuq ordni u billi ffukat fuq il-bejgħ attwali magħmul mill-produtturi tal-Unjoni u tal-ARW Marokkini matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minflok ma analizzat il-kompetizzjoni fil-prezzijiet u l-bejgħ mitluf li seħħ fis-sejħiet għall-offerti. Min-naħa l-oħra, f’investigazzjoni preċedenti (21) dwar l-importazzjonijiet ARW, il-Kummissjoni applikat l-approċċ mitlub mill-ACEA. Konsegwentement, l-ACEA affermat li l-analiżijiet kollha tal-prezzijiet, inkluż it-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz, jenħtieġ li jitwettqu fil-livell tal-offerti. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni indirizzat ftehim simili fil-premessa (192) aktar ’l isfel dwar il-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz. Tabilħaqq, l-għażla tal-offerti individwali ma setgħetx tissostitwixxi l-analiżi li saret mill-Kummissjoni, billi din l-analiżi kienet ibbażata fuq id-data tal-bejgħ reali kompluta u vverifikata kif xieraq, jiġifieri l-listi tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta’ kull tip ippreżentati mill-produtturi tal-Unjoni u esportaturi fil-kampjun. Din il-lista tat valuri reali fuq il-kwantità li nbiegħet u ġiet fatturata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li, kif ġie spjegat fil-premessa (136), ħafna drabi fl-aħħar mill-aħħar jitbiegħdu minn dawk ipprovduti fit-termini ta’ offerta. Għall-kuntrarju ta’ dan tal-aħħar, id-data attwali tal-bejgħ tieħu inkunsiderazzjoni l-iskontijiet u r-ribassi, kemm jekk differiti u kemm jekk le, li nħarġu realment u kienu jikkonċernaw il-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, l-analiżi fuq il-bażi tal-offerti ma tirriflettix b’mod preċiż il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-ARW. Barra minn hekk, l-ACEA ma kkontestatx li l-ARWs prodotti fil-Marokk għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi bħall-ARWs li huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-analiżi bbażata fuq l-offerti, it-tqabbil għal kull tip ta’ prodott irrifletta b’mod korrett il-kompetizzjoni fil-prezzijiet u l-volumi bejn l-importazzjonijiet mill-Marokk u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għall-finijiet tal-istabbiliment tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Kif indikat fil-kummenti tagħha, l-ACEA spjegat li l-kuntratti tal-offerti jirriflettu u bejn wieħed u ieħor l-għadd ta’ roti li għandhom jiġu fornuti, filwaqt li normalment l-għadd eżatt jiġi miftiehem fi żmien ftit ġimgħat qabel il-konsenja, u li s-suċċess ta’ mudell ta’ karozza partikolari jiddependi fuq il-konsumaturi u għalhekk fuq il-volum tal-produzzjoni tal-ARWs. F’kull mudell ta’ karozza, jistgħu jiġu offruti diversi tipi ta’ ARWs u l-manifatturi tal-karozzi ma jistgħux ibassru l-bejgħ totali ta’ kull tip matul il-ħajja tal-produzzjoni ta’ dak il-mudell ta’ karozza. Anki jekk il-Kummissjoni kellha tikkunsidra l-effetti fuq il-prezzijiet fil-livell tal-offerti, hija osservat li d-data li kisbet dwar l-offerti ma kinitx kompluta billi oriġinat biss minn żewġ utenti li kkooperaw u ma setgħetx tiġi kontroverifikata kompletament mad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, wieħed mill-akbar utenti ma kkooperax mal-investigazzjoni u d-data parzjali li kienet irċevuta f’ismu mill-ACEA ma setgħetx tiġi vverifikata. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(116) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ACEA affermat li l-ARWs tal-istess speċifikazzjonijiet mhumiex sostitwibbli billi kull ARW tinbena skont ordni tal-manifattur tal-karozzi għal mudell speċifiku ta’ karozza. Id-disinn kif ukoll il-proprjetajiet u l-irfinar huma kollha definiti mix-xerrej. Kull rota hija unika għall-manifattur tal-karozza li jordnaha: ma hemm l-ebda sostitwibbiltà bejn l-ARWs destinati għal manifatturi tal-karozzi differenti. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ARWs kollha, jew li joriġinaw mill-industrija tal-Unjoni jew mill-Marokk jew minn pajjiżi terzi oħra, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Kif instab matul l-investigazzjoni u kig ġie ċċarat mill-ACEA wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi ċċertifikati kollha ma’ ċerti manifatturi tal-karozzi jistgħu jikkompetu u jfornu eżattament l-istess tip ta’ roti lill-manifatturi tal-karozzi. Pereżempju, dokument ipprovdut mill-ACEA indika li, diversi produtturi ċċertifikati li jinsabu fl-Unjoni, fil-Marokk, fit-Turkija u f’pajjiżi terzi oħra kkompetew għall-istess tip ta’ ARW. Jekk ikun meħtieġ, diversi tipi ta’ roti jistgħu jiġu mmuntati fuq ċertu mudell ta’ karozza u mhux biss l-ARWs stabbiliti fl-offerti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(118) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha li ma hemm l-ebda interkambjabbiltà bejn tipi differenti ta’ roti billi s-suġġett tal-investigazzjoni huwa r-roti OEM u li l-OEM skont id-definizzjoni jirreferi għal rota li hija prodotta minn manifattur għal marka ta’ karozza speċifika u li għandha l-marka kummerċjali tagħha protetta minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. L-ARWs huma parti integrali mill-aspett ġenerali u d-disinn ta’ karozza u jeħtieġ li jkunu konsistenti f’kull karozza ta’ mudell speċifiku. |
|
(119) |
L-ACEA sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex evidenza li diversi tipi ta’ roti jistgħu jiġu mmuntati fuq ċertu mudell ta’ karozza u mhux biss l-ARWs stabbiliti fl-offerti. L-ARWs huma parti integrali mill-aspett ġenerali u d-disinn ta’ karozza u jeħtieġ li jkunu konsistenti f’kull karozza ta’ mudell speċifiku. Il-konsumaturi tipikament jitilfu l-garanzija tagħhom jekk jissostitwixxu l-ARWs b’partijiet mhux OEM. L-ACEA ssostanzjat it-talba tagħha dwar il-garanzija bbażata fuq żewġ dokumenti li nħarġu minn żewġ manifatturi tal-karozzi. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ACEA la sostniet u lanqas ma pprovdiet evidenza addizzjonali li l-ARWs kollha, li joriġinaw mill-industrija tal-Unjoni jew mill-Marokk jew minn pajjiżi terzi oħra, ma kinux jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset ukoll li, għalkemm jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet tekniċi li ma jippermettux li t-tipi kollha ta’ roti jiġu mmuntati fuq it-tipi kollha ta’ mudelli ta’ karozzi, hemm ċertu grad ta’ interkambjabbiltà bejn l-ARWs użati għal mudelli ta’ karozzi differenti. Pereżempju, manifattur tal-karozzi jista’ jiddeċiedi li jġedded mudell ta’ karozza billi jaħdem fuq il-partijiet esterni ta’ karozza, li jistgħu jinkludu l-mudell tad-disinn tal-ARWs. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pjattaforma tal-karozzi għadhom identiċi. Għalhekk, jekk ikun meħtieġ, manifattur tal-karozzi jista’ jimmonta ma’ din il-karozza l-mudell tad-disinn ARW il-qadim. Il-produtturi tal-ARWs huma għalhekk meħtieġa li jżommu l-forom aktar antiki għal snin wara t-tmiem tal-produzzjoni fil-bini tagħhom. Dan ġie kkonfermat minn dawk il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li ngħataw l-offerta biex jipprovdu ARWs għal ċertu mudell ta’ karozza u sussegwentement għall-istess mudell ta’ karozza ddisinjat mill-ġdid. |
|
(121) |
Fir-rigward tal-pretensjoni dwar il-garanzija, il-Kummissjoni l-ewwel osservat li waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mogħtija ma kien fiha l-ebda rekwiżit dwar it-tipi ta’ roti li għandhom jintużaw. It-tieni, l-evidenza pprovduta kienet tikkonċerna biss il-perjodu ta’ garanzija iżda mhux il-ħajja kollha utilizzabbli ta’ karozza. It-tielet, il-fatt li hemm ukoll kanal ta’ bejgħ ta’ ARWs Wara s-Suq kien jindika li r-rekwiżit għall-użu ta’ partijiet OEM għal tiswijiet ma kienx applikat b’mod kostanti wara t-tmiem tal-perjodu ta’ garanzija u kien teknikament u legalment permess. Fl-aħħar nett, wieħed miż-żewġ dokumenti pprovduti mill-ACEA kien jikkonċerna s-suq tal-Istati Uniti, filwaqt li għall-ieħor ma kienx ċar jekk kienx jikkonċerna s-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(122) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ prodott (l-hekk imsejjaħ “numru ta’ kontroll tal-prodott” jew “PCN”, product control number) ma kinux ikopru l-karatteristiċi kollha ta’ proġett ARW speċifiku u l-aspetti finanzjarji kollha ta’ offerta partikolari. B’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ kontroll tal-prodott ma żgurax il-komparabbiltà tar-roti li qed jitqabblu u għalhekk immina l-preċiżjoni tal-analiżi tal-volum u tal-prezzijiet rispettivi. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni qieset li d-definizzjoni tan-numru ta’ kontroll tal-prodott qabdet il-karatteristiċi ewlenin ta’ ARW: il-proċess ta’ produzzjoni (roti fonduti standard mingħajr roti ffurmati bi fluss jew bi fluss iffurmat jew mikwijin fil-forġa jew b’żewġ jew bi tliet partijiet), id-dijametru u l-piż, kemm jekk bi trattament bis-sħana kif ukoll jekk le, it-tip ta’ finitura, kemm jekk b’inserzjoni kif ukoll jekk le u kemm jekk mgħammar b’tajer kif ukoll jekk le. L-ebda waħda mill-partijiet li kkooperaw ma kkummentat dwar id-definizzjoni tan-numru ta’ kontroll tal-prodott matul il-proċedimenti. ACEA ma spjegatx liema karatteristika addizzjonali kellha tiġi inkluża. Barra minn hekk, kif indikat hawn fuq fil-premessa (115), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerti ma pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-effetti fuq il-prezz u l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(124) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA argumentat li ma hemm l-ebda appoġġ fil-fajl mhux kunfidenzjali jew fid-dokument ta’ divulgazzjoni rigward it-twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet u s-soppressjoni tal-prezzijiet li nstabu. Il-Kummissjoni osservat li l-premessi (90) u (91) tar-Regolament proviżorju kien fihom l-analiżijiet tal-Kummissjoni u l-kwantifikazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz kif ukoll is-sejbiet tagħha rigward is-soppressjoni tal-prezzijiet. Barra minn hekk, ġie żvelat kalkolu dettaljat tat-twaqqigħ tal-prezz lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, li setgħu jikkummentaw dwar il-preċiżjoni ta’ dak il-kalkolu. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(125) |
Fin-nuqqas ta’ affermazzjonijiet oħra li jikkonċernaw l-effetti tat-twaqqigħ u tal-prezzijiet, il-premessi minn (87) sa (91) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(126) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (92) sa (96) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
|
(127) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (97) sa (99) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.2.
|
(128) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (100) sa (102) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.3.
|
(129) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (103) u (104) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.4.
|
(130) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (105) sa (107) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.5.
|
(131) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (108) sa (110) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3. L-indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1.
|
(132) |
Fir-rigward tal-premessa (113) tar-Regolament provviżorju, l-ACEA sostniet li l-prezzijiet ċertament għandhom rwol iżda kunsiderazzjonijiet oħra huma daqstant importanti fl-għażla ta’ fornitur tal-ARW. Barra minn hekk, l-ACEA sostniet li hemm żball fundamentali li jiġi allegat li l-produtturi tal-Unjoni jridu jallinjaw ruħhom mal-prezzijiet mill-produtturi Marokkini matul il-proċess tas-sejħa għall-offerti. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni osservat li hemm żbilanċ fis-setgħa ta’ negozjar bejn il-manifatturi tal-karozzi u l-produtturi tal-ARW. Hemm għadd limitat ta’ manifatturi tal-karozzi, li kompla jonqos f’Jannar 2021 bil-ħolqien tal-grupp Stellantis. Is-setgħa ta’ negozjar tal-manifatturi tal-karozzi hija murija mill-kundizzjonijiet osservati fl-offerti, li huma favur tagħhom. Pereżempju, il-manifatturi tal-karozzi ma jiggarantux il-kwantitajiet meħtieġa li għandhom jiġu fornuti u għalhekk li għandhom jiġu prodotti mill-produtturi tal-ARW u ma jipprovdux il-possibbiltà li l-prezz tal-bejgħ (ħlief għall-kostijiet tal-aluminju li huma indiċjati), jiġi rivedut ’il fuq matul il-ħajja tal-proġett. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom impatt negattiv fuq il-produtturi tal-ARW billi ma jistgħux jottimizzaw l-ammont ta’ xogħol tal-impjanti tal-produzzjoni u, b’riżultat ta’ dan, jiksbu l-aħjar ekonomija tal-iskala biex jimmassimizzaw il-profittabbiltà tagħhom. Il-pożizzjoni favorevoli tal-manifatturi tal-karozzi hija msaħħa mill-kapaċità żejda osservata fis-suq tal-ARW kif spjegat fil-premessa (122) minħabba l-istabbiliment tal-produtturi Marokkini. |
|
(134) |
Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand il-manifatturi tal-karozzi li l-prezz kellu rwol ewlieni. L-Utent B spjega li l-kriterju ewlieni għadu l-prezz u li wara l-irċevuti tal-offerti, hemm proċess ta’ negozjar, prinċipalment iffukat fuq il-prezzijiet, li fih il-produtturi jistgħu jtejbu l-offerti tagħhom. L-EUWA spjegat li hemm negozjati komuni dwar il-prezzijiet matul il-proċess tal-offerti sabiex ikun hemm aġġustamenti fil-prezzijiet, li jistgħu jwasslu għal kwalunkwe wieħed minn dawn iż-żewġ eżiti. Bl-istess mod, l-Utent A spjega li fatturi oħra bħall-kwalità, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-kapaċitajiet tal-provvista huma simili ħafna fost il-fornituri tal-ARW u għalhekk il-prezz huwa l-kriterju ewlieni biex tiġi ddeterminata l-għażla tal-fornitur tal-ARW. Barra minn hekk, matul seduta mal-ACEA, l-utent li ma kooperax ikkonferma fil-preżentazzjoni tiegħu li kien hemm diversi sensiliet ta’ negozjati mal-fornituri li fihom il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom, il-klassifikazzjoni tal-kwalità, il-loġistika, il-kapaċità tal-produzzjoni, eċċ. jiġu vverifikati iżda, l-aktar importanti, il-produtturi jridu jippreżentaw l-aktar offerta kompetittiva tagħhom f’termini ta’ prezz. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi (90) u (91) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha minkejja ż-żieda fil-kostijiet tagħha fil-kuntest ta’ twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet u ta’ trażżin tal-prezzijiet, li wrew li l-produtturi esportaturi tal-Marokk kienu jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(135) |
L-ACEA sostniet li r-Regolament proviżorju jissuġġerixxi b’mod żbaljat li l-kuntratti jiġu nnegozjati mill-ġdid kull sena u li l-produtturi tal-ARW tal-Unjoni jistgħu b’xi mod iżidu l-prezzijiet tagħhom sabiex jirriflettu ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. L-ACEA spjegat li l-mekkaniżmu tal-ipprezzar skont il-kuntratti ta’ xiri tal-ARW kien ibbażat fuq formula li fiha l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-ingotti tal-aluminju biss kienet element varjabbli. Għalhekk, il-fatturi tal-bejgħ ma kinux jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq iżda pjuttost it-termini kuntrattwali. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li normalment il-kuntratti ma kienu jipprevedu l-ebda possibbiltà li jiżdiedu l-prezzijiet matul il-ħajja ta’ proġett biex jiġu koperti l-kostijiet, ħlief għall-kost tal-ingotti tal-aluminju, u biex tittejjeb il-profittabbiltà tal-fornitur. Fil-premessa (113) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ma argumentatx li teżisti l-possibbiltà li l-produtturi tal-ARW iżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom matul il-ħajja ta’ proġett, iżda pjuttost spjegat li l-produtturi tal-ARW ma setgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom meta jinnegozjaw offerti ġodda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret evidenza mill-utenti u mill-produtturi tal-Unjoni li turi li l-manifatturi tal-karozzi nnegozjaw diversi tipi ta’ skontijiet u ribassi matul il-ħajja ta’ proġett, bħal skontijiet ikkalkolati fuq il-fatturat globali annwali, eċċ. Għalhekk, ma huwiex preċiż li wieħed jargumenta li l-prezzijiet huma fissi (bl-eċċezzjoni tal-indiċjar tal-aluminju) għat-tul kollu ta’ proġett. Pjuttost, il-prezzijiet jistgħu jvarjaw minħabba l-indiċjar tal-aluminju, iżda ma setgħux jiżdiedu ulterjorment biex iqisu kostijiet oħra bħall-manodopera, l-enerġija, il-materja prima jew l-ispejjeż ġenerali. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ effettivi jistgħu jkomplu jonqsu matul il-ħajja tal-proġett minħabba d-diversi skontijiet u ribassi li ġew applikati. Għal utent wieħed, l-ammont ta’ ribassi jew skontijiet miksuba minn produttur tal-ARW instab li kien sinifikanti. Għalhekk, il-prezzijiet ma humiex biss iddeterminati fuq il-bażi tal-kuntratt inizjali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(137) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-prezzijiet ġew iddeterminati biss fuq il-bażi tal-kuntratt inizjali billi l-iskontijiet tal-produttività ġew stabbiliti fil-kuntratt u ma ngħata l-ebda skont fil-produttività barra mill-arranġamenti kuntrattwali. Barra minn hekk, l-ACEA sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex evidenza pożittiva fil-fajl li wera li l-prezzijiet ma kinux iddeterminati biss fil-kuntratt inizjali. Fl-aħħar nett, l-ACEA affermat li l-evidenza miġbura mill-utenti ma appoġġatx din il-konklużjoni, u li, b’mod partikolari, l-evidenza indikata fil-premessa hawn fuq kienet nota ta’ kreditu aneddotali maħruġa minn fornitur ta’ pajjiż terz maħruġa għal roti li joriġinaw minn pajjiż terz. |
|
(138) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jew mill-utenti li kkooperaw ma ppreżentaw kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, u għalhekk ma kkontestawx il-valutazzjoni deskritta fil-premessa (136) li kienet ibbażata fuq l-evidenza vverifikata miġbura mingħandhom. |
|
(139) |
It-tieni, fuq il-bażi tal-kummenti u d-dokumenti pprovduti mill-ACEA, il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA fil-kummenti tagħha rreferiet għall-verżjoni kunfidenzjali tar-rapporti ta’ missjoni tal-utenti li kkooperaw, membri tal-ACEA, u għalhekk għall-evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika ta’ dawn l-utenti. Dan kien evidenti mid-diversi riferimenti mill-ACEA fis-sottomissjonijiet tagħha għar-rapporti ta’ missjoni kunfidenzjali tal-utenti inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rreferiet għar-reġistri tal-kontabbiltà estratti mis-sistema tal-Utent B fejn instabet lista ta’ tipi differenti ta’ ribassi/skontijiet. Matul iż-żjara ta’ verifika, l-Utent B spjega li t-tnaqqis fil-prezz huwa applikat direttament fuq il-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, kwalunkwe tip ieħor ta’ ribassi/skontijiet irreġistrati fil-kontijiet jenħtieġ li jitqiesu bħala ribassi/skontijiet addizzjonali. |
|
(140) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret evidenza mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li turi li l-utenti talbu diversi tipi ta’ ribassi/skontijiet, bħal iffrankar annwali, eċċ. Il-Kummissjoni qieset li informazzjoni aktar dettaljata ma setgħetx tiġi ddivulgata billi l-informazzjoni miġbura kemm mill-utenti kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni kienet tikkonċerna tranżazzjonijiet individwali speċifiċi li jikkostitwixxu data li ma tistax tinġabar fil-qosor fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(141) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li ġiet ipprovduta biżżejjed evidenza li turi li l-fornituri ta’ ARW jingħataw il-volumi tal-provvista tagħhom fl-offerti u li l-ebda volum ta’ provvista ma jingħata barra mill-offerti. Fi kwalunkwe każ, skont il-parti, ma hemm l-ebda evidenza dokumentata - u ma teżisti l-ebda evidenza - li wara għoti ta’ offerta u fil-proċess ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt iffirmat bħala riżultat ta’ tali offerta, il-volumi assenjati lill-produttur tal-Unjoni jiġu allokati mill-ġdid favur fornitur Marokkin. L-ACEA argumentat li matul il-verifika fil-post ta’ utent wieħed li kkoopera ġiet ipprovduta evidenza li turi li l-volum ta’ provvisti miftiehem fil-kuntratt iffirmat wara l-konklużjoni ta’ offerta kien ġeneralment indikatur tajjeb tal-volum attwali ta’ provvisti miexi ’l quddiem. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ACEA kkonfermat is-sejbiet deskritti fil-premessa (157) li dawn il-produtturi ma għandhom l-ebda garanzija rigward il-volum li fl-aħħar mill-aħħar se jiġi allokat lilhom. Kif indikat mill-ACEA fil-kummenti tagħha u fuq il-bażi tar-rapport ta’ verifika tal-Utent A “il-fornituri jippreżentaw offerti għal volum: il-volumi ma jkunux garantiti, iżda l-fornituri jkollhom idea tal-volumi li għalihom jippreżentaw l-offerti. Jekk wara t-tmiem tal-proġett (diversi snin) il-volumi jkunu sostanzjalment aktar baxxi milli mistenni, il-fornituri jistgħu jirċievu kumpens għat-tagħmir mhux amortizzat” . Filwaqt li l-volum ikkwotat kien indikat, il-kuntratt tipiku ma semmiex id-data eżatta tal-kunsinna u l-volum ippjanat tal-bejgħ. Kif iddikjarat mill-ACEA fil-kummenti tagħha: “in-numru eżatt ta’ roti li għandhom jiġu fornuti huwa tipikament miftiehem fi żmien 4-8 ġimgħat qabel il-kunsinna lil-linja tal-assemblaġġ”. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(143) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li, kif rikonoxxut mill-EUWA, prattika aktar komuni hija li tingħata offerta għal proġett ARW partikolari pjuttost lil fornitur wieħed milli lil żewġ fornituri jew aktar. Fuq il-bażi tal-offerti mwettqa minn tliet membri tal-ACEA fil-perjodu ta’ investigazzjoni (l-utent li ma kkooperax u ż-żewġ utenti li kkooperaw), l-offerti mogħtija simultanjament lil żewġ fornituri kienu limitati. Il-biċċa l-kbira tal-offerti ngħataw biss lil fornitur wieħed, u għalhekk il-fornitur se jikseb il-kwantità approssimattiva speċifikata fl-offerta. Meta offerta tingħata lil fornitur wieħed, ir-riallokazzjoni tal-provvisti lil kwalunkwe fornitur ieħor ma tkunx possibbli. |
|
(144) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-ispreadsheet sommarja pprovduta mill-ACEA f’dan ir-rigward. L-ewwel nett, l-elenkar tal-offerti pprovduti kien jikkonċerna biss offerti konklużi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk dawn l-offerti ma kinux jikkonċernaw kunsinni attwali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi d-data tal-bidu stmata għall-provvista li taqa’ taħt l-offerti inkwistjoni kienet ippjanata għaż-żmien ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tieni, il-Kummissjoni osservat li l-biċċa l-kbira tal-offerti elenkati ġew irrapportati mill-utent li ma kkooperax (madwar 85 %). Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utent, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-korrettezza ta’ dan l-elenkar u jekk inkludietx l-offerti kollha u setgħetx tkopri l-ħtiġijiet annwali ta’ dan il-manifattur tal-karozzi. Minkejja din il-konklużjoni, il-Kummissjoni, madankollu, analizzat id-data pprovduta. |
|
(145) |
Il-lista tal-offerti mill-utent li ma kkooperax uriet li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-offerti ngħatat lil fornitur wieħed biss. Madankollu, il-volum medju ponderat ikkwotat kien pjuttost baxx, madwar 50 000 oġġett għal kull offerta tul il-ħajja sħiħa ta’ proġett, li spjega li fornitur wieħed biss ingħata l-offerti inkwistjoni. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li proġett wieħed ġie allokat lil żewġ fornituri “minħabba volum għoli” kif imsemmi matul seduta li saret mal-ACEA. It-tielet, l-informazzjoni dwar l-offerti pprovduta mill-utenti li kkooperaw kienet tikkonċerna tliet offerti. Għall-Utent B, id-data wriet li huwa qasam offerta għal kwantità ta’ aktar minn miljun (1) għal żewġ fornituri. Barra minn hekk, għall-Utent A, id-data pprovduta mill-ACEA kienet kontradittorja. Minn naħa waħda, hija wriet li kien hemm offerta waħda li ġiet allokata lil fornitur wieħed, u, min-naħa l-oħra, f’tabella separata dwar l-offerti, l-istess kwantitajiet ta’ dik l-offerta kienu maqsuma bejn żewġ offerti. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta mill-ACEA ma tikkontradixxix is-sejbiet li saru fil-premessa (157), li l-offerti jistgħu jiġu allokati lil diversi fornituri fuq il-bażi tal-kwantità kkwotata li tpoġġi f’dubju l-ammont reali ta’ volumi li għandhom jiġu pprovduti minn kull fornitur matul il-ħajja tal-proġett. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (115) hawn fuq, l-ACEA rrikonoxxiet li l-volum totali li għandu jiġi fornut jista’ jiddependi wkoll mis-suċċess tal-mudell partikolari ta’ karozza li għandu jiġi prodott. |
|
(146) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(147) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (111) u (113) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.2.
|
(148) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (114) u (115) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.3.
|
(149) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (116) u (117) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.4.
|
(150) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (118) sa (123) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(151) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (124) sa (129) tar-Regolament provviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
5.1.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati
|
(152) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (131) sa (136) tar-Regolament provviżorju. |
5.1.2. Il-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-effett fuq il-prezzijiet
|
(153) |
L-ACEA sostniet, kemm wara d-divulgazzjoni provviżorja kif ukoll wara dik finali, li l-importazzjonijiet mill-Marokk mibjugħa fl-2020 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu bbażati fuq proċeduri tal-offerti li saru fl-2018 - 2019. Għalhekk, ma setax ikollhom impatt fuq il-prezz fl-2020 jew fil-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba li ma rriżultawx f’bejgħ mitluf fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni iżda pjuttost qabel, fil-punt tal-proċeduri tal-offerti. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni qieset li l-profitt jew it-telf immaterjalizza meta seħħet il-produzzjoni jew meta seħħ il-bejgħ u mhux fiż-żmien tan-negozjar tal-offerti. Kif spjegat ulterjorment fil-premessa (89), hemm bidliet possibbli fil-prezz u fil-volum, matul il-ħajja ta’ proġett, li jmorru lil hinn mit-termini ta’ offerta partikolari. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (113) u fil-premessi minn (146) sa (148) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li l-impatt tal-produtturi Marokkini ma huwiex biss minħabba l-kwantità mitlufa permezz ta’ offerti mirbuħa mill-produtturi esportaturi Marokkini iżda wkoll minħabba l-pressjoni ġenerali fuq il-prezzijiet fl-offerti kollha li pparteċipaw fihom. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(155) |
L-ACEA sostniet, kemm wara d-divulgazzjoni provviżorja kif ukoll wara dik finali, li l-analiżi tal-prezzijiet imsemmija fil-punt 4.4.3.1 tar-Regolament provviżorju jenħtieġ li titwettaq fil-livell tal-offerti, u li f’dan ix-xenarju ma kien hemm l-ebda differenza fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet Marokkini kif irrapportat fir-Regolament provviżorju. |
|
(156) |
L-ACEA sostniet ukoll kemm wara d-divulgazzjoni provviżorja kif ukoll wara dik finali, li l-kompetizzjoni fil-prezz bejn il-fornituri seħħet matul l-offerti. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezzijiet, it-trażżin tal-prezzijiet u l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz jenħtieġ li jiġu kkalkolati fil-livell tal-offerti u mhux matul il-kunsinni. Il-bejgħ u l-kunsinni ma kinux jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-volum tal-kunsinni ma kienx jiddependi mill-fornituri, iżda pjuttost mis-suċċess relattiv ta’ mudell speċifiku ta’ karozza u għalhekk mil-livell ta’ produzzjoni. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni osservat li l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati wriet li l-prezzijiet ma nbidlux sakemm damet għaddejja ċerta offerta. Kif spjegat fil-premessa (79), meta jinnegozjaw l-offerti, il-produtturi tal-ARW iridu jipprovdu skema ta’ skont matul il-ħajja ta’ ċertu proġett. Barra minn hekk, matul il-ħajja ta’ proġett, il-manifatturi tal-karozzi jistgħu jitolbu skontijiet addizzjonali. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda garanzija rigward il-volum ta’ bejgħ għall-produtturi tal-ARW. Il-manifatturi tal-karozzi jistgħu jagħżlu diversi produtturi għal ċertu proġett, iżda dawn il-produtturi ma għandhom l-ebda garanzija dwar il-volum li fl-aħħar mill-aħħar se jiġi allokat lilhom. Għal kull manifattur tal-ARWs, il-volum tal-kunsinni kien jiddependi mhux biss mis-suċċess relattiv ta’ mudell speċifiku ta’ karozza, iżda wkoll mid-deċiżjoni tal-manifatturi tal-karozzi fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ dan il-volum bejn il-produtturi magħżula. Konsegwentement, kif indikat fil-premessa (115), l-għażla ta’ data minn offerti individwali ma setgħetx tissostitwixxi l-analiżi li saret mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ data kompluta, jiġifieri lista tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u paraguni tal-prezzijiet fuq il-bażi tat-tip. Paragun ta’ din ix-xorta jirrifletti l-akbar ammont ta’ data possibbli ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ li effettivament seħħew. |
|
(158) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li, f’dan il-każ, l-offerti taw stampa mhux kompluta, filwaqt li l-effetti fuq il-prezzijiet jistgħu jinqabdu kompletament biss billi jitqabblu l-importazzjonijiet kollha mill-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi tat-tip ta’ prodott, li seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(159) |
L-ACEA u Hands sostnew li, anki fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet mill-Marokk, l-industrija tal-Unjoni kienet iġġarrab dannu, u b’hekk intwera li l-importazzjonijiet mill-Marokk ma kinux kawża ta’ dannu materjali. L-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali. B’mod partikolari, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien jibqa’ ferm taħt il-livelli tal-2019 fl-2020 (-22 % fl-2020 bil-Marokk u -20 % mingħajr il-Marokk) kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni (-18 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni bil-Marokk u -14 % mingħajr il-Marokk). Id-dannu fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma setax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mill-Marokk, minħabba li fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2020, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-bejgħ tagħha (b’2 281 elf unità) aktar mill-produtturi esportaturi Marokkini (b’1 478 elf unità). Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-Marokk ma kellhom l-ebda impatt fuq il-volum. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-Marokk ma setgħux kellhom impatt fuq il-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni billi ma kien hemm l-ebda twaqqigħ sinifikanti tal-prezz fis-sejħiet għall-offerti konklużi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-Marokk osservati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma setax kellhom impatt negattiv fuq il-bejgħ fl-istess żmien tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(160) |
L-ACEA sostniet wkoll, kemm wara d-divulgazzjoni provviżorja kif ukoll wara dik finali, li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata minn tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ li rriżulta minn tnaqqis kbir fil-produzzjoni tal-karozzi tal-Unjoni fl-2020 u fl-2021, li min-naħa tiegħu rriżulta f’żieda fil-kostijiet fissi. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni qieset li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-kostijiet fissi lill-produtturi tal-karozzi, minħabba li, kif stabbilit hawn fuq, b’kuntratti fit-tul mal-produtturi tal-karozzi ma kienx possibbli li jiżdied il-prezz minħabba kwalunkwe żieda fil-kostijiet fissi, ħlief għall-indiċjar tal-kost tal-ingotti tal-aluminju. |
|
(162) |
Kif imsemmi fil-premessi minn (140) sa (142) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-konsum naqas fl-2020, l-aktar minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Marokk kellhom impatt negattiv ċar fuq l-industrija tal-Unjoni fl-2020 u speċjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-volumi tagħhom żdiedu b’mod esponenzjali. Għalhekk, meta l-kundizzjonijiet bdew jitjiebu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni f’termini ta’ żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla, minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Marokk li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’26,9 %, li żżomm ukoll il-prezzijiet tagħha baxxi, minkejja ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Konsegwentement, minħabba t-trażżin tal-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni biegħet bi prezzijiet li lanqas biss koprew il-kost tal-produzzjoni tagħha, aħseb u ara marġni ta’ profitt normali. Din il-konklużjoni kienet valida, anki jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet kienu (prinċipalment) stabbiliti f’kuntratti fit-tul, billi l-effetti negattivi ta’ dawk il-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjonijiet Marokkini seħħew meta bdew il-kunsinni effettivi skont il-kuntratti, innegozjati fi stadju aktar bikri, fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-produtturi Marokkini fil-proċeduri tal-offerti u l-politika tal-ipprezzar tagħhom, eżerċitat pressjoni ulterjuri fuq il-prezzijiet fis-suq li bħalissa hija kkaratterizzata minn provvista żejda. Minkejja li l-kwantitajiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija kompliet titlef is-sehem mis-suq minħabba l-importazzjonijiet mill-Marokk u, b’riżultat ta’ dan, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kompliet tmur għall-agħar b’mod sinifikanti. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(163) |
Hands sostniet li kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi kkawżat mill-esportazzjonijiet ta’ Hands lejn l-Unjoni mill-Marokk. Skont il-kumpanija, il-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu (pereż., il-konsum tal-Unjoni, il-kwantità tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-kwantità tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ) diġà bdew imorru għall-agħar bejn l-2018 u l-2019, u ma setgħux jiġu attribwiti lil Hands, billi l-produzzjoni bdiet f’Jannar 2020. Hands argumentat li l-impjant inbena wkoll biex jissodisfa d-domanda dejjem tikber fis-swieq tal-Marokk u dawk mhux tal-UE, u mhux biss biex iforni lill-UE. Barra minn hekk, Hands affermat li parti mill-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni kienet tikkorrispondi għal bidla fil-produzzjoni mill-Korea t’Isfel għall-Marokk. |
|
(164) |
Minkejja l-fatt li fl-2018 u fl-2019 il-konsum tal-Unjoni kif ukoll il-bejgħ u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabbiltà tagħha minn 7,5 % għal 8,2 %. Konsegwentement, ma nstab l-ebda dannu għal dawk is-snin. Pjuttost id-dannu beda jseħħ fl-2020, fl-istess ħin li l-importazzjonijiet minn Hands, flimkien ma’ importazzjonijiet oħra mill-Marokk, bdew jidħlu fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat l-effett tal-importazzjonijiet kollha oġġett ta’ dumping mill-Marokk, u mhux biss ta’ dawk ta’ Hands. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta’ Hands, l-importazzjonijiet tagħha waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu tagħha kienu sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, ma setax jiġi argumentat li l-importazzjonijiet tagħha ma kkontribwewx għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(165) |
Hands affermat ukoll li s-sejbiet fir-Regolament proviżorju ma appoġġawx sejba ta’ dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet ta’ ARW mill-Marokk. L-analiżi nħadmet fuq data li tikkawża kunfużjoni u fuq allegazzjonijiet mhux sostanzjati li ma għandhom l-ebda appoġġ fir-rekord tal-investigazzjoni u fir-realtajiet kummerċjali tas-suq tal-ARW. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika f’din l-affermazzjoni liema parti mill-analiżi tad-dannu tagħha kienet tikkawża konfużjoni jew sempliċiment allegazzjoni jew ma kinitx issostanzjata. Is-sejbiet tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq evidenza pożittiva miġbura matul l-investigazzjoni, li saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha fil-fajl tal-każ u deskritta fir-Regolament provviżorju. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.1.3. Volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż kkonċernat
|
(167) |
L-ACEA sostniet li ma kien hemm l-ebda żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet Marokkini fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku u l-importazzjonijiet Marokkini okkupaw niċċa li l-produtturi tal-Unjoni volontarjament ħallew libera u dan ma kkawża l-ebda impatt negattiv fuq il-volumi mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(168) |
Kif spjegat fil-premessa (83) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mill-Marokk laħqu ż-2,5 miljun unità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li kienu żero fl-2018 u kienu għadhom bilkemm preżenti fl-2019. Dan irriżulta f’sehem mis-suq ta’ 3,9 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Marokkini, il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA marret kontra l-argument tagħha indikat fil-premessa (191), li l-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz jenħtieġ li jiġu kkalkolati fil-livell tal-offerti fejn isseħħ il-kompetizzjoni bejn il-produtturi Marokkini u l-produtturi tal-Unjoni, li juru li kien hemm kompetizzjoni diretta bejn l-importazzjonijiet Marokkini u l-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet kienu sinifikanti, kemm f’termini assoluti kif ukoll meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-livelli tal-prezzijiet stabbiliti, il-volumi kellhom impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u kkonfermat is-sejbiet tagħha miġbura fil-qosor fil-premessi minn (131) sa (136) tar-Regolament provviżorju. |
|
(169) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet li l-importazzjonijiet Marokkini ma kellhom l-ebda impatt negattiv fuq il-volum f’dak li jirrigwarda l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ACEA sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tispjega kif l-importazzjonijiet ta’ ARWs mill-Marokk b’sehem mis-suq ta’ 3,9 % wasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat bi 17 % (produzzjoni) u b’21 % (bejgħ). |
|
(170) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA rreferiet għall-perjodu kkunsidrat fl-analiżi tagħha, filwaqt li kif indikat hawn fuq fil-premessa (162), it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni bejn l-2018 u l-2020 kien prinċipalment dovut għall-kriżi tal-COVID-19. Barra minn hekk, fir-rigward tal-perjodu sussegwenti 2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-konsum tal-Unjoni żdied bi +8,0 %, l-importazzjonijiet mill-Marokk żdiedu b’mod sinifikanti (jiġifieri b’244 %) filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’5,2 % biss. Barra minn hekk, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Marokk bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ madwar 2,1 punti perċentwali, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’1,8 punti perċentwali. Addizzjonalment, meta jitqiesu l-oriġini kollha tal-importazzjonijiet għajr il-Marokk, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet kienet ta’ madwar 6,6 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dik iż-żieda kienet dovuta għaż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mit-Turkija (b’19 %) filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha naqsu b’mod ġenerali matul l-istess perjodu. Madankollu, kif deskritt fil-premessi minn (171) sa (174) hawn taħt, il-Kummissjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet mit-Turkija ma naqqsux ir-rabta kawżali li nstabet bejn l-importazzjonijiet mill-Marokk u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet is-sejbiet tagħha fil-premessa (168) hawn fuq li l-volumi ta’ importazzjonijiet mill-Marokk kellhom impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2. L-effetti ta’ fatturi oħra
5.2.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(171) |
Hands u l-ACEA sostnew li l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi investigat kif xieraq: pajjiżi terzi oħra kienu jirrappreżentaw kważi id-90 % tal-importazzjonijiet totali u kellhom sehem mis-suq ta’ madwar 25 %. L-uniku pajjiż li żied is-sehem mis-suq tiegħu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 10,3 % għal 13,0 % kien it-Turkija. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fir-rigward tat-Turkija, il-pajjiż importatur ewlieni, il-Kummissjoni indikat li, kif imsemmi fil-premessa (138) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet medji mit-Turkija kienu ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Marokk (+ 14 %), u saħansitra ftit ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (+ 1,0 %). Barra minn hekk, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija kien ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2018, fl-2019 u fl-2020. Il-prezz medju niżel ftit inqas minn dan il-livell, b’inqas minn 1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni biss. Barra minn hekk, fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod sinifikanti, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta kawżali li nstabet bejn l-importazzjonijiet mill-Marokk u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(173) |
Wara d-divulgazzjoni finali, fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija, Hands tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet mit-Turkija u sempliċement injorathom. Il-Kummissjoni allegatament naqset milli twettaq analiżi iktar raffinata bbażata fuq id-data ta’ Hands stess li turi li l-offerti tal-prezzijiet tagħha stess fl-offerti mhux dejjem kienu l-irħas u ngħatat biss frazzjoni żgħira tal-offerti kollha. L-ACEA għamlet affermazzjoni simili fir-rigward tal-istess produttur. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni ta’ Hands għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat, kif spjegat fil-premessa (90) tar-Regolament provviżorju, li meta tqabbel il-bejgħ attwali skont it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija stabbiliet marġni sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 26,9 %, li kien jinkludi l-bejgħ minn Hands. It-tieni, kif spjegat fil-premessi (115) u (191), il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tal-ACEA li l-effetti tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu analizzati fuq il-livell tal-offerti. It-tielet, Hands ma sostnietx li l-offerti tal-prezzijiet tagħha fl-offerti kienu neċessarjament ogħla minn dawk tal-produtturi esportaturi Torok. Pjuttost, l-affermazzjoni tagħha kienet tikkonċerna “manifatturi oħra ta’ ARW” b’mod ġenerali. Barra minn hekk, anki jekk l-offerti tal-prezzijiet ta’ Hands ma kinux neċessarjament l-irħas, il-Kummissjoni analizzat l-effetti fuq il-prezzijiet fuq il-bażi tal-importazzjonijiet kollha mill-Marokk, li permezz tagħhom is-sehem tal-produttur esportatur l-ieħor, Dika (li jirrappreżenta madwar [60 % – 70 %] tas-suq) kien sinifikanti. Fl-aħħar nett, kif osservat fil-premessa (172) hawn fuq, il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija kienu ogħla mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(175) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha indikata fil-premessa (159) li t-twaqqigħ tal-prezz mill-Marokk, fuq il-bażi tal-offerti, ma kienx sinifikanti (jiġifieri 3,7 %), b’mod partikolari meta mqabbel mat-twaqqigħ tal-prezz, ikkalkulat mill-ACEA, għat-Turkija jew għat-Tajlandja, li kien ta’ madwar 10 % u 1 % rispettivament. |
|
(176) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni vvalutat l-ispreadsheet sommarja ppreżentata mill-ACEA dwar l-offerti tal-prezzijiet. Din l-ispreadsheet kienet tikkonsisti minn15-il sejħa għall-offerti, li joriġinaw minn tliet membri tal-ACEA (jiġifieri l-utent li ma kkooperax u ż-żewġ utenti li kkooperaw). Ġiet ipprovduta l-informazzjoni li ġejja: l-isem tal-utent, il-kwantità u l-prezz tal-oġġett offrut minn kull fornitur. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li n-numerazzjoni interna ta’ kull offerta ma ġietx ipprovduta, u dan impedixxa lill-Kummissjoni milli tagħmel kontroverifika tad-data mal-informazzjoni vverifikata diġà pprovduta matul l-investigazzjoni miż-żewġ utenti li kkooperaw. Barra minn hekk, xi elementi tal-prezz ma ġewx ipprovduti (bħall-iskontijiet annwali ppjanati, imsejħa wkoll “skontijiet għall-produttività”) u għalhekk kien impossibbli li jiġi vvalutat jekk kinux ġew inklużi kollha kemm huma fil-prezz tal-oġġett offrut. Aktar importanti minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-offerti tal-prezzijiet kienu jikkonċernaw l-utent li ma kkooperax. Kif indikat fil-premessa (109), minħabba n-nuqqas ġenerali ta’ kooperazzjoni minn dak l-utent, l-informazzjoni limitata li pprovda ma setgħetx titqies għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-ACEA fir-rigward tal-Utent A u l-Utent B, din kienet tikkonċerna offerti ta’ prezzijiet li l-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika minħabba s-sottomissjoni tard tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk is-sett tad-data pprovdut kienx eżawrjenti jew le. Fi kwalunkwe każ, is-sett tad-data elenka 14-il offerta Marokkina, minn 15-il offerta, u 5 kull wieħed għat-Turkija u t-Tajlandja. Il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz magħmul mill-ACEA kien ibbażat fuq il-prezz ta’ kwotazzjoni (22). Il-Kummissjoni osservat li l-kalkoli proprji tal-ACEA urew li l-offerti tal-prezzijiet mill-produtturi Marokkini kienu aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jitqabblu l-volumi rrapportati (23) f’din l-ispreadsheet mal-volumi totali tal-importazzjonijiet stabbiliti għat-Turkija u t-Tajlandja fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat (ara t-Tabella 11 tar-Regolament proviżorju), deher li l-volum irrapportat, b’mod partikolari għat-Turkija, ma kienx rappreżentattiv (inqas minn 5 %). Għalhekk, minn din l-informazzjoni pprovduta mill-ACEA ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni sinifikattiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa (139) tar-Regolament provviżorju li t-Tajlandja u t-Turkija ma naqsux ir-rabta kawżali li nstabet bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Marokk u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
5.2.2. Il-pandemija tal-COVID-19
|
(177) |
Hands iddikjarat li d-domanda tal-Unjoni għall-ARW naqset fl-2020, jiġifieri tnaqqis ta’ 14-il miljun unità, li jirrappreżenta 20 darba d-daqs tal-importazzjonijiet tal-ARW mill-Marokk. Għalhekk, l-impatt tal-pandemija kien tant sinifikanti li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li kisret kwalunkwe rabta kawżali li setgħet kienet teżisti bejn l-importazzjonijiet tal-ARW mill-Marokk u kull dannu ieħor imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(178) |
Kif imsemmi fil-premessi minn (140) sa (142) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-impatt tal-COVID-19 fuq l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, billi l-perjodu ta’ investigazzjoni kopra wkoll il-perjodu ta’ rkupru ta’ wara l-COVID, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi, kif spjegat fil-premessa (94) hawn fuq, li meta s-suq irkupra wara l-pandemija tal-COVID, l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Pjuttost il-kuntrarju, billi s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kompliet tmur għall-agħar fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 ma setax jitqies bħala l-kawża ewlenija tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni sal-punt li kien jattenwa r-rabta kawżali bejn tali dannu u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(179) |
Hands tenniet it-talba tagħha għal spjegazzjoni sodisfaċenti u dettaljata li hija meħtieġa b’mod speċjali, minħabba li l-Kummissjoni rrikonoxxiet b’mod espliċitu li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(180) |
Fin-nuqqas ta’ talba aktar preċiża u speċifika, il-Kummissjoni qieset li l-ispjegazzjonijiet li diġà jinsabu f’din it-taqsima kienu biżżejjed biex jippermettu lill-kumpanija tifhem ir-raġunament tal-Kummissjoni u teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni. |
5.2.3. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(181) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (143) sa (145) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2.4. Effett tal-kuntratti ta’ diversi snin u l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni
|
(182) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (146) sa (148) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2.5. Konsum
(183) Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (146) sa (148) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.
5.2.6. Kompetizzjoni fl-offerti
|
(184) |
L-ACEA sostniet li l-Kummissjoni kellha tinvestiga l-kompetizzjoni interna tal-Unjoni. L-ACEA ġabret informazzjoni mill-membri tagħha u sabet li minn total ta’ 45 offerta, il-produtturi tal-Unjoni kellhom suċċess f’31 offerta, il-fornituri mill-Marokk u mit-Tajlandja f’ħamsa (5) kull pajjiż u l-fornituri mit-Turkija f’4, għalkemm f’termini ta’ unitajiet, it-Turkija rebħet il-biċċa l-kbira tal-offerti. |
|
(185) |
Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-ACEA ma kkontestatx ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-ACEA ma tistax issostni b’mod validu li l-Kummissjoni kienet meħtieġa tinvestiga jekk l-allegat impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet kienx jirriżulta minn kompetizzjoni fil-prezz mill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun (24). Barra minn hekk, kif imsemmi fit-Tabella 5 tar-Regolament provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni wrew il-kapaċità tagħhom li jżommu sehem mis-suq ta’ aktar minn 70 % iżda wkoll profittabbiltà ta’ madwar 8 % fl-2018 - 2019. Dan inkiseb f’suq kompetittiv ħafna, ibbażat fuq offerti organizzati mill-manifatturi tal-karozzi, li fihom il-produtturi kollha tal-Unjoni u l-produtturi li jinsabu f’pajjiżi terzi oħra setgħu jikkompetu għall-istess offerti. Dan ifisser li l-produtturi tal-Unjoni kienu kompetittivi f’kundizzjonijiet normali u ġusti tas-suq, mingħajr ma l-industrija kollha kemm hi ġarrbet dannu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-affermazzjoni li għamlet l-ACEA kienet ibbażata fuq 45 offerta minn tliet membri tal-ACEA (4 kuntratti rrapportati miż-żewġ utenti li kkooperaw u 41 minn wieħed li ma kkooperax). L-informazzjoni kienet limitata biss għar-rebbieħ tal-offerta, il-kwantitajiet stmati u l-oriġini tal-offerenti l-oħra mhux tal-Unjoni (il-Marokk, it-Tajlandja jew it-Turkija). Barra minn hekk, dik l-informazzjoni ma kienet appoġġata minn ebda evidenza li turi l-akkuratezza u l-affidabbiltà tagħha. Ir-referenzi għall-offerti lanqas biss ġew ipprovduti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(186) |
L-ACEA sostniet ukoll li, anki jekk wieħed jassumi li huwa korrett li l-parteċipanti fl-offerti jeħtiġilhom jallinjaw ruħhom mal-offerent l-aktar baxx, skont l-ACEA, hemm evidenza kbira li tali allinjament jitwettaq l-ewwel u qabel kollox fir-rigward tal-irħas produttur tal-Unjoni u t-tieni b’referenza għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, bi kwalunkwe allinjament mal-kwotazzjonijiet tal-fornituri Marokkini maqtugħ lura fit-tielet post b’ħames (5) każijiet biss. |
|
(187) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-analiżi li saret mill-ACEA kienet bażi għal għadd limitat ta’ offerti (jiġifieri 15) u l-informazzjoni pprovduta mill-ACEA kienet tikkonsisti f’tabella li telenka 15-il offerta ta’ prezzijiet li jkopru s-sorsi ewlenin kollha tal-prodott ikkonċernat (l-Unjoni u l-produtturi ewlenin kollha ta’ pajjiżi terzi) ppreżentati minn tliet membri tal-ACEA. Erba’ (4) kuntratti rrapportati miż-żewġ utenti li kkooperaw u 11 minn wieħed li ma kkooperax. Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-affermazzjoni preċedenti, dik l-informazzjoni ma kienet appoġġata minn ebda evidenza li turi l-akkuratezza u l-affidabbiltà tagħha. Ir-referenzi għall-offerti lanqas biss ġew ipprovduti. Pereżempju, ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar jekk il-prezz irrapportat kienx jinkludi l-kostijiet anċillari kollha u l-iskontijiet inklużi fl-offerti. Barra minn hekk, id-dokumenti tal-offerti sottostanti ma ġewx ipprovduti u, b’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni pprovduta u għalhekk l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Anki jekk il-Kummissjoni kellha tqis din l-informazzjoni, hija osservat li l-volumi totali tal-offerti kkwotati kienu jirrappreżentaw madwar 5 % tal-konsum totali tal-Unjoni, u għalhekk ma kienx meqjus bħala rappreżentattiv. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha minbarra tnejn, l-offerti tal-prezzijiet li saru mill-produtturi Marokkini kienu taħt dawk li saru mill-produtturi tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-ACEA naqset milli tipprovdi evidenza li turi li l-parteċipanti fl-offerti kellhom jallinjaw ruħhom mal-orħos produtturi tal-Unjoni u li l-fornituri Marokkini ma kinux qed inaqqsu l-prezzijiet. |
|
(188) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li l-Kummissjoni stess talbet lill-membri tal-ACEA jipprovdu tali data dwar il-kwotazzjonijiet tal-offerti bbażati fuq il-bidu tal-produzzjoni, li ġiet ipprovduta mill-ACEA kif xieraq. L-ACEA pprovdiet ukoll dokumenti addizzjonali mill-Utent B. Fl-aħħar nett, l-ACEA qieset dan is-sett ta’ data bħala rappreżentattiv billi kien ibbażat fuq 29 offerta, kopra kważi 100 % tax-xiri tal-ARW Marokkini, u kien appoġġat minn evidenza. |
|
(189) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li l-informazzjoni dwar l-offerti ntalbet biss miż-żewġ utenti li kkooperaw għal kollox fl-investigazzjoni, ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju u d-data tagħhom ġiet ivverifikata. Id-data ppreżentata sussegwentement mill-ACEA dwar l-utent li ma kkooperax tqieset mhux kompluta, mhux affidabbli u mhux verifikabbli minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn dak l-utent. Il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA ibbażat l-analiżi tagħha prinċipalment fuq l-utent li ma kkooperax. Barra minn hekk, filwaqt li l-ACEA sostniet li s-sett ta’ data tagħha kien sostnut minn evidenza, il-Kummissjoni qieset li s-sett ta’ data kien jikkonsisti prinċipalment fi spreadsheets sommarji u li r-referenzi tal-offerti msemmija mill-ACEA kienu n-numri interni ta’ kull offerta. Madankollu, id-dokumentazzjoni sħiħa rigward l-offerti, bħal kopji tat-termini ta’ referenza, l-offerti attwali riċevuti, eċċ., ma ġietx ipprovduta. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(190) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-kawżalità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (152) sa (154) tar-Regolament proviżorju. |
6. IL-LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(191) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja u dik finali, l-ACEA sostniet li l-Kummissjoni kien messha wettqet il-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz fil-livell tal-offerti bħal fl-investigazzjoni oriġinali kontra l-importazzjonijiet tal-ARW miċ-Ċina (25). |
|
(192) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-argument u sabet li kienet saret u ġiet miċħuda affermazzjoni simili matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza tal-miżuri (26) msemmija hawn fuq. Fil-premessa (115) hawn fuq, il-Kummissjoni spjegat li selezzjoni ta’ data minn offerti individwali ma tistax tissostitwixxi l-analiżi tal-prezz u tal-volum li saret mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ data kompluta, jiġifieri lista tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u paraguni tal-prezzijiet fuq il-bażi tat-tip. Paragun ta’ din ix-xorta jirrifletti l-akbar ammont ta’ data possibbli ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ li effettivament seħħew. Barra minn hekk, il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ġie espress bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-analiżi fuq il-bażi tad-data kompluta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni wriet bejgħ taħt il-prezz ta’ 44 % għal Hands u ta’ 51,6 % għal produtturi Marokkini oħrajn. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(193) |
Hands iddikjarat li l-aġġustamenti tal-Kummissjoni relatati mal-kostijiet ambjentali futuri huma arbitrarji u spekulattivi, u jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet, u jintroduċu distorsjoni għall-komparabbiltà tal-prezzijiet bejn il-bejgħ tal-Unjoni u dak tal-Marokk. Hands għamlet referenza diretta għan-New Development Model tal-Marokk, li tnieda f’April 2021 u li jinkludi investiment fl-enerġija ekoloġika sostenibbli sabiex ikun kompetittiv fl-industriji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u l-pajjiż impenja ruħu li jikseb aktar minn 50 fil-mija tal-elettriku tiegħu minn sorsi rinnovabbli sal-2030. Għalhekk, huwa ċar li l-Kummissjoni ma qisitx il-kostijiet futuri li se ġġarrab Hands matul l-applikazzjoni tal-miżuri, inklużi dawk relatati mal-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni fil-Marokk. |
|
(194) |
Il-Kummissjoni saħqet li l-inklużjoni tal-kostijiet ambjentali futuri fil-prezz fil-mira għall-industrija tal-Unjoni kienet f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. L-inklużjoni ta’ dawn il-kostijiet ma kinitx ibbażata fuq sempliċi spekulazzjonijiet iżda fuq evidenza pożittiva ta’ investimenti reali ppjanati. Jekk il-Marokk jistax ikollu investimenti fl-enerġija ekoloġika sostenibbli huwa immaterjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku rigward l-istabbiliment tal-prezz fil-mira tal-Unjoni li fih iridu jitqiesu l-kostijiet ambjentali futuri. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(195) |
Hands sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar il-kalkolu tagħha tal-kostijiet futuri u b’hekk ċaħdet lil Hands u lil partijiet interessati oħra mid-dritt tad-difiża tagħhom. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar il-kostijiet futuri wara talba minn Dika. It-tweġiba ġiet ippubblikata fil-fajl miftuħ li kien disponibbli għall-partijiet kollha. Għalhekk, id-drittijiet tad-difiża ma nkisrux. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(197) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi (165) u (166) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
7.2. Interess tal-utenti
|
(198) |
L-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha, wara d-divulgazzjoni provviżorja u dik finali msemmija fil-premessa (170) tar-Regolament proviżorju li l-industrija tal-ARW tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa d-domanda. Allegatament, għal aktar minn 15-il sena, is-suq tal-Unjoni bata minn nuqqas ta’ kapaċità u nuqqasijiet minħabba l-investimenti insuffiċjenti li saru mill-produtturi tal-Unjoni. Skont l-ACEA, il-produtturi tal-ARW tal-Unjoni jonqsu b’mod konsistenti milli jissodisfaw l-impenn tagħhom li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni u jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. L-ACEA fakkret li fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping tal-Kummissjoni dwar l-ARW miċ-Ċina, il-produtturi tal-Unjoni allegatament impenjaw ruħhom li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u l-Kummissjoni allegatament estendiet il-miżura anti-dumping bil-kundizzjoni li l-kapaċitajiet jiżdiedu. Skont l-ACEA, bejn l-2006 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kapaċità tal-Unjoni żdiedet b’14 % filwaqt li l-konsum żdied bi 33 % matul l-istess perjodu. |
|
(199) |
Il-Kummissjoni nnotat li din l-affermazzjoni kienet diġà indirizzata fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju u ma kienu ippreżentati l-ebda element jew evidenza ġdida. Il-Kummissjoni osservat li, jekk ikun meħtieġ, l-industrija tal-ARW tal-Unjoni tista’ żżid il-kapaċità tagħha b’avviż relattivament qasir, billi l-investiment rilevanti msemmi mill-utenti ma kienx jikkonċerna l-fran jew il-kabini taż-żebgħa, iżda pjuttost magni tal-ikkastjar li jistgħu jiġu installati faċilment. Għalhekk, jekk il-produtturi tal-ARW tal-Unjoni ma investewx f’kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali, dan kien pjuttost minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tagħhom, u n-nuqqas ta’ kuntratti futuri suffiċjenti mill-manifatturi tal-karozzi biex jiġġustifikaw investiment bħal dan. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex biżżejjed inċentiv sabiex tinvesti f’kapaċità addizzjonali fin-nuqqas ta’ żieda prevedibbli fid-domanda tal-produzzjoni tagħha. |
|
(200) |
Barra minn hekk, il-konsum tal-Unjoni ammonta għal 64,31 miljun unità fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kapaċità totali tal-industrija tal-Unjoni kienet ta’ 61,29 miljun unità, filwaqt li l-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet ta’ 48,75 miljun unità fil-perjodu ta’ investigazzjoni u l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu ta’ 2,71 miljun unità, li jħallu l-kapaċità ta’ 9,83 miljun unità mhux użati. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni diġà kellha kapaċità ta’ produzzjoni suffiċjenti sabiex tkopri kważi d-domanda totali tal-Unjoni ta’ ARW. Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni jista’ jiġi pprovdut ulterjorment minn produtturi esportaturi f’pajjiżi terzi. Il-kapaċità dinjija totali tal-ARWs saħansitra żdiedet bil-wasla tal-produtturi Marokkini. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(201) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-investimenti rilevanti ma jikkonċernawx il-fran jew il-kabini taż-żebgħa, iżda pjuttost il-magni tal-ikkastjar li jistgħu jiġu installati faċilment, ma kinitx sostnuta minn evidenza. L-ACEA affermat li l-utenti li kkooperaw urew li n-nuqqas ta’ biżżejjed kabini taż-żebgħa kien preċiżament wieħed mill-ostakli ewlenin li jillimitaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(202) |
Il-Kummissjoni osservat li l-evidenza ppreżentata mill-Utent A kienet tikkonċerna n-nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni minn produttur wieħed tal-Unjoni għas-snin 2015 - 2016, jiġifieri qabel il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-Utent A ma pprovda l-ebda dokument li juri kwistjonijiet ta’ kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Rigward l-Utent B, id-dokumenti pprovduti kienu datati wkoll qabel il-perjodu kkunsidrat (il-biċċa l-kbira minnhom kienu datati fl-2016). Madankollu, matul iż-żjara ta’ verifika, l-Utent B iddikjara li “matul sena normali bħall-2018/2019, ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ roti tal-aluminju”. L-ACEA jew kwalunkwe utent ieħor ma pprovdew l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ produzzjoni minħabba n-nuqqas ta’ biżżejjed kabini taż-żebgħa matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(203) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ġabret evidenza li l-industrija tal-Unjoni investiet f’kabini taż-żebgħa meta l-konsum qaleb għal aktar roti tal-qtugħ tad-djamant, li jitolbu żewġ dawriet f’linji taż-żebgħa. Fir-rigward tal-investimenti fil-kabini taż-żebgħa u fit-tagħmir tal-ikkastjar, il-Kummissjoni ġabret kopji tal-fatturi tax-xiri li juru li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-kapaċità tagħha fil-passat meta d-domanda għall-prodotti tagħha kienet ċerta. Il-Kummissjoni qieset li informazzjoni aktar dettaljata ma setgħetx tiġi inkluża fil-fajl mhux kunfidenzjali billi l-informazzjoni inkwistjoni kienet tikkonċerna tranżazzjonijiet individwali speċifiċi li jikkostitwixxu data li ma tistax tinġabar fil-qosor fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(204) |
L-ACEA sostniet li fi żmien meta l-fornituri Marokkini rebħu l-offerti biex ifornu r-roti lill-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda kapaċità ta’ produzzjoni żejda x’toffri u għalhekk dawn l-importazzjonijiet koprew il-ħtiġijiet strateġiċi għall-manifatturi tal-karozzi. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA ma pprovdietx evidenza biex tappoġġa din l-affermazzjoni, pereżempju ta’ offerti li fihom ma kien hemm l-ebda offerta ta’ prezz mill-produtturi tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-offerti mirbuħa mill-produtturi Marokkini. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-industrija tal-ARW tal-Unjoni naqset milli tikkonsenja l-ARW wara talbiet mill-manifatturi tal-karozzi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (27). Kif diġà ntqal hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, flimkien ma’ dik tal-produtturi esportaturi f’pajjiżi terzi hija fil-biċċa l-kbira biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-industrija tal-karozzi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(206) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma ddeċieda li jinvesti f’kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali, filwaqt li l-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni żdiedet b’mod kostanti mill-2013. |
|
(207) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’madwar 10,8 miljun unità matul dak il-perjodu (minn 51,644 miljun unità (28) fl-2013 għal 62,475 miljun unità (29) fl-2019). Din id-dikjarazzjoni ma ġiet sostanzjata b’ebda evidenza u għalhekk ġiet miċħuda. |
|
(208) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni ma tistax tissodisfa d-domanda fl-Unjoni, anki f’suq imfixkel u f’każ ta’ tnaqqis storiku fid-domanda. |
|
(209) |
Il-Kummissjoni osservat li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 80 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, kien hemm kapaċità żejda addizzjonali biex tiġi ssodisfata d-domanda. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda rekwiżit li l-industrija tal-Unjoni kienet obbligata li jkollha l-kapaċità li tissodisfa d-domanda totali. L-utenti jistgħu jimportaw ukoll ARW minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi terzi produtturi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(210) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li hija pprovdiet evidenza li turi li l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda kapaċità ta’ produzzjoni żejda x’toffri u għalhekk l-importazzjonijiet Marokkini koprew ħtiġijiet strateġiċi għall-manifatturi tal-karozzi. Barra minn hekk, l-ACEA pprovdiet evidenza dwar in-nuqqas ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2016. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata b’biżżejjed evidenza. Pereżempju, l-ACEA ma pprovdietx prova ta’ xi offerta mirbuħa minn fornituri Marokkini meta l-produtturi tal-Unjoni ma pparteċipawx fil-proċess tal-offerti. Rigward in-nuqqas ta’ produzzjoni, l-ACEA ma ppreżentat l-ebda evidenza li turi kwistjoni sistemika bħala l-evidenza pprovduta kienet tmur lura għal qabel il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(212) |
L-ACEA sostniet li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-fatt li l-kostijiet tal-manifatturi tal-karozzi żdiedu minħabba l-effetti kumulattivi tal-miżuri anti-dumping applikati fuq materja prima, partijiet u komponenti oħra użati għall-produzzjoni tal-karozzi. |
|
(213) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn rigward din l-affermazzjoni. Anki jekk il-kostijiet tal-fornituri tagħhom setgħu żdiedu u ngħaddew, kompletament jew parzjalment, lill-manifatturi tal-karozzi, dan deher li ma wassalx għal impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. Kif indikat fil-premessa (175) tar-Regolament provviżorju, il-manifatturi tal-karozzi ppubblikaw riżultati finanzjarji għall-2021 li qabżu l-profitti tas-soltu rrapportati matul is-snin preċedenti. Fl-aħħar nett, kif diġà stabbilit fil-premessa (169) tar-Regolament provviżorju, il-perċentwal tal-kost tal-ARWs fil-produzzjoni ta’ karozza huwa żgħir, madwar 0,5 %. Għalhekk, l-impatt tal-miżuri fuq il-manifatturi tal-karozzi kien limitat ħafna u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(214) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA ma qablitx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa ta’ hawn fuq. L-ACEA sostniet li d-dazji anti-dumping se jirrappreżentaw kost addizzjonali ta’ EUR 241 miljun - EUR 413-il miljun. Dan huwa ammont sinifikanti għall-manifatturi tal-karozzi għal industrija li għadha tbati minn livell baxx ta’ produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni filwaqt li jkollha tassorbi kostijiet ambjentali addizzjonali. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni osservat li l-ACEA ma kkontestatx is-sejbiet tal-Kummissjoni li s-sehem tal-ARWs fil-kost totali tal-produzzjoni ta’ karozza kien wieħed żgħir, madwar 0,5 % u li d-dazju anti-dumping relattivament baxx ikun biss frazzjoni minn dan iż-0,5 %. Ma kienet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li l-manifatturi tal-karozzi mhux se jkunu jistgħu jassorbu dawn il-kostijiet. Barra minn hekk, minkejja l-korrettezza tal-kost addizzjonali stmata mill-ACEA, l-istima tal-kostijiet addizzjonali kienet ibbażata fuq il-prezz fil-mira tal-Unjoni u għalhekk hija marbuta mal-marġnijiet tad-dannu stabbiliti. Madankollu, id-dazju kien ibbażat fuq il-marġnijiet tad-dumping li kienu aktar baxxi mill-marġnijiet tad-dannu li nstabu u, b’riżultat ta’ dan, l-effetti tad-dazju anti-dumping ikunu aktar baxxi mill-ammonti stmati mill-ACEA. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(216) |
l-ACEA sostniet li xi wħud mill-membri tagħha jistmaw li l-fornituri Marokkini qed jimpenjaw ruħhom dejjem aktar biex jimmonitorjaw l-impatt tas-CO2 tal-ktajjen tal-provvista. Għalhekk, ir-ridirezzjonar tal-provvista lejn pajjiżi terzi oħra jkollu impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-manifatturi tal-karozzi li jilħqu l-għanijiet tagħhom għat-tnaqqis tas-CO2. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ACEA ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn dwar din l-affermazzjoni filwaqt li l-informazzjoni miksuba matul iż-żjara ta’ verifika ta’ utent wieħed żvelat li l-importazzjonijiet Marokkini jiffaċċjaw kwistjoni simili tal-impatt tagħhom fuq l-għanijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 tal-manifatturi tal-karozzi minħabba d-distanza bejn l-impjanti Marokkini u l-impjanti tal-manifatturi tal-karozzi fl-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(218) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA rreferiet għall-pjan ta’ 10 punti tagħha biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (30) kif ukoll għall-fatt li l-Utent B ipprovda evidenza wara ż-żjara ta’ verifika li l-importazzjonijiet Marokkini kienu importanti fir-rigward tal-impatt tas-CO2 minħabba l-prossimità ġeografika tal-impjanti Marokkini u l-impjanti tal-manifattura tal-karozzi. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni osservat li l-pjan ta’ 10 punti ma kienx isemmi l-impatt tal-importazzjonijiet tar-roti b’mod ġenerali, u b’mod partikolari tal-Marokk. Konsegwentement, il-pjan ma kienx jikkostitwixxi evidenza xierqa fir-rigward tal-affermazzjoni deskritta fil-premessa (216) hawn fuq. Barra minn hekk, l-Utent B tabilħaqq irrapporta li introduċa l-kriterju tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-għażla tal-fornituri u li l-mira kienet li titnaqqas id-distanza bejn l-impjanti u l-fornituri u għalhekk il-marka tal-karbonju. Madankollu, l-Utent B iddikjara wkoll li l-kompetittività tibqa’ fattur importanti ħafna għall-għażla ta’ fornitur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li dan il-kriterju effettivament kien ġie vvalutat mill-Utent B matul il-proċess tal-offerti jew li produttur ġie injorat minħabba l-kriterji tal-emissjonijiet tas-CO2. Fl-aħħar nett, anki jekk dan il-kriterju jkollu rwol vitali fil-futur, il-miżuri anti-dumping ma għandhomx bħala objettiv li jwaqqfu l-importazzjonijiet mill-Marokk, iżda pjuttost li jiżguraw li dawn jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ġusti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(220) |
L-ACEA sostniet li f’Marzu 2022, l-Awtorità Federali Ġermaniża Kompetenti fil-Qasam tal-Kompetizzjoni bdiet investigazzjoni kontra produttur tal-Unjoni, fuq il-bażi ta’ allegazzjonijiet ta’ mġiba li tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li ma saret l-ebda affermazzjoni ta’ effetti possibbli fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni ta’ allegata mġiba bħal din. Fi kwalunkwe każ, dik l-investigazzjoni għadha għaddejja u s’issa ma kien hemm l-ebda sejba. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(221) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ACEA affermat li jenħtieġ li l-miżuri anti-dumping ma jiġux applikati sakemm ma joħroġx l-eżitu tal-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Kartelli f’ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn u f’konformità mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u prattika amministrattiva tajba kif żviluppati fil-każ tal-pajpijiet bla qtugħ (31). |
|
(222) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (220) hawn fuq, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-amministrazzjoni nazzjonali. Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-pajpijiet bla qtugħ, id-dazji ġew applikati biss wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva li tissanzjona l-prattika antikompetittiva u meta deher li din il-prattika kienet tikkonċerna l-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni u li kienet tkopri l-prodott ikkonċernat. L-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma kien preżenti f’dan il-każ. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(223) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (177) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri definittivi
|
(224) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(225) |
Kif imsemmi fil-premessa (63), il-marġnijiet ta’ dumping ġew kemxejn riveduti fl-istadju definittiv. |
|
(226) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(227) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(228) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (32). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(229) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(230) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(231) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(232) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(233) |
L-istatistika tar-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi minn 8701 sa 8705 bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm bit-tajers jew mingħajrhom ta’ spiss tkun espressa f’għadd ta’ biċċiet. Madankollu, ma hemm l-ebda unità supplimentari bħal din għar-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi minn 8701 sa 8705 bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm bit-tajers jew mingħajrhom speċifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (33). Għalhekk hemm bżonn li fid-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jingħatax biss il-piż f’kg jew f’tunnellati iżda anki l-għadd ta’ oġġetti għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. L-unitajiet jenħtieġ li jiġu indikati għall-kodiċijiet NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċijiet TARIC: 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050). |
8.2. Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
|
(234) |
Fid-dawl tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping provviżorji, imposti bir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
8.3. Impożizzjoni retroattiva ta’ miżuri anti-dumping
|
(235) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetti għal reġistrazzjoni. |
|
(236) |
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku għall-ġbir retroattiv ta’ dazji definittivi kinux issodisfati. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni osservat li l-volum tal-unitajiet importati matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni (bejn it-18 ta’ Ġunju 2022 u s-16 ta’ Lulju 2022) kien ta’ madwar 291 000 unità, jiġifieri tnaqqis ta’ 11 % meta mqabbel mal-volumi medji ta’ importazzjoni ta’ kull xahar matul il-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni analizzati fir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ April 2022. Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni possibbli tal-istokk matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 11 % f’konformità maż-żieda fil-prezzijiet tal-LME ta’ 3 xhur. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet xekklu l-effetti ta’ rimedju tad-dazji. |
|
(238) |
Fuq din il-bażi, il-kundizzjonijiet legali skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati u, għalhekk, id-dazji jenħtieġ li ma jiġux imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet reġistrati. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(239) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (34), meta ammont ikollu jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(240) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ppreżentax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv u fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi minn 8701 sa 8705 bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm bit-tajers jew mingħajrhom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (il-kodiċijiet TARIC: 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050) u li joriġinaw mill-Marokk.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Id-dazju anti-dumping definittiv |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Marokk |
HANDS 8 S.A. |
9,0 % |
C873 |
|
|
DIKA MOROCCO AFRIKA S.A.R.L |
17,5 % |
C897 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
17,5 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fil-Marokk. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, in-numru ta’ oġġetti tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-parti rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-unità supplimentari definita fin-Nomenklatura Magħquda.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bid-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1221 għandhom jinġabru b’mod definittiv.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk (ĠU C 464, 17.11.2021, p. 19).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1221 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 114).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/934 tas-16 ta’ Ġunju 2022 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 162, 17.6.2022, p. 27).
(5) Id-Digriet tat-28 ta’ Settembru 2021, Airoldi Metalli SpA, IT-611/20, EU:T:2021:641, il-paragrafi 48 u 49.
(6) Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1395 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Russja u t-Turkija (ĠU L 211, 12.8.2022, p. 127).
(8) Il-kawża T-278/20, Zhejiang Hangtong Machinery Manufacture Co. Ltd u Ningbo Hi-Tech Zone Tongcheng Auto Parts Co. Ltd vs il-Kummissjoni [2022] ECLI:EU:T:2022:417, il-punt 97.
(9) F’konformità mal-Kawża T-278/20 ikkwotata fil-premessa (92) u li ssemmiet minn Dika fis-sottomissjoni tagħha.
(10) Ara l-Kawżi C-376/15 P u C-377/15 P, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ECLI:EU:C:2017:269, il-paragrafu 53.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1131 tat-2 ta’ Lulju 2019 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 3.7.2019, p. 12).
(12) Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1131 ikkwotati fin-nota 11 f’qiegħ il-paġna.
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/2012 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 153), il-premessa (136).
(14) Il-bażi tad-data tal-Bank Dinji għandha l-klassifikazzjonijiet li ġejjin għall-2021 fuq il-bażi tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”) per capita: ekonomija b’introjtu medju inferjuri bejn USD 1 086 u USD 4 255, introjtu medju superjuri bejn USD 4 256 u USD 13 205, ekonomija b’introjtu għoli ogħla minn USD 13 205. Skont din il-klassifikazzjoni, il-Marokk huwa meqjus bħala ekonomija b’introjtu medju inferjuri (b’ING ta’ USD 3 350 fl-2021), il-Brażil bħala ekonomija b’introjtu medju superjuri (bl-ING ta’ USD 7 720 fl-2021) u l-Korea bħala ekonomija b’introjtu għoli (bl-ING ta’ USD 34 980 fl-2021). Ara https://databank.worldbank.org/home.aspx.
(15) WTO, Rapport tal-Bord, WT/DS480/R, 25 ta’ Jannar 2018, il-paragrafu 7.51, u WT/DS405/R, 28 ta’ Ottubru 2011, il-paragrafu 7.300.
(16) WTO, ir-Rapport tal-Bord, WT/DS482/R, il-25 ta’ Jannar 2016, paragrafu 7.143.
(17) Ibid.
(18) Il-kawża T-278/20, Zhejiang Hangtong Machinery Manufacture Co. Ltd u Ningbo Hi-Tech Zone Tongcheng Auto Parts Co. Ltd vs il-Kummissjoni [2022] ECLI:EU:T:2022:417, il-paragrafu 134.
(19) Pereżempju, dazju residwu ta’ 29 % stabbilit fil-premessa 186 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 15), jew 50 % fil-premessa 290 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59).
(20) Dika talbet u rċeviet (permezz ta’ ittra elettronika tat-22 ta’ Lulju 2022) informazzjoni dwar l-SG&A raġonevoli u l-profitt użat fir-Regolament provviżorju, il-limitu massimu tal-profitt, il-kostijiet tal-konformità, l-IRI (investimenti, R u Ż u l-innovazzjoni) kif ukoll data tal-Eurostat dwar il-livell TARIC.
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010 tal-10 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 64), premessi (175) sa (179).
(22) Il-prezz tal-kwotazzjoni jew tal-offerta huwa l-prezz offrut minn kull parteċipant fl-offerti meta jippreżenta offerta.
(23) Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra, il-Kummissjoni assumiet li l-volumi rrappurtati fl-ispreadsheet kienu jikkonċernaw il-volum globali kkwotat matul il-ħajja mistennija ta’ kull proġett. Fuq il-bażi tad-durata medja ta’ ħames (5) snin, il-volumi rrappurtati b’dan il-mod ġew allokati kif xieraq.
(24) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Nevinnomysskiy Azot et NAK “Azot”/il-Kummissjoni, T-865/19, EU:T:2022:559, il-paragrafi 283 – 286.
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 404/2010, Il-premessi minn (175) sa (179).
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/109 tat-23 ta’ Jannar 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 1), il-premessi (125) u (126).
(27) Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Utent A rrapporta li fl-2014 għal proġett wieħed, produttur tal-Unjoni ma kienx f’pożizzjoni li jforni 100 % iżda 85 % tal-kwantità mitluba. Madankollu, l-utent għadu qed jikkunsidra dan il-produttur tal-Unjoni bħala l-fornitur ewlieni tiegħu u ma għamilx affermazzjonijiet u lanqas ma pprovda evidenza li tali tnaqqis fil-provvista mill-produttur tal-Unjoni sar matul il-perjodu kkunsidrat.
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/109, il-premessa (136).
(29) Il-premessa (97) tar-Regolament provviżorju.
(30) https://www.acea.auto/files/ACEA_10-point_plan_European_Green_Deal.pdf.
(31) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 tas-16 ta’ Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji ta’ anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi bla qtugħ (seamless) tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga (“non-alloy”) li joriġinaw inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 10).
(32) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, Belgium.
(33) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).
(34) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/100
tal-11 ta’ Jannar 2023
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara li ġie ppreżentat ilment mill-Kumitat Ewropew dwar il-Kartelli (“l-ilmentatur”) fil-31 ta’ Marzu 2022. L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza fis-sens tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti jew skont il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) ma jkunux issodisfati. Billi l-evidenza fil-fajl uriet li r-rekwiżit skont il-punt (d) ma ġiex issodisfat, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku. |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur; produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni; importaturi, negozjanti, u utenti magħrufa; produtturi esportaturi magħrufa; u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ma ntalab l-ebda smigħ. |
1.4. Kampjunar
|
(6) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(7) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, filwaqt li qieset il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 73 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 74 % tal-bejgħ fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. F’dan ir-rigward ma daħal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.1. Kampjunar tal-importaturi
|
(8) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(9) |
Importatur mhux relatat wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati ma kienx meħtieġ. |
1.4.2. Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina
|
(10) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(11) |
Sitt produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li esportaw il-kartelli li jistgħu jimtlew mill-ġdid lejn l-Unjoni matul il-PI, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(12) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni ppubblikat online (3) l-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, għall-importaturi mhux relatati u għall-produtturi tal-Unjoni u bagħtet il-kwestjonarju dwar il-makrodata lill-Ilmentatur fl-20 ta’ Mejju 2022. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: |
|
(15) |
Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki remoti (“RCC”) f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li ġejjin:
|
1.6. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(16) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
2. PRODOTT LI QIEGĦED JIĠI INVESTIGAT, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott li qiegħed jiġi investigat
|
(17) |
Il-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa kartelli, reċipjenti, ċilindri, tankijiet, btieti u kontenituri simili, tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid, magħrufa b’mod komuni bħala “kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid”, b’korpi ta’ bejn wieħed u ieħor f’forma ċilindrika, bi ħxuna tal-ħajt ta’ 0,5 mm jew aktar, tat-tip użat għal materjal għajr gass likwifikat, żejt grezz, u prodotti tal-petroleum, b’kapaċità ta’ 4,5 litri jew aktar, irrispettivament mit-tip ta’ finitura, gejġ, jew grad tal-azzar inossidabbli, kemm jekk ikollhom komponenti addizzjonali (estratturi, għenuq, chimes jew kwalunkwe komponent ieħor) kif ukoll jekk le, kemm jekk miżbugħin jew miksijin b’materjali oħrajn kif ukoll jekk le (“kartelli” jew “il-prodott li qiegħed jiġi investigat”). |
|
(18) |
Il-prodotti li ġejjin ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni meta jiġu importati separatament mill-prodott li qiegħed jiġi investigat: għenuq, spears, akkoppjaturi jew vitjien, kullari, valvi u komponenti oħrajn tal-prodott li qiegħed jiġi investigat (estratturi, għenuq, chimes jew kwalunkwe komponent ieħor). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(19) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat li joriġina miċ-Ċina, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7310 10 00 u ex 7310 29 90 (il-kodiċijiet TARIC 7310100010 u 7310299010) (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(20) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(21) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Iċ-Ċina
3.1.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(22) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(23) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-kartelli. Sitt produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(24) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ jissottometti l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(25) |
Fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, pajjiżi terzi rappreżentattivi xierqa possibbli kienu l-Messiku u t-Turkija skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
|
(26) |
Fl-20 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni informat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-kartelli. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Messiku, il-Brażil u r-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-Ewwel Nota. |
|
(27) |
Fid-19 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni informat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq il-produttur KHS Industria de Maquinas LTDA fil-Brażil. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-kummenti waslu miż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(28) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-istadju provviżorju. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.2.1.1 u f’dawk segwenti. |
3.2. Valur normali
|
(29) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(30) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(31) |
Kif spjegat aktar fid-dettall fis-sottotaqsimiet li ġejjin, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(32) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina (4), li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-kartelli, il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (5). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (6), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (7). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (8). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (9). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (10), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (11). |
|
(34) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defense Investigations” (12) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott li qiegħed jiġi investigat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(35) |
It-talba kienet tallega li l-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mill-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. It-talba indikat f’dan ir-rigward mhux biss id-distorsjonijiet fis-suq tal-azzar inossidabbli (l-azzar inossidabbli jirrappreżenta bejn 40 % u 60 % tal-kost tal-produzzjoni tal-kartelli) iżda sostniet li l-fatturi l-oħrajn kollha tal-produzzjoni – art, kapital, manodopera – huma distorti bl-istess mod. Bħala konsegwenza, it-talba kkonkludiet li mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-azzar inossidabbli ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament jew il-manodopera huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern. |
|
(36) |
Sabiex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għal numru ta’ sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħar-Rapport, il-konklużjonijiet milħuqa mill-EUCCC (13), l-investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-settur tal-azzar Ċiniż (14) kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Forum Globali tal-G20 dwar il-Kapaċità Żejda tal-Azzar (15). |
|
(37) |
Kif indikat fil-premessa (24), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(38) |
Speċifikament fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm livell sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (16). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-output totali tal-industrija, il-GTĊ stabbilixxa l-mira fl-istess sena biex jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’xi għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (17). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, meta dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (18). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (19). Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-GTĊ, minħabba l-preżenza ta’ numru ta’ SMEs attivi fis-settur, ma setax jiġi ddeterminat il-proporzjon eżatt tal-produtturi tal-azzar privati u tal-Istat. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni żvelat li mill-anqas produttur wieħed tal-kartelli huwa SOE, prinċipalment Penglai Jinfu Stainless Steel Products Co. Ltd. |
|
(39) |
Madankollu, filwaqt li tista’ ma tkunx disponibbli informazzjoni speċifika għall-prodott li qiegħed jiġi investigat, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott li qiegħed jiġi investigat. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Jingħata eżempju ta’ dan mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (20), jew mill-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li jgħid li s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jippromwovi grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (21). Eżempji simili tal-intenzjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jistgħu jiġu osservati fil-livell provinċjali, bħal f’Shandong, li mhux biss jipprevedi “l-bini ta’ ekoloġija tal-industrija tal-azzar […], l-istabbiliment ta’ parks tal-manifattura, l-estensjoni tal-katina industrijali u l-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali, iżda jridu li l-industrija tal-azzar tipprovdi dimostrazzjoni għat-trasformazzjoni u l-aġġornament […] fil-provinċja tagħhom u anke fil-pajjiż kollu” (22). |
|
(40) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, u peress li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-kartelli huma SMEs, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u s-CCP. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-ġestjoni ta’ Shandong Gold Group, ta’ SOE u ta’ azzjonist kontrollanti ta’ Penglai Jinfu Stainless Steel Products, hija marbuta mill-qrib mas-CCP: il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Shandong Gold Group huwa wkoll Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u kien rappreżentant fl-20 Kungress Nazzjonali tas-CCP u d-Direttur u l-Maniġer Eżekuttiv ta’ Shandong Gold Group huwa wkoll Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. |
|
(41) |
Minħabba li l-prodott li qiegħed jiġi investigat jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott li qiegħed jiġi investigat. Fil-kategorija usa’ tas-settur tal-azzar, hemm biżżejjed evidenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-azzar u s-CCP. Sabiex jingħata eżempju speċifiku, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baowu jservi fl-istess ħin bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Partit bil-Maniġer Ġenerali li jservi wkoll bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (23). Bl-istess mod, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baosteel jokkupa l-pożizzjoni ta’ segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (24). B’mod aktar ġenerali, fid-dawl tal-applikabbiltà ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar il-preżenza tas-CCP fil-kumpaniji, ma jistax jiġi preżunt li l-kapaċità tal-GTĊ li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti tkun differenti fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat meta mqabbla mas-settur tal-azzar b’mod ġenerali. |
|
(42) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni u l-produtturi tal-kartelli huma fil-biċċa l-kbira SMEs, kien diffiċli li tiġi stabbilita l-iskala eżatta tal-bini tal-partit fl-intrapriżi mill-industrija tal-kartelli. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li Shandong Gold Group (azzjonist ta’ kontroll ta’ Penglai Jinfu Stainless Steel Products) jappoġġa b’mod attiv l-attivitajiet ta’ bini tal-Partit. Ir-rwol tal-kumitat tal-partit tal-kumpanija ġie deskritt kif ġej: “Jeħtiġilna naħtfu bis-sħiħ l-opportunità kbira tal-gvern ċentrali, tal-Kumitat tal-Partit Provinċjali ta’ Shandong u tal-Gvern Provinċjali li jappoġġaw lill-intrapriżi tal-Istat biex iħaffu l-kostruzzjoni ta’ intrapriżi ta’ klassi dinjija, iżommu għajnejhom fuq l-miri strateġiċi, iżommu ffukar strateġiku, isaħħu l-implimentazzjoni strateġika, u jaderixxu mal-arranġament ġenerali tal-miri ġenerali, tal-miri intermedji, u tal-miri annwali, jaderixxu mal-kombinazzjoni tal-ippjanar strateġiku u tal-promozzjoni tattika” u “jmexxu l-partit bla tfixkil u b’mod komprensiv, jimplimentaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti ġenerali tal-bini tal-partit fl-era l-ġdida, u jipprovdu garanzija b’saħħitha għal żvilupp ta’ kwalità għolja. Huwa meħtieġ li tissaħħaħ b’mod komprensiv il-kostruzzjoni politika tal-partit, li jkun hemm konformità stretta mad-dixxiplina politika u mar-regoli politiċi, li jittejbu b’mod effettiv il-ġudizzju politiku, il-fehim politiku u l-implimentazzjoni politika tal-organizzazzjonijiet tal-partiti fil-livelli kollha u fil-membri u fl-uffiċjali tal-partit, u sabiex dejjem jinżamm grad għoli ta’ konsistenza mal-Kumitat Ċentrali tal-Partit mal-Comrade Xi Jinping fil-qalba tiegħu, tiġi stabbilita “four consciousness”, tissaħħaħ “four self-confidence”, u tinkiseb “two maintenance” (25). |
|
(43) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku. Minkejja li l-ebda dokument ta’ politika li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tal-kartelli bħala tali ma jista’ jiġi identifikat matul l-investigazzjoni, l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, billi l-prodott li qiegħed jiġi investigat jirrappreżenta wieħed mis-sottosetturi tiegħu. |
|
(44) |
L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (26). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin adottat f’Marzu 2021, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (27). |
|
(45) |
Barra minn hekk, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jiddeskrivi s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jifforma l-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jindika numru ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien bejn l-2021 u l-2025, bħal l-aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ konċentrazzjonijiet korporattivi ulterjuri) jew it-trasformazzjoni diġitali (28). |
|
(46) |
L-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jinkludi wkoll xi miri speċifiċi għall-iżvilupp tas-settur tal-azzar. It-Taqsima IV, il-Punt 3 tad-dokument tinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin: “L-ottimizzazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali: nagħmlu l-intrapriżi ewlenin akbar u aktar b’saħħithom. Naderixxu mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u tal-promozzjoni tal-gvern, ineħħu l-ostakli għall-fużjonijiet u għar-riorganizzazzjonijiet interreġjonali, ineħħu restrizzjonijiet bħas-segmentazzjoni tas-suq u l-ostakli reġjonali, nikkoordinaw u nsolvu problemi kbar li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-fużjonijiet u fir-riorganizzazzjonijiet interreġjonali tal-intrapriżi, nappoġġaw lill-intrapriżi biex iħaffu l-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet transsettorjali u ta’ sjieda, u nżidu l-livell ta’ konċentrazzjoni tal-industrija, niżviluppaw in-negozju internazzjonali. Fi …, azzar, … u industriji oħrajn, jippromwovu grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija”. |
|
(47) |
L-FYPs imsemmija hawn fuq fil-livell ċentrali huma mtennija fil-pjanijiet ta’ implimentazzjoni provinċjali u/jew muniċipali tal-FYPs jew tal-FYP. Pereżempju, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament tal-industrija tal-azzar matul l-14-il FYP jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar: il-punt 2(1): kontroll strett tal-kapaċità totali tal-produzzjoni; il-punt 2(2): l-aċċellerazzjoni u l-promozzjoni tal-fużjonijiet u tal-akkwiżizzjonijiet; il-punt 2(3): il-kostruzzjoni ta’ bażijiet tipiċi tal-produzzjoni tal-azzar (29). |
|
(48) |
Minbarra l-14-il FYP, l-industrija tal-azzar hija wkoll strettament irregolata f’dokumenti ta’ politika oħrajn. Pereżempju, Hebei, l-akbar provinċja li tipproduċi l-azzar fiċ-Ċina, ħarġet Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet snin dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppament fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar mill-2020 sal-2022 (applikabbli matul il-PI). Dan id-dokument jirregola l-industrija tal-azzar bil-mod li ġej: “Ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġi promoss mingħajr waqfien l-aġġustament strutturali u jiġi ottimizzat it-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, tiġi promossa r-riorganizzazzjoni konġunta, it-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-intrapriżi, u jiġi promoss b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar lejn intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream.” Barra minn hekk, il-pjan jistabbilixxi miri speċifiċi għall-istruttura tal-intrapriżi tal-azzar fil-provinċja: “Jitrawwem b’mod kostanti l-iżvilupp tal-gruppi. Titħaffef ir-riforma tas-sjieda mħallta tal-intrapriżi tal-Istat, ikun hemm iffukar fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u tar-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jsir sforz biex jiġu stabbiliti bejn grupp wieħed kbir ta’ klassi dinjija jew tnejn, bejn tliet u ħames gruppi kbar b’xi influwenza domestika bħala pilastri, u bejn tmienja u 10 gruppi ta’ intrapriżi ġodda, pendenti u speċifiċi”. |
|
(49) |
Fl-aħħar nett, il-pjan jipprevedi appoġġ mill-Istat sabiex tittejjeb il-kompetittività globali tal-intrapriżi tal-azzar li jinsabu f’Hebei: “Jiġi żgurat b’mod xieraq żvilupp rilevanti u diversifikat. Jiġu appoġġati l-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jiżviluppaw industriji emerġenti strateġiċi bħall-ġenerazzjoni l-ġdida tat-teknoloġija tal-informazzjoni, it-tagħmir ta’ livell għoli u materjali ġodda, u jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ industriji moderni tas-servizzi bħal-loġistika moderna, is-servizzi finanzjarji, il-kummerċ elettroniku eċċ. Jiġu inkoraġġuti l-intrapriżi eliġibbli tal-ħadid u tal-azzar biex jiżviluppaw lejn ipproċessar fil-fond bħal karozzi u parts mekkaniċi, ħbula tal-wajer tal-azzar, elettrodi tal-iwweldjar bi ħbula tal-azzar, eċċ. Tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-kapaċità tal-produzzjoni, tiġi inkoraġġuta l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar f’fużjonijiet u f’riorganizzazzjoni ta’ intrapriżi barranin tal-ħadid u tal-azzar permezz ta’ mezzi multipli, u jiġu ggwidati l-intrapriżi kompetittivi tal-ħadid u tal-azzar fil-provinċja biex jinvestu u jibnu fabbriki barra mill-pajjiż” (30). |
|
(50) |
Barra minn hekk, il-“Guiding Catalogue for Industry Restructuring” (il-Verżjoni tal-2019) (31) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. |
|
(51) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(52) |
L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-kartelli msemmi hawn fuq fil-premessa (33) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. |
|
(53) |
Is-settur tal-kartelli huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (33). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fiċ-Ċina) (32). |
|
(54) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (33). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(55) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott li qiegħed jiġi investigat, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-kartelli jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(56) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kartelli ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. |
|
(57) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
|
(58) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.1.1. Pajjiż rappreżentattiv
Kummenti ġenerali
|
(59) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(60) |
Kif spjegat fil-premessi (26) u (27), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni tal-20 ta’ Lulju 2022 u t-Tieni Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni tad-19 ta’ Settembru 2022. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina u l-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat
|
(61) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Messiku u r-Russja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross, u meta kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott li qiegħed jiġi investigat. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota. |
|
(62) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li għal wieħed mill-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qiegħed jiġi mmanifatturat il-prodott li qiegħed jiġi investigat, jiġifieri l-Messiku, il-produttur tal-kartelli waqqaf il-produzzjoni qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u ma kien hemm l-ebda data finanzjarja disponibbli wara l-2017 fil-bażi tad-data Orbis (34). Għalhekk, il-Messiku ma għadux jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli għal din l-investigazzjoni. |
Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(63) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li l-uniku produttur tal-kartelli fir-Russja identifikat fl-Ewwel Nota ma kellux ammont raġonevoli ta’ profitt, la fl-2021, u lanqas fl-2020. |
|
(64) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li kellha għad-dispożizzjoni tagħha data li turi ammont raġonevoli ta’ profitti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għal produttur wieħed biss fil-Brażil, KHS Industria de Maquinas LTDA u għas-sena 2020 biss. Sa issa ma kien hemm disponibbli l-ebda data finanzjarja aġġornata għall-2021. |
|
(65) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li hija għandha l-ħsieb li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija KHS Industria de Maquinas LTDA, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ KHS Industria de Maquinas LTDA bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(66) |
Wara t-Tieni Nota, waslu kummenti miż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, li argumentaw dan li ġej:
|
|
(67) |
B’riżultat ta’ dan, il-partijiet sostnew li l-affidabbiltà tad-data tas-suq fil-Brażil għall-fini tal-istabbiliment ta’ valur tas-suq mingħajr distorsjoni għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni kienet dubjuża. |
|
(68) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ipproponew lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, minħabba li kellha livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina, anke jekk ma kien hemm l-ebda produttur ta’ kartelli fil-Malażja. |
|
(69) |
Madankollu, il-Malażja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, peress li, kif rikonoxxut mill-partijiet infushom, ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ kartelli fil-Malażja. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni kompliet tanalizza l-evidenza (35) dwar id-distorsjonijiet probabbli tas-suq tal-prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti (HS721933) fil-Brażil. L-eżistenza ta’ dazji anti-dumping tas-suq fuq prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti li joriġinaw miċ-Ċina ma hijiex rilevanti, peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina huma esklużi meta jiġi stabbilit prezz ta’ riferiment tal-materja prima. Il-kwoti tal-esportazzjoni fuq il-prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti lejn l-Istati Uniti ma jidhrux li jillimitaw l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, peress li għadhom it-tielet l-akbar esportatur għal dan il-prodott lejn il-Brażil (wara ċ-Ċina u l-Indoneżja). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti lejn il-Brażil mill-Istati Uniti huma bi prezz kemxejn ogħla mill-importazzjonijiet mill-akbar għaxar pajjiżi importaturi minbarra ċ-Ċina (EUR 16,3/kg u EUR 14,5/kg ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, rispettivament). Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument li s-suq Brażiljan tal-prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti (HS721933) kien distort minħabba d-dazji anti-dumping lejn iċ-Ċina u l-kwoti tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti. |
|
(71) |
Fir-rigward tal-livell tat-tariffi tal-importazzjoni fuq it-tliet materji prima ewlenin, il-Kummissjoni nnotat li l-valuri mingħajr distorsjoni użati għall-kalkolu tal-valur normali jqisu d-dazji tal-importazzjoni peress li jikkostitwixxu indikatur għal prezz fis-suq domestiku tal-pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Għalhekk, tqabbil astratt tal-livelli rispettivi tad-dazji tal-importazzjoni għall-materja prima fil-prinċipju ma huwiex fattur rilevanti sabiex titqabbel l-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li l-livell tad-dazji tal-importazzjoni huwa biss wieħed mill-elementi sabiex jiġi vvalutat jekk ċertu suq huwiex miftuħ jew protett, u l-parti ma ppreżentat l-ebda evidenza speċifika oħra sabiex turi li dan kien il-każ għall-Brażil għall-materja prima kkonċernata. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. |
|
(72) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-materji primi ewlenin, il-Kummissjoni qabblet ukoll lill-Brażil u lir-Russja, iż-żewġ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, fejn ġiet ikkonfermata l-produzzjoni ta’ kartelli. L-analiżi tad-data dwar l-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn ir-Russja tal-fattur ewlieni tal-produzzjoni, il-kojl tal-azzar inossidabbli (HS721933), li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-kost tal-produzzjoni tal-kartelli, kienu ogħla milli lejn il-Brażil (60 % tal-kojl tal-azzar inossidabbli lejn ir-Russja ġie importat miċ-Ċina, filwaqt li għall-Brażil, il-proporzjon kien ħafna aktar baxx (37 %)). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn ir-Russja ta’ spears, li jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-kost tal-produzzjoni tal-kartelli, kienu wkoll ogħla milli lejn il-Brażil (68 % u 50 %, rispettivament). Meta wieħed iqis il-piż ta’ dawn iż-żewġ materja prima ewlenija (il-kojl u l-ispear tal-azzar inossidabbli) fil-kost tal-produzzjoni tal-kartelli, dawn id-differenzi fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina waħedhom jimminaw il-kwalità tad-data għal valuri mingħajr distorsjoni fir-Russja aktar milli fil-Brażil. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-Russja ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-evidenza dwar KHS Industria de Maquinas LTDA fil-Brażil u kkonfermat li l-kumpanija kienet speċjalizzata fl-inġinerija u fil-produzzjoni tat-teknoloġiji ta’ mili u ta’ sistemi għall-mili tal-kartelli jew għal tagħmir aċċessorju, aktar milli l-manifattura tal-kartelli. Għalhekk ma setgħetx titqies aktar bħala produttur tal-kartelli. |
|
(74) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet identifikat żewġ produtturi addizzjonali ta’ kartelli fl-Ewwel Nota. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħet issib data finanzjarja xierqa għall-ebda wieħed mill-produtturi tal-kartelli identifikati li jifdal fil-Brażil. Fin-nuqqas ta’ valur referenzjarju xieraq sabiex jiġu stabbiliti SG&A u profitt raġonevoli għall-prodott li qiegħed jiġi investigat fil-Brażil, l-uniku pajjiż rappreżentattiv li jifdal fejn ġiet ikkonfermata l-produzzjoni tal-kartelli u, għalhekk, id-disponibbiltà tal-materja prima ewlenija, il-Kummissjoni qieset b’mod provviżorju li d-data tal-kumpaniji f’settur li jipproduċi prodott simili tista’ tkun xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi. Għalhekk, hija fittxet data dwar il-produtturi ta’ firxa simili ta’ prodotti għall-kartelli, jiġifieri, prodotti li kienu simili f’termini tal-materja prima użata, il-forma u l-iskop tal-prodott finali. Ir-riċerka kienet ibbażata fuq il-kodiċijiet NACE (36). Id-data minn ħames kumpaniji bil-kodiċi NACE 2592 (ippakkjar tal-metall ħafif), li jipproduċu laned tal-metall, prodotti tal-ippakkjar, kontenituri għall-industrija tal-ikel, kienet disponibbli fil-bażi tad-data Orbis (37) u l-prodotti mmanifatturati minn dawk il-kumpaniji jistgħu jitqiesu simili għall-kartelli f’termini tal-materja prima użata, il-forma u l-iskop tal-prodott finali. Barra minn hekk, fil-bażi tad-data Orbis, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina ġew irreġistrati wkoll taħt l-istess kodiċi NACE 2592, bħall-produtturi tal-laned tal-metall, il-prodotti tal-ippakkjar, il-kontenituri għall-industrija tal-ikel. Fl-aħħar nett, minn dawn il-ħames produtturi ta’ laned tal-metall, prodotti tal-ippakkjar, kontenituri fil-Brażil, wieħed minnhom biss, Metalurgica Mococa SA (38), kellu data finanzjarja għall-PI. |
|
(75) |
Abbażi tal-analiżi tad-data disponibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni u li tuża d-data finanzjarja ta’ kumpanija waħda, Metalurgica Mococa SA, għall-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(76) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(77) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(78) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(79) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-bażi tad-data tal-Global Trade Atlas (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-ILO sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (39) u r-riċerka ta’ Global Electricity Prices għall-elettriku (40). |
|
(80) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, dawn l-oġġetti negliġibbli ġew raggruppati taħt “oġġetti tal-konsum”. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.2.1.2. Fatturi tal-produzzjoni
|
(81) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul l-RCC, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-kartelli
|
||||||||||||||||||||||||||||||
Materja prima
|
(82) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina u pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (58) ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi. |
|
(83) |
Wara t-Tieni Nota, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li l-kodiċi SA xieraq għall-ispears li jenħtieġ li jintuża sabiex jiġi stabbilit il-valur mingħajr distorsjoni ta’ din il-materja prima huwa HS848180 u mhux HS848190. Il-produtturi esportaturi argumentaw li l-kodiċi HS848180 jirrappreżenta viti tal-ilma, viti, valvi u apparat simili għal pajpijiet, qxur ta’ kaldaruni, tankijiet, btieti jew oġġetti simili, filwaqt li l-kodiċi HS848190 jirreferi għal partijiet tagħhom. L-esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li l-ispear huwa tip ta’ valv fih innifsu, aktar milli partijiet minn valv. Peress li l-kejl ta’ unità għal dan il-kodiċi huwa unità/oġġett fin-nomenklatura tal-Brażil, dan jirrifletti b’mod xieraq ir-realtà tal-mod kif jiġi akkwistat dan il-materjal u jsir l-ipprezzar. Barra minn hekk, dan huwa l-kodiċi użat ukoll mill-fornituri tal-ispears meta jesportaw mill-UE. Għalhekk, il-kodiċi HS848180 huwa l-klassifikazzjoni t-tajba għal spears. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-intestatura HS 8481, fost l-oħrajn, tinkludi wkoll “unitajiet li jqassmu l-birra mħaddma bil-gass għal bar counters, li jikkonsistu essenzjalment f’vit imħaddem bl-idejn wieħed jew aktar alimentati bil-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju mwassal fil-btieti tal-birra”. L-ispear ta’ kartell huwa ddisinjat għaż-żamma tal-gass taħt pressjoni (diossidu tal-karbonju) fil-kartell u għall-provvista tal-likwidu kkarbonizzat li jiżgura l-fluss ikkundizzjonat tiegħu. Din il-funzjoni titwettaq prinċipalment mill-mekkaniżmu inkluż fil-qafas tal-ispear tal-kartell li jinkorpora valv (jew żewġ valvi skont il-mudell). Għalhekk, spear jista’ jitqies bħala parti mill-unitajiet li jqassmu l-birra mħaddma bil-gass mill-ambitu tal-intestatura HS 8481 u jenħtieġ li jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 848190. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun issottometta d-dokumentazzjoni tiegħu dwar l-importazzjoni tal-ispears, li indikat l-importazzjoni tal-ispears skont l-HS848190. B’mod ġenerali, nofs il-produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li għall-ispears għandu jintuża l-kodiċi HS848190. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-partijiet li jużaw il-kodiċi HS848180 ġiet miċħuda. |
|
(85) |
Id-data dwar l-importazzjonijiet tal-ispears lejn il-Brażil ġiet ikklassifikata taħt iż-żewġ kodiċijiet estiżi rilevanti: 84819010 (partijiet minn valvi tal-aerosol, apparat użat għall-kmamar tal-banju, eċċ. u 84819090 (partijiet minn vitjien, apparati oħrajn għall-kanalizzazzjonijiet, eċċ.). Intgħażlet it-84819090, peress li l-ispears ma kinux partijiet mill-valvi tal-aerosol. |
|
(86) |
Għal numru ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw fuq bażi individwali sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum kif spjegat fil-premessa (80). |
|
(87) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji tal-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni sabiex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata sax-xatba tal-kumpanija. |
Manodopera
|
(89) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO (42) sabiex tiddetermina l-pagi fil-Brażil. L-istatistika tal-ILO pprovdiet informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu (43) fil-Brażil fl-2021. Kostijiet addizzjonali relatati max-xogħol imġarrba mill-impjegatur, abbażi tas-sorsi disponibbli għall-pubbliku (44), ġew miżjuda mal-paga ta’ kull xahar. |
|
(90) |
Matul l-RCC ta’ produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda rekord għas-sigħat tax-xogħol effettivi, iżda s-sigħat tax-xogħol standard biss. Il-produttur esportatur irrapporta li s-sigħat tax-xogħol effettivi kienu bħala medja 10 minuti itwal qabel u wara x-xift/jum maħduma sabiex jaslu u jitilqu mill-faċilitajiet tal-produzzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni żiedet is-sigħat standard tax-xogħol ta’ dan il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun b’20 minuta għal kull xift/jum. |
Elettriku
|
(91) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li se tuża r-riċerka ta’ Global Electricity Prices għall-valur referenzjarju tal-elettriku (45). Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża d-data minn EDP Brasil (46), il-fornitur ewlieni tal-elettriku fis-suq lokali tal-Brażil, filwaqt li tqis it-tariffi differenti għall-perjodi b’domanda massima u dawk kwieti u l-prezzijiet rilevanti imposti fuq il-kategorija ta’ konsumaturi industrijali, li kienet affidabbli għall-valur referenzjarju tal-elettriku. |
|
(92) |
Il-Ministeru għall-Estrazzjoni u l-Enerġija fil-Brażil (Ministério de Minas e Energia) jippubblika rapport annwali dwar is-settur tal-enerġija fil-Brażil (47). Ir-rapport tal-2021 jinkludi t-tariffa medja tal-elettriku (48) mill-fornituri ewlenin kollha tal-elettriku applikata għall-utenti industrijali fil-Brażil (49). Il-Kummissjoni qieset dan is-sors bħala l-aktar affidabbli sabiex tistabbilixxi l-valur referenzjarju tal-elettriku, peress li kien jinkludi t-tariffi medji applikati mill-fornituri ewlenin kollha tal-elettriku fil-Brażil b’differenza mis-sors tad-data propost mill-produtturi esportaturi, li rrefera għal fornitur wieħed biss. Għalhekk użat it-tariffa medja tal-elettriku għall-utenti industrijali ppubblikata fir-rapport mill-Ministeru għall-Estrazzjoni u l-Enerġija fil-Brażil fl-2021. |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(93) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(94) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(95) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, fl-2021, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja ta’ Metalurgica Mococa SA, kif estratta mill-bażi tad-data Orbis. |
Il-kalkolu
|
(96) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(97) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv ta’ kull fattur individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi ġew ivverifikati matul il-kontroverifika mill-bogħod. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fil-premessi (82) sa (88). |
|
(98) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kif innotat fil-premessa (94). |
|
(99) |
Mal-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Metalurgica Mococa SA fil-Brażil. L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 8,5 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 24,4 %. |
|
(100) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(101) |
Il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. L-ieħor esporta direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpanija kummerċjali mhux relatata f’Hong Kong. F’dan il-każ, il-merkanzija ntbagħtet mill-produttur esportatur direttament lill-klijent indipendenti fl-Unjoni, filwaqt li l-fattura nħarġet lill-kumpanija kummerċjali f’Hong Kong. |
|
(102) |
Għall-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat li sar direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effetivament tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(103) |
Għall-bejgħ għall-esportazzjoni li sar permezz ta’ kumpanija kummerċjali mhux relatata f’Hong Kong, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott esportat inbiegħ għall-ewwel darba lil dik il-kumpanija kummerċjali. Għalkemm il-Kummissjoni kellha evidenza (kontijiet tat-tbaħħir eċċ) li dawn il-prodotti ntbagħtu mill-produttur esportatur direttament lill-klijent indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-bejgħ lill-klijent finali ma setax jiġi stabbilit. Il-Kummissjoni kkuntattjat lil kumpanija kummerċjali f’Hong Kong, madankollu ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn dik il-kumpanija. Lanqas l-utent finali Ewropew li jixtri l-kartelli inkwistjoni ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-bejgħ lill-klijent finali fl-Unjoni ma kienx disponibbli fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni. |
3.2.3. Tqabbil
|
(104) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika għal kull tip ta’ prodott. |
|
(105) |
Meta ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għall-kostijiet tat-tagħbija, għad-dazju doganali, għall-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.2.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(106) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(107) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(108) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(109) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 72,1 %. |
|
(110) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni qieset li l-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien baxx peress li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw biss madwar 32 % tal-kwantitajiet totali stmati tal-importazzjoni miċ-Ċina fil-PI. Għalhekk, għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping abbażi tat-tip ta’ prodott rappreżentattiv bl-ogħla marġni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li ma kkooperawx ġie stabbilit fil-livell ta’ 91,0 %. |
|
(112) |
Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(113) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-prodott simili kien immanifatturat minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(114) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 1 926 200 kartell. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġibiet għall-kwestjonarju makroekonomiku pprovdut mill-ilmentatur. Kif indikat fil-premessa (7), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 73 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(115) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (unitajiet)
|
||||||||||||||||||||
|
(116) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni ta’ kartelli abbażi tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, flimkien mal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina. Il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina hija spjegata fid-dettall fit-Taqsima 4.3.1. hawn taħt. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn lejn l-Unjoni ma ġewx ikkunsidrati peress li tqiesu negliġibbli (ara l-premessa (119)). |
|
(117) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nkiseb mit-tweġiba għall-kwestjonarju pprovdut mill-ilmentatur, u vverifikat mal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. |
|
(118) |
Il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni taħt żewġ kodiċijiet NM (ex 7310 10 00 u ex 7310 29 90), skont il-kapaċità tal-kartell. Il-kartelli bil-kapaċità ta’ >= 50 litru iżda ta’ <= 300 litru jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7310 10 00, filwaqt li dawk bil-kapaċità ta’ < 50 litru jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7310 29 90. Dawn iż-żewġ kodiċijiet NM jinkludu wkoll firxa wiesgħa ta’ prodotti oħrajn minbarra l-prodott li qiegħed jiġi investigat (eż. laned, kaxex tal-landa, apparat għat-tmigħ tal-bhejjem, bramel, apparat tat-tifi tan-nar, kanisters, kontenituri u tankijiet għal diversi użi, fliexken tal-ilma, btieti tal-azzar, eċċ.), u għalhekk, ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet abbażi tal-kodiċijiet NM biss. |
|
(119) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, l-Ilment sostna li s-suq tal-Unjoni huwa fornut b’kartelli b’mod predominanti mill-produtturi u mill-esportaturi tal-Unjoni miċ-Ċina. L-eżami mill-Kummissjoni tad-data dwar il-fornituri, ipprovduta minn tliet utenti ewlenin (ara aktar ’il quddiem fil-premessa (130)) indika li ma hemm l-ebda fornitur ieħor fis-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn, jekk ikun hemm, huma negliġibbli u ma jkollhom l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-konsum tal-Unjoni. |
|
(120) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas b’66 % waqt il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara t-tnaqqis inizjali ta’ 27 % fl-2019, kien hemm tnaqqis aktar qawwi segwit fl-2020 u fil-PI (2021). Dan it-tnaqqis ikkoinċida mas-snin meta l-Unjoni kienet l-aktar milquta mill-pandemija tal-COVID-19 u jista’ jiġi attribwit għall-hekk imsejħa “lockdowns” korrispondenti, jiġifieri miżuri introdotti mill-gvernijiet madwar l-Unjoni sabiex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(121) |
Il-miżuri tal-COVID-19 affettwaw b’mod partikolari l-lukandi, ir-ristoranti u l-kafetteriji (“is-settur tal-HORECA”). Is-settur tal-HORECA jixtri l-birra u xorb ieħor mill-utenti, li ħafna drabi huma birreriji tal-birra. Il-birra tiġi kkonsenjata lilhom f’kartelli li jkunu mwaħħla ma’ installazzjonijiet tad-draught li minnhom imbagħad titferra’ fit-tazzi u tiġi servuta lill-klijenti tas-settur tal-HORECA. |
|
(122) |
Matul l-2020 u l-PI, il-maġġoranza l-kbira tas-settur tal-HORECA fl-Unjoni kienet obbligata li jew tqassar il-ħinijiet tax-xogħol tagħha, u/jew tillimita l-kapaċità tagħha jew li tibqa’ kompletament magħluqa għal perjodi ta’ żmien estiżi, skont il-miżuri tal-gvern introdotti sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19. Tnaqqis bħal dan fl-attività tas-settur tal-HORECA u, konsegwentement, tnaqqis fid-domanda għal birra draught, kellu konsegwenza loġika tat-tnaqqis fid-domanda mill-utenti għall-kartelli li fihom ifornu l-birra lill-klijenti tas-settur tal-HORECA tagħhom. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-metodoloġija użata għall-kwantifikazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(123) |
Fl-ilment, l-Ilmentatur ippreżenta metodoloġija tiegħu stess sabiex jistabbilixxi l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Din il-metodoloġija bbażat fuq l-għarfien tas-suq tal-Ilmentatur u stmat żieda notevoli fl-importazzjonijiet fl-Unjoni, 188 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, murija fit-Tabella 3 hawn taħt. Tabella 3 Bejgħ tal-kartelli Ċiniżi fl-Unjoni – Stima tal-ilment (unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(124) |
Kif spjegat fil-paragrafi 193 sa 203 tal-ilment, il-metodoloġija ta’ hawn fuq kienet tikkonsisti fi tliet elementi ewlenin. L-ewwel nett, l-Ilmentatur żied il-kwantitajiet ta’ kartelli mitluba fl-offerti kollha (fl-ilment imsejħa “offerti”) organizzati minn ħames utenti ewlenin, jiġifieri, il-gruppi tal-birreriji l-kbar preżenti fis-suq tal-Unjoni, prinċipalment: AB InBev, Asahi CEE, Carlsberg, Heineken, u Molson Coors (“l-utenti ewlenin”). It-tieni, l-Ilmentatur naqqas il-bejgħ tiegħu stess li għamel minn dawk l-offerti, filwaqt li kien qiegħed jopera bis-suppożizzjoni li l-bqija tal-lott totali mitlub f’kull sejħa għall-offerti ntrebaħ u ġie fornut mill-produtturi miċ-Ċina. Fl-aħħar nett, l-Ilmentatur żied il-kwantitajiet importati minn importaturi/rivendituri, stmati abbażi tal-għarfien tagħhom dwar is-suq. |
|
(125) |
L-investigazzjoni wriet li l-kwantitajiet ta’ kartelli li l-utenti ewlenin effettivament xtraw wara sejħa għall-offerti rari jikkorrispondu għall-kwantitajiet inizjalment mitlubin permezz ta’ dik l-offerta. Filwaqt li l-proporzjonijiet ivarjaw minn sejħa għall-offerti għal oħra u bejn l-utenti ewlenin, bħala medja, l-utenti ewlenin xtraw anqas minn 60 % tal-kwantitajiet oriġinarjament mitlubin permezz tal-offerti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan huwa dovut għall-mod partikolari li bih jiffunzjona dan is-suq, b’mod partikolari marbut mal-modalitajiet u mas-segwitu tal-offerti mill-utenti, kif spjegat hawn taħt fit-Taqsima 5.1, fejn, b’mod partikolari, l-utenti ma kienu taħt l-ebda obbligu kuntrattwali li jixtru l-kwantitajiet effettivament offruti. |
|
(126) |
Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet li tivverifika jekk tali stima tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni mill-Ilment kinitx akkurata u, f’każ li din ma kinitx, tistma l-kwantitajiet tal-importazzjonijiet b’mod aktar preċiż. Għal dak il-għan, hija talbet data tal-vjeġġi kollha taħt iż-żewġ kodiċijiet NM mill-awtoritajiet doganali ta’ sitt Stati Membri tal-UE (“SM”) bl-akbar importazzjonijiet taż-żewġ kodiċijiet NM ta’ hawn fuq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jew miċ-Ċina jew mid-dinja kollha: il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Polonja. il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, u n-Netherlands kienu fost il-ħames pajjiżi bl-akbar importazzjonijiet fiż-żewġ kategoriji, filwaqt li l-Polonja kienet fost il-ħames Stati Membri bl-akbar volum ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, u ċ-Ċekja bl-akbar volum meta wieħed iħares lejn l-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja. Dawn is-sitt Stati Membri flimkien kienu jirrappreżentaw 73 % tal-importazzjonijiet tal-UE miċ-Ċina u 66 % tal-importazzjonijiet madwar id-dinja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni analizzat id-data li rċeviet u, abbażi tad-deskrizzjoni ta’ kull vjeġġ, hija kkalkolat ċifra aktar baxxa u ogħla ta’ dak li jista’ jiġi kkunsidrat b’mod raġonevoli bħala importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fis-sitt Stati Membri. B’mod partikolari, il-vjeġġi li ġew deskritti bħala “kartelli (tal-birra)” ġew aggregati biex jiffurmaw iċ-ċifra aktar baxxa, filwaqt li dawk li kellhom deskrizzjoni konsistenti mal-karatteristiċi tal-kartelli, ġew aggregati biex jiffurmaw l-ogħla waħda. F’dak il-kuntest, vjeġġi li ġew deskritti bħala xi ħaġa oħra, bħal apparat għat-tmigħ tal-bhejjem, bramel, tankijiet tal-gass, bojlers, laned, kaxxi tal-landa, eċċ., jew kienu inkompatibbli mal-karatteristiċi tal-kartelli, ma tqisux. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-awtoritajiet doganali ma jirreġistrawx l-unitajiet (numru ta’ kartelli) f’kull vjeġġ, iżda biss il-piż ta’ tali vjeġġ. F’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni tibbaża fuq ir-rata ta’ konverżjoni ta’ kartell 1 = 10 kg (50) sabiex tikkalkola n-numru ta’ kartelli. Iċ-ċifri ogħla u aktar baxxi li jirriżultaw għal kull sena mbagħad ġew aġġustati bil-fattur ta’ 0,73, jiġifieri l-perċentwal li s-sitt Stati Membri jirrappreżentaw fl-importazzjonijiet totali tal-Unjoni taż-żewġ kodiċijiet NM miċ-Ċina, biex tiġi kkalkolata ċifra sħiħa tal-kwantitajiet tal-importazzjoni ta’ kartelli miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Ir-riżultati ta’ dik l-analiżi huma murija fit-Tabella 4 hawn taħt. Tabella 4 Importazzjonijiet fl-Unjoni bbażati fuq data doganali dettaljata
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(128) |
Iċ-ċifri ta’ hawn fuq ikkonfermaw li l-metodoloġija użata fl-ilment ma kinitx l-aktar xierqa sabiex jiġu kkwantifikati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. |
|
(129) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw li kien fadal u li ma kinux inklużi fil-kampjun, biex titlobhom id-data tal-bejgħ tagħhom għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Kollha kemm huma pprovdew id-data mhux verifikata mitluba li kienet aggregata mal-kwantitajiet tal-bejgħ verifikati ddikjarati miż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, u dan irriżulta fil-kwantitajiet tal-importazzjoni miġburin fil-qosor fit-Tabella 5 hawn taħt. Tabella 5 Kwantità totali tal-esportazzjonijiet iddikjarata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||
|
(130) |
Fid-dawl tad-diskrepanzi tad-data disponibbli, fit-2 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat Nota għall-Fajl li tindika l-kwantitajiet ta’ importazzjoni miġburin skont it-Tabelli 4 u 5 kif ukoll il-metodoloġiji differenti sottostanti tagħhom, u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-utenti ewlenin minkejja n-nuqqas ta’ kooperazzjoni inizjali tagħhom, fejn talbithom id-data dwar il-fornituri tagħhom u l-volumi tax-xiri biex tipprova u biex tivvalida ċ-ċifri li waslu mill-produtturi esportaturi fit-Tabella 5. Tlieta minn ħames utenti ewlenin biss ipprovdew id-data mitluba (ara aktar ’il quddiem fil-premessa (136)). L-uniċi kummenti dwar in-nota ġew sottomessi mill-Ilmentatur fit-12 ta’ Settembru 2022. |
|
(131) |
L-ewwel affermazzjoni mressqa mill-Ilmentatur kienet li l-istima tal-importazzjonijiet fit-Tabella 4 ibbażata fuq l-analiżi tad-data doganali għad għandha sehem nieqes mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Huwa rrefera pereżempju għall-fatt li l-istatistika dwar l-importazzjoni fi Stati Membri oħrajn importanti għall-konsum tal-birra u l-kartelli, bħar-Rumanija u Spanja, kienet nieqsa, u b’hekk tissottovaluta t-totali. |
|
(132) |
It-tieni, l-Ilmentatur sostna li ċ-ċifri rrapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fit-Tabella 5 ma jirriflettux bis-sħiħ il-volumi importati fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minħabba kooperazzjoni limitata tal-produtturi esportaturi. Fis-sottomissjoni tiegħu, l-Ilmentatur sostna li r-rata tal-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi kienet biss ta’ 28 %. |
|
(133) |
It-tielet, l-Ilmentatur sostna li l-informazzjoni dwar il-konsum miksuba mit-tliet utenti ewlenin uriet biss stampa parzjali tal-konsum tal-Unjoni ta’ kartelli minħabba l-fatt li l-birreriji ta’ daqs żgħir u medju ma jitqisux u minħabba l-kooperazzjoni limitata mill-utenti. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa dawn il-kummenti kollha mill-Ilmentatur. Fir-rigward tal-ewwel talba, filwaqt li l-aġġustament tal-istatistika dwar l-importazzjoni tas-sitt Stati Membri bil-fattur ta’ 0,73 kif spjegat fil-premessa (127) intuża biex jiġu ddeterminati l-importazzjonijiet li kien fadal mill-Istati Membri l-oħra, f’dan l-istadju ma jistax jiġi eskluż li l-kwantitajiet attwali tal-importazzjoni fi Stati Membri oħrajn bħar-Rumanija u Spanja huma sottovalutati. |
|
(135) |
Fir-rigward tat-tieni talba, kif spjegat fil-premessa (111), l-investigazzjoni wriet b’mod provviżorju li l-livell ta’ kooperazzjoni huwa baxx u l-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw 32 % tal-importazzjonijiet ta’ kartelli miċ-Ċina fil-PI. Għalhekk, f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, ma jistax jiġi eskluż li hemm produtturi esportaturi jew esportaturi oħrajn fiċ-Ċina li jbigħu lill-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minbarra l-esportaturi li kkooperaw. |
|
(136) |
Fir-rigward tat-tielet pretensjoni u l-kooperazzjoni baxxa ħafna mill-utenti, il-Kummissjoni nnotat li, mill-ħames utenti ewlenin, li jirrappreżentaw madwar 50 % tas-suq tal-utenti, tliet utenti biss (AB InBev, Asahi, u Molson Coors) ipprovdew id-data mitluba. Barra minn hekk, wieħed biss minn dawn it-tliet utenti (AB InBev) xtara kartelli mingħand fornituri Ċiniżi. Barra minn hekk, kif speċifikat ukoll hawn taħt fit-taqsima 5.1, il-50 % li kien fadal tas-suq tal-utenti, magħmul prinċipalment minn birreriji iżgħar, ma kkooperax fl-investigazzjoni. |
|
(137) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti u l-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kwantitajiet mixtrija rrapportati mill-uniku utent li kkoopera li jġib kartelli miċ-Ċina kienu ferm anqas mill-bejgħ tal-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi korrispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li kien hemm produtturi esportaturi oħrajn li ma kkooperawx mal-investigazzjoni, u li ċ-ċifri ppreżentati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma ġewx ivverifikati peress li dawk il-produtturi ma kinux inklużi fil-kampjun. |
|
(138) |
Kollox ma’ kollox, fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha u b’mod partikolari data kontradittorja miksuba mill-utenti u l-kooperazzjoni baxxa ħafna mill-produtturi esportaturi u mill-utenti, li d-data tagħhom dwar ix-xiri tkun strumentali biex jiġu kkontrollati b’mod doppju l-kwantitajiet irrapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qieset b’mod provviżorju li l-aktar metodoloġija xierqa biex jiġu kkwantifikati l-importazzjonijiet kellha tkun ibbażata fuq l-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjonijiet fit-Tabella 4. Barra minn hekk, minħabba l-kummenti sottomessi mill-industrija li anke l-ogħla ċifra tad-data bbażata fuq l-istatistika probabbilment tkun sottovalutata, il-Kummissjoni qieset b’mod provviżorju li l-ogħla ċ-ċifri miksubin mill-istatistika kienu l-aktar xierqa biex jiġi kkalkolat il-livell tal-importazzjonijiet f’dan l-istadju provviżorju. |
|
(139) |
Sabiex tikseb assigurazzjoni addizzjonali tal-adegwatezza ta’ din il-metodoloġija, il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat l-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-kartelli fil-livell tal-kodiċi TARIC, disponibbli mill-bidu ta’ din l-investigazzjoni fil-bażi tad-data tas-Sorveljanza, biex tara kemm huwa kbir is-sehem tal-importazzjonijiet tal-kartelli fl-importazzjonijiet totali ta’ prodotti taħt iż-żewġ kodiċijiet NM rilevanti. Is-sehem medju tal-importazzjonijiet tal-prodotti fil-livell tal-kodiċi TARIC (jiġifieri, l-importazzjonijiet tal-kartelli) fl-importazzjonijiet tal-prodotti kollha fil-livell tal-kodiċijiet NM rilevanti għall-perjodu mit-13 ta’ Mejju 2022 sas-6 ta’ Diċembru 2022 kien konsistenti mas-sehem medju tal-importazzjonijiet tal-kartelli fil-kodiċijiet NM li l-Kummissjoni stabbiliet għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(140) |
Sabiex tikkontrolla ulterjorment l-adegwatezza ta’ din il-metodoloġija, il-Kummissjoni beħsiebha tikkuntattja lill-importaturi ewlenin identifikati fl-ilment sabiex tkompli tirfina l-valutazzjoni tagħha tal-kwantitajiet tal-importazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li tiġbor aktar informazzjoni dwar il-birreriji ż-żgħar wara l-istadju provviżorju. |
|
(141) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha tiġbor data ta’ wara l-bidu mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw sabiex tirrikonċiljaha mal-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjoni aktar preċiża disponibbli għall-perjodu ta’ wara l-bidu. Il-Kummissjoni beħsiebha tivverifika wkoll id-data dwar l-importazzjoni tal-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u titlob mill-awtoritajiet doganali tar-Rumanija u ta’ Spanja d-data doganali dettaljata dwar il-kodiċijiet NM rilevanti biex tkompli tiġi rfinuta d-data dwar l-importazzjoni attwali. |
4.3.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(142) |
Kif spjegat fit-Taqsima 4.3.1 hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika doganali uffiċjali mill-Istati Membri. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali rapportati miċ-Ċina fil-konsum totali tal-Unjoni (kif stabbilit fit-Taqsima 4.2. hawn fuq). |
|
(143) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Volum tal-importazzjoni (unitajiet) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tali tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet segwa x-xejra ta’ tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-kartelli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara t-Tabella 2 hawn fuq), għalkemm fuq livell aktar baxx, u fi kwalunkwe każ ħafna anqas mix-xejra ta’ tnaqqis tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (ara t-Tabella 9 hawn taħt). |
|
(145) |
Dan it-tnaqqis irid jiġi kuntestwalizzat fis-sitwazzjoni prevalenti tas-suq fl-2020 u fil-PI, jiġifieri tnaqqis sinifikanti fid-domanda għall-kartelli matul il-pandemija tal-COVID-19. F’suq li qed jiċkien bħal dan, l-importazzjonijiet ta’ kartelli naqsu b’marġni ferm iżgħar mill-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba l-prezzijiet aktar baxxi tagħhom, żdied b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (b’79 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni). Matul il-PI, is-sehem mis-suq Ċiniż kien pjuttost sostanzjali b’31 %. |
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati: twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezz
|
(146) |
Fid-dawl tad-diffikultajiet biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet għal kull unità abbażi tal-istatistika uffiċjali, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. |
|
(147) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/unità)
|
||||||||||||||||||||
|
(148) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu, rispettivament, bi 13 % u bi 11 % fl-2019 u fl-2020 u reġgħu bdew jiżdiedu fl-2020 u l-PI laħaq il-livell tal-2018. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(150) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq il-bażi ta’ tip b’tip, aġġustati kif xieraq meta kien meħtieġ u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskonti. Kważi l-bejgħ kollu kemm hu kemm mill-produtturi esportaturi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni sar direttament lill-utenti finali (jiġifieri, birreriji), u għalhekk il-mezzi tal-bejgħ u l-livell tal-kummerċ kienu l-istess fuq iż-żewġ naħat. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 11,9 % u 14 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
|
(151) |
Minbarra t-twaqqigħ tal-prezz, kien hemm ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet matul il-PI f’konformità mal-iżvilupp tal-kostijiet tal-produzzjoni u sabiex jinkiseb livell raġonevoli ta’ profitt. |
|
(152) |
Kif muri fit-Tabella 11 hawn taħt, il-prezz medju tal-bejgħ tal-UE naqas bi kważi 10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-istess ħin, il-kost tal-produzzjoni żdied b’16 % matul l-istess perjodu, u għalhekk il-prezz tal-bejgħ kien ferm anqas mill-kost tal-produzzjoni. Speċjalment fl-2020 u matul il-PI, il-kost tal-produzzjoni żdied b’mod sostanzjali, filwaqt li l-prezz kellu jinżamm stabbli minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi. Għall-kuntrarju, il-livelli tal-prezzijiet u l-profitti li jirriżultaw fis-swieq tal-esportazzjoni mhux affettwati mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jew fejn ġew imposti miżuri biex jiġi restawrat il-kummerċ ġust kienu bħala medja 22 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (+ 29 % fil-PI) (ara l-premessa (196)). |
|
(153) |
Din is-sitwazzjoni kellha impatt ċar fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, kif muri fit-Tabella 14 hawn taħt. Wara li bdiet bi 12 % fl-2018, il-profittabbiltà naqset drastikament għall-bqija tal-perjodu, speċjalment fl-2020 u matul il-PI. |
|
(154) |
L-iżvilupp ta’ dawn it-tliet indikaturi juri b’mod ċar li l-industrija kienet soġġetta għal pressjoni qawwija fuq l-ipprezzar mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, li ġegħelha tbigħ bi prezzijiet baxxi ħafna taħt il-kost tal-produzzjoni. Id-dettalji tal-partikolaritajiet tas-sitwazzjoni tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni fuq il-prezzijiet imġarrbin mill-industrija tal-Unjoni fil-proċess tal-bejgħ, huma spjegati hawn taħt fit-Taqsima 5.1. Dan ikkawża trażżin ċar tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(155) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(156) |
Kif imsemmi fil-premessa (7), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(157) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju pprovdut mill-Ilmentatur. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(158) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(159) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(160) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 62 %. Il-produzzjoni segwiet mill-qrib il-varjazzjoni fil-konsum: l-ewwel tnaqqis fid-domanda fl-2019 (bi 23 %) u tnaqqis fid-domanda ulterjuri u aktar evidenti fl-2020 u fl-2021 (it-tifqigħa tal-COVID-19). |
|
(162) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet ftit b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan huwa dovut għal titjib fl-effiċjenza fil-proċeduri u fl-allokazzjoni tal-persunal operati mill-industrija tal-Unjoni fil-linji ta’ produzzjoni tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(163) |
Iż-żewġ xejriet imsemmija hawn fuq (it-tnaqqis fil-produzzjoni, iż-żieda fil-kapaċità) wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-kapaċità (- 64 %). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ir-rata tal-użu tal-kapaċità laħqet livell baxx ħafna (28 %). |
4.4.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(164) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(165) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’mod kostanti (b’71 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’xejra aktar wieqfa mill-iżvilupp tal-konsum. |
|
(166) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 83 % fl-2018 għal 69 % fil-PI, tnaqqis ta’ 14-il punt perċentwali, minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif spjegat fit-taqsima 4.4.3.1 hawn taħt, li rebħu b’mod kostanti sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(167) |
Id-domanda u l-produzzjoni tal-kartelli segwew xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ u sehem mis-suq u rnexxielha żżomm ammont imnaqqas ta’ bejgħ biss għad-detriment tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif spjegat hawn taħt fit-Taqsima 4.4.3.1. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(168) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(169) |
L-impjiegi fis-settur segwew l-istess xejra bħall-produzzjoni u l-konsum fis-suq tal-Unjoni u naqsu b’mod drammatiku b’50 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba dan ta’ hawn fuq, f’sitwazzjoni li fiha l-produzzjoni naqset bi 62 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produttività naqset. Minkejja t-tnaqqis fl-impjiegi, dan naqas bi 33 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u rkupra biss parzjalment matul il-PI bis-saħħa ta’ xi titjib fl-effiċjenza. |
4.4.2.5. Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(170) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(171) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(172) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi 2 % bejn l-2018 u l-2019 qabel ma naqsu b’mod qawwi fl-2020 bi 8 % u baqgħu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell fil-PI. B’mod ġenerali, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(174) |
Matul l-istess perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet ta’ unità tal-produzzjoni żdiedu b’16 %. Dan kien relatat l-aktar maż-żieda fil-kostijiet fissi, li segwiet it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Sabiex jiġi miġġieled dan, matul is-snin affettwati mil-lockdowns tal-COVID-19, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha b’aktar minn 20 %. Minkejja dan, l-impatt tal-inċidenza proporzjonalment ogħla ta’ kostijiet fissi f’perjodu ta’ użu baxx tal-kapaċità kien sinifikanti, peress li l-piż ta’ tali kostijiet mill-kostijiet ġenerali tal-produzzjoni żdied minn 13 % fl-2018 għal 23 % fil-PI. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-impjiegi tagħha skont it-Tabella 10 u l-kostijiet tax-xogħol li rriżultaw mis-sensji matul il-perjodu tal-COVID-19 kif muri fit-Taqsima 4.4.3.2. |
|
(175) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni segwew xejra diverġenti. Kif spjegat hawn fuq fit-Taqsima 4.3.3 u hawn taħt fit-Taqsima 5.1, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha għal livelli sostenibbli biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u l-użu baxx tal-kapaċità peress li n-negozjar tal-prezzijiet fis-suq kien affettwat b’mod sinifikanti minn importazzjonijiet bi prezz baxx u oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(176) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(177) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas fl-2019, segwit minn żieda fl-2020 u fil-PI. Madankollu, kif muri fit-Tabella 10, fl-istess ħin l-impjiegi naqsu b’54 %. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(178) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 13 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(179) |
L-istokks naqsu bi 58 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan kien marbut mat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokks bħala perċentwal tal-produzzjoni b’mod ġenerali żdiedu bi 11 %, peress li l-industrija kellha żżomm xi volum ta’ attività u għalhekk ma setgħetx tnaqqas il-produzzjoni f’konformità mat-tnaqqis fil-bejgħ. Fi kwalunkwe każ, minħabba li l-maġġoranza tal-produzzjoni kien ibbażata fuq l-ordnijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti, l-inventarji ma jikkostitwixxux indikatur importanti tad-dannu. |
4.4.3.4. Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(180) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 14 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(181) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(182) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profitti naqsu bi 58 % fl-2019, qabel ma naqsu b’mod qawwi u saru telf b’żewġ ċifri fl-2020. Dan irkupra parzjalment fl-2021 iżda xorta baqa’ negattiv. B’mod ġenerali, l-investimenti naqsu b’173 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-kuntest tat-tnaqqis f’daqqa fid-domanda relatat mal-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda fil-kompetizzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, kif spjegat hawn taħt fit-Taqsima 5.1, ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha f’perjodu ta’ żieda fil-kost tal-produzzjoni, kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3.1, u wasslet għal telf sinifikanti. |
|
(183) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019-2020 segwit minn irkupru parzjali fil-PI, iżda li xorta waħda baqa’ negattiv. |
|
(184) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku ta’ 129 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għall-valuri negattivi. |
|
(185) |
Minħabba t-tnaqqis fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital ġiet affettwata b’mod sever. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(186) |
Il-makroindikaturi ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni naqas b’71 %, il-produzzjoni naqset bi 62 %, l-impjiegi b’50 %. |
|
(187) |
Tista’ titfassal stampa simili fir-rigward tal-mikroindikaturi. Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni (minn + 12 % għal - 9 %), il-prezzijiet tal-bejgħ (- 9 %), kif ukoll il-fluss tal-flus (- 109 %) kollha ddeterjoraw b’mod sinifikanti. |
|
(188) |
Fi sfond ta’ tnaqqis fil-konsum minħabba l-COVID-19, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’16 %, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu ilhom mill-2018 konsistentement u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet u l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(189) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet tal-esportaturi Ċiniżi naqsu b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, fl-istess ħin it-tnaqqis fil-konsum kien ferm aktar qawwi (b’66 %). B’riżultat ta’ dan, l-esportazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’79 %, minn 17 % fl-2018 għal 31 % fil-PI, u l-prezzijiet tagħhom waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien bħala medja ta’ 13,1 % matul il-PI, kif stabbilit hawn fuq fit-taqsima 4.3.3. |
|
(190) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping bi prezz baxx ikkawżaw ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni fid-dawl tal-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz li varjaw minn 52,9 % għal 58,8 %. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u għalhekk kienet sfurzata f’sitwazzjoni profittabbli ħafna biex tippreserva, mill-anqas parzjalment, il-kwantità tal-bejgħ tagħha. |
|
(191) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(192) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-fatturi kienu l-pandemija tal-COVID-19 li affettwat il-konsum tal-Unjoni u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping
|
(193) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn 602 010 unitajiet fl-2018 għal 370 107 unitajiet fl-2021; madankollu, matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tagħhom kiseb 14-il punt perċentwali u b’hekk laħaq 31 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u dan ikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni li, fl-istess perjodu, kellha l-volum tal-bejgħ tagħha jaqa’ b’71 %. |
|
(194) |
Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li ssegwi l-prezzijiet baxxi stabbiliti mill-produtturi Ċiniżi biex tippreserva volum minimu ta’ bejgħ f’perjodu ta’ tnaqqis fil-konsum u żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, kif spjegat hawn fuq fit-taqsima 4.4.3.1. Dan min-naħa tiegħu rriżulta fi tnaqqis profond fil-profittabbiltà għall-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mill-profitti (ta’ + 12 % fl-2018) għal telf kbir (– 9 % fl-2021), u d-deterjorament konsegwenti ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn bħar-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus. Din is-soppressjoni tal-prezzijiet, kif spjegat fit-Taqsima 4.3.3, kienet b’mod ċar minħabba l-imġiba tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li joffru kartelli oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
|
(195) |
F’suq ferm iżgħar, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied minn 2,8 miljun kartell fl-2018 għal 800 000 fil-PI. Mingħajr ma naqqset il-prezzijiet tagħha, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun f’riskju li titlef saħansitra dan l-ammont limitat ta’ bejgħ li kien jirriżulta, għal xi wħud mill-produtturi tal-Unjoni, f’waqfa sħiħa tal-produzzjoni tagħhom. |
|
(196) |
L-esportazzjonijiet tal-Unjoni, dettaljati fit-taqsima 5.2.2, juru kif tkun sitwazzjoni normali f’termini ta’ livelli ta’ prezzijiet u ta’ profitti li jirriżultaw fi swieq tal-esportazzjoni mhux affettwati minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jew fejn ikunu ġew imposti miżuri biex jiġi rrestawrat il-kummerċ ġust, eż. l-Istati Uniti tal-Amerka, is-suq ewlieni tal-esportazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni, fejn il-kartelli li joriġinaw miċ-Ċina huma soġġetti għal miżuri anti-dumping mill-2019. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet (inklużi l-kostijiet relatati mat-trasport u d-dazji tal-importazzjoni) tal-industrija tal-Unjoni, bħala medja kienu 22 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni (+ 29 % fil-PI) u b’mod kostanti ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħha, ħlief għall-2020, is-sena l-aktar affettwata b’mod sinifikanti mill-pandemija tal-COVID-19. Dawn il-prezzijiet huma rappreżentattivi ta’ suq li fih il-kummerċ ġust ġie rrestawrat permezz ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi u għalhekk huma indikatur raġonevoli għal liema prezzijiet setgħu kienu fis-suq tal-Unjoni mingħajr is-soppressjoni tal-prezzijiet deskritta hawn taħt fil-premessi (197) sa (209). |
|
(197) |
Is-suq tal-Unjoni huwa prinċipalment maqsum bejn żewġ kategoriji ewlenin ta’ utenti kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, jiġifieri, il-birreriji indipendenti żgħar u ta’ daqs medju (li jammontaw għal madwar 40 % tal-bejgħ) u l-konglomerati ewlenin tal-birra (li jammontaw għal aktar minn 50 %). |
|
(198) |
Birreriji indipendenti żgħar u ta’ daqs medju jixtru l-aktar il-kartelli skont il-ħtiġijiet tagħhom f’perjodu medju u qasir. Il-birreriji jikkuntattjaw diversi produtturi tal-kartelli u jitolbu kwotazzjoni għall-kwantità mitluba u ħin ta’ konsenja. Dan huwa segment importanti ħafna għall-industrija tal-Unjoni, fejn il-prossimità ġeografika u ż-żmien tal-konsenja jistgħu jikkostitwixxu vantaġġ. Dan is-segment tal-utenti ma kkooperax fl-investigazzjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li diversi ordnijiet intilfu għall-offerti Ċiniżi bi prezz baxx għal dan is-segment. Dan ġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tagħhom biex jibqgħu kompetittivi. |
|
(199) |
In-nofs l-ieħor tas-suq huwa kkaratterizzat mill-preżenza tal-ħames utenti ewlenin, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni (minn dawn il-ħamsa t-tnejn ewlenin, AB InBev u Heineken, jitqiesu li għandhom sehem globali kkombinat fis-suq tal-birra ta’ aktar minn 50 %/60 %) u mill-anqas 55 % tal-bejgħ taż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. L-industrija tal-Unjoni wriet li dawk l-utenti organizzaw ix-xiri tal-kartelli tagħhom għas-sena ta’ wara permezz ta’ proċess ta’ rkant permezz ta’ offerti privati. Fil-każ tal-bejgħ lil birreriji indipendenti, anke l-proċess tas-sejħa għall-offerti ġiegħel lill-kompetituri jimminimizzaw il-prezzijiet tagħhom u l-preżenza tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li joffru bi prezzijiet baxxi ħafna ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tqabbel dawk il-prezzijiet baxxi u żammithom milli jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet tagħhom lill-klijenti tagħhom. |
|
(200) |
Fir-rigward tal-proċess tal-offerti, l-investigazzjoni wriet li dan twettaq mill-utenti ewlenin b’mod stramb. Il-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti kienu speċifiċi f’termini ta’ prezzijiet u kwantitajiet massimi mfittxija. Ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali għax-xerrej li jixtri l-kwantità ta’ kartelli offruti, filwaqt li kien hemm obbligu kuntrattwali għall-fornitur li jforni l-kwantità offruta bi prezz offrut. Fil-fatt, il-kwantitajiet effettivament mixtrija rari kienu jikkorrispondu għall-kwantitajiet imfittxija inizjalment fis-sejħa partikolari. Fl-istess ħin, ir-rebbieħa tas-sejħa għall-offerti (jiġifieri l-fornituri tal-kartelli) kienu obbligati jirrispettaw il-kwantitajiet ta’ konsenja offruti bi prezz partikolari, u ma setgħux iqisu l-bidliet fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(201) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-utenti li kkooperaw organizzaw medja ta’ seba’ offerti fis-sena. Il-kwantitajiet li finalment jinxtraw fuq il-bażi ta’ dawn l-offerti jvarjaw minn offerta għal oħra u jikkorrispondu, bħala medja, għal anqas minn 60 % tal-kwantitajiet offruti. Barra minn hekk, il-prezz miftiehem matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti ntuża mill-utenti bħala punt tat-tluq għal kwalunkwe negozjar sussegwenti tal-prezzijiet għall-bejgħ immedjat. |
|
(202) |
Il-proċess tas-sejħa għall-offerti, li ħadem bi dwal ħomor, sofor u ħodor sabiex jagħti pariri lil kwalunkwe parteċipant (inklużi produtturi tal-Unjoni u esportaturi Ċiniżi) dwar kemm kienet għolja jew baxxa l-offerta tiegħu meta mqabbla mal-parteċipanti l-oħrajn, intuża bħala għodda sabiex jiġu mminimizzati l-prezzijiet. Il-preżenza tal-esportaturi Ċiniżi, b’offerti ta’ prezz baxx ħafna, ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha għal livelli mhux sostenibbli. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ permezz ta’ offerti kienu bħala medja 10 % anqas mill-bejgħ l-ieħor fl-2020 u l-PI, filwaqt li l-kuntratt iffirmat fi tmiem il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti kien jikkonċerna biss volumi ta’ xiri potenzjali mingħajr ebda ċertezza li wieħed jirċievi ordni. Dan huwa kkonfermat mil-livelli sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbiliti fl-investigazzjoni. |
|
(203) |
Barra minn hekk, AB InBev fis-sottomissjoni tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2022, irrefera għall-“ipprezzar reċenti mill-fornituri tal-kartelli tal-[Unjoni] ewlenin li [kien] kompetittiv kontra l-ipprezzar tal-fornituri Ċiniżi” fil-PI u fl-2022. Dan jikkonferma ulterjorment li l-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-prezzijiet tagħhom meta mqabblin mas-snin preċedenti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex jibqgħu kompetittivi mal-prezzijiet Ċiniżi. |
|
(204) |
Karatteristika relatata oħra tal-proċess tas-sejħa għall-offerti kienet li kien hemm ammont sostanzjali ta’ bejgħ konkluż eventwalment barra mis-sejħiet għall-offerti attwali minn dawn in-negozjati sussegwenti dwar il-prezzijiet li jibbażaw fuq din is-“sistema tad-dwal”. Dan jidher mill-kwantitajiet mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni permezz ta’ offerti, li kienu baxxi ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan il-livell naqas minn aktar minn 30 % tal-bejgħ totali tagħhom fil-perjodu 2019-2020, għal anqas minn 16 % fil-PI. Fil-prattika, l-utenti sfruttaw dan il-proċess ta’ offerti partikolari u l-offerti Ċiniżi bi prezz baxx u oġġett ta’ dumping biex jgħollu l-prezzijiet tal-industrija tal-UE għal-livell Ċiniż, u eventwalment qablu dwar dawn il-prezzijiet barra mill-qafas tas-sejħa għall-offerti. |
|
(205) |
Id-data pprovduta mill-utenti li kkooperaw turi li l-produtturi esportaturi Ċiniżi rebħu medja ta’ 30 % tal-kwantitajiet offruti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, din hija stima konservattiva peress li l-evidenza fil-fajl turi li wieħed mill-akbar utenti li ma kkooperawx (Heineken) kien jammonta għal mill-anqas 30 % tal-kwantitajiet esportati miż-żewġ produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-PI. |
|
(206) |
Fi kwalunkwe każ, kif spjegat hawn fuq, jekk il-bejgħ ġiex konkluż formalment taħt offerta jew le ma għamel l-ebda differenza fir-rigward tal-effetti u l-kawżalità tal-prezzijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-UE u s-sitwazzjoni dannuża. |
|
(207) |
Kif spjegat hawn fuq fit-taqsima 4.3.3, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu fl-2019 u fl-2020, meta mqabbla mal-2018, u reġgħu żdiedu matul il-PI, iżda reġgħu laħqu biss il-livelli tal-2018. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’9 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tagħha żdied b’16 %. |
|
(208) |
Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet ta’ kartelli miċ-Ċina fiż-żewġ segmenti tas-suq kienet tinvolvi li, sabiex iżżomm għall-inqas parzjalment is-sehem tas-suq tagħha, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minkejja ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-profitabbiltà naqset minn 12 % għal -9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-indikaturi finanzjarji kollha marru għall-agħar. |
|
(209) |
Għalhekk ġie konkluż li – fid-dawl tal-konkomittanza fiż-żmien – id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida mal-preżenza sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi ħafna. F’kuntest ta’ suq li qiegħed jiċkien u ta’ kost tal-produzzjoni li qiegħed jiżdied, il-prezzijiet Ċiniżi waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rażżnu l-livelli tal-prezzijiet tas-suq tal-UE, u b’hekk stabbilew rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn it-tnejn. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Il-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis fil-konsum
|
(210) |
L-importazzjonijiet ta’ kartelli miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi ħafna ġew irreġistrati mill-2018 ’il quddiem. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien bħala medja 24 % anqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan ikkoinċida ma’ tnaqqis kostanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Il-fatt li t-tnaqqis fil-konsum ġie aggravat ulterjorment mill-pandemija tal-COVID-19 ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu, il-konsum naqas b’66 % u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’71 % filwaqt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi naqsu biss b’39 %, u dan żied is-sehem mis-suq tagħhom minn 17 % għal 31 %. Kif diskuss fil-premessa (196) abbażi tal-prezzijiet tas-suq li jistgħu jinkisbu fis-suq tal-Istati Uniti, mingħajr l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha għal livell aktar sostenibbli u tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
|
(211) |
It-tnaqqis sostanzjali fil-konsum u l-użu tal-kapaċità kellhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif spjegat hawn fuq fit-taqsima 4.4.3.1, anki meta l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas sostanzjalment il-kostijiet fissi tagħha, is-sehem tagħha fuq il-kostijiet totali żdied għal 23 %. Fl-istess ħin, l-industrija rnexxielha wkoll tnaqqas kostijiet strutturali oħrajn bħall-impjiegi matul il-perjodu tal-COVID-19. Din il-ġestjoni tal-kostijiet fissi u strutturali oħrajn matul dan il-perjodu ppermettiet minimizzazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-kostijiet fuq il-prestazzjoni tagħha, kif spjegat ukoll hawn fuq, iżda tista’ tiġi kkumpensata parzjalment biss minħabba s-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(212) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 15 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(213) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 52 %. |
|
(214) |
Bejn l-2018 u l-2020, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet xejriet kemxejn simili bħall-iżvilupp tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kemm il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni kif ukoll dak għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul din l-ewwel parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni li kienet l-aktar affettwata mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, il-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni, f’termini relattivi, naqas anqas mill-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra b’mod ċar hekk kif tneħħew ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 bil-volumi ta’ bejgħ għall-esportazzjoni aktar milli rdoppjaw bejn l-2020 u l-2021. Barra minn hekk, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u ogħla b’mod kostanti mill-kost tal-produzzjoni tagħha, ħlief għall-2020, is-sena l-aktar affettwata b’mod sinifikanti mill-pandemija tal-COVID-19, li tkopri wkoll nofs il-PI. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis temporanju fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwiex għad-dannu peress li l-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kien biżżejjed biex jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkun profittabbli fuq il-maġġoranza tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(215) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet u l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-2018. L-investigazzjoni wriet marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 13,1 %. Din il-preżenza fis-suq bi prezzijiet baxxi ħafna kienet għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li kienet obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sabiex iżżomm mill-anqas ammont limitat ta’ bejgħ fis-suq matul u wara l-pandemija tal-COVID-19. Dan wassal għall-iżvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(216) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u eżaminat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. L-effett tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis relatat fl-Unjoni u l-konsum globali ta’ kartelli xeħtu piż negattiv fuq l-iżviluppi tal-industrija tal-Unjoni iżda tqiesu bħala fattur temporanju b’impatt limitat. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà marret għall-agħar qabel il-pandemija tal-COVID-19 u kompliet tagħmel dan sa tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(217) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(218) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Il-marġni tad-dannu
|
(219) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(220) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, għall-istabbiliment tal-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Tali marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(221) |
Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, ipproponew li l-profitt fil-mira jenħtieġ li jiġi stabbilit għal bejn 12 % u 20 % peress li, fil-fehma tagħhom, dan huwa l-livell meħtieġ sabiex jiġu ffinanzjati l-investimenti meħtieġa fil-proċessi u fil-prodotti u sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija wriet ukoll li fis-snin li fihom kien hemm kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, il-profittabbiltà medja tagħhom kienet ta’ 15 %. |
|
(222) |
Fid-dawl ta’ din l-evidenza, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tuża l-marġni ta’ profitt ta’ 12 %, li jinsab fil-livell baxx tal-firxa taċ-ċifri kif spjegat fil-premessa preċedenti, u b’hekk adottat approċċ konservattiv ħafna. |
|
(223) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit b’mod provviżorju għal 12 % f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(2c). |
|
(224) |
Fir-rigward tal-livell ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni pprovduta u kkonkludiet li d-differenza bejn l-ispejjeż għall-investimenti, għar-R&Ż u għall-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-Industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni kienet diġà inkluża fil-profitt fil-mira ta’ 12 %. |
|
(225) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għal kull unità għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġini ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (223)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet. |
|
(227) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa ddefinit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji.
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(228) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(229) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(230) |
Hemm tmien kumpaniji li jipproduċu l-kartelli fl-Unjoni. Huma jimpjegaw aktar minn 400 ħaddiem direttament (kienu aktar minn 800 fl-2018), li jinsabu fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Italja u fi Spanja. |
|
(231) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq mitluf, iżżid l-użu tal-kapaċità, iżżid il-prezzijiet għal livelli sostenibbli u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli mistennija taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(232) |
In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx iwassal għal aktar deterjorament tal-profittabbiltà, li kienet diġà negattiva. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jwassal għall-għeluq ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni u għal sensji u b’hekk jipperikola l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(233) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati
|
(234) |
Importatur mhux relatat wieħed, li jirrappreżenta 1,6 % fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, issottometta formola ta’ kampjunar u wieġeb għall-kwestjonarju. Il-profitt medju tal-importatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ta’ 16 %. |
|
(235) |
Dan l-importatur kien kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. Huwa sostna li, fid-dawl taż-żieda fil-prezz tal-azzar inossidabbli u tat-tbaħħir, l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq il-profittabbiltà tiegħu, li jirriżulta f’likwidazzjoni tal-kumpanija. Il-kumpanija saħqet ukoll li għamlet investimenti sinifikanti fir-R&Ż mir-riżorsi proprji tagħha matul dawn l-aħħar snin sabiex tiżviluppa proprjetà intellettwali ġdida, kif ukoll investimenti sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet ġodda fil-produzzjoni tal-kartelli li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-utenti tal-Unjoni u li l-impożizzjoni ta’ miżuri tista’ ttemm dan il-proġett. |
|
(236) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li x’aktarx l-importatur jista’ jgħaddi parti mid-dazju anti-dumping lill-utenti finali. Il-livell tajjeb ta’ profitt tal-importatur jimmitiga wkoll l-impatt tad-dazju fuq il-vijabbiltà tal-importatur. Kollox ma’ kollox, il-kooperazzjoni limitata ħafna ta’ importatur wieħed biss f’din l-investigazzjoni tissuġġerixxi li l-miżuri ma humiex se jkollhom impatt negattiv ħafna fuq l-importaturi b’mod ġenerali u għalhekk mhux se jisbqu l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(237) |
In-negozjanti/il-fornituri tas-servizzi li huma involuti fin-negozju tal-personalizzazzjoni u tal-adattament tal-kartelli se jkunu jistgħu jkomplu dan in-negozju, jikkompetu fuq il-merti u mhux mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(238) |
Fil-bidu, żewġ utenti, Appie u Carlsberg, ippreżentaw ruħhom iżda pprovdew biss informazzjoni limitata fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Utent ieħor, AB InBev, irreġistrat bħala parti interessata u pprovda kummenti iżda ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Dawn l-utenti jirrappreżentaw birreriji jew konglomerati tal-birra. |
|
(239) |
Fi stadju aktar tard, kif spjegat hawn fuq fit-Taqsima 4.3.1, il-Kummissjoni reġgħet ikkuntattjat lill-utenti ewlenin u talbet data dwar il-fornituri u l-volumi tax-xiri tagħhom. Tliet utenti (AB InBev, Asahi, u Molson Coors) ipprovdew xi data, iżda ma pprovdewx in-narrattiva ewlenija tal-kwestjonarju. |
|
(240) |
Fis-sottomissjoni inizjali tagħha AB InBev opponiet l-impożizzjoni ta’ miżuri filwaqt li sostniet li:
|
|
(241) |
Fir-rigward tal-ewwel affermazzjoni, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li s-settur tal-HORECA ma jixtrix kartelli mill-produtturi tal-birra, huwa sempliċiment jixtri l-kontenut tagħhom (jiġifieri l-birra). Il-pubs u l-bars iħallsu depożitu għall-kartelli li jiġi rrimborżat meta dawn jispiċċaw vojta u jiġu rritornati lura lill-produtturi tal-birra. Għalhekk, l-impatt tal-kost tal-kartelli fuq il-profittabbiltà tas-settur tal-HORECA huwa mistenni li jkun limitat. |
|
(242) |
Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tidher li għandha kapaċità ta’ riżerva suffiċjenti. Fl-eqqel tiegħu, fl-2018, il-konsum tal-Unjoni kien ta’ madwar 3,2 miljun kartell filwaqt li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ kważi 6,8 miljun kartell. Anke meta jitqies il-bejgħ għall-esportazzjoni, l-industrija tal-Unjoni għad għandha kważi żewġ miljun kartell ta’ kapaċità ta’ riżerva. |
|
(243) |
Minħabba l-ħajja twila (tipikament 30 sena) u n-natura ta’ mili mill-ġdid tagħhom, l-impatt tal-kost tal-kartelli fuq l-industrija tax-xorb huwa minimu. |
|
(244) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impatti negattivi tal-miżuri fuq l-utenti huma mistennija li jkunu limitati u ma jisbqux l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(245) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li tissuġġerixxi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING
|
(246) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. |
|
(247) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(248) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(249) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(250) |
Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(251) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(252) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (id-dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(253) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(254) |
L-istatistika tal-kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid spiss tiġi espressa f’numru ta’ unitajiet. Madankollu, ma hemm l-ebda unità supplimentari bħal din għal kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid speċifikata fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (53). Għalhekk hemm bżonn li fid-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jingħatax biss il-piż f’kg jew f’tunnellati iżda għandu jingħata wkoll l-għadd ta’ unitajiet għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Jenħtieġ li jiġu indikati l-unitajiet għall-kodiċijiet TARIC 7310100010 u 7310299010, dment li din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(255) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat soġġett għal reġistrazzjoni. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU
|
(256) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni pjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(257) |
Ningbo Major u Penglai Jinfu ppreżentaw kummenti b’mod konġunt dwar id-divulgazzjoni preliminari, fejn talbu lill-Kummissjoni żżomm lura milli tapplika l-miżuri provviżorji. Huma enfasizzaw li l-prezzijiet fil-mira ta’ xi tipi ta’ prodotti ma kinux jirriflettu l-prezzijiet fil-mira mistennija skont l-għarfien tagħhom. Huma sostnew ukoll li xi tipi ta’ prodotti ma kinux parti mill-kalkolu tal-marġni tad-dannu u li intestatura ta’ tabella ta’ divulgazzjoni ma kinitx annotata kif suppost. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-kummenti fid-dettall u qieset li l-ebda wieħed minnhom ma kien jikkonċerna l-akkuratezza tal-kalkoli, għalhekk se tikkunsidrahom, flimkien mas-sottomissjonijiet l-oħra kollha wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji. |
|
(259) |
Fir-rigward tal-unitajiet użati fit-tabella ta’ divulgazzjoni, kif osservaw tajjeb il-produtturi esportaturi, dawn huma tabilħaqq unitajiet aktar milli tunnellati. Barra minn hekk, xi tipi ta’ prodotti ma kinux inklużi fil-kalkolu tal-marġni tad-dannu, minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma pproduċietx it-tipi ta’ prodotti korrispondenti u għalhekk ma kinux rilevanti għall-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz. |
11. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(260) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(261) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kartelli, reċipjenti, ċilindri, tankijiet, btieti u kontenituri simili, li jistgħu jimtlew mill-ġdid, u li huma magħmula mill-azzar inossidabbli, magħrufa b’mod komuni bħala “kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid”, b’korpi bejn wieħed u ieħor f’forma ċilindrika, bi ħxuna tal-ħajt ta’ 0,5 mm jew aktar, tat-tip użat għal materjal għajr gass likwifikat, żejt grezz, u prodotti tal-petroleum, b’kapaċità ta’ 4,5 litri jew aktar, irrispettivament mit-tip ta’ finitura, gauge, jew grad tal-azzar inossidabbli, kemm jekk għandhom komponenti addizzjonali (estratturi, għenuq, chimes jew kwalunkwe komponent ieħor) kif ukoll jekk le, kemm jekk miżbugħin jew miksija b’materjali oħrajn kif ukoll jekk le, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7310 10 00 u ex 7310 29 90 (kodiċijiet TARIC 7310100010 u 7310299010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għajr għenuq, spears, akkoppjaturi jew viti, kullari, valvi u komponenti oħrajn importati b’mod separat.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping provviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Penglai Jinfu Stainless Steel Products Co., Ltd |
58,8 % |
A024 |
|
|
Ningbo Major Draft Beer Equipment Co., Ltd |
52,9 % |
A030 |
|
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
56,3 % |
|
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
91,0 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, l-għadd ta’ unitajiet tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni, sakemm din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Smigħ għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU C 195, 13.5.2022, p. 24.
(3) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2602
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).
(5) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.
(6) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.
(7) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-194, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(8) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.
(9) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.
(10) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.
(11) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.
(12) 2Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.
(13) Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina, Overcapacity in China: an impediment to the Party’s reform agenda, disponibbli fuq: https://www.europeanchamber.com.cn/en/publications-overcapacity-in-china (aċċessat fis-16 ta’ Novembru 2022)
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).
(15) Il-Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, Rapport Ministerjali, l-20 ta’ Settembru 2018.
(16) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(17) Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm ; https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e , u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2022).
(18) Disponibbli fuq http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2022).
(19) Kif kien il-każ tal-maġġoranza akkwistata ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2022).
(20) Ara: https://www.miit.gov.cn/gzcy/yjzj/art/2020/art_af1bef04b9624997956b2bff6cdb7383.html (aċċessat fis-16 ta’ Novembru 2022).
(21) Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-Pjan, disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fis-16 ta’ Novembru 2022).
(22) Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar, Daħla.
(23) Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.baowugroup.com/about/board_of_directors (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(24) Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(25) Shandong Gold Group iwassal, jitgħallem u jimplimenta l-ispirtu tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina (it-test oriġinali biċ-Ċiniż), artiklu tal-istampa disponibbli fuq is-sit web ta’ China Gold News: https://www.gold.org.cn/ky1227/kydj/202210/t20221028_193328.html (aċċessat fis-17 ta’ Novembru 2022).
(26) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(27) Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2022).
(28) Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-Pjan.
(29) Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima huma dettaljati ħafna u jistabbilixxu miri stretti għall-futur: “Għall-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li qed jippjanaw li jirrilokaw jew jirrinnovaw f’postijiet differenti, il-gvernijiet tal-postijiet li jiċċaqilqu fihom u jew li jitilqu minnhom jenħtieġ li jsaħħu l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni, u jittrasferixxu indikaturi rilevanti tal-konsum tal-enerġija u tal-konsum tal-faħam permezz tas-suq tal-kummerċ tad-drittijiet tal-użu tal-enerġija biex tinkiseb kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku u jiġi żgurat il-progress bla xkiel u ordnat tal-proġett. Jinbnew sitt bażijiet tipiċi ta’ produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhoukou, eċċ., u jittejbu l-iskala, l-intensifikazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u d-distinzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum fil-Belt ta’ Angyang se tiġi kkontrollata biex tibqa’ taħt l-14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata f’ammont ta’ 15-il miljun tunnellata, u se jiġi fformat ċentru tal-produzzjoni ta’ 8,5 miljun tunnellata ta’ azzar speċjali ta’ kwalità għolja f’Anyang Base ta’ Anyang Iron and Steel Group Co. Ltd.; se jiġi appoġġat Henan Jiyuan Iron and Steel (Group) Co., Ltd. biex jibni bażi ta’ produzzjoni għal żbarri u wajers tal-azzar eċċellenti u speċjali u ċentru ta’ pproċessar reġjonali; biex jiġu appoġġati Angang Group Xinyang Iron and Steel Co., Ltd., Minyuan Iron and Steel Group Co., Ltd., u Henan Angang Zhoukou Iron and Steel Co., Ltd. għall-bini ta’ kumplessi reġjonali tal-ħadid u tal-azzar.”
(30) Ara l-punti 2, 8 u 16, rispettivament, tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-iżvilupp tar-raggruppamenti fil-katina tal-industrija tal-azzar għall-2020 sal-2022.
(31) “Guiding Catalogue for Industry Restructuring” (il-Verżjoni tal-2019), approvat bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019; disponibbli fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2022).
(32) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.
(33) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(34) bvdinfo.com
(35) https://www.globaltradealert.org/data_extraction
(36) Il-kodiċi NACE huwa n-nomenklatura Ewropea standard tal-attivitajiet ekonomiċi produttivi. Ġew riċerkati l-kodiċijiet li ġejjin: 2591 (tankijiet tal-azzar u kontenituri simili), 2592 (ippakkjar tal-metall ħafif), 2599 (prodotti tal-metall fabbrikat oħrajn), 2829 (makkinarju għal użu ġenerali), 2893 (makkinarju għall-ipproċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk).
(37) Bażi tad-data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dijk (https://orbis.bvdinfo.com).
(38) https://www.mococa.com
(39) https://ilostat.ilo.org/
(40) https://www.globalpetrolprices.com/Brazil/
(41) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(42) https://ilostat.ilo.org/data/data-catalogue/
(43) Aġġustata kif xieraq għall-ħin statutorju mhux maħdum, bħall-vaganzi u l-vaganzi nazzjonali.
(44) https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee;
https://ccbc.org.br/en/publicacoes/artigos-ccbc-en/how-much-do-your-employees-in-brazil-really-cost/; https://bpc-partners.com/inss-brazilian-salaries-benefits/
(45) https://www.globalpetrolprices.com/Brazil/
(46) https://www.edp.com.br/tarifas-vigentes/
(47) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/energia-eletrica/publicacoes/informativo-gestao-setor-eletrico
(48) Is-sigħat b’domanda massima u dawk kwieti u d-diversi kostijiet addizzjonali applikabbli matul il-perjodu.
(49) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/energia-eletrica/publicacoes/informativo-gestao-setor-eletrico/informativo-gestao-setor-eletrico-ano-2021.pdf/view
(50) Billi l-unika unità ta’ kwantità disponibbli fil-bażijiet tad-data Comext u tas-Sorveljanza tal-Kummissjoni hija l-massa, il-konverżjoni ta’ kwantitajiet minn tunnellati/kilogrammi f’unitajiet (numru ta’ kartelli) saret matul l-investigazzjoni skont il-formula kartell wieħed=10 kg meta wieħed jibbaża fuq dawk il-bażijiet tad-data. Din kienet ir-rata ta’ konverżjoni użata fl-ilment u l-analiżi ulterjuri tal-Kummissjoni kkonfermat li 10 kg hija bejn wieħed u ieħor il-massa medja ta’ kartell fis-suq.
(51) L-ogħla ċifra għas-sena 2 018 tvarja mill-valur li jinsab fin-Nota għall-Fajl mit-2 ta’ Settembru 2022. Dan huwa dovut għall-iżball klerikali identifikat fl-aggregazzjoni tad-data mill-awtoritajiet doganali li sussegwentement ġie kkoreġut.
(52) Il-prezz EXW inklużi l-kostijiet relatati mat-trasport u d-dazji tal-importazzjoni applikabbli fis-suq tal-Istati Uniti.
(53) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1998 tal-20 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2022, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kingyip - Guangzhou JingYe Machinery Co., Ltd. |
A031 |
|
|
Ningbo Hefeng Container Manufacturer Co., Ltd. |
A032 |
|
|
Qingdao HenKeg Craft Beer Technology Co., Ltd. |
A033 |
|
|
Yantai Toptech Ltd. |
A034 |
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/77 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 161/22/COL
tas-6 ta’ Lulju 2022
dwar l-għajnuna fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq f’Bergen (in-Norveġja) [2023/101]
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-ESA”),
Wara li kkunsidrat:
il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 62,
il-Protokoll 26 tal-Ftehim ŻEE,
il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b’mod partikolari l-Artikolu 24,
il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b’mod partikolari l-Artikoli 7(5) u 14 tal-Parti II, u
wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. FATTI
1. PROĊEDURA
1.1. L-ILMENT
|
(1) |
Permezz tal-ittra tal-11 ta’ Mejju 2017, Nelfo (“l-ilmentatur”) ilmenta dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Muniċipalità ta’ Bergen (“il-Muniċipalità”) fir-rigward tad-dawl tat-toroq fit-toroq muniċipali. Nelfo hija federazzjoni settorjali fi ħdan il-konfederazzjoni ta’ Norwegian Enterprise (“NHO”). Din tinkludi integraturi tal-elettrodomestiċi, tal-IT, tal-ecom u tas-sistemi, u l-kumpaniji tal-lifts fin-Norveġja (2). |
|
(2) |
L-allegat benefiċjarju tal-għajnuna huwa BKK AS, li taġixxi permezz ta’ sussidjarji differenti (3). F’dan li ġej, BKK AS, u s-sussidjarji tagħha, se jissejħu b’mod konġunt bħala l-“grupp BKK”. |
1.2. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017 (4), l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi. Permezz ta’ ittri datati s-27 ta’ Ġunju 2017 u l-5 ta’ Lulju 2017 (5), l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra elettronika tas-7 ta’ Settembru 2017, l-ESA stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi sabiex jipprovdu aktar informazzjoni (6). L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittri elettroniċi tat-8 ta’ Settembru 2017 (7) u tat-12 ta’ Settembru 2017 (8). |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Lulju 2018, l-ESA bagħtet talba għal informazzjoni addizzjonali (9). Fis-17 ta’ Awwissu 2018 saret konferenza bil-vidjo. Permezz ta’ ittra elettronika tat-28 ta’ Frar 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw aktar informazzjoni (10). |
1.3. PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni Nru 027/19/COL (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”), l-ESA bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (11). F’dan l-istadju, l-ESA kienet ifformat il-fehma preliminari li tliet miżuri, identifikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ bħala miżuri (a), (b) u (c), dehru li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-ESA esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-Istat potenzjali mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. It-tliet miżuri huma deskritti fit-Taqsima 2 ta’ hawn taħt. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Norveġiżi ġew mistiedna jikkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ sal-20 ta’ Mejju 2019. Fuq talba, l-ESA estendiet l-iskadenza sal-5 ta’ Ġunju 2019 (12). |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Ġunju 2019, l-ESA rċeviet kummenti konġunti mingħand BKK AS u Veilys AS (“BKK Veilys”) (13). Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Awwissu 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn il-kummenti sas-6 ta’ Settembru 2019 (14). |
|
(9) |
L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ fil-5 ta’ April 2020 (15). Il-kummenti huma stabbiliti f’żewġ ittri mill-Muniċipalità, datati rispettivament l-10 ta’ Mejju 2019 (16) u t-3 ta’ April 2020 (17). |
|
(10) |
L-ESA bagħtet talba addizzjonali għal informazzjoni lill-awtoritajiet Norveġiżi fil-5 ta’ Frar 2021 (18). L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw it-tweġiba tagħhom għal din it-talba fit-12 ta’ April 2021 (19). |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
2.1. INFRASTRUTTURA U ENTITAJIET LEGALI INVOLUTI
|
(11) |
L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali kienet storikament proprjetà ta’ unità muniċipali msejħa Bergen Lysverker. Madankollu, fl-1996, Bergen Lysverker, inklużi l-assi tagħha, ġiet akkwistata minn BKK DA. Din il-kumpanija dak iż-żmien kienet proprjetà ta’ diversi muniċipalitajiet, bil-Muniċipalità bħala l-azzjonist maġġoritarju. |
|
(12) |
BKK DA aktar tard ġiet organizzata mill-ġdid f’BKK AS (20). Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-Muniċipalità għandha 37,75 % tal-ishma. Azzjonisti oħrajn jinkludu Statkraft Industrial Holding AS u muniċipalitajiet differenti (21). |
|
(13) |
Minn dak iż-żmien, diversi sussidjarjita’ BKK AS saru sidien tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen u kienu qegħdin iħaddmuha. L-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK bħalissa hija proprjetà ta’ Veilys AS. Din il-kumpanija għandha wkoll infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq tal-Istat, it-toroq tal-kontea u t-toroq privati. |
|
(14) |
Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, Veilys AS la ħaddmet u lanqas ma għamlet manutenzjoni tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tagħha stess. Minflok, dawn l-attivitajiet twettqu minn sussidjarja bl-isem ta’ BKK EnoTek AS (22). |
|
(15) |
Kif se jiġi deskritt f’aktar dettall hawn taħt, Veilys AS ma hijiex sid tal-infrastruttura kollha tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen. Partijiet minn din l-infrastruttura huma proprjetà tal-Muniċipalità. |
2.2. MIŻURI IDENTIFIKATI FL-ILMENT
|
(16) |
Żewġ allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat ġew identifikati fl-ilment. L-ewwel nett, l-ilmentatur iddikjara li l-Muniċipalità tat kumpens żejjed lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK għall-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali (il-miżura (a)). It-tieni, l-ilment kien jikkonċerna l-finanzjament mill-Muniċipalità ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS (il-miżura (b)) (23). |
|
(17) |
Skont l-ilmentatur, il-miżuri (a) u (b) jimplikaw ksur kontinwu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jmur lura għall-1 ta’ Jannar 2016. Kif huwa stipulat fil-paragrafu 18 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ESA konsegwentement illimitat il-valutazzjoni tagħha tal-miżuri (a) u (b) għal dan il-perjodu. |
|
(18) |
L-ilmentatur iqis li diversi fornituri huma lesti li jħaddmu u jagħmlu manutenzjoni tad-dwal tat-toroq bi ħlas. Fuq dik il-bażi, huwa jqis li l-attivitajiet li jinkludu l-manutenzjoni u t-tħaddim bħala ekonomiċi fin-natura (24). |
|
(19) |
Sa fejn il-kumpens jikkonċerna servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”), l-ilmentatur jargumenta (25): L-ewwel nett, li l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża abbażi tal-kriterji Altmark (26). It-tieni, li l-kumpens involut jaqbeż il-limitu de minimis tal-SGEI ta’ EUR 500 000 (27). It-tielet, li l-miżuri jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI (28). |
|
(20) |
L-ilmentatur jistma li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u għat-tħaddim huwa ta’ EUR 1,12-il miljun fis-sena. Kuntratti ta’ servizz komparabbli allegatament stabbilew prezzijiet ta’ madwar NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena (29). |
2.3. MIŻURA ADDIZZJONALI IDENTIFIKATA FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
|
(21) |
Il-pagamenti mill-Muniċipalità jinkludu kumpens għall-kost kapitali relatat mal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà ta’ Veilys AS. Dan l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens ġie inkluż fl-investigazzjoni formali bħala miżura (c). Kif huwa stipulat fil-paragrafu 18 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-valutazzjoni tal-miżura (c) ma hijiex limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016. |
3. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI
3.1. INFORMAZZJONI KUNTESTWALI
3.1.1. Ir-relazzjoni bejn l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq u n-network tal-enerġija
|
(22) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw ir-relazzjoni funzjonali mill-qrib bejn in-networks tal-enerġija u l-infrastrutturi użati sabiex jipprovdu d-dawl tat-toroq. L-installazzjonijiet tad-dawl u l-kejbils ta’ konnessjoni tad-dwal tat-toroq spiss jitwaħħlu ma’ arbli ta’ utilità li jkollhom ukoll kejbils tal-enerġija. Bħala tali, l-infrastruttura f’Bergen isservi objettiv doppju (30). |
|
(23) |
Sal-1991, ma kien hemm l-ebda distinzjoni bejn it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi għall-finijiet tal-enerġija u tad-dawl tat-toroq. Tul it-toroq muniċipali, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawn l-infrastrutturi twettqu jew minn muniċipalitajiet jew minn entitajiet lokali li huma proprjetà tal-muniċipalitajiet (31). |
|
(24) |
B’effett mill-1991, madankollu, is-swieq tal-enerġija fin-Norveġja ġew parzjalment liberalizzati. Flimkien ma’ dan, it-tħaddim tan-networks tal-enerġija sar soġġett għar-regolament dwar il-monopolju (32). |
|
(25) |
Skont dan ir-reġim speċifiku għas-settur, is-sidien tal-infrastruttura huma obbligati joperaw l-infrastrutturi tagħhom. Entitajiet oħrajn huma pprojbiti milli jidduplikawhom. Il-kostijiet tat-tħaddim u tal-manutenzjoni huma koperti minn tariffi (nettleie) li jridu jikkonformaw mar-redditu regolat stabbilit mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża tal-Enerġija (NVE) (33). |
|
(26) |
B’kuntrast ma’ dan, ma ġie stabbilit l-ebda regolament dwar il-monopolju fil-livell nazzjonali għall-infrastrutturi tad-dwal tat-toroq. Għal infrastrutturi bħal dawn, l-istruttura tas-sjieda u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet għalhekk jiddependu fuq il-kundizzjonijiet lokali. Diversi entitajiet joffru servizzi relatati mat-tħaddim u mal-manutenzjoni fuq bażi kummerċjali (34). |
3.1.2. Il-bejgħ ta’ Bergen Lysverker u r-regolamentazzjoni ta’ provvisti futuri
|
(27) |
L-objettiv tal-proċess fl-1996 kien li l-Muniċipalità tbigħ lil Bergen Lysverker, inklużi l-assi u l-operazzjonijiet kollha tagħha (35). Dawk l-assi u l-operazzjonijiet kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku. L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tqieset bħala element minuri li ma setax prattikament jiġi sseparat (36). |
|
(28) |
F’sommarju bil-miktub mill-konsulent (Rådmannen) lill-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen bi tħejjija għad-deċiżjoni dwar il-bejgħ, ġie mtenni li numru ta’ kumpaniji pubbliċi kienu ġew mistiedna jagħmlu offerta. Il-Muniċipalità kienet akkwistat ukoll valwazzjoni minn Enskilda Securities (37). |
|
(29) |
Din il-valutazzjoni ġiet ikkunsidrata fi proposta minn rappreżentant fil-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen. Meta jitqiesu l-obbligazzjonijiet netti, din indikat valur ta’ bejn NOK 2,8 u 3,0 biljun (38). |
|
(30) |
Il-każ quddiem il-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen inkluda wkoll memorandum dwar l-effetti ta’ sinerġija. F’din in-nota, ġie ddikjarat li bejgħ ikollu skop doppju. L-ewwel nett, il-Muniċipalità jenħtieġ li tikkontribwixxi għal struttura funzjonali għall-provvista tal-elettriku fiż-żona ta’ Bergen. It-tieni, bejgħ jenħtieġ li jillibera kapital għall-Muniċipalità abbażi tal-ipprezzar tas-suq (39). Ġew identifikati wkoll numru ta’ kunsiderazzjonijiet addizzjonali (40). |
|
(31) |
Fit-Taqsima 6 tal-ftehim tal-bejgħ bejn il-Muniċipalità u BKK DA, il-prezz li għandu jitħallas għal Bergen Lysverker ġie stabbilit għal NOK 2,619 biljun. Dan il-prezz kien ibbażat fuq prezz gross ta’ NOK 3,124 biljun qabel it-tnaqqis tad-djun u tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni (41). |
|
(32) |
Mekkaniżmu li jirregola l-kumpens għall-forniment futur ta’ servizzi ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati, ġie inkluż fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 (42). Skont dan il-mekkaniżmu, BKK DA tkun libera li topera d-dwal tat-toroq fuq it-termini tas-suq, li jenħtieġ li jinvolvu kopertura tal-kostijiet flimkien ma’ kost kapitali għall-kapital impenjat ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata (43). |
|
(33) |
Il-valur tan-network tad-dwal tat-toroq ma ġiex identifikat separatament fil-ftehim tal-bejgħ. Madankollu, f’konformità mat-Taqsima 6 tiegħu, BKK DA bdiet proċess ta’ diliġenza dovuta. Fir-rapport mid-ditta tal-kontabilità użata għal dan l-għan, il-valur kontabilistiku tad-dwal tat-toroq ġie stabbilit għal NOK 55 miljun (44). |
3.1.3. Il-kuntratti sussegwenti bejn il-Muniċipalità u l-kumpaniji fil-grupp BKK
|
(34) |
L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kuntratti li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati tul it-toroq muniċipali f’Bergen mill-2012. Id-durata tal-kuntratti normalment kien għal sentejn, b’opzjoni ta’ estensjoni ta’ sena (45). |
|
(35) |
Il-kuntratt għall-2012 sal-2014 ġie konkluż mal-kumpanija BKK Nett AS. Oriġinarjament kien jinkludi 18 228 punt tad-dawl. Minn dawn, 16 082 kienu kkontrollati mill-grupp BKK, filwaqt li 2 146 kienu proprjetà tal-Muniċipalità. Madankollu, in-numru ta’ punti tad-dawl kien previst li jinbidel matul il-kuntratt (46). |
|
(36) |
Ir-regolamentazzjoni tal-kumpens hija stabbilita fit-Taqsima 7 u fl-appendiċi A tal-kuntratt. Il-prezz għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ġie stabbilit għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Għalhekk, il-kumpens annwali totali għall-manutenzjoni u t-tħaddim tat-18 228 punt tad-dawl eżistenti jammonta għal NOK […] (47). |
|
(37) |
Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stipulat għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Peress li dan l-element kien ikopri biss il-punti ta’ dawl ikkontrollati mill-grupp BKK, dan irriżulta f’kumpens annwali ta’ NOK […] fir-rigward ta’ dawn is-16 082 punt tad-dawl eżistenti (48). |
|
(38) |
Il-kuntratt għall-perjodu mill-2015 sal-2017 ukoll sar ma’ BKK Nett AS. Fil-bidu tiegħu, kien jinkludi 18 407 punt tad-dawl. Minn dawn, 16 058 kienu kkontrollati mill-grupp BKK, filwaqt li 2 349 kienu proprjetà tal-Muniċipalità (49). |
|
(39) |
Skont l-istess struttura bħall-kuntratt preċedenti, il-kumpens ġie stabbilit fit-Taqsima 7 u fl-appendiċi A tal-kuntratt. Il-prezz għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ġie stabbilit għal NOK […], minbarra l-VAT, għal kull punt tad-dawl fis-sena. Għalhekk, abbażi tan-numru ta’ punti tad-dawl eżistenti ta’ 18 407, il-kumpens annwali għall-manutenzjoni u t-tħaddim ammonta għal NOK […] (50). |
|
(40) |
Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stabbilit għall-istess livell ta’ unità, NOK […] eskluż il-VAT, bħal fil-kuntratt preċedenti (ara l-paragrafu (37)). Abbażi l-fatt li l-grupp BKK kellu 16 058 punt tad-dawl eżistenti, il-kumpens annwali għall-kost kapitali konsegwentement ġie kkalkolat għal NOK […] (51). |
|
(41) |
Il-kuntratt eżistenti ġie estiż għall-perjodu mill-2018 ’il quddiem. F’konformità mal-ittra mill-Muniċipalità tad-19 ta’ Ġunju 2017, il-kuntratt ġie inizjalment estiż sal-1 ta’ Lulju 2018. F’din il-konnessjoni, il-Muniċipalità nnotat li minħabba bidla fl-istruttura tal-kumpanija, il-kuntratt fit-tul ikollu jiġi konkluż ma’ BKK EnoTek AS (52). |
|
(42) |
Il-kuntratt imbagħad ġie estiż sal-1 ta’ Jannar 2019. F’dan ir-rigward, il-Muniċipalità għamlet referenza għal proċess attwali, li bih kienet qiegħda taħdem lejn l-akkwist tad-dwal tat-toroq li kienu proprjetà tal-grupp BKK (53). |
|
(43) |
F’ittra li tikkonċerna l-estensjoni, il-grupp BKK spjega li l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq kienet ġiet ittrasferita lis-sussidjarja tiegħu Veilys AS. Fuq dik il-bażi, il-Muniċipalità tirċievi żewġ konfermi dwar l-estensjoni. L-ewwel konferma tkun minn Veilys AS u tkun relatata mad-dwal tat-toroq li huma proprjetà ta’ din il-kumpanija. It-tieni konferma tintbagħat minn BKK EnoTek AS fir-rigward tas-servizzi tagħha mogħtija fir-rigward ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità (54). |
|
(44) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-kuntratt ġie estiż bl-istess termini sal-1 ta’ Jannar 2020. Dan sar flimkien mal-estensjoni ta’ ftehim ta’ intenzjoni relatat mal-akkwiżizzjoni possibbli mill-Muniċipalità tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà ta’ Veilys AS (55). |
|
(45) |
L-awtoritajiet Norveġiżi fl-aħħar issottomettew it-tieni estensjoni mhux iffirmata tal-ftehim ta’ intenzjoni. Skont dan id-dokument, il-kuntratt ġie estiż għal darba oħra bl-istess termini. Abbażi tal-informazzjoni sottomessa, huwa l-fehim tal-ESA li dan il-kuntratt għadu effettiv (56). |
|
(46) |
Minbarra l-kuntratti li għandhom x’jaqsmu mad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali, jeżistu kuntratti li jikkonċernaw: (i) id-dawl tat-toroq tul toroq privati (57); u (ii) d-dawl f’parks u tul toroq pedonali (58). F’konformità mal-paragrafi 19 u 34 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, dawn il-kuntratti jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
3.1.4. Is-sejħa għall-offerti ta’ ċerti attivitajiet ta’ tħaddim u ta’ manutenzjoni
|
(47) |
It-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq u tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED li huma proprjetà tal-Muniċipalità ġew offruti b’sejħa għall-offerti. Il-forniment ta’ servizzi skont dan il-kuntratt beda fl-1 ta’ April 2020 (59). |
|
(48) |
Skont is-sejħa għall-offerti, il-kuntratt ikopri madwar 3 100 dawl tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità. Barra minn hekk, dan jinkludi 12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS. Din l-infrastruttura inkluża kienet speċifikata aktar bħala 3 133 unità tad-dawl, 2 254 arblu/arranġamenti tal-azzar għall-wajers, 841 arblu tal-injam, 12 000 unità tat-tidwil tal-LED, u kwantità mhux magħrufa ta’ kejbils (60). |
|
(49) |
Mill-istedina għall-offerti jirriżulta wkoll li d-durata tal-kuntratt hija ta’ erba’ snin, u l-valur stmat tiegħu huwa ta’ bejn NOK 4 u 6 miljun fis-sena (eskluż il-VAT). Il-kuntratt kellu jingħata abbażi tal-proċedura miftuħa lill-offerent bl-anqas prezz (61). |
|
(50) |
Sitt offerti ġew sottomessi fil-kompetizzjoni (62). Il-kuntratt ingħata lil BKK EnoTek AS bil-prezz ta’ NOK 10 554 689. Il-prezz tal-ħames offerti l-oħra varja minn NOK 11 930 826 sa NOK 26 596 947,50 (63). |
|
(51) |
Il-livell ta’ servizzi skont il-kuntratt li ngħata l-offerta huwa ġeneralment simili għal dak skont il-kuntratti deskritti fit-Taqsima 3.1.3 ta’ hawn fuq. Madankollu, skont dawn l-aħħar kuntratti, ir-responsabbiltajiet tal-fornitur jinkludu s-sostituzzjoni ta’ tagħmir difettuż. Dan l-obbligu jaqa’ fuq il-Muniċipalità skont il-kuntratt li ngħata l-offerta (64). |
3.1.5. Żviluppi fin-numru ta’ dwal tat-toroq
|
(52) |
Il-kuntratti bejn il-Muniċipalità u l-kumpaniji fil-grupp BKK, deskritti fit-Taqsima 3.1.3 ta’ hawn fuq, jipprevedu li n-numru ta’ dwal tat-toroq se jinbidel maż-żmien. Abbażi tal-aktar dokumentazzjoni riċenti disponibbli, l-awtoritajiet Norveġiżi, fl-ittra tat-12 ta’ April 2021, spjegaw li n-numru ta’ dwal tat-toroq li kienu proprjetà tal-Muniċipalità żdied għal 4 219. F’dak iż-żmien, in-numru totali ta’ dwal tat-toroq proprjetà ta’ Veilys AS kien jammonta għal 27 748 (65). Barra minn hekk, kif imsemmi, il-Muniċipalità xtrat 12 000 unità tat-tidwil tal-LED li ġew installati fuq infrastruttura li hija proprjetà ta’ Veilys AS (66). |
3.1.6. L-attivitajiet fi ħdan il-grupp BKK
|
(53) |
L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew ħarsa ġenerali lejn il-pagamenti mill-Muniċipalità lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK. Minbarra l-pagamenti taħt il-miżuri kkonċernati, il-Muniċipalità ħallset ukoll għal attivitajiet oħrajn barra mill-ambitu tagħhom. Dawn il-pagamenti tal-aħħar huma relatati mal-provvista tal-enerġija u mas-servizzi relatati. Bosta mis-servizzi mħallsa barra mill-ambitu tal-miżuri kkonċernati jinvolvu t-tħaddim f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħrajn (67). |
|
(54) |
Minbarra dawk l-attivitajiet imħallsa mill-Muniċipalità, huwa evidenti mill-paġni web tal-grupp BKK li l-kumpaniji ta’ dak il-grupp huma attivi f’numru ta’ swieq oħra. Il-grupp huwa ppreżentat bħala l-akbar grupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fin-Norveġja tal-Punent. Is-servizzi offruti jinkludu, fost l-oħrajn, faċilitajiet ta’ ċċarġjar għall-karozzi, id-dgħajjes u l-vapuri, servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-istabbiliment u l-aġġornament tal-infrastrutturi, inkluż fl-oqsma taċ-ċentri tad-data, it-telekomunikazzjoni, u l-biedja tal-baħar, kif ukoll servizzi relatati mal-Internet li jikkonċernaw l-Internet tal-fibra, il-ħżin tad-data u l-hekk imsejjaħ Internet tal-Oġġetti (68). |
|
(55) |
L-awtoritajiet Norveġiżi ma humiex fil-pussess ta’ evidenza diretta li l-kumpens imħallas mill-Muniċipalità fir-rigward tad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali jintuża sabiex jissussidja b’mod reċiproku attivitajiet ekonomiċi oħrajn. It-trasferiment tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq għal Veilys AS sar parzjalment sabiex jiġi evitat is-sussidjar reċiproku. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ dokumentazzjoni, is-sussidjar reċiproku ma jistax jiġi eskluż (69). |
|
(56) |
L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw ukoll li l-attivitajiet relatati mad-dwal tat-toroq fi ħdan il-grupp BKK ma humiex limitati għall-Muniċipalità. B’mod partikolari, Veilys AS hija kkumpensata minn entitajiet pubbliċi oħrajn fir-rigward tad-dwal tat-toroq li għandha tul it-toroq pubbliċi tagħhom (70). |
3.2. KUMMENTI ĠENERALI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
|
(57) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-ESA naqset milli tipprovdi biżżejjed raġunijiet sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’riżultat ta’ dan, il-Muniċipalità tqiegħdet f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali (71). |
|
(58) |
Fuq il-bażi li l-Muniċipalità qiegħda tixtri d-dawl tat-toroq, l-awtoritajiet Norveġiżi jikkontestaw id-distinzjoni bejn il-miżuri (a) u (c). Madankollu, huwa korrett li l-kumpens jirrifletti elementi differenti (72). |
|
(59) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-klassifikazzjoni legali trid tqis il-kuntest li fih titwettaq l-attività. L-uniku għan li jiġi pprovdut id-dawl tat-toroq huwa li jservi lill-pubbliku inġenerali (73), u d-dispożizzjoni hija organizzata f’konformità mal-Att Norveġiż dwar it-Toroq (74). |
|
(60) |
Skont it-Taqsima 20 ta’ dan l-Att, il-muniċipalitajiet huma responsabbli għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tat-toroq muniċipali. Filwaqt li l-Att ma jirrikjedix li l-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew li jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell, din l-attività hija konsistenti mal-objettiv tiegħu tas-sikurezza fit-toroq (75). Il-Muniċipalità tkompli ssegwi l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen) meta tippjana, tibni u taġġorna t-toroq. Dan l-istandard fih speċifikazzjonijiet dwar l-eżistenza tad-dwal tat-toroq (76). |
|
(61) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-kumpens jingħata fir-rigward ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi. L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li s-sentenza f’Selex (77) tappoġġa l-pożizzjoni tagħhom (78). |
|
(62) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu wkoll għal-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (79). Huma jsostnu li l-paragrafu 17, dwar is-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet pubbliċi, jappoġġa li l-forniment tad-dawl tat-toroq huwa ta’ natura mhux ekonomika (80). Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi ta’ sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati bl-istess mod bħall-attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal skopijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi (81). |
|
(63) |
Jekk l-ESA tqis li jeżisti suq għad-dawl tat-toroq, dan is-suq huwa kkaratterizzat minn żewġ fallimenti. L-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tammonta għal monopolju naturali li jrid ikun jinsab tul it-toroq ikkonċernati. It-tieni, id-dawl tat-toroq huwa beni pubbliku assoċjat ma’ problemi “free-rider” (82). |
|
(64) |
Is-sjieda tal-infrastruttura tagħti s-setgħa tas-suq lill-grupp BKK vis-à-vis il-Muniċipalità. Prattikament ma huwiex fattibbli għall-Muniċipalità li ma tipprovdix it-toroq tagħha b’dawl tat-toroq. Il-Muniċipalità lanqas ma tista’ tagħti struzzjonijiet lis-sid tal-infrastruttura dwar kif, u taħt liema termini, jiġu akkwistati servizzi relatati mal-infrastruttura (83). |
|
(65) |
Filwaqt li normalment ikun hemm metodi alternattivi disponibbli għall-offerti sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-ESA naqset milli tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Entità li tixtri minn pożizzjoni monopolist ma għandhiex dritt legali li tikseb servizzi bil-kundizzjonijiet li tqis raġonevoli. Dan l-effett dannuż tas-setgħa ta’ monopolju jista’ jiġi rrimedjat biss permezz tal-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, jew permezz tar-regolament dwar il-prezzijiet (84). |
3.3. KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (A) — IT-TĦADDIM U L-MANUTENZJONI
|
(66) |
Jista’ jkun li saru regolamenti tal-indiċi sabiex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ kumpens matul il-perjodu kkonċernat. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ma jistgħux jipprovdu tweġiba definittiva (85). |
|
(67) |
Fir-rigward tal-prospetti għat-tqabbil tal-livell ta’ kumpens ma’ dak f’oqsma oħra, l-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li fornitur estern ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tħaddim mhux se jġarrab il-kost kapitali assoċjat ma’ infrastruttura li ma huwiex is-sid tagħha. Għaldaqstant, il-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)) irid jiġi eskluż meta jitqabbel il-livell ta’ kumpens ma’ dak imħallas mill-entitajiet pubbliċi fir-rigward tal-infrastruttura li hija proprjetà tagħhom stess. Fl-2020, il-Muniċipalità ħallset NOK […] għal kull dawl tat-toroq għat-tħaddim u l-manutenzjoni (86). |
|
(68) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-ilmentatur li s-servizzi tat-tħaddim u tal-manutenzjoni ġew fornuti għal NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li dan ma għandux provi. L-ilmentatur uża wkoll reġjun ġeografiku ieħor bħala referenza (87). |
|
(69) |
Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw ċifri mill-bażi tad-data KOSTRA dwar il-kostijiet imġarrba għad-dawl tat-toroq minn muniċipalitajiet kbar Norveġiżi (88). Dawn iċ-ċifri juru l-kostijiet annwali totali għal kull punt tad-dawl, inkluż il-kost tal-elettriku, matul il-perjodu mill-2016 sal-2019. Kif inhu evidenti mit-tabella ta’ hawn taħt, il-kostijiet imġarrba mill-Muniċipalità kienu l-ogħla rreġistrati (89). Tabella 1 – Kostijiet għad-dawl tat-toroq imġarrba minn muniċipalitajiet kbar Norveġiżi (NOK)
|
|
(70) |
Il-kumpens seta’ kien jinkludi element ta’ kumpens żejjed, u maż-żmien, il-Muniċipalità kkontestat dawk li tqis bħala prezzijiet għoljin. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li kellha tiġi stabbilita separazzjoni tal-kontijiet bejn il-provvista tad-dawl tat-toroq u attivitajiet oħrajn (90). |
3.4. KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (B) — IL-FINANZJAMENT TA’ 12 000 UNITÀ TAT-TIDWIL TAL-LED
|
(71) |
Fl-2017, il-Kunsill tal-Belt ta’ Bergen iddeċieda li jakkwista 12 000 unità tat-tidwil tal-LED sabiex jitwaħħlu mal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali. Minħabba l-iskala u n-natura tiegħu, dan l-aġġornament ma waqax taħt il-kuntratti mal-grupp BKK (91). |
|
(72) |
L-objettivi tal-investiment kienu (i) ambjentali; u (ii) sabiex jitnaqqas il-kost tal-elettriku (92). Il-kost tal-elettriku mnaqqas se jkun ta’ benefiċċju għall-Muniċipalità direttament, peress li l-elettriku ma huwiex inkluż fil-kuntratti mal-grupp BKK (93). |
|
(73) |
Il-kuntratt ingħata fuq il-bażi ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti bil-prezz ta’ NOK 60 miljun. L-installazzjoni saret sa tmiem l-2019 (94). Il-Muniċipalità se żżomm is-sjieda tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (95). |
|
(74) |
Il-kost għal kull unità tat-tidwil fl-2018 kienet ta’ NOK 1 899 u NOK 2 039 fl-2019. Il-kost tal-ippjanar u tal-installazzjoni kien jammonta għal NOK […] għal kull punt tad-dawl. Fuq il-bażi li l-iffrankar fil-kost tal-elettriku huwa stmat għal NOK […] għal kull punt tad-dawl fis-sena, il-Muniċipalità b’hekk tistenna li tirkupra l-kost tal-investiment tagħha fi żmien 7 sa 10 snin (96). |
|
(75) |
Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3.1.4, il-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED ġiet offruta b’sejħa għall-offerti flimkien ma’ dik tal-infrastruttura li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Taħt dan il-kuntratt, il-Muniċipalità qiegħda tesperjenza ffrankar tal-kostijiet li jirrifletti ż-żieda fil-ħajja tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (97). Il-Muniċipalità qiegħda tistenna wkoll li tinnegozja aġġustamenti fil-kuntratt li jkopru l-infrastruttura proprjetà ta’ Veilys AS (98). |
3.5. KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR IL-MIŻURA (C) — KOST KAPITALI
|
(76) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li hija prattika normali li sid estern ta’ infrastruttura li tintuża għall-produzzjoni ta’ beni pubbliku, huwa intitolat għal kumpens għall-kost kapitali. B’paragun, meta l-entità pubblika li tkun qiegħda tiffinanzja l-forniment tad-dawl tat-toroq tkun sid l-infrastruttura nnifisha, il-kost kapitali assoċjat ma’ din l-infrastruttura jiġġarrab mill-entità pubblika bħala sid tal-infrastruttura (99). |
|
(77) |
Il-kumpens għall-kost kapitali ġie stabbilit abbażi tat-termini fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Dan il-mekkaniżmu jistipula, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, li l-grupp BKK huwa intitolat għall-kost kapitali għall-kapital impenjat ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata (100). |
|
(78) |
Dan il-prinċipju ġie speċifikat xi ftit aktar (101). Fit-Taqsima 6 tal-kuntratt mill-1998, ġie stipulat li l-kumpens jenħtieġ li jkopri d-deprezzament u l-interessi relatati mal-kapital investit fl-infrastruttura tad-dwal tat-toroq fiż-żmien meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt. Id-deprezzament u l-interessi relatati ma’ investimenti futuri ordnati mill-Muniċipalità, jenħtieġ li jkunu koperti wkoll. Dan l-approċċ inżamm f’kuntratti sussegwenti (102). |
|
(79) |
Madankollu, il-Muniċipalità u l-grupp BKK ma qablux dwar kif jenħtieġ li jiġi kkalkolat il-kost kapitali. L-elementi kkontestati kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, liema bażi tal-kostijiet jenħtieġ li tiġi applikata fil-kalkoli, u kif għandu jitqies id-deprezzament. |
|
(80) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għal rapport ippreżentat mill-BKK Nett AS fl-2002. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, dan ir-rapport irrifletta profil ta’ deprezzament f’konformità mal-ftehim tal-bejgħ tal-1996 (103). |
|
(81) |
Madankollu, fl-2003, il-Muniċipalità staqsiet kif BKK Nett AS kienet stabbiliet il-bażi kapitali, inkluż b’mod partikolari l-imposti ta’ deprezzament. Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Frar 2004, BKK Nett AS ipprovdiet spjegazzjoni fejn iddikjarat, inter alia, li l-kost kapitali kien ġie stabbilit abbażi ta’ kriterji normali (104). |
|
(82) |
BKK Nett AS iddeskriviet aktar il-bażi għall-kalkoli tagħha f’ittra tat-30 ta’ Marzu 2004. Skont BKK Nett AS, il-valur tal-assi tal-infrastruttura jenħtieġ li jiġi stabbilit għal NOK 81,6 miljun abbażi ta’ valwazzjoni teknika tal-valur ta’ sostituzzjoni (105). |
|
(83) |
Il-Muniċipalità ma qablitx ma’ dan l-approċċ u qieset li l-valur tal-assi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-valur kontabilistiku. Il-Muniċipalità talbet li l-kumpens jiġi aġġustat kif xieraq (106). |
|
(84) |
Permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Awwissu 2004, BKK Nett AS ċaħdet din it-talba. B’dan il-mod, BKK Nett AS enfasizzat li l-mekkaniżmu stabbilit fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996 jinvolvi li r-rata ta’ redditu tal-NVE jenħtieġ li tiġi applikata fuq il-kapital impenjat. BKK Nett AS ikkonfermat aktar il-fehma tagħha li kien xieraq li jiġi stabbilit il-livell tal-kapital impenjat abbażi ta’ valwazzjoni teknika tal-valur ta’ sostituzzjoni tal-assi (107). Dan il-metodu rriżulta fi kważi rduppjar tal-bażi kapitali meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-valur kontabilistiku. Sal-lum, il-livell ta’ kumpens baqa’ ħafna ogħla milli kieku kien ikkalkolat abbażi tal-valur kontabilistiku (108). |
|
(85) |
B’mod simili għal dak li huwa l-każ għall-kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni (il-miżura (a)), l-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx tweġiba definittiva dwar kif ġie stabbilit il-livell ta’ kumpens. In-nuqqas ta’ kontijiet separati jagħmel il-kontroll diffiċli (109). F’rapport ta’ diliġenza dovuta dwar Veilys AS (110), l-awdituri semmew li kienu kisbu għarfien limitat dwar il-kostijiet assoċjati mal-kuntratt mal-Muniċipalità (111). |
|
(86) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK setgħu ngħataw kumpens żejjed. Iċ-ċifri minn KOSTRA, kif ippreżentati fil-paragrafu (69) ta’ hawn fuq, huma indikattivi ta’ dan il-kumpens żejjed (112). |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
4.1. KUMMENTI MINN BKK VEILYS
4.1.1. Informazzjoni kuntestwali
|
(87) |
Il-ftehim mill-1996 kien jinvolvi li BKK DA tixtri l-assi u l-operazzjonijiet ta’ Bergen Lysverker. B’dan il-mod, hija impenjat ruħha li tiżgura l-provvista kontinwa ta’ dawl tat-toroq u assumiet ir-responsabbiltà għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura (113). |
|
(88) |
Bl-istess mod bħall-awtoritajiet Norveġiżi, BKK Veilys tqis li t-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tirregola l-kumpens ekonomiku futur għall-provvista ta’ dawl tat-toroq. It-Taqsima 7(c) tirrifletti, l-ewwel nett, li l-grupp BKK huwa intitolat għal kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura u, it-tieni, li huwa intitolat għal kumpens għall-kapital impenjat. Din id-dispożizzjoni serviet bħala bażi għall-kuntratti sussegwenti (114). |
|
(89) |
Il-kuntratti u l-operazzjonijiet fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK huma organizzati taħt is-sussidjarja Veilys AS li hija proprjetà sħiħa. Dawn l-attivitajiet jinkludu madwar 50 000 dawl tat-toroq, inkluż id-dwal tat-toroq ikkonċernati tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità (115). |
4.1.2. Kummenti ġenerali dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(90) |
Il-kumpens jikkonċerna infrastruttura pubblika li ma tintużax sabiex jiġu offruti oġġetti jew servizzi f’suq. Il-miżuri konsegwentement jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (116). |
|
(91) |
F’dak ir-rigward, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tirriflettix b’mod adegwat li l-infrastruttura hija proprjetà ta’ Veilys AS. Peress li Veilys AS hija l-uniku fornitur possibbli u l-Muniċipalità hija l-uniku xerrej possibbli, ma huwiex dovut kumpens lil impriża (117). |
|
(92) |
Fi kwalunkwe każ, ma sar l-ebda kumpens żejjed. Sal-punt li l-provvista ta’ dawl tat-toroq hija SGEI, il-kriterji Altmark huma ssodisfati (118). |
4.1.3. Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (a) — it-tħaddim u l-manutenzjoni
|
(93) |
Skont BKK Veilys, il-kumpens jirrifletti l-kostijiet sottostanti u l-livell ta’ remunerazzjoni f’kuntratti li jistgħu jitqabblu. Ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed (119). |
|
(94) |
Fir-rigward tal-parametraġġ referenzjarju, BKK Veilys tqis il-livell tal-prezz indikat fl-ilment ma huwiex appoġġat. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ. Il-kuntratti kkonċernati għandhom il-format tal-prezz fiss għal kull punt tad-dawl u jinkludu ambitu sħiħ tas-servizzi. Dan ifisser li BKK Veilys għandha r-riskju għal eventi avversi, bħal kundizzjonijiet estremi tat-temp, u r-responsabbiltà għat-tħaddim u l-manutenzjoni kollha. Huwa wkoll aktar għali li wieħed jopera f’żoni tal-belt bi traffiku kbir u tfixkil ieħor (120). |
4.1.4. Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (b) — il-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED
|
(95) |
BKK Veilys tikkontesta li l-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED jammonta għal għajnuna mill-Istat. |
|
(96) |
Sa fejn taf BKK Veilys, il-Muniċipalità xtrat l-unitajiet tat-tidwil b’kost ta’ NOK 2 000 għal kull punt tad-dawl. Il-kostijiet tal-ippjanar, tal-installazzjoni u tad-dokumentazzjoni kienu ta’ NOK […] għal kull punt tad-dawl. |
|
(97) |
Abbażi ta’ dawn iċ-ċifri, il-kostijiet tal-aġġornament kienu jammontaw għal NOK […] għal kull punt tad-dawl. Dan huwa ugwali għal madwar […] drabi l-kost kapitali annwali kkumpensat mill-Muniċipalità. Għaldaqstant, l-aġġornament li jikkonsisti mit-12 000 unità tat-tidwil tal-LED kien jiswa ħafna aktar minn dak li seta’ sewa abbażi ta’ dan il-kumpens (121). |
|
(98) |
L-unitajiet tat-tidwil tal-LED se jkomplu jiżguraw iffrankar sinifikanti fil-kost tal-enerġija għall-Muniċipalità. Skont l-informazzjoni disponibbli għal BKK Veilys, l-iffrankar tal-kostijiet ġie stmat għal NOK 450 għal kull punt tad-dawl fis-sena. Dan jimplika li l-Muniċipalità se tirkupra l-investiment tagħha f’anqas minn 7 snin (122). |
4.1.5. Kummenti speċifiċi dwar il-miżura (c) — kumpens għall-kost kapitali
|
(99) |
Skont BKK Veilys, il-kumpens huwa relatat ma’ attivitajiet mhux ekonomiċi. L-element li jikkonċerna l-kost kapitali jenħtieġ li jitqies bħala tariffa ta’ aċċess għall-infrastruttura (123). |
|
(100) |
Fi kwalunkwe każ, il-kumpens għall-kost kapitali ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil BKK Veilys. Il-kost tal-istabbiliment ta’ punt tad-dawl huwa ta’ madwar NOK 20 000, biż-żieda ta’ NOK 10 000 sa 50 000 oħra għax-xogħol bażiku. Il-kost minimu sabiex jiġu stabbiliti s-16 058 dawl tat-toroq li huma proprjetà ta’ BKK Veilys huwa għalhekk ta’ NOK 500 000 000 (124). |
|
(101) |
Minn dan jirriżulta li l-kost kapitali ma huwiex ikkumpensat b’mod sproporzjonat. L-infrastruttura tad-dwal tat-toroq hija ġestita sabiex jinżamm l-istandard tekniku tagħha (125). |
II. VALUTAZZONI
5. PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
5.1. SFOND
|
(102) |
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kif ġej: “Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.” |
|
(103) |
Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lil impriża; (iii) tiffavorixxi ċerti impriżi (selettività); u (iv) thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ. Kif jissemma hawn fuq, l-ESA ppubblikat Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (126). |
|
(104) |
Abbażi tal-kummenti li waslu, l-ESA tqis li huwa xieraq li l-ewwel jiġi vvalutat jekk il-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikunx dovut lil impriża. Jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, u sal-punt li l-finanzjament tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) ikun ta vantaġġ lill-istess entitajiet, dan il-vantaġġ imbagħad ikun dovut ukoll lil impriża. |
5.2. IL-KUNĊETT TA’ IMPRIŻA
5.2.1. Test ġuridiku
|
(105) |
Il-kunċett ta’ impriża jkopri kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u mill-mod kif tiġi ffinanzjata (127). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq hija ekonomika (128). |
|
(106) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li huwa affermat mill-ilmentatur, ma huwiex deċiżiv jekk attività fil-prinċipju tistax tiġi segwita minn operatur privat. Minflok, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom titwettaq l-attività (129). F’dak ir-rigward, irid jiġi vverifikat jekk, min-natura u l-għan tagħha, u r-regoli li għalihom hija soġġetta, l-attività kkonċernata hijiex marbuta mal-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi, jew jekk għandhiex karattru ekonomiku li jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE (130). |
|
(107) |
Jekk jeżistix suq għal attività partikolari jista’ jvarja bejn l-Istati taż-ŻEE skont il-kundizzjonijiet nazzjonali (131). Il-klassifikazzjoni ta’ attività partikolari tista’ tinbidel ukoll maż-żmien bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi jew żviluppi ekonomiċi. |
|
(108) |
Fir-rigward tal-entitajiet li jwettqu diversi attivitajiet, il-klassifikazzjoni legali trid titwettaq separatament għal kull attività. Il-fatt li entità għandha setgħat pubbliċi, għalhekk ma jżommx milli tiġi kklassifikata bħala impriża fir-rigward ta’ attivitajiet oħrajn (132). Madankollu, jekk attività ekonomika ma tistax tiġi separata mill-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi, l-attivitajiet kollha huma kklassifikati bħala mhux ekonomiċi (133). |
|
(109) |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA jirriżulta li l-kunċett ta’ “servizzi” fis-sens tal-libertajiet fundamentali huwa rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet humiex ekonomiċi f’kuntest ta’ għajnuna mill-Istat. Kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ŻEE, huma biss is-servizzi li normalment huma pprovduti għal remunerazzjoni li jitqiesu bħala “servizzi” fis-sens tal-Ftehim (134). |
|
(110) |
Il-karatteristika essenzjali ta’ “remunerazzjoni” hija li tikkostitwixxi kunsiderazzjoni għas-servizz inkwistjoni (135). Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni normalment tiġi miftiehma bejn il-fornitur u r-riċevitur tas-servizz (136). |
|
(111) |
Il-kunċett ta’ “servizzi” jenħtieġ li jinftiehem ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ŻEE (137). Skont din id-dispożizzjoni, is-“servizzi” jinkludu, b’mod partikolari, attivitajiet ta’ karattru industrijali jew kummerċjali u dawk ta’ nies tas-sengħa u l-professjonijiet. |
|
(112) |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li n-natura ta’ attività trid tiġi aċċertata fid-dawl tas-settur li fih isseħħ, u l-mod li bih jiġi organizzat dan is-settur. |
|
(113) |
Fil-qasam edukattiv, bħala eżempju, il-finanzjament tal-edukazzjoni pprovdut taħt sistema nazzjonali ma jitqiesx bħala kunsiderazzjoni għal servizz fejn jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-Istat mhux qiegħed ifittex li jinvolvi ruħu f’attività bi skop ta’ qligħ meta jistabbilixxi u jżomm is-sistema edukattiva, iżda pjuttost li jissodisfa d-dmirijiet tiegħu lejn il-popolazzjoni. It-tieni, is-sistema edukattiva hija ġeneralment iffinanzjata mill-fondi pubbliċi u mhux permezz ta’ pagamenti mill-utenti (138). |
|
(114) |
Fuq il-bażi ta’ linja ta’ raġunament simili, l-element ta’ remunerazzjoni tqies nieqes fir-rigward tal-kindergartens muniċipali fin-Norveġja. Għaldaqstant, il-kindergartens muniċipali ma kinux ikkunsidrati bħala impriżi fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat (139). |
|
(115) |
Fir-rigward tas-settur tas-saħħa, il-Qorti tal-EFTA sostniet li n-natura tal-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ fl-oqsma tal-akkwist, tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tal-arkivjar, trid tiġi ddeterminata skont l-użu sussegwenti tas-servizzi. Fejn is-servizzi ta’ appoġġ ma jiġux ipprovduti fis-suq, iżda fi ħdan sistema tas-saħħa nazzjonali stabbilita abbażi tas-solidarjetà, il-forniment tagħhom huwa ta’ natura mhux ekonomika (140). |
5.2.2. L-applikazzjoni tat-test ġuridiku għall-każ inkwistjoni
|
(116) |
Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (53) u (54) hawn fuq, kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK iwettqu attivitajiet ekonomiċi f’numru ta’ swieq. |
|
(117) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa possibbli li stabbiliment jista’ jwettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi. Madankollu, dan huwa kundizzjonali fuq iż-żamma ta’ kontijiet separati għall-fondi differenti li jirċievi sabiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju ta’ sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu permezz ta’ fondi pubbliċi riċevuti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tiegħu (141). Għalhekk, kwalunkwe riskju ta’ sussidjar reċiproku jrid jiġi eskluż sabiex il-finanzjament pubbliku jitqies bħala dovut lil attivitajiet mhux ekonomiċi. |
|
(118) |
F’dan il-każ, l-ESA ma ġietx ippreżentata b’argumenti li juru li kienu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti, li b’mod effettiv u xieraq, jisseparaw l-introjtu u l-kostijiet skont il-kuntratti kkonċernati minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li kellhom jiġu stabbiliti salvagwardji, u li s-sussidjar reċiproku ma jistax jiġi eskluż (142). |
|
(119) |
Fuq din il-bażi, u irrispettivament minn jekk l-attivitajiet ikkumpensati humiex ta’ natura ekonomika, l-ESA għalhekk hija marbuta li tikkonkludi li l-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikun dovut lil impriża. |
|
(120) |
Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati, madankollu, l-ESA se tivvaluta wkoll jekk l-attivitajiet ikkumpensati taħt il-miżuri kkonċernati humiex fihom infushom ekonomiċi. L-ESA se tivvaluta l-ewwel dawk l-attivitajiet li jikkonċernaw id-dwal tat-toroq li kienu proprjetà ta’ kumpaniji fil-grupp BKK. |
|
(121) |
Kif huwa mtenni fil-paragrafi (59)-(60) hawn fuq, l-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għar-responsabbiltajiet tal-muniċipalitajiet skont it-Taqsima 20 tal-Att Norveġiż dwar it-Toroq sabiex joperaw u jagħmlu manutenzjoni tat-toroq muniċipali. Filwaqt li t-Taqsima 20 ma tobbligax lill-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell, din l-attività tikkontribwixxi għall-objettiv tas-sikurezza fit-toroq. Barra minn hekk, il-Muniċipalità ssegwi l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen) meta tippjana, tibni u taġġorna t-toroq. Dan l-istandard fih speċifikazzjonijiet dwar l-eżistenza tad-dwal tat-toroq (143). |
|
(122) |
F’dan l-isfond, l-awtoritajiet Norveġiżi jasserixxu, kif huwa identifikat fil-paragrafu (61), li s-sentenza f’Selex tappoġġa l-pożizzjoni tagħhom li l-attivitajiet ikkumpensati ma humiex ekonomiċi (144). Barra minn hekk, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (62), l-awtoritajiet Norveġiżi jinvokaw il-paragrafu 17 dwar is-setgħat pubbliċi u l-awtoritajiet pubbliċi fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (145). Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Norveġiżi jgħidu li l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi tas-sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod ugwali għal attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal finijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi. |
|
(123) |
Kif diġà ġie stabbilit, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom titwettaq attività meta jiġi ddeterminat jekk l-attività tkunx ekonomika fin-natura (146). F’dan il-każ, il-punt tat-tluq naturali għal din il-valutazzjoni huwa l-qafas regolatorju fis-seħħ fir-rigward tal-provvista tad-dawl tat-toroq tul it-toroq muniċipali fin-Norveġja, kif ukoll iċ-ċirkostanzi speċifiċi f’Bergen. |
|
(124) |
Fir-rigward tal-qafas regolatorju fis-seħħ fin-Norveġja, il-leġiżlazzjoni u l-istandards imsemmija mill-awtoritajiet Norveġiżi sempliċiment ifissru li l-muniċipalitajiet huma responsabbli għat-tħaddim tal-infrastrutturi muniċipali tat-toroq, u li r-rekwiżiti dwar l-eżistenza tad-dawl tat-toroq jeħtieġ li jiġu ssodisfati, sabiex it-toroq jissodisfaw l-istandard (veinormalen) tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Pubbliċi (Statens vegvesen). Kif huwa stabbilit hawn fuq, madankollu, it-Taqsima 20 tal-Att Norveġiż dwar it-Toroq ma teħtieġx li l-muniċipalitajiet jipprovdu dawl tat-toroq, jew jipprovdu dawl tat-toroq f’ċertu livell. Barra minn hekk, ma hemm xejn li jipprekludi lill-muniċipalitajiet milli jidħlu f’kuntratti ma’ entitajiet kummerċjali (partijiet) tat-tħaddim u l-manutenzjoni tat-toroq muniċipali bħala attività ekonomika. |
|
(125) |
Fir-rigward taċ-ċirkostanzi speċifiċi f’Bergen, l-ESA tinnota li l-effett tal-inklużjoni tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq, meta bigħet lil Bergen Lysverker, kien li BKK DA saret l-uniku fornitur disponibbli tul it-toroq muniċipali kkonċernati. BKK DA kisbet din il-pożizzjoni f’kompetizzjoni ma’ ħames offerenti oħra. |
|
(126) |
Barra minn hekk, kif huwa deskritt fil-paragrafu (32), it-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ kienet tinkludi mekkaniżmu li jirregola l-kumpens ekonomiku futur. Dan il-mekkaniżmu jippermetti livell regolat ta’ redditu. |
|
(127) |
Fuq din il-bażi, l-ESA hija tal-fehma li permezz tal-bejgħ tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq, flimkien mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li jippermetti livell regolat ta’ redditu, il-Muniċipalità ħolqot suq għall-provvista tas-servizzi kkonċernati lill-Muniċipalità bħala attività ekonomika. Il-fatt li l-infrastruttura kienet ta’ natura unika, li jirriżulta li x-xerrej tagħha sar l-uniku fornitur disponibbli, fih innifsu ma jfissirx li l-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK ma pprovdewx servizzi f’suq. Barra minn hekk, BKK DA kisbet il-pożizzjoni esklużiva tagħha f’kompetizzjoni ma’ ħames offerenti oħra. |
|
(128) |
Din il-fehma hija kkonfermata mill-kors ta’ azzjoni meħud mill-grupp BKK u mill-Muniċipalità fir-rigward tal-kuntratti sussegwenti li saru f’intervalli regolari. Il-grupp BKK fittex li jimmassimizza l-profitti tiegħu permezz tal-interpretazzjoni tiegħu tat-termini tal-kuntratt u enfasizza li qiegħed jopera kummerċjalment bil-ħsieb li joħloq valuri għall-azzjonisti tiegħu (147). Min-naħa l-oħra, il-Muniċipalità aġixxiet fuq il-bażi li qiegħda taffaċċja bejjiegħ kummerċjali. L-awtoritajiet Norveġiżi tabilħaqq irreferew għas-setgħa tas-suq li jgawdi minnha l-grupp BKK fil-kapaċità tas-sid tal-infrastruttura. |
|
(129) |
Kif huwa evidenti minn diversi każijiet ta’ lmenti quddiem il-bord Norveġiż tal-ilmenti għall-akkwist pubbliku (KOFA), is-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni u mat-tħaddim tad-dwal tat-toroq huma offruti wkoll minn bejjiegħa differenti fuq bażi kummerċjali (148). F’konformità ma’ dan, il-Muniċipalità, kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.1.4, irċeviet offerti minn diversi fornituri meta nediet proċedura kompetittiva għal dawn is-servizzi. |
|
(130) |
Għaldaqstant, l-ESA tosserva li kienet tabilħaqq prassi normali fin-Norveġja u fiż-żona ta’ Bergen li jiġu pprovduti servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tħaddim għal remunerazzjoni. Dan jindika wkoll li dawn l-attivitajiet kienu ta’ natura ekonomika. |
|
(131) |
Fir-rigward tal-kumpens imħallas fir-rigward tal-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, ma hemm xejn fit-termini tal-kuntratt li jindika li dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod differenti. Bl-eċċezzjoni li ma hemm l-ebda kost kapitali li għandu jiġi kkumpensat, it-termini kienu, sal-1 ta’ April 2020, l-istess bħal dawk għad-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK. Mill-1 ta’ April 2020, is-servizzi ġew ipprovduti taħt kuntratt kummerċjali mogħti abbażi ta’ proċedura kompetittiva (149). |
|
(132) |
Fir-rigward tar-referenza magħmula mill-awtoritajiet Norveġiżi għas-sentenza f’Selex (150), jenħtieġ li jiġi mfakkar li dik il-kawża kienet tikkonċerna attivitajiet imwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (“Eurocontrol”). Il-Eurocontrol ġiet stabbilita minn diversi Stati Ewropej skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kooperazzjoni għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (151). |
|
(133) |
Wara appell, il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet is-sejba tagħha minn kawża preċedenti li, meta jitqiesu b’mod ġenerali, l-attivitajiet tal-Eurocontrol kienu, min-natura u l-għan tagħhom u r-regoli li għalihom kienu soġġetti, marbuta mal-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi relatati mal-kontroll u s-superviżjoni tal-ispazju tal-ajru. Din il-konklużjoni applikat ukoll fir-rigward tal-assistenza pprovduta mill-Eurocontrol lill-amministrazzjonijiet nazzjonali b’rabta, b’mod partikolari, ma’ offerti għall-akkwist ta’ tagħmir u sistemi fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (152). |
|
(134) |
Fid-dawl tal-valutazzjoni stabbilita fil-paragrafi (123)-(131), l-ESA għalhekk issostni li l-każ inkwistjoni huwa materjalment differenti mis-sentenza f’Selex. Jenħtieġ li jiġi mfakkar ukoll li f ’Selex, il-Qorti tabilħaqq indikat li l-fatt li korp ikun ta’ profitt huwa indikazzjoni li attività hija ta’ natura ekonomika (153). |
|
(135) |
L-ESA lanqas ma tista’ taqbel li l-attivitajiet ikkumpensati taħt il-miżuri (a) u (c) jikkonċernaw setgħat pubbliċi jew awtorità pubblika fis-sens tal-paragrafu 17 tal-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (154). Minflok, is-sitwazzjoni hija li l-Muniċipalità kkumpensat fornitur li jopera fuq bażi kummerċjali u ekonomika. Bħala tali, is-sitwazzjoni hija l-istess bħal dik fejn muniċipalità takkwista xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-bini jew mal-manutenzjoni tat-toroq muniċipali minn kuntrattur kummerċjali. |
|
(136) |
Bl-istess mod, l-ESA tibqa’ mhux konvinta mill-affermazzjoni li l-attivitajiet li jsegwu l-objettivi tas-sikurezza pubblika jenħtieġ li jiġu kklassifikati b’mod ugwali għal attivitajiet mhux ekonomiċi mwettqa għal skopijiet soċjali, kulturali, edukattivi u pedagoġiċi. Ma hemm l-ebda bażi fil-ġurisprudenza sabiex jiġi konkluż li l-attivitajiet ma humiex ekonomiċi per se minħabba li jsegwu objettiv partikolari. Għal dak l-għan, kif imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom titwettaq l-attività. Pereżempju, l-attivitajiet ta’ manutenzjoni relatati mal-proprjetà pubblika jistgħu jitwettqu b’mod ċar fuq bażi ekonomika, anke jekk ikunu meħtieġa għas-sikurezza tal-utenti. |
5.2.3. Konklużjoni
|
(137) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens skont il-miżuri (a) u (c) ikun dovut lil impriża. Sal-punt li l-finanzjament tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) ikun ta vantaġġ lill-istess entitajiet, dan il-vantaġġ imbagħad ikun dovut ukoll lil impriża. |
5.3. PREŻENZA TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT
|
(138) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun ingħatat mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. Il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat jinkludi r-riżorsi ta’ entitajiet reġjonali intra-statali (155). |
|
(139) |
Il-miżuri huma kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Muniċipalità. Għalhekk dawn jinvolvu l-konsum tar-riżorsi tal-Istat. |
5.4. VANTAĠĠ
5.4.1. Introduzzjoni
|
(140) |
Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (156). Għaldaqstant, jistgħu jagħtu vantaġġ mhux biss benefiċċji pożittivi bħal sussidji, self jew investimenti diretti, iżda wkoll interventi li, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett, ikunu tal-istess natura u jkollhom l-istess effetti (157). F’konformità ma’ dan, miżura ma tistax titqies li taqa’ barra mill-ambitu tal-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat sempliċiment minħabba li tieħu l-forma ta’ ftehim li jinkludi impenji reċiproċi (158). |
5.4.2. Ma jistax jiġi eskluż vantaġġ fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet Altmark
5.4.2.1. Il-kundizzjonijiet Altmark
|
(141) |
Hemm ġurisprudenza speċifika applikabbli fir-rigward tal-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil impriżi fdati b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”). Mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Altmark isegwi li, f’każijiet bħal dawn, il-preżenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, tista’ tiġi eskluża meta jiġu ssodisfati l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (159):
|
|
(142) |
L-ESA ppubblikat sett ta’ linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-SGEIs (160). Il-kundizzjonijiet Altmark huma indirizzati fit-Taqsima 3 ta’ dawk il-linji gwida. |
5.4.2.2. L-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark fil-każ inkwistjoni
|
(143) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, l-impriża riċeventi trid tkun meħtieġa twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar. |
|
(144) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan ta’ din il-kundizzjoni huwa li jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali. Dan jeħtieġ id-determinazzjoni ta’ jekk, l-ewwel nett, l-impriża riċeventi effettivament għandhiex obbligi ta’ servizz pubbliku biex twettaq u, it-tieni, jekk dawk l-obbligi humiex definiti b’mod ċar fil-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, iridu jiġu ssodisfati l-kriterji minimi fir-rigward tal-eżistenza ta’ att wieħed jew aktar ta’ awtorità pubblika li jiddefinixxu, b’mod preċiż biżżejjed, in-natura, id-durata u l-ambitu tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-impriża/i fdata(i) (161). |
|
(145) |
F’konformità ma’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat sentenza mill-Qorti Ġenerali li sabet li, fin-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tas-servizz inkwistjoni bħala servizz ta’ SGEI fil-liġi nazzjonali, l-ewwel kundizzjoni Altmark ma ġietx issodisfata. Din is-sejba ma setgħetx tiġi kkontestata mill-eżistenza ta’ falliment tas-suq fis-suq ikkonċernat, u li s-servizz seta’ ġie definit bħala SGEI. Dawk iċ-ċirkostanzi ma kinux rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriżi kkonċernati kinux fil-fatt fdati b’obbligi ta’ servizz pubbliku minn att pubbliku, u jekk dawk l-obbligi kinux definiti b’mod ċar f’dak l-att (162). |
|
(146) |
Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li sabiex impriża titqies bħala fdata b’SGEI, dan irid ikun permezz ta’ att ta’ awtorità pubblika (163). Dawn l-atti ta’ inkarigu jistgħu jinkludu kuntratti, diment li dawn ikunu ġejjin minn awtorità pubblika u jkunu vinkolanti (164). Il-fatt li servizz jifforma s-suġġett ta’ kuntratt pubbliku, madankollu, ma huwiex biżżejjed sabiex jassumi l-istatus ta’ SGEI mingħajr spjegazzjoni speċifika (165). |
|
(147) |
Għalhekk, il-mistoqsija rilevanti ma hijiex jekk il-Muniċipalità setgħetx tafda lill-kumpaniji fil-grupp BKK b’SGEI li jinkludi s-servizzi kkonċernati, iżda jekk fil-fatt għamlitx dan. |
|
(148) |
Il-punt tat-tluq naturali għall-valutazzjoni ta’ dan, huwa li la l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas il-BKK Veilys ma sostnew li l-grupp BKK ġie fdat b’SGEI. |
|
(149) |
Kif huwa evidenti mit-Taqsimiet 3 u 4 hawn fuq, fil-kummenti tagħhom l-awtoritajiet Norveġiżi ma rreferew xejn għal-liġi li tappartjeni għall-SGEIs. BKK Veilys sempliċiment iddikjarat li jekk il-provvista ta’ dawl tat-toroq tkun SGEI, il-kundizzjonijiet Altmark jiġu ssodisfati. Dan jissuġġerixxi, f’konformità mas-sejba preliminari fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li l-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku li jwettqu fir-rigward tal-miżuri (166). |
|
(150) |
Din il-fehma hija appoġġata aktar mill-kuntratti pprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi. |
|
(151) |
Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3 ta’ hawn fuq, il-ftehim tal-bejgħ tal-1996 kien ikkaratterizzat mill-Muniċipalità li bigħet intrapriża, u minn BKK DA li akkwistatha. Filwaqt li l-ftehim kien jinkludi stipulazzjonijiet dwar il-provvista futura ta’ dawl tat-toroq u servizzi relatati, id-dokumentazzjoni pprovduta ma fiha l-ebda indikazzjoni li l-Muniċipalità, fis-sens tal-ġurisprudenza, fdat l-obbligi tas-servizz pubbliku fuq BKK DA. |
|
(152) |
L-istess jgħodd għall-kuntratti sussegwenti mal-kumpaniji fil-grupp BKK. Rigward dawk l-attivitajiet li jikkonċernaw id-dwal tat-toroq ikkontrollat mill-grupp BKK, dawn jirriflettu x-xiri mill-Muniċipalità minn bejjiegħ li jikkontrolla input meħtieġ, għall-kuntrarju li jiġu fdati obbligi ta’ servizz pubbliku. Rigward il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, dawn ġew akkwistati bħala kontribut fil-forniment mill-Muniċipalità ta’ dawl tat-toroq permezz ta’ din l-infrastruttura. Iż-żewġ settijiet ta’ attivitajiet ġew inklużi fil-kuntratti mingħajr l-ebda stipulazzjoni, spjegazzjoni jew indikazzjoni li l-kumpaniji fil-grupp BKK ġew fdati b’SGEI. |
5.4.2.3. Konklużjoni
|
(153) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA ssostni s-sejba preliminari tagħha mid-deċiżjoni tal-ftuħ. Fir-rigward tat-tliet miżuri, il-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku xi jwettqu. B’konsegwenza, ma jistax jiġi eskluż vantaġġ fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet Altmark. |
5.4.3. Il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq
5.4.3.1. Sfond
|
(154) |
It-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn entitajiet pubbliċi jitqiesu li ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, meta jkunu konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Din il-kwistjoni ta’ konformità tas-suq tiġi vvalutata skont il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (“MEOP”). |
|
(155) |
Meta tiġi vvalutata dispożizzjoni kontra l-MEOP, l-element deċiżiv huwa jekk l-entità pubblika aġixxietx l-istess bħalma kien jaġixxi operatur tas-suq f’sitwazzjoni simili (167). Konsegwentement, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol bħala operatur ekonomiku, għall-kuntrarju ta’ dak tal-awtorità pubblika (168). |
|
(156) |
Il-kwistjoni ta’ jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat trid tiġi solvuta fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti fiż-żmien meta ġiet deċiża t-tranżazzjoni (169). Dak li jikkostitwixxi remunerazzjoni normali għalhekk jirriżulta mill-fatturi li impriża, li taġixxi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, kienet tqis meta tistabbilixxi r-remunerazzjoni (170). |
|
(157) |
L-ESA hija meħtieġa twettaq valutazzjoni ekonomika kumplessa meta tapplika l-MEOP (171). Din il-valutazzjoni trid titwettaq billi wieħed jibbaża fuq evidenza oġġettiva u verifikabbli li hija disponibbli (172). |
|
(158) |
F’konformità ma’ dak li huwa allegat fl-ilment, f’dan li ġej, l-ESA se tivvaluta jekk il-grupp BKK ġiex ikkumpensat ’il fuq mir-rati tas-suq għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)). Minn hemm ’il quddiem, l-ESA se tivvaluta jekk il-finanzjament tat-12 000 unità tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) tax vantaġġ fuqu. |
|
(159) |
Fl-aħħar nett, l-ESA se tindirizza l-kumpens għall-kostijiet kapitali (il-miżura (c)). F’dik il-valutazzjoni, l-ESA se tikkunsidra, l-ewwel nett, jekk kinitx proporzjonata mal-prassi normali tas-suq sabiex tikkumpensa għall-kostijiet kapitali. It-tieni, l-ESA se tivvaluta jekk il-grupp BKK ġiex ikkumpensat għal dawn il-kostijiet b’rata ogħla mir-rati tas-suq. |
5.4.4. Miżura (a) — tħaddim u manutenzjoni
5.4.4.1. Il-kumpens imħallas fir-rigward tal-infrastruttura li hija proprjetà tal-BKK
|
(160) |
Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-ESA rċeviet informazzjoni addizzjonali dwar il-bejgħ mill-Muniċipalità ta’ Bergen Lysverker. |
|
(161) |
Kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, il-Muniċipalità biegħet l-unità muniċipali Bergen Lysverker, inklużi l-assi u l-operazzjonijiet tagħha, lill-BKK DA fl-1996. Għalkemm BKK DA akkwistat lil Bergen Lysverker permezz ta’ proċess ta’ offerti, il-bejgħ kien ukoll trasferiment intern ta’ sussidjarja. BKK DA dak iż-żmien kienet ikkontrollata kompletament mill-Muniċipalità. |
|
(162) |
Mekkaniżmu li jirregola l-kumpens għall-forniment futur ta’ dawl tat-toroq permezz tal-infrastruttura li nxtrat minn BKK DA, ġie stabbilit fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Kif jirriżulta mill-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsimiet 3.1.2 u 4.1.1, l-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys jaqblu li kienu, u għadhom, marbuta b’din id-dispożizzjoni meta jistabbilixxu l-kumpens. |
|
(163) |
Il-kwistjoni ta’ jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat trid tiġi solvuta, kif diġà ssemma, fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti fiż-żmien meta ġiet deċiża t-tranżazzjoni (173). Konsegwentement, jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ġie stabbilit b’mod li, fiż-żmien tal-bidu tiegħu, jillimita l-livelli ta’ kumpens futuri għar-rati tas-suq, il-kumpens sussegwentement ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-mekkaniżmu ma jikkostitwixxix vantaġġ (174). |
|
(164) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġi vvalutat, l-ewwel nett, jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens kienx imfassal b’mod li jillimita r-remunerazzjoni futura għar-rati tas-suq. Jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, jeħtieġ li jiġi vvalutat, it-tieni, jekk il-mekkaniżmu fil-fatt ġiex irrispettat. |
|
(165) |
F’każ li jikkonċerna l-konformità mas-suq tar-remunerazzjoni mħallsa għall-assistenza mogħtija mill-Uffiċċju Postali Franċiż, La Poste, lis-sussidjarja tiegħu SFMI-Chronopost (“Chronopost”), il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li s-servizzi pprovduti lil Chronopost kienu marbuta b’mod inseparabbli man-network postali uniku ġestit minn La Poste. Peress li dan in-network ma kienx imfassal fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali, dan ma kienx jiġi stabbilit minn impriża privata f’nuqqas ta’ intervent mill-Istat (175). |
|
(166) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li, f’din is-sitwazzjoni, il-kostijiet imġarrba minn La Poste fir-rigward tal-forniment tas-servizzi kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu l-elementi oġġettivi u verifikabbli li abbażi tagħhom trid tiġi vvalutata l-konformità tas-suq tar-remunerazzjoni. Il-preżenza ta’ vantaġġ tista’ tiġi eskluża jekk, l-ewwel, il-prezz mitlub ikun ikopri kif xieraq il-kostijiet varjabbli addizzjonali mġarrba fil-forniment tas-servizzi, kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet fissi u redditu adegwat fuq l-investiment kapitali, u, it-tieni, ma kien hemm xejn li jissuġġerixxi li dawn l-elementi kienu ġew stmati jew stabbiliti b’mod arbitrarju (176). |
|
(167) |
Il-każ inkwistjoni jikkonċerna wkoll servizzi marbuta b’mod inseparabbli ma’ network uniku li ma kienx mibni fuq il-bażi ta’ approċċ kummerċjali, u li ma kienx jinħoloq minn impriża privata fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat. Barra minn hekk, BKK DA kienet tabilħaqq kompletament proprjetà tal-Muniċipalità fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-bejgħ. |
|
(168) |
Fuq din il-bażi, l-ESA ssib is-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien meta ġie stabbilit il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996, komparabbli ma’ dik evalwata mill-Qorti tal-Ġustizzja fi Chronopost. Għaldaqstant, sakemm dan il-mekkaniżmu ta’ kumpens jissodisfa l-istipulazzjonijiet fi Chronopost, l-ESA tqis li dan huwa konformi mat-termini tas-suq. |
|
(169) |
It-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996 tinvolvi, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.2, li l-kumpens jenħtieġ li jkopri l-kost operazzjonali ta’ BKK flimkien ma’ redditu regolat fuq il-kapital impenjat. Għalhekk, fir-rigward tal-element li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim, dan il-mekkaniżmu jippermetti biss kopertura tal-kostijiet. Barra minn hekk, l-ESA ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tindika li l-kostijiet li huma stabbiliti b’mod żbaljat jew arbitrarju, pereżempju bħala riżultat ta’ livell ta’ effiċjenza baxx b’mod artifiċjali jew allokazzjoni mhux xierqa ta’ kost indirett, ikunu eliġibbli għal kumpens. Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens li jappartjeni għall-manutenzjoni u t-tħaddim huwa konformi mal-istipulazzjonijiet fi Chronopost. |
|
(170) |
Fir-rigward tat-tieni kwistjoni ta’ jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ġiex irrispettat, operatur privat razzjonali kien, filwaqt li jżomm f’moħħu s-somom involuti, jinvesti riżorsi suffiċjenti sabiex jiżgura l-konformità. Dan ikun jinvolvi kontrolli tal-bażi għall-prezzijiet ippreżentati mill-grupp BKK, inkluż dwar kif ġew iddeterminati l-kostijiet diretti u indiretti. Barra minn hekk, l-ESA hija konvinta li xerrej privat kien jibda passi legali jekk jiffaċċja fornitur li ma jkunx irid jiddokumenta li l-prezzijiet tiegħu jikkonformaw mal-mekkaniżmu ta’ kumpens miftiehem. |
|
(171) |
Kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.3, il-Muniċipalità kkontestat dak li hija tqis bħala ipprezzar għoli min-naħa tal-grupp BKK. Il-Muniċipalità ammettiet ukoll li ma tistax teskludi li l-livelli ta’ kumpens jammontaw għal kumpens żejjed u li n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni abbażi tal-prezzijiet mitluba huwa problematiku. Barra minn hekk, il-Muniċipalità kellha dan it-tħassib matul il-perjodu kopert mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(172) |
Fir-rigward tal-informazzjoni ppreżentata minn BKK Veilys, kif ippreżentata fit-Taqsima 4.1.3, din ma fiha l-ebda dettall dwar il-bażi għall-prezzijiet mitluba. B’mod partikolari, l-informazzjoni ma tistipulax il-kostijiet diretti u indiretti assoċjati mal-attivitajiet relatati mat-tħaddim u l-manutenzjoni, u kif dawn ġew stabbiliti. Fir-rigward tal-kost indirett, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar liema mekkaniżmu ta’ allokazzjoni huwa fis-seħħ, u għaliex dan jitqies xieraq. Dan in-nuqqas ta’ speċifiċità huwa indikazzjoni li l-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ma ġiex irrispettat. |
|
(173) |
Fir-rigward taċ-ċifri minn KOSTRA, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (69), dawn jippreżentaw il-kostijiet totali ta’ kull muniċipalità għal kull punt tad-dawl fis-sena, inkluż l-elettriku. Iċ-ċifri juru li matul il-perjodu mill-2015 sal-2019, il-Muniċipalità kellha l-ogħla kostijiet irreġistrati tal-akbar 10 muniċipalitajiet li huma rrappreżentati. |
|
(174) |
Id-differenzi fil-kostijiet bejn il-muniċipalitajiet jistgħu jirriżultaw minn diversi fatturi, kif huwa spjegat fil-paragrafi (67)-(68) u (94) hawn fuq. Madankollu, la l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma pprovdew informazzjoni li tissostanzja li l-livelli tal-kostijiet f’KOSTRA huma ġġustifikati. BKK Veilys sempliċiment affermat li fatturi partikolari jaffettwaw il-kostijiet f’Bergen, mingħajr ma tiddokumenta aktar dan. |
|
(175) |
Konsegwentement, l-ESA ssib li ċ-ċifri minn KOSTRA huma indikazzjoni li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed. Madankollu, iċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kumpens żejjed jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)). |
|
(176) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-kumpens x’aktarx qabeż il-livell proporzjonat mal-mekkaniżmu fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Dan jirrifletti nuqqas min-naħa tal-Muniċipalità li tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li dan il-mekkaniżmu jkun ġie osservat. Bħala tali, il-Muniċipalità ma aġixxietx bħala xerrej privat. |
5.4.4.2. Il-kumpens fir-rigward tal-infrastruttura tal-Muniċipalità
|
(177) |
Kif huwa deskritt fit-Taqsimiet 3.1.3, 3.1.4 u 3.1.5, il-Muniċipalità kellha, u għad għandha, numru ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali tagħha. Barra minn hekk, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.1.4, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ din l-infrastruttura tal-Muniċipalità, b’effett mill-1 ta’ April 2020, twettqu taħt kuntratt li l-Muniċipalità kienet ħarġet b’offerta. |
|
(178) |
Kif jidher mill-istedina tagħha għall-offerti għal dan il-kuntratt, il-Muniċipalità kienet libera li tixtri l-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-Muniċipalità minn kwalunkwe fornitur li kien lest li jbigħ u ma kinitx marbuta b’xi mekkaniżmu ta’ kumpens predefinit. Għalhekk, l-ESA se tivvaluta separatament il-kumpens imħallas fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. |
|
(179) |
L-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsima 3.1.4 tindika li l-għoti tal-kuntratt li ngħata l-offerta segwa proċedura kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja, u mingħajr kundizzjonijiet f’konformità mal-liġi taż-ŻEE dwar l-akkwist. Id-deċiżjoni ta’ għoti kienet ibbażata fuq l-aktar prezz baxx, u ma hemm xejn li jindika li r-rata prevalenti tas-suq kienet fil-fatt aktar baxxa minn dik miksuba. Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-kumpens imħallas għall-manutenzjoni u t-tħaddim skont il-kuntratt li ngħata l-offerta ma tax vantaġġ lill-grupp BKK (177). |
|
(180) |
Fir-rigward tal-kumpens għall-attivitajiet imwettqa qabel l-1 ta’ April 2020, l-ESA tosserva li filwaqt li l-Muniċipalità qieset il-livell tal-prezz bħala għoli, hija ma vverifikatx jekk is-servizzi setgħux jiġu akkwistati b’kostijiet aktar baxxi mingħand fornitur ieħor. Minflok, hija aċċettat li l-istess prezz għal kull dawl tat-toroq ġie applikat fir-rigward tal-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK. Għaldaqstant, l-ESA tosserva li l-Muniċipalità ma aġixxietx bl-istess mod kif kien jagħmel xerrej privat. |
|
(181) |
Fir-rigward tal-livell ta’ kumpens, dan kien, kif issemma’, l-istess għal kull dawl tat-toroq kif għal dawk id-dwal tat-toroq ikkontrollati mill-grupp BKK. Kif huwa osservat fil-paragrafu (176), it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-livell ta’ kumpens qabeż dak permess mill-mekkaniżmu bbażat fuq il-kostijiet fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Dan jissuġġerixxi wkoll li l-Muniċipalità ħallset aktar milli kienet tagħmel kieku akkwistat is-servizzi fis-suq miftuħ. |
|
(182) |
Ma hemm xejn fl-informazzjoni sottomessa li jindika l-kuntrarju. Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (173) sa (175), iċ-ċifri minn KOSTRA huma tabilħaqq indikazzjoni li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed. Madankollu, iċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kumpens żejjed jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)). |
|
(183) |
L-ESA qieset ukoll l-eżitu tal-offerta għas-servizzi mwettqa mill-1 ta’ April 2020. Madankollu, kif huwa stabbilit fil-paragrafu (48), il-kuntratt li ngħata l-offerta kien jinkludi wkoll it-12 000 unità tat-tidwil tal-LED installati fuq in-network ta’ BKK. Għalhekk, it-termini miksuba skont il-kuntratt li ngħata l-offerta ma jirrappreżentawx komparatur sinifikanti fir-rigward tal-prezzijiet li qabel kienu jintalbu fir-rigward tad-dwal tat-toroq tal-Muniċipalità. |
|
(184) |
Konsegwentement, l-ESA jeħtiġilha tikkonkludi abbażi tal-informazzjoni disponibbli li jifdal. Kif huwa stabbilit fil-paragrafi (180)-(182), it-totalità ta’ din l-informazzjoni tindika li l-grupp BKK ġie kkumpensat iżżejjed ukoll fir-rigward ta’ dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità. |
5.4.4.3. Konklużjoni
|
(185) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-grupp BKK ingħata kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali f’Bergen. Rigward dawk id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-grupp BKK, dan il-kumpens żejjed għadu għaddej. Rigward id-dwal tat-toroq li huma proprjetà tal-Muniċipalità, il-kumpens żejjed huwa limitat għall-attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020. |
|
(186) |
Filwaqt li l-informazzjoni sottomessa tistabbilixxi li ngħata vantaġġ, hija ma poġġietx lill-ESA f’pożizzjoni li tiddetermina l-ammont tagħha. Dan huwa rifless fl-ordni ta’ rkupru stabbilita fit-Taqsima 10 ta’ hawn taħt. |
5.4.5. Miżura (b) — il-finanzjament ta’ 12 000 unità tat-tidwil tal-LED
|
(187) |
Kif jirriżulta mill-informazzjoni ppreżentata fit-Taqsimiet 3.4 u 4.1.4 hawn fuq, l-unitajiet tat-tidwil tal-LED ġew akkwistati mill-Muniċipalità minn fornitur estern. Is-sjieda tagħhom ma ġietx, u mhux se tiġi, trasferita lill-grupp BKK. Għaldaqstant, ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba l-fatt li l-Muniċipalità ma żżammitx is-sjieda tagħha tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED. |
|
(188) |
L-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys komplew jiċċaraw li x-xiri tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED kien jammonta għal aġġornament straordinarju li BKK Veilys ma kinitx obbligata tagħmel. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż li ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba l-fatt li l-Muniċipalità ħelset lil BKK Veilys minn imposti li kellha ġġarrab skont it-termini tal-kuntratt(i). |
|
(189) |
Rigward it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED, dawn il-kompiti ġew inklużi fil-kuntratt ta’ servizz separat li ġie offrut b’offerta. Il-kumpens skont dan il-kuntratt, għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu (179), ma tax vantaġġ lill-grupp BKK. |
|
(190) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA ssib li l-finanzjament tat-12 000 unità tat-tidwil tal-LED (il-miżura (b)) fih innifsu ma tax vantaġġ lill-kumpaniji fi ħdan il-grupp BKK. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafi (191) u (192) hawn taħt, madankollu, l-ESA tenfasizza li huwa meħtieġ li titqies l-installazzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED meta jiġi stabbilit il-livell ta’ kumpens żejjed skont il-miżuri (a) u (c). |
|
(191) |
Sal-punt li din l-installazzjoni naqqset il-kost tat-tħaddim u l-manutenzjoni, mingħajr ma dan wassal għal kumpens imnaqqas f’konformità mal-mekkaniżmu bbażat fuq il-kost fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996, dan jammonta għal kumpens żejjed skont il-miżura (a). L-ESA tinnota, f’dan ir-rigward, li filwaqt li l-kuntratt ta’ konċessjoni jinkludi t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED, jidher li l-grupp BKK għadu kkumpensat, skont il-kuntratt deskritt fil-paragrafu (45), għall-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura li fuqha jiġu installati dawn l-unitajiet tat-tidwil. Barra minn hekk, jidher li l-livell ta’ kumpens baqa’ l-istess bħal meta l-kuntratt kien jinkludi wkoll dawk l-unitajiet tat-tidwil li ġew issostitwiti bl-unitajiet tat-tidwil tal-LED (178). |
|
(192) |
Fir-rigward tal-miżura (c), huwa meħtieġ li jitqiesu l-unitajiet tat-tidwil tal-LED li huma proprjetà tal-Muniċipalità meta jiġi stabbilit il-livell korrett ta’ kumpens skont ir-regolament dwar ir-ritorn fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996. Minħabba li l-unitajiet tat-tidwil tal-LED huma proprjetà tal-Muniċipalità, dawn ma jistgħux jiġu inklużi fil-bażi kapitali li hija soġġetta għal kumpens. Barra minn hekk, kwalunkwe valur li jifdal tal-unitajiet tat-tidwil li ġew sostitwiti bl-unitajiet tat-tidwil tal-LED, kellu jitneħħa minn din il-bażi kapitali. |
5.4.6. Miżura (c) — il-kumpens għall-kost kapitali
5.4.6.1. Introduzzjoni
|
(193) |
Kif huwa spjegat fit-Taqsima 3.1.2, il-kumpens għall-kost kapitali huwa t-tieni element fil-mekkaniżmu stabbilit fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Kif huwa stabbilit aktar fit-Taqsima 3.5, il-kost kapitali relatat mal-infrastruttura huwa wieħed minn diversi komponenti tal-kost li jinsabu fil-forniment tad-dawl tat-toroq. Għalhekk, kieku l-Muniċipalità kienet tappartjeni għall-infrastruttura nnifisha, kienet tħallas dawn il-kostijiet kapitali direttament. Min-naħa l-oħra, meta d-dawl tat-toroq jiġi prodott permezz ta’ rikors għal infrastruttura li tkun proprjetà ta’ entità ġuridika oħra, il-kost kapitali jaqa’ taħt din l-entità. Abbażi ta’ din l-informazzjoni l-ġdida, l-ESA tqis li din hija proporzjonata mal-prattika normali sabiex tikkumpensa lis-sid tal-infrastruttura għall-kost kapitali. |
|
(194) |
Skont il-mekkaniżmu fil-ftehim tal-bejgħ tal-1996, il-grupp BKK huwa intitolat għall-kost kapitali għall-kapital impenjat li huwa ugwali għar-rata ta’ redditu stabbilita mill-NVE għall-infrastruttura tal-grilja tal-enerġija regolata. Bl-istess mod bħal fil-każ tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq li huma proprjetà ta’ BKK, l-ESA ssib li jekk dan l-element fil-mekkaniżmu ta’ kumpens ikun tfassal b’mod li, fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-bejgħ, jillimita r-remunerazzjoni futura għar-rati tas-suq, il-kumpens sussegwentement ikkalkolat f’konformità ma’ dan ma jikkostitwixxix vantaġġ (179). |
|
(195) |
Skont is-sentenza fi Chronopost, kif huwa stabbilit fil-punt (166), il-kriterju ta’ valutazzjoni għall-kost tal-kapital huwa jekk ir-redditu jaqbiżx redditu adegwat fuq il-kapital investit. Għalhekk, il-mistoqsijiet li għandhom jiġu vvalutati huma, l-ewwel nett, jekk ir-regolament fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 jippermettix ritorn adegwat, għall-kuntrarju ta’ redditu eċċessiv. It-tieni, jekk dik il-mistoqsija tiġi mwieġba fl-affermattiv, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-livelli ta’ kumpens ikunux żammew ma’ din il-limitazzjoni. |
|
(196) |
Ir-regolamentazzjoni tar-redditu fuq il-kapital fil-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 hija magħmula minn żewġ elementi: (i) rata tal-imgħax; u (ii) bażi kapitali li fuqha għandha tiġi applikata r-rata. L-ammont li jirriżulta jirrappreżenta l-kost tal-opportunità tal-kapital u jkopri kemm il-kost tal-finanzjament tal-ekwità kif ukoll id-dejn. |
|
(197) |
Permezz tal-introduzzjoni, l-ESA tinnota li l-kunċett tal-kost tal-opportunità tal-kapital huwa aċċettat b’mod komuni u f’konformità mal-kriterju ta’ redditu adegwat fuq il-kapital investit. Għalhekk, l-ESA se tipproċedi sabiex tivvaluta ż-żewġ elementi tar-regolament (ir-rata tal-imgħax u l-bażi kapitali). |
5.4.6.2. Ir-rata tal-imgħax
|
(198) |
Kif huwa msemmi fit-Taqsima 3.1.1, in-networks tal-enerġija huma monopolji naturali u soġġetti għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur fin-Norveġja. F’konformità ma’ dan ir-reġim, l-NVE jistabbilixxi r-rata ta’ referenza tiegħu sabiex jippermetti lis-sidien tal-infrastruttura redditu raġonevoli fuq l-investimenti (180). |
|
(199) |
L-NVE tistma r-rata fuq bażi annwali bl-użu tal-metodoloġija tal-Kost Medju Ponderat tal-Kapital (“WACC”). Il-parametri tal-input għall-istima tad-WACC tal-NVE jinkludu diversi fatturi relatati mas-suq speċifiċi għall-industrija tan-network tal-enerġija. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, l-ekwità-beta, il-primjums ta’ kreditu tal-industrija u l-istruttura kapitali ottimali. Ir-rata ta’ referenza kienet bejn 5 % u 7 % fl-aħħar 10 snin (181). |
|
(200) |
Skont l-NVE, l-operazzjonijiet tal-grilja tal-enerġija huma kkaratterizzati minn dħul stabbli u prevedibbli u ġeneralment jitqiesu bħala ta’ riskju baxx. Il-parametru beta ta’ ekwità fid-WACC huwa għalhekk stmat bl-użu ta’ kumpaniji elenkati bi flussi ta’ introjtu regolati, bħal diversi fornituri ta’ network ta’ utilità (182). |
|
(201) |
Il-kunċett tal-kost tal-opportunità tal-kapital huwa, kif innotat hawn fuq, f’konformità mal-kriterju li l-prezz mitlub jenħtieġ li jippermetti redditu adegwat fuq il-kapital investit. Barra minn hekk, il-kunċett tad-WACC huwa metodu standard għall-istima ta’ dawn il-kostijiet. |
|
(202) |
Madankollu, id-WACC xieraq għas-servizzi vvalutati fil-każ inkwistjoni jenħtieġ li jirrifletti l-kost tal-opportunità tal-investiment fl-infrastruttura tad-dwal tat-toroq. Għalhekk, id-WACC xieraq jenħtieġ li jirrifletti r-riskju involut f’din l-attività. |
|
(203) |
Simili għan-networks tal-enerġija, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkonċernata tammonta għal monopolju naturali ta’ lonġevità sostanzjali. Fid-dawl tad-domanda konsistenti għad-dawl tat-toroq min-naħa tal-Muniċipalità, ir-riskju għall-varjazzjonijiet fl-introjtu huwa baxx. Barra minn hekk, meta jitqies li l-Muniċipalità qiegħda tħallas għall-elettriku, il-kostijiet jistgħu jkunu mistennija li jkunu stabbli wkoll. |
|
(204) |
Dawn il-fatturi jindikaw li l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE kien jirrappreżenta indikatur xieraq għar-redditu tas-suq meħtieġ għall-operazzjonijiet tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq. L-ESA ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tindika l-kuntrarju. |
|
(205) |
Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-istigazzjoni dwar l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE kienet proporzjonata ma’ livell adegwat ta’ redditu, u għalhekk f’konformità ma’ Chronopost. Madankollu, kif se jkun evidenti mill-valutazzjoni ta’ hawn taħt relatata mal-bażi kapitali, l-informazzjoni sottomessa ma tistabbilixxix kif il-kumpens ġie kkalkolat fil-prattika. |
5.4.6.3. Il-bażi kapitali
|
(206) |
Il-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 ma jispeċifikax il-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-istabbiliment tal-kapital impenjat li huwa l-bażi kapitali. Madankollu, ma hemm xejn fil-formulazzjoni tiegħu li jindika li l-grupp BKK huwa intitolat għal livell eċċessiv ta’ redditu fil-forma ta’ kirjiet ta’ monopolju. Għall-kuntrarju, il-mekkaniżmi tal-kost miżjud, bħal dawk inklużi fil-ftehim tal-bejgħ, normalment jintużaw f’setturi regolati sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ kumpens ikun adegwat. Fuq din il-bażi, l-ESA tqis li l-istigazzjoni li r-rata ta’ referenza tal-NVE għandha tiġi applikata fuq il-kapital impenjat, tinvolvi li l-bażi kapitali għandha tiġi stabbilita b’mod xieraq li jiżgura livell adegwat ta’ redditu. Għaldaqstant, dan l-element huwa proporzjonat ukoll ma’ Chronopost. |
|
(207) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kif ġie pprattikat il-mekkaniżmu, madankollu, l-informazzjoni sottomessa ma tistabbilixxix kif ġie kkalkolat il-kost kapitali eliġibbli. L-awtoritajiet Norveġiżi ma setgħux jipprovdu dettalji speċifiċi u jqisu li l-kontroll min-naħa tagħhom sar diffiċli minħabba n-nuqqas ta’ kontijiet separati. BKK Veilys sempliċiment għamlet referenza ġenerali għall-kapital li jista’ jkun involut fil-kostruzzjoni ta’ infrastruttura simili. Bl-istess mod bħal fil-każ tal-kumpens għat-tħaddim u l-manutenzjoni, dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni huwa minnu nnifsu indikattiv tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996 li ma ġiex irrispettat. |
|
(208) |
Jenħtieġ li jitqies ukoll l-użu tar-rata ta’ referenza tal-NVE. Peress li r-rata ta’ referenza tal-NVE hija rata tal-imgħax nominali li diġà tinkorpora l-inflazzjoni ġenerali, l-applikazzjoni tagħha fuq bażi kapitali stabbilita skont approċċ tal-kost ta’ sostituzzjoni tkun tinvolvi kumpens doppju għall-inflazzjoni ġenerali (183). Skont ir-regolament tal-NVE, li l-mekkaniżmu ta’ kumpens qiegħed jirrifletti b’mod ċar, ir-rata ta’ referenza tal-NVE hija applikata kif xieraq għall-valur kontabilistiku tal-assi tal-grilja tal-enerġija mqiegħda f’użu produttiv, jiġifieri għall-valur storiku tagħhom wara li jitnaqqsu d-deprezzament (184). |
|
(209) |
F’dan ir-rigward, l-ESA ħadet nota tan-nuqqas ta’ qbil bejn il-Muniċipalità u l-grupp BKK. Kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.5, jidher li filwaqt li l-Muniċipalità rrakkomandat l-użu tal-valur kontabilistiku għall-istabbiliment tal-bażi kapitali, il-grupp BKK argumenta favur l-użu tal-kost ta’ sostituzzjoni tal-assi. Barra minn hekk, jidher li dan in-nuqqas ta’ qbil kien prevalenti matul il-perjodu kkonċernat, u li l-bażi kapitali tista’, b’riżultat ta’ dan, tkun ġiet stabbilita b’mod li ma jkunx proporzjonat mar-regolamentazzjoni ta’ redditu adegwat fil-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. |
|
(210) |
Fl-aħħar nett, iċ-ċifri minn KOSTRA, kif huma ppreżentati fil-paragrafu (69), juru li matul il-perjodu mill-2015 sal-2019, il-Muniċipalità kellha l-ogħla kostijiet irreġistrati għad-dawl tat-toroq tal-akbar 10 muniċipalitajiet irrappreżentati. Filwaqt li ċ-ċifri ma humiex dettaljati biżżejjed sabiex jiġi konkluż sa liema punt il-kostijiet irreġistrati jikkonċernaw il-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jew il-kost kapitali (il-miżura (c)), din hija indikazzjoni li l-grupp BKK ġie kkumpensat aktar minn livell adegwat ta’ redditu. |
|
(211) |
Għalhekk, it-totalità tal-informazzjoni sottomessa tindika li l-kumpens x’aktarx qabeż il-livell ta’ redditu adegwat permess mill-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Bl-istess mod bħal fir-rigward tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), dan jirrifletti nuqqas min-naħa tal-Muniċipalità li tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li l-mekkaniżmu ta’ kumpens ikun ġie osservat. Bħala tali, il-Muniċipalità ma aġixxietx bħala xerrej privat. |
5.4.6.4. Konklużjoni
|
(212) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-grupp BKK kien ikkumpensat iżżejjed għall-kost kapitali fir-rigward tad-dwal tat-toroq tiegħu tul it-toroq muniċipali f’Bergen. |
|
(213) |
Filwaqt li l-informazzjoni sottomessa tistabbilixxi li ngħata vantaġġ, hija ma poġġietx lill-ESA f’pożizzjoni li tiddetermina l-ammont tagħha. Dan huwa rifless fl-ordni ta’ rkupru stabbilita fit-Taqsima 10 ta’ hawn taħt. |
5.5. SELETTIVITÀ
|
(214) |
Sabiex jammontaw għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, il-miżuri jridu jkunu selettivi billi jiffavorixxu “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”. |
|
(215) |
Il-miżuri jikkonċernaw il-kumpaniji fil-grupp BKK. Għalhekk, huma ta’ natura selettiva. |
5.6. EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U FUQ IL-KOMPETIZZJONI
5.6.1. Test ġuridiku
|
(216) |
Il-vantaġġ mogħti lil impriża jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE biss jekk jikkawża “distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi jiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” u biss sa fejn “jaffettwa l-kummerċ” bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex dawn il-kriterji jiġu ssodisfati, ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li l-kompetizzjoni fil-fatt qiegħda tiġi mxekkla u li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Huwa biżżejjed li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna hijiex kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ (185). |
|
(217) |
Rigward il-kundizzjoni li tappartjeni għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, ta’ min wieħed jinnota li fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat din id-distorsjoni tista’ tiġi eskluża biss meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet kumulattivi. Dawn il-kundizzjonijiet huma: (a) li s-servizz ikun soġġett għal monopolju legali stabbilit f’konformità mad-dritt taż-ŻEE; (b) li l-monopolju legali mhux biss jeskludi l-kompetizzjoni fis-suq, iżda wkoll għas-suq; (c) li s-servizz ma jkunx f’kompetizzjoni ma’ servizzi oħrajn; u (d) li jekk il-fornitur tas-servizz ikun attiv f’suq ieħor miftuħ għall-kompetizzjoni, is-sussidjar reċiproku jista’ jiġi eskluż (186). |
|
(218) |
F’ġurisprudenza reċenti, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-paragrafu ekwivalenti fl-Avviż korrispondenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (187). Rigward il-kundizzjoni (b), dik il-Qorti enfasizzat li ma kienx biżżejjed li s-servizz ikun soġġett għal monopolju legali ġust. Il-monopolju legali jrid barra minn hekk jeskludi kull kompetizzjoni possibbli sabiex isir il-fornitur esklużiv tas-servizzi (188). |
|
(219) |
Rigward il-kundizzjoni li tikkonċerna effett fuq il-kummerċ, effett bħal dan huwa preżenti meta l-għajnuna ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża li tikkompeti fil-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Madankollu, ma huwiex meħtieġ li l-benefiċjarju jkun involut f’kummerċ bħal dan. Meta Stat taż-ŻEE jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tiegħu tista’ tinżamm jew tiżdied sabiex jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-impriżi stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħrajn sabiex jippenetraw is-suq. Għaldaqstant, il-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi li l-għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (189). |
5.6.2. L-applikazzjoni tat-test ġuridiku għall-każ inkwistjoni
|
(220) |
La l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma sostnew li l-attivitajiet ikkumpensati seħħew fil-mandat ta’ monopolju legali stabbilit legalment. Għaldaqstant, distorsjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tiġi eskluża abbażi tal-kundizzjonijiet kumulattivi fil-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, imtenni fil-paragrafu (217) ta’ hawn fuq. |
|
(221) |
L-attivitajiet ikkumpensati jinkludu wkoll it-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq. Meta l-Muniċipalità kellha kompetizzjoni għal dawn is-servizzi, hija rċeviet offerti minn ħafna impriżi differenti. Kien hemm ukoll diversi każijiet qabel il-KOFA dwar kuntratti ta’ dan is-suġġett li kienu, jew li kellhom ikunu, soġġetti għal offerti madwar iż-ŻEE kollha rreklamati fil-bażi tad-data TED (190). Għaldaqstant, l-ESA tosserva li hemm swieq stabbiliti fin-Norveġja għal servizzi li jappartjenu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq. Barra minn hekk, dawn is-swieq jinkludu kuntratti li jistgħu jkunu ta’ interess fiż-ŻEE kollha. |
|
(222) |
Kif huwa stabbilit fil-paragrafu (54), il-kumpaniji fil-grupp BKK huma attivi wkoll f’numru ta’ swieq oħrajn. Minkejja dan, l-awtoritajiet Norveġiżi ma jistgħux jeskludu li l-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn ġew issussidjati b’mod reċiproku. |
|
(223) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ESA hija konvinta li l-vantaġġi mogħtija lill-grupp BKK jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni billi jippermettulhom iżommu jew isaħħu l-preżenza tas-swieq tagħha. |
|
(224) |
Meta wieħed iqis li l-awtoritajiet lokali fin-Norveġja regolarment joħorġu sejħiet għall-offerti għal kuntratti rigward il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tat-toroq permezz ta’ sejħiet għall-offerti fiż-ŻEE kollha, barra minn hekk huwa realistiku li l-impriżi stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħrajn jikkunsidraw li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq fin-Norveġja fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. Il-vantaġġi mogħtija lill-grupp BKK jistgħu, madankollu, jippermettuh iżomm jew jestendi l-attivitajiet tiegħu għad-detriment ta’ dawn il-kompetituri. Sa fejn seħħ sussidjar reċiproku, l-istess jista’ jkun minnu għal attivitajiet ekonomiċi fi swieq oħrajn miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(225) |
Fuq din il-bażi, l-ESA ssib li l-kumpens żejjed jista’ jaffettwa wkoll il-kummerċ. |
5.6.3. Konklużjoni
|
(226) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ. |
5.7. KONKLUŻJONI DWAR IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(227) |
Kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. |
6. GĦAJNUNA INDIVIDWALI JEW SKEMA TA’ GĦAJNUNA
|
(228) |
L-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jiddefinixxi “skema ta’ għajnuna” bħala “[…] kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx konnessa ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit.” It-terminu “għajnuniet individwali” huwa definit fl-ittra (e) tal-istess Artikolu bħala “[…] għajnuna li ma tingħatax abbażi ta’ skema ta’ għajnuna u għotjiet notifikabbli ta’ għajnuna abbażi ta’ skema ta’ għajnuna.” |
|
(229) |
Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna li l-għajnuna mogħtija fir-rigward tal-infrastruttura kkontrollata mill-grupp BKK, hija tinkludi, kif stabbilit fit-Taqsimiet 5.4.4.1 u 5.4.6, ammonti li jaqbżu l-kumpens permess skont il-mekkaniżmu stabbilit fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996. La l-awtoritajiet Norveġiżi u lanqas BKK Veilys ma identifikaw xi att preeżistenti li jippermetti kumpens żejjed bħal dan. |
|
(230) |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-għajnuna li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-Muniċipalità, kif identifikat fit-Taqsima 5.4.4.2, l-awtoritajiet Norveġiżi u BKK Veilys ma allegawx li dan il-kumpens ingħata abbażi ta’ att kif definit fl-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3. F’konformità ma’ dan, l-informazzjoni sottomessa matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma fiha l-ebda indikazzjoni li l-għajnuna ngħatat abbażi ta’ dan l-att. |
|
(231) |
Fuq din il-bażi, l-ESA tikkonkludi li l-għajnuna kkonċernata hija għajnuna individwali, kif huwa definit fl-Artikolu 1(e) tal-Parti II tal-Protokoll 3. |
7. REKWIŻITI PROĊEDURALI
|
(232) |
Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 “[l]-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjan li tingħata jew li tinbidel għajnuna. […] L-Istat ikkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma l-proċedura tkun irriżultat f’deċiżjoni finali”. |
|
(233) |
L-ESA l-ewwel ġiet informata bl-għajnuna li diġà ngħatat bis-saħħa tal-ilment. Għalhekk, l-għajnuna hija illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protokoll 3. |
8. KOMPATIBBILTÀ
|
(234) |
Mill-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jirriżulta li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat huma inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqu l-ebda argument li l-miżuri kkonċernati jammontaw għal għajnuna kompatibbli. |
|
(235) |
Id-deroga skont l-Artikolu 61(2) tal-Ftehim ŻEE ma hijiex applikabbli peress li l-għajnuna ma hijiex qiegħda tippromwovi xi wieħed mill-għanijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni. Għall-istess raġuni, l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE ma japplikawx għall-każ inkwistjoni. |
|
(236) |
Fir-rigward tal-Artikolu 61(3)(c) tagħha, l-ESA tinnota li l-miżuri ta’ għajnuna jinvolvu kumpens żejjed li jaqbeż il-livell ta’ kumpens meħtieġ sabiex jiġu kkawżati l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju, mingħajr ma tkun meħtieġa għall-ilħuq tal-objettivi speċifikati fl-Artikolu 61(3), ma tistax titqies kompatibbli mal-Ftehim ŻEE (191). Għalhekk, peress li l-kumpens żejjed ma kienx meħtieġ sabiex jiġu kkawżati l-attivitajiet ekonomiċi inkwistjoni, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(237) |
Fir-rigward tad-deroga fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE, l-ESA tosserva, kif huwa stabbilit fit-Taqsima 5.4.2.2, li l-kumpaniji fil-grupp BKK ma kellhomx, u ma għandhomx, obbligu ta’ servizz pubbliku li jwettqu fir-rigward tas-servizzi kkonċernati. Peress li l-kumpens ma jingħatax fir-rigward ta’ impriża fdata b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, id-deroga fl-Artikolu 59(2) ma hijiex applikabbli. |
|
(238) |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ESA ssib li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)) ma jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
9. KONKLUŻJONI
|
(239) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, l-ESA tikkonkludi li l-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)), imħallas lill-kumpaniji fil-grupp BKK, fir-rigward tad-dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità, jammonta għal għajnuna illegali mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
|
(240) |
Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), jikkonċerna, l-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK (192). Fir-rigward ta’ din l-infrastruttura, il-kumpens żejjed jinkludi dawk l-elementi li jaqbżu l-kostijiet eliġibbli għal kumpens skont il-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996. |
|
(241) |
It-tieni, il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jikkonċerna servizzi fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Għal dawn is-servizzi, il-kumpens żejjed huwa ugwali għal dawk is-somom li jaqbżu l-prezz tas-suq li setgħu nkisbu fis-suq miftuħ. |
|
(242) |
Is-sejba ta’ kumpens żejjed illegali u inkompatibbli għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), hija limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK, il-kumpens żejjed għadu għaddej. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità, din tinkludi attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020. |
|
(243) |
Fir-rigward tal-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)), l-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli hija li l-kumpens li jaqbeż il-livell adegwat ta’ redditu permess mill-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996. Peress li din is-sejba ma hijiex limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016, hija tinkludi l-kumpens żejjed kollu mogħti fil-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 10 snin (193). Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġie interrott meta l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi, u stednithom jikkummentaw dwaru, permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017 (194). |
10. IRKUPRU
|
(244) |
Il-Qorti tal-EFTA sostniet li l-obbligu li tiġi revokata l-għajnuna inkompatibbli huwa mfassal sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (195). Dak l-objettiv jintlaħaq ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, u b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu (196). Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, meta jiġi ordnat l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-ESA ma hijiex meħtieġa li tiffissa l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (197). |
|
(245) |
Il-Parti II tal-Protokoll 3 fiha regoli dettaljati dwar l-irkupru. F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 14(1) tiegħu jistabbilixxi obbligu fuq l-ESA li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli sakemm dan ma jkunx imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Dan jipprovdi wkoll li l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra l-għajnuna illegali mill-Istat li tinstab li hija inkompatibbli. |
|
(246) |
Skont l-Artikolu 14(2), l-għajnuna li tista’ tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax ikkalkolat mid-data li fiha l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru tagħha. Kif huwa stipulat fl-Artikolu 14(3), l-irkupru għandu jsir ukoll mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri applikabbli skont il-liġi nazzjonali. Dawk il-proċeduri nazzjonali jridu jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni ta’ rkupru. |
|
(247) |
Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni addizzjonali dwar l-irkupru huma inklużi fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (198). L-ESA ħarġet ukoll Linji Gwida dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli (199). |
|
(248) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija hawn fuq, u f’konformità mal-istipulazzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, l-ESA għalhekk adottat din id-deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) u l-kost kapitali (il-miżura (c)), imħallsa lill-kumpaniji fil-grupp BKK fir-rigward ta’ dwal tat-toroq tul it-toroq muniċipali fil-Muniċipalità, jammontaw għal għajnuna illegali mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.
Artikolu 2
Il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), jikkonċerna, l-ewwel nett, l-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK. Fir-rigward ta’ din l-infrastruttura, il-kumpens żejjed jinkludi dawk l-elementi li jaqbżu l-kostijiet eliġibbli għal kumpens skont il-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim tal-bejgħ tal-1996.
It-tieni, il-kumpens żejjed għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)) jikkonċerna servizzi fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità. Għal dawn is-servizzi, il-kumpens żejjed huwa ugwali għal dawk is-somom li jaqbżu l-prezz tas-suq li setgħu nkisbu fis-suq miftuħ.
Artikolu 3
Il-kumpens żejjed għall-kost kapitali (il-miżura (c)) jinkludi l-kumpens li jaqbeż il-livell ta’ redditu adegwat permess mill-mekkaniżmu fit-Taqsima 7(c) tal-ftehim ta’ bejgħ tal-1996.
Artikolu 4
Fir-rigward tal-kumpens għall-manutenzjoni u t-tħaddim (il-miżura (a)), is-sejba ta’ kumpens żejjed illegali u inkompatibbli hija limitata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq ikkontrollata mill-grupp BKK, dan il-kumpens żejjed għadu għaddej. Fir-rigward tal-infrastruttura tad-dwal tat-toroq li hija proprjetà tal-Muniċipalità, il-kumpens żejjed jinkludi attivitajiet imwettqa sal-1 ta’ April 2020.
Artikolu 5
Fir-rigward tal-kumpens għall-kost kapitali (il-miżura (c)), l-għajnuna misjuba illegali u inkompatibbli tinkludi l-kumpens żejjed kollu mogħti fil-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 10 snin fl-Artikolu 15 tal-Parti II tal-Protokoll 3. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġie interrott meta l-ESA bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Norveġiżi, u stednithom jikkummentaw dwaru, permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2017.
Artikolu 6
L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli msemmija fl-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5.
L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost, ikkalkolat mid-data minn meta l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ meta tiġi rkuprata. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif emendat.
Artikolu 7
L-irkupru għandu jsir minnufih u f’konformità mal-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali tan-Norveġja, sakemm dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-deċiżjoni.
L-awtoritajiet Norveġiżi jeħtiġilhom jassiguraw li l-irkupru tal-għajnuna jiġi implimentat fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Awtorità:
|
1. |
l-ammont totali (imgħax prinċipali u mgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat; |
|
2. |
id-dati li fihom is-somom li għandhom jiġu rkuprati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji kkonċernati fil-grupp BKK; |
|
3. |
rapport dwar il-progress li sar u l-miżuri meħuda għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 9
Jekk l-awtoritajiet Norveġiżi jiltaqgħu ma’ diffikultajiet serji li jżommuhom milli jirrispettaw xi wieħed mill-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, huma jeħtiġilhom jinformaw lill-ESA b’dawn id-diffikultajiet. Sakemm l-awtoritajiet Norveġiżi jkunu ppreżentaw ġustifikazzjoni xierqa, l-ESA tista’ ttawwal l-iskadenzi f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,
Arne RØKSUND
President
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Stefan BARRIGA
Membru tal-Kulleġġ
Árni Páll ÁRNASON
Membru tal-Kulleġġ
Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS
Kontrofirmat bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) id-Deċiżjoni Nru 27/19/COL tas-16 ta’ April 2019 biex tinfetaħ investigazzjoni formali dwar għajnuna mill-Istat potenzjali mogħtija fir-rigward tad-dwal tat-toroq f’Bergen, ĠU C 197, 13.6.2019, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 13.6.2019, p. 1.
(2) Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-informazzjoni dwar Nelfo kienet disponibbli permezz ta’ din il-link: https://www.nho.no/en/english/nho-sectoral-federations/
(3) Id-Dokument Nru 855990, b’annessi ppreżentati bħala d-Dokumenti Nri 855997, 855996, 855995, 858823, 858813, 858821, u 855991. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mis-sit web www.proff.no, l-isem ta’ BKK AS dan l-aħħar inbidel għal Eviny AS. Fid-dawl tal-perjodu ta’ żmien ikkonċernat, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza mad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-isem BKK AS madankollu jintuża f’din id-deċiżjoni. L-ismijiet tal-kumpaniji li jifdal imsemmija huma dawk użati fl-ilment, u fis-sottomissjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Norveġiżi u mill-partijiet interessati.
(4) Id-Dokument Nru 858239.
(5) Id-Dokumenti Nri 863097, 863099, 864432, u 864434.
(6) Id-Dokument Nru 872926.
(7) Ibid.
(8) Id-Dokument Nru 873252.
(9) Id-Dokument Nru 923689.
(10) Id-Dokument Nru 1058456.
(11) It-tifqigħa tal-COVID-19, u l-ammont ta’ xogħol straordinarju relatat f’termini ta’ każijiet ta’ notifika, affettwaw il-ġestjoni tal-każ ta’ dan l-ilment.
(12) Id-Dokument Nru 1070238.
(13) Id-Dokument Nru 1073541, li jinkludi l-annessi rreġistrati bħala d-Dokumenti Nri 1073542 u 1073543.
(14) Id-Dokument Nru 1082647.
(15) Id-Dokument Nru 1126799.
(16) Id-Dokument Nru 1126803.
(17) Id-Dokument Nru 1126801.
(18) Id-Dokument Nru 1178400.
(19) L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra elettronika tat-12 ta’ April 2021, irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1202143. L-ittra ta’ akkumpanjament bid-dokumenti mehmuża huma rreġistrati bħala d-Dokumenti Nri 1194243, 1194249, 1194179, 1194189, 1194181, 1194183, 1194199, 1194185, 1194187, 1194217, 1194191, 1194193, 1194197, 1194195, 1194255, 1194253, 1194205, 1194201, 1194203, 1194209, 1194207, 1194211, 1194213, 1194223, 1194215, 1194229, 1194219, 1194221, 1194225, 1194233, 1194227, 1194235, 1194231, 1194239, 1194251, 1194237, 1194245, 1194241, u 1194247.
(20) Id-Dokument Nru 863099, p. 1. Aktar informazzjoni hija inkluża taħt il-punti 3 u 4 hawn taħt dwar il-kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi u mill-partijiet interessati.
(21) Iċ-ċifri huma mis-sit web www.proff.no.
(22) Id-Dokument Nru 1126803, p. 1, u d-Dokument Nru 1126801, p. 1.
(23) Ara l-paragrafi 19 u 34 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(24) Id-Dokument Nru 855990, p. 6.
(25) Id-Dokument Nru 855990, p. 7-10.
(26) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, il-punti 87-93.
(27) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8), imsemmi fil-punt 1ha tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 225/2012, ippubblikata fil-ĠU L 81, 21.3.2013, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 21.3.2013, p. 32, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1923 tas-7 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (ĠU L 313, 10.12.2018, p. 2), ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 266/2019 (għadha ma ġietx ippubblikata), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1474 tat-13 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tiegħu ta’ applikazzjoni u deroga limitata fiż-żmien għal impriżi f’diffikultà biex iqisu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 1), ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 68/2021 (għadha ma ġietx ippubblikata).
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3), imsemmija fil-punt 1h tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 66/2012 ippubblikata f’ĠU L 207, 2.8.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 56.
(29) Id-Dokument Nru 855990, p. 8.
(30) Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.
(31) Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.
(32) Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.
(33) Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.
(34) Id-Dokument Nru 1126801, p. 3.
(35) Id-Dokument Nru 1194249, p. 2.
(36) Id-Dokument Nru 1194249, p. 4.
(37) Id-Dokument Nru 1194189, p. 2 (impaġinat 1372).
(38) Id-Dokument Nru 1194189, p. 2-3 (impaġinati 1372 u 1373).
(39) Id-Dokument Nru 1194189, p. 5 (impaġinat 1375).
(40) Id-Dokument Nru 1194189, p. 5 u 7 (impaġinati 1375 u 1376).
(41) Id-Dokument Nru 1194179.
(42) Id-Dokument Nru 1194249.
(43) Id-Dokument Nru 1194179. It-taqsima taqra kif ġej fil-kliem oriġinali Norveġiż: “[…] kjøperen står fritt til å avtale på markedsmessige betingelser drift av veilys som skal innebære kostnadsdekning + NVE rente for den kapital som er bundet.”
(44) Id-Dokument Nru 1194249, p. 3-4, u d-Dokument Nru 1194183.
(45) Id-Dokument Nru 1194249, p. 6.
(46) Id-Dokument Nru 1194253, p. 1-5.
(47) Id-Dokument Nru 1194253.
(48) Id-Dokument Nru 1194253.
(49) Id-Dokument Nru 1194205, p. 1-5.
(50) Kopja tal-kuntratt ġiet sottomessa lill-ESA fit-28 ta’ Frar 2019. Din ġiet irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1058456.
(51) Id-Dokument Nru 1058456.
(52) Id-Dokument Nru 1194203.
(53) Id-Dokument Nru 1194209.
(54) Id-Dokument Nru 1194211.
(55) Id-Dokument Nru 1194213.
(56) Id-Dokument Nru 1194223.
(57) Id-Dokument Nru 1194201.
(58) Dan il-kuntratt jissemma fl-ittra rreġistrata bħala d-Dokument Nru 1194203.
(59) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 13.
(60) Id-Dokument Nru 1194249, p. 13.
(61) Id-Dokument Nru 1194251 taħt il-punti 1.6, 2.2, u 8.
(62) Id-Dokument Nru 1194249, p. 13.
(63) Id-Dokument Nru 1194231.
(64) Id-Dokument Nru 1194249, p. 14.
(65) Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-informazzjoni aggregata dwar is-servizzi pprovduti mill-grupp BKK kienet disponibbli fuq: https://www.eviny.no/vare-tjenester.
(66) Id-Dokument Nru 1194249, p. 1.
(67) Id-Dokument Nru 1194249, p. 15.
(68) Id-Dokument Nru 1194249, p. 15.
(69) Id-Dokument Nru 1194249, p. 16.
(70) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.
(71) Id-Dokument Nru 1126803, p. 2.
(72) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, 6 u 7.
(73) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.
(74) Lov om vegar (l-Att dwar it-Toroq), LOV-1963-06-21-23.
(75) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4.
(76) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 5.
(77) L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu b’mod ġenerali għas-sentenza f’“ Selex” . Abbażi ta’ korrispondenza preċedenti, u d-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ESA tqis li l-awtoritajiet Norveġiżi qegħdin jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07P, EU:C:2009:191, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2006 , Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, T-155/04, EU:T:2006:387.
(78) Id-Dokument Nru 1126803, p. 1, u d-Dokument Nru 1126801, p. 4-9.
(79) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 3/17/COL tat-18 ta’ Jannar 2017 li temenda, għall-mija u t-tieni darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [2017/2413], ĠU L 342, 21.12.2017, p. 35-84 u s-Suppliment ŻEE Nru 82, 21.12.2017, p. 1.
(80) Id-Dokument Nru 1126801, p. 5-6.
(81) Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.
(82) Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.
(83) Id-Dokument Nru 1126801, p. 6.
(84) Id-Dokument Nru 1126803, p. 2.
(85) Id-Dokument Nru 1194249, p. 7.
(86) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.
(87) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.
(88) Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, it-terminu KOSTRA huwa taqsira għal KOmmune-STat-RApportering. L-għan ewlieni tal-aggregazzjoni tad-data f’KOSTRA huwa li jiġi speċifikat il-livell tal-kost ta’ diversi servizzi pubbliċi. L-istatistika hija ġestita minn Statistics Norway (SSB). Ara d-Dokument Nru 1194249, p. 10.
(89) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7, u d-Dokument Nru 1194249, p. 10. It-tabella tinsab fil-paġna 10 tad-Dokument Nru 1194249.
(90) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7, u d-Dokument Nru 1194249, p. 16.
(91) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7-8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 16.
(92) Ibid.
(93) Id-Dokument Nru 1194249, p. 11.
(94) Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 12.
(95) Id-Dokument Nru 1126801, p. 8.
(96) Id-Dokument Nru 1194249, p. 12.
(97) Id-Dokument Nru 1194249, p. 11-12.
(98) Id-Dokument Nru 1194249, p. 11.
(99) Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 7.
(100) Id-Dokument Nru 1194179. Kif huwa stabbilit fin-nota f’qiegħ il-paġna 43, l-entrata taqra kif ġej fil-kliem oriġinali Norveġiż: “[…] kjøperen står fritt til å avtale på markedsmessige betingelser drift av veilys som skal innebære kostnadsdekning + NVE rente for den kapital som er bundet.”
(101) Id-Dokument Nru 1194249, p. 7-8.
(102) Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194229, p. 4.
(103) Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194221.
(104) Id-Dokument Nru 1194249, p. 8-9, u d-Dokument Nru 1194225.
(105) Id-Dokument Nru 1194249, p. 9.
(106) Id-Dokument Nru 1194249, p. 8, u d-Dokument Nru 1194233.
(107) Id-Dokument Nru 1194227.
(108) Id-Dokument Nru 1194249, p. 9-10.
(109) Id-Dokument Nru 1126801, p. 8, u d-Dokument Nru 1194249, p. 10.
(110) Id-Dokument Nru 1194235.
(111) Id-Dokument Nru 1194249, p. 10.
(112) Id-Dokument Nru 1194249, p. 10.
(113) Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.
(114) Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.
(115) Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.
(116) Id-Dokument Nru 1073541, p. 1-2.
(117) Id-Dokument Nru 1073541, p. 2.
(118) Id-Dokument Nru 1073541, p. 1.
(119) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(120) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(121) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(122) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(123) Id-Dokument Nru 1073541, p. 2-3.
(124) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(125) Id-Dokument Nru 1073541, p. 3.
(126) Id-Deċiżjoni Nru 3/17/COL tat-18 ta’ Jannar 2017, ikkwotata fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.
(127) Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tas-17 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża E-9/19 Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-punt 87; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta’ Frar 2008 fil-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2008] EFTA Ct. Rep. 62, il-punt 78; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-22 ta’ Marzu 2002 fil-Kawża E-8/00, Landsorganisasjonen i Norge vs Kommunenes Sentralforbund et [2002] EFTA Ct. Rep. 114, il-punt 62.
(128) Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda E-4/10, E-6/10 u E-7/10, Il-Prinċipat tal-Liechtenstein et vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2011] EFTA Ct. Rep. p. 16, il-punt 54; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, EU:C:1987:283, il-punt 7; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, EU:C:1998:303, il-punt 36; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2000, Pavlov et, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, EU:C:2000:428, il-punt 75.
(129) Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 88; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 80.
(130) Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 89; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2019, Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni, C-687/17 P, EU:C:2019:932, il-punti 15-16.
(131) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 1993, Poucet u Pistre vs AGF u Cancava, il-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91, EU:C:1993:63, il-punti 16 sa 20.
(132) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Lulju 2008 , Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio, C-49/07, EU:C:2008:376, il-punt 25.
(133) Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 90; Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni, ikkwotata fin-nota 130 f’qiegħ il-paġna, il-punti 17-19; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 , Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, C-138/11, EU:C:2012:449, il-punt 38.
(134) Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 80-81.
(135) Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-10 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża E-13/19, Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf., il-punt 91; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 81; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 1988 , L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel., 263/86, EU:C:1988:451, il-punt 17.
(136) L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel, ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 17.
(137) L-Istat Belġjan vs Humbel u Edel, ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 16.
(138) Hraðbraut ehf., ikkwotata fin-nota 135 f’qiegħ il-paġna, il-punt 92.
(139) Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 82-84.
(140) Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punti 95-97.
(141) Is-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2017 , Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe, C-74/16, EU:C:2017:496, il-punt 51.
(142) Id-Dokument Nru 1126801, p. 7.
(143) Id-Dokument Nru 1126801, p. 4, u d-Dokument Nru 1194249, p. 5.
(144) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, ikkwotati fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna.
(145) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.
(146) Abelia u WTW AS vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 88; Private Barnehagers Landsforbund vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ikkwotata fin-nota 127 f’qiegħ il-paġna, il-punt 80.
(147) Id-Dokument Nru 1194227, p. 2.
(148) Id-Deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2022, Otera Traftec AS vs Il-Muniċipalità ta’ Lillehammer, il-Kawża 2021/1439; Id-Deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2021, Nett-Tjenester AS vs Il-Muniċipalità ta’ Fredrikstad, il-Kawża 2021/367; Id-Deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2015 , Nettpartner AS vs Il-Muniċipalità ta’ Stavanger et, il-Kawżi Magħquda 2015/47, 2015/48, 2015/49 u 2015/50; Id-Deċiżjoni tat-2 ta’ Settembru 2015 , Traftec AS vs Il-Muniċipalità ta’ Vest-Agder County, il-Kawża 2015/71. Id-deċiżjonijiet huma disponibbli fuq: https://www.klagenemndssekretariatet.no/klagenemda-for-offentlige-anskaffelser-kofa/.
(149) Ara t-Taqsimiet 3.1.3 u 3.1.4.
(150) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, ikkwotati fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna.
(151) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punt 1.
(152) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punti 71-72.
(153) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkwotata fin-nota 77 f’qiegħ il-paġna, il-punti 116-117.
(154) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna.
(155) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 48 u l-ġurisprudenza kkwotata.
(156) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 66; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, Syndicat français de l’Express international (SFEI) et vs La Poste et, C-39/94, EU:C:1996:285, il-punt 60; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, EU:C:1999:210, il-punt 41.
(157) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, EU:C:1974:71, il-punt 13; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tas-17 ta’ Awwissu 2012 fil-Kawża E-12/11 Asker Brygge vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2012] EFTA Ct. Rep. p. 536, il-punt 55; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Novembru 2003, Ministère de l’Économie, des Finances et de l’Industrie vs GEMO SA, C-126/01, EU:C:2003:622, il-punt 28.
(158) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 1999, BAI vs Il-Kummissjoni, T-14/96, EU:T:1999:12, il-punt 71.
(159) Altmark, ikkwotat fin-nota 26 f’qiegħ il-paġna, il-punti 87-93.
(160) ĠU L 161, 13.6.2013, p. 12 (l-Anness I) u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1 (l-Anness I).
(161) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2017, Comunidad Autónoma del País Vasco et vs Il-Kummissjoni, C-66/16 P, EU:C:2017:654, il-punti 72-73.
(162) Ibid, il-punti 74-75.
(163) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Franċiża, C-159/94, EU:C:1997:501, il-punt 65.
(164) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2012, Coordination bruxelloise d’institutions sociales et de santé (CBI) vs Il-Kummissjoni, T-137/10, EU:T:2012:584, il-punt 109.
(165) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-461/13, EU:T:2015:891, il-punt 71. Is-sentenza ġiet ikkonfermata fuq appell fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2017, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-81/16 P, EU:C:2017:1003. Ara b’mod partikolari l-punt 49 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
(166) Il-paragrafu 33 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(167) Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 76; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, EU:C:1991:142, il-punt 19; Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, EU:T:2003:57, il-punt 208.
(168) Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 77; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF), C-124/10 P, EU:C:2012:318, il-punti 79, 80 u 81.
(169) Westdeutsche Landesbank Girozentrale, ikkwotata fin-nota 167 f’qiegħ il-paġna, il-punti 245-246.
(170) Syndicat français de l’Express International (SFEI), ikkwotata fin-nota 156 f’qiegħ il-paġna, il-punti 60-61.
(171) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Scott SA, C-290/07 P, EU:C:2010:480, il-punt 68. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni, T-392/20, EU:T:2022:245, fil-punt 42.
(172) Électricité de France (EDF), ikkwotata fin-nota 168 f’qiegħ il-paġna, il-punt 102.
(173) Westdeutsche Landesbank Girozentrale, ikkwotata fin-nota 167 f’qiegħ il-paġna, il-punti 245 u 246.
(174) Ara fir-rigward tal-ftehimiet dwar l-opzjoni s-sentenza f’Asker Brygge, ikkwotata fin-nota 157 f’qiegħ il-paġna, fil-punt 57 b’aktar referenzi għall-ġurisprudenza.
(175) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 2003 , Chronopost vs Ufex et, il-Kawżi Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, EU:C:2003:388, il-punti 36-37.
(176) Ibid, il-punti 38-40.
(177) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi 89-96.
(178) Fl-ittra tat-12 ta’ April 2021, irreġistrata bħala d-Dokument Nru 1194249, fil-paġna 11 l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li “l-kundizzjonijiet u t-termini fil-ftehim operazzjonali u ta’ manutenzjoni bejn il-Muniċipalità ta’ Bergen u Veilys AS ma kinux mibdula minħabba l-installazzjoni tal-unitajiet tat-tidwil tal-LED.”
(179) Ara l-paragrafu (163) ta’ hawn fuq b’referenzi għall-ġurisprudenza.
(180) L-iskeda informattiva Nru 3/2021 tal-NVE, aġġornata l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2021. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-iskeda informattiva kienet disponibbli fuq il-link li ġejja: https://webfileservice.nve.no/API/PublishedFiles/Download/968a7fea-1dde-4094-836a-6ad8ef9aef7c/202119109/3425690
(181) L-iskeda informattiva Nru 8/2021 tal-NVE, aġġornata l-aħħar fl-14 ta’ Diċembru 2021. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-iskeda informattiva kienet disponibbli fuq il-link li ġejja: https://webfileservice.nve.no/API/PublishedFiles/Download/6c8f4e29-3c0e-418c-a1b4-3d366df1bd71/202119109/3425693
(182) Ibid.
(183) L-iskeda informattiva Nru 8/2021 tal-NVE, imsemmija fin-nota 181 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.
(184) L-iskeda informattiva Nru 3/2021 tal-NVE, imsemmija fin-nota 180 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.
(185) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Lulju 2019 , Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA, C-659/17, EU:C:2019:633, il-punt 29 u l-ġurisprudenza kkwotata.
(186) Il-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, ikkwotati fin-nota 79 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 188.
(187) L-Avviż tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.
(188) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019 , Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, C-385/18, EU:C:2019:1121, il-punti 57-58.
(189) L-INPS, ikkwotata fin-nota 185 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafi 30-31 u l-ġurisprudenza kkwotata.
(190) Il-Kawżi 2021/1439, 2021/367, u 2015/71, ikkwotati fin-nota 148 f’qiegħ il-paġna.
(191) Ara f’dak ir-rigward is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2008 , Nuova Agricast Srl vs Ministero delle Attività Produttive, C–390/06, EU:C:2008:224, il-punt 68 u l-ġurisprudenza kkwotata.
(192) Abbażi tal-informazzjoni sottomessa, huwa l-fehim tal-ESA li dawn id-dwal tat-toroq bħalissa huma proprjetà ta’ Veilys AS.
(193) L-Artikolu 15 tal-Parti II tal-Protokoll 3. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2005, Scott SA vs Il-Kummissjoni, C-276/03, EU:C:2005:590.
(194) Id-Dokument Nru 858239.
(195) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein et, ikkwotata fin-nota 128 f’qiegħ il-paġna, il-punt 142; Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-8 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawżi Magħquda E-10/11 u E-11/11, Hurtigruten ASA vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2012] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 758, il-punt 286.
(196) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65; Il-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL et u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2005] EFTA Ct. Rep. 121 fil-punt 178; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, EU:C:2002:143, il-punt 98.
(197) Ara l-Linji Gwida dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, imsemmija fin-nota 199 f’qiegħ il-paġna hawn taħt, fil-paragrafu 36 b’referenzi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ottubru 2000 , Spanja vs Il-Kummissjoni, C-480/98, EU:C:2000:559, il-punt 25, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988 , Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV et vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda C-67/85, C-68/85, u C-70/85, EU:C:1988:38. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2014 , Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo economico, C-69/13, EU:C:2014:71, fil-punt 21 b’referenzi għall-ġurisprudenza.
(198) Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 789/08/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-Kulleġġ dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-formoli standard għan-notifika tal-għajnuna, ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 72/2010, 22.12.2010, p. 1.
(199) Id-Deċiżjoni Nru 788/08/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda, għas-67 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32-78, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23/2011, 21.4.2011, p. 1. Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu għall-Avviż tal-Kummissjoni intitolat Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri sabiex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi, ĠU 2007 C 272, 15.11.2007, p. 4.
Rettifika
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/110 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 196 tal-25 ta’ Lulju 2022 )
F’paġna 2, fit-titolu,
minflok:
“Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/… tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi”,
aqra:
“Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi”.
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/111 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2268 tas-6 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 455 I tal-20 ta’ Diċembru 2021 )
F’paġna 1, fit-titolu,
minflok:
“ Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/… tas-6 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu” ,
aqra:
“ Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2268 tas-6 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu” .
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/112 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tad-29 ta’ Diċembru 2022 )
F’paġna 66, fil-premessa (14),
minflok:
“Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn [UP daħħal id-data – sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-18 ta’ Lulju 2023 sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”;
F’paġna 75, fl-Artikolu 13,
minflok:
“Dan ir-Regolament għandu japplika minn XX.XX.XXXX.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu japplika mit-18 ta’ Lulju 2023.”.
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/113 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2581 tal-20 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għoti ta’ informazzjoni f’applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tad-29 ta’ Diċembru 2022 )
F’paġna 86, fin-nota f’qiegħ il-paġna (2),
minflok:
“Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 335, XX.XX.XXXX, p. 64).”,
aqra:
“Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 64).”;
F’paġna 87, fl-Artikolu 3,
minflok:
“Dan ir-Regolament għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu ppreżentati fi jew wara xx.xx.xxxx.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu ppreżentati fi jew wara t-18 ta’ Lulju 2023.”;
F’paġna 87, fl-Artikolu 4,
minflok:
“Dan ir-Regolament għandu japplika minn xx.xx.xxxx.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu japplika mit-18 ta’ Lulju 2023.”;
F’paġna 88, fl-Anness, in-nota f’qiegħ il-paġna (1),
minflok:
“ĠU L 335, XX.XX.XXXX, p. 64.”,
aqra: