|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2573
tat-13 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/323 fir-rigward tal-messaġġi relatati mal-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 15(5) u l-Artikolu 16(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2) tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju skont is-sistema kompjuterizzata (“is-sistema kompjuterizzata”) stabbilita bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/118/KE se titħassar u tiġi sostitwita bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (4) b’effett mit-13 ta’ Frar 2023. Minn dakinhar, il-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, kif ukoll merkanzija soġġetta għas-sisa li tkun ġiet rilaxxata għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u mċaqalqa lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex titwassal hemm għall-finijiet kummerċjali, jeħtieġ tiġi mmonitorjata mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(3) |
Mit-13 ta’ Frar 2023, il-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa li tkun ġiet rilaxxata għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, u mċaqalqa lejn territorju ta’ Stat Membru ieħor, sabiex titwassal hemm għall-finijiet kummerċjali, għandhom isiru taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku simplifikat ippreżentat lill-konsenjatur. Sat-13 ta’ Frar 2023, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 (6) japplika, f’konformità ma’ tali movimenti li jsiru barra mis-sistema kompjuterizzata u taħt il-kopertura ta’ dokument f’forma stampata, li huwa dokument ta’ akkumpanjament simplifikat. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/323 (7) jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ merkanzija taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa. B’riżultat tat-tibdil introdott bid-Direttiva (UE) 2020/262, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/323 jeħtieġ jiġi emendat biex jinkludi l-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa li tkun ġiet rilaxxata għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u tiġi mċaqalqa lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex titwassal hemm għall-finijiet kummerċjali. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/323 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2020/262, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/323 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/323 tal-24 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward il-merkanzija soġġetta għas-sisa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward il-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa kif imsemmi fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (*), dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar dan li ġej: (*) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).”;" |
|
(3) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “moviment” tfisser moviment ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa bejn żewġ Stati Membri jew aktar kif imsemmi fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Meta jkunu meħtieġa kodiċijiet għat-tlestija ta’ ċerti kampi tad-data fid-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-kodiċijiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 (*) u l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 (**) għandhom jintużaw kif stabbilit fit-tabelli tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. (*) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 9)." (**) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, u li jistabbilixxi limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (ĠU L 247, 23.9.2022, p. 2)”;" |
|
(5) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. It-talbiet għall-informazzjoni dwar merkanzija soġġetta għas-sisa kif imsemmi fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262 li mhijiex fis-sistema kompjuterizzata għandhom isiru billi jintbagħat dokument imsejjaħ “Talba komuni għall-kooperazzjoni amministrattiva”, kif stabbilit fit-Tabella 7 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. It-tip tat-talba għandu jiġi stabbilit għal “Kooperazzjoni amministrattiva”.”; |
|
(8) |
l-Artikolu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6a Talba għal għeluq manwali Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, meta l-moviment ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa kif imsemmi fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262 ma jkunx jista’ jingħalaq skont l-Artikoli 24, 25 jew 37 ta’ dik id-Direttiva, l-awtorità rikjedenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ biex tagħlaq manwalment moviment ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa kif imsemmi fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, ta’ dik id-Direttiva. Talba bħal din għandha ssir billi jintbagħat dokument ta’ “Talba għal Għeluq Manwali” stabbilit fit-Tabella 15 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni — Riżultati tal-kooperazzjoni amministrattiva Meta jiġi identifikat wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), il-punti (a) sa (e), tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 b’riżultat ta’ kontroll tad-dokumenti jew kontroll fiżiku tal-merkanzija fil-bini ta’ destinatarju rreġistrat, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva (UE) 2020/262 (“destinatarju rreġistrat”), ta’ magazzinier awtorizzat, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva (“magazzinier awtorizzat”), ta’ konsenjatur irreġistrat, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(12) ta’ dik id-Direttiva (“konsenjatur iċċertifikat), jew ta’ destinatarju ċċertifikat, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(13) ta’ dik id-Direttiva (“destinatarju ċċertifikat”), it-trażmissjoni obbligatorja tal-informazzjoni meħtieġa għandha ssir permezz ta’ dokument imsejjaħ "Riżultati tal-Kooperazzjoni amministrattiva”, kif stabbilit fit-Tabella 10 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Id-dokument imsejjaħ “Riżultati tal-kooperazzjoni amministrattiva" għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni — notifika ta’ twissija jew ta’ rifjut Meta awtorità kompetenti ssir taf li l-merkanzija soġġetta għas-sisa li tkun intbagħtet skont it-tifsira tal-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262 ma tkunx intalbet, jew li l-kontenut tad-dokument amministrattiv elettroniku jew id-dokument amministrattiv elettroniku simplifikat ma jkunx korrett, u l-awtorità kompetenti tissuspetta li dan sar minħabba wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), il-punti (a), (b), (c) jew (e), tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, għandha tibgħat dokument imsejjaħ “Twissija jew rifjut ta’ e-AD/e-DAU”, kif stabbilit fit-Tabella 14 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ. Id-dokument imsejjaħ "Twissija jew Rifjut ta’ e-AD/e-DAU" għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ fi żmien jum minn meta l-awtorità kompetenti tinduna bil-fatti msemmija fl-ewwel paragrafu.”; |
|
(11) |
fl-Artikolu 14a, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-fini tal-Artikolu 15(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, meta awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ tkun irċeviet evidenza tat-tlestija ta’ moviment tal-merkanzija soġġetta għas-sisa skont it-tifsira tal-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262, u l-moviment ma jkunx jista’ jingħalaq skont l-Artikoli 24, 25 jew 37 ta’ dik id-Direttiva, l-awtorità għandha tiddeċiedi jekk tagħlaqx manwalment il-moviment tal-merkanzija soġġetta għas-sisa.”; |
|
(12) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(13) |
l-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ prodotti soġġetti għas-sisa (ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 43).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar dokument ta’ sostenn simplifikat għall-ispostament ta’ ġewwa l-Komunità ta’ prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ (ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/323 tal-24 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (ĠU L 66, 11.3.2016, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
is-subintestatura hija sostitwita b’dan li ġej: “ Messaġġi elettroniċi użati għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar merkanzija soġġetta għas-sisa kif imsemmi skont it-tifsira tal-Kapitolu IV, u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu V, tad-Direttiva (UE) 2020/262 ”; |
|
(2) |
in-Noti ta’ Spjegazzjoni huma emendati kif ġej:
|
|
(3) |
it-tabelli 1 sa 16 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Tabella 1 (imsemmija fl-Artikolu 4) Talba għat-Tniżżil ta’ Moviment
Tabella 2 (imsemmija fl-Artikolu 4) Tweġiba għal Tniżżil ta’ Moviment
Tabella 3 (imsemmija fl-Artikolu 4) Storja ta’ moviment
Tabella 4 (imsemmija fl-Artikolu 5) Talba Komuni
Tabella 5 (kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)) Lista ta’ e-AD/e-DAU bħala riżultat ta’ talba ġenerali
Tabella 6 (imsemmija fl-Artikolu 5) Rifjut ta’ Talba Komuni
Tabella 7 (kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)) Talba Komuni għal Kooperazzjoni Amministrattiva
Tabella 8 (imsemmija fl-Artikolu 7) Messaġġ ta’ tweġiba
Tabella 9 (imsemmija fl-Artikolu 7) Messaġġ ta’ Tfakkira għall-Kooperazzjoni Amministrattiva
Tabella 10 (kif imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 9(1) u l-Artikoli 10 u 16) Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva
Tabella 11 (kif imsemmija fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 11) Rapport ta’ Kontroll
Tabella 12 (kif imsemmi fl-Artikolu 14) Rapport dwar l-Avveniment
Tabella 13 (imsemmija fl-Artikolu 12) Interruzzjoni ta’ Moviment
Tabella 14 (kif imsemmi fl-Artikolu 13) Twissija jew Ċaħda tal-e-AD/e-DAU
Tabella 15 (kif imsemmija fl-Artikolu 6a) Talba għall-Għeluq Manwali
Tabella 16 (kif imsemmija fl-Artikolu 14a) Risposta għall-Għeluq Manwali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Fl-Anness II, il-listi ta’ kodiċijiet 1, 2, 4, 5, 6, 8, 11, 15 u 16 huma sostitwiti bil-listi ta’ kodiċijiet korrispondenti li ġejjin:
“ Lista ta’ kodiċijiet 1: ID tas-segwitu tal-korrelazzjoni
|
Kamp |
Kontenut |
Tip ta’ kamp |
Eżempji |
|
1 |
Sena |
Numeriku 2 |
5 |
|
2 |
Identifikatur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali fejn il-messaġġ ġie sottomess għall-ewwel darba |
Alfabetiku 2 |
ES |
|
3 |
Kodiċi liberu assenjat nazzjonalment |
Alfanumeriku 21 |
ARC |
|
4 |
Komplement |
Alfanumeriku 3 |
123 |
|
Il-kamp 1 huwa l-aħħar żewġ ċifri tas-sena. Il-Kamp 2 jittieħed mil-lista ta’ Kodiċijiet tal-Pajjiżi (ara l-Lista ta’ kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636). Il-kamp 3 irid jimtela b’identifikatur assenjat nazzjonalment. F’ċerti każijiet, għall-ID tas-Segwitu tal-Korrelazzjoni jista’ jkun ARC. Il-kamp 4 jagħti komplement għall-kamp 3 biex flimkien jifformaw identifikatur uniku (pereżempju, fil-każ ta’ ID tas-Segwitu tal-Korrelazzjoni fejn diversi messaġġi ta’ segwitu jittrattaw l-istess ARC.) |
|||
Lista ta’ kodiċijiet 2: Numru tar-rapport dwar l-avveniment/Referenza tar-rapport ta’ kontroll
|
Kamp |
Kontenut |
Tip ta’ kamp |
Eżempji |
|
1 |
Identifikatur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali fejn ir-rapport ġie vvalidat |
Alfabetiku 2 |
ES |
|
2 |
Kodiċi uniku assenjat fil-livell nazzjonali |
Alfanumeriku 13 |
2005YTE17UIC2 |
|
3 |
Ċifra ta’ kontroll |
Numeriku 1 |
9 |
|
Il-Kamp 1 jittieħed mil-lista ta’ Kodiċijiet tal-Pajjiżi (ara l-Lista ta’ kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636) Il-kamp 2 irid jimtela b’identifikatur uniku għal kull rapport. Il-mod kif jintuża dan il-kamp huwa taħt ir-responsabbiltà tal-MSAs, iżda kull rapport irid ikollu numru uniku. Huwa possibbli, iżda mhux bilfors, li jkun jinkludi s-sena meta r-rapport ġie sottomess għall-ewwel darba (kif issuġġerit fl-eżempju). Il-kamp 3 jagħti ċ-ċifra ta’ kontroll għall-identifikatur sħiħ, li tgħin biex jiġi individwat żball meta wieħed jittajpja dan l-identifikatur.” |
|||
“ Lista ta’ kodiċijiet 4: Raġunijiet għar-Rifjut
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
L-inkjesta jew l-informazzjoni mitluba ma setgħetx tiġi awtorizzata skont il-liġijiet jew il-prattiki amministrattivi tal-Istat Membru mitlub għall-użu tiegħu stess (eż. Informazzjoni kunfidenzjali) |
|
2 |
(riżervat) |
|
3 |
Id-divulgazzjoni hija kuntrarja għall-politika pubblika tal-istat - Il-forniment ta’ informazzjoni jwassal għad-divulgazzjoni ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-politika pubblika |
|
4 |
Awtorità ġudizzjarja tal-Amministrazzjoni Nazzjonali li tkun saritilha t-talba irrifjutat li tippermetti t-trasferiment ta’ informazzjoni taħt il-kontroll tagħha |
|
5 |
It-talba tikkonċerna informazzjoni li ma għadhiex disponibbli minħabba regoli nazzjonali dwar iż-żamma tad-data (5 snin jew aktar bħala minimu) |
|
6 |
L-awtorità rikjedenti ma eżawrietx is-sorsi ta’ informazzjoni tas-soltu li setgħet użat fiċ-ċirkostanzi |
|
7 |
L-għadd u n-natura tat-talbiet għall-informazzjoni magħmula mill-awtorità rikjedenti f’perjodu speċifiku jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq dik l-awtorità li ssirilha t-talba |
|
8 |
Minħabba raġunijiet ġuridiċi, l-Amministrazzjoni Nazzjonali rikjedenti ma tistax tipprovdi informazzjoni simili |
|
9 |
Il-konsenjatur ma eżawriex il-mezzi kollha disponibbli għalih sabiex jikseb prova li l-moviment tal-merkanzija soġġetta għas-sisa bejn l-Istati Membri wasal fi tmiemu |
|
10 |
L-ebda kontroll imwettaq |
|
11 |
Barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ 389/2012 (eż. Napli II) |
Lista ta’ kodiċijiet 5: Raġunijiet għat-twissija jew għaċ-ċaħda tal-e-AD
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
L-e-AD/e-DAU riċevut ma jirrigwardax lir-riċevitur |
|
2 |
Il-prodott(i) soġġett(i) għas-sisa ma jaqbilx/jaqblux mal-ordni |
|
3 |
Il-kwantità/kwantitajiet ma taqbilx/jaqblux mal-ordni |
Lista ta’ kodiċijiet 6: Tipi ta’ evidenza
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
Riżervat |
|
2 |
Rapport tal-Pulizija |
|
3 |
Rapport li mhuwiex rapport tal-Pulizija jew tad-Dwana |
|
4 |
Rapport tad-Dwana” |
“ Lista ta’ kodiċijiet 8: Raġuni għat-Talba
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
Rapport tar-riċevuta/tal-esportazzjoni ma ġiex irritornat lill-konsenjatur |
|
2 |
Eċċessi jew nuqqasijiet iddikjarati mal-wasla tal-merkanzija |
|
4 |
Is-sottomissjoni ta’ e-AD/e-DAU ġiet miċħuda peress li r-rekord tas-SEED tad-destinatarju ma qabilx — it-talba hija għal aktar informazzjoni |
|
6 |
Il-merkanzija/il-kwantitajiet speċifikati fuq l-e-AD/e-DAU iddaħħlu fir-reġistri tal-istokk tad-destinatarju? |
|
7 |
Iċċekkja jekk il-merkanzija telqitx effettivament mill-UE (id-data li fiha l-esportazzjoni ġiet iċċertifikata mid-dwana) |
|
8 |
It-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura ta’ sospensjoni doganali (maħżen ta’ esportazzjoni, maħżen tal-ikel, proċessar passiv, eċċ.) |
|
9 |
Mitlub ir-rimborż tad-dazju tas-sisa |
|
10 |
Kontrolli fuq il-post |
|
11 |
Il-kopja 3 ma ngħatatx lura lid-Destinatarju |
|
12 |
Il-folja ta’ wara tal-Kopja 3 approvata biex turi eċċessi jew telf |
|
13 |
Ċertifikazzjoni tar-Riċevuta Mhux Kompluta |
|
14 |
In-Numru tas-Sisa tad-Destinatarju mhuwiex f’SEED |
|
15 |
Dettall Imħassar/Miktub mill-Ġdid mingħajr Approvazzjoni uffiċjali |
|
16 |
Talba għall-Għeluq manwali |
|
17 |
Status tal-Esportazzjoni Mhux Magħruf |
|
18 |
Talba għall-Interruzzjoni ta’ moviment |
|
19 |
Twettiq ta’ intervista ta’ rappreżentant awtorizzat |
|
20 |
Dokument ta’ riżerva |
|
21 |
Inħolqu żewġ e-ADs/e-DAU għall-istess konsenja |
|
22 |
Kjarifika dwar it-tip jew il-kwantità tal-merkanzija |
|
23 |
Ir-riċevuta tal-merkanzija ġiet miċħuda/irrifjutata |
|
24 |
Għaddejja investigazzjoni tas-sisa |
|
25 |
Suspetti ta’ irregolarità” |
“ Lista ta’ kodiċijiet 11: Raġunijiet għaliex l-azzjoni ta’ kooperazzjoni amministrattiva mhijiex possibbli
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
Informazzjoni nieqsa |
|
2 |
Riżervat |
|
3 |
Ħin nieqes |
|
4 |
Investigazzjoni bir-reqqa dwar l-operatur ekonomiku għaddejja bħalissa, mhux possibbli li tingħata tweġiba fit-terminu qasir |
|
5 |
Il-kummerċjant ma setax jiġi kkuntattjat |
|
6 |
Kummerċjant nieqes” |
“ Lista ta’ kodiċijiet 15: Tip ta’ Dokument
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
e-AD |
|
2 |
SAAD jew e-DAU |
|
3 |
Fattura |
|
4 |
Nota ta’ konsenja |
|
5 |
CMR |
|
6 |
Polza ta’ kargu |
|
7 |
Polza tal-Vjeġġ |
|
8 |
Kuntratt |
|
9 |
Applikazzjoni tal-Kummerċjant |
|
10 |
Reġistru uffiċjali |
|
11 |
Talba |
|
12 |
Tweġiba |
|
13 |
Dokumenti ta’ Riżerva, Kopja Stampata ta’ Riżerva |
|
14 |
Ritratt |
|
15 |
Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni |
|
16 |
Avviż Antiċipat ta’ Esportazzjoni |
|
17 |
Riżultati tal-Ħruġ |
|
18 |
DAU (Dokument Amministrattiv Uniku) |
|
19 |
Ċertifikat ta’ produttur żgħir indipendenti tax-xorb alkoħoliku |
|
<KODIĊI TARIC> |
Kwalunkwe kodiċi TARIC użat fil-“kaxxa 44” tad-DAU |
Lista ta’ kodiċijiet 16: Raġunijiet għat-Talba għall-Għeluq Manwali
|
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
0 |
Oħrajn |
|
1 |
L-esportazzjoni ngħalqet iżda m’hemm ebda IE518 disponibbli |
|
2 |
Id-destinatarju ma għadux konness mal-EMCS |
|
3 |
Id-destinatarju eżentat |
|
4 |
Ħruġ ikkonfermat iżda ma ġiet sottomessa l-ebda IE829 (IE818 barra mis-sekwenza) |
|
5 |
Ebda moviment iżda l-kanċellazzjoni ma għadhiex possibbli |
|
6 |
Ħruġ multiplu ta’ e-ADs/e-DAU għal moviment wieħed |
|
7 |
L-e-AD/e-DAU ma tkoprix il-moviment reali |
|
8 |
Rapport żbaljat tar-riċevuta |
|
9 |
Ċaħda żbaljata ta’ e-AD/e-DAU” |
DEĊIŻJONIJIET
|
28.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/96 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2574
tad-19 ta’ Diċembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu interim imsemmi fl-Artikolu 552(11) ta’ dak il-Ftehim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 87(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 542 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (“il-FKK”), it-Titolu III tat-Tielet Parti (INFURZAR TAL-LIĠI U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI) tal-FKK jistabbilixxi regoli li permezz tagħhom id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (“PNR”) tista’ tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit u pproċessata u użata minnha għal titjiriet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, u tistabbilixxi salvagwardji speċifiċi f’dak ir-rigward. |
|
(2) |
L-Artikolu 552(4) tal-FKK jipprevedi li r-Renju Unit irid iħassar id-data tal-PNR tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mill-pajjiż sakemm valutazzjoni tar-riskju ma tindikax il-ħtieġa li tali data tal-PNR tinżamm. |
|
(3) |
L-Artikolu 552(11) tal-FKK jipprevedi li r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu fuq bażi temporanja għal perjodu interim, sakemm l-aġġustamenti tekniċi jiġu implementati mir-Renju Unit malajr kemm jista’ jkun. Matul dak il-perjodu interim, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit trid tevita l-użu tad-data tal-PNR li trid titħassar f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK billi tapplika s-salvagwardji addizzjonali għal dik id-data tal-PNR elenkata fl-Artikolu 552(11), il-punti (a) sa (d) tal-FKK. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 552(12)(a) tal-FKK, il-korp amministrattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 552(7) tal-FKK irid jirrapporta dwar jekk is-salvagwardji addizzjonali ġewx applikati b’mod effettiv, u l-awtorità superviżorja tar-Renju Unit għall-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 525(3) tal-TCA trid tipprovdi opinjoni dwar dan. |
|
(5) |
L-Artikolu 552(10) tal-FKK jipprevedi li l-Artikolu 552(11) tal-FKK japplika minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li jipprevjenu lir-Renju Unit milli jagħmel l-aġġustamenti tekniċi neċessarji biex jittrasforma s-sistemi ta’ pproċessar tal-PNR li kienu joperaw fir-Renju Unit meta kien japplika għalih id-dritt tal-Unjoni f’sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK. |
|
(6) |
L-Artikolu 552(13) tal-FKK jipprevedi li fejn iċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 552(10) tal-FKK jippersistu, il-Kunsill ta’ Sħubija jrid jestendi l-perjodu interim imsemmi fl-Artikolu 552(11) tal-FKK b’sena. Deċiżjoni b’dak l-effett ittieħdet mill-Kunsill ta’ Sħubija fil-21 ta’ Diċembru 2021, u b’hekk il-perjodu interim ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022 (3). |
|
(7) |
Bl-istess kundizzjonijiet u, barra minn hekk, jekk ir-Renju Unit juri li jkun għamel progress sostanzjali biex jittrasforma s-sistemi ta’ pproċessar tal-PNR tiegħu f’sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK, għalkemm ma kienx għadu possibbli li tiġi ttrasformata kompletament għal dan l-għan, il-Kunsill ta’ Sħubija jrid jestendi l-perjodu interim għal sena oħra tal-aħħar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(8) |
Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar l-użu ta’ data tal-PNR għall-prevenzjoni, l-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja tapplika fl-Unjoni f’konformità mat-Trattati. |
|
(9) |
Fid-29 ta’ Settembru 2022, ir-Renju Unit ippreżenta lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja stabbilit mill-FKK (“il-Kumitat Speċjalizzat”) valutazzjoni skont l-Artikolu 552(12)(b) tal-FKK. |
|
(10) |
Fil-valutazzjoni tiegħu, ir-Renju Unit ikkonkluda li ċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 552(10) tal-FKK għadhom hemm, u li sar progress sostanzjali biex is-sistemi tal-ipproċessar tal-PNR tiegħu jiġu ttrasformati f’sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK, għalkemm għadu ma kienx possibbli li tiġi trasformata bis-sħiħ għal dak l-għan. Ir-Renju Unit innota li huwa fassal u bena kapaċità biex iħassar id-data tal-PNR f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK u li din il-kapaċità issa kienet fil-fażi ta’ ttestjar beta. Ir-Renju Unit ddikjara wkoll li kien qed jiżviluppa proċess awtomatizzat ta’ valutazzjoni tar-riskju bbażat fuq evidenza oġġettiva biex jiddetermina d-data tal-PNR li trid tinżamm wara t-tluq tal-passiġġieri mir-Renju Unit. Skont l-Artikolu 552(13) tal-FKK, il-Kumitat Speċjalizzat ikkunsidra l-valutazzjoni tar-Renju Unit fit-13 ta’ Ottubru 2022. |
|
(11) |
Fid-29 ta’ Settembru 2022, ir-Renju Unit ippreżenta wkoll lill-Kumitat Speċjalizzat rapport, skont l-Artikolu 552(12)(a) tal-FKK, mill-korp amministrattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 552(7) tal-FKK, inkluża opinjoni mill-awtorità superviżorja tar-Renju Unit għall-protezzjoin tad-data msemmija fl-Artikolu 525(3) tal-FKK, fejn ġiet spjegata l-applikazzjoni effettiva tas-salvagwardji previsti fl-Artikolu 552(11) tal-FKK. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 552(13) tal-FKK, il-Kumitat Speċjalizzat ikkunsidra r-rapport tar-Renju Unit fit-13 ta’ Ottubru 2022. F’dik l-okkażjoni, ir-Renju Unit wieġeb għadd ta’ mistoqsijiet mill-Unjoni u pprovda informazzjoni addizzjonali dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data, li qabel li sussegwentement jipprovdiha bil-miktub. |
|
(13) |
Fl-21 ta’ Novembru 2022, ir-Renju Unit issottometta dik l-informazzjoni addizzjonali bil-miktub.Huwa għalhekk ikkunsidrat li ċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 552(10) tal-FKK għadhom hemm, u li r-Renju Unit wera li għamel progress sostanzjali biex jittrasforma s-sistemi ta’ pproċessar tal-PNR tiegħu f’sistemi li jippermettu li d-data tal-PNR titħassar f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK, għalkemm għadu ma kienx possibbli li tiġi ttrasformata bis-sħiħ għal dak l-għan. Għalhekk, skont l-Artikolu 552(13) tal-FKK, jenħtieġ li l-Kunsill ta’ Sħubija jestendi l-perjodu interim imsemmi fl-Artikolu 552(11) tal-FKK b’sena tal-aħħar, sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(14) |
Il-Kumitat Speċjalizzat huwa l-korp kompetenti għall-monitoraġġ u r-rieżami tal-implimentazzjoni tat-Tielet Parti tal-FKK inkluża l-valutazzjoni annwali tal-korp amministrattiv indipendenti tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 552(7) tal-FKK, dwar l-approċċ applikat mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-ħtieġa li tinżamm id-data tal-PNR skont l-Artikolu 552(4). Mistenni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 ir-Renju Unit ikun iffinalizza l-aġġustamenti tekniċi kollha neċessarji biex is-sistemi tal-ipproċessar tal-PNR tiegħu jkunu jistgħu jħassru d-data tal-PNR f’konformità mal-Artikolu 552(4) tal-FKK u ser jinforma lill-Kumitat Speċjalizzat b’dan. |
|
(15) |
Il-FKK huwa vinkolanti għall-Istati Membri kollha bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689, li hija bbażata fuq l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika sostantiva tagħha. |
|
(16) |
Id-Danimarka u l-Irlanda huma marbuta bil-Parti Tlieta tal-FKK bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689 u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li timplimenta l-FKK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit bl-Artikolu 7(1) tal-FKK għandha tkun li taqbel mat-tieni u l-aħħar estensjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2023, tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit skont l-Artikolu 552(13) tal-FKK.
Artikolu 2
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(2) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-21 ta’ Diċembru 2021 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit, (ĠU L 467, 29.12.2021, p. 6).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).
|
28.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/99 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2575
tad-19 ta’ Diċembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 752(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kunsill ta’ Sħubija, stabbilita mill-Artikolu 7(1) ta’ dak il-Ftehim, għandu jistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ. Il-lista għandha tkun magħmula minn tliet sublisti: sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni; sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”); u sublista waħda ta’ individwi li ma jkunu ċittadini tal-ebda Parti li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ. |
|
(3) |
Kull sublista għandha tinkludi mill-anqas ħames individwi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 741(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-arbitri kollha għandhom ikunu persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra fl-ogħla uffiċċju ġudizzjarju fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta. Huma għandhom ikunu wrew għarfien espert fil-liġi u l-kummerċ internazzjonali, inkluż dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mit-Titoli I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Intestatura Wieħed jew tas-Sitt Intestatura tat-Tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jew fil-liġi u kwalunkwe kwistjoni oħra koperta minn dak il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari u, fil-każ ta’ president, ikollhom ukoll esperjenza fi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 752(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit. |
|
(6) |
Abbażi tal-proposti tal-Unjoni u tar-Renju Unit, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jaqbel dwar sublista ta’ tmien persuni għall-pożizzjoni ta’ president tat-tribunal tal-arbitraġġ, u dwar żewġ sublisti ta’ sitt persuni għall-pożizzjoni ta’ membri tat-tribunal tal-arbitraġġ. |
|
(7) |
L-istabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Kunsill ta’ Sħubija fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huwa soġġett għal proċedura separata. |
|
(8) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tas-Sħubija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit bl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra hija stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2).
ABBOZZ TA’
DEĊIŻJONI NRU … TAL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
TA’ …
LI TISTABBILIXXI LISTA TA’ INDIVIDWI LI HUMA LESTI U KAPAĊI JSERVU BĦALA MEMBRI TA’ TRIBUNAL TAL-ARBITRAĠĠ SKONT IL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI
IL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 752(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 752(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ. Il-lista għandha tinkludi ta’ mill-anqas 15-il persuna u tkun magħmula minn tliet sublisti: (a) sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni; (b) sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Renju Unit; u (c) sublista waħda ta’ individwi li ma jkunu ċittadini tal-ebda Parti li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ. |
|
(2) |
Kull lista sekondarja għandha tinkludi mill-inqas ħames individwi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 741 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-arbitri kollha għandhom ikunu persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra fl-ogħla uffiċċju ġudizzjarju fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta. Huma għandhom ikunu wrew għarfien espert fil-liġi u l-kummerċ internazzjonali, inkluż dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mit-Titoli I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Intestatura Wieħed jew tas-Sitt Intestatura tat-Tieni Parti, jew fil-liġi u kwalunkwe kwistjoni oħra koperta mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari u, fil-każ ta’ president, ikollhom ukoll esperjenza fi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 752(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-Gvern tar-Renju Unit. |
|
(5) |
Abbażi tal-proposti tal-Unjoni u tar-Renju Unit, huwa xieraq li l-Kunsill ta’ Sħubija jaqbel dwar iż-żewġ sublisti ta’ sitt persuni għall-pożizzjoni ta’ membri tat-tribunal tal-arbitraġġ, u dwar is-sublista ta’ tmien persuni għall-pożizzjoni ta’ president tat-tribunal tal-arbitraġġ, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu ta’ arbitri skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill tas-Sħubija
Il-Kopresidenti
ANNESS
|
(a) |
Sublista ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni:
|
|
(b) |
Sublista ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Renju Unit:
|
|
(c) |
Sublista ta’ individwi li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ:
|