ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2512 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2022
dwar in-nonaċċettazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-Federazzjoni Russa maħruġa fl-Ukrajna u l-Georgia
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (a) u (b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
B’reazzjoni għall-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa (ir-Russja) fl-2014, u għall-azzjonijiet ta’ destabbilizzazzjoni kontinwi tar-Russja fl-Ukrajna tal-lvant, l-Unjoni diġà introduċiet sanzjonijiet ekonomiċi marbuta mal-implimentazzjoni inkompleta tal-ftehimiet iffirmati f’Minsk taħt l-awspiċji tal-Grupp ta’ Kuntatt Tripartitiku tal-OSKE, b’reazzjoni għall-kriżi fl-Ukrajna u madwarha (il-“Ftehimiet ta’ Minsk”), sanzjonijiet fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sanzjonijiet b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol mir-Russja. |
(2) |
Bħala firmatarja għall-Ftehimiet ta’ Minsk, ir-Russja għandha responsabbiltà ċara u diretta li taħdem biex tinstab soluzzjoni paċifika tal-kunflitt f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Minsk. Bid-deċiżjoni li tirrikonoxxi r-reġjuni mhux ikkontrollati mill-gvern fil-Lvant tal-Ukrajna bħala entitajiet indipendenti, ir-Russja kisret b’mod ċar il-Ftehimiet ta’ Minsk, li jistipulaw li dawk ir-reġjuni jirritornaw b’mod sħiħ f’idejn il-kontroll tal-gvern Ukren. Dik id-deċiżjoni u d-deċiżjoni sussegwenti li jintbagħtu truppi Russi f’dawk ir-reġjuni tkompli timmina s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali, fosthom il-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Helsinki, il-Karta ta’ Pariġi u l-Memorandum ta’ Budapest. |
(3) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew, flimkien mas-sħab internazzjonali tiegħu, ikkundanna bl-eħrex mod possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna u esprima solidarjetà sħiħa mal-Ukrajna u mal-poplu tagħha. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, talab li r-Russja twaqqaf immedjatament l-azzjonijiet militari tagħha, tirtira mingħajr kondizzjonijiet il-forzi u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu tal-Ukrajna u tirrispetta bis-sħiħ l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha. Dik il-pożizzjoni ġiet imtennija mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2022, il-31 ta’ Mejju 2022 u l-24 ta’ Ġunju 2022. |
(4) |
Fir-rigward tal-Georgia, fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew straordinarju, ikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni unilaterali tar-Russja li tirrikonoxxi l-indipendenza tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar u ħeġġeġ lil pajjiżi oħra biex ma jirrikonoxxux l-indipendenza tagħhom. |
(5) |
Aggressjoni militari li sseħħ f’pajjiż li jmiss mal-Unjoni, bħal dik li seħħet fl-Ukrajna u li tat lok għall-miżuri restrittivi, tiġġustifika miżuri mfassla sabiex jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
(6) |
Mill-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol fit-18 ta’ Marzu 2014 ’l hawn, ir-Russja ħarġet passaporti internazzjonali Russi lir-residenti ta’ dawk it-territorji. Fl-24 ta’ April 2019, il-President tar-Russja ffirma digriet li jissimplifika l-proċedura għar-residenti tar-reġjuni mhux ikkontrollati mill-Gvern tar-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk u Luhansk biex jiksbu ċ-ċittadinanza Russa, inkluż il-proċedura għall-ħruġ ta’ passaporti internazzjonali Russi lil dawk ir-residenti. Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Lulju 2022, ir-Russja estendiet il-prassi tal-ħruġ ta’ passaporti internazzjonali Russi ordinarji lil residenti ta’ reġjuni oħra tal-Ukrajna mhux ikkontrollati mill-gvern, b’mod partikolari r-reġjuni ta’ Kherson u Zaporizhzhia. F’Mejju 2022, ir-Russja introduċiet proċedura simplifikata ta’ naturalizzazzjoni Russa għat-tfal orfni mill-hekk imsejħa r-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u mill-hekk imsejħa r-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, kif ukoll mill-Ukrajna. Id-digriet japplika wkoll għal tfal mingħajr kura tal-ġenituri u għal persuni legalment inkapaċitati li huma abitanti ta’ dawk iż-żewġ reġjuni okkupati. Il-ħruġ sistematiku ta’ passaporti Russi f’dawk ir-reġjuni okkupati jikkostitwixxi ksur ulterjuri tad-dritt internazzjonali u tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(7) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif ukoll l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, ma rrikonoxxewx l-annessjoni illegali u kkundannaw l-okkupazzjoni illegali tar-reġjuni u t-territorji tal-Ukrajna mir-Russja. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol, l-okkupazzjoni illegali tar-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, iżda wkoll l-okkupazzjoni illegali ulterjuri fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ukrajna, b’mod partikolari r-reġjuni ta’ Kherson u Zaporizhzhia. Dokumenti tal-ivvjaġġar tal-Federazzjoni Russa (Dokumenti tal-ivvjaġġar tar-Russja) maħruġa f’dawk ir-reġjuni u territorji mhumiex rikonoxxuti jew jinsabu fil-proċess li ma jiġux rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif ukoll mill-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein. L-istess japplika għal dokumenti tal-ivvjaġġar Russi maħruġa fit-territorji Georgjani tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar li mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern tal-Georgia fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni (territorji separatisti). |
(8) |
Sabiex jiġu żgurati politika komuni dwar il-viżi u approċċ komuni għall-kontrolli li għalihom huma soġġetti l-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-ebda dokument tal-ivvjaġġar Russu maħruġ fi jew lil persuni residenti f’reġjuni jew f’territorji fl-Ukrajna li huma okkupati mir-Russja jew f’territorji separatisti fil-Georgia, ma jiġi aċċettat bħala dokument tal-ivvjaġġar validu għall-finijiet tal-ħruġ ta’ viża u tal-qsim tal-fruntieri esterni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu deroga għal persuni li kienu ċittadini Russi fid-data li fiha d-dokumenti tal-ivvjaġġar Russi bdew jinħarġu fir-reġjun jew territorju okkupat jew territorju separatist rispettiv. Dik id-deroga jenħtieġ li tapplika wkoll għad-dixxendenti ta’ tali persuni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu deroga wkoll jekk persuna kienet minorenni jew persuna legalment inkapaċitata fiż-żmien tal-ħruġ ta’ tali dokument tal-ivvjaġġar. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar. |
(10) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal, bl-għajnuna tal-Istati Membri, lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar Russi li mhumiex aċċettati. Jenħtieġ li dik il-lista tinkludi d-dati li minnhom bdew jinħarġu dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar u li minnhom dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar jenħtieġ li ma jiġux aċċettati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih dik il-lista. Jenħtieġ li dak l-att ta’ implimentazzjoni jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li l-lista tiġi inkorporata fil-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) f’tabella ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi terzi u entitajiet territorjali li hija pubblikament disponibbli online. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni ma taffettwax id-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom, inkluż il-possibbiltà għal tali membri tal-familja li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr dokument tal-ivvjaġġar validu fis-sens, b’mod partikolari, tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni konklużi mill-Unjoni u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u ċerti pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra. Id-Direttiva 2004/38/KE tippermetti, skont il-kondizzjonijiet speċifikati fiha, restrizzjonijiet għall-moviment liberu għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. |
(12) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.. |
(13) |
Din id-Deċiżjoni ma taffettwax l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u b’mod partikolari d-dritt li wieħed japplika għall-protezzjoni internazzjonali. Kif ġie mfakkar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2022 intitolata “Li tipprovdi linji gwida operazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni biex jiġi ffaċilitat il-qsim tal-fruntieri fil-fruntieri bejn l-UE u l-Ukrajna”, l-Istati Membri jtennu l-possibbiltà li jippermettu lid-detenturi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar immirati minn din id-Deċiżjoni li għaldaqstant ma jissodisfawx waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u li ma eżerċitawx id-dritt tagħhom li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri f’każijiet individwali, kif previst fl-Artikolu 25 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2016/399. Jenħtieġ li dawk id-derogi jiġu applikati fil-kriżi attwali kemm jista’ jkun possibbli, b’mod partikolari biex jippermettu d-dħul għall-persuni kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (6). |
(14) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jissaħħaħ il-funzjonament tal-politika komuni dwar il-viżi u ż-żona Schengen bl-introduzzjoni ta’ obbligu li ma jiġux aċċettati ċerti dokumenti tal-ivvjaġġar għall-finijiet tal-ħruġ ta’ viża u l-qsim tal-fruntieri esterni ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv. |
(15) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(16) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għalhekk l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(17) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9). |
(18) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11). |
(19) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (12) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (13). |
(20) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija u l-Kroazja, l-Artikolu 1, il-punt (a) ta’ din id-Deċiżjoni jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011, filwaqt li l-Artikolu 1, il-punt (b) jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011. |
(21) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-TFUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(22) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni malajr tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni u minħabba s-sitwazzjoni ta’ emerġenza fir-reġjuni u t-territorji fl-Ukrajna okkupati mir-Russja kif ukoll f’territorji separatisti fil-Georgia, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dokumenti tal-ivvjaġġar tal-Federazzjoni Russa (Dokumenti tal-ivvjaġġar Russi) maħruġa fi jew lil persuni residenti f’ reġjuni jew f’territorji fl-Ukrajna li huma okkupati mill-Federazzjoni Russa jew f’territorji separatisti fil-Georgia li fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern tal-Georgia ma għandhomx jiġu aċċettati bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi għall-finijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħruġ ta’ viża f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 810/2009; |
(b) |
il-qsim tal-fruntieri esterni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399. |
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 1, dokument tal-ivvjaġġar Russu msemmi fl-Artikolu 1 jista’ jiġi aċċettat:
(a) |
jekk id-detentur tiegħu kien ċittadin Russu qabel id-data rilevanti indikata fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 jew jekk id-detentur huwa dixxendent ta’ tali ċittadin Russu; |
(b) |
jekk id-detentur tiegħu kien minorenni jew persuna legalment inkapaċitata fiż-żmien tal-ħruġ ta’ tali dokument tal-ivvjaġġar. |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-detenturi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar koperti minn din id-Deċiżjoni jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri f’każijiet individwali, kif previst fl-Artikoli 25 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2016/399.
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u b’mod partikolari d-dritt li wieħed japplika għall-protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tfassal, bl-għajnuna tal-Istati Membri, lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 1, inkluż id-dati minn meta dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar bdew jinħarġu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih il-lista msemmija fl-ewwel paragrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-lista għandha tiġi inkorporata fil-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).
(3) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(8) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(10) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(12) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2513
tas-26 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-ammont massimu ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn ta’ frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(d)(iv) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Titolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (2) jistabbilixxi r-regoli dwar l-attivitajiet u l-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. Il-Kapitolu III ta’ dak it-Titolu fih regoli dwar il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet, inkluż fost l-oħrajn l-irtirar mis-suq. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/652 (3) emenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-appoġġ għall-irtirar mis-suq ta’ frott u ħxejjex ipproċessati għad-distribuzzjoni b’xejn, biex jiġi evitat kumpens żejjed ta’ tali rtirar mis-suq. |
(3) |
Madankollu, l-esperjenza tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar tali rtirar mis-suq stabbiliti mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891, kif emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2021/652, uriet li l-konformità ma’ xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti kienet diffiċli ħafna jew saħansitra impossibbli fir-rigward ta’ ċerti prodotti. B’mod partikolari, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45(1) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li s-somma tal-kumpens għall-irtirar, l-ispejjeż tal-għażla u tal-imballaġġ u l-ispejjeż tat-trasport ma għandhomx jaqbżu l-prezz medju tal-prodott ipproċessat rilevanti wara li joħorġu mingħand l-organizzazzjoni tal-produtturi jew mingħand il-proċessur matul it-tliet snin preċedenti jekk id-distribuzzjoni b’xejn issir wara l-ipproċessar. Madankollu, il-kumpens għall-irtirar fil-kuntest tad-distribuzzjoni b’xejn tal-frott u l-ħxejjex jirreferi għall-prodott fl-istadju frisk, magħżul, ippakkjat u mqiegħed fid-destinazzjoni tal-istituzzjoni karitatevoli li tibbenefika minnu, filwaqt li l-prezz medju tas-suq li ma għandux jinqabeż jirreferi għal prodott ipproċessat fil-post ta’ spedizzjoni (“ex-organizzazzjoni tal-produtturi” jew “ex-proċessur”). Mill-analiżi pprovduta mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jirriżulta li tali kundizzjonijiet ma setgħux jiġu ssodisfati affattu għal ċerti prodotti, b’mod partikolari għall-frott tas-sajf, minħabba n-natura diversa tal-elementi mqabbla (eż. prodotti friski mqiegħda fil-post tad-destinazzjoni filwaqt li l-prodotti pproċessati jitqiegħdu fil-post tal-ispedizzjoni). Huwa għaldaqstant xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, filwaqt li jinżammu biżżejjed elementi biex jiġi evitat kull tip ta’ kumpens żejjed għall-irtirar mis-suq. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jiġi emendat kif xieraq. |
(5) |
Għal raġunijiet ta’ trattament ugwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw il-frott u l-ħxejjex mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn matul is-sena ta’ produzzjoni 2022, il-metodu l-ġdid ta’ kalkolu għandu jintuża tul il-perjodu kollu tal-ħsad. Peress li l-ħsad tal-ħawħ u tan-nuċiprisk jibda minn April ta’ kull sena, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 45(1), ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Is-somma tal-ispejjeż tal-issortjar u l-imballaġġ tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn imsemmija fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, miżjuda mal-ammont ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandhiex taqbeż 80 % tal-prezz tas-suq medju tal-prodott ikkonċernat fl-istadju “ex-organizzazzjoni tal-produtturi” jiġifieri meta jkun għadu frisk, fl-aħħar tliet snin preċedenti.”; |
(2) |
fl-Artikolu 46(2), ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw pagament in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni b’xejn ta’ frott u ħxejjex irtirati mis-suq u li jkunu qed jiġu pproċessati, meta tali pagament jikkumpensa biss l-ispejjeż tal-ipproċessar, tal-issortjar u tal-imballaġġ u meta l-Istat Membru li fih isir il-pagament ikun adotta regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati jkunu maħsuba għall-konsum mill-benefiċjarji finali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għandu japplika l-limitu stabbilit fl-Artikolu 45(1), ir-raba’ subparagrafu.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/652 tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-attivitajiet u tal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (ĠU L 135, 21.4.2021, p. 4).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2514
tal-14 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2014 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
Fl-2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-istrumenti settorjali applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2014-2015, inkluż ir-Regolament tal-Kumissjoni (UE) Nru 717/2014 (2), bil-ħsieb li temendahom jew tħassarhom għall-perjodu 2021-2027. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni wrew li r-Regolament (UE) Nru 717/2014 jibqa’ għodda rilevanti, effiċjenti u effettiva, b’mod partikolari biex jippermetti lill-Istati Membri jittrattaw malajr l-impatti negattivi fuq perjodu qasir ta’ żmien li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet mhux mistennija li jistgħu jipperikolaw il-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi vijabbli kif ukoll l-impjiegi. |
(2) |
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fil-premessa (1) u wkoll biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna sakemm jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2008 (4) estenda l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
(3) |
Wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat fl-11 ta’ Marzu 2022 u fid-9 ta’ Settembru 2022, u fid-dawl tal-preżentazzjonijiet li waslu fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni kompliet ir-riflessjoni tagħha dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-emenda tar-Regolament (UE) Nru 717/2014. |
(4) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni u tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 717/2014, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023 u sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna de minimis mingħajr ebda interruzzjoni, hemm bżonn li dan ir-Regolament jidħol b’urġenza. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 717/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 717/2014, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (GU L 247, 13.7.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 702/2014, (UE) Nru 717/2014 u (UE) Nru 1388/2014, fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom u aġġustamenti rilevanti oħra (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 15).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2515
tal-15 ta’ Diċembru 2022
dwar l-għoti ta’ aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni għall-2023 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta’ Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (4) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2001 tal-23 ta’ Novembru 2001 li temenda l-Protokolli 2 u 3 tal-Ftehim ŻEE, dwar prodotti agrikoli pproċessati u prodotti agrikoli oħra (5), jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Renju tan-Norveġja għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati. |
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula dazju b’rata żero għall-ilmijiet li fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li ma fihomx il-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2202 90 10. |
(3) |
Fl-1 ta’ Jannar 2017, il-kodiċi NM 2202 90 ġie sostitwit bil-kodiċijiet NM 2202 91 00 u 2202 99, li ġew sostitwiti bil-kodiċi NM 2202 10 00. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri l-prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99. |
(4) |
Il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6) (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) temporanjament jissospendi r-reġim mingħajr dazju applikat skont il-Protokoll 2 għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilmijiet, inkluż ilmijiet minerali u l-ilmijiet aerati, li fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin) u ex 2202 90 10 (xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn li fihom iz-zokkor), sostitwit bil-kodiċi NM ex 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99. F’konformità mal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, l-importazzjonijiet mingħajr dazju fuq dawk l-oġġetti, li joriġinaw min-Norveġja, jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota mingħajr dazju. Jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwota mingħajr dazju. |
(5) |
Barra minn hekk, il-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri jirrikjedi li l-prodotti kkonċernati jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni jekk il-kwota tariffarja ma tkunx ġiet eżawrita sal-31 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti. |
(6) |
Skont id-data mogħtija lill-Kummissjoni, il-kwota annwali għall-2022 għall-prodotti inkwistjoni miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2154 (7), ma ġietx eżawrita sal-31 ta’ Ottubru 2022. Għalhekk, il-prodotti kkonċernati jenħtieġ li jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
(7) |
Għalhekk, is-sospensjoni temporanja tar-reġim mingħajr dazju applikat skont il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jenħtieġ li ma tiġix applikata għas-sena 2023. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023, oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati fl-Anness għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju għall-Unjoni.
2. Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim Bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(5) ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2154 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2020 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 66).
ANNESS
Oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħajr dazju lejn l-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
||
09.0709 |
2202 10 00 |
|
|
||
ex 2202 91 00 |
10 |
|
|||
ex 2202 99 11 |
11 19 |
|
|||
ex 2202 99 15 |
11 19 |
|
|||
ex 2202 99 19 |
11 19 |
|
DEĊIŻJONIJIET
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2516
tal-14 ta’ Novembru 2022
li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Manuel Alejandro CARDENETE FLORES u s-Sa María SÁNCHEZ RUIZ saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025: Is-Sa Ana Belén ÁLVAREZ FERNÁNDEZ, Consejera de Economía y Hacienda del Gobierno de Cantabria (Ministru Reġjonali għall-Ekonomija u l-Finanzi, Gvern ta' Cantabria), u s-Sur José Enrique Millo ROCHER, Secretario General de Acción Exterior, Unión Europea y Cooperación, Junta de Andalucía (Segretarju Ġenerali għall-Azzjoni Esterna, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni, Gvern tal-Andalusija), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b'dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025:
— |
Is-Sa Ana Belén ÁLVAREZ FERNÁNDEZ, Consejera de Economía y Hacienda del Gobierno de Cantabria (Ministru Reġjonali għall-Ekonomija u l-Finanzi, Gvern ta' Cantabria), |
— |
Is-Sur José Enrique Millo ROCHER, Secretario General de Acción Exterior, Unión Europea y Cooperación, Junta de Andalucía (Segretarju Ġenerali għall-Azzjoni Esterna, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni, Gvern tal-Andalusija). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta' Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2517
tat-12 ta’ Diċembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Unjoni f’konformità mad- Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1165 (2) u ġie applikat b’mod provviżorju mid-29 ta’ Ġunju 2022. |
(2) |
L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt biex jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jirrieżamina perjodikament il-funzjonament tiegħu fid-dawl tal-objettivi tiegħu. |
(3) |
L-Artikolu 6(6) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati. |
(4) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, il-Ftehim għandu japplika sal-31 ta’ Marzu 2023. Madankollu, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim sabiex jivvaluta u jiddeċiedi dwar il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
(5) |
Sabiex kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova jkomplu jibbenefikaw mill-Ftehim, jenħtieġ li dan jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2024. |
(6) |
Matul il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet li jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tiegħu u dwar il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż id-durata tiegħu. |
(7) |
Għalhekk jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim, peress li d-deċiżjonijiet tiegħu ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitati Konġunti għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (“il-Ftehim”), fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż id-durata tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (3).
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu fuq tibdiliet minuri fl-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1165 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 181, 7.7.2022, p. 1).
(3) Ara d-dokumenti ST 15347/22 ADD 1 u ST 15347/22 ADD 2 fuq http://register.consilium.europa.eu
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 1/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHEM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ,
ta'…
fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,
Billi:
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(6) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Għalhekk, ir-regoli ta’ proċedura kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu adottati,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Regoli ta’ proċedura
Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
ANNESS
Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt
Artikolu 1
Kapijiet tad-delegazzjoni
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Kull parti għandha taħtar il-Kap u, fejn neċessarju, Viċi Kap tad-delegazzjoni tagħha. Il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiġi sostitwit mill-Viċi Kap jew minn persuna ddeżinjata għal laqgħa partikolari.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b’rotazzjoni minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Moldova. Il-Kap tad-delegazzjoni rilevanti, jew fin-nuqqas tiegħu, il-Viċi Kap jew il-persuna ddeżinjata biex tissostitwixxuhom għandhom jaġixxu bħala president.
Artikolu 2
Laqgħat
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jkun neċessarju. Kwalunkwe Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa. Il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ wkoll sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim, sabiex jivvaluta l-ħtieġa u jiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 5(2) tiegħu.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jorganizza laqgħat wiċċ imb wiċċ jew permezz ta’ mezzi oħra (eż. telekonferenzi jew vidjokonferenzi).
3. Il-laqgħat għandhom isiru, kemm jista’ jkun, b’mod alternat bejn post fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.
4. Il-lingwa ta’ ħidma għandha tkun l-Ingliż.
5. Ladarba l-Partijiet ikunu qablu dwar id-data u l-post tal-laqgħat, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru inkarigat mit-trasport bit-triq għar-Repubblika tal-Moldova.
6. Għajr jekk ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi. Jekk ikun neċessarju, tista’ tiġi abbozzata stqarrija għall-istampa bi qbil reċiproku fi tmiem il-laqgħa.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
1. Qabel kull laqgħa, il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tagħhom għall-laqgħa.
2. Ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tat-trasport bit-triq jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat jew partijiet mil-laqgħat bħala osservaturi, jekk il-Kumitat Konġunt ikun jaqbel b’konsensus li jsir hekk.
3. Jekk ikun hemm qbil dwar dan b’konsensus, il-Kumitat Konġunt jista’ jistieden lil partijiet interessati jew lil esperti oħra biex jattendu l-laqgħat jew partijiet minnhom sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.
4. L-osservaturi ma għandhomx jieħdu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ministeru inkarigat mit-trasport bit-triq tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 5
Aġenda tal-laqgħat
1. Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jistabbilixxu l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa bi ftehim reċiproku. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat mis-segretarji lill-membri tad-delegazzjonijiet mhux iktar tard minn ħmistax-il jum qabel id-data tal-laqgħa.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti oħra minbarra dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiġu inklużi fl-aġenda jekk il-Kumitat Konġunt jaqbel li jsir hekk.
3. Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jqassru l-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu r-rekwiżiti jew l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
Artikolu 6
Minuti
1. Wara kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandhom jitfasslu abbozzi tal-Minuti ta’ kull laqgħa. Dawn għandhom jindikaw il-punti diskussi u d-deċiżjonijiet adottati.
2. Fi żmien xahar wara l-laqgħa, l-abbozz tal-Minuti għandu jintbagħat mill-Kap tad-Delegazzjoni ospitanti lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor, permezz tas-segretarji tal-Kumitat Konġunt, għall-approvazzjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub.
3. Meta jiġu approvati, il-Minuti għandhom jiġu ffirmati f’duplikati mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni u għandha tiġi ppreżentata kopja oriġinali waħda minn kull waħda mill-Partijiet. Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jiddeċiedu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
4. Il-Minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu pubbliċi sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor minn waħda mill-Partijiet.
Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jqassru l-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 2 u jaqblu dwar data fir-rigward tal-approvazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3 sabiex jitqiesu r-rekwiżiti jew l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.
Artikolu 7
Proċedura bil-miktub
Fejn ikun neċessarju u debitament motivat, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub. Għal dak l-għan, il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jiskambjaw l-abbozzi tal-miżuri li dwarhom tintalab l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt, li mbagħad jistgħu jiġu kkonfermati permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza. Madankollu, kwalunkwe Parti tista’ jttlob li l-Kumitat Konġunt jitlaqqa’ biex tiġi diskussa l-kwistjoni.
Artikolu 8
Deliberazzjonijiet
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ konsensus tal-Partijiet.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” segwit b’numru tas-serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu ffirmati mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni u għandhom jiġu mehmuża mal-Minuti.
4. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu implimentati mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom stess.
5. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu ppubblikati mill-Partijiet fil-pubblikazzjonijiet uffiċjali rispettivi tagħhom. Kopja oriġinali waħda tad-deċiżjonijiet għandha tintbagħat minn kull waħda mill-Partijiet.
Artikolu 9
Gruppi ta’ Ħidma
1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jassistu lill-Kumitat Konġunt fit-twettiq ta’ dmirijietu. It-termini ta’ referenza għal grupp ta’ ħidma għandhom jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 6(5) tal-Ftehim u għandhom jiġu inklużi f’Anness għad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-grupp ta’ ħidma.
2. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet.
3. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt u għandhom jipprovdulu rapport wara kull laqgħa li jkollhom. Dawn ma għandhomx jieħdu deċiżjonijiet iżda jistgħu jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt.
4. Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jabolixxi gruppi ta’ ħidma eżistenti, li jimmodifika t-termini ta’ referenza tagħhom jew li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ġodda biex jgħinuh fit-twettiq ta’ dmirijietu.
Artikolu 10
Spejjeż
1. Il-Partijiet għandhom iħallsu l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tal-gruppi ta’ ħidma, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u n-nefqa ta’ sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-kostijiet tal-posta u tat-telekomunikazzjoni.
2. Kwalunkwe nefqa oħra relatata mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Artikolu 11
Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura
Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda dawn ir-Regoli ta’ Proċedura permezz ta’ deċiżjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 6(5) ta’ dan il-Ftehim.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 2/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHEM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ
ta’…
fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Konġunt adotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu skont id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-[15 ta' Diċembru 2022]. |
(2) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), il-Ftehim għandu japplika sal-31 ta’ Marzu 2023. |
(3) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 6(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim sabiex jivvaluta u jiddeċiedi dwar il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim, inkluż id-durata tiegħu. |
(4) |
Il-monitoraġġ tal-Ftehim wera li pprovda benefiċċji f’termini ta’ kummerċ kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għar-Repubblika tal-Moldova, u li ż-żieda fis-servizzi tat-trasport bit-triq kienet ta’ benefiċċju wkoll għall-operaturi tat-trasport bit-triq taż-żewġ partijiet. |
(5) |
Il-Ftehim ippermetta lir-Repubblika tal-Moldova tibda tidderieġi mill-ġdid il-kummerċ tagħha lejn l-Unjoni Ewropea u għalhekk ikkontribwixxa għall-integrazzjoni progressiva tal-ekonomija tal-Moldova fl-ekonomija tal-Punent. Flimkien ma’ ftehim komparabbli dwar it-trasport bit-triq iffirmat mal-Ukrajna, dan iffaċilita wkoll l-esportazzjoni ta’ merkanzija Ukrena, u kkontribwixxa għall-Korsiji ta’ Solidarjetà. |
(6) |
L-estensjoni tal-Ftehim jenħtieġ li tinftiehem bħala kontribut ukoll għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
(7) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Ftehim jiġi estiż sat-30 ta' Ġunju 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontinwazzjoni tal-Ftehim
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2024.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2022/2518
tat-13 ta’ Diċembru 2022
li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1). |
(3) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2023. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%) |
Ġermanja |
83 203 320 |
18,59 |
Franza |
67 842 582 |
15,16 |
Italja |
59 607 184 |
13,32 |
Spanja |
47 432 805 |
10,6 |
Polonja |
37 654 247 |
8,41 |
Rumanija |
19 038 098 |
4,25 |
Netherlands |
17 734 036 |
3,96 |
Belġju |
11 631 136 |
2,6 |
Greċja |
10 603 810 |
2,37 |
Ċekja |
10 545 457 |
2,36 |
Żvezja |
10 440 000 |
2,33 |
Portugall |
10 352 042 |
2,31 |
Ungerija |
9 689 010 |
2,17 |
Awstrija |
8 967 500 |
2,00 |
Bulgarija |
6 838 937 |
1,53 |
Danimarka |
5 864 667 |
1,31 |
Finlandja |
5 541 241 |
1,24 |
Slovakkja |
5 434 712 |
1,21 |
Irlanda |
5 060 004 |
1,13 |
Kroazja |
3 862 305 |
0,86 |
Litwanja |
2 805 998 |
0,63 |
Slovenja |
2 107 180 |
0,47 |
Latvja |
1 875 757 |
0,42 |
Estonja |
1 331 796 |
0,3 |
Ċipru |
904 700 |
0,2 |
Lussemburgu |
643 648 |
0,14 |
Malta |
520 971 |
0,12 |
UE 27 |
447 533 143 |
|
Livell limitu (65 %) |
290 896 543 |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/25 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2519
tal-20 ta’ Diċembru 2022
dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi għas-sistema e-CODEX, inkluż għas-sigurtà u l-metodi għall-verifika tal-integrità u l-awtentiċità
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/850, is-sistema e-CODEX hija magħmula minn punt ta’ aċċess e-CODEX, standards proċedurali diġitali u l-prodotti software, id-dokumentazzjoni u assi oħra ta’ appoġġ elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-punt ta’ aċċess e-CODEX huwa magħmul minn gateway li tikkonsisti minn software, ibbażat fuq sett komuni ta’ protokolli, li jippermetti l-iskambju sigur ta’ informazzjoni fuq network tat-telekomunikazzjoni ma’ gateways oħra li jużaw l-istess sett komuni ta’ protokolli u ta’ konnettur, li jagħmilha possibbli li s-sistemi konnessi jiġu konnessi mal-gateway, li jikkonsisti minn software, ibbażat fuq sett komuni ta’ protokolli miftuħa. |
(3) |
Għall-proċess ta’ suċċess tat-trasferiment u tal-akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX lill-eu-LISA, u biex ikun possibbli t-twettiq tal-kompiti li għalihom l-eu-LISA għandha tkun responsabbli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi minimi, inkluż għas-sigurtà u l-metodi għall-verifika tal-integrità u l-awtentiċità, li jirfdu l-komponenti tas-sistema e-CODEX. |
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għalhekk mhijiex marbuta bl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew soġġetta għaliha. |
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma ħadix sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għalhekk mhix marbuta bl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew suġġetta għaliha. |
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Novembru 2022. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/850, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi minimi, inkluż għas-sigurtà u l-metodi għall-verifika tal-integrità u l-awtentiċità, li jirfdu l-komponenti tas-sistema e-CODEX imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/850 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi għas-sistema e-CODEX, inkluż għas-sigurtà u l-metodi għall-verifika tal-integrità u tal-awtentiċità
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi minimi għall-komponenti e-CODEX, inkluż għas-sigurtà u l-metodi għall-verifika tal-integrità u tal-awtentiċità.
2. KOMPONENTI TAS-SISTEMA e-CODEX
2.1. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), is-sistema e-CODEX hija magħmula minn:
(a) |
punt ta’ aċċess e-CODEX hu magħmul minn:
|
(b) |
standards proċedurali diġitali (DPS, digital procedural standards), |
(c) |
il-prodotti software, id-dokumentazzjoni u assi oħra ta’ appoġġ elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850:
|
2.2. Minn perspettiva funzjonali, dawn l-elementi huma maqsuma f’żewġ kategoriji: is-Sett ta’ Għodod e-CODEX u l-assi skjerabbli tal-e-CODEX.
2.3. Is-Sett ta’ Għodod e-CODEX huwa magħmul minn:
(a) |
Id-dokumentazzjoni tal-arkitettura e-CODEX; |
(b) |
Il-kodiċi tas-sors tal-Connector suite; |
(c) |
Il-kodiċi tas-sors tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni (CMT); |
(d) |
Il-kodiċi tas-sors tal-Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar (CTP); |
(e) |
Liċenzja ta’ Metadata Workbench (MDW) minn parti terza; |
(f) |
Il-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE; |
(g) |
Standards proċedurali diġitali (DPS). |
(a) Id-dokumentazzjoni tal-arkitettura e-CODEX
Id-dokumentazzjoni tal-arkitettura hija sett ta’ dokumenti użati biex jipprovdu għarfien tekniku u informattiv lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-għażla ta’ standards li magħhom għandhom jikkonformaw riżorsi oħra tas-sistema e-CODEX. Hija tiddefinixxi r-rekwiżiti u l-prinċipji li japplikaw meta tinħoloq komunikazzjoni transfruntiera interoperabbli għall-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data, li tinkludi kwalunkwe kontenut trażmissibbli f’forma elettronika. Barra minn hekk, telenka standards u metodoloġiji magħżula li fuqhom hija bbażata s-sistema e-CODEX. L-arkitettura tiżgura l-awtonomija tas-sistema e-CODEX.
(b) Il-kodiċi tas-sors tal-Connector suite
Il-kodiċi tas-sors tal-Connector Suite jintuża biex jinħolqu l-artefatti skjerabbli deskritti fil-kapitlu 2.4.2.
(c) L-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni (CMT)
L-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni (CMT) hija għodda bbażata fuq l-Internet għall-ġestjoni tal-fajls tal-konfigurazzjoni assoċjati mal-Gateway e-Delivery u mal-Konnettur u tipprovdi mod standardizzat ta’ kif jiġi ttrattat il-fluss tax-xogħol tal-konfigurazzjoni. L-entità li topera punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat tista’ taċċessa s-CMT permezz ta’ portal disponibbli globalment u ttella’ d-data tal-konfigurazzjoni tal-e-Delivery tagħhom. Id-data applowdjata għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni tan-network tal-punt tat-tmiem tal-Gateway, iċ-ċertifikati tas-sigurtà kollha meħtieġa għall-konnessjoni, kif ukoll il-proġetti, l-ambjenti u l-każijiet ta’ użu speċifiċi li jipparteċipaw fihom. Is-CMT għandha tivverifika awtomatikament il-validità tad-data mtella’ u għandha tipprovdi feedback lill-entità li topera punti ta’ aċċess e-CODEX jekk iseħħu żbalji.
Meta tasal notifika ta’ kwalunkwe bidla fid-data pprovduta minn entità li topera punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat, għandu jiġi prodott pakkett ta’ konfigurazzjoni e-CODEX ġdid (ara l-punt 2.4.3.) bl-użu ta’ din l-għodda. L-entitajiet kollha li jħaddmu punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati għandhom jiġu nnotifikati dwar il-ħolqien tal-pakkett il-ġdid tal-konfigurazzjoni e-CODEX u jistgħu jniżżluh direttament mis-CMT fi kwalunkwe ħin. Is-CMT tista’ tipprovdi pakketti ta’ konfigurazzjoni e-CODEX għal diversi ambjenti tal-IT, bħal TEST, ACCEPTANCE jew PRODUCTION.
Pakketti ġodda ta’ konfigurazzjoni e-CODEX għandhom jidħlu fis-seħħ sebat ijiem wara l-ħolqien tagħhom u, jekk applikabbli, l-entitajiet li joperaw punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati għandhom jinstallaw il-pakkett il-ġdid fl-ambjent tagħhom sa dak iż-żmien.
Is-CMT iżżomm ukoll lill-entità li topera l-punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati aġġornati fuq it-tul ta’ żmien tal-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà tagħhom u tinnotifika l-punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati minn qabel, permezz tal-posta elettronika, dwar l-iskadenza taċ-ċertifikat li jmiss tagħhom. Jekk entità li topera punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat tħalli ċ-ċertifikati tas-sigurtà tagħha jiskadu, dawn għandhom jitneħħew awtomatikament mill-ħolqien tal-pakkett li jmiss.
Is-CMT għandha tiġi ospitata ċentralment u tkun disponibbli 24 siegħa kuljum għal parteċipanti tal-e-CODEX. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ħinijiet tax-xogħol.
(d) Il-Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar (CTP)
Il-Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar ta’ e-CODEX hija infrastruttura tal-ittestjar awtomatizzata. Hija tippermetti lill-entità li topera punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat biex twettaq testijiet tal-konnettività u testijiet minn tarf sa tarf bejn l-infrastruttura e-CODEX tagħha u punt ta’ ttestjar ċentrali fiss mingħajr il-ħtieġa li tinvolvi kwalunkwe sieħeb ieħor (eż. punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat ieħor) għall-ittestjar tal-funzjonalitajiet tal-komunikazzjoni. Hija tippermetti li jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi tat-test li jistgħu jiġu adattati u b’hekk tnaqqas l-isforz meħtieġ għall-ittestjar ta’ infrastruttura e-CODEX kemm fil-ħin tal-ittestjar inizjali (installazzjoni) kif ukoll f’dak tal-ittestjar ta’ rigressjoni. Il-progress tal-messaġġi individwali, l-evidenza u l-logs tal-iżbalji tal-Posta Elettronika Rreġistrata (REM, Registered Electronic Mail) tal-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI, European Telecommunications Standards Institute) jiġu ttraċċati u ppreżentati lill-entitajiet li joperaw punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati permezz ta’ proċessi viżivi ddisinjati speċifikament.
Is-CTP tikkonsisti minn gateway e-CODEX, Konnettur, Konnettur-klijent u Interfaċċa Grafika ta’ Utent Web assoċjata (attwalment interfaċċa web frontend/backend mibnija fuq Nuxt.js) li tista’ tintuża biex jintbagħtu messaġġi lill-gateway ta’ sieħeb kif ukoll biex jintwerew messaġġi li jintbagħtu lis-CTP mill-istess gateway. Is-CTP bħalissa taħżen informazzjoni operattiva importanti (varjabbli lokali) fuq istanza tal-MongoDB u taqra informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni (il-parti) mill-bażi tad-data tal-konnettur. Barra minn hekk, tuża l-Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API) tat-trasferiment ta’ Stat Rappreżentattiv (REST) bejn il-konnettur u l-klijenti biex tikseb informazzjoni dwar messaġġi e-CODEX u tissottometti messaġġi ġodda lill-konnettur u lill-gateway.
Sabiex tiġi pprovduta soluzzjoni personalizzata għal kull ambjent e-CODEX, is-CTP tintuża f’diversi każijiet (kopji) li jeżistu f’diversi ambjenti e-CODEX. Kull każ tas-CTP bħalissa qed jintuża f’ambjent tal-UNIX (CentOS 7), fejn il-komponenti kollha jeżistu flimkien. Dan jiffaċilita l-amministrazzjoni u l-aċċess għas-sistema tal-fajls iżda jista’ jiġi adattat biex jipprovdi għall-installazzjonijiet fejn l-infrastruttura tal-messaġġi e-CODEX tinżamm separata.
Kull utent tas-CTP huwa llinkjat ma’ gateway waħda (1). Biex jintuża s-CTP għall-ittestjar, l-uniku rekwiżit huwa li l-gateway ta’ dak il-punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat teżisti fil-modalitajiet P għal dak l-ambjent CMT tal-e-CODEX speċifiku.
(e) Il-Metadata Workbench
Il-Metadata Workbench hija għodda li fiha qed jiġi amministrat il-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE. Hija tippermetti lill-mudellaturi semantiċi jżommu l-vokabularju b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-istandard tal-immudellar tal-Ispeċifikazzjoni Teknika tal-Komponent Ewlieni kif definit fid-dokumentazzjoni tal-arkitettura e-CODEX. Hija soluzzjoni ta’ Software bħala Servizz (SaaS) ibbażata fuq il-web b’aċċess ristrett għall-amministraturi tal-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja Elettronika tal-UE biss. Il-Metadata Workbench hija żviluppata u operata f’isem il-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà tan-Netherlands. Abbażi ta’ ftehim ta’ liċenzja li għandu jiġi konkluż bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà u l-eu-LISA, l-eu-LISA se tingħata aċċess għall-Metadata Workbench sabiex tamministra u topera l-Vokabolarju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE.
(f) Il-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE
Il-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE huwa ass għal termini semantiċi li jistgħu jerġgħu jintużaw u definizzjonijiet użati biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data u l-kwalità tad-data matul iż-żmien u f’każijiet ta’ użu differenti. L-istrutturi kollha ta’ messaġġi speċifiċi għall-każ tal-użu (skemi XML) huma bbażati fuq ir-repożitorju semantiku tiegħu.
L-evoluzzjonijiet futuri tal-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika jistgħu jsiru f’konformità mal-Vokabularji Bażi (2). Sabiex tiġi vvalidata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni, jista’ jiġi stabbilit validatur ibbażat fuq XML bl-użu tas-servizz ta’ bank tat-test tal-interoperabbiltà offrut mill-Kummissjoni.
(g) Standards proċedurali diġitali (DPS)
Standard proċedurali diġitali tfisser l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mudelli tal-proċess operazzjonali u għall-iskemi tad-data li jistabbilixxu l-istruttura elettronika tad-data skambjata permezz tas-sistema e-CODEX ibbażata fuq il-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE. Il-mudell tal-proċess operazzjonali jiddeskrivi l-implimentazzjoni teknika tal-proċedura elettronika tal-istrument legali li hija appoġġata mis-sistema e-CODEX.
Il-mudell tal-proċess operazzjonali flimkien mal-Vokabularju Fundamentali tal-Ġustizzja elettronika tal-UE jirriżulta fi skemi XML li jiddeskrivu l-istruttura elettronika tad-DPS. L-iskemi XML jippermettu li l-punti ta’ aċċess awtorizzati jibagħtu u jirċievu dokumenti kif ipprovduti minn strument ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera.
2.4. L-assi skjerabbli ta’ e-CODEX
l-assi skjerabbli ta’ e-CODEX huma komponenti e-CODEX skjerati minn entitajiet li joperaw punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat fl-ambjent e-CODEX tagħhom. Ħlief għall-gateway, dawn għandhom jiġu distribwiti mill-eu-LISA lill-entitajiet li joperaw punt ta’ aċċess e-CODEX awtorizzat.
L-assi skjerabbli huma:
(a) |
Il-Gateway (il-punt 2.4.1); |
(b) |
Il-Connector Suite (il-punt 2.4.2); |
(c) |
Il-pakkett tal-konfigurazzjoni e-CODEX (inklużi l-modi p, iċ-ċertifikati pubbliċi u l-konfigurazzjonijiet tas-sigurtà) (il-punt 2.4.3); |
(d) |
Id-disinn jew il-mudell tal-proċess tal-kollaborazzjoni operazzjonali bħala parti mid-DPS; |
(e) |
L-iskemi XML huma strutturi ta’ messaġġi bħala parti mid-DPS. |
2.4.1. Il-Gateway
Il-portal fis-sistema e-CODEX huwa l-element kostitwenti responsabbli għall-iskambju bażiku ta’ komunikazzjoni. Bħalissa gateway għandu l-istandards li ġejjin implimentati:
(a) |
OASIS (3) ebMS 3.0 standard: Messaġġi ta’ interkambju bejn il-gateways li jikkonformaw mal-istandard ebXML. Dan l-istandard jiddefinixxi l-istruttura li intestatura (header) ta’ messaġġ irid ikollu biex jinftiehem fost l-infrastruttura e-CODEX; |
(b) |
Profil ta’ messaġġi tad-Dikjarazzjoni ta’ Applikabbiltà 4 (AS4) tal-OASIS: Dan huwa profil ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni OASIS ebMS 3.0; |
(c) |
Il-Profil Komuni tal-eDelivery AS4 (4). |
Tista’ tintuża kwalunkwe soluzzjoni gateway li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.
2.4.2. Il-Connector Suite
Il-Konnettur huwa komponent li jgħaqqad l-applikazzjonijiet nazzjonali speċifiċi tad-DPS mal-istandards ġeneriċi tal-messaġġi tal-gateway. Għalhekk, dan il-komponent iżid il-karatteristiċi li ġejjin mal-komunikazzjoni bażika diġà stabbilita mill-komponent tal-gateway:
(a) |
Evidenzi tal-ETSI-REM: Dawn huma provi ġġenerati mill-Konnettur f’format XML iffirmat. L-għan ta’ dawn il-provi huwa li jinformaw lil min jibgħat il-messaġġ dwar jekk l-ipproċessar ta’ messaġġ setax isir jew le. Il-provi jiġu ġġenerati u ppreżentati mill-Konnettur fi stadji differenti tal-ipproċessar tal-messaġġi; |
(b) |
Token TrustOK: Il-konnettur li jibgħat jivvalida l-integrità u l-awtentikazzjoni tal-kontenut tal-messaġġ. L-eżitu ta’ din il-validazzjoni jinkiteb fit-Token TrustOK. Dan it-token huwa ġġenerat minn submodulu tal-Konnettur: il-librerija tas-sigurtà; |
(c) |
Kontenitur ASiC-S: Skont l-Istandard EN 319 162-1 tal-ETSI dwar il-Firem u l-Infrastrutturi Elettroniċi u l-Kontenituri tal-Firem Assoċjati (ASiC). Il-kontenitur jiżgura l-awtentiċità u l-integrità tal-payload trażmessa mill-Konnettur; |
(d) |
Sigurtà WS: Biex iżid is-sigurtà tat-trażmissjoni tal-messaġġi, il-Konnettur juża s-Sigurtà WS fuq in-naħa tal-gateway, kif ukoll in-naħa tas-sistema konnessa għat-trażmissjoni. Dan ifisser li kull messaġġ li l-konnettur jissottometti jew jirċievi jkun kriptat u ffirmat; |
(e) |
API komuni: Il-Konnettur joffri API stabbli li jiddefinixxi s-servizzi web li jintużaw biex jikkonnettjaw mal-gateway u mal-applikazzjoni(jiet) tas-sistemi konnessi. L-istruttura tal-messaġġi skambjati mal-Konnettur hija deskritta wkoll fl-API tal-Konnettur. |
Minbarra s-software tal-Konnettur innifsu, il-pakkett fih ukoll applikazzjoni ta’ klijent li hija maħsuba biex tappoġġa jew tissostitwixxi sistema konnessa għat-trattament tal-messaġġi e-CODEX.
Barra minn hekk, ġie żviluppat plugin speċjalment għall-gateway Domibus (5) biex jgħaqqad l-API komuni tal-Konnettur mal-qalba tal-ipproċessar tal-gateway.
2.4.3. Pakkett ta’ konfigurazzjoni e-CODEX
F’komunikazzjoni bbażata fuq ebMS 3.0, Modalità P (jew Modalità tal-Ipproċessar) tirregola t-trażmissjoni tal-messaġġi kollha involuti fi skambju ta’ messaġġi bejn żewġ Ġesturi ta’ Servizz ta’ Messaġġi (MSHs, Messaging Service Handlers). Pakkett ta’ konfigurazzjoni e-CODEX jinkludi ġabra ta’ parametri tal-konfigurazzjoni tal-messaġġi (fajls P-Mode, diversi ħwienet fiduċjarji taċ-ċertifikati, indirizzi tan-network) li jispeċifikaw fid-dettall kif iseħħ il-messaġġi.
Il-parametri tal-konfigurazzjoni tal-messaġġi jistgħu jiġu kklassifikati fil-ħames kategoriji li ġejjin:
(a) |
Parametri relatati ma’ min jibgħat il-messaġġ, bħal:
|
(b) |
Parametri relatati mar-riċevitur, bħal:
|
(c) |
Parametri relatati mal-par mittent-riċevitur, bħal (jekk jintuża):
|
(d) |
Parametri relatati mad-DPS, bħal:
|
(e) |
Parametri relatati mal-użu tal-protokoll tal-messaġġi, jew il-profil tal-protokoll tal-messaġġi. |
Fl-e-CODEX il-fajls kollha tal-konfigurazzjoni li jikkonċernaw MSH jew dominju huma raggruppati f’master file wieħed li jista’ jintuża għall-konfigurazzjoni tal-Gateway u l-Konnettur.
Il-master file jiddefinixxi network ta’ komunikazzjoni individwali li l-MSH jista’ juża matul it-tħaddim tiegħu. Huwa meħtieġ li l-konfigurazzjoni tiġi ġġenerata ċentralment minħabba li l-informazzjoni kollha tal-punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati kollha trid tkun disponibbli għall-ġenerazzjoni tal-pakkett ta’ konfigurazzjoni e-CODEX, li jinħoloq mis-CMT.
3. SIGURTÀ U METODI GĦALL-VERIFIKA TAL-INTEGRITÀ U L-AWTENTIĊITÀ TAS-SISTEMA E-CODEX
Is-sistema e-CODEX hija sistema ta’ komunikazzjoni li tipprovdi appoġġ qawwi biex jiġu indirizzati r-rekwiżiti tas-sigurtà u tal-protezzjoni tad-data. B’mod partikolari, is-sistema e-CODEX tipprovdi l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha previsti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
3.1. Sigurtà sa mit-tfassil
Is-sistema e-CODEX hija, minn perspettiva teknika, mekkaniżmu ta’ trasport. Hemm livelli differenti rilevanti għas-sigurtà:
(a) |
livell tan-network; |
(b) |
livell tat-trasport; |
(c) |
livell tal-messaġġi; |
(d) |
livell tad-dokumenti. |
F’kull wieħed minn dawn il-livelli jiġu applikati miżuri ta’ sigurtà.
3.1.1. Livell tan-network
e-CODEX tista’ tintuża b’tipi differenti ta’ livelli tan-network. Normalment dan jiġi applikat fuq konnessjonijiet regolari tal-Internet. Għalhekk, is-sigurtà ssegwi l-applikazzjonijiet normali tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-Internet (u hija msaħħa mil-livelli l-oħra deskritti f’dan il-punt). Għall-biċċa l-kbira tal-każijiet tal-użu tal-e-CODEX, tali livell tan-network huwa biżżejjed. Għal rekwiżiti ogħla ta’ sigurtà jista’ jiġi applikat ukoll livell ieħor tan-network. Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll networks oħra.
3.1.2. Livell tat-trasport
Il-livell tat-trasport huwa normalment protett mis-Sigurtà tas-Saff tat-Trasport (TLS, Transport Layer Security) jew mTLS (TLS reċiproku). Dan huwa standard stabbilit sew għall-protezzjoni tal-livell tat-trasport fit-teknoloġiji tal-Internet u applikat madwar id-dinja fuq għadd kbir ta’ servizzi. TLS/mTLS jipprevedi l-kriptaġġ u l-awtentikazzjoni fuq il-kanal tat-trasport. Dan jiżgura r-rotta tat-trasport bejn kull hub tar-rotta tat-trasport. Kull hub jeħtieġ li tiddekripta (biss) id-data tal-indirizz biex il-messaġġ jgħaddi għall-hub li jmiss. Qabel ma jibgħat, kull hub terġa’ tikkripta d-data tal-indirizz. TLS sempliċi (f’direzzjoni waħda) hija possibbli u xi drabi xorta waħda tiġi applikata, iżda t-TLS bidirezzjonali (mTLS) hija rakkomandata peress li qed issir l-istandard attwali ta’ protezzjoni tas-saff tat-trasport.
3.1.3. Livell tal-messaġġi
Fil-livell tal-messaġġi, jiġu applikati diversi standards minn komponenti differenti tal-e-CODEX:
(a) |
Il-Protokoll użat għat-trażmissjoni minn gateway għal gateway (bħala l-livell tal-messaġġi) huwa AS4, li jiffirma u jikkripta l-messaġġi skont il-konfigurazzjoni tas-sigurtà fil-livell tal-gateway; |
(b) |
Il-komponent ewlieni tas-sistema e-CODEX huwa l-Konnettur. Dan iżid is-sigurtà fil-livell tal-messaġġi billi juża s-Sigurtà WS għall-iffirmar u l-kriptaġġ ta’ messaġġi għas-servizzi tal-web lejn il-gateway u l-backend(s). Għalhekk, jiġi applikat ukoll kriptaġġ bejn konnettur u konnettur; |
(c) |
Għall-iffirmar u l-kriptaġġ tal-funzjonalità fis-sistemi e-CODEX jintużaw ċertifikati diġitali. Dawk iċ-ċertifikati diġitali għall-kriptaġġ u l-iffirmar huma konformi mal-istandard X.509. |
3.1.4. Livell tad-dokumenti
Il-messaġġi fihom dokumenti u hemżiet. Dawn jiġu ppakkjati f’pakkett, imsejjaħ “kontenitur”. Il-kontenitur jinbena skont l-istandard ASIC-S. Il-Konnettur emittenti jiffirma l-kontenitur ASIC-S u l-firma tiġi vvalidata malli tasal mill-Konnettur riċeventi.
3.2. Metodi għall-verifika tal-integrità u tal-awtentiċità
3.2.1. Aċċess għall-konfigurazzjoni e-CODEX
Il-Komunikazzjoni bejn il-Punti ta’ Aċċess e-CODEX teħtieġ konfigurazzjoni minn qabel. Din il-konfigurazzjoni ssir permezz tal-pakkett tal-konfigurazzjoni e-CODEX. Il-pakkett ta’ konfigurazzjoni fih id-data tal-indirizzi, il-politika ta’ sigurtà applikata u informazzjoni oħra. Barra minn hekk, fiha wkoll is-servizzi fiduċjarji biċ-ċertifikati pubbliċi tal-Punti ta’ Aċċess e-CODEX parteċipanti kollha. Il-fajls tal-konfigurazzjoni jinħolqu għall-konfigurazzjoni ta’ kull sieħeb minn “Koordinatur għall-Konfigurazzjoni” (CfC) ċentrali bl-użu tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni (CMT). L-aċċess għal din is-CMT huwa pprovdut u ristrett għal kull sieħeb biss fuq talba personali u individwali. L-aċċess amministrattiv huwa ristrett għas-CFCs u għandu jiġi ġestit mill-eu-LISA.
3.2.2. Firem u siġilli elettroniċi appoġġati
Is-sistema e-CODEX għandha tappoġġa t-tipi kollha ta’ siġilli elettroniċi u firem elettroniċi kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.
3.2.3. e-CODEX Token TrustOK
Il-konnettur emittenti jivvalida l-firma tad-DPS ta’ messaġġ. L-eżitu ta’ din il-validazzjoni jinkiteb fit-Token TrustOK tal-e-CODEX. Dan it-token huwa ġġenerat minn librerija tas-sigurtà li hija submodulu tal-Konnettur. Il-validazzjoni tal-firma elettronika ssir mill-konnettur e-CODEX bl-użu tal-għodod DSS (servizz ta’ firma diġitali).
3.2.4. Token li Jista’ Jinqara mill-Magna (XML)
It-token li jinqara minn magna jiġi bħala fajl XML sottostanti għal ċerta skema li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar il-firma tat-token professjonali u r-rapport ta’ validazzjoni li jirriżulta mill-validazzjoni legali u teknika.
3.2.5. Token li Jista’ Jinqara mill-Bniedem
Il-fajl PDF jikkonsisti fi tliet partijiet. L-ewwel parti ppreżentata fl-ewwel paġna tat-Token attwali tinkludi informazzjoni ġenerali dwar is-sistema elettronika avvanzata u valutazzjoni tal-validità legali tad-dokument tan-negozju. Barra minn hekk, dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà u “timbru ta’ validazzjoni” li juru r-riżultat tal-validazzjoni legali (irnexxew/ma rnexxewx) jidhru fil-qiegħ tal-paġna.
Sistema elettronika avvanzata hija sistema konnessa li kapaċi tidentifika b’mod sigur l-utent u tiżgura l-integrità tal-messaġġi mibgħuta permezz tagħha bejn il-klijent u l-konnettur e-CODEX.
It-tieni parti fit-tieni paġna tipprovdi ħarsa ġenerali teknika standardizzata tal-informazzjoni mir-rapport ta’ validazzjoni oriġinali. Skont is-sistema konnessa (ibbażata fuq l-awtentikazzjoni jew il-firma), l-informazzjoni mogħtija mill-ħarsa ġenerali teknika tvarja. Token ibbażat fuq firma fih l-informazzjoni pprovduta miċ-ċertifikat sottostanti, inklużi l-attributi (fejn disponibbli). Token ibbażat fuq l-awtentikazzjoni fih l-isem tal-istituzzjoni minn fejn intbagħat id-dokument u, meta pprovdut, l-isem tal-awtur tad-dokument.
Il-qiegħ ta’ din il-paġna jikkonsisti f’timbru bil-kulur tar-riżultat tal-validazzjoni teknika tad-dokumenti (aħdar/isfar/aħmar) u deskrizzjoni qasira, eż. li tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar għaliex dokument irċieva valutazzjoni teknika safra.
It-tielet parti tad-dokument tikkonsisti fir-rapport ta’ validazzjoni oriġinali kif inħoloq mis-software ta’ validazzjoni tal-Istat Membru emittenti.
4. STANDARDS PROĊEDURALI DIĠITALI (DPS) ŻVILUPPATI SA ISSA
Servizz tal-Ġustizzja elettronika |
DPS: mudell tal-proċess |
DPS: skema XML |
Sors tal-proġett |
L-Ordni ta’ Ħlas Ewropea |
√ |
√ |
e-CODEX |
Talbiet Żgħar |
√ |
√ |
e-CODEX |
Mandat ta’ Arrest Ewropew |
√ |
√ |
e-CODEX |
Penali Finanzjarji |
√ |
√ |
e-CODEX |
MLA |
√ |
√ |
e-CODEX |
FD 909 (Sentenzi ta’ Kustodja) |
√ |
√ |
e-CODEX |
Kwistjonijiet matrimonjali |
√ |
√ |
e-SENS |
Ordni tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet tal-UE |
√ |
√ |
e-SENS |
Reġistru tat-Testmenti |
√ |
√ |
e-SENS |
Notifika ta’ Dokumenti |
√ |
√ |
e-CODEX |
(1) Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1).
(2) https://joinup.ec.europa.eu/collection/semantic-interoperability-community-semic/core-vocabularies
(3) Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta’ Standards ta’ Informazzjoni Strutturati.
(4) https://ec.europa.eu/digital-building-blocks/wikis/x/RqbXGw
(5) Il-Gateway Domibus hija miżmuma mill-Kummissjoni (https://ec.europa.eu/digital-building-blocks/wikis/display/DIGITAL/Domibus)
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2520
tal-20 ta’ Diċembru 2022
dwar l-arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-arranġamenti dettaljati għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA. |
(2) |
Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jinkludu l-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata. |
(3) |
L-arranġamenti dettaljati ta’ trasferiment jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ tagħha, id-dokumentazzjoni u assi oħra li d-dokument komuni ta’ trasferiment jenħtieġ li jistabbilixxi biex l-eu-LISA tkun tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tagħha. |
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għaldaqstant mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/850 u għaldaqstant mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Novembru 2022. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/850, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-arranġamenti dettaljati għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2022/850 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata, imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2022/850 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX li għandhom jiġu inklużi fid-dokument komuni ta’ trasferiment għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX
1. INTRODUZZJONI
Għandu jsir proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. Sa meta jsir it-trasferiment, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandu jkollha responsabbiltà sħiħa għaliha u għandha tiżgura li ma jsir ebda tibdil fis-sistema e-CODEX u li ma jsir ebda rilaxx ta’ software ġdid ħlief għall-fini li titwettaq manutenzjoni korrettiva tas-sistema e-CODEX.
L-objettiv ta’ dawn l-arranġamenti speċifiċi huwa li jispeċifikaw:
— |
l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX lill-eu-LISA; |
— |
il-kriterji għal proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess u d-dokumentazzjoni relatata; |
— |
id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra (elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)). |
Abbażi tal-arranġamenti speċifiċi għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni stabbiliti f’dan l-Anness, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2022/850, tippreżenta dokument komuni ta’ trasferiment lill-eu-LISA sal-31 ta’ Diċembru 2022. Mudell għal dan id-dokument komuni ta’ trasferiment jinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni sabiex tiżgura li l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment tas-sistema e-CODEX jiġu implimentati b’mod korrett.
Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2022/850, l-eu-LISA għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX fid-data li fiha l-Kummissjoni tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023, wara konsultazzjoni mal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA.
2. STADJI EWLENIN
(a) |
Data ta’ konsenja tad-dokument komuni ta’ trasferiment: sal-31 ta’ Diċembru 2022; |
(b) |
Proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni: Fil-perjodu ta’ sitt xhur wara l-konsenja tad-dokument komuni ta’ trasferiment; |
(c) |
Il-laqgħa introduttiva tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għandha ssir f’Jannar 2023, id-data eżatta għandha tiġi miftiehma bejn l-eu-LISA, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-Kummissjoni; |
(d) |
Trasferiment tar-responsabbiltà lill-eu-LISA: sal-31 ta’ Diċembru 2023, iżda mhux qabel l-1 ta’ Lulju 2023. |
3. PROĊESS TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI
Il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jibda bil-preżentazzjoni ta’ dokument komuni ta’ trasferiment mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA. L-eu-LISA għandha tivverifika u tikkonferma li l-informazzjoni rilevanti kollha hija inkluża fid-dokument komuni ta’ trasferiment biex jiġi żgurat trasferiment b’suċċess. Dan id-dokument komuni ta’ trasferiment għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar, mill-inqas, il-punti li ġejjin:
(a) |
l-ippjanar tal-attivitajiet kollha li għandhom jitwettqu kif speċifikat f’dan l-Anness, inklużi laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni, taħriġ, ittestjar, eċċ.; |
(b) |
l-assi u l-artefatti kollha li għandhom jiġu mgħoddija fil-bidu tal-perjodu ta’ trasferiment u fi tmiemu (trasferiment inizjali ta’ assi u trasferiment finali ta’ assi). Id-definizzjoni ta’ “trasferiment inizjali ta’ assi” u “trasferiment finali ta’ assi” tinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness; |
(c) |
is-sessjonijiet ta’ taħriġ, is-sessjonijiet ta’ ħidma, is-sessjonijiet ta’ informazzjoni u s-sessjonijiet ta’ shadowing kollha li se jiġu skedati; |
(d) |
il-proċeduri ta’ ħidma kollha fis-seħħ tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. F’każ li dawn il-proċeduri ma jiġux dokumentati, għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mgħoddija b’mod ċar lill-eu-LISA; |
(e) |
id-dettalji ta’ kuntatt tal-partijiet kollha involuti matul il-perjodu kollu tal-attivitajiet ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, flimkien ma’ matriċi ta’ rwoli u responsabbiltajiet; |
(f) |
kriterji ta’ suċċess ċari, verifikabbli u oġġettivi għall-valutazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni; |
(g) |
speċifikazzjonijiet tat-test biex tiġi vvalutata l-eżekuzzjoni korretta tal-proċess ta’ akkwiżizzjoni; |
(h) |
id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jippermettu lill-eu-LISA twettaq ir-responsabilitajiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/850. |
L-għan tad-dokument komuni ta’ trasferiment huwa li jipprovdi għodda għal migrazzjoni trasparenti, bla xkiel u kompleta tas-servizzi tal-IT mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għall-eu-LISA, permezz ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni.
Dan għandu jiddeskrivi l-mezzi kollha li għandhom jiġu stabbiliti mill-eu-LISA u l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX biex tiġi żgurata din it-tranżizzjoni bla xkiel.
Eżempju tal-istruttura ta’ tali dokument jinsab fl-appendiċi ta’ dan l-Anness. Jista’ jiġi adattat kif meħtieġ, sakemm ikun fih informazzjoni dettaljata dwar il-punti elenkati f’din it-taqsima.
Kemm l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX kif ukoll l-eu-LISA għandhom jipproduċu rispettivament sat-30 ta’ Ġunju 2023 rapporti ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet imwettqa, biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ taġġorna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Lulju 2023 dwar il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni (ara l-punti 5 u 6 ta’ dan l-Anness).
Il-format u l-mezzi ta’ trasferiment (eż. spazju ta’ kollaborazzjoni komuni bħall-“Appoġġ Bażiku għal Ħidma Kooperattiva” preċedenti, iċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, in-Negozji u ċ-Ċittadini — CIRCABC, l-aċċess għar-repożitorji attwali, eċċ.) ta’ kull artefatt għandhom jiġu miftiehma b’mod reċiproku bejn l-eu-LISA u l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX, filwaqt li titqies is-sistema fil-mira li għandha tintuża fl-ambjent tal-eu-LISA.
Ir-rekwiżiti tal-infrastruttura u tas-sigurtà għal kull assi għandhom jiġu indirizzati fid-dokumentazzjoni tal-komponent rilevanti u/jew fil-masterclass imsemmija.
Lista mhux eżawrjenti tal-komponenti tas-sistema e-CODEX, il-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra huwa ppreżentati fit-tabella li ġejja.
Tabella sommarja tal-komponenti, l-artefatti u l-attivitajiet ta’ appoġġ għat-trasferiment:
|
Komponent |
Artifatti |
Appoġġ għat-Trasferiment |
|||||||||||||||||||
Elementi li għandhom jiġu żviluppati u operati |
Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni - CMT |
Kodiċi tas-Sors Bażi tad-Data tal-Konfigurazzjoni u Dokumentazzjoni tal-pModes Dump tal-bażi tad-data fl-istadji ta’ trasferiment inizjali u finali. |
Dokumentazzjoni Masterclass “CMT” Żvilupp u manutenzjoni, installazzjoni, konfigurazzjoni, tħaddim u individwazzjoni ta’ soluzzjoni |
|||||||||||||||||||
Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar - CTP |
Kodiċi tas-Sors Dokumentazzjoni Dump tal-bażi tad-data fl-istadji ta’ trasferiment inizjali u finali. |
Dokumentazzjoni Masterclass “CTP” Żvilupp u manutenzjoni, installazzjoni, konfigurazzjoni, tħaddim u individwazzjoni ta’ soluzzjoni |
||||||||||||||||||||
Server tar-Repożitorju (bħalissa: Nexus) |
Repożitorji |
Masterclass “Żvilupp u infrastruttura” |
||||||||||||||||||||
Server tal-Integrazzjoni (bħalissa: Jenkins) |
Elementi ta’ Integrazzjoni |
|||||||||||||||||||||
Repożitorju tal-Kodiċi tas-Sors (bħalissa: Gitblit) |
Kodiċi tas-Sors |
|||||||||||||||||||||
Sit web e-CODEX |
Kontenut tas-sit web e-CODEX |
Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX” |
||||||||||||||||||||
Elementi li għandhom jiġu żviluppati u mwettqa |
Arkitettura e-CODEX |
Sit web e-CODEX Dokumentazzjoni |
Dokumentazzjoni Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX” |
|||||||||||||||||||
Connector Suite |
Għal kull komponent (Konnettur, Client, Plugin, Librerija tas-Sigurtà, Utilitajiet, eċċ): Kodiċi tas-Sors Dokumentazzjoni |
Dokumentazzjoni Masterclass “Konnettur” |
||||||||||||||||||||
Skemi tal-każ ta’ użu:
|
Skemi Mudell tal-Proċess tan-Negozju Vokabularju Ewlieni tal-e-Ġustizzja tal-UE (l-aċċess għandu jingħata permezz tal-għodda “Metadata Workbench”) |
Dokumentazzjoni Masterclass “Skemi” |
||||||||||||||||||||
Elementi oħra |
Biljetti tal-e-CODEX |
Il-biljetti kollha inklużi l-istatus kollha (għal skopijiet tal-ġestjoni tal-għarfien) |
Masterclass “Konnettur” Dump tal-bażi tad-data bid-data kollha |
|||||||||||||||||||
Pjan Direzzjonali dwar il-Connector Suite e-CODEX |
Sit web e-CODEX |
Masterclass “Konnettur” |
||||||||||||||||||||
Rekwiżiti tas-Sigurtà e-CODEX |
Dokument |
Masterclass “Konnettur” |
4. ATTIVITAJIET
(a) Attivitajiet ta’ taħriġ
L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tħejji lista ta’ moduli ta’ taħriġ biex tiżgura t-trasferiment sħiħ tal-għarfien lill-eu-LISA.
Il-materjali tat-taħriġ u l-ħtiġijiet tal-ippjanar għandhom jiġu definiti u miftiehma bejn l-atturi kollha involuti għal kull modulu ta’ taħriġ u masterclass. B’mod partikolari, jekk l-eu-LISA tqis li huma meħtieġa, għandha titħalla titlob u tirċievi moduli ta’ taħriġ u masterclasses addizzjonali.
L-ippjanar u l-iskedar speċifiċi tas-sessjonijiet ta’ taħriġ, tas-sessjonijiet prattiċi u tas-sessjonijiet ta’ shadowing (fejn it-tim tal-eu-LISA jista’ jitgħallem billi josserva t-tim tekniku tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX) għandhom jiġu dettaljati fid-dokument komuni ta’ trasferiment.
Lista minima u mhux eżawrjenti ta’ taħriġ li għandu jiġi pprovdut hija inkluża fit-tabella li ġejja:
Titolu |
Kontenut tal-modulu |
Tip ta’ Dok |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 1: Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX” |
Matul din l-ewwel Masterclass, il-parteċipanti se jiksbu ħarsa ġenerali lejn x’jinvolvi l-e-CODEX, inkluż ħarsa ġenerali lejn l-arkitettura bażika tal-e-CODEX, il-prinċipji ġenerali tal-e-CODEX u ħarsa ġenerali storika qasira lejn kif inħoloq l-e-CODEX. Dan il-modulu huwa prinċipalment ibbażat fuq fatti teoretiċi. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 2: Masterclass “Konnettur” |
Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jirċievu spjegazzjoni fil-fond dwar il-Connector Suite u l-prodotti/il-komponenti differenti tiegħu, inkluża r-relazzjoni mal-gateway. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i, inklużi l-installazzjoni, l-individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet u l-appoġġ tekniku. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 3: Masterclass “Skemi” |
Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-iskemi tad-data żviluppati mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. L-enfasi se tkun ukoll fuq il-Metadata Workbench li fih qed jiġi amministrat il-Vokabularju Ewlieni tal-e-Ġustizzja tal-UE u fuq it-teknika tal-immudellar tal-proċess tan-negozju. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 4: Masterclass “CMT” |
Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-karatteristiċi u l-proċessi tal-Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni. Is-CMT hija għodda online għall-ġestjoni tal-ġbir tad-data tal-parteċipanti u d-distribuzzjoni tal-fajls tal-konfigurazzjoni e-CODEX. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 5: Masterclass “CTP” |
Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jsiru familjari mal-karatteristiċi u l-proċessi tal-Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar u l-istrateġija tal-ittestjar. Is-CTP tipprovdi ambjent sħiħ ta’ ttestjar e-CODEX u interfaċċa web biex jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi tat-test personalizzabbli. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 6: Masterclass “Żvilupp u infrastruttura” |
Matul din il-Masterclass, il-parteċipanti se jkomplu jiddiskutu suġġetti ta’ żvilupp u infrastruttura, bħall-ġestjoni tas-server tar-repożitorji. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
Materjali tat-Taħriġ - Modulu 7: Masterclass “Debugging” |
Matul din il-masterclass, il-parteċipanti se jitgħallmu dwar id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-bugs potenzjali fis-sistema e-CODEX u r-riżoluzzjoni tal-problemi, inkluż ir-riżoluzzjoni ta’ talbiet għal appoġġ. Dan il-modulu jikkonsisti f’parti teoretika, taħriġ prattiku u sessjoni(jiet) ta’ shadowing fakultattiva/i. |
Preżentazzjoni PPT u Materjali tas-Sillabu e-CODEX |
(b) Trasparenza tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni
Il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni għandu jkun trasparenti għall-utenti finali, filwaqt li jimminimizza l-impatt fuq il-proċeduri ta’ ħidma u l-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tiżgura u tkompli tipprovdi appoġġ tekniku lill-entitajiet li joperaw jew tinstalla punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati sakemm l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX.
(c) Responsabbiltà tal-eu-LISA u tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2022/850, sa meta jsir it-trasferiment, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandu jkollha responsabbiltà sħiħa għaliha u għandha tiżgura li ma jsir ebda tibdil fis-sistema e-CODEX u li ma jsir ebda rilaxx ta’ software ġdid ħlief għall-fini li titwettaq manutenzjoni korrettiva tas-sistema e-CODEX.
Għal dan l-għan, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX, għandha tkompli tipprovdi manutenzjoni u appoġġ tal-komponenti matul dan il-perjodu.
Għat-talbiet kollha għal appoġġ, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tkun il-punt uniku ta’ kuntatt sakemm l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX.
L-eu-LISA tista’ titlob li t-talbiet għal appoġġ riċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX jiġu kkomunikati lill-persunal maħtur fl-eu-LISA li għandu jitħalla jsegwi l-passi ta’ riżoluzzjoni mwettqa mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.
L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha ssolvi t-talbiet kollha għal appoġġ irċevuti qabel l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX. Huwa biss meta jkun iġġustifikat għal raġunijiet tekniċi oġġettivi li l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX tista’ taqbel mal-eu-LISA dwar it-trasferiment tat-talbiet għal appoġġ riċevuti minnha, iżda li ma jistgħux jiġu solvuti saż-żmien tat-trasferiment tar-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX lill-eu-LISA. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tiżgura li tali ftehim ma jkollu l-ebda impatt fuq l-utent finali u li ma jimplika l-ebda dewmien fis-soluzzjoni tat-talba għal appoġġ. Dan il-ftehim se jiġi fformalizzat taħt il-kriterju ta’ suċċess numru 6 fil-punt 5 ta’ dan l-Anness.
L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tipprovdi lill-eu-LISA b’lista eżawrjenti ta’ utenti tas-sistema e-CODEX, li l-eu-LISA għandha tinnotifika li ħadet ir-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX fi żmien 30 jum wara li jsir it-trasferiment.
L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tappoġġa lill-eu-LISA u tassistiha kif meħtieġ sal-31 ta’ Marzu 2024.
Għal kull komponent, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX tista’ tissuġġerixxi lista ta’ żviluppi li għandhom isiru fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-utenti.
5. KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS
|
Kriterji |
Indikatur ta’ monitoraġġ |
Mezz ta’ verifika |
Skadenza |
||||||
1 |
Trasferiment tal-għarfien tal-komponenti differenti tas-sistema e-CODEX |
Is-sessjonijiet ta’ taħriġ kollha li saru. |
Formoli ta’ reġistrazzjoni mimlija u materjali ta’ taħriġ mogħtija lill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||
2 |
Trasferiment tal-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX |
L-assi kollha kkonsenjati u kompluti |
Rikonoxximent espliċitu mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||
3 |
Stabbiltà teknika tas-sistema e-CODEX (il-komponenti kollha) |
L-aħħar 2 verżjonijiet prodotti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. |
Verżjoni stabbli tas-sistema e-CODEX, jiġifieri pakkett li jista’ jintuża fil-produzzjoni u li jiżgura l-integrità tal-iskambji kollha li jsiru f’din il-verżjoni. |
Sal-31 ta’ Diċembru 2022 |
||||||
4 |
Allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti fl-eu-LISA |
Il-kompożizzjoni tat-tim e-CODEX (inkluż il-persunal tekniku li għandu jitħarreġ) ikkomunikata mill-eu-LISA lill-Kummissjoni u lill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. |
Notifika mill-eu-LISA lill-Kummissjoni u lill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX |
Sal-1 ta’ Jannar 2023 |
||||||
5 |
Trasferiment ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet ta’ użu |
It-trasferiment tas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 imwettqa bid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha. |
|
Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
||||||
6 |
Soluzzjoni tat-talbiet kollha għal appoġġ irċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għas-sistema e-CODEX |
It-talbiet kollha għal appoġġ riċevuti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX qabel ma l-eu-LISA tassumi r-responsabbiltà għaliha ġew magħluqa jew il-ftehim li t-talbiet se takkwiżixxihom rikonoxxut mill-eu-LISA |
|
Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
||||||
7 |
Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA dwar it-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u eu-LISA dwar l-issodisfar tal-kriterji għal proċess ta’ trasferiment b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess |
Talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
Bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2023 |
6. KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS
Għal kull artefatt u għal kull assi ttrasferit, l-għan tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni huwa li jiġi żgurat li s-sistema e-CODEX, l-għarfien tan-negozju, l-għarfien tekniku, u l-aħjar prattiki u tekniki kkonċernati mis-servizzi pprovduti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX ġew akkwiżiti b’mod korrett mill-eu-LISA, wara t-tlestija ta’ proċess ta’ ttestjar.
L-ambitu tal-proċess tat-test ta’ akkwiżizzjoni huwa li jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ każijiet tat-test imħejjija biex jagħtu prova li l-għarfien tan-negozju nkiseb mill-eu-LISA u teżisti tħejjija għall-attivitajiet previsti li se jiġu akkwiżiti. L-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandhom ikunu provduti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX.
Meta l-eżekuzzjoni tat-test ma tirnexxix, il-livell tal-impatt tiegħu għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Livell tal-impatt |
Effett fuq is-servizz |
1 |
Is-servizz ma jistax jitwettaq |
2 |
Is-servizz(i) korrispondenti ma jistax/jistgħux jitwettaq/jitwettqu kif suppost u l-problema ma tistax tiġi evitata. |
3 |
Impatt żgħir fuq is-servizz(i) korrispondenti. |
Il-każijiet tat-test għandhom ikopru proċessi speċifiċi li huma applikabbli għall-assi akkwiżiti. Il-każijiet tat-test għandhom jiġu raggruppati skont il-proċess ewlieni; l-eżekuzzjoni tal-każijiet tat-test kollha ta’ proċess ewlieni għandha tipprova l-istat ta’ tħejjija tal-eu-LISA.
L-eżekuzzjoni tat-test għandha tikkonkludi meta jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ suċċess kollha li ġejjin:
(a) |
L-ebda difett fil-livell tal-impatt 1 ma huwa miftuħ. Jekk ikun hemm difett fil-livell tal-impatt 1:
|
(b) |
L-ebda difett fil-livell tal-impatt 2 ma huwa miftuħ; |
(c) |
Massimu ta’ 10 % tal-każijiet tat-test huma mmarkati b’difetti fil-livell tal-impatt 3. |
Għal dan l-għan, mill-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati u t-twettiq tagħhom għandu jkun muri mill-eu-LISA fl-iskadenzi stabbiliti fit-tabella li ġejja:
|
Kriterju |
Indikatur ta’ monitoraġġ |
Mezz ta’ verifika |
Skadenza |
||||||||||
1 |
Trasferiment tal-għarfien tal-komponenti differenti tas-sistema e-CODEX |
L-eu-LISA pparteċipat fis-sessjonijiet ta’ taħriġ kollha li saru |
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
2 |
Trasferiment tal-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX |
Is-sorsi kollha rċevuti u d-dokumenti kompluti bis-sħiħ |
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
3 |
Allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti fl-eu-LISA |
|
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Jannar 2023 |
||||||||||
4 |
Stabbiliment tal-Grupp Konsultattiv e-CODEX |
Stabbiliment tal-Grupp Konsultattiv u laqgħat matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni li jsiru mill-inqas kull xahrejn, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2022/850 |
|
Rigward il-punt 1: sat-28 ta’ Frar 2023; Rigward il-punt 2: sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
||||||||||
5 |
Stabbiliment tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX |
Stabbiliment tal-Bord Maniġerjali tal-Programm e-CODEX u laqgħat matul it-trasferiment u l-akkwiżizzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/850 |
|
Rigward il-punt 1: sal-1 ta’ Jannar 2023; Rigward il-punt 2: sat-30 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||
6 |
Trasferiment tad-Data |
It-trasferiment tad-data rilevanti kollha inkluż iżda mhux limitat għal biljetti, kredenzjali tal-utent, eċċ. jiġi ttrasferit lill-eu-LISA fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. |
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
7 |
Trasferiment tal-kronoloġija tal-kwistjonijiet kollha |
Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. |
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
8 |
Trasferiment ta’ kwistjonijiet mhux solvuti |
Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. |
Rikonoxximent mill-eu-LISA |
Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
||||||||||
9 |
Trasferiment tal-ġestjoni tal-utenti, inklużi l-utenti finali (aċċess għas-CMT, għas-CTP...) |
Fil-forma ta’ dump ta’ bażi tad-data jew fi kwalunkwe format ieħor miftiehem bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA. |
Il-kredenzjali kkomunikati, importati fl-infrastruttura tal-eu-LISA u l-aċċess għall-komponenti differenti jiġu vverifikati minn xi utenti finali. |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
10 |
Trasferiment tal-attivitajiet tal-helpdesk:
|
Il-proċess huwa mifhum u l-proċeduri ta’ ħidma huma stabbiliti biex it-tim ta’ akkwiżizzjoni jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ kuljum. |
L-għodda tal-biljetti disponibbli, aċċessibbli u l-biljetti kollha ġew trasferiti għall-għodda tal-eu-LISA (kaxxa postali funzjonali jekk teżisti, mudelli ta’ appoġġ, bażi tal-għarfien ta’ appoġġ, eċċ.). |
Sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
||||||||||
11 |
Kredenzjali tal-aċċess għall-applikazzjoni |
Trasferiment tal-listi tal-utenti u tal-kredenzjali rilevanti lill-eu-LISA filwaqt li jitqiesu l-miżuri ta’ sigurtà u r-rakkomandazzjonijiet għal dan it-tip ta’ data. |
L-utenti rċevew il-kredenzjali tagħhom u l-informazzjoni dwar il-konnessjoni. |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
12 |
Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni |
Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew Talbiet għal Tibdil (RfCs) jew biljetti relatati; |
L-attivitajiet ta’ implimentazzjoni huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
13 |
Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp |
Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew RfCs jew biljetti relatati; |
L-attivitajiet ta’ żvilupp huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
14 |
Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ ttestjar |
Backlog, ippjanar u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti jew RfCs jew biljetti relatati; |
L-attivitajiet ta’ ttestjar huma identifikati b’mod ċar u dawk miftuħa huma ppjanati għat-tlestija |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
15 |
Akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Tibdil u ta’ Rilaxx |
Backlog, ippjanar u kwalunkwe RfCs jew dokumentazzjoni rilevanti; |
Il-RfCs miftuħa kollha u l-pjan ta’ rilaxx ġew akkwiżiti u integrati fil-pjan ġenerali tal-proġett |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
16 |
Disponibbiltà tal-infrastruttura u l-ġestjoni tal-infrastruttura |
Ir-rekwiżiti tal-infrastruttura kollha riċevuti u implimentati. L-assi kollha identifikati minn e-CODEX disponibbli u pprovduti lill-eu-LISA. |
Il-komponenti kollha huma disponibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha kif meħtieġ. Għall-infrastruttura tal-iżvilupp, l-eu-LISA tikkonferma l-istruttura u l-operazzjoni. |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
17 |
Ġestjoni tas-sigurtà |
Ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet kollha tas-sigurtà kkomunikati u implimentati mill-eu-LISA. |
Id-dokumentazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli:
L-eu-LISA jenħtieġ li tikkonferma l-implimentazzjoni tagħhom. |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
18 |
Pjan ta’ Komunikazzjoni |
Jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan ta’ komunikazzjoni sabiex l-utenti u l-partijiet ikkonċernati kollha jiġu infurmati dwar il-bidla li jmiss fil-fornituri tas-servizzi u dwar il-kanali u l-proċeduri l-ġodda ta’ komunikazzjoni. |
Notifiki riċevuti mill-eu-LISA mill-utenti u mill-partijiet ikkonċernati kollha qabel tmiem il-perjodu ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni biex jiġu infurmati dwar il-proċeduri ta’ ħidma l-ġodda: il-kredenzjali, l-URLs, is-siti web, l-għodda tal-biljetti... |
Sal-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
19 |
Allinjament finali tad-data |
Dispożizzjoni finali tad-diskrepanza fl-assi pprovduti lill-eu-LISA fil-bidu tal-proċess ta’ trasferiment/akkwiżizzjoni. |
|
Fl-1 ta’ Lulju 2023 |
||||||||||
20 |
Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA dwar it-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
Ftehim bejn l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u eu-LISA dwar l-issodisfar tal-kriterji għal proċess ta’ trasferiment b’suċċess u għat-tlestija b’suċċess ta’ dak il-proċess |
Talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni |
Bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2023 |
7. DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI JEW DRITTIJIET TA’ UŻU
L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX għandha tittrasferixxi lill-eu-LISA d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu relatati mas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850 sad-data tat-talba konġunta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA lill-Kummissjoni biex tiddikjara t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni.
L-eu-LISA għandha tirċievi dawn id-drittijiet mingħajr ħlas u mingħajr ebda limitazzjoni, u ssir is-sid uniku tagħhom.
L-eu-LISA għandha tkompli tipprovdi dawk il-komponenti tas-software u l-verżjonijiet sussegwenti tagħhom skont il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EUPL).
8. KRONOLOĠIJA
Kronoloġija, kundizzjonali fuq id-disponibbiltà ta’ kull entità (l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA), se tiġi rieżaminata u vvalidata fl-ewwel laqgħa ta’ orjentazzjoni.
Durata tal-masterclasses (indikazzjoni):
|
Komponent |
Appoġġ għat-Trasferiment |
Durata (indikazzjoni) |
Sekwenza |
Elementi li għandhom jiġu żviluppati u operati |
Għodda għall-Ġestjoni tal-Konfigurazzjoni - CMT |
Dokumentazzjoni Masterclass “CMT” |
jumejn |
ir-raba’ |
Pjattaforma Ċentrali tal-Ittestjar - CTP |
Dokumentazzjoni Masterclass “CTP” |
jumejn |
il-ħames |
|
Server tar-Repożitorju (bħalissa: Nexus) |
Masterclass “Żvilupp u infrastruttura” |
jumejn |
is-sitt |
|
Server tal-Integrazzjoni (bħalissa: Jenkins) |
||||
Repożitorju tal-Kodiċi tas-Sors (bħalissa: Gitblit) |
||||
Elementi li għandhom jiġu żviluppati u mwettqa |
Arkitettura e-CODEX |
Dokumentazzjoni Masterclass “Ħarsa Ġenerali lejn l-e-CODEX” |
4 ijiem |
l-ewwel |
Connector Suite |
Dokumentazzjoni Masterclass “Konnettur” |
20 jum |
it-tieni |
|
Skemi tal-Każ ta’ Użu |
Dokumentazzjoni Masterclass “Skemi” |
10 ijiem |
it-tielet |
9. L-ISTRUTTURA TAR-RAPPORT TA’ TRASFERIMENT GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-ENTITÀ LI TIMMANIĠĠJA S-SISTEMA e-CODEX
Ir-rapport ta’ trasferiment se jkun sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ambitu tat-trasferiment:
(a) |
Lista tal-assi u tal-artefatti pprovduti lill-eu-LISA fi tmiem il-perjodu ta’ trasferiment; |
(b) |
Deskrizzjoni u kontenut tas-sessjonijiet ta’ ħidma kollha organizzati matul it-trasferiment; |
(c) |
Lista ta’ preżentazzjonijiet u dokumenti relatati mogħtija matul is-sessjonijiet ta’ ħidma; |
(d) |
Lista ta’ tagħlimiet meħuda; |
(e) |
Lista ta’ kwistjonijiet miftuħa fi tmiem it-trasferiment; |
(f) |
Konklużjoni u tħejjija tal-eu-LISA. |
10. STRUTTURA TAR-RAPPORT TA’ AKKWIŻIZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPROVDUT MILL-eu-LISA
Ir-riżultat tanġibbli ewlieni prodott mill-eu-LISA matul din il-fażi huwa r-rapport ta’ akkwiżizzjoni. Dan id-dokument se jkun fih, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:
(a) |
L-istat ta’ tħejjija sabiex takkwiżixxi l-proġett; |
(b) |
Dimostrazzjoni, għal kull proċess, li l-eu-LISA hija tabilħaqq lesta li takkwiżixxi l-attivitajiet; |
(c) |
ir-rapport se jelenka l-pjan tat-test li jsir u r-riżultati ta’ kull test. Il-kopertura tat-test għandha tinkludi l-assi u l-attivitajiet kollha mwettqa matul dan il-perjodu, u skont il-kriterji ta’ tlestija definiti aktar kmieni f’dan id-dokument. |
Tal-inqas il-punti li ġejjin jenħtieġ li jkunu preżenti fid-dokument tar-rapport tal-akkwiżizzjoni:
(a) |
Miżuri ta’ sigurtà; |
(b) |
Trasferiment u akkwiżizzjoni tal-għarfien:
|
(c) |
Proċedura fis-seħħ meta applikabbli; |
(d) |
Finalizzazzjoni tal-proċess ta’ akkwiżizzjoni u azzjonijiet cut-off:
|
APPENDIĊI
STRUTTURA TAD-DOKUMENT KOMUNI TA’ TRASFERIMENT
Reġistru tat-tibdil tad-dokument
Edizzjoni |
Data tal-Ħruġ |
|
Paragrafi modifikati |
Modifiki |
|
|
|
|
|
WERREJ
1. |
DOKUMENTI TA’ REFERENZA U APPLIKABBLI | 51 |
1.1. |
Dokumenti ta’ referenza | 51 |
1.2. |
Dokumenti applikabbli | 51 |
2. |
TERMINOLOĠIJA | 51 |
2.1. |
Abbrevjazzjonijiet u akronimi | 51 |
3. |
INTRODUZZJONI | 51 |
3.1. |
Għan tad-Dokument | 51 |
3.2. |
Udjenza fil-Mira | 51 |
4. |
SUPPOŻIZZJONIJIET U RISKJI | 52 |
4.1. |
Suppożizzjonijiet u prerekwiżiti | 52 |
4.2. |
Riskji | 52 |
5. |
APPROĊĊ TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI | 52 |
5.1. |
Laqgħa introduttiva | 52 |
5.2. |
Laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni | 52 |
5.3. |
Pjan ta’ Trasferiment | 52 |
5.4. |
Trasferiment inizjali tal-assi | 53 |
5.4.1. |
Applikazzjonijiet | 53 |
5.4.2. |
Dokumentazzjoni | 53 |
5.4.3. |
Proċeduri | 53 |
5.4.4. |
Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ...) | 53 |
6. |
TRASFERIMENT FINALI TAL-ASSI | 53 |
6.1. |
Applikazzjonijiet | 53 |
6.2. |
Dokumentazzjoni | 53 |
6.3. |
Proċeduri | 53 |
6.4. |
Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ.) | 53 |
7. |
TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN | 53 |
8. |
DETTALJI TA’ KUNTATT TAT-TRASFERIMENT | 53 |
9. |
DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AKKWIŻIZZJONI | 53 |
10. |
ĦTIĠIJIET TAL-INFRASTRUTTURA FL-EU-LISA | 53 |
10.1. |
Applikazzjonijiet | 53 |
10.2. |
Rekwiżiti tal-hardware/tas-sistema | 54 |
10.3. |
COTS (prodott kummerċjalment disponibbli) | 54 |
11. |
REKWIZITI TA’ SIGURTÀ | 54 |
12. |
SKEDA TAS-SESSJONI TA’ ĦIDMA | 54 |
12.1. |
Sessjoni ta’ ħidma ġenerali dwar is-servizzi kollha | 54 |
12.2. |
Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar il-Helpdesk u l-Operazzjonijiet | 54 |
12.3. |
Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar l-Installazzjoni u l-Ittestjar | 54 |
12.3.1. |
Installazzjonijiet | 54 |
12.3.2. |
Ittestjar | 55 |
12.3.3. |
Sessjonijiet ta’ ħidma dwar suġġetti oħra | 55 |
12.3.4. |
Mistoqsijiet & tweġibiet u Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar is-Shadowing | 55 |
13. |
KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS U GĦAT-TLESTIJA B’SUĊĊESS TA’ DAK IL-PROĊESS | 55 |
14. |
PERJODU TA’ SHADOWING, TRASFERIMENT TAR-RESPONSABBILTÀ U PERJODU TA’ SEGWITU | 55 |
15. |
IPPJANAR | 55 |
15.1. |
Ippjanar ta’ livell għoli | 55 |
15.2. |
Ippjanar dettaljat | 55 |
16. |
PJAN TAT-TEST TA’ AKKWIŻIZZJONI | 55 |
17. |
MATERJAL TA’ TRASFERIMENT | 56 |
18. |
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI U D-DRITTIJIET TA’ UŻU | 56 |
Tabella ta’ Tabelli (mhux obbligatorja)
Tabella 1: Dokumenti ta’ referenza
Tabella 2: Dokumenti applikabbli
Tabella 3: Abbrevjazzjonijiet u akronimi
Nota: It-test imdaħħal fit-taqsimiet tad-dokument li ġejjin huwa pprovdut biss bħala eżempju għall-finijiet ta’ kjarifika. L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u t-timijiet tal-eu-LISA jistgħu jadattaw l-istruttura tiegħu kif meħtieġ sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom, dment li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar il-punti elenkati fit-taqsima 3 tal-Anness.
1. DOKUMENTI TA’ REFERENZA U APPLIKABBLI
1.1. Dokumenti ta’ referenza
ID |
Titolu |
Referenza |
Verżjoni |
|
|
|
|
Tabella 1: Dokumenti ta’ referenza
1.2. Dokumenti applikabbli
ID |
Titolu |
Referenza |
Verżjoni |
|
|
|
|
Tabella 2: Dokumenti applikabbli
2. TERMINOLOĠIJA
2.1. Abbrevjazzjonijiet u akronimi
Abbrevjazzjoni jew Akronimu |
Tifsira |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 3: Abbrevjazzjonijiet u akronimi
3. INTRODUZZJONI
3.1. Għan tad-Dokument
[L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jiddeskrivi l-approċċ li se jiġi segwit għall-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni tas-sistema e-CODEX. It-trasferiment u l-akkwiżizzjoni jkopru t-tranżizzjoni tad-dokumenti u l-pakketti tal-applikazzjonijiet kollha kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA.]
3.2. Udjenza fil-Mira
[Lista tal-udjenza fil-mira għandha tiżdied f’din it-taqsima]
4. SUPPOŻIZZJONIJIET U RISKJI
4.1. Suppożizzjonijiet u prerekwiżiti
[Is-suppożizzjonijiet u l-prerekwiżiti identifikati kemm mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX kif ukoll mill-eu-LISA jeħtieġ li jiġu identifikati b’mod ċar u elenkati f’din it-taqsima]
4.2. Riskji
[L-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA se jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jirnexxi u biex ir-riskji jiġu mitigati. Kwalunkwe riskju li ma jistax jiġi mitigat u li jaffettwa l-eżitu tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni se jiġi eskalat lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.]
Riskju |
Sid tar-riskju |
Mitigazzjoni |
|
|
|
5. APPROĊĊ TA’ TRASFERIMENT U AKKWIŻIZZJONI
[L-għan tat-trasferiment huwa li:
— |
Iwettaq trasferiment fiżiku tal-materjal kollu meħtieġ (pakketti ta’ software, dokumentazzjoni, biljetti, eċċ.); |
— |
Iwettaq trasferiment tal-għarfien dwar l-applikazzjoni permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ u sessjonijiet ta’ shadowing; |
— |
Iwettaq trasferiment tal-għarfien operazzjonali permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ u sessjonijiet ta’ shadowing; |
— |
Jittrasferixxi r-responsabbiltà mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX lill-eu-LISA għas-servizzi kollha; |
Għall-attivitajiet ta’ akkwiżizzjoni, l-objettiv huwa li jitwettaq trasferiment u akkwiżizzjoni tal-għarfien permezz ta’:
— |
Parteċipazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien, fis-sessjonijiet ta’ appoġġ u taħriġ mogħtija mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX; |
— |
Analiżi u valutazzjoni tal-istatus u l-użabilità tal-informazzjoni akkwistata. Jekk xi informazzjoni titqies li teħtieġ titjib, din tiġi eskalata lill-Kummissjoni; |
— |
Organizzazzjoni, monitoraġġ u rfinar tat-tħaddim parallel (prova) tal-proġett jekk applikabbli; |
— |
Parteċipazzjoni f’laqgħat tekniċi ad-hoc mal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX; |
— |
Tħejjija, integrazzjoni u applowdjar tad-data fl-għodod tal-eu-LISA.] |
5.1. Laqgħa introduttiva
[L-attivitajiet kollha ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni jibdew b’laqgħa introduttiva mal-partijiet kollha involuti. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet u l-ippjanar ta’ livell għoli huma ppreżentati matul din il-laqgħa.]
5.2. Laqgħat ta’ sinkronizzazzjoni
[Se jsiru laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni tal-ġestjoni (kull ġimagħtejn) mal-partijiet kollha sabiex isir segwitu dwar l-istatus tal-attivitajiet ta’ trasferiment u ta’ akkwiżizzjoni u biex l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX u l-eu-LISA jkunu jistgħu jissinkronizzaw l-attivitajiet tagħhom.]
5.3. Pjan ta’ Trasferiment
[L-attivitajiet kollha ta’ trasferiment huma deskritti fil-Pjan ta’ Trasferiment, jiġifieri dan id-dokument.]
5.4. Trasferiment inizjali tal-assi
[Huwa ppjanat trasferiment inizjali tal-materjal kollu fil-bidu tal-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni. Dan jinkludi bħala minimu: l-aħħar verżjoni tal-pakketti tal-applikazzjonijiet (inkluża d-dokumentazzjoni), is-software aġġornat u l-inventarju tad-dokumentazzjoni, u estratt mill-bażi tad-data tal-biljetti (jew format ieħor).]
5.4.1. Applikazzjonijiet
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
5.4.2. Dokumentazzjoni
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
5.4.3. Proċeduri
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
5.4.4. Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ...)
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
6. TRASFERIMENT FINALI TAL-ASSI
[Mat-trasferiment tar-responsabbiltà, l-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX se tipprovdi verżjoni finali (aġġornata) ta’ kwalunkwe assi li ġie mmodifikat matul il-perjodu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni kif ukoll estratt ġdid tal-bażi tad-data tal-biljetti (jew format ieħor).]
6.1. Applikazzjonijiet
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
6.2. Dokumentazzjoni
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
6.3. Proċeduri
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
6.4. Backlog (RfC, Biljetti, Kwistjonijiet, eċċ.)
[Lista tal-assi li għandhom jiġu kkonsenjati għandha tiżdied hawn]
7. TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN
[It-trasferiment tal-għarfien tal-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX isir matul diversi sessjonijiet ta’ ħidma u sessjoni(jiet) ta’ shadowing li jsiru matul il-perjodu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni. Dan l-approċċ u l-appoġġ matul il-perjodu ta’ segwitu se jiżguraw it-trasferiment sħiħ tal-għarfien tal-operazzjonijiet.
Is-sessjonijiet ta’ ħidma kollha se jkunu bbażati fuq preżentazzjonijiet/dokumenti ddedikati, użati minn taħriġ preċedenti jew magħmula apposta mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX. Il-preżentazzjonijiet jingħataw lill-eu-LISA ġimgħa qabel kull sessjoni ta’ ħidma.]
8. DETTALJI TA’ KUNTATT TAT-TRASFERIMENT
[Żid id-dettalji ta’ kuntatt hawnhekk]
9. DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AKKWIŻIZZJONI
[Żid id-dettalji ta’ kuntatt hawnhekk]
10. ĦTIĠIJIET TAL-INFRASTRUTTURA FL-EU-LISA
10.1. Applikazzjonijiet
10.2. Rekwiżiti tal-hardware/tas-sistema
10.3. COTS (prodott kummerċjalment disponibbli)
11. REKWIZITI TA’ SIGURTÀ
[F’din it-taqsima, il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-eu-LISA jenħtieġ li jiġu deskritti biex ikopru l-punti li ġejjin:
— |
Il-ġestjoni ġenerali tas-sigurtà fil-livell tal-proġett; |
— |
Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tas-sistema li tkopri l-miżuri ta’ sigurtà fil-livell tas-sistema e-CODEX kollha u l-komponenti kollha tagħha, inkluża l-infrastruttura, |
— |
Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tal-applikazzjoni li tkopri l-applikazzjonijiet fl-ambitu tal-attivitajiet tal-eu-LISA; |
— |
Il-ġestjoni tas-sigurtà fil-livell tan-network; |
— |
Il-proċessi u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-utenti għall-ġestjoni, l-aġġornament u l-manutenzjoni tal-lista tal-utenti awtorizzati, il-kredenzjali tal-utenti, id-drittijiet ta’ aċċess u l-awtorizzazzjonijiet. |
Barra minn hekk u jekk tintalab, l-eu-LISA jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi d-dokumenti li ġejjin:
— |
Politika ta’ sigurtà; |
— |
Pjan ta’ sigurtà; |
— |
Miżuri ta’ sigurtà għall-ġestjoni tal-utent; |
— |
Pjan għall-Kontinwità tal-Operat li jinkludi r-rekwiżiti tal-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastri (DRP)] |
12. SKEDA TAS-SESSJONI TA’ ĦIDMA
12.1. Sessjoni ta’ ħidma ġenerali dwar is-servizzi kollha
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Kollha |
Ambitu |
Introduzzjoni u ħarsa ġenerali funzjonali tal-applikazzjonijiet u s-servizzi kollha tal-e-CODEX.] |
12.2. Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar il-Helpdesk u l-Operazzjonijiet
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Tim tal-Helpdesk |
Ambitu |
Appoġġ, trattament tal-inċidenti, rappurtar, notifiki, ġestjoni tas-sigurtà...] |
12.3. Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar l-Installazzjoni u l-Ittestjar
12.3.1. Installazzjonijiet
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Tim tekniku |
Ambitu |
installazzjonijiet ta’ verżjonijiet u patches] |
12.3.2. Ittestjar
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Tim tal-ittestjar |
Ambitu |
ittestjar tal-applikazzjonijiet kollha] |
12.3.3. Sessjonijiet ta’ ħidma dwar suġġetti oħra
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Ad-Hoc |
Ambitu |
L-elementi kollha li jifdal] |
12.3.4. Mistoqsijiet & tweġibiet u Sessjonijiet ta’ Ħidma dwar is-Shadowing
[Data |
Żid Data |
Durata |
Żid Durata |
Post |
Żid Post |
Udjenza |
Ad-Hoc |
Ambitu |
Skont is-suġġett fl-ambitu] |
13. KRITERJI GĦAL PROĊESS TA’ TRASFERIMENT B’SUĊĊESS U GĦAT-TLESTIJA B’SUĊĊESS TA’ DAK IL-PROĊESS
[Għandu jiġi elenkat f’konformità mal-kriterji msemmija fil-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness u fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/850 (2) *.]
14. PERJODU TA’ SHADOWING, TRASFERIMENT TAR-RESPONSABBILTÀ U PERJODU TA’ SEGWITU
15. IPPJANAR
15.1. Ippjanar ta’ livell għoli
[Tista’ tkun dijagramma bi stadji importanti]
15.2. Ippjanar dettaljat
[Fil-forma ta’ fajl mpp]
16. PJAN TAT-TEST TA’ AKKWIŻIZZJONI
[L-ambitu tal-proċess tat-test ta’ akkwiżizzjoni huwa l-eżekuzzjoni ta’ każijiet tat-test imħejjija biex jagħtu prova li l-għarfien tan-negozju nkiseb mill-eu-LISA u teżisti tħejjija għall-attivitajiet previsti li se jiġu akkwiżiti.
Kull każ tat-test se jiġi assenjat lit-tim(ijiet) speċifiku/speċifiċi, il-membru/i ta’ kull tim se jkollhom jikkollaboraw sabiex iwettqu l-eżekuzzjoni tal-passi speċifiċi. Il-kompitu tal-Eżekutur tat-Test huwa li jwettaq l-eżekuzzjoni tal-każijiet tat-test kif definit f’dan il-pjan tat-test, jinterpreta u jiddokumenta r-riżultat għal kull każ tat-test.
Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni huma definiti fl-Anness.
Il-każijiet tat-test jenħtieġ li jkopru l-elementi kollha elenkati fl-approċċ ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni.
Matul il-proċess ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, il-Pjan tat-Test jista’ jittejjeb kif xieraq u l-Każijiet tat-Test dettaljati jistgħu jiżdiedu f’każ li jkun hemm bżonn.
Ir-rapport tat-test se jelenka l-eżitu ta’ kull test.]
17. MATERJAL TA’ TRASFERIMENT
[Lista dettaljata tal-materjal identifikat fl-ambitu ta’ trasferiment u akkwiżizzjoni, u li se tkun disponibbli għall-eu-LISA.]
18. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI U D-DRITTIJIET TA’ UŻU
[Dikjarazzjoni eżawrjenti mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu rigward il-komponenti kollha tas-sistema e-CODEX u l-prodotti tas-software ta’ appoġġ, id-dokumentazzjoni u assi oħra elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850.
Dikjarazzjoni mill-entità li timmaniġġja s-sistema e-CODEX li hija u l-membri tagħha huma legalment f’pożizzjoni li jittrasferixxu lill-eu-LISA d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta’ użu kollha msemmija hawn fuq b’mod li jippermetti lill-eu-LISA twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/850.]
(1) Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/57 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2521
tal-20 ta’ Diċembru 2022
li tikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Rumena tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
B’riżultat tal-emenda tad-Direttiva 2003/96/KE bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 (2), il-verżjoni bil-lingwa Rumena tad-Direttiva 2003/96/KE fiha żbalji fl-Artikolu 2(1)(h), fit-tieni inċiż tal-Artikolu 16(1) u fl-Artikolu 20(1)(h) fir-rigward tal-esklużjoni tal-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-ammini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili, jekk dawn il-prodotti huma intenzjonati għall-użu bħala karburant li jsaħħan jew karburant tal-karozzi u l-komponenti tagħhom prodotti mill-bijomassa. |
(2) |
Il-verżjoni bil-lingwa Rumena tad-Direttiva 2003/96/KE għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 tas-6 ta’ April 2018 li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti (ĠU L 91, 9.4.2018, p. 27).
21.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/59 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2522 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deciżjoni (UE) 2021/2255 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħrug ta’ muniti fl-2022 (BĊE/2021/54) (BĊE/2022/45)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2022 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2022, fid-Deċiżjoni (UE) 2021/2255 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/54) (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jinnotifikaw lill-BĊE jekk id-domanda attwali għall-muniti tal-euro x’aktarx taqbeż il-volum approvat ta’ ħruġ ta’ muniti f’sena kalendarja u, meta t-talbiet miżjuda ta’ muniti jkomplu, għandhom jitolbu approvazzjoni ad hoc għal volum addizzjonali ta’ ħruġ ta’ muniti f’dik is-sena kalendarja. |
(4) |
Fil-21 ta’ Novembru 2022, il-BĊE rċieva talba min-Banque de France f’isem Franza biex jiżdied il-volum ta’ muniti tal-euro li Franza tista’ toħroġ fl-2022 b’volum addizzjonali ta’ EUR 50,0 miljun, minn EUR 249,0 miljun għal EUR 299,0 miljun. It-talba saret bi tweġiba għal żieda qawwija fil-ħruġ nett ta’ muniti tal-euro fi Franza, li huwa mistenni li jilħaq il-qofol tagħha f’Diċembru 2022. Iż-żieda hija xprunata b’mod partikolari minn ħruġ gross ogħla ta’ muniti ta’ EUR 1, EUR 2 u 50 ċenteżmu flimkien ma’ livell aktar baxx ta’ depożiti tal-muniti tal-euro. Iż-żieda fil-prezzijiet flimkien mal-bejjiegħa bl-imnut li qed jagħtu dejjem aktar bqija fil-muniti tal-euro kkontribwixxew ukoll għal domanda ogħla għall-muniti tal-euro. |
(5) |
Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni individwali dwar it-talba ad hoc għal approvazzjoni, meta ebda modifika għat-talba ad hoc ma tkun meħtieġa. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2021/2255 (BĊE/2021/54) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
It-tabella fl-Artikolu 2 tad-Decizjoni (UE) 2021/2255 (BĊE/2021/54) hija emendata kif gej:
ir-ringiela dwar Franza hija mibdula b’li ġej:
“Franza |
249,00 |
50,00 |
299,00 ”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2021/2255 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2022 (BĊE/2021/54) (ĠU L 454, 17.12.2021, p. 19).