ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 325

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
20 ta' Diċembru 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2022/2495 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

11

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2497 tat-12 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet ta’ Franza u tar-Renju Unit fin-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola tal-Unjoni

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2498 tad-9 ta’ Diċembru 2022 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-settijiet tad-data tal-istħarriġ kampjunarju fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar l-aċċess għas-servizzi skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2499 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2500 tat-13 ta’ Diċembru 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Keleméri bárányhús (IĠP))

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2501 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru

53

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2502 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

56

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2503 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 fir-rigward tal-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq molluski bivalvi ħajjin, fuq prodotti tas-sajd, jew ta’ dawk relatati mar-radjazzjoni UV ( 1 )

58

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2504 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodott tas-sajd u ta’ prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali, u tal-mudell tal-attestazzjoni privata għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti ( 1 )

62

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2505 tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt

87

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija

94

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2507 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

110

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2508 tad-9 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industrija tat-tessuti (notifikata bid-dokument C(2022) 8984)  ( 1 )

112

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2509 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 (notifikata bid-dokument C(2022) 9109)

162

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2510 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli mid-disinn

179

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Deċiżjoni Delegata Nru 204/22/COL tas-16 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 196/22/COL li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza fin-Norveġja marbuta ma’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 259(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikoli 21, 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 [2022/2511]

206

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/1


REGOLAMENT (UE) 2022/2495 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi tal-Unjoni soġġett għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi derogi għar-regola dwar l-aċċess indaqs.

(3)

F’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri huma awtorizzati jillimitaw is-sajd għall-bastimenti tas-sajd li jistadu tradizzjonalment f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tagħhom.

(4)

L-Istati Membri huma awtorizzati wkoll jillimitaw l-aċċess għall-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 349, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-bastimenti li jkunu rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk ir-reġjuni.

(5)

Ir-regoli eżistenti li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta’ 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri kienu ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li minnhom jiddependi ħafna l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ ċerti komunitajiet kostali.

(6)

Ir-regoli eżistenti li jirrestrinġu l-aċċess għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 349, l-ewwel paragrafu, TFUE għenu biex ippreservaw l-ekonomija lokali ta’ dawk ir-reġjuni, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom.

(7)

Id-derogi eżistenti li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni ser jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2022. Madankollu jenħtieġ li dawk id-derogi jiġġeddu għal perjodu ta’ għaxar snin lil hinn minn dik id-data, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-miżuri ta’ protezzjoni attwali u biex ikun evitat it-tfixkil tal-bilanċ li nkiseb minn meta ġie introdott dan ir-reġim speċjali. Dawk id-derogi huma parti integrali mill-PKS u t-tul ta’ żmien u l-ambitu ta’ dik l-estensjoni jistgħu jiġu riveduti fil-qafas ta’ kwalunkwe rieżami tal-PKS.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 510 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (4), rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ħames Intestatura ta’ dak il-Ftehim, inkluż tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet, jenħtieġ li jitwettaq erba’ snin wara tmiem il-perjodu ta’ aġġustament, li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2026.

(9)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali dwar l-aċċess għall-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 qabel l-iskadenza tad-derogi. Dak ir-rapport jenħtieġ li jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2031.

(10)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġi emendat wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ ukoll li dak l-Anness jiġi emendat wara talba konġunta mill-Italja u l-Greċja rigward l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd Taljani għaż-żona ta’ bejn 6 u 12-il mil nawtiku tal-ilmijiet territorjali Griegi fil-Baħar Jonju u proposta mill-Greċja għal aċċess ta’ bastiment tas-sajd Taljani għaż-żona ta’ 6 sa 12-il mil nawtiku taż-żona ekonomika esklużiva tal-Greċja (ŻEE), f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

(11)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafi (2), (3) u (4), id-data “31 ta’ Diċembru 2022” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2032”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu sat-30 ta’ Ġunju 2031.”

.

(2)

l-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha mill-1 ta’ Jannar 2023.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU C 517, 22.12.2021, p. 123.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.


ANNESS

“ANNESS I

AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET KOSTALI FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 5(2)

1.   Ilmijiet kostali tal-Irlanda

(a)   AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.

Erris-Head Majjistral Sybil Point Punent

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

2.

Mizen Head Nofsinhar Stags Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

3.

Stags Nofsinhar Cork Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

4.

Cork Nofsinhar, Carnsore Point Nofsinhar

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

5.

Carnsore Point Nofsinhar, Haulbowline Xlokk

L-ispeċijiet kollha, ħlief frott il-baħar bil-qoxra

Bla limitu

(b)   AĊĊESS GĦAN-NETHERLANDS

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

 

 

1.

Stags Nofsinhar Carnsore Point Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

(c)   AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.

Old Head of Kinsale Nofsinhar Carnsore Point Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

2.

Cork Nofsinhar Carnsore Point Nofsinhar

Kavalli

Bla limitu

(d)   AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.

Cork Nofsinhar Carnsore Point Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

2.

Wicklow Head Lvant Carlingford Lough Xlokk

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

2.   L-ilmijiet kostali tal-Belġju

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

minn 3 sa 12-il mil nawtiku

In-Netherlands

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

 

Franza

Aringa

Bla limitu

3.   L-ilmijiet kostali tad-Danimarka

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana (il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Hanstholm) (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

 

 

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Blåvands Huk

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

In-Netherlands

Pixxiċatt

Bla limitu

Ħut tond

Bla limitu

Blåvands Huk sa Bovbjerg

Il-Belġju

Bakkaljaw

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

In-Netherlands

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Thyborøn sa Hanstholm

Il-Belġju

Merlangu

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

 

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Pollakkju iswed

Bla limitu

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

In-Netherlands

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Skagerrak

(Hanstholm sa Skagen) (minn 4 sa 12-il mil nawtiku)

Il-Belġju

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Pollakkju iswed

Bla limitu

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

In-Netherlands

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Kattegat (minn 3 sa 12-il mil)

Il-Ġermanja

Bakkaljaw

Bla limitu

Pixxiċatt

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Tramuntana ta’ Zeeland sal-parallel tal-latitudni li tgħaddi minn ġol-fanal ta’ Forsnæs

Il-Ġermanja

Laċċa kaħla

Bla limitu

Il-Baħar Baltiku (inklużi Belts, Sound, Bornholm) (minn 3 sa 12-il mil nawtiku)

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Salamun

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Skagerrak (minn 4 sa 12-il mil)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Kattegat (minn 3 sa 12-il mil) (1)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Baħar Baltiku (minn 3 sa 12-il mil)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

4.   L-ilmijiet kostali tal-Ġermanja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana (minn 3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Id-Danimarka

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Ċiċċirell

Bla limitu

In-Netherlands

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sal-ponta tat-Tramuntana ta’ Amrum fil-koordinati 54°43′ N

Id-Danimarka

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

Il-kosta Baltika (minn 3 sa 12-il mil)

Id-Danimarka

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

5.   L-ilmijiet kostali ta’ Franza u d-dipartimenti extra-Ewropej

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Grigal tal-Atlantiku (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Belġjana/Franċiża sal-Lvant ta’ Departement Manche (l-estwarju ta’ Vire-Grandcamp les Bains fil-koordinati 49° 23′ 30″ N-1° 02′ WNNE)

Il-Belġju

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Arzelli

Bla limitu

In-Netherlands

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Dunkerque (2° 20′ E) sa Cap d’Antifer (0° 10′ E)

Il-Ġermanja

Aringa

Bla limitu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru biss

Il-kosta Atlantika (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Spanjola/Franċiża sa 46° 08′ N

Spanja

Inċova

Sajd dirett, bla limitu mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju biss

Sajd għal-lixka ħajja mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru biss

Sardina

Bla limitu mill-1 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar u mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru biss

 

 

 

Barra minn hekk, l-attivitajiet relatati mal-ispeċijiet hawn fuq imsemmija jridu jiġu segwiti skont l-attivitajiet imwettqa matul l-1984 u fil-limiti tagħhom

Kosta Mediterranja (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Spanjola Cap Leucate

Spanja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

6.   L-ilmijiet kostali ta’ Spanja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta Atlantika (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Franċiża/Spanjola sal-fanal ta’ Cap Mayor (3° 47′ W)

Franza

Pelaġiċi

Bla limitu b’konformità mal-attivitajiet segwiti matul l-1984 u fil-limiti tagħhom

Kosta Mediterranja (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Franċiża/Cap Creus

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

7.   Ilmijiet tal-kosta tal-Kroazja (2)

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tal-Kroazja li jinsabu n-naħa tat-Tramuntana tal-latitudni parallela tat-Tramuntana tal-45 grad u 10 minuti tul il-kosta tal-Punent ta’ Istria, mil-limitu ta’ barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-Punent ta’ Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Is-Slovenja

Speċijiet demersali u speċijiet pelaġiċi żgħar, fosthom is-sardina u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta’ 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

8.   L-ilmijiet kostali tan-Netherlands

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

(minn 3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Il-Belġju

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Id-Danimarka

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Ċiċċirell

Bla limitu

Sawrell

Bla limitu

Il-Ġermanja

Bakkaljaw

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

(minn 6 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

9.   L-ilmijiet kostali tas-Slovenja (3)

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tas-Slovenja li jinsabu n-naħa tat-Tramuntana tal-latitudni parallela tat-Tramuntana tal-45 grad u 10 minuti tul il-kosta tal-Punent ta’ Istria, mil-limitu ta’ barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-Punent ta’ Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Il-Kroazja

Speċijiet demersali u speċijiet pelaġiċi żgħar, fosthom is-sardina u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta’ 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

10.   L-ilmijiet kostali tal-Finlandja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-Baħar Baltiku (minn 4 sa 12-il mil)  (4)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

11.   L-ilmijiet kostali tal-Iżvezja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Skagerrak (minn 4 sa 12-il mil nawtiku)

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Kattegat (minn 3 sa 12-il mil) (5)

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Baħar Baltiku (minn 4 sa 12-il mil)

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Finlandja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

12.   L-ilmijiet kostali tal-Greċja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-Baħar Jonju minn 6 sa 12-il mil nawtiku fl-ilmijiet territorjali Griegi

L-Italja

Ċefalopodi

Krustaċji

Sajd tal-qiegħ

Speċijiet pelaġiċi kbar

Għadd massimu ta’ 68 bastiment”

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Kreta (fil-Lvant ta’ 26°00′00″ E) minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Koufonisi minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Kasos minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Karpathos minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk (fil-Punent ta’ 27°59′02.00″ E) tal-gżira ta’ Rodi minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja.

.

(1)  Imkejla mil-linja tal-kosta.

(2)  Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li tirriżulta mill-Ftehim ta’ Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta’ Novembru 2009.

(3)  Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li tirriżulta mill-Ftehim ta’ Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta’ Novembru 2009.

(4)  minn 3 sa 12-il mil madwar il-gżejjer Bogskär.

(5)  Imkejla mil-linja tal-kosta.


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2022/2496

tal-15 ta’ Diċembru 2022

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Wara l-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Unjoni appoġġat lill-Ukrajna b’sensiela ta’ miżuri finanzjarji. L-appoġġ ingħata fuq bażi ad hoc għal perjodu ta’ żmien limitat u kien jeħtieġ proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-Unjoni u mill-garanziji tal-Istati Membri.

(2)

L-Ukrajna teħtieġ assistenza kontinwa biex issostni l-funzjonament tal-Istat. Flimkien ma’ sħab internazzjonali oħra, l-Unjoni hija mistennija tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzajment urġenti tal-Ukrajna. Għal dak l-għan, l-Unjoni stabbiliet strument ġdid skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Skont dak l-istrument, parti sinifikanti mill-assistenza finanzjarja prevista tiġi pprovduta fil-forma ta’ self.

(3)

Fil-kuntest ta’ instabbiltà esterna akbar, huwa xieraq li tiġi prevista soluzzjoni ta’ finanzjament strutturata għas-snin 2023 u 2024 biex jiġi żgurat appoġġ finanzjarju kontinwu għall-Ukrajna.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-Unjoni titħalla tipprovdi r-riżorsi baġitarji meħtieġa b’mod sostenibbli u sod. Dan jenħtieġ li jsir billi jiġi estiż il-mekkaniżmu eżistenti fil-forma ta’ garanzija tal-baġit tal-Unjoni biex ikopri l-assistenza finanzjarja li ssir disponibbli għall-Ukrajna fis-snin 2023 u 2024. Jenħtieġ li dak il-mekkaniżmu jippermetti mobilizzazzjoni sa 100 % tal-ammonti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji meħtieġa biex jiġu onorati l-obbligi ta’ ripagament tal-Unjoni taħt l-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self fil-każ li l-Unjoni ma tirċevix il-pagament dovut fil-ħin mill-Ukrajna.

(5)

Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu mobilizzati l-approprjazzjonijiet meħtieġa fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-Istati Membri, kif ukoll għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għas-snin 2023 u 2024. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġi rispettat il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (3).

(6)

Fil-prinċipju, u sakemm ma jinħolqux żviluppi eċċezzjonali oħra, dik il-garanzija tal-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li tkopri għajnuna finanzjarja b’terminu qasir għal-Ukrajna għal ammont sa EUR 18 000 000 000 kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2022/2463 u l-użu tal-assistenza makro-finanzjarja matul l-2024 jenħtieġ li jkun limitat għal żborżi fl-ewwel kwart ta’ dik is-sena kif speċifikat f’dak ir-Regolament.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għas-snin 2023 u 2024.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4) jiġi emendat skont dan.

(9)

Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(10)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ li tiġi mobilizzata garanzija għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna li tkun disponibbli għas-snin 2023 u 2024 u tiġi awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont meħtieġ għandu jiġi mobilizzat lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Approvazzjoni tal-24 ta’ Novembru 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/13


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2497

tat-12 ta’ Ottubru 2022

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet ta’ Franza u tar-Renju Unit fin-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista tat-taqsimiet tan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola (“taqsimiet FADN”) għal kull Stat Membru.

(2)

F’konformità ma’ dak l-Anness, Franza għandha 25 taqsima. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, Franza talbet li t-taqsimiet FADN ta’ Guadeloupe u Martinique jingħaqdu fit-taqsima FADN waħda: Antilles françaises. Dik it-talba hija ġustifikata: l-azjendi agrikoli fiż-żewġ taqsimiet FADN attwali għandhom tipi simili ħafna ta’ biedja (speċjalizzati ħafna fit-tkabbir tal-frott, b’mod partikolari tal-banana, u fil-produzzjoni tal-kannamieli u l-ortikultura) u t-twaħħid tat-taqsimiet Guadeloupe u Martinique fit-taqsima FADN waħda se jipprovdi kampjuni akbar u għalhekk riżultati aktar sodi dwar aktar tipi ta’ biedja. Għaldaqstant, dak it-twaħħid jenħtieġ li jiġi rifless fil-lista tat-taqsimiet FADN stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009.

(3)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, id-data tal-FADN mhix se tibqa’ tinġabar f’dak il-pajjiż. Għalhekk, ir-Renju Unit jenħtieġ li jitneħħa mil-lista tat-taqsimiet FADN stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Biex jingħata biżżejjed żmien biex il-ġbir tad-data jiġi adattat għat-taqsima l-ġdida ta’ Franza, jenħtieġ li l-lista aġġornata tat-taqsimiet FADN prevista f’dan ir-Regolament tibda tapplika mis-sena kontabilistika 2023,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 hu emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jibda japplika mis-sena kontabilistika 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 hu emendat kif ġej:

(1)

il-lista tat-taqsimiet FADN ta’ Franza hi sostitwita b’dan li ġej:

Franza

1.

Île de France

2.

Champagne-Ardenne

3.

Picardie

4.

Haute-Normandie

5.

Centre

6.

Basse-Normandie

7.

Bourgogne

8.

Nord-Pas de Calais

9.

Lorraine

10.

Alsace

11.

Franche-Comté

12.

Pays de la Loire

13.

Bretagne

14.

Poitou-Charentes

15.

Aquitaine

16.

Midi-Pyrénées

17.

Limousin

18.

Rhône-Alpes

19.

Auvergne

20.

Languedoc-Roussillon

21.

Provence-Alpes-Côte d’Azur

22.

Corse

23.

Antilles françaises

24.

La Réunion”;

(2)

l-entrata għar-Renju Unit titħassar.


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2498

tad-9 ta’ Diċembru 2022

li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-settijiet tad-data tal-istħarriġ kampjunarju fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar l-aċċess għas-servizzi skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien titwettaq b’mod akkurat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-elementi tekniċi tas-settijiet tad-data dwar l-aċċess għas-servizzi.

(2)

Id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew u mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, partikolarment dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni (il-Eurostat) tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-aċċess għas-servizzi, partikolarment dwar l-użu tas-servizzi, l-affordabbiltà, il-ħtiġijiet mhux issodisfati u r-raġunijiet għal dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-karatteristiċi tekniċi tas-settijiet tad-data fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-suġġetti dettaljati “Użu tas-servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti”, “Affordabbiltà tas-servizzi”, “Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet” huma stabbiliti fl-Anness u jirreferu għal:

(a)

l-identifikatur tal-varjabbli;

(b)

l-isem tal-varjabbli;

(c)

it-tikketta u l-kodiċi tal-modalità;

(d)

l-unità tal-ġbir;

(e)

il-perjodu ta’ referenza.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

Karatteristiċi tekniċi tal-varjabbli

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Kodiċi tal-modalità

Tikketta tal-modalità

Unità tal-ġbir

Perjodu ta’ referenza

Użu ta’ servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti

HC190

Il-preżenza fl-unità domestika ta’ nies li jeħtieġu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali fit-tul, infermità jew b’rabta max-xjuħija

1

Iva

Unità domestika

Bħalissa

2

Le

HC190_F

Il-preżenza fl-unità domestika ta’ nies li jeħtieġu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali fit-tul, infermità jew b’rabta max-xjuħija (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

HC200

Servizzi ta’ kura professjonali pprovduta fid-djar

1

Iva

Unità domestika

Bħalissa

2

Le

HC200_F

Servizzi ta’ kura professjonali pprovduta fid-djar (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (l-ebda persuna fl-unità domestika ma kienet teħtieġ kura professjonali fid-djar HC190 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC280

Frekwenza tal-użu tat-trasport pubbliku

1

Kuljum

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Kull ġimgħa (mhux kuljum)

3

Kull xahar (mhux kull ġimgħa)

4

Anqas minn darba fix-xahar

5

Qatt

PC280_F

Frekwenza tal-użu tat-trasport pubbliku (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC310

Intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad

1

Iva

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Bħalissa

2

Le

3

Ma nafx

PC310_F

Intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (Mhux impjegat jew ħaddiem għal rasu PL032 = 2,3,4,5,6,7,8)

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC320

Intitolament għall-benefiċċji tal-mard

1

Iva

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Bħalissa

2

Le

3

Ma nafx

PC320_F

Intitolament għall-benefiċċji tal-mard (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (Mhux impjegat jew ħaddiem għal rasu PL032 = 2,3,4,5,6,7,8)

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC330

Tħossok diskriminat(a) meta tkun f’kuntatt ma’ uffiċċji amministrattivi jew ma’ servizzi pubbliċi

(inkluż iċ-ċentru tal-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali)

1

Ma kontx f’kuntatt ma’ uffiċċji amministrattivi jew ma’ servizzi pubbliċi

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Fl-aħħar 12-il xahar

2

L-aktar minħabba l-età (żgħir/kbir wisq)

3

L-aktar minħabba l-ġeneru (raġel/mara/mhux binarju)

4

L-aktar minħabba diżabbiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul

5

L-aktar minħabba l-oriġini immigranti jew etnika

6

L-aktar minħabba r-reliġjon/twemmin (FAKULTATTIVA)

7

L-aktar minħabba l-orjentazzjoni sesswali (FAKULTATTIVA)

8

L-aktar minħabba raġunijiet oħra

9

Le, ma ħassejt l-ebda diskriminazzjoni fil-konfront tiegħi

PC330_F

Tħossok diskriminat(a) meta tkun f’kuntatt ma’ uffiċċji amministrattivi jew ma’ servizzi pubbliċi

(inkluż iċ-ċentru tal-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali) (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC340

Tħossok diskriminat(a) meta tfittex akkomodazzjoni

1

Ma kontx qed infittex akkomodazzjoni

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

L-aħħar ħames snin

2

L-aktar minħabba l-età (żgħir/kbir wisq)

3

L-aktar minħabba l-ġeneru (raġel/mara/mhux binarju)

4

L-aktar minħabba diżabbiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul

5

L-aktar minħabba l-oriġini immigranti jew etnika

6

L-aktar minħabba r-reliġjon/twemmin (FAKULTATTIVA)

7

L-aktar minħabba l-orjentazzjoni sesswali (FAKULTATTIVA)

8

L-aktar minħabba raġunijiet oħra

9

Le, ma ħassejt l-ebda diskriminazzjoni fil-konfront tiegħi

PC340_F

Tħossok diskriminat(a) meta tfittex akkomodazzjoni (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC350

Tħossok diskriminat(a) fl-edukazzjoni

1

Ma kontx student jew ġenitur ta’ student (fl-aħħar 12-il xahar)

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Fl-aħħar 12-il xahar

2

L-aktar minħabba l-età (żgħir/kbir wisq)

3

L-aktar minħabba l-ġeneru (raġel/mara/mhux binarju)

4

L-aktar minħabba diżabbiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul

5

L-aktar minħabba l-oriġini immigranti jew etnika

6

L-aktar minħabba r-reliġjon/twemmin (FAKULTATTIVA)

7

L-aktar minħabba l-orjentazzjoni sesswali (FAKULTATTIVA)

8

L-aktar minħabba raġunijiet oħra

9

Le, ma ħassejt l-ebda diskriminazzjoni fil-konfront tiegħi

PC350_F

Tħossok diskriminat(a) fl-edukazzjoni (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC360

Tħossok diskriminat(a) fl-ispazji pubbliċi (ħwienet, kafetteriji, ristoranti, faċilitajiet tad-divertiment eċċ.)

1

L-aktar minħabba l-età (żgħir/kbir wisq)

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Fl-aħħar 12-il xahar

2

L-aktar minħabba l-ġeneru (raġel/mara/mhux binarju)

3

L-aktar minħabba diżabbiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul

4

L-aktar minħabba l-oriġini immigranti jew etnika

5

L-aktar minħabba r-reliġjon/twemmin (FAKULTATTIVA)

6

L-aktar minħabba l-orjentazzjoni sesswali (FAKULTATTIVA)

7

L-aktar minħabba raġunijiet oħra

8

Le, ma ħassejt l-ebda diskriminazzjoni fil-konfront tiegħi

PC360_F

Tħossok diskriminat(a) fl-ispazji pubbliċi (ħwienet, kafetteriji, ristoranti, faċilitajiet tad-divertiment eċċ.) (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

Affordabbiltà tas-servizzi

HC221

Pagament għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

1

Imħallsin għalkollox mill-assigurazzjoni tas-saħħa privata, pubblika, jew minn fergħat oħra tal-protezzjoni soċjali

Unità domestika

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Imħallsin parzjalment mill-utent/unità domestika

3

Imħallsin għalkollox mill-utent/unità domestika

4

Ma nafx

HC221_F

Pagament għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (Servizzi ta’ kura fid-djar mhux użati HC200 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

HC230

Affordabbiltà tas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

1

B’diffikultà kbira

Unità domestika

Fl-aħħar 12-il xahar

2

B’diffikultà

3

B’xi diffikultà

4

Pjuttost faċli

5

Faċli

6

Faċli ħafna

HC230_F

Affordabbiltà tas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (Servizzi ta’ kura fid-djar mhux użati (HC200 = 2 jew HC221 = 1)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

HC300

Piż finanzjarju tat-trasport pubbliku

1

Piż kbir

Unità domestika

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Piż medju

3

Bla piż ta’ xejn

4

L-ebda persuna fl-unità domestika m’użat it-trasport pubbliku

HC300_F

Piż finanzjarju tat-trasport pubbliku (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

RC370

Pagament għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

1

Iva

Il-membri kollha tal-unità domestika li m’għandhomx aktar minn 12-il sena

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Le

RC370_F

Pagament għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal (marka)

1

Miġbura bi stħarriġ/intervista

 

 

2

Miġbura minn data amministrattiva

3

Imputati

4

Mhux possibbli li jiġi stabbilit sors

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (mhux bejn 0 u 12-il sena)

-4

Mhux applikabbli (ma jintuża l-ebda servizz tal-indukrar formali tat-tfal RL030 = 0 u RL040 = 0)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

HC040

Affordabbiltà tas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

1

B’diffikultà kbira

Unità domestika

Fl-aħħar 12-il xahar

2

B’diffikultà

3

B’xi diffikultà

4

Pjuttost faċli

5

Faċli

6

Faċli ħafna

HC040_F

Affordabbiltà tas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (m’hemmx tfal ta’ bejn 0 u 12-il sena fl-unità domestika)

-4

Mhux applikabbli (ma jintuża l-ebda servizz tal-indukrar formali tat-tfal RL030 = 0 u RL040 = 0 jew RC370 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet

HC240

Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

1

2

Iva

Le

Unità domestika

Bħalissa

HC240_F

Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (l-ebda persuna fl-unità domestika ma kienet teħtieġ kura medika HC190 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

HC250

Raġuni ewlenija għaliex ma tirċevix (iktar) servizzi ta’ kura professjonali fid-dar

1

Mhumiex affordabbli

Unità domestika

Bħalissa

2

Miċħuda mill-persuna li teħtieġ servizzi bħal dawn

3

Servizzi bħal dawn mhumiex disponibbli

4

Il-kwalità tas-servizzi disponibbli mhix sodisfaċenti

5

Raġunijiet oħrajn

HC250_F

Raġuni ewlenija għaliex ma tirċevix (iktar) servizzi ta’ kura professjonali fid-djar (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (HC240 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

RC380

Ħtiġijiet mhux issodisfati għal servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

1

Iva

Il-membri kollha tal-unità domestika li m’għandhomx aktar minn 12-il sena

Bħalissa

2

Le

RC380_F

Ħtiġijiet mhux issodisfati għal servizzi tal-indukrar formali tat-tfal (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (mhux bejn 0 u 12-il sena)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

RC390

Raġuni ewlenija għaliex ma tużax (aktar) servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

1

Mhumiex affordabbli

Il-membri kollha tal-unità domestika li m’għandhomx aktar minn 12-il sena

Bħalissa

2

M’hemmx postijiet disponibbli

3

Postijiet disponibbli, iżda mhux fil-qrib

4

Postijiet disponibbli, iżda l-ħinijiet tal-ftuħ mhumiex adattati

5

Postijiet disponibbli, iżda l-kwalità tas-servizzi disponibbli mhix sodisfaċenti

6

Raġunijiet oħrajn

RC390_F

Raġuni ewlenija għaliex ma tużax (aktar) is-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (mhux bejn 0 u 12-il sena)

-4

Mhux applikabbli (l-ebda ħtieġa mhux issodisfata RC380 = 2)

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)

PC290

Raġuni ewlenija għaliex it-trasport pubbliku ma tużahx regolarment

1

Għaljin wisq

Il-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew ir-rispondent magħżul (fejn applikabbli)

Fl-aħħar 12-il xahar

2

M’hemmx trasport pubbliku disponibbli fiż-żona

3

Aċċess fiżiku diffiċli wisq

4

Mhux frekwenti biżżejjed jew l-iskedi huma inkonvenjenti

5

Ħin tal-ivvjaġġar twil wisq

6

Tħassib dwar is-sikurezza jew is-sigurtà

7

Raġuni oħra

PC290_F

Raġuni ewlenija għaliex it-trasport pubbliku ma tużahx regolarment (marka)

1

Mimlijin

 

 

-1

Neqsin

-2

Mhux applikabbli (PC280 = 1,2,3)

-3

Mhux ir-rispondent magħżul

-7

Mhux applikabbli (Mhux miġbura skont l-implimentazzjoni tal-“iskeda kontinwa pluriennali”)


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2499

tat-12 ta’ Diċembru 2022

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 5a(2), l-Artikolu 8(3) it-tielet u r-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jipprevedi l-possibbiltà li l-iskadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni tal-prospetti tal-biedja tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà kkonċernata bi tliet xhur. Din il-possibbiltà ngħatat mis-sena ta’ kontabbiltà 2019 minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-pressjoni minħabba l-pandemija qed tonqos u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri bagħtu d-data mingħajr ma għamlu użu minn din l-estensjoni. Għalhekk, il-possibbiltà li tiġi estiża l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data ma għadhiex meħtieġa. Sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għal din il-bidla, jenħtieġ li l-possibbiltà li tiġi estiża l-iskadenza ma tibqax tkun applikabbli mis-sena ta’ kontabbiltà 2022.

(2)

Sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jitħallew jappoġġaw b’mod adegwat lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għat-trażmissjoni tad-data tal-kontabbiltà qabel l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data, u sabiex jiġi evitat li l-persunal tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri jiġu mobilizzati tul il-perjodu tal-aħħar tas-sena, jenħtieġ li l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data tiġi antiċipata għall-15 ta’ Diċembru wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà kkonċernata. Jenħtieġ li din il-bidla tkun applikabbli mis-sena ta’ kontabbiltà 2022. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċità tar-regoli ta’ kontabbiltà fil-Ġermanja u b’kont meħud tar-rekord tal-imgħoddi tal-Ġermanja biex tipprovdi din id-data, jenħtieġ li l-Ġermanja titħalla tressaq il-prospetti tal-biedja lill-Kummissjoni sa 15-il ġimgħa wara l-iskadenza tal-15 ta’ Diċembru.

(3)

L-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jipprevedi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet tal-ġbir tad-data tal-Istati Membri. Il-miżata standard attwali għal kull prospett tal-biedja għandha partijiet fissi u varjabbli. Sabiex l-istruttura tal-miżata standard u l-ipproċessar tad-data jiġu simplifikati b’mod sinifikanti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita miżata standard b’parti fissa biss, li tammonta għas-somma tal-partijiet fissi u varjabbli. Din is-simplifikazzjoni faċilment tiġi implimentata u jenħtieġ li tkun applikabbli mis-sena ta’ kontabbiltà 2022.

(4)

Wara t-talba ta’ Franza biex iż-żewġ diviżjonijiet FADN tagħha ta’ “Guadeloupe” u ta’ “Martinique” jingħaqdu f’diviżjoni waħda tal-FADN imsejħa “Antilles françaises” peress li l-farms fiż-żewġ diviżjonijiet attwali tal-FADN għandhom tipi simili ħafna ta’ biedja (speċjalizzati ħafna fit-tkabbir tal-frott, b’mod partikolari l-banana, kif ukoll fil-produzzjoni tal-kannamieli u l-ortikultura). Din il-fużjoni se tipprovdi daqs akbar ta’ kampjun b’riżultati aktar robusti dwar aktar tipi ta’ biedja. Huwa xieraq li dak l-Istat Membru jitħalla jirrevedi l-pjan tal-għażla tiegħu għas-sena ta’ kontabbiltà 2023. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġu emendati skont dan.

(5)

Wara t-talba tal-Ungerija biex jinbidlu l-għadd ta’ azjendi prospettanti u l-livell limitu tad-daqs ekonomiku minħabba bidliet strutturali fl-agrikoltura, jixraq li dak l-Istat Membru jitħalla jirrevedi l-pjanijiet tal-għażla tiegħu jew il-livell limitu tad-daqs ekonomiku għas-sena ta’ kontabbiltà 2023 u jerġa’ jqassmu jew jaġġusta l-għadd ta’ azjendi prospettanti skont dan. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġu emendati skont dan.

(6)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, id-data tal-FADN mhix se tibqa’ tinġabar f’dak il-pajjiż. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġu emendati skont dan.

(7)

Peress li l-Unjoni għandha l-għan li tiddiversifika s-sorsi tal-enerġija tagħha, jenħtieġ li l-kategorija tal-fjuwils għat-tisħin fit-Tabella H tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 tinqasam f’gassijiet naturali u manifatturati, żejt u prodotti tal-petroleum, fjuwils fossili solidi kif ukoll fjuwils rinnovabbli biex tkun taf aktar dwar il-kostijiet speċifiċi tagħhom fil-livell tal-farm, jenħtieġ li s-suddiviżjoni proposta tal-kategorija tal-fjuwils għat-tisħin tapplika mis-sena ta’ kontabbilià 2023 fuq bażi volontarja u b’mod obbligatorju mis-sena ta’ kontabilità 2025.

(8)

It-Tabella J tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu l-għadd medju tal-annimali tal-azjenda agrikola. Dan wara jintuża biex tiġi kkalkulata l-produzzjoni standard tal-farm u d-daqs ekonomiku tiegħu. Sabiex tiġi riflessa sitwazzjoni eċċezzjonali (pereż. mard fl-azjenda jew qtil għal raġuni sanitarja) li twassal għal tnaqqis temporanju tal-għadd medju tal-annimali mingħajr ma tiġi affettwata l-kapaċità tal-azjenda li tipproduċi wara tmiem is-sitwazzjoni eċċezzjonali, hu propost li jiddaħħal numru ta’ referenza għall-annimali biex tiġi kkaratterizzata l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda kkonċernata. Jenħtieġ li l-varjant ġdid japplika mis-sena ta’ kontabbiltà 2022 fuq bażi volontarja.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jirriforma l-politika agrikola komuni se japplika mill-2023, u għalhekk, jeħtieġ li tiġi aġġornata lista ta’ pagamenti u ta’ għotjiet fl-Anness VIII, it-Tabella M tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220.

(10)

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi l-formola u t-tqassim tal-informazzjoni tal-kontabbiltà li tinsab fil-prospetti tal-azjendi agrikoli. Sabiex jiġi ssimplifikat u ċċarat il-kwestjonarju tal-prospetti tal-biedja, jenħtieġ li dak l-Anness jiġi adattat biex jirrifletti l-ewwel għadd ta’ eżiti pprovdut mill-Grupp ta’ Ħidma dwar is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-FADN. Fin-nota ta’ spjegazzjoni tat-Tabella B, in-nota għall-kodiċi UO (B.UO. UAA għall-biedja mis-sid) bi żball fiha referenza għall-kodiċi tal-għelejjel 11300 li ma għadux validu. Jenħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut.

(11)

Il-Parti B tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 tipprevedi tabella ta’ korrispondenza u kodiċijiet tar-raggruppament li torbot ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissojni (UE) 2018/1874 (4) mal-prospetti tal-biedja tal-FADN. Fil-lista ta’ kodiċijiet li tiġbor flimkien diversi varjabbli inklużi fl-IFS 2020 stabbiliti fit-taqsima II tal-Parti B, l-entrata relatata mal-kodiċi P16 għandha żball li jeħtieġ korrezzjoni.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għan-Network tal-Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-prospetti tal-biedja għandhom jitressqu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Diċembru wara t-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà kkonċernata.

Madankollu, il-Ġermanja tista’ tressaq il-prospetti tal-biedja lill-Kummissjoni fi ħdan 15-il ġimgħa wara l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.”

;

(2)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Ammont tal-miżata standard

1.   Il-miżata standard imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandha tkun stabbilita għal EUR 180 għal kull prospett tal-biedja.

2.   Jekk il-limitu ta’ 80 % msemmi fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 ma jinkisibx, la fil-livell tad-diviżjoni tal-FADN u lanqas fil-livell tal-Istat Membru kkonċernat, it-tnaqqis imsemmi f’dik id-dispożizzjoni għandu jkun applikat fil-livell nazzjonali biss.”

;

(3)

L-Annessi I, II u VIII huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(4)

It-Tabella J tal-Anness VIII hija emendata f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220, l-entrata għall-kodiċi P16 hija sostitwita b’dan li ġej:

“P16. Żrieragħ taż-żejt

=

SO_CLND022 (Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew) + SO_CLND023 (Żerriegħa tal-ġirasol) + SO_CLND024 (Sojja) + SO_CLND025 (Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien)) + SO_CLND026 (Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt n.e.c.)”

;

(2)

fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220, in-nota ta’ spjegazzjoni għall-kodiċi B.UO. “EAU għall-biedja mis-sid” hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.UO.10.A UAA (art li tinħadem, bur permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinari) li l-bidwi huwa s-sid, l-inkwilin għal għomru jew id-detentur tal-kirja tagħhom u/jew EAU b’kundizzjonijiet simili.”

.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1), (2) u (4) għandhom japplikaw għat-trażmissjoni tal-prospetti tal-biedja mis-sena ta’ kontabbiltà 2022.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika mis-sena ta’ kontabbiltà 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1874 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar id-data li trid tiġi pprovduta għall-2020 skont ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011, fir-rigward tal-lista ta' varjabbli u d-deskrizzjoni tagħhom (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 14).


ANNESS I

L-Annessi I, II u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għal Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Franza (bl-eċċezzjoni ta’ La Réunion u Antilles françaises)

25 000

Franza (La Réunion u Antilles françaises biss)

15 000 ”

(b)

l-entrata għall-Ungerija hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Ungerija

8 000 ”

(c)

l-entrata għar-Renju Unit titħassar;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għal Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Franza

121

Île-de-France

190

131

Champagne-Ardenne

370

132

Picardie

270

133

Haute-Normandie

170

134

Centre

410

135

Basse-Normandie

240

136

Bourgogne

340

141

Nord-Pas de Calais

280

151

Lorraine

230

152

Alsace

200

153

Franche-Comté

210

162

Pays de la Loire

460

163

Bretagne

480

164

Poitou-Charentes

360

182

Aquitaine

550

183

Midi-Pyrénées

480

184

Limousin

220

192

Rhône-Alpes

480

193

Auvergne

360

201

Languedoc-Roussillon

430

203

Provence-Alpes-Côte d’Azur

420

204

Korsika

170

207

La Réunion

160

208

Antilles françaises

120

It-total ta’ Franza

7 600 ”

(b)

l-entrata għall-Ungerija hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Ungerija

764

Észak-Magyarország

180

767

Alföld

1 200

768

Dunántúl

570

 

It-total tħal-Ungerija

1 950 ”

(c)

l-entrata għar-Renju Unit titħassar;

(3)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi taħt it-titolu huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-data li għandha tinġabar hija kklassifikata f’tabelli u tinqasam fi gruppi, kategoriji, u kolonni. Il-konvenzjoni użata għar-riferiment għal taqsima ta’ data speċifika hija:

<table letter>.<group>.<category code>(.<other specific category codes).kolonna

Il-valuri speċifiċi tad-data jinġabru fil-livell tal-kolonni. Fit-tabelli li jidhru hawn taħt, il-kaxxi l-vojta huma dawk fejn jistgħu jiddaħħlu l-valuri tad-data; il-kaxxi mmarkati bil-griż u s-simbolu ‘—’ ma għandhomx tifsira fil-kuntest tal-grupp, u b’hekk ma tistax tiddaħħal data fihom.

Eżempji:

B.UT.20.A (kolonna A tal-grupp UT, kategorija 20, mit-tabella B) tirrappreżenta l-‘Erja’ tal-‘EAU (Erja Agrikola Utilizzabbli) mikrija’ li għandha titniżżel taħt l-‘EAU għall-biedja mill-inkwilin’ fit-tabella B.

I.A.10110.1.0.TA (kolonna TA tal-grupp A, kategorija 10110, mit-tabella I) tirrappreżenta l-erja totali tal-‘Qamħ komuni u spelt’ għat-tip ta’ għelejjel 1 ‘Għelejjel tal-għalqa — għalla ewlenija, għalla kkombinata’ u l-kodiċi tad-data nieqsa 0 ‘L-ebda data nieqsa’.

M.S.1150.1.2.V (kolonna V tal-grupp S, kategorija 1150 bil-kodiċijiet 1 u 2 ta’ kategoriji speċifiċi oħra mit-tabella M) tirrappreżenta l-valur tas-sussidju ta’ ‘Appoġġ Bażiku għall-Introjtu għas-Sostenibbiltà – ibbażat fuq intitolamenti għall-pagamenti’ li huwa ffinanzjat biss mill-baġit tal-Unjoni u jingħata għal kull ha.

Meta valur ma jkunx rilevanti jew ikun nieqes għal xi azjenda partikolari, iddaħħalx il-valur ‘0’.

It-tabelli huma rrappreżentati b’ittra waħda, il-gruppi b’ittra waħda jew aktar, il-kategoriji b’kodiċijiet numeriċi u l-kolonni b’ittra waħda jew aktar.

Rigward it-tabelli A sa M, l-ewwel tabella turi l-matriċi ta’ livell għoli għall-gruppi u għall-kolonni. It-tieni tabella turi kif din tinqasam għall-kategoriji, fejn kull kategorija hija rrappreżentata b’kodiċi wieħed jew aktar u sottokodiċi wieħed jew aktar.

Id-data li tiddaħħal fil-prospetti tal-biedja għandha tkun preċiża skont il-gradi li ġejjin:

valuri finanzjarji: il-valuri f’EUR jew fl-unitajiet tal-munita nazzjonali mingħajr deċimali. Iżda fil-każ ta’ muniti nazzjonali li l-unità tagħhom tirrappreżenta valur baxx relattiv meta mqabbel ma’ tal-EUR, jista’ jsir ftehim bejn l-aġenzija ta’ kollegament tal-Istat Membru kkonċernat u l-persunal tal-Kummissjoni li jamministra l-FADN, biex il-valuri jiġu espressi f’mijiet jew f’eluf ta’ unitajiet tal-munita nazzjonali,

kwantitajiet fiżiċi: fi qnatar (1 q = 100 kg) ħlief fil-każ tal-bajd, li jiġu espressi f’eluf u fil-każ tal-inbid u prodotti relatati, li jiġu espressi f’ettolitri,

erji: f’ares (1 a = 100 m2), ħlief fil-każ tal-faqqiegħ li jiġi espress f’metri kwadri taż-żona kkultivata totali u ħlief fit-Tabella M ‘Sussidji’, li fiha l-unitajiet bażiċi jridu jiġu rreġistrati f’ha,

għadd medju ta’ bhejjem: sa żewġ punti deċimali, ħlief fil-każ tal-pollam u tal-fniek, li għandhom jingħataw bħala numri sħaħ, u fil-każ tan-naħal li għandhom jingħataw bħala għadd ta’ kaxxa tan-naħal okkupati,

unitajiet ta’ xogħol: sa żewġ punti deċimali.

Għal kull kategorija tat-tabella u kull valur fil-kolonni, hemm aktar definizzjonijiet u struzzjonijiet taħt it-tabella kkonċernata.”;

(b)

Tabella A (Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda) hija emendata kif ġej:

(i)

fl-ewwel u fit-tieni parti tat-tabella, titħassar il-kolonna “Numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà” (AO);

(ii)

it-tieni parti tat-tabella hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringiela għall-kodiċi 50 titħassar;

(2)

ir-ringieli għall-kodiċijiet 230, 231 u 232 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Grupp

R

S

H

DG

MI

N

DT

W

TF

ES

C

230

Membru tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP)

OT

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AOT230C

231

Rilevanza ekonomika tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP) għall-farm

OT

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AOT231C

232

Numru ta’ membri tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP)

OT

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AOT232C”

(c)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella A huma emendati kif ġej:

(i)

in-noti għall-kodiċijiet 60 u 70 taħt A.AI. (Informazzjoni tal-kontabbiltà) tat-Tabella A huma sostitwiti b’dan li ġej:

“A.AI.

Informazzjoni tal-kontabbiltà

A.AI.60.C.

Tip ta’ kontabbiltà: trid tingħata indikazzjoni dwar it-tip ta’ kontabbiltà li jkollu l-farm. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

Kontabbiltà b’kontroentrati.

2.

Kontabbiltà b’entrata unika.

3.

Xejn.

A.AI.70.DT.

Data tal-għeluq tal-kontijiet: li trid tinkiteb bil-format “SSSS-XX-JJ”, pereżempju 2009-06-30 jew 2009-12-31.”;

(ii)

in-nota għall-kodiċi 230 taħt A.OT. (Dettalji oħra tal-azjenda) tat-Tabella A hija sostitwita b’dan li ġej:

“A.OT.230.C

Membru tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP): Indikazzjoni ta’ jekk il-farm (id-detentur(i) jew il-maniġer(s) tal-farm) huwiex membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li jikkondividi l-kostijiet u/jew jippromwovi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, u jekk iva, liema mill-prodotti tal-farm jiġu kkummerċjalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi (agħżel is-setturi kollha koperti mill-OP li l-farm huwa membru tagħhom). Għall-iskop ta’ dan l-istħarriġ, ‘organizzazzjonijiet tal-produtturi’ tirreferi għal kwalunkwe tip ta’ entità li tkun ġiet iffurmata bl-inizjattiva tal-produtturi biex iwettqu attivitajiet konġunti f’settur speċifiku (kooperazzjoni orizzontali). L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jridu jiġu kkontrollati mill-produtturi, u jista’ jkollhom għamliet ġuridiċi differenti, eż. kooperattivi agrikoli, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew kumpaniji privati bi produtturi bħala azzjonisti.

0.

mhux membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

Membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-kondiviżjoni tal-produzzjoni, tal-kostijiet amministrattivi, tal-kostijiet tal-investimenti u/jew, membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-azjendi agrikoli fosthom:

31.

ċereali

32.

żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

33.

frott u ħxejjex (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda eskluż iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

vinji

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tal-pollam

41.

bajd

42.

settur ieħor.”;

(d)

It-Tabella C (Xogħol) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kategorija ta’ xogħol

Kodiċi(*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Ġenerali

Total tax-xogħol fl-azjenda (xogħol agrikolu u xogħol għal OGA direttament relatati mal-azjenda)

Sehem tax-xogħol għal OGA direttament relatati mal-azjenda

Numru ta’ persuni

Sess

Sena tat-twelid

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Ħin maħdum fis-sena

Għadd ta’ Unitajiet ta’ Xogħol fis-Sena (AWU)

% tal-ħin maħdum fis-sena

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

Numru sħiħ

Daħħal il-kodiċi

Erba’ ċifri

Daħħal il-kodiċi

(sigħat)

(AWU)

%

UR

Mhux imħallas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

UC

Mhux imħallas, każwali

-

-

-

-

 

-

 

PR

Imħallas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

PC

Imħallas, każwali

-

-

-

-

 

-

 


Kodiċi(*)

Deskrizzjoni

Grupp

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

10

Detentur(i)/maniġer(s)

UR

-

 

 

 

 

 

-

20

Detentur(i)/mhux maniġer(s)

UR

-

 

 

-

 

 

-

30

Maniġer(s)/mhux detentur(i)

UR

-

 

 

 

 

 

-

40

Konjuġi/sieħeb/sħab tad-detentur(i)

UR

 

-

-

-

 

 

 

50

Oħrajn

UR, PR

 

-

-

-

 

 

 

60

Xogħol każwali

UC, PC

-

-

-

-

 

-

 

70

Maniġer imħallas

PR

-

 

 

 

 

 

-”

(e)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella C huma emendati kif ġej:

(i)

in-noti għall-entrati taħt C.PR (Xogħol regolari mħallas) huma sostitwiti b’dan li ġej:

C.PR. Xogħol regolari mħallas

Xogħol imħallas (fi flus u/jew in natura) fuq l-iskala normali għas-servizzi pprovduti u li matul is-sena ta’ kontabbiltà (eskluż il-btajjel normali) ikun sar xogħol għall-azjenda għal mill-inqas ġurnata sħiħa fil-ġimgħa.

Iridu jintwerew il-kategoriji li ġejjin:

C.PR.70. Maniġer imħallas

Persuna b’salarju li tkun responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-azjenda.

C.PR.50. Oħrajn

Ix-xogħol regolari mħallas kollu (eskluż il-maniġer b’salarju tal-azjenda) jiġi aggregat f’dan il-grupp. Jinkludi wkoll il-foreman u s-submaniġers mhux responsabbli għall-ġestjoni tal-farm kollu.”;

(ii)

fin-noti għall-kolonni fit-Tabella C, titħassar in-nota “Sehem tax-xogħol għal OGA bħala % tal-unitajiet ta’ xogħol fis-sena (il-kolonna W2)”;

(f)

fit-Tabella D (Assi), it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

OV

AD

DY

IP

S

SA

CV

1005

Flus kontanti, riċevibbli, assi kurrenti oħra u ekwivalenti

 

-

-

-

-

-”

 

1040

Inventarji

 

-

-

 

 

 

 

2010

Assi bijoloġiċi - pjanti

 

 

 

 

 

 

 

3010

Art agrikola

 

-

-

 

 

 

 

3020

Titjib tal-art

 

 

 

 

 

 

 

3030

Binjiet tal-farm

 

 

 

 

 

 

 

4010

Makkinarju u tagħmir

 

 

 

 

 

 

 

5010

Art tal-foresti, inkluż injam wieqaf

 

-

-

 

 

 

 

7005

Assi intanġibbli

 

 

 

 

 

 

 

8010

Assi oħra mhux kurrenti

 

 

 

 

 

 

 

(g)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella D huma emendati kif ġej:

(i)

in-noti għall-kodiċijiet 1010, 1020 u 1030 jitħassru u n-nota li ġejja tiddaħħal qabel in-nota għall-kodiċi 1040:

“1005.

Flus kontanti, riċevibbli, assi kurrenti oħra u ekwivalenti

Flus kontanti u assi oħra li jistgħu faċilment jinbidlu fi flus kontanti. Assi ta’ terminu qasir, ammonti dovuti lill-azjenda li jinħolqu b’mod normali mill-attivitajiet kummerċjali. Kwalunkwe assi oħra li jinbiegħu faċilment jew li huwa mistenni li jitħallsu fi żmien sena.”;

(ii)

in-noti għall-kodiċijiet 7010 u 7020 jitħassru u n-nota li ġejja tiddaħħal wara n-nota għall-kodiċi 5010:

“7005.

Assi intanġibbli

L-assi kollha intanġibbli, kemm dawk li jistgħu jinxtraw jew jinbiegħu faċilment (pereżempju kwoti u drittijiet meta jkunu negozjabbli mingħajr l-art u jkun jeżisti suq attiv għalihom) kif ukoll dawk li ma jistgħux jinxtraw jew jinbiegħu faċilment (pereżempju software, liċenzji, eċċ.). L-intestatura trid timtela, u l-ammonti rreġistrati huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.”;

(h)

fit-Tabella H (Mezzi ta’ produzzjoni), it-tieni parti hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kodiċi(*)

Grupp

Deskrizzjoni tal-kategoriji

V

Q

1010

LM

Kostijiet ta’ pagi u sigurtà soċjali għax-xogħol imħallas

 

-

1020

LM

Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju

 

-

1030

LM

Manutenzjoni kurrenti ta’ makkinarju u apparat

 

-

1040

LM

Fjuwils u lubrikanti tal-mutur

 

-

1050

LM

Spejjeż tal-karozzi

 

-

2010

SL

Għalf ikkonċentrat mixtri għal bhejjem li jirgħu (ekwini, ruminanti)

 

-

2020

SL

Foraġġ mhux irraffinat mixtri għal bhejjem li jirgħu (ekwini, ruminanti)

 

-

2030

SL

Għalf mixtri għall-qżieqeż

 

-

2040

SL

Għalf mixtri għall-pollam u annimali żgħar oħra

 

-

2050

SL

Għalf prodott fil-farm għal bhejjem li jirgħu (ekwini, ruminanti)

 

-

2060

SL

Għalf prodott fil-farm għall-qżieqeż

 

-

2070

SL

Għalf prodott fil-farm għall-pollam u annimali żgħar oħra

 

-

2080

SL

Spejjeż veterinarji

 

-

2090

SL

Kostijiet speċifiċi oħrajn tal-bhejjem

 

-

3010

SC

Żerriegħa u nebbieta mixtrija

 

-

3020

SC

Żerriegħa u nebbieta mkabbra u użati fil-farm

 

-

3030

SC

Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija

 

-

3031

SC

Il-kwantità ta’ N użati fil-fertilizzanti minerali

-

 

3032

SC

Il-kwantità ta’ P2O5 użati fil-fertilizzanti minerali

-

 

3033

SC

Il-kwantità ta’ K2O użati fil-fertilizzanti minerali

-

 

3034

SC

Demel mixtri

 

-

3040

SC

Prodotti għall-ħarsien tal-għelejjel

 

-

3090

SC

Kostijiet oħra speċifiċi relatati mal-għelejjel

 

-

4010

OS

Kostijiet speċifiċi relatati mal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam

 

-

4020

OS

Kostijiet speċifiċi relatati mal-ipproċessar tal-għelejjel

 

-

4030

OS

Kostijiet speċifiċi relatati mal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib tal-baqar

 

-

4045

OS

Kostijiet speċifiċi relatati mal-ipproċessar tal-ħalib ta’ annimali oħra

 

-

4070

OS

Kostijiet speċifiċi relatati mal-ipproċessar tal-laħam u ta’ prodotti oħra tal-annimali

 

-

4090

OS

Kostijiet speċifiċi oħra relatati ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

 

-

5010

FO

Manutenzjoni kurrenti tat-titjib tal-art u l-bini

 

-

5020

FO

Elettriku

 

-

5030

FO

Fjuwils għat-tisħin, total

 

-

5031

FO

li minnhom huma gass naturali u gassijiet manifatturati

 

-

5032

FO

li minnhom huma żejt u prodotti tal-petroleum

 

-

5033

FO

li minnhom huma fjuwils fossili solidi

 

-

5034

FO

li minnhom huma fjuwils rinnovabbli (injam, tiben, bijogass, …)

 

-

5040

FO

Ilma

 

-

5051

FO

Assigurazzjoni agrikola

 

-

5055

FO

Assigurazzjonijiet oħra tal-farm

 

-

5061

FO

Taxxi u drittijiet oħrajn

 

-

5062

FO

Taxxi u pagamenti oħrajn fuq art u bini

 

-

5070

FO

Kera mħallsa, total

 

-

5071

FO

li minnha hija kera mħallsa għall-art

 

-

5080

FO

Imgħax u pagamenti finanzjarji mħallsa

 

-

5090

FO

Spejjeż ġenerali oħrajn tal-biedja

 

-”

(i)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella H huma emendati kif ġej:

(1)

in-noti għall-kodiċijiet 4040, 4050 u 4060 jitħassru u n-nota li ġejja tiddaħħal wara n-nota għall-kodiċi 4030:

“4045.

Kostijiet speċifiċi relatati mal-ipproċessar tal-ħalib ta’ annimali oħra

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tal-azjenda stess jew mixtrija, u kostijiet speċifiċi oħra relatati mal-ipproċessar tal-ħalib ta’ annimali oħra (pereżempju: tal-bufli, tan-nagħaġ, tal-mogħoż) (pereżempju l-kostijiet speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Kostijiet ta’ xogħol, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ kostijiet.”;

(2)

in-nota għall-kodiċi 5030 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5030.

Fjuwils għat-tisħin (total)

Valur tal-konsum totali ta’ fjuwils għat-tisħin mixtrija għall-użu kummerċjali tal-farm, inkluż it-tisħin ta’ serer. Din il-kategorija tinkludi l-konsum għat-tisħin tal-fjuwils fossili mixtrija: gass naturali u gassijiet manifatturati, żejt, prodotti tal-petroleum u fjuwils fossili solidi kif ukoll il-konsum ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mixtrija (eż. injam, tiben, gerbub, bijogass).

5031.

Li minnhom huma gass naturali u gassijiet manifatturati

Il-konsum totali tal-gass naturali u ta’ gassijiet oħra manifatturati u bbażati fuq il-fossili għall-użu kummerċjali tal-farm, inkluż it-tisħin ta’ serer.

5032.

Li minnhom huma żejt u prodotti tal-petroleum

Il-konsum totali taż-żejt u tal-prodotti tal-petroleum għall-użu kummerċjali tal-farm, inkluż it-tisħin ta’ serer.

5033.

Li minnhom huma fjuwils fossili solidi

Il-konsum totali ta’ fjuwils fossili solidi (pereżempju l-faħam) għall-użu kummerċjali tal-farm, inkluż it-tisħin ta’ serer.

5034.

Li minnhom huma fjuwils rinnovabbli

Il-konsum totali tal-fjuwils rinnovabbli (eż. injam, tiben, gerbub, bijogass) għall-użu kummerċjali tal-farm, inkluż it-tisħin ta’ serer.

Il-preżentazzjoni tad-data relatata mal-varjabbli 5031, 5032, 5033 u 5034 hu volontarju mis-sena ta’ kontabbilità 2023 u obbligatorju mis-sena ta’ kontabbiltà 2025.”;

(j)

It-Tabella I (Uċuħ tar-raba’) hija emendata kif ġej:

(i)

fit-tieni parti tat-tabella, l-entrati taħt it-titolu “Għeruq u Tuberi” huma sostitwiti b’dan li ġej:

Għeruq u Tuberi

10300

Patata (inkluż patata bikrija u patata taż-żrigħ)

10310

- li minnha patata għal-lamtu

10390

- li minnha patata oħra

10400

Pitrava zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

10500

Għelejjel tal-għeruq oħra, pitravi tal-foraġġ u pjanti tal-foraġġ tal-familja Brassicae, imkabbra għall-għeruq jew għaz-zokk, u għelejjel tal-għeruq u tuberi oħra tal-foraġġ n.e.c.”

(ii)

ir-raba’ parti tat-tabella dwar il-kodiċijiet tad-data nieqsa hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kodiċijiet tad-data nieqsa għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (***)

Deskrizzjoni

0

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda data nieqsa.

1

Il-kodiċi 1 għandu jiddaħħal meta ma tistax tiġi rapportata ż-żona koperta minn għalla, pereżempju fil-każ ta’ bejgħ ta’ prodotti tal-għelejjel li jistgħu jitqiegħdu fis-suq, mixtrija bħala għelejjel weqfin jew li jiġu minn art mikrija għal perjodu ta’ inqas minn sena fuq bażi okkażjonali.

2

Il-kodiċi 2 għandu jiddaħħal meta l-produzzjoni reali ma tistax tiġi determinata fi qnatar (jew f’ettolitri għall-inbid jew għall-prodotti relatati mal-inbid) minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ jew meta ma hemmx produzzjoni reali.

4

Il-kodiċi 4 għandu jiddaħħal meta ż-żona koperta minn għalla ma tistax tiġi rapportata u ma hemm l-ebda produzzjoni reali jew il-produzzjoni reali ma tistax tiġi determinata fi qnatar (jew f’ettolitri għall-inbid u għall-prodotti relatati mal-inbid).”

(k)

fin-noti ta’ spjegazzjoni għall-gruppi ta’ informazzjoni fit-Tabella I, in-nota għall-entrati taħt I.PR (Produzzjoni) hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.PR Produzzjoni

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar il-produzzjoni (PR), għandhom jiġu rreġistrati l-kwantitajiet ta’ għelejjel prodotti (Q) matul is-sena ta’ kontabbiltà (eskluż kwalunkwe telf fl-għelieqi u fil-farm). Dawn il-kwantitajiet huma indikati għall-prodotti prinċipali tal-azjenda (ħlief prodotti sekondarji).

Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħataw fi qnatar (100 kg), bl-eċċezzjoni tal-inbid u l-prodotti relatati mal-inbid, li jingħataw f’ettolitri. Il-kodiċi tad-data nieqsa 2 għandu jiddaħħal meta l-produzzjoni reali fi qnatar ma tistax tiġi determinata minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ.

Għall-10790 ‘Ħxejjex oħra’ u 90900 ‘Oħrajn’, il-kwantità ma għandhiex tiġi pprovduta.”;

(l)

fit-Tabella K (Prodotti tal-annimali u servizzi relatati), it-tieni parti dwar id-deskrizzjoni tal-prodotti u s-servizzi u t-tielet parti dwar il-kodiċijiet tad-data nieqsa huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

261

Ħalib tal-baqar

262

Ħalib tal-bufli

311

Ħalib tan-nagħaġ

321

Ħalib tal-mogħoż

330

Suf

531

Bajd għall-konsum mill-bniedem (kull tip ta’ pollam)

532

Bajd għat-tifqis (kull tip ta’ pollam)

700

Għasel u prodotti ġejjin miż-żamma tan-naħal

800

Demel

900

Prodotti oħra tal-annimali

1100

Trobbija bil-kuntratt

1200

Servizzi oħra relatati mal-annimali


Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda data nieqsa.

2

Il-kodiċi 2 għandu jiddaħħal meta l-produzzjoni attwali ma tkunx tista’ tiġi determinata fi qnatar (jew f’eluf ta’ bajd) minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ.

4

Il-kodiċi 4 għandu jiddaħħal meta hemm biss stokkijiet u l-ebda produzzjoni reali.”

(m)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella K huma emendati kif ġej:

(i)

in-nota għall-kodiċi 1100 hija sostitwita b’dan li ġej:

“1100.

Trobbija bil-kuntratt

Ammont ta’ dħul minn trobbija bil-kuntratt li jikkorrispondi primarjament għal pagament għal servizzi mogħtija u meta d-detentur ma jassumix ir-riskju ekonomiku normalment involut fit-trobbija jew is-simna ta’ dawn l-annimali, pereżempju: baqar, nagħaġ, mogħoż, qżieqeż, pollam.”;

(ii)

in-noti għall-kodiċijiet tad-data nieqsa jitħassru;

(iii)

it-tielet paragrafu taħt it-titolu “Gruppi ta’ informazzjoni fit-Tabella K” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal servizzi relatati mal-annimali bħat-trobbija bil-kuntratt (kodiċi 1100) u oħrajn (kodiċi 1200), l-unika informazzjoni li għandha tingħata tikkonċerna d-dħul, li għandu jitniżżel taħt l-informazzjoni dwar il-bejgħ (SA) fil-kolonna tal-valur (V).”;

(n)

fit-Tabella L (L-attivitajiet oħra ta’ qligħ b’rabta diretta mal-farm (OGA)), it-tieni parti dwar id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet OGA u t-tielet parti dwar il-kodiċijiet tad-data nieqsa huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

261

L-ipproċessar tal-ħalib tal-baqar

263

L-ipproċessar tal-ħalib ta’ annimali oħra

900

L-ipproċessar tal-laħam jew prodotti oħra tal-annimali

1010

L-ipproċessar tal-għelejjel

1020

Forestrija u pproċessar tal-injam

2010

Xogħol b’kuntratt

2020

Turiżmu, akkomodazzjoni, kejtering u attivitajiet oħra relatati mal-ħin tal-mistrieħ

2030

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli

9000

“Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ” oħra direttament relatati mal-farm


Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda data nieqsa.

1

Il-Kodiċi 1 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn il-produzzjoni ssir bl-ipproċessar ta’ ta’ bhejjem mixtrija jew ta’ prodotti tal-annimali jew tal-għelejjel mixtrija.

2

Il-kodiċi 2 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta l-produzzjoni reali ma tistax tiġi determinata fi qnatar minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ.

4

Il-kodiċi 4 għandu jiddaħħal meta hemm biss stokkijiet u l-ebda produzzjoni reali.”

(o)

in-noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella L huma emendati kif ġej:

(i)

in-nota għall-kodiċi 262 hija sostitwita b’dan li ġej:

“263.

L-ipproċessar tal-ħalib ta’ annimali oħra, eż. ħalib tal-bufli, ħalib tan-nagħaġ, ħalib tal-mogħoż”;

(ii)

in-noti għall-kodiċijiet tad-data nieqsa jitħassru;

(iii)

it-tieni paragrafu taħt it-titolu “Gruppi ta’ informazzjoni fit-Tabella L” (Kwantità (kolonna Q)) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ tal-prodotti pproċessati mill-ħalib (kodiċijiet 261, 263), hija indikata l-kwantità ta’ ħalib likwidu irrispettivament mill-għamla li fiha jinbiegħ, jiġi kkonsmat fil-farm jew jintuża għal benefiċċji in natura jew għall-finijiet tal-farm (krema, butir, ġobon, eċċ.).”;

(p)

It-Tabella M (Sussidji) u n-noti ta’ spjegazzjoni tagħha huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Struttura tat-tabella

 

Kategorija tas-sussidju/informazzjoni amministrattiva

Kodiċi (*)

 

 

 

Finanzjament

Kodiċi (**)

 

 

 

Unità bażika

Kodiċi (***)

 

 

Grupp ta’ informazzjoni

Kolonni

Għadd ta’ unitajiet bażiċi

Valur

Tip

N

V

T

S

Sussidju

 

 

-

AI

Informazzjoni amministrattiva

 

-

 

Il-kategoriji jintgħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (*)

Grupp

Deskrizzjoni tal-kategoriji

 

Kolonni

N

V

T

 

 

Pagamenti diżakkoppjati

 

 

 

 

1250

S

Appoġġ Bażiku għall-Introjtu għas-Sostenibbiltà

 

 

 

-

1300

S

Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà

 

 

 

-

1400

S

Skemi għall-klima, għall-ambjent u għat-trattament xieraq tal-annimali (ekoskemi)

 

 

 

-

1600

S

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

 

 

 

-

1700

S

Pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ Akkoppjat għall-Introjtu

 

 

 

 

 

 

Għelejjel li jinħartu

 

 

 

 

 

 

COP (ċereali, żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini)

 

 

 

 

23111

S

Ċereali

 

 

 

-

23112

S

Żrieragħ taż-żejt

 

 

 

-

23114

S

Għelejjel tal-proteini u legumi tal-ħbub

 

 

 

-

2312

S

Patata

 

 

 

-

23121

S

Li minnhom patata għal-lamtu

 

 

 

-

2313

S

Pitrava zokkrija

 

 

 

-

 

 

Għelejjel industrijali

 

 

 

 

23141

S

Kittien

 

 

 

-

23142

S

Qanneb

 

 

 

-

23143

S

Ħops

 

 

 

-

23144

S

Kannamiela

 

 

 

-

23145

S

Ċikwejra

 

 

 

-

23149

S

Għelejjel industrijali oħrajn

 

 

 

-

2315

S

Ħxejjex

 

 

 

-

2316

S

Art mistrieħa

 

 

 

-

2317

S

Ross

 

 

 

-

2319

S

Għelejjel li jinħartu mhux iddefiniti

 

 

 

-

2320

S

Bwar permanenti

 

 

 

-

2321

S

Foraġġ imnixxef

 

 

 

-

2322

S

Pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

 

 

 

-

2323

S

Programm ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali fis-settur tal-qoton

 

 

 

-

2324

S

Produzzjoni ta’ żrieragħ

 

 

 

-

 

 

Għelejjel permanenti

 

 

 

 

23311

S

Frott tal-bosk

 

 

 

-

23312

S

Ġewż

 

 

 

-

2332

S

Frott taż-żerriegħa u frott bl-għadma

 

 

 

-

2333

S

Pjantaġġuni taċ-ċitru

 

 

 

-

2334

S

Pjantaġġuni taż-żebbuġ – żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda

 

 

 

-

2335

S

Vinji

 

 

 

-

2339

S

Għelejjel permanenti mhux imsemmija band’oħra

 

 

 

-

 

 

Annimali

 

 

 

 

2341

S

Prodotti tal-ħalib

 

 

 

-

2342

S

Ċanga u vitella

 

 

 

-

2343

S

Bhejjem bovini (it-tip mhux speċifikat)

 

 

 

-

2344

S

Nagħaġ u mogħoż

 

 

 

-

2345

S

Ħnieżer u pollam

 

 

 

-

2346

S

Dud tal-ħarir

 

 

 

-

2347

S

Prodotti tal-apikultura

 

 

 

-

2349

S

Annimali mhux imsemmijin band’oħra

 

 

 

-

2410

S

Imsaġar ta’ newba qasira

 

 

 

-

2490

S

Pagamenti akkoppjati oħra mhux imsemmija band’oħra

 

 

 

-

 

 

Għotjiet u sussidji ta’ karattru eċċezzjonali

 

 

 

 

2810

S

Pagamenti għal diżastri

 

 

 

-

2890

S

Għotjiet u sussidji oħra ta’ karattru eċċezzjonali

 

 

 

-

2900

S

Pagamenti diretti oħra mhux imsemmija band’oħra

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żvilupp rurali

 

 

 

 

3100

S

Investimenti, inkluż fl-irrigazzjoni

 

 

 

-

3200

S

Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali

 

 

 

-

3310

S

Impenji ta’ ġestjoni (ambjentali, relatati mal-klima u oħrajn) (minbarra t-trattament xieraq tal-annimali u l-biedja organika)

 

 

 

-

3320

S

Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali

 

 

 

-

3350

S

Biedja organika

 

 

 

-

3400

S

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (pereżempju Natura 2000, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma)

 

 

 

-

3500

S

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona

 

 

 

-

 

S

Forestrija/investimenti li ma jrendux qligħ

 

 

 

 

3610

S

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

 

 

 

-

3620

S

Pagamenti għan-Natura 2000 għall-forestrija u għas-servizzi ambjentali u tal-klima u għall-appoġġ tal-konservazzjoni tal-foresti

 

 

 

-

3750

S

Appoġġ biex jiġġedded il-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u għall-introduzzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ prevenzjoni

 

 

 

-

3760

S

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

 

 

 

-

3900

S

Pagamenti oħra għall-iżvilupp rurali

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għotjiet u sussidji fuq kostijiet

 

 

 

 

4100

S

Pagi u sigurtà soċjali

 

 

 

-

4200

S

Fjuwils tal-muturi

 

 

 

-

 

 

Bhejjem

 

 

 

 

4310

S

Għalf għall-bhejjem li jirgħu

 

 

 

-

4320

S

Għalf għall-qżieqeż u għall-pollam

 

 

 

-

4330

S

Kostijiet oħra relatati mal-bhejjem

 

 

 

-

 

 

Għelejjel

 

 

 

 

4410

S

Żrieragħ

 

 

 

-

4420

S

Fertilizzanti

 

 

 

-

4430

S

Ħarsien tal-għelejjel

 

 

 

-

4440

S

Kostijiet oħra speċifiċi relatati mal-għelejjel

 

 

 

-

 

 

Spejjeż oħra speċifiċi relatati mal-uċuħ tar-raba’

 

 

 

 

4510

S

Elettriku

 

 

 

-

4520

S

Fjuwils għat-tisħin, total

 

 

 

-

4521

S

li minnhom huma gass naturali u gassijiet manifatturati

 

 

 

-

4522

S

li minnhom huma żejt u prodotti tal-petroleum

 

 

 

-

4523

S

li minnhom huma fjuwils fossili solidi

 

 

 

-

4524

S

li minnhom huma fjuwils rinnovabbli

 

 

 

-

4530

S

Ilma

 

 

 

-

4540

S

Assigurazzjoni

 

 

 

-

4550

S

Imgħaxijiet

 

 

 

-

4600

S

Kostijiet relatati ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

 

 

 

-

4900

S

Kostijiet oħra

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għotjiet u sussidji fuq ix-xiri ta’ bhejjem

 

 

 

 

5100

S

Xiri ta’ prodotti tal-ħalib

 

 

 

-

5200

S

Xiri ta’ ċanga

 

 

 

-

5300

S

Xiri ta’ nagħaġ u mogħoż

 

 

 

-

5400

S

Xiri ta’ qżieqeż u pollam

 

 

 

-

5900

S

Xiri ta’ annimali oħra

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

9000

S

Differenzi minn snin preċedenti ta’ kontabbiltà

 

 

 

-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Obbligi tal-Istati Membri relatati ma’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin tal-art (standards tal-KAAT 2, 8 u 9)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10010

AI

KAAT 2 dwar l-artijiet mistagħdra u t-torbieri

 

-

-

 

10011

AI

KAAT 2: għadd ta’ ettari ta’ artijiet mistagħdra u torbieri - bwar permanenti

 

 

-

-

10012

AI

KAAT 2: għadd ta’ ettari ta’ artijiet mistagħdra u torbieri - raba’ li jinħadem

 

 

-

-

10013

AI

KAAT 2: għadd ta’ ettari ta’ artijiet mistagħdra u torbieri - għelejjel permanenti

 

 

-

-

10300

AI

KAAT 8: is-sehem minimu ta’ raba’ li jinħadem iddedikat għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi

 

-

-

 

10310

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ art mistrieħa

 

 

-

-

10311

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ art imtarrġa

 

 

-

-

10312

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ ringieli ta’ sġajriet, ta’ siġar individwali jew ta’ grupp ta’ siġar, ringieli ta’ siġar

 

 

-

-

10313

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ ġmiem madwar l-għelieqi, ta’ rqajja’ jew ta’ biċċiet art ta’ lqugħ

 

 

-

-

10318

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ għelejjel tat-titwiq

 

 

-

-

10319

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu

 

 

-

-

10324

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ gandotti

 

 

-

-

10325

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ nixxigħat

 

 

-

-

10326

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ għadajjar żgħar;

 

 

-

-

10327

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ artijiet mistagħdra żgħar

 

 

-

-

10328

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ ħitan tas-sejjieħ

 

 

-

-

10329

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ cairns

 

 

-

-

10330

AI

KAAT 8: għadd ta’ ettari ta’ karatteristiċi kulturali

 

 

-

-

10400

AI

KAAT 9: projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit

 

-

-

 

10401

AI

KAAT 9: għadd ta’ ettari ta’ bwar permanenti f’siti ta’ Natura 2000

 

 

-

-

10402

AI

KAAT 9: għadd ta’ ettari ta’ bwar permanenti indikati bħala bwar permanenti ambjentalment sensittivi f’siti ta’ Natura 2000 protetti taħt il-KAAT 9 u ddikjarati mill-bdiewa;

 

 

-

-

10403

AI

KAAT 9: għadd ta’ ettari ta’ bwar permanenti indikati bħala ambjentalment sensittivi barra mis-siti ta’ Natura 2000, protetti taħt il-KAAT 9 u ddikjarati mill-bdiewa, fejn applikabbli.

 

 

-

-

Il-kodiċijiet li jiddeskrivu kif inhu ffinanzjat is-sussidju jridu jintgħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Mhux applikabbli: dan il-kodiċi jrid jintuża għall-informazzjoni amministrattiva

1

Is-sussidju huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE biss.

2

Il-miżura hija kkofinanzjata mill-UE u mill-Istat Membru.

3

Il-miżuri mhijiex iffinanzjata mill-baġit tal-UE, iżda minn sorsi pubbliċi oħra.

Il-kodiċijiet li jiddefinixxu l-unitajiet bażiċi għandhom jintgħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (***)

Deskrizzjoni

0

Mhux applikabbli: dan il-kodiċi jrid jintuża għall-informazzjoni amministrattiva

1

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ bhejjem.

2

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ ettari.

3

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ tunnellati.

4

Razzett/oħra: is-sussidju jingħata għall-farm kollu jew b’mod li ma jaqax taħt il-kategoriji l-oħra.

It-Tabella M “SUSSIDJI” tkopri l-għotjiet u s-sussidji li jingħataw lill-azjendi agrikoli mill-entitajiet pubbliċi, kemm dawk Nazzjonali, kif ukoll dawk tal-UE. Tkopri wkoll l-informazzjoni amministrattiva dwar il-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni.

GRUPPI TA’ INFORMAZZJONI FIT-TABELLA M

S   Sussidji

L-għotjiet u s-sussidji huma ddefiniti skont il-kategorija ta’ sussidju (S), il-finanzjament u l-unitajiet bażiċi. Għal kull entrata għandhom jiġu rreġistrati l-għadd ta’ unitajiet bażiċi (N) u l-ammont li jingħata (V). Jista’ jkun hemm diversi rekords għal kull kategorija ta’ sussidju, peress li l-unitajiet bażiċi u/jew l-oriġini tal-finanzjament jistgħu jkunu differenti.

Bħala regola ġenerali, l-għotjiet u s-sussidji rreġistrati fit-Tabella M jikkorrispondu għas-sena ta’ kontabbiltà kurrenti, irrispettivament minn meta jiġi riċevut il-pagament (is-sena ta’ kontabbiltà hija l-istess bħas-sena ta’ talba). Is-sussidji għall-investiment u l-pagamenti għall-iżvilupp rurali, minbarra l-pagamenti lil żoni li jġarrbu diffikultajiet naturali jew speċifiċi oħra jikkostitwixxu eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, peress li l-ammonti rreġistrati għandhom jirreferu għall-pagamenti li tassew ġew riċevuti matul is-sena ta’ kontabbiltà (is-sena ta’ kontabbiltà hija ekwivalenti għas-sena ta’ pagament).

AI   Informazzjoni amministrattiva

Ċerti obbligi tal-Istati Membri relatati ma’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin tal-art (standards tal-KAAT 2, 8 u 9) huma ddefiniti skont il-kategorija ta’ informazzjoni amministrattiva (AI). L-għadd (N) u/jew it-tip (T) ta’ unitajiet bażiċi jridu jiġu rreġistrati għal kull entrata, kif inhu speċifikat fit-tabella.

L-għadd ta’ unitajiet bażiċi (N) li jikkorrispondi għaż-żona kkonċernata mill-istandards tal-KAAT huwa espress f’ettari.

It-tip (T) jirreferi għall-applikazzjoni tal-KAAT fil-livell tal-farm u jrid jintgħażel mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

L-azjenda agrikola hija obbligata li tikkonforma mar-rekwiżit amministrattiv.

2

L-azjenda agrikola tibbenefika minn eżenzjoni speċifikata fil-KAAT.”


ANNESS II

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella J (Produzzjoni tal-bhejjem), l-ewwel parti hija sostitwita b’dan li ġej:

“Struttura tat-tabella

Kategorija tal-bhejjem

Kodiċi (*)


 

 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Għadd medju

Għadd

Valur

A

N

V

AN

Għadd medju

 

-

-

RN

Numru ta’ referenza

-

 

-”

OV

Valwazzjoni tal-ftuħ

-

 

 

CV

Valwazzjoni tal-għeluq

-

 

 

PU

Xiri

-

 

 

SA

Bejgħ totali

-

 

 

SS

Bejgħ għall-qtil

-

 

 

SR

Bejgħ għat-trobbija/tgħammir ulterjuri

-

 

 

SU

Bejgħ b’destinazzjoni mhux magħruf

-

 

 

FC

Konsum tal-farm

-

 

 

FU

Użu tal-farm

-

 

 

(2)

fin-noti ta’ spjegazzjoni tat-Tabella J, in-nota li ġejja tiddaħħal wara n-nota dwar “J.AN. Għadd medju (għandu jiġi rreġistrat għall-kolonna A biss)”:

J.RN. Numru ta’ referenza (għandu jiġi rreġistrata għall-kolonna N biss)

In-numru ta’ referenza huwa l-għadd ta’ annimali tipikament preżenti fil-farm f’mument partikolari. Dan jintuża biex tiġi kkalkulata l-produzzjoni standard tal-azjenda u d-daqs ekonomiku tagħha. Għall-kuntrarju tal-għadd medju (AN), dan jippermetti li jitqies perjodu li matulu jkun hemm għadd aktar baxx jew l-ebda bhejjem fl-azjenda għal perjodu eċċezzjonali ta’ żmien minħabba interruzzjoni eċċezzjonali fiċ-ċiklu tal-produzzjoni (eż. tifqigħat ta’ mard).

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ doqqajs, espress sa żewġ punti deċimali.

Din l-informazzjoni m’għandhiex tingħata għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Id-data relatata mal-varjabbli “J.RN.Numru ta’ referenza” tista’ tingħata f’każijiet eċċezzjonali (eż. mard fl-azjenda, jew qtil għal raġuni sanitarja) mis-sena ta’ kontabbiltà 2022. Il-preżentazzjoni hija volontarja.”


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/52


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2500

tat-13 ta’ Diċembru 2022

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Keleméri bárányhús” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem “Keleméri bárányhús” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Keleméri bárányhús” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Keleméri bárányhús” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 315, 19.8.2022, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2501

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, jitqies li ntlaħaq għall-2022.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2022 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24-il metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).


ANNESS

Nru

13/TQ110

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

EFF2/MED2_TR3

Grupp ta’ stokkijiet

Gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

Tul totali tal-bastimenti kkonċernati

≥ 18 m u < 24 m

Data tal-għeluq

1.10.2022


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/56


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2502

tad-19 ta’ Diċembru 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) fiha l-iżbalji fis-subparti D, it-taqsima 2, il-punt CAT.IDE.H.320, il-punt b), il-frażi introduttorja, tal-Anness IV (il-parti CAT); is-subparti K, il-punt SPA.HOFO.110, il-punt b), il-punt 9), tal-Anness V (il-parti SPA); is-subparti D, it-taqsima 2, il-punt NCC.IDE.H.235, tal-Anness VI (il-parti NCC); is-subparti D, il-punt NCO.IDE.H.185, il-punt c), tal-Anness VII (il-parti NCO); is-subparti D, it-taqsima 2, il-punt SPO.IDE.H.203, il-punt c), tal-Anness VIII (il-parti SPO) li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-applikazzjoni tar-regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/58


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2503

tad-19 ta’ Diċembru 2022

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 fir-rigward tal-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq molluski bivalvi ħajjin, fuq prodotti tas-sajd, jew ta’ dawk relatati mar-radjazzjoni UV

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra li jwettqu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. B’mod partikolari, jipprevedi kontrolli uffiċjali relatati ma’ prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (2) jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

L-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi l-obbligi għall-veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-kontrolli tad-dokumenti, b’mod partikolari biex jitqiesu ċ-ċertifikati uffiċjali previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (3). Madankollu, saret referenza għaċ-ċertifikat żbaljat, u għalhekk jenħtieġ li dik ir-referenza tiġi kkoreġuta. Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 tħassar u ċ-ċertifikati ġew sostitwiti b’dawk fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4), jixraq ukoll li r-referenzi kollha għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 jiġu sostitwiti bir-referenzi korretti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

(4)

L-Artikolu 45, il-punt (l) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi li l-laħam frisk għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jekk ikun ġie ttrattat illegalment b’radjazzjoni jonizzanti, inkluża r-radjazzjoni UV. Il-biċċa l-kbira tar-radjazzjoni UV ma għandhiex titqies bħala radjazzjoni jonizzanti kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (46) tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (5), u għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 45, il-punt (l) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jiġi emendat.

(5)

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw il-molluski bivalvi ħajjin minn żoni ta’ produzzjoni u minn żoni ta’ żamma ma japplikawx għall-Holothuroidea ħajjin li mhumiex organiżmi filtraturi, f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) emenda l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625, u estenda għall-ekinodermi kollha li mhumiex organiżmi filtraturi, u mhux biss għall-Holothuroidea, il-possibbiltà ta’ deroga mir-rekwiżit li jiġu kklassifikati ż-żoni ta’ produzzjoni u ż-żoni ta’ żamma, stabbiliti fl-Artikolu 18(7), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2017/625. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 18(7)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 (7) emenda l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 (8), billi l-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma mhijiex meħtieġa fir-rigward tal-ħsad tal-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 jiġi emendat skont dan.

(7)

L-Artikolu 71 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi regoli dwar id-deċiżjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu wara l-kontrolli fuq il-prodotti tas-sajd. Il-punt (a) ta’ dak l-Artikolu bi żball jirreferi għas-Sezzjoni VII minflok għas-Sezzjoni VIII dwar il-prodotti tas-sajd tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, jenħtieġ li dik ir-referenza fl-Artikolu 71 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 tiġi kkoreġuta.

(8)

L-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. B’mod partikolari, dan jiddefinixxi l-metodi analitiċi li għandhom jiġu applikati meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal kwalunkwe dubju dwar il-freskezza tal-prodotti tas-sajd. Fl-opinjoni xjentifika tagħha (9), l-EFSA identifikat metodi li kapaċi jiddistingwu bejn ħut “superimkessaħ” u ħut li qabel kien iffriżat ippreżentat kummerċjalment bħala “imkessaħ ħafna”. Peress li dawk il-metodi analitiċi jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10:

“(a)

Fil-paragrafu 2, “skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628(9)” hija sostitwita b’dan li ġej: “f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (*1)

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1)”;"

(b)

Fil-paragrafu 3, “skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628” hija sostitwita b’dan li ġej: “f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235”

(2)

Fl-Artikolu 45, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

ikun ġie ttrattat illegalment bir-radjazzjoni jonizzanti jew bir-radjazzjoni UV;”

;

(3)

L-Artikolu 51 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 51

Esklużjoni

Dan it-Titolu japplika għall-molluski bivalvi ħajjin, għall-ekinodermi ħajjin, għat-tunikati ħajjin u għall-gastropodi marini ħajjin. Dan it-Titolu ma japplikax għall-gastropodi marini ħajjin mhux filtraturi u għall-ekinodermi ħajjin mhux filtraturi.”

;

(4)

fl-Artikolu 71, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mal-Artikolu 70 jiżvelaw li mhumiex konformi mar-rekwiżiti organolettiċi, kimiċi, fiżiċi jew mikrobijoloġiċi jew mar-rekwiżiti għall-parassiti kif stabbilit fis-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u/jew tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005”

;

(5)

fl-Artikolu 72, il-punt 1, “il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu B tal-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628.” huwa sostitwit b’dan li ġej: “il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 29 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.”

(6)

fl-Anness VI, fil-Kapitolu I, fil-punt B, “Indikaturi ta’ freskezza”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej bejn l-ewwel u t-tieni paragrafi:

“Meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal kwalunkwe dubju li ħut li qabel kien iffriżat qed jiġi ppreżentat kummerċjalment bħala frisk, għal skopijiet ta’ verifika jistgħu jittieħdu kampjuni u dawn jiġu soġġettati għal testijiet fil-laboratorju bħat-test tal-Idrossiaċil-koenżima A deidroġenażi (HADH), l-istoloġija, l-ispettroskopija tal-ultravjola–viżibbli–viċin–tal-infraaħmar (UV-VIS/NIR) u t-teħid ta’ immaġnijiet iperspettrali.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019, dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 101).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 27).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward ta’ prodotti tas-sajd, ta’ bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (ĠU L 299, 18.11.2022, p. 5).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).

(9)  EFSA Journal 2021;19(1):6378.


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2504

tad-19 ta’ Diċembru 2022

li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodott tas-sajd u ta’ prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali, u tal-mudell tal-attestazzjoni privata għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 238(3) u 239(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4) jistabbilixxi regoli dwar, inter alia, iċ-ċertifikati uffiċjali previsti fir-Regolament (UE) 2017/625 meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxi, inter alia, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u ta’ prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali.

(2)

Il-Kapitoli 30 u 31 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxu, rispettivament, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodott tas-sajd jew ta’ prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jidħlu fl-Unjoni direttament minn bastiment reefer, friża jew fabbrika li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz kif previst fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (5) (mudell FISH/MOL-CAP) u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (mudell MOL-HC). Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 (6) emenda l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 (7), fejn il-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ fejn jinżammu l-molluski mhijiex meħtieġa fir-rigward tal-ħsad tal-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. Għalhekk jenħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali prodotti tas-sajd jiġu emendati skont dan.

(3)

Il-Kapitolu 46 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukożammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi raffinati ħafna maħsuba għall-konsum mill-bniedem (mudell HRP). Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2258 emenda r-Regolament (KE) Nru 853/2004, billi żied id-derivattivi tax-xaħam u l-aromatizzanti tal-ikel li huma awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), soġġetti għal trattamenti li jeskludu kwalunkwe riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, bħala prodotti raffinati ħafna. Il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali prodotti raffinati ħafna jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Għalhekk, l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-mudell tal-attestazzjoni privata stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 għall-operaturi li jdaħħlu prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu aġġornati wkoll biex jiffaċilitaw il-mili tad-dokument, filwaqt li jirriflettu l-esperjenza miksuba, u jżidu spjegazzjonijiet u noti sabiex jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi importaturi tan-negozju tal-ikel. Il-ġelatina, il-kollaġen u ċerti prodotti raffinati ħafna jistgħu jiġu importati mingħajr ma jiġi ppreżentat pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi u, konsegwentement, jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn li l-pajjiżi jkunu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (9) sabiex jitħallew jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni jew sabiex jużaw dawn il-prodotti bħala ingredjenti fi prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, għalkemm l-elenkar f’konformità mal-Artikoli 18, 19 jew 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (10) jibqa’ obbligatorju. Għalhekk, l-attestazzjoni privata stabbilita fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jenħtieġ li tiġi sostitwita b’verżjoni aġġornata.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jiġi emendat skont dan.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jiġi emendat skont dan.

(8)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodott tas-sajd, ta’ prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali, u ta’ prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa, iċ-ċertifikat/l-attestazzjoni maħruġ/a f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, maħruġa qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jibqgħu jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju dment li tali ċertifikat/attestazzjoni ikun inħareġ/tkun inħarġet mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2023.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Lulju 2023, il-kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u ta’ prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali akkumpanjati mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jew taċ-ċertifikati uffiċjali rilevanti, maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fil-Kapitoli 30, 31 u 46 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, kif applikabbli qabel l-emendi li saru lil dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li tali ċertifikat ikun inħareġ mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2023.

2.   Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Lulju 2023, il-kunsinni ta’ prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa akkumpanjati mill-attestazzjoni privata maħruġa f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 kif applikabbli qabel l-emendi li saru lil dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, dment li tali attestazzjoni tkun inħarġet mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2023.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(3)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward ta’ prodotti tas-sajd, ta’ bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (ĠU L 299, 18.11.2022, p. 5).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).


ANNESS

L-Annessi III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella introduttorja li tistabbilixxi l-lista tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, li tinsab f’dak l-Anness, it-Taqsima dwar il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għas-sulfat tal-kondrojtina, l-aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, il-kitosan, il-glukożammina, it-tames, l-isinglass u l-aċidi amminiċi raffinati ħafna hija sostitwita b’dan li ġej:

prodotti raffinati ħafna kif deskritt fil-Anness III, it-Taqsima XVI tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsuba għall-konsum mill-bniedem

HRP

Kapitolu 46: Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fl-anness III, it-taqsima XVI tar-Regolament (KE) nru 853/2004, maħsuba għall-konsum mill-bniedem”

(b)

Il-Kapitoli 30 u 31 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

KAPITOLU 30

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAS-SAJD JEW TA’ PRODOTTI TAS-SAJD DERIVATI MINN MOLLUSKI BIVALVI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM LI JIDĦLU FL-UNJONI DIRETTAMENT MINN BASTIMENT REEFER, FRIŻA JEW FABBRIKA LI JTAJJAR IL-BANDIERA TA’ PAJJIŻ TERZ KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 11(3) TAR-REGOLAMENT DELEGAT (UE) 2019/625 (MUDELL FISH/MOL-CAP)

Image 1

PAJJIŻ

Mudell taċ-ċertifikat FISH/MOL-CAP

 

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Ċertifikazzjoni

II.1

Attestazzjoni tas-saħħa pubblika

Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li konxju tar-rekwiżiti relevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (4) u b’dan niċċertifika li l-prodotti tas-sajd jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin deskritti fil-Parti I:

(a)

ġew prodotti f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, b’mod partikolari li l-bastiment jidher fil-lista’ tal-bastimenti li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (li jkunu “elenkati għall-UE”):

(b)

il-bastiment japplika r-rekwiżiti ġenerali tal-iġjene, jimplimenta programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, awditjat regolarment mill-awtoritajiet kompetenti, u huwa elenkat bħala stabbiliment approvat mill-Unjoni;

(c)

il-prodotti tas-sajd jew il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin inqabdu u ġew immaniġġati abbord bastimenti, inħattu l-art, ġew immaniġġati u fejn meħtieġ imħejjija, ipproċessati, iffriżati, u tħallew jinħallu iġjenikament f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII, tal-Kapitoli I sa IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-vixxri u l-partijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa pubblika tneħħew kemm jista’ jkun malajr u nżammu apparti mill-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(d)

il-prodotti tas-sajd jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stabbiliti fit-Taqsima VIII, il-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 [jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stabbiliti fit-Taqsima VII; il-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004] (ħassar kif meħtieġ) u, fejn xieraq, il-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (5);

(e)

il-prodotti tas-sajd jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin ġew imballati, inħażnu u ġew trasportati f’konformità mat-Taqsima VIII, il-Kapitoli VI sa VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(f)

il-prodotti tas-sajd jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin ġew immarkati f’konformità mat-Taqsima I, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(g)

fil-każ tal-Pectinidae, tal-gasteropodi tal-baħar u tal-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi maħsuda barra miż-żoni ta’ produzzjoni klassifikati, dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima VII, il-Kapitolu IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(h)

il-prodotti tas-sajd jissodisfaw il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom, jekk joriġinaw mill-akkwakultura, ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew sottomessi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (6), u l-annimali u l-prodotti kkonċernati huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (7) għall-pajjiż tal-oriġini kkonċernat;

(i)

il-prodotti tas-sajd jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin ġew prodotti f’kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi ta’ għall-kontaminanti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (8); u

(j)

il-prodotti tas-sajd iffriżati jew il-prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin inżammu f’temperatura ta’ mhux aktar minn -18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott. Ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura maħsub għall-produzzjoni ta’ ikel ippreservat fil-laned jista’ jinżamm f’temperatura ta’ mhux aktar minn -9 °C.

Noti

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropew f’dan iċ-ċertifikat uffiċjali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.2:

Numru uniku tad-dokument skont il-klassifikazzjoni tiegħek.

Kaxxa ta’ referenza I.5:

L-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u l-kodiċi postali) tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha hija importata l-kunsinna direttament fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Kaxxa ta’ referenza I.7:

Il-pajjiż li l-bandiera tiegħu qed tittajjar mill-bastiment li qed joħroġ dan id-dokument.

Kaxxa ta’ referenza I.11:

L-isem tal-bastiment u n-numru tal-approvazzjoni kif elenkati f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (9) li minnhom jiġu importati direttament il-prodotti tas-sajd.

Kaxxa ta’ referenza I.20:

Immarka “Industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned” għall-ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’-9 °C jew f’temperatura ogħla minn -18 °C u maħsub sabiex ikun ippreżervat fil-laned f’konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima VIII, il-Kapitolu I, il-punt II(7) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Immarka “Prodotti għall-konsum mill-bniedem” jew “Ipproċessar ulterjuri” għall-każijiet l-oħra.

Kaxxa ta’ referenza I.27:

Daħħal il-kodiċi(jiet) xierqa tas-Sistema Armonizzata (SA) bl-użu ta’ waħda jew aktar mill-intestaturi li ġejjin: 0301 , 0302 , 0303 , 0304 , 0305 , 0306 , 0307 , 0308 , 0511 , 1504 , 1516 , 1518 , 1603 , 1604 , 1605 jew 2106 .

Kaxxa ta’ referenza I.27:

Deskrizzjoni tal-kunsinna:

Tip ta’ trattament”: speċifika jekk huwiex imkessaħ, iffriżat jew ipproċessat.

 

Kaptan tal-bastiment

Isem (b’ittri kapitali):

Data:

Timbru:

Firma:

KAPITOLU 31

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI/UFFIĊJALI GĦAD- DĦUL FL-UNJONI TA’ MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN, TA’ EKINODERMI, TA’ TUNIKATI, TA’ GASTEROPODI TAL-BAĦAR U TA’ PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MINN DAWN L-ANNIMALI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM (MUDELL MOL-HC)

Image 2

Image 3

PAJJIŻ

Mudell taċ-ċertifikat MOL-HC

 

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Ċertifikazzjoni

II.1.

(1)Attestazzjoni tas-saħħa pubblika [Għandha titħassar meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali tal-molluski bivalvi ħajjin, tal-ekinodermi, tal-tunikati, tal-gasteropodi tal-baħar u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawn l-annimali]

Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li konxju tar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (13) u b’dan niċċertifika li (4)[il-molluski bivalvi ħajjin] (4)[l-ekinodermi ħajjin] (4)[it-tunikati ħajjin] (4)[il-gasteropodi tal-baħar ħajjin] (4)[il-prodotti tal-oriġini mill-annimali derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi tal-baħar ħajjin] deskritti fil-Parti I ġew prodotti f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, u b’mod partikolari li:

(a)

inkisbu f’reġjun(i) jew f’pajjiż(i) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali huwa/huma awtorizzat(i) għad-dħul fl-Unjoni ta’ (4)[molluski bivalvi ħajjin] (4)[ekinodermi ħajjin] (4)[tunikati ħajjin] (4)[gasteropodi tal-baħar ħajjin] (4)[prodotti ta’ oriġini mill-annimali derivati minn molluski bivalvi ħajjin/ekinodermi ħajjin/tunikati ħajjin/gasteropodi marini ħajjin], u elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (14);

(b)

ġejjin minn stabbiliment(i) li japplika(w) rekwiżiti ġenerali tal-iġjene u li jimplimenta(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, awditjat(i) regolarment mill-awtoritajiet kompetenti u elenkat(i) bħala stabbiliment approvat mill-Unjoni;

(c)

inħasdu, u fejn meħtieġ ingħaddew u ġew trasportati f’konformità mat-Taqsima VII, il-Kapitoli I u II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d)

(4)[ġew immaniġġati, u fejn meħtieġ ġew ippurifikati u mballati f’konformità mat-Taqsima VII, il-Kapitoli III u IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e)

(4)[tħejjew, ġew ipproċessati, ffriżati, u tħallew jinħallu iġjenikament f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII, il-Kapitoli III u IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004]];

(f)

jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fit-Taqsima VII, il-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, (4)[it-Taqsima VIII, il-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004] u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (15);

(g)

ġew imballati, inħażnu u ġew trasportati f’konformità (4) mat-[Taqsima VII, il-Kapitoli VI u VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004] (4) [Taqsima VIII, il-Kapitoli VI, VII u VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004];

(h)

ġew immarkati u ttikkettati f’konformità (4) mat-[Taqsima I tal-Anness II u mat-Taqsima VII, il-Kapitolu VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004] (4) [Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004];

(i)

fil-każ tal-Pectinidae, tal-gasteropodi tal-baħar u tal-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi maħsuda barra miż-żoni ta’ produzzjoni klassifikati, dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima VII, il-Kapitolu IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(j)

ġejjin minn żona tal-produzzjoni kklassifikata f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (16) bħala [A] [B] jew [C] fil-mument tal-ħsad tagħhom (jekk jogħġbok indika l-klassifikazzjoni taż-żona tal-produzzjoni fil-mument tal-ħsad) (ħlief għall-Pectinidae, għall-gasteropodi tal-baħar u għall-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi, li jinħasdu barra miż-żoni tal-produzzjoni kklassifikati);

(k)

ikunu għaddew b’mod sodisfaċenti mill-kontrolli uffiċjali stipulati (4)[fl-Artikoli 51 sa 66 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jew fl-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (17)] (4)[fl-Artikoli 69, 70 u 71 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627];

(l)

jissodisfaw il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom, jekk joriġinaw mill-akkwakultura, ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew sottomessi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (18), u l-annimali u l-prodotti kkonċernati huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (19) għall-pajjiż tal-oriġini kkonċernat;

(m)

ġew prodotti taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi għall-pestiċidi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), u mal-livelli massimi għall-kontaminanti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (21).

(2)[II.2.

Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-molluski bivalvi (3) tal-ispeċijiet elenkati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawk il-molluski li jkunu maħsuba għal ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni qabel il-konsum mill-bniedem, esklużi l-molluski selvaġġi u l-prodotti tagħhom li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd

Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika li:

II.2.1.

Skont informazzjoni uffiċjali, (4)[l-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I, inkisbu minn annimali li] jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:

II.2.1.1.

joriġinaw minn (4)[stabbiliment] (4)[ħabitat] li mhux soġġett għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali jew minħabba l-okkorrenza ta’ mortalità anormali b’kawża mhux determinata, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (22) u l-mard emerġenti;

II.2.1.2.

(4)[l-annimali akkwatiċi mhumiex maħsuba biex jinqatlu] (4)[il-prodotti tal-oriġini minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, inkisbu minn annimali li ma kinux maħsuba biex jinqatlu] skont programm nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-mard, inkluż il-mard elenkat relevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti.

(4)[II.2.2.

(4)[l-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[il-prodotti tal-oriġini mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali ħajjin tal-akkwakultura msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I, inkisbu minn annimali li] jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

II.2.2.1.

ġejjin minn stabbiliment tal-akkwakultura li huwa (4)[reġistrat] (4)[approvat] mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tal-oriġini, u fil-kontroll tagħha, u li għandu sistema fis-seħħ biex imantni u jżomm għal perjodu ta’ mill-anqas 3 snin rekords aġġornati li jkun fihom informazzjoni dwar:

(i)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma fl-istabbiliment;

(ii)

il-movimenti tal-annimali akkwatiċi lejn l-istabbiliment, u tal-annimali tal-akkwakultura barra mill-istabbiliment;

(iii)

il-mortalità fl-istabbiliment;

II.2.2.2.

ġejjin minn stabbiliment tal-akkwakultura li jirċievi żjarat regolari tas-saħħa tal-annimali minn veterinarju għall-fini ta’ detezzjoni tas-sinjali li jindikaw l-okkorrenza ta’ mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti, u tal-informazzjoni dwarhom, bi frekwenza li tkun proporzjonali għar-riskju rrappreżentat mill-istabbiliment.]

II.2.3.

Rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali

(4)[L-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[Il-prodotti tal-oriġini mill-annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I inkisbu minn annimali li] jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:

(4)(6)[II.2.3.1.

huma soġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-Parti II.2.4 u joriġinaw minn (4)[pajjiż] (4)[territorju], (4)[żona] (4)[kompartiment] (5)bil-kodiċi: __ __ - __ li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, huwa/hija elenkat(a) fil-Parti 1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (23) għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk (4)[l-annimali akkwatiċi] (4)[il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin];]

(4)(6)[II.2.3.2.

ikunu annimali akkwatiċi li għaddew minn spezzjoni klinika minn veterinarju uffiċjali fi żmien 72 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni. Waqt l-ispezzjoni, l-annimali ma wrew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed u, skont ir-rekords rilevanti tal-istabbiliment, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ problemi ta’ mard;]

II.2.3.3.

huma annimali akkwatiċi li jintbagħtu direttament mill-post tal-oriġini lejn l-Unjoni;

II.2.3.4.

ma kinux f’kuntatt ma’ annimali akkwatiċi bi status tas-saħħa inferjuri.

jew (4)(6) [II.2.4.

Rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa

(4) [II.2.4.1.

Rekwiżiti (3)għall-ispeċijiet elenkati għall-infezzjoni bil-Mikrocytos mackini jew għall-infezzjoni bil-Perkinsus marinus

(4)[L-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I inkisbu minn annimali li] joriġinaw minn (4)[pajjiż] (4)[territorju] (4)[żona] (4)[kompartiment] iddikjarat(a) ħieles/ħielsa minn (4)[Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini] (4)[Infezzjoni bil-Perkinsus marinus] f’konformità mal-kundizzjonijiet li huma tal-anqas strinġenti daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 66 jew fl-Artikolu 73(1) u fl-Artikolu 73(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (24) u fil-każ tal-annimali akkwatiċi, l-ispeċijiet elenkati(3) kollha għall-mard relevanti:

(i)

huma introdotti minn pajjiż, territorju, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-istess mard;

(ii)

ma tlaqqmux kontra (4) [dik il-marda] (4) [dak il-mard].]

(4)(7) [II.2.4.2.

Rekwiżiti (3)għall-ispeċijiet elenkati għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens, l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jew l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

(4)[L-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I, inkisbu minn annimali li] joriġinaw minn (4)[pajjiż] (4)[territorju] (4)[żona] (4)[kompartiment] iddikjarat(a) ħieles/ħielsa minn (4)[infezzjoni bil-Marteilia refringens] (4)[infezzjoni bil-Bonamia exitiosa] (4)[infezzjoni bil-Bonamia ostreae] f’konformità mal-Parti II, il-Kapitolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u fil-każ tal-annimali akkwatiċi, l-ispeċijiet elenkati(3) kollha għall-mard relevanti:

huma introdotti minn pajjiż, territorju, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-istess mard;

ma tlaqqmux kontra (4) [dik il-marda] (4) [dak il-mard].]

(4)(8) [II.2.4.3.

Rekwiżiti (9)għall-ispeċijiet suxxettibbli għall-infezzjoni bil-Virus tal-erpete tal-gajdri 1 μvar (OsHV-1 μvar)

(4)[L-annimali akkwatiċi msemmijin fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin imsemmijin fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I inkisbu minn annimali li] joriġinaw minn (4)[pajjiż] (4)[territorju] (4)[żona] (4)[kompartiment] li jissodisfa l-garanziji tas-saħħa fir-rigward ta’ OsHV-1 μvar li huma meħtieġa għall-konformità mal-miżuri nazzjonali li japplikaw fl-Istat Membru tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 175 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, u li għalihom l-Istat Membru jew parti minnu huwa elenkat (4)[fl-Anness I] (4)[fl-Anness II] tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 (25).]]

jew (4)(6) [II.2.4.

Rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa

(4)[L-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[Il-prodotti ta’ oriġini minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin imsemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] nkisbu minn annimali li huma ddestinati għal stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard fl-Unjoni li huwa approvat f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 (26), fejn għandhom jiġu pproċessati għall-konsum mill-bniedem.]

II.2.5.

Sa fejn naf jien, u kif iddikjarat mill-operatur, (4)[l-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I] (4)[il-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I inkisbu minn annimali li] joriġinaw minn (4) [stabbiliment] (4) [ħabitat] fejn:

(i)

ma kien hemm l-ebda mortalità anormali b’kawża indeterminata; u

(ii)

l-annimali ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali akkwatiċi (3) tal-ispeċijiet elenkati li ma kinux konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punt II.2.1.

II.2.6.

Rekwiżiti tat-trasport

Saru arranġamenti biex l-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I jiġu trasportati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 167 u 168 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u b’mod speċifiku li:

II.2.6.1.

meta l-annimali jiġu trasportati fl-ilma, l-ilma ma jinbidilx f’pajjiż terz jew f’territorju, f’żona jew f’kompartiment li mhumiex elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali akkwatiċi;

II.2.6.2.

l-annimali ma jiġux trasportati f’kundizzjonijiet li jipperikolaw l-istatus tas-saħħa tagħhom, b’mod partikolari:

(i)

meta l-annimali jiġu trasportati fl-ilma, dan l-ilma ma jbiddilx l-istatus tas-saħħa tagħhom;

(ii)

il-mezz tat-trasport u l-kontenituri jridu jkunu nbnew b’mod li l-istatus tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi ma jiġix ipperikolat waqt it-trasport;

(iii)

(4)[il-kontenitur] (4)[id-dgħajsa barrada] (4)[ma ntuża(t) qatt] (4)[huwa/hija mnaddaf/fa qabel u diżinfettat(a), f’konformità ma’ protokoll u bi prodotti approvati mill-awtorità kompetenti (4)[tal-pajjiż terz] (4)[tat-territorju] tal-oriġini, qabel it-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni];

II.2.6.3.

mill-ħin tat-tagħbija fl-istabbiliment ta’ oriġini sal-ħin tal-wasla fl-Unjoni, l-annimali fil-konsenja ma jiġux trasportati fl-istess ilma jew (4)[f’kontenitur] (4)[f’dgħajsa barrada] flimkien ma’ annimali akkwatiċi li għandhom status tas-saħħa inferjuri jew li mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;

II.2.6.4.

fejn ikun meħtieġ li jinbidel l-ilma f’(4)[pajjiż] (4)[territorju] (4)[żona] (4)[kompartiment] li huwa/hija elenkat(a) għad-dħul tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali akkwatiċi fl-Unjoni, dan iseħħ biss (4)[fil-każ ta’ trasport fuq l-art, fil-punti ta’ bdil tal-ilma approvati mill-awtorità kompetenti (4) [tal-pajjiż terz] (4)[tat-territorju] fejn jinbidel l-ilma] (4)[fil-każ ta’ trasport b’dgħajsa barrada, f’distanza ta’ mill-inqas 10 km minn kwalunkwe stabbiliment tal-akkwakultura li jinsab fir-rotta bejn il-post ta’ oriġini u l-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni].

II.2.7.

Rekwiżiti tat-tikkettar

Saru arranġamenti għall-identifikazzjoni u għat-tikkettar tal-(4)[mezz tat-trasport] (4)[kontenituri] f’konformità mal-Artikolu 169 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u speċifikament li:

II.2.7.1.

il-kunsinna tkun identifikata minn (4)[tikketta li tinqara u li tidher fuq in-naħa ta’ barra tal-kontenitur] (4)[entrata fil-manifest tal-bastimenti meta tiġi trasportata b’dgħajsa barrada] li torbot il-kunsinna b’mod ċar ma’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali;

(4)[II.2.7.2.

fil-każ ta’ annimali akkwatiċi ħajjin, it-tikketta li tinqara u li tidher imsemmija fil-punt II.2.7.1. fiha:

(a)

dettalji dwar l-għadd ta’ kontenituri fil-kunsinna;

(b)

l-isem tal-ispeċi preżenti f’kull kontenitur;

(c)

dettalji dwar l-għadd ta’ annimali f’kull kontenitur għal kull waħda mill-ispeċijiet preżenti;

(d)

id-dikjarazzjoni li ġejja: “molluski ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni Ewropea”;]

(4)[II.2.7.3.

fil-każ ta’ prodotti tal-oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, it-tikketta li tinqara u li tidher imsemmija fil-punt II.2.7.1. fiha mill-anqas id-dikjarazzjoni li ġejja:

“molluski ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, wara l-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”.]

(4) (10) II.2.8.

Validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jkun validu għal perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali akkwatiċi bil-passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, dan il-perjodu ta’ 10 ijiem jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ fuq il-passaġġi fuq l-ilma/fuq il-baħar.

Noti

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali tat-tali molluski bivalvi ħajjin u l-prodotti tagħhom.

“Annimali akkwatiċi” huma annimali kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). “Annimali tal-akkwakultura” huma annimali akkwatiċi soġġetti għall-akkwakultura kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/429.

“Ipproċessar ulterjuri” tfisser kwalunkwe tip ta’ miżuri u tekniki mwettqa qabel it-tqegħid fis-suq għall-konsum mill-bniedem, li jaffettwaw is-sħuħija anatomika, bħall-iżvinar, l-evixxerazzjoni, it-tneħħija tar-ras, it-tfettit u l-iffilettjar, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji u li jistgħu jikkawżaw riskju għat-tixrid ta’ mard.

L-annimali akkwatiċi kollha u l-prodotti kollha ta’ oriġini minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li għalihom tapplika l-Parti II.2.4. ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, iridu joriġinaw minn pajjiż/territorju/żona/kompartiment li jidher/tidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

Il-Parti II.2.4. taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali ma għandhiex tapplika għall-annimali akkwatiċi li ġejjin, u għalhekk jistgħu joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun tiegħu, li huwa elenkat fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405:

(a)

molluski li jkunu imballati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitreġġgħu lura fl-ambjent akkwatiku;

(b)

molluski li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem mingħajr ipproċessar ulterjuri, dment li jkunu imballati għall-bejgħ bl-imnut f’konformità mar-rekwiżiti għat-tali pakketti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004,

(c)

molluski li jkunu imballati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huma maħsuba għall-ipproċessar ulterjuri mingħajr ħżin temporanju fil-post tal-ipproċessar.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.8:

Reġjun tal-oriġini: indika ż-żona tal-produzzjoni u l-klassifikazzjoni tagħha fil-mument tal-ħsad, ħlief għall-Pectinidae, għall-gasteropodi tal-baħar u għall-ekinodermi li jinħasdu barra miż-żoni tal-produzzjoni kklassifikati.

Parti II:

(1)

Il-Parti II.1 ma għandhiex tapplika għall-pajjiżi b’rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika speċjali stipulati fi ftehimiet ta’ ekwivalenza jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(2)

Il-Parti II.2. ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali ma għandhiex tapplika u trid titħassar meta l-kunsinna tkun tikkonsisti minn: (a) speċijiet għajr dawk elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (28); jew (b) annimali akkwatiċi selvaġġi u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawk l-annimali akkwatiċi li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd għall-konsum dirett mill-bniedem; jew (c) prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li huma lesti għall-konsum dirett mill-bniedem mingħajr ma jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni.

(3)

L-ispeċijiet elenkati fil-kolonni 3 u 4 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. L-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 4 għandhom jitqiesu biss bħala vetturi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 171 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

Żomm kif xieraq/ħassar jekk mhux applikabbli. Fil-każ tal-Parti II.2.4.1, it-tħassir mhuwiex permess jekk il-kunsinna jkun fiha speċijiet elenkati għall-Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini jew għall-Infezzjoni bil-Perkinsus marinus, għajr fiċ-ċirkostanzi msemmija fin-Nota f’qiegħ il-paġna (6).

(5)

Il-kodiċi tal-pajjiż terz/tat-territorju/taż-żona/tal-kompartiment kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Il-Partijiet II.2.3.1, II.2.3.2. u II.2.4. ma għandhomx japplikaw u jridu jitħassru jekk il-kunsinna jkun fiha biss l-annimali akkwatiċi li ġejjin:

(a)

molluski li jkunu imballati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitreġġgħu lura fl-ambjent akkwatiku,

(b)

molluski li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem mingħajr ipproċessar ulterjuri, dment li jkunu imballati għall-bejgħ bl-imnut f’konformità mar-rekwiżiti għat-tali pakketti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004,

(c)

molluski li jkunu imballati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huma maħsuba għall-ipproċessar ulterjuri mingħajr ħżin temporanju fil-post tal-ipproċessar.

(7)

Applikabbli biss meta l-Istat Membru/iż-żona/il-kompartiment tad-destinazzjoni fl-Unjoni jkollu jew status ta’ ħieles mill-mard għal marda tal-kategorija C kif iddefinit fl-Artikolu 1, il-punt (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, jew ikun soġġett għal programm ta’ eradikazzjoni mhux obbligatorju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, inkella ħassar.

(8)

Applikabbli meta l-Istat Membru tad-destinazzjoni fl-Unjoni jew parti minnu, jkollu miżuri nazzjonali approvati għal marda speċifika kif elenkat fl-Anness I jew fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, inkella ħassar.

(9)

L-ispeċijiet suxxettibbli kif imsemmija fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260.

(10)

Għandu japplika biss għall-kunsinni ta’ annimali akkwatiċi ħajjin.

(11)

għall-iffirmar minn:

veterinarju uffiċjali meta ma titħassarx il-Parti II.2 Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali,

uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni jew veterinarju uffiċjali meta titħassar il-Parti II.2 Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali.

 

[Veterinarju uffiċjali](4)(11)/ [Uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni](4)(11)

Isem (b’ittri kbar)

 

 

 

Data

 

Kwalifika u titolu

 

Timbru

 

Firma

 

”;

(c)

Il-Kapitolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej:

KAPITOLU 46

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI RAFFINATI ĦAFNA KIF DESKRITT FL-ANNESS III, IT-TAQSIMA XVI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 853/2004, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM (MUDELL HRP)

Image 4

Image 5

 

PAJJIŻ

Mudell taċ-ċertifikat HRP

 

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Ċertifikazzjoni

II.1.

Attestazzjoni tas-saħħa pubblika

Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li konxju tar-rekwiżiti relevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) u tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (32), u b’dan niċċertifika li l-prodotti raffinati ħafna deskritti fil-Parti I ġew prodotti f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, b’mod partikolari li:

(a)

ġejjin minn stabbiliment(i) li ġie/ġew irreġistrat(i) u li jimplimenta(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u vverifikat(i) regolarment mill-awtorità kompetenti;

(b)

ġew immaniġġati u, fejn xieraq, ippreparati, imballati u maħżuna b’mod iġjeniku f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(c)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness III, it-Taqsima XVI, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(d) (1)

jekk aċidi amminiċi, li

(i)

ma ntużax xagħar uman bħala sors għall-manifattura tagħhom; u

(ii)

huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(e) (1)

jekk derivattivi tax-xaħam, li għaddew minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(1)(i)

transesterifikazzjoni jew idroliżi f’temperatura ta’ mill-inqas 200 °C, taħt pressjoni xierqa korrispondenti, għal mill-inqas 20 minuta; jew

(1)(ii)

saponifikazzjoni b’NaOH 12M, f’proċess ta’ lottijiet f’95 °C għal 3 sigħat jew f’proċess kontinwu f’140 °C u 2 bars (2 000 hPa) għal 8 minuti; jew

(1)(iii)

idroġenizzazzjoni f’160 °C u 12-il bar (12 000  hPa) għal 20 minuta;

(f)

jekk aromatizzanti tal-ikel, li huma awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34)

Noti

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropew f’dan iċ-ċertifikat uffiċjali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat uffiċjali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Dan iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela skont in-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.27:

Daħħal il-kodiċi(jiet) xierqa tas-Sistema Armonizzata (SA) bl-użu ta’ intestaturi bħal 2106 , 2906 , 2907 , 2922 , 2930 , 2932 , 2936 , 3503 , 3507 , jew 3913 .

Parti II:

(1)

Ħassar kif xieraq.

 

Uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni

Data

 

Kwalifika u titolu

 

Timbru

 

Firma

 

“;

(2)

L-Anness V huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS V

MUDELL TAL-ATTESTAZZJONI PRIVATA MILL-OPERATUR LI JDAĦĦAL FL-UNJONI PRODOTTI KOMPOSTI STABBLI FUQ L-IXKAFFA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 14 TAR-REGOLAMENT (UE) 2019/625

Image 6

 

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Attestazzjoni

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Attestazzjoni

Jien, hawn taħt iffirmat, …

(isem, indirizz, u d-dettalji sħaħ tal-importatur)

bħala rappreżentant tal-operaturi importaturi tan-negozju tal-ikel tal-kunsinna tal-prodotti komposti deskritti fil-Parti I niddikjara li l-prodotti komposti akkumpanjati minn din l-attestazzjoni:

1.

jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (35);

2.

ma għandhomx għalfejn jinħażnu jew jiġu trasportati f’temperatura kkontrollata, sakemm il-prodott kompost stabbli fuq l-ixkaffa ma jkunx jeħtieġ li jiġi trasportat imkessaħ għal raġunijiet ta’ kwalità organolettika;

3.

ma fihom ebda prodott ibbażat fuq il-kolostru u l-ebda laħam ipproċessat għajr ġelatina(3), kollaġen(3) jew prodotti raffinati ħafna(3) msemmija fl-Anness III, it-Taqsima XVI tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36);

4.

fihom il-lista li ġejja ta’ ingredjenti ta’ oriġini mill-pjanti u ta’ prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali(1): …;

5.

fihom prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali, li għalihom ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li joriġinaw mill-istabbiliment(i) approvat(i) li ġej/ġejjin(2): …;

6.

fihom prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li joriġinaw, bl-eċċezzjoni tal-ġelatina, tal-kollaġen u tal-prodotti raffinati ħafna elenkati fit-Taqsima XVI, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw kull prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali lejn l-Unjoni kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/KE (37) jew minn Stat Membru tal-UE;

7.

joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib, prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd lejn l-Unjoni abbażi tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali u li huma elenkati mill-inqas għal wieħed minn dawn il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (38) jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (39) u inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-ispeċi/komodità li minnha huma derivati l-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodotti komposti, bl-eċċezzjoni tal-kollaġen, tal-ġelatina u tal-prodotti raffinati ħafna elenkati fit-Taqsima XVI, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

8.

ġew prodotti fi stabbiliment li jissodisfa standards tal-iġjene rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40);

9.

ġew prodotti taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi għall-pestiċidi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), u mal-livelli massimi għall-kontaminanti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (42);

10.

fihom prodott tal-ħalib(3), li:

(3)(4) jew

ma għaddewx minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju previst fl-Anness XXVII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (43);

(3)(5) jew

għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju previst fil-kolonna A jew B tat-tabella stabbilita fl-Anness XXVII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;

(3)(6) jew

għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju li hu tal-inqas ekwivalenti għal wieħed mit-trattamenti previsti fil-kolonna B tat-tabella stabbilita fl-Anness XXVII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;

11.

fihom prodotti tal-bajd, li għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju li jkun tal-anqas ekwivalenti għal wieħed mit-trattamenti previsti fl-Anness XXVIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692(3).

Noti

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’din l-attestazzjoni jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.6:

Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kaxxa ta’ referenza I.13:

Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kaxxa ta’ referenza I.15:

Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kaxxa ta’ referenza I.16:

Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kaxxa ta’ referenza I.18:

Indika mkessħa meta l-prodott kompost stabbli fuq l-ixkaffa jkun qed jiġi trasportat f’temperatura kkontrollata għal raġunijiet ta’ kwalità organolettika.

Kaxxa ta’ referenza I.19:

Mhux obbligatorju fil-każ ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kaxxa ta’ referenza I.27:

Jekk l-attestazzjoni privata tkopri diversi prodotti komposti, id-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-Kaxxa I.27 trid tiġi ppreżentata b’mod ċar u separat għal kull prodott kompost (linja waħda għal kull prodott).

Deskrizzjoni tal-kunsinna:

 

Tip ta’ imballaġġ”: Indika t-tip ta’ imballaġġ skont id-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni Nru 21 (9) tal-UN/CEFACT (Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku).

 

Piż nett”: Indika l-massa ta’ kull prodott kompost kopert mill-attestazzjoni privata. Dik id-data hija meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-piż nett totali fil-kaxxa I.26.

 

Impjant tal-manifattura”: Indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew l-indirizz tal-impjant fejn isir il-prodott kompost finali.

 

Data

 

Kwalifika u titolu tal-importatur

 

 

Timbru

 

Firma

 

(1)

Jekk jogħġbok elenka l-ingredjenti f’ordni dixxendenti skont il-piż. Ir-raggruppament ta’ ċerti ingredjenti skont jekk ikunux prodotti tal-ħalib, prodotti tas-sajd, prodotti tal-bajd, prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali skont kif ikun rilevanti huwa permess.

(2)

Jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment(i) li jkun/jkunu pproduċa/pproduċew il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodott kompost u l-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu, jew l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment approvat, kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u indikat mill-operatur importatur tan-negozju tal-ikel.

(3)

Żomm kif xieraq.

(4)

Biss jekk:

(a)

il-pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu tal-oriġini tal-prodott kompost (il-kodiċi ISO tal-pajjiż imdaħħal fil-Kaxxa I.7 tal-Parti I tal-attestazzjoni) huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 (44);

u

(b)

l-istabbiliment approvat tal-oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat jew tal-prodott tal-ħalib (indikat fil-punt 5 tal-Parti II tal-attestazzjoni) jinsab:

(i)

f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404; jew

(ii)

fl-Unjoni.

(5)

Biss jekk:

(a)

il-pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu tal-oriġini tal-prodott kompost (il-kodiċi ISO tal-pajjiż imdaħħal fil-Kaxxa I.7 tal-Parti I tal-attestazzjoni) huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404;

u

(b)

l-istabbiliment approvat tal-oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat jew tal-prodott tal-ħalib (indikat fil-punt 5 tal-Parti II tal-attestazzjoni) jinsab:

(i)

f’pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u/jew ta’ prodotti tal-ħalib f’konformità mal-Anness XVII jew XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404; jew

(ii)

fl-Unjoni.

(6)

Jekk:

(a)

il-pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu tal-oriġini tal-prodott kompost (il-kodiċi ISO tal-pajjiż imdaħħal fil-Kaxxa I.7 tal-Parti I tal-attestazzjoni) mhuwiex elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u/jew ta’ prodotti tal-ħalib fl-Annessi XVII jew XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404;

u

(b)

l-istabbiliment approvat tal-oriġini tal-prodott tal-ħalib (indikat fil-punt 5 tal-Parti II tal-attestazzjoni) jinsab:

(i)

f’pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u/jew ta’ prodotti tal-ħalib f’konformità mal-Anness XVII jew XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404; jew

(ii)

fl-Unjoni.

(7)

Importatur: Rappreżentant tal-operaturi importaturi tan-negozju tal-ikel kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(10)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

(17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(22)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(24)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(25)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2. 2021, p. 1).

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 345).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali)(ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(29)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(35)   GIr-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(36)   HIr-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(37)   IId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(38)   JIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(39)   KIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(40)   LIr-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(41)   MIr-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(42)   NIr-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(43)   OIr-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(44)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/87


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2505

tat-8 ta’ Diċembru 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari tal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE (1), u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1997.

(2)

L-Artikolu 31(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt, li għandu, fost l-oħrajn, jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 31(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji tiegħu.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, peress li dawk ir-regoli ta’ proċedura se jkunu vinkolanti għall-Unjoni.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

V. RAKUŠAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE tas-6 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 53, 22.2.1997, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru .../2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE/GŻEJJER FAEROE

ta’ …

li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT KE/GŻEJJER FAEROE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt li għandu, fost l-oħrajn, jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 31(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji tiegħu.

(3)

Għalhekk, ir-regoli ta’ proċedura kif jinsabu fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu adottati sabiex jirregolaw il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif jinsabu fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, huma b’dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi ...,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)   ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.


ANNESS

Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt KE/il-Gżejjer Faeroe stabbiliti skont l-Artikolu 31(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Rwol u Isem tal-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa responsabbli għall-kwistjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 31 tal-Ftehim.

2.   Il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jissemma fid-dokumenti tal-Kumitat, inklużi d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet, bħala l-Kumitat Konġunt tal-KE/il-Gżejjer Faeroe (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Konġunt”).

Artikolu 2

Kompożizzjoni u President

1.   Skont l-Artikolu 32 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tal-Gżejjer Faeroe fil-livell ta’ uffiċjali anzjan, jew minn dawk maħtura minnhom.

2.   Kull Parti għandu jkollha l-presidenza tal-Kumitat Konġunt, b’sistema ta’ rotazzjoni. Il-Parti li jkollha l-presidenza għandha tkun rappreżentata minn uffiċjal anzjan li għandu jkun il-president tal-Kumitat Konġunt. Il-president jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta l-Parti li jkollha l-presidenza sad-data li fiha l-Parti tkun innotifikat president ġdid lill-Parti l-oħra.

3.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2, il-presidenza għandha tittrasferixxi minn Parti għall-oħra fil-bidu ta’ kull sena kalendarja u jkollha durata ta’ sena. L-ewwel presidenza għandha tibda fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura u tintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.

4.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Parti li jkollha l-presidenza tal-Kumitat Konġunt tkun ukoll il-Parti li torganizza l-Kumitat Konġunt annwali skont l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura fis-sena tal-presidenza.

Artikolu 3

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Gżejjer Faeroe għandu jaġixxi flimkien bħala Segretarju tal-Kumitat Konġunt.

2.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal li jkun il-membru tas-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt għal dik il-Parti. Dan l-uffiċjal jitqies li jkompli jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat għall-Parti sad-data li fiha l-Parti tkun innotifikat membru ġdid lill-Parti l-oħra.

Artikolu 4

Laqgħat

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ darba fis-sena sabiex jirrieżamina l-funzjonament ġenerali ta’ dan il-Ftehim, sakemm il-president u r-rappreżentant tal-parti l-oħra tal-Kumitat Konġunt ma jipprovdux mod ieħor. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kull meta ċirkostanzi speċjali hekk jeħtieġu jew f’każijiet urġenti fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

2.   Il-laqgħat għandhom isiru f’data u ħin miftiehma alternattivament fi Brussell u f’Tórshavn, sakemm il-president u r-rappreżentant tal-parti l-oħra għall-Kumitat Konġunt ma jiddeċiedux mod ieħor.

3.   Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-President.

4.   Laqgħa tista’ ssir wiċċ imb wiċċ, b’vidjokonferenza, jew bi kwalunkwe mezz ieħor.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

F’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-laqgħa, l-uffiċjal li jkun qed jaġixxi bħala s-Segretarju tal-Kumitat konġunt għal Parti għandu jinforma lill-uffiċjal li jaġixxi bħala s-Segretarju tal-Parti l-oħra dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Gżejjer Faeroe rispettivament. Il-listi għandhom jispeċifikaw l-isem u l-funzjoni ta’ kull membru tad-delegazzjoni.

Artikolu 6

Aġenda tal-laqgħat

1.   Mill-inqas 14-il jum qabel il-laqgħa, is-Segretarju tal-Kumitat Konġunt għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa fuq il-bażi ta’ proposta magħmula mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, bi skadenza biex il-Parti l-oħra tipprovdi l-kummenti tagħha.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. Il-punti li ma jidhrux fl-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fl-aġenda b’kunsens.

Artikolu 7

Stedina tal-esperti

Il-Partijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu, bi ftehim reċiproku, jistiednu esperti (jiġifieri uffiċjali mhux governattivi) biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi u biss għall-partijiet tal-laqgħa fejn jiġu diskussi suġġetti speċifiċi bħal dawn.

Artikolu 8

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jitfassal mill-uffiċjal li jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, fi żmien 15-il jum minn tmiem il-laqgħa, sakemm il-president u r-rappreżentant tal-parti l-oħra tal-Kumitat Konġunt ma jiddeċiedux mod ieħor. L-abbozz tal-minuti għandu jintbagħat għall-kummenti lill-membru tas-Segretarjat tal-Parti l-oħra.

2.   Fejn dawn ir-Regoli ta' Proċedura japplikaw għal-laqgħat tas-sottokumitati, il-minuti tal-laqgħa tas-sottokumitat għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt.

3.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jiddeskrivu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u fejn applikabbli jispeċifikaw:

(a)

id-dokumenti kollha ppreżentati lill-Kumitat Konġunt;

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li r-rappreżentant tal-Partijiet tal-Kumitat Konġunt ikun talab li tiddaħħal fil-minuti; u

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet maqbula u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

4.   Il-minuti għandhom jinkludu lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat konġunt meħuda bi proċedura bil-miktub bis-saħħa tal-Artikolu 9(2), mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat.

5.   Anness għall-minuti għandu jinkludi wkoll lista tal-ismijiet, it-titli tal-individwi kollha li attendew il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt u f’liema kapaċità għamlu dan.

6.   Is-Segretarju għandu jaġġusta l-abbozz tal-minuti fuq il-bażi tal-kummenti riċevuti u l-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat mill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-laqgħa, jew minn xi data oħra miftiehma mill-Partijiet. Ladarba approvati, is-Segretarjat għandu jistabbilixxi żewġ kopji oriġinali tal-minuti, u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali tal-minuti.

Artikolu 9

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha meta l-Ftehim jipprovdi hekk. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet b’kunsens reċiproku, kif previst fl-Artikoli 31(1) u 32(2) tal-Ftehim.

2.   Fil-perjodu bejn il-laqgħat, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub.

3.   It-test ta’ abbozz ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jiġi ppreżentat bil-miktub mill-membru tas-Segretarjat tal-Parti proponenti lill-membru tas-Segretarjat tal-Parti l-oħra fil-lingwa ta’ ħidma tal-Kumitat Konġunt. Il-Parti l-oħra għandu jkollha xahar, jew xi perjodu itwal ta’ żmien speċifikat mill-Parti li qed tagħmel il-proposta, biex tesprimi l-qbil tagħha mal-abbozz ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Meta l-Parti l-oħra ma tesprimix il-qbil tagħha, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni proposta għandha tiġi diskussa u tista’ tiġi adottata fil-laqgħa li jkun jmiss tal-Kumitat Konġunt. L-abbozz tad-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala adottati ladarba l-Parti l-oħra tesprimi l-qbil tagħha u dan għandu jkun irreġistrat fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 8(3).

4.   Fejn il-Kumitat Konġunt ikollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet skont il-Ftehim, dawn l-atti għandu jingħatalhom it-titolu ta’ “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Is-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt għandu jagħti numru tas-serje progressiv, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni u rakkomandazzjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu stabbiliti f’żewġ kopji, awtentikati mill-Kopresidenti u verżjoni tagħhom trażmessi lil kull Parti.

Artikolu 10

Trasparenza

1.   Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jiltaqgħu fil-pubbliku.

2.   Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha jew online.

3.   Id-dokumenti kollha ppreżentati minn Parti jenħtieġ li jitqiesu bħala kunfidenzjali, sakemm il-president u r-rappreżentant tal-parti l-oħra għall-Kumitat Konġunt ma jiddeċiedux mod ieħor.

4.   L-aġendi proviżorji tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi qabel issir il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt. Il-minuti tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi wara l-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 8.

5.   Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 għandha ssir f’konformità mar-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data ta’ kull Parti.

Artikolu 11

Lingwi

1.   Il-lingwa ta’ ħidma tal-Kumitat Konġunt għandha tkun l-Ingliż.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet dwar l-emenda jew l-interpretazzjoni tal-Ftehim fil-lingwi tat-testi awtentiċi tal-Ftehim. Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Kumitat Konġunt, inkluż dik li permezz tagħha jiġu adottati dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, għandhom jiġu adottati fil-lingwa ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Kull Parti għandha tkun responsabbli għat-traduzzjoni ta’ deċiżjonijiet u dokumenti oħra fil-lingwa/i uffiċjali tagħha, jekk meħtieġ skont dan l-Artikolu, u għandha ġġarrab in-nefqa assoċjata ma’ tali traduzzjonijiet.

Artikolu 12

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri n-nefqa li ġġarrab b’riżultat tas-sehem tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u n-nefqa għas-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa fuq vidjokonferenzi jew telekonferenzi, u fuq il-posta u t-telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa b’rabta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.

3.   In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni minn u lejn il-lingwa ta’ ħidma matul il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandha tiġġarrab mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Artikolu 13

Gruppi ta' ħidma

1.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tal-mandati tiegħu b'mod effettiv, il-Kumitat Konġunt jista' joħloq gruppi ta’ ħidma, taħt l-awtorità tiegħu, responsabbli biex jittrattaw suġġetti speċifiċi fil-Ftehim. Għal dak il-għan, il-Kumitat konġunt għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-kompiti ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma.

2.   Bis-saħħa tal-Artikolu 33(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jissupervizza l-ħidma tal-gruppi ta’ ħidma kollha stabbiliti skont il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi infurmat bil-miktub dwar il-punti ta’ kuntatt maħtura mill-gruppi ta’ ħidma skont il-Ftehim. Il-korrispondenza, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet rilevanti kollha bejn il-punti ta' kuntatt ta' kull grupp ta’ ħidma rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-Kumitat konġunt b’mod simultanju.

4.   Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Konġunt dwar ir-riżultati u l-konklużjonijiet minn kull laqgħa tagħhom.

5.   Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-gruppi ta’ ħidma stabbiliti skont il-Ftehim.

Artikolu 14

Emendar tar-Regoli ta’ Proċedura

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati bil-miktub b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 9.


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/94


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2506

tal-15 ta’ Diċembru 2022

dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(10) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Ungerija skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, li l-awtoritajiet Ungeriżi wiġbuha fis-27 ta’ Jannar 2022.

(2)

Fis-27 ta’ April 2022, il-Kummissjoni bagħtet notifika bil-miktub lill-Ungerija skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 (in-“notifika”). Fin-notifika, il-Kummissjoni qajmet it-tħassib tagħha u ppreżentat il-konstatazzjonijiet tagħha rigward għadd ta’ kwistjonijiet relatati mas-sistema tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija, inklużi:

(a)

irregolaritajiet sistemiċi, nuqqasijiet u dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku;

(b)

ir-rata għolja ta’ proċeduri ta’ offerti waħdiena u l-intensità baxxa ta’ kompetizzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist;

(c)

kwistjonijiet relatati mal-użu ta’ ftehimiet qafas;

(d)

id-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-kunflitti ta’ interess; u,

(e)

kwistjonijiet relatati ma’ trusts ta’ interess pubbliku.

(3)

Dawk il-kwistjonijiet u r-ripetizzjoni tagħhom maż-żmien juru inabbiltà sistemika, falliment jew nuqqas ta’ rieda, min-naħa tal-awtoritajiet Ungeriżi, li jipprevjenu deċiżjonijiet li jiksru l-liġi applikabbli, fir-rigward tal-akkwist pubbliku u l-kunflitti ta’ interess, u b’hekk li jindirizzaw b’mod adegwat ir-riskji ta’ korruzzjoni. Dawn jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari l-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi u jqajmu tħassib dwar is-separazzjoni tas-setgħat.

(4)

Fin-notifika, il-Kummissjoni tat raġunijiet addizzjonali u ppreżentat il-konstatazzjonijiet tagħha rigward għadd ta’ kwistjonijiet relatati mal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, u l-qafas kontra l-korruzzjoni, inklużi limitazzjonijiet għall-investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi ta’ attività kriminali allegata, l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, u n-nuqqas ta’ qafas kontra l-korruzzjoni effettiv u li jiffunzjona fil-prattika. Dawk il-kwistjonijiet jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertezza legali, il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(5)

Fin-notifika, il-Kummissjoni stabbiliet l-elementi fattwali u r-raġunijiet speċifiċi li bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha fuqhom u talbet ukoll lill-Ungerija tipprovdi ċerta informazzjoni u data rigward dawk l-elementi u r-raġunijiet fattwali. Fin-notifika, il-Kummissjoni tat xahrejn lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

(6)

Fis-27 ta’ Ġunju 2022, l-Ungerija wieġbet in-notifika (l-“ewwel tweġiba”). Permezz tal-ittri tat-30 ta’ Ġunju u tal-5 ta’ Lulju 2022, l-Ungerija ppreżentat informazzjoni ulterjuri biex tikkomplementa l-ewwel tweġiba. Barra minn hekk, fid-19 ta’ Lulju 2022, l-Ungerija bagħtet ittra addizzjonali li tipproponi għadd ta’ miżuri ta’ rimedju biex tindirizza l-konstatazzjonijiet fin-notifika.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat il-kummenti ppreżentati fl-ewwel tweġiba u kkonkludiet li dawn ma naqqsux it-tħassib u l-konstatazzjonijiet tagħha stabbiliti fin-notifika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li la l-ewwel tweġiba u lanqas l-ittri addizzjonali tat-30 ta’ Ġunju u tal-5 ta’ Lulju 2022 ma kien fihom miżuri ta’ rimedju adegwati impenjati b’mod xieraq fil-kuntest tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Minħabba l-preżentazzjoni tardiva tal-ittra tad-19 ta’ Lulju 2022, din ma setgħetx titqies fil-valutazzjoni tal-ewwel tweġiba. Madankollu, il-Kummissjoni qieset l-elementi rilevanti kollha f’dik l-ittra matul il-passi li segwew tal-proċedura stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, f’konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali mal-Istati Membri.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, fl-20 ta’ Lulju 2022 il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Ungerija ('l-ittra ta’ intenzjoni') biex tinforma lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 6(6) ta’ dak ir-Regolament, u bil-miżuri li l-Kummissjoni pprevediet li tipproponi għall-adozzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(9) ta’ dak ir-Regolament, fin-nuqqas ta’ impenn mill-Ungerija li tieħu miżuri ta’ rimedju adegwati. Fl-ittra ta’ intenzjoni, il-Kummissjoni tat lill-Ungerija l-opportunità li tippreżenta l-kummenti tagħha, b’mod partikolari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri previsti.

(9)

L-Ungerija wieġbet l-ittra ta’ intenzjoni fit-22 ta’ Awwissu 2022 (“it-tieni tweġiba”), u fiha pprovdiet il-kummenti tagħha dwar il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-proċedura u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmijin fl-ittra ta’ intenzjoni. Minkejja li kkontestat il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, l-Ungerija pproponiet ċerti miżuri ta’ rimedju biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni. Fit-13 ta’ Settembru 2022, l-Ungerija bagħtet ittra lill-Kummissjoni li kienet tinkludi kjarifiki u impenji ulterjuri rilevanti għall-miżuri ta’ rimedju proposti. Fil-fehma tal-Ungerija, il-miżuri ta’ rimedju, inklużi l-impenji addizzjonali inklużi fl-ittra tat-13 ta’ Settembru 2022, indirizzaw bis-sħiħ it-tħassib tal-Kummissjoni, u għalhekk il-Kummissjoni ma kellha tipproponi l-ebda miżura lill-Kunsill.

(10)

Billi qieset li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, fit-18 ta' Settembru 2022 il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija ("il-proposta tal-Kummissjoni").

(11)

Skont il-konklużjonijiet stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni, l-ewwel nett, hemm irregolaritajiet sistemiċi serji, nuqqasijiet u dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija. Irregolaritajiet ta’ dan it-tip instabu wara verifiki konsekuttivi mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni kemm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kif ukoll għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dawk l-awditi għalqu b’ammonti kumplessivi sinifikanti ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, kif ukoll bosta investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) li wasslu għal rakkomandazzjonijiet finanzjarji għall-irkupru ta’ ammonti sinifikanti mill-Ungerija. Barra minn hekk, id-data disponibbli tindika li kien hemm perċentwali inużwalment għoli ta’ kuntratti mogħtija wara proċeduri li fihom offerent wieħed biss ikun ipparteċipa; l-attribuzzjonijiet ta’ kuntratti lil kumpaniji speċifiċi, li gradwalment kienu qed jiksbu ishma kbar mis-suq; kif ukoll nuqqasijiet serji fl-attribuzzjoni ta’ ftehimiet qafas. Barra minn hekk, hemm tħassib dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-kunflitt ta’ interess għal “trusts ta’ interess pubbliku” u l-entitajiet ġestiti minnhom, u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi minn dawk it-trusts. Dawk il-kwistjonijiet u r-rikorrenza tagħhom maż-żmien juru inabbiltà sistemika, falliment jew nuqqas ta’ rieda, min-naħa tal-awtoritajiet Ungeriżi, li jipprevjenu deċiżjonijiet li jiksru l-liġi applikabbli, fir-rigward tal-akkwist pubbliku u l-kunflitti ta’ interess, u b’hekk li jindirizzaw b’mod adegwat ir-riskji ta’ korruzzjoni. Dawn jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari l-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi, u jqajmu tħassib fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat.

(12)

It-tieni, hemm kwistjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-limitazzjonijiet għall-investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi ta’ attività kriminali allegata, l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, u n-nuqqas ta’ qafas kontra l-korruzzjoni effettiv u li jiffunzjona. B’mod partikolari, hemm nuqqas ta’ rimedji ġudizzjarji effettivi minn qorti indipendenti kontra deċiżjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni biex ma ssirx investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ korruzzjoni, frodi jew reati kriminali oħrajn allegati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, nuqqas ta’ rekwiżit li jingħataw raġunijiet meta każijiet ta’ dan it-tip jiġu attribwiti jew riassenjati, u nuqqas ta’ regoli biex jiġu evitati deċiżjonijiet arbitrarji f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ strateġija komprensiva kontra l-korruzzjoni li tkopri l-aktar oqsma rilevanti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni; sottoutilizzazzjoni tal-firxa sħiħa ta’ għodod preventivi biex jassistu fl-investigazzjoni tal-korruzzjoni, b’mod partikolari każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli; kif ukoll nuqqas kumplessiv ta’ prevenzjoni u repressjoni effettivi ta’ frodi kriminali u reati ta’ korruzzjoni. Dawk il-kwistjonijiet jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertezza legali, il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(13)

Skont il-Kummissjoni, il-kummenti ppreżentati fit-tweġibiet mill-Ungerija ma jindirizzawx b’mod adegwat il-konstatazzjonijiet stabbiliti fl-ittra ta’ notifika u fl-ittra ta’ intenzjoni. B’mod partikolari, it-tweġibiet ma pprovdew l-ebda evidenza dwar it-titjib reċenti mill-Ungerija fis-sistema tal-akkwist pubbliku tagħha (fir-rigward tat-trasparenza, l-intensità tal-kompetizzjoni, il-kontrolli tal-kunflitti ta’ interess). Filwaqt li saru xi bidliet fis-sistema Ungeriża tal-akkwist pubbliku wara l-awditi tas-servizzi tal-Kummissjoni, ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawk il-bidliet kellhom impatt fuq il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq Ungeriż. Id-data disponibbli għall-Kummissjoni turi mhux biss żieda fil-konċentrazzjoni ta’ għotjiet fl-akkwist pubbliku, iżda wkoll żieda fil-probabbiltà tar-rebħ ta’ atturi tal-partit fil-gvern tal-Ungerija. Il-Kummissjoni kisbet studju li pprovda analiżi empirika statistika ta’ aktar minn 270 000 kuntratt ta’ akkwist pubbliku fl-Ungerija bejn l-2005 u l-2021. Il-kummenti tal-istudju ġew ikkorroborati bil-konstatazzjonijiet ta’ eżami ta’ ċerta data tal-offerti rigward kuntratti mogħtija lil xi wħud mill-kumpaniji identifikati bħala kumpaniji b’konnessjonijiet politiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret rapporti mill-media u mill-partijiet ikkonċernati fis-settur tat-turiżmu, fis-settur tal-komunikazzjoni u fis-settur tal-isport. L-Ungerija ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar l-applikabbiltà (u lanqas dwar l-applikazzjoni fil-prattika) tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess rilevanti għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward tat-trusts ta’ interess pubbliku.

(14)

L-irregolaritajiet, in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati huma mifruxa u interkonnessi, li jfisser li proċeduri għajr dawk previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 ma jistgħux jindirizzaw ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv. Anki jekk jistgħu jintużaw ċerti mezzi disponibbli skont ir-regoli settorjali, bħall-awditi mwettqin mis-servizzi tal-Kummissjoni, u l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-irregolaritajiet mhux ikkoreġuti mill-awtoritajiet Ungeriżi, dawk il-miżuri ġeneralment jirrelataw ma’ nefqa diġà ddikjarata lill-Kummissjoni, u l-kontinwazzjoni tan-nuqqasijiet tul ħafna snin turi li l-korrezzjonijiet finanzjarji mhumiex biżżejjed biex jipproteġu l-interess finanzjarju tal-Unjoni minn riskji attwali jew futuri.

(15)

Fir-rigward tal-osservanza u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet abilitanti minquxa fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jenħtieġ li jiġi nnotat li l-unika konsegwenza tan-nuqqas li tiġi ssodisfata kundizzjoni abilitanti stabbilita fl-Artikolu 15(5) ta’ dak ir-Regolament hija li l-Kummissjoni mhix ser tirrimborża n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbutin mal-objettiv speċifiku lill-Istat Membru ikkonċernat. Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 jagħti firxa akbar ta’ miżuri possibbli biex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, inklużi s-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar, kif ukoll is-sospensjoni tal-impenji taħt ġestjoni kondiviża. Il-miżuri possibbli skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 jikkonċernaw ukoll il-prefinanzjament, li mhuwiex previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(16)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-interpretazzjoni tagħhom, il-premessa 17 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tiċċara li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament hija finanzjarja u speċifika għas-settur. Proċeduri ta’ ksur mhumiex ibbażati fuq att leġiżlattiv, iżda direttament fuq l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dik id-dispożizzjoni tal-liġi primarja ma tistax titqies bħala “leġiżlazzjoni tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.

(17)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta jimplimentaw miżuri bil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, fit-30 ta' Novembru 2022 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-Ungerija, li fih stadji importanti li jinkorporaw l-impenji meħuda mill-Ungerija skont il-miżuri ta' rimedju maqbula mal-Kummissjoni fil-qafas ta' din il-proċedura.

Ir-responsabbiltà primarja għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-miżuri taħt il-Faċilita' għall-Irkupru u r-Reżiljenza tibqa’ tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2021/241, filwaqt li l-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 22(5) ta’ dak ir-Regolament, tista’ tipproċedi għal miżuri korrettivi f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Istat Membru, jew ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehim ta’ self jew mill-ftehim ta’ finanzjament. Barra minn hekk, l-istadji importanti huma kondizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex l-Ungerija tkun tista' tressaq talbiet għal pagamenti futuri skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Bħala tali, ma jistgħux jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li diġà jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-implimentazzjoni fl-Ungerija ta' programmi oħra ta' nfiq iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni b'mod dirett biżżejjed. Għalhekk, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/241 ma tippermettix lill-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv f’dan il-każ.

(18)

Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, l-ebda proċedura oħra skont il-liġi tal-Unjoni ma tippermetti lill-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.

(19)

L-impatt potenzjali tal-ksur identifikat fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meqjus bħala partikolarment sinifikanti, billi dak il-ksur huwa intrinsikament marbut mal-proċess li bih jintużaw il-fondi tal-Unjoni mill-Ungerija, billi jikkonsisti f’funzjonament mhux xieraq tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu dwar l-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati permezz tal-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jekk il-ksur identifikat ikun abbinat mal-limiti u l-ostakli fid-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, identifikati bħala raġunijiet addizzjonali relatati mal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-qafas kontra l-korruzzjoni, l-impatt jista’ jitqies saħansitra aktar sinifikanti.

(20)

Meta titqies in-natura tal-konstatazzjonijiet fir-rigward tal-akkwist pubbliku, jenħtieġ li l-miżuri xierqa li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 (il-“miżuri xierqa”) ikunu jikkonċernaw il-finanzjament tal-Unjoni li huwa prinċipalment implimentat permezz tal-akkwist pubbliku. L-awditi tal-Kummissjoni li identifikaw proċessi ta’ akkwist pubbliku irregolari u b’nuqqasijiet koprew il-qasam tal-politika ta’ koeżjoni, u minkejja li l-impatt ta’ dawk in-nuqqasijiet u l-irregolaritajiet fuq il-baġit tal-Unjoni ġie kkoreġut finanzjarjament fl-applikazzjoni tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni, dawn juru inabbiltà sistemika, falliment jew nuqqas ta’ rieda mill-awtoritajiet Ungeriżi li jipprevjenu deċiżjonijiet li jiksru l-liġi applikabbli fir-rigward tal-akkwist pubbliku u l-kunflitti ta’ interess, u b’hekk li jindirizzaw b’mod adegwat ir-riskji ta’ korruzzjoni.

(21)

Jenħtieġ li, bi prijorità, l-programmi li jridu jiġu protetti mill-miżuri xierqa jkunu l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 li mistennija jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-akkwist pubbliku b’analoġija mal-mod kif l-Ungerija implimentat il-programmi ekwivalenti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Dawk il-programmi huma l-Programm Operazzjonali għall-Ambjent u l-Effiċjenza Enerġetika Plus, il-Programm Operazzjonali għat-Trasport Integrat Plus u l-Programm Operazzjonali għall-Iżvilupp Territorjali u tal-Abitat Plus (il-“programmi kkonċernati”). Fir-rigward tal-programmi kkonċernati, il-livell ta’ implimentazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku huwa stmat għal minn 85 % sa 90 %.

(22)

Jenħtieġ li l-miżuri xierqa jikkonċernaw ukoll azzjonijiet taħt il-programmi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta, li għalihom it-trusts ta’ interess pubbliku u l-entitajiet miżmuma minnhom, li jitqiesu bħala entitajiet tal-gvern fis-sens tal-Artikoli 2(b) u 5(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, ikunu jistgħu jkunu benefiċjarji jew entitajiet ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tal-ksur identifikat rilevanti għat-trusts ta’ interess pubbliku, jenħtieġ li l-programmi kollha tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta jkunu fil-mira tal-miżuri xierqa.

(23)

F’konformità mar-rekwiżiti tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, jenħtieġ li l-livell xieraq tal-miżuri li jridu jiġu applikati jiġi ddeterminat b’perċentwal li jirrifletti r-riskju riżultanti għall-baġit tal-Unjoni.

(24)

Fid-dawl tas-serjetà, il-frekwenza u d-durata tal-ksur sistemiku identifikat fl-akkwist pubbliku, ir-riskju finanzjarju għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jista’ jitqies bħala sinifikanti ħafna, u għalhekk jiġġustifika miżuri b’livell għoli ħafna ta’ impatt finanzjarju.

(25)

F’konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, l-informazzjoni rċevuta u kwalunkwe kumment magħmul mill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju proposta, iridu jitqiesu meta tittieħed deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri ta’ rimedju proposti mill-Ungerija jiġu inklużi fil-valutazzjoni.

(26)

Fit-tieni tweġiba tagħha, l-Ungerija ppreżentat 17-il miżura ta’ rimedju, li l-impenji tagħhom ġew ikkomplementati b’ittra mibgħuta lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2022. Skont l-opinjoni tal-Ungerija, dawn jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha mqajma mill-Kummissjoni fin-notifika . Il-miżuri ta’ rimedju proposti huma kif ġej:

(a)

tisħiħ tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-illegalitajiet u l-irregolaritajiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, permezz ta’ Awtorità tal-Integrità ġdida stabbilita;

(b)

task Force Kontra l-Korruzzjoni;

(c)

tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni;

(d)

żgurar tat-trasparenza tal-użu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku;

(e)

introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika;

(f)

tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ awditjar u kontroll biex jiġi garantit l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni;

(g)

tnaqqis tas-sehem ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni;

(h)

tnaqqis tas-sehem ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti b’offerti waħdiena ffinanzjati mill-baġit nazzjonali;

(i)

l-iżvilupp ta’ għodda ta’ rapportar ta’ offerta waħdiena għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar proċeduri ta' akkwisti pubbliċi magħluqa b’offerti waħdiena;

(j)

l-iżvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku biex tiżdied it-trasparenza;

(k)

l-iżvilupp ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi;

(l)

l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku;

(m)

taħriġ li jrid jiġi pprovdut għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju dwar il-prattiki tal-akkwist pubbliku;

(n)

twaqqif ta’ skema ta’ appoġġ għall-kumpens tal-ispejjeż assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju;

(o)

l-applikazzjoni tal-ARACHNE, l-għodda tal-Kummissjoni għall-kejl tar-riskju;

(p)

tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-OLAF; u

(q)

l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tal-infiq pubbliku.

(27)

Tlettax mill-miżuri ta' rimedju jistabbilixxu Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni li għandhom jittieħdu sad-19 ta' Novembru 2022. L-Ungerija impenjat ruħha li tinforma lill-Kummissjoni sad-19 ta' Novembru 2022, u kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rimedju, inkluż l-impenji addizzjonali li kien fiha l-ittra tat-13 ta' Settembru 2022. Għal erba' miżuri ta' rimedju, jiġifieri miżuri ta' rimedju (h) u (l) sa (n), il-Kummissjoni indikat li ma kien hemm l-ebda Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni immedjati, peress li jeħtieġu perjodu ta' implimentazzjoni itwal, u li hija ser timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom bħala parti mill-monitoraġġ tagħha tal-miżuri kollha ta' rimedju, abbażi tar-rapportar trimestrali li għalih l-Ungerija impenjat ruħha bl-ittri tagħha tad-19 ta' Novembru 2022, sal-31 ta' Diċembru 2028.

(28)

B’mod ġenerali, l-Ungerija impenjat ruħha li tieħu l-miżuri ta’ rimedju proposti fit-tieni tweġiba tagħha biex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma fin-notifika mingħajr kundizzjonijiet u li żżomm lilhom u l-leġiżlazzjoni relatata fis-seħħ mingħajr ebda limitu ta’ żmien u li tinforza kif xieraq ir-regoli stabbiliti fihom.

(29)

Kif iċċarat fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri ta' rimedju proposti, meħuda flimkien, fil-prinċipju kapaċi jindirizzaw il-kwistjonijiet rigward l-irregolaritajiet sistemiċi, in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet fl-akkwist pubbliku, ir-riskji ta' kunflitti ta' interess, u t-tħassib dwar trusts ta' interess pubbliku, kif ukoll ir-raġunijiet addizzjonali rigward l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-qafas kontra l-korruzzjoni, dment li l-miżuri kollha jiġu implimentati b'mod korrett u effettiv.

(30)

Madankollu, il-Kummissjoni żiedet ukoll li r-regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għall-miżuri ta' rimedju proposti kienu għadhom iridu jiġu ddeterminati, b'mod partikolari kif l-elementi ewlenin tal-miżuri jiġu trasposti fit-testi legali attwali li jridu jiġu adottati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rimedju. Minħabba li bosta mill-kwistjonijiet identifikati fl-Ungerija mhumiex biss dwar bidliet fil-qafas legali, iżda b'mod aktar prominenti dwar l-implimentazzjoni konkreta tal-bidliet fil-prattika, b'din tal-aħħar tirrikjedi perjodu ta' żmien aktar estiż biex tagħti riżultati konkreti, sakemm jiġu implimentati mill-inqas l-elementi ewlenin ta' xi wħud mill-miżuri ta' rimedju fiż-żmien tal-proposta tal-Kummissjoni, kif indikat fl-iskedi ta' żmien tal-miżuri ta' rimedju ppreżentati mill-Ungerija fit-tieni risposta tagħha, kien għad hemm riskju għall-baġit tal-Unjoni. Sakemm jidħlu fis-seħħ it-testi leġiżlattivi ewlenin li jimplimentaw ħafna mill-miżuri ta' rimedju proposti u filwaqt li titqies il-valutazzjoni li tinsab fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, kif ukoll il-possibbiltà li l-miżuri jistgħu ma jiġux implimentati b'mod korrett, jew li l-effettività tagħhom tiddgħajjef fid-dettalji tal-miżuri, il-Kummissjoni stmat li l-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni kkorrisponda għal 65 % tal-programm kkonċernat, jiġifieri 5 punti perċentwali inqas mir-riskju stmat fin-nuqqas ta' miżuri ta' rimedju. Għalhekk hija pproponiet li l-Kunsill jadotta miżuri xierqa skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.

(31)

B'kont meħud li l-Ungerija kienet impenjat ruħha li tieħu miżuri ta' rimedju biex tindirizza s-sitwazzjoni f'konformità ma' kalendarju dettaljat u li l-Kummissjoni qieset li l-miżuri ta' rimedju proposti, meħuda flimkien, jekk jiġu speċifikati u implimentati b'mod korrett skont dak il-kalendarju dettaljat, jistgħu fil-prinċipju jkunu kapaċi jindirizzaw il-kwistjonijiet, fit-13 ta' Ottubru 2022 il-Kunsill iddeċieda, wara talba mill-Ungerija li kienu jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 li kienu biżżejjed sabiex tiġi estiża l-iskadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni b'xahrejn addizzjonali, biex jingħata lill-Kummissjoni u l-Kunsill biżżejjed żmien biex jivvalutaw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' rimedju, b'kont meħud tal-għadd kbir u l-kumplessità teknika tagħhom.

(32)

Sabiex tilaħħaq mal-iskadenzi stabbiliti fil-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni, l-Ungerija pproċediet bl-adozzjoni ta' diversi atti leġiżlattivi bejn l-aħħar ta' Settembru 2022 u l-bidu ta' Ottubru. Aktar diskussjonijiet intensi bejn l-awtoritajiet Ungeriżi u s-servizzi tal-Kummissjoni kienu meħtieġa biex jippruvaw jiżguraw li dawk l-atti jkunu allinjati bis-sħiħ mal-miżuri ta' rimedju u li jkunu effettivi. Bħala riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet, il-Gvern Ungeriż ippreżenta lill-Assemblea Nazzjonali l-hekk imsejjaħ 'pakkett ta' servizz' fil-15 ta' Novembru 2022, b'għadd ta' emendi proposti għat-testi legali li ġew adottati fl-aħħar ta' Settembru 2022 u l-bidu ta' Ottubru.

Il-pakkett ta' servizz huwa magħmul minn żewġ abbozzi ta' liġi, wieħed (T/2033) għall-adozzjoni skont il-proċedura ordinarja, li għaliha l-votazzjoni finali saret fit-22 ta' Novembru 2022, u l-abbozz ta' liġi l-ieħor (T/2032) għall-adozzjoni skont il-proċedura applikabbli għal atti kardinali (li teħtieġ maġġoranza ta' żewġ terzi), li għaliha l-votazzjoni finali saret fis-7 ta' Diċembru 2022. L-Assemblea Nazzjonali adottat iż-żewġ atti. Permezz tal-ittri sottomessi lill-Kummissjoni fid-19 ta' Novembru, fis-26 ta' Novembru, fis-6 ta' Diċembru u fis-7 ta' Diċembru 2022 l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda biex jiġu implimentati l-impenji li ttieħdu qabel.

(33)

Fit-30 ta' Novembru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-miżuri ta' rimedju nnotifikati mill-Ungerija, li tipprovdi lill-Kunsill b'valutazzjoni tal-adegwatezza tal-miżuri ta' rimedju kif adottati mill-Ungerija mid-19 ta' Novembru 2022. Wara talba magħmula mill-Kunsill fis-6 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni, fid-9 ta' Diċembru 2022, ipprovdiet valutazzjoni aġġornata dwar il-miżuri l-oħra li ħadet l-Ungerija sas-7 ta' Diċembru 2022. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022 u l-valutazzjoni aġġornata tad-9 ta' Diċembru 2022, meħuda flimkien mal-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, jikkostitwixxu l-bażi għad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill.

(a)   Tisħiħ tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-illegalitajiet u l-irregolaritajiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni permezz ta' Awtorità tal-Integrità ġdida stabbilita.

(34)

L-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi Awtorità tal-Integrità ġdida bl-għan li ssaħħaħ il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta' frodi, kunflitti ta' interess u korruzzjoni, kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Il-ħolqien tal-Awtorità tal-Integrità, korp ġdid fil-kuntest Ungeriż, huwa miżura orizzontali li għandha l-għan li tirrimedja l-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jikkonċerna l-akkwist pubbliku li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hija waħda mill-miżuri ta' rimedju ċentrali proposti mill-Ungerija biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni.

(35)

Fil-miżura ta' rimedju proposta, l-Ungerija inkludiet għadd ta' elementi li fil-mument tal-proposta tal-Kummissjoni huma vvalutati b'mod pożittiv, b'mod partikolari dwar: (i) l-għan u l-objettivi tal-Awtorità tal-Integrità l-ġdida, (ii) il-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tagħha u s-setgħat estensivi, inkluż is-setgħat li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet kontraenti biex jissospendu l-offerti, is-setgħat li titlob lill-korpi investigattivi amministrattivi jwettqu investigazzjonijiet, is-setgħat li tirrakkomanda l-esklużjoni ta' operaturi ekonomiċi speċifiċi mill-finanzjament tal-Unjoni; id-dritt li titlob stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet li jikkonċernaw il-proċeduri ta' akkwist pubbliku li jinvolvu kwalunkwe appoġġ mill-Unjoni (u li jista' jkun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju) eċċ.; (iii) ir-regoli dwar il-ħatra tal-bord tal-Awtorità tal-Integrità u dwar l-involviment ta' "kumitat tal-eliġibbiltà" bl-għan li jiġi ggarantit li l-Awtorità tal-Integrità tkun kompletament indipendenti. Barra minn hekk, l-Ungerija hija impenjata li l-Awtorità tal-Integrità ser sserraħ fuq il-fatti stabbiliti minn deċiżjonijiet ġudizzjarji, ser tkun tista' titlob l-intervent tal-qrati, u d-deċiżjonijiet tagħha stess ser ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.

Għal din ir-raġuni, l-Ungerija impenjat ruħha wkoll li l-qrati kollha fl-Ungerija li jisimgħu kawżi ċivili, amministrattivi u kriminali inklużi dawk rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ser jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-indipendenza, l-imparzjalità u li jkunu stabbiliti bil-liġi, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-acquis rilevanti tal-Unjoni. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li tieħu l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni għall-ħolqien tal-Awtorità tal-Integrita' sad-19 ta' Novembru 2022. Wara s-sottomissjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, fl-4 ta' Ottubru 2022, l-Ungerija adottat l-Att li jistabbilixxi l-Awtorità tal-Integrità (l-Att XXVII tal-2022 dwar il-kontroll tal-użu tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, 'l-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità'), li daħal fis-seħħ fl-11 ta' Ottubru 2022. Aktar emendi għall-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità ġew introdotti bħala parti miż-żewġ abbozzi ta' liġijiet li jiffurmaw 'il-pakkett ta' servizz' ippreżentat lill-Assemblea Nazzjonali fil-15 ta' Novembru 2022 u vvotat fuqhom fit-22 ta' Novembru 2022 u fis-7 ta' Diċembru 2022. Kif meħtieġ fil-miżura ta' rimedju, l-Ungerija kkonsultat lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OECD fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità, u qieset ċerti rakkomandazzjonijiet. B'mod parallel mal-proċeduri leġiżlattivi, fit-23 ta' Settembru 2022, l-awtoritajiet Ungeriżi nedew proċedura tal-għażla u tal-ħatra għall-membri tal-Kumitat ta' Eliġibbilta', u mbagħad fl-14 ta' Ottubru 2022, għall-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Integrità, li kienu finalment maħtura sal-4 ta' Novembru 2022. L-Awtorità tal-Integrità kellha l-ewwel laqgħa uffiċjali tagħha fit-18 ta' Novembru 2022.

(36)

Madankollu, billi l-Kummissjoni sabet fil-komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2022 u kkonfermat fid-9 ta' Diċembru 2022 wara valutazzjoni bir-reqqa, li l-qafas regolatorju għall-Awtorità tal-Integrità kif stabbilit fl-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità ma jissodisfax ċerti impenji meħuda skont il-miżura ta' rimedju, li, għalhekk, ma jistgħux jitqiesu effettivi bis-sħiħ u adegwati skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Id-dgħufijiet, ir-riskji u n-nuqqasijiet tal-miżura ta' rimedju, li jikkompromettu l-effettività u l-indipendenza tal-Awtorità tal-Integrità u l-kapaċità tagħha li tindirizza s-sejbiet tal-Kummissjoni, huma b'mod partikolari dawn li ġejjin: (i) in-nuqqas ta' regola ċara li tiddikjara li l-Awtorità tal-Integrità ser iżżomm il-kompetenza tagħha wara li proġett jiġi rtirat mill-finanzjament tal-Unjoni; (ii) id-dgħufijiet tas-sistema għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti li ma jsegwux ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità tal-Integrità; (iii) id-dgħufijiet tal-proċedura ta' tkeċċija; (iv) is-setgħat diretti, u mhux superviżorji, tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tal-gruppi diversi ta' dikjaranti, u n-nuqqas ta' trasferiment tas-setgħat lill-Awtorità tal-Integrità biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-Gvern; (v) il-kamp ta' applikazzjoni limitat relatat man-nuqqas ta' inklużjoni tal-"uffiċjali b'riskju għoli" kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat ta' verifika tal-Awtorità tal-Integrità fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Il-Kunsill iqis li għal dawn ir-raġunijiet kif esposti aktar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, id-dgħufijiet identifikati, u b'mod partikolari dawk li jillimitaw is-setgħat tal-Awtorità tal-Integrità, huma ta' gravità tant li jimminaw serjament il-kapaċità tal-Awtorità tal-Integrità li tirrimedja l-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jikkonċerna l-akkwist pubbliku li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(b)   It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni

(37)

L-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi Task Force Kontra l-Korruzzjoni bil-kompitu li, fost oħrajn, teżamina l-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u telabora proposti dwar it-titjib tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar ta' prattiki korrotti. Element ewlieni tal-miżura ta' rimedju kien jikkonċerna l-parteċipazzjoni sħiħa, strutturata u effettiva ta' atturi mhux statali attivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni flimkien mar-rappreżentanti tal-gvern. Barra minn hekk, l-Ungerija impenjat ruħha għal konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u internazzjonali, inkluż il-Kummissjoni, matul it-tħejjija tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni. L-Ungerija impenjat ruħha li tieħu Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-qafas regolatorju għat-Task Force l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni sat-30 ta' Settembru 2022. F'konformità mal-miżura ta' rimedju, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità jipprevedu li 50 % tal-membri tat-Task Force l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni għandhom jirrappreżentaw atturi mhux governattivi u jintgħażlu abbażi ta' proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju bi kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-merti. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Ungerija kkonsultat lill-OECD u lill-Kunsill tal-Ewropa, u pprevediet l-istabbiliment ta' Task Force ġdida Kontra l-Korruzzjoni fil-qafas tal-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità. It-Task Force l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni finalment ġiet stabbilita fl-1 ta' Diċembru 2022.

(38)

Fid-dawl ta' dawk l-iżviluppi, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni rilevanti u li l-qafas regolatorju għat-Task Force l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni kif stabbilit fl-Att dwar l-Awtorità tal-Integrità jissodisfa l-impenji stabbiliti fil-miżura ta' rimedju.

(c)   Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni

(39)

L-Ungerija impenjat ruħha li sat-30 ta' Settembru 2022 tadotta strateġiji kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni li jiddefinixxu l-kompiti tal-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta' interess u l-korruzzjoni. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li testendi l-kamp ta' applikazzjoni personali u materjali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-1 ta' Novembru 2022. Din il-miżura ta' rimedju għandha natura orizzontali u sistemika sabiex tiġġieled kontra l-korruzzjoni u tiżgura t-trasparenza fl-isfera politika. Għalhekk hija waħda mill-miżuri ta' rimedju ċentrali proposti mill-Ungerija.

(40)

Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Ungerija ħadet għadd ta' passi biex tindirizza l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni għal dik il-miżura ta' rimedju. Fit-30 ta' Settembru 2022, l-Ungerija adottat l-istrateġija kontra l-frodi u l-korruzzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027, u għall-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Deċiżjoni tal-Gvern 1470/2022). L-istrateġija ġiet sussegwentement emendata, u ġiet adottata u ppubblikata verżjoni ġdida fil-15 ta' Novembru 2022 (Deċiżjoni tal-Gvern 1540/2022). L-Assemblea Nazzjonali adottat 'l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Assi' (Att XXXI tal-2022) fil-25 ta' Ottubru 2022, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2022 b'ċerti eċċezzjonijiet. Fil-15 ta' Novembru 2022, l-Ungerija ppreżentat lill-Assemblea Nazzjonali abbozz ta' liġi emendatorja dwar 'l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Assi', bħala parti mill-pakkett ta' servizzi adottat fis-7 ta' Diċembru 2022.

(41)

Fir-rigward tal-istrateġiji kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2022, il-Kummissjoni sabet li, minkejja li ma ġietx sodisfatta l-iskadenza miftiehma minħabba l-adozzjoni tal-emendi, l-Ungerija madankollu ssodisfat l-impenji stabbiliti fil-miżura ta' rimedju. Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-Kummissjoni sabet li f'konformità mal-miżura ta' rimedju, l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Assi jestendi l-kamp ta' applikazzjoni personali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi biex jinkludi persuni fdati b'funzjonijiet politiċi għolja u membri tal-Assemblea Nazzjonali, kif ukoll qraba tagħhom li jgħixu fl-istess dar. L-Att jestendi wkoll il-kamp ta' applikazzjoni materjali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi biex jinkludi l-assi rilevanti kollha. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, għad hemm dgħufijiet, riskji u nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju għad-dikjarazzjoni tal-assi stabbilit mill-Ungerija, u b'mod partikolari: (i) in-nuqqas ta' ċarezza u ċertezza legali relatati mal-obbligi ta' divulgazzjoni għal proprjetà immobbli inkluż proprjetà barra l-ġuriżdizzjoni tal-Ungerija; (ii) in-nuqqas ta' ċarezza dwar il-kamp ta' applikazzjoni personali, materjali u temporali tad-dikjarazzjoni tal-assi, l-introjtu u l-interessi ekonomiċi ta' ċerti eżekuttivi, uffiċjali u Membri tal-Assemblea Nazzjonali, u għall-konjuġi jew il-koabitanti u t-tfal tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika; (iii) in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Assi ta' referenza espliċita għall-istabbiliment ta' sistema ta' dikjarazzjonijiet tal-assi ppreżentati elettronikament f'format diġitali, li għandha tinħażen f'bażi tad-data pubblika li jista' jsir tiftix fuqha mingħajr tariffi jew il-ħtieġa ta' reġistrazzjoni. Il-Kunsill iqis li għal dawn ir-raġunijiet kif esposti aktar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, id-dgħufijiet identifikati joħolqu lakuni possibbli fil-liġi u bħala konsegwenza jdgħajfu l-effettività tal-miżura ta' rimedju.

(d)   Żgurar tat-trasparenza tal-użu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku

(42)

L-Ungerija impenjat ruħha li tiżgura t-trasparenza tal-użu tal-appoġġ tal-Unjoni mill-fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku billi temenda l-qafas regolatorju rilevanti sat-30 ta' Settembru 2022. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Assemblea Nazzjonali adottat Att leġiżlattiv li jemenda ċerti Atti li jikkonċernaw il-fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku li jwettqu dmir pubbliku, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana u l-kontrolli tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fir-rigward tal-kontroll tal-użu tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (Att XXIX tal-2022) li daħal fis-seħħ fit-13 ta' Ottubru 2022.

(43)

F'konformità mal-miżura ta' rimedju, l-Att XXIX tal-2022 introduċa emendi li wessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u dwar il-kunflitt ta' interess biex ikopru wkoll il-fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku li jwettqu dmir pubbliku. Madankollu, il-qafas regolatorju għadu ma jżommx lill-uffiċjali tal-ogħla livell, inkluż eżekuttivi politiċi għolja mill-Assemblea Nazzjonali u mill-korpi awtonomi tal-Ungerija, milli jkunu fuq bordijiet ta' fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku, kif mitlub ripetutament mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Ungerija introduċiet mill-ġdid mill-1 ta' Novembru 2022 il-possibbiltà (permezz ta' eċċezzjoni mill-projbizzjoni ġenerali) għal eżekuttivi politiċi għolja li jkollhom impjieg ieħor remunerat, inkluż fuq bordijiet ta' fondazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku. Il-Kunsill iqis li għal dawn ir-raġunijiet kif stabbilit aktar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, id-dgħufijiet tal-qafas regolatorju flimkien mal-iżviluppi leġiżlattivi ġodda jaggravaw il-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess li l-miżura ta' rimedju kienet maħsuba li tindirizza u għalhekk jagħmluh inadegwat biex jindirizza t-tħassib oriġinarjament imqajjem mill-Kummissjoni.

(e)   Introduzzjoni ta' proċedura speċifika fil-każ ta' reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta' awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta' proprjetà pubblika

(44)

L-Ungerija impenjat ruħha li tistabbilixxi proċedura ġdida ta' stħarriġ ġudizzjarju li tikkonċerna reati kriminali speċjali relatati mal-eżerċizzju ta' awtorità pubblika jew mal-ġestjoni ta' proprejta' pubblika. Taħt il-miżura ta' rimedju, il-proċedura l-ġdida għandha tipprevedi l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni jew tal-awtorità investigattiva li tirrifjuta rapport ta' reat jew ittemm il-proċedimenti kriminali (jiġifieri li tagħlaq investigazzjoni kriminali mingħajr akkuża) rigward il-korruzzjoni u prattiki relatati mal-korruzzjoni. Il-proċedura l-ġdida trid tagħti lil imħallef inkwirenti l-awtorità li jordna l-bidu jew il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti kriminali. Kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika, bl-eċċezzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, tista' tippreżenta mozzjonijiet skont il-proċedura, li jistgħu jwasslu wkoll għall-possibbiltà li jiġi ppreżentat att ta' akkuża quddiem qorti. Din il-miżura ta' rimedju hija miżura orizzontali li għandha l-għan li tirrimedja problemi strutturali bl-effettività tal-azzjoni ta' prosekuzzjoni fl-Ungerija u li tiżgura li jittieħdu miżuri effettivi u deterrenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 325 TFUE. Għalhekk hija waħda mill-miżuri ta' rimedju ċentrali proposti mill-Ungerija biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni.

(45)

Fil-miżura ta' rimedju proposta, l-Ungerija inkludiet għadd ta' elementi li ġew ivvalutati b'mod pożittiv fil-mument tal-proposta tal-Kummissjoni, bħall-possibbiltà li l-entitajiet ġuridiċi jiftħu l-proċedura ta' stħarriġ ġudizzjarju, pożizzjoni proċedurali privileġġata garantita għall-persuna li tiddenunzja reat, referenza għall-fatt li l-kompetenza esklużiva biex tisma' l-kawżi skont il-proċedura l-ġdida ser tiġi attribwita lil qorti speċjalizzata (jiġifieri l-Qorti tad-Distrett Ċentrali ta' Buda), referenza għall-fatt li l-qrati kollha u l-imħallfin investigattivi involuti fil-proċedura l-ġdida ser ikunu konformi mal-Artikolu 19(1) TUE u l-acquis rilevanti tal-Unjoni, u perjodu ta' żmien raġonevoli għall-proċedura b'mod ġenerali. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li tieħu l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-emendi meħtieġa għall-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali u tar-regolamenti ta' implimentazzjoni rilevanti sal-15 ta' Novembru 2022. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Assemblea Nazzjonali adottat Att li jemenda l-Att XC tal-2017 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali ('l-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju') fit-3 ta' Ottubru 2022, li daħal fis-seħħ fil-15 ta' Novembru 2022 u kompla jiġi modifikat wara skambji mal-Kummissjoni u ġie adottat f'verżjoni emendata fit-22 ta' Novembru 2022. L-Ungerija bdiet stħarriġ ex ante quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża, li sab li l-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju huwa f'konformità mal-prinċipju ta' monopolju tal-prosekuzzjoni kif stabbilit fil-Liġi Fundamentali Ungeriża. L-Ungerija finalment ippreżentat lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' Digrieti li jistabbilixxu r-regolamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta' stħarriġ u impenjat ruħha li tadottahom mingħajr dewmien sabiex tiżgura li dawn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2023.

(46)

L-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju jimplimenta għadd ta' impenji proposti fil-miżuri ta' rimedju billi jintroduċi emendi rilevanti għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Il-Kummissjoni laqgħet ukoll il-miżuri addizzjonali meħuda mill-Ungerija fil-qafas tal-emenda tal-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju, bħas-setgħa għall-Awtorità tal-Integrità li tippreżenta mozzjoni għal reviżjoni jew reviżjoni ripetuta u l-abolizzjoni tas-setgħa tal-Prosekutur Ġenerali li jippreżenta rimedju straordinarju kontra d-deċiżjonijiet. Madankollu, kif muri mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni, dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju jintroduċu marġni ta' diskrezzjoni fil-proċedura li tista' tintuża biex jiġi affettwat l-eżitu wara mozzjoni għal stħarriġ jew għal prosekuzzjoni, li jikkomprometti l-effettività u l-adegwatezza ġenerali tal-miżura ta' rimedju. B'mod partikolari, (i) ir-regoli applikabbli ma jiddikjarawx b'mod ċar il-konsegwenzi legali għall-prosekutur ta' deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla d-deċiżjoni tiegħu wara mozzjoni għal stħarriġ. Peress li ma hemm l-ebda garanzija li d-deċiżjonijiet ta' stħarriġ ġudizzjarju ser jiġu segwiti kif xieraq permezz ta' azzjoni korretta mill-prosekutur, id-diskrezzjoni mogħtija lill-prosekutur iddgħajjef serjament l-effettività u b'hekk l-adegwatezza tal-miżura ta' rimedju. Barra minn hekk (ii) għall-każijiet fejn tista' tiġi ppreżentata mozzjoni għal prosekuzzjoni, l-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju jirrikjedi eżami tar-raġuni għall-mozzjoni għal prosekuzzjoni mill-qorti tal-proċess in camera u mingħajr ma tinstema' l-evidenza, li huwa addizzjonali għall-eżami preliminari tar-raġunijiet formali stabbilit skont il-proċedura l-ġdida.

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni u tar-raġunijiet ipprovduti fiha, tali eżami mill-qorti tal-proċess tar-raġuni għall-mozzjoni għal prosekuzzjoni jammonta għal filtrazzjoni sostantiva li tirriskja li tantiċipa jew tipprevjeni deċiżjoni dwar il-merti, mingħajr il-possibbiltà li tiġi mfittxija u tinstema' l-evidenza fil-każ. Dan jirrappreżenta pass mhux meħtieġ u jdgħajjef l-effettività tal-miżura ta' rimedju. Fl-aħħar nett, l-Att dwar l-Istħarriġ Ġudizzjarju ma jiċċarax il-kamp ta' applikazzjoni fiż-żmien tar-regoli l-ġodda u, b'mod partikolari, jonqos milli jiċċara li l-proċedura l-ġdida ser tapplika wkoll għal reati kriminali (mhux preskritti) imwettqa qabel l-1 ta' Jannar 2023. Il-Kunsill iqis li għal dawn ir-raġunijiet u dawk stabbiliti aktar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, id-dgħufijiet identifikati huma ta' gravità tali li jikkompromettu serjament l-adegwatezza tal-miżura ta' rimedju biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjoni u sanzjonar ineffettivi ta' reati kriminali fil-qasam tal-proprjeta' pubblika.

(f)   Tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' awditjar u kontroll biex jiġi garantit l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni

(47)

L-Ungerija impenjat ruħha li ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' awditjar u kontroll biex tiggarantixxi l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni billi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti inkludiet dispożizzjonijiet biex issaħħaħ ir-regoli u l-proċeduri biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi b'mod aktar effettiv il-kunflitti ta' interess fl-użu tal-fondi tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkluż mekkaniżmu ta' kontroll effettiv fuq il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Ungerija ħadet għadd ta' passi biex tindirizza l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni għal din il-miżura ta' rimedju. B'mod partikolari, l-Assemblea Nazzjonali adottat u mmodifikat ulterjorment l-Att XXVIII tal-2022 li stabbilixxa d-Direttorat tal-Awditjar Intern u l-Integrità fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jipprovdih garanziji ta' indipendenza u effettività. Il-pakkett ta' servizzi kien jinkludi wkoll abbozz ta' liġi li jbiddel il-qafas regolatorju li jirregola d-Direttorat Ġenerali għall-Awditjar tal-Fondi Ewropej ("EUTAF"). L-Ungerija adottat ukoll id-Digriet tal-Gvern 373/2022, li jemenda d-Digriet 374/2022 kif ukoll id-Digriet tal-Gvern 463/2022, li jsaħħaħ ir-regoli u l-proċeduri biex jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi b'mod aktar effettiv il-kunflitti ta' interess. Abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022 u r-raġunijiet ipprovduti fiha, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni u li t-testi leġiżlattivi rilevanti jissodisfaw l-impenji stabbiliti mill-miżura ta' rimedju.

(g)   Tnaqqis tas-sehem ta' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti b'offerti waħdiena ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni

(48)

L-Ungerija impenjat ruħha li tnaqqas is-sehem tal-proċeduri tal-offerti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u magħluqa fl-2022 b'offerti waħdiena ta' inqas minn 15 %, kif imkejjel bil-metodoloġija tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern, sal-31 ta' Diċembru 2022. Il-Pass Ewlieni ta' Implimentazzjoni għal din il-miżura kien il-prestazzjoni tal-ewwel awditu mill-EUTAF dwar il-konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern sat-30 ta' Settembru 2022. L-Ungerija ppreżentat ir-rapport fis-7 ta' Ottubru 2022 u, wara kummenti mill-Kummissjoni, ippreżentat verżjoni finali riveduta fit-3 ta' Novembru 2022. L-awditu kkonkluda li l-metodoloġija użata kienet adegwata u konformi mal-metodoloġija użata mit-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Internet, b'eċċezzjoni waħda, li għaliha l-EUTAF ifformula rakkomandazzjoni. Abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022 u r-raġunijiet ipprovduti fiha, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Pass Ewlieni ta' Implimentazzjoni kif meħtieġ mill-miżura ta' rimedju.

(i)   Żvilupp ta' għodda ta' rapportar ta' offerta waħdanija għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar proċeduri ta' akkwisti pubbliċi magħluqa b'offerti waħdiena

(49)

L-Ungerija impenjat ruħha li tiżviluppa għodda ġdida ta' monitoraġġ u rapportar għall-kejl tas-sehem tal-proċeduri ta' akkwist li jirriżultaw f'offerti waħdiena ffinanzjati minn riżorsi nazzjonali jew minn appoġġ tal-Unjoni jew mit-tnejn li huma sat-30 ta' Settembru 2022. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Ungerija ħadet għadd ta' passi biex tindirizza l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni għal dik il-miżura ta' rimedju. B'mod partikolari, l-Ungerija żviluppat għodda ġdida ta' monitoraġġ u rapportar li ġiet awditjata bħala operazzjonali, funzjonali u kapaċi timmonitorja l-proporzjon ta' proċeduri ta' akkwist b'offerta waħdanija. F'konformità mal-miżura ta' rimedju, l-għodda ta' rapportar ser tiġi żviluppata aktar sal-31 ta' Diċembru 2022 biex tinkludi data dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022 u r-raġunijiet ipprovduti fiha, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni u l-għodda ta' rapportar ta' offerta waħdanija ġiet żviluppata u hija operazzjonali kif meħtieġa mill-miżura ta' rimedju.

(j)   L-iżvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku biex tiżdied it-trasparenza

(50)

Sabiex tiżdied it-trasparenza fl-akkwist pubbliku, l-Ungerija impenjat ruħha li toħloq u tippubblika fuq is-sit web tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku bażi tad-data li jkun fiha informazzjoni dwar l-avviżi kollha ta' għoti ta' kuntratti ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku f'forma strutturata, inkluż in-numri ta' identifikazzjoni tal-kumpaniji u l-ismijiet ta' kull membru individwali tal-konsorzji u s-sottokuntratturi. Dik il-bażi ta' data għandha tiġi aġġornata regolarment u tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni li l-iżvilupp ta' bażi ta' data bil-funzjonalitajiet meħtieġa tlesta sat-30 ta' Settembru 2022. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-funzjonalitajiet tal-bażi tad-data l-ġdida, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Pass Ewlieni ta' Implimentazzjoni rilevanti għal din il-miżura u ssodisfatu.

(k)   Żvilupp ta' qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi

(51)

Sabiex tikkonforma mal-impenn tagħha li tiżviluppa qafas għall-kejl tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi sat-30 ta' Settembru 2022, li għandu jkun operazzjonali sat-30 ta' Novembru 2022, fil-5 ta' Settembru 2022 l-Ungerija adottat id-Deċiżjoni tal-Gvern 1425/2022. Fit-30 ta' Novembru 2022, l-Ungerija ppubblikat fuq is-sit web tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku dokument li jistabbilixxi l-qafas għall-kejl tal-prestazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Gvern 1425/2022, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Pass Ewlieni ta' Implimentazzjoni rilevanti u ssodisfat l-impenji tagħha għal din il-miżura.

(o)   L-applikazzjoni ta' ARACHNE, għodda tal-Kummissjoni għall-kejl tar-riskju

(52)

Fir-rigward tat-tħassib imqajjem dwar il-kapaċità tal-Ungerija li ttejjeb il-kontrolli tal-kunflitt ta' interess rigward l-użu tal-fondi tal-Unjoni, l-Ungerija impenjat ruħha li tapplika proċeduri għall-użu sistematiku u estiż tal-funzjonalitajiet kollha tal-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju (ARACHNE) li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għal kwalunkwe appoġġ mill-Unjoni u għall-perjodi kollha ta' programmazzjoni, biex jiġu evitati u identifikati b'mod effettiv il-kunflitti ta' interess, il-frodi, il-korruzzjoni, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra. Fit-30 ta' Settembru 2022, il-Gvern Ungeriż adotta d-Digriet tal-Gvern 373/2022 u d-Digriet emendatorju 374/2022, li daħal fis-seħħ fl-istess jum u stabbilixxa dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' ċerta data lil ARACHNE fuq bażi regolari. Ukoll, fl-istess jum, ġie trażmess l-ewwel pakkett ta' data lill-ARACHNE. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li d-Digriet tal-Gvern 373/2022 u d-Digriet emendatorju 374/2022 jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-użu sistematiku u effettiv tal-ARACHNE, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Pass Ewlieni ta' Implimentazzjoni rilevanti u ssodisfat l-impenji tagħha għal din il-miżura.

(p)   It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-OLAF

(53)

L-Ungerija impenjat ruħha li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-OLAF billi tinnomina awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF fit-twettiq ta' kontrolli fuq il-post fl-Ungerija meta operatur ekonomiku soġġett għal dawk il-kontrolli jirrifjuta li jikkoopera. L-Ungerija impenjat ruħha wkoll li tintroduċi sanzjoni dissważiva tat-tip finanzjarju li tiġi imposta f'każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jikkoopera mal-OLAF għall-finijiet tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet tal-OLAF fuq il-post. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, fl-4 ta' Ottubru 2022, l-Assemblea Nazzjonali adottat l-Att XXIX tal-2022, li emenda l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana tiġi nnominata bħala l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF u biex tintroduċi sanzjoni finanzjarja dissważiva li għandha tiġi imposta f'każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jikkoopera mal-OLAF. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni rilevanti u ssodisfat l-impenji tagħha għal din il-miżura.

(q)   L-adozzjoni ta' att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tal-infiq pubbliku

(54)

Bħala parti mis-sett ta' miżuri ta' rimedju, l-Ungerija impenjat ruħha li sal-31 ta' Ottubru 2022 tadotta att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tal-infiq pubbliku billi jistabbilixxi obbligu għall-korpi pubbliċi kollha li jippubblikaw b'mod proattiv sett definit minn qabel ta' informazzjoni dwar l-użu tal-fondi pubbliċi f'reġistru ċentrali. Wara l-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Assemblea Nazzjonali adottat fit-8 ta' Novembru 2022 l-Att XL tal-2022, li sussegwentement ġie emendat fit-22 ta' Novembru 2022 bħala parti mill-pakkett ta' servizzi. Fis-7 ta' Diċembru 2022, ġiet adottata emenda addizzjonali tad-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' proċedura amministrattiva addizzjonali għat-trasparenza. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ungerija ħadet il-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni meħtieġa, minkejja dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif aġġornata fid-9 ta' Diċembru 2022, għad hemm dgħufija fil-qafas regolatorju li timmina l-effettività tiegħu, b'mod partikolari n-nuqqas ta' obbligu għall-awtoritajiet kontraenti kollha li jippubblikaw informazzjoni fin-nuqqas ta' data dwar il-"korp responsabbli" għall-infiq pubbliku, l-awtorità kontraenti jew il-fornituri tas-servizzi, il-fornituri, u l-fornituri tal-kapaċità fis-sett minimu ta' data li għandha tittella' fir-reġistru ċentrali.

(55)

Fil-qosor, l-Ungerija ħadet għadd ta' passi biex tindirizza l-Passi Ewlenin ta' Implimentazzjoni (leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi) elenkati fl-Anness għall-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, u ħafna mill-impenji meħuda mill-Ungerija fil-miżuri ta' rimedju jistgħu jitqiesu bħala ssodisfati, kif deskritt hawn fuq. Dawn il-valutazzjonijiet pożittivi huma mingħajr preġudizzju għal żviluppi ulterjuri fir-rigward ta' dawk il-miżuri ta' rimedju li jeħtieġ li jiġu sostanzjati fil-prattika, jew li jeħtieġu perjodu ta' implimentazzjoni itwal f'konformità mal-impenji meħuda mill-Ungerija.

(56)

Madankollu, għad hemm dgħufijiet, riskji u nuqqasijiet sinifikanti f'għadd ta' miżuri ta' rimedju. B'mod partikolari, dgħufijiet sinifikanti jkomplu jimminaw serjament l-adegwatezza tal-miżuri ta' rimedju li għandhom natura orizzontali, strutturali u sistemika u huma ta' importanza kruċjali biex jirrimedjaw il-ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fir-rigward tal-akkwist pubbliku, l-effettività tal-azzjoni ta' prosekuzzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija. Għalhekk, dawn id-dgħufijiet jipperikolaw l-effettività tal-miżuri ta' rimedju meħuda fl-intier tagħhom. Meta jitqies il-karattru orizzontali, strutturali u sistemiku tal-miżuri li għad iridu jiġu ssodisfati, il-fatt li l-Ungerija ħarset b'mod sodisfaċenti għadd ta' impenji fir-rigward ta' miżuri ta' rimedju settorjali oħra mhuwiex biżżejjed biex tinbidel din il-konklużjoni.

(57)

B'kont meħud tan-natura orizzontali, strutturali u sistemika tal-miżuri li għad iridu jiġu ssodisfati, il-fatt li l-Ungerija ssodisfat b'mod sodisfaċenti għadd ta' impenji fir-rigward ta' miżuri ta' rimedju puntwali oħra mhuwiex biżżejjed biex jindirizza l-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-impatt li għandhom jew ir-riskju li jkollhom fuq il-baġit tal-Unjoni. Kif iċċarat mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni aġġornata tagħha tad-9 ta' Diċembru 2022, bl-eċċezzjoni unika tal-miżura ta' rimedju relatata mal-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta' interess pubbliku, il-miżuri ta' rimedju jridu jiġu vvalutati fl-intier tagħhom, bħala pakkett globali, fid-dawl tal-adegwatezza ġenerali tagħhom biex itemmu s-sitwazzjoni u abbażi ta' valutazzjoni kwalitattiva, u mhux biss kwantitattiva.

(58)

Konsegwentement, fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa hawn fuq, għandu jiġi konkluż li l-miżuri ta' rimedju nnotifikati mill-Ungerija, meħuda fl-intier tagħhom, kif adottati u fid-dawl tad-dettalji tagħhom, u l-inċertezza li tirriżulta dwar l-applikazzjoni tagħhom fil-prattika, ma jġibux fi tmiemu l-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Billi l-każijiet identifikati ta' nuqqas ta' konformità jirreferu għal ksur ta' natura sistemika, dawn jaffettwaw fil-biċċa l-kbira l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod suffiċjentement dirett.

(59)

Meta l-Kunsill isib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 jkunu ssodisfati, huwa għandu jadotta miżuri ta' livell xieraq sabiex jiżgura li l-baġit tal-Unjoni jkun protett mill-impatt attwali jew potenzjali li jirriżulta mill-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt.

(60)

Fid-dawl tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt identifikat f'din id-Deċiżjoni, u tal-impatt sinifikanti tiegħu fuq il-baġit tal-Unjoni, u minħabba li l-miżuri ta' rimedju adottati s'issa mill-Ungerija jippreżentaw dgħufijiet sinifikanti li jikkompromettu serjament l-adegwatezza tagħhom biex jindirizzaw dak il-ksur, il-Kunsill iqis li r-riskju li jirriżulta għall-baġit tal-Unjoni għadu għoli. Skont il-premessa (18) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-grad ta' kooperazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għandu jitqies meta jiġu stabbiliti l-miżuri li għandhom jiġu adottati. Inizjalment il-Kummissjoni qieset li approssimazzjoni raġonevoli għar-riskju għall-baġit tikkorrispondi għal 65 % tal-fondi tal-programmi kkonċernati. Madankollu, fid-dawl tal-għadd u s-sinifikat tal-miżuri ta' rimedju li ġew implimentati b'mod sodisfaċenti mill-Ungerija biex tindirizza l-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, li jiġi stabbilit riskju għall-baġit ta' 55% tal-programmi kkonċernati għandha tkun "approssimazzjoni raġonevoli". Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu sospiżi 55% tal-impenji fil-programmi kkonċernati, ladarba jiġu approvati. Dak il-livell jista' jitqies bħala approssimazzjoni raġonevoli tal-impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, jew ir-riskji serji għalih, tal-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, filwaqt li jitqies il-grad ta' kooperazzjoni tal-Ungerija matul il-proċedura, kif jirriżulta mill-miżuri ta' rimedju implimentati, u għalhekk huwa proporzjonat fid-dawl tal-objettiv tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092.

(61)

Fir-rigward tal-għażla fost it-tipi diversi ta' miżuri previsti mill-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-Kunsill iqis li s-sospensjoni tal-impenji baġitarji li jirriżultaw mill-programmi kkonċernati ladarba jiġu approvati tagħti protezzjoni effettiva u f'waqtha lill-baġit tal-Unjoni billi jiġi evitat li l-ksur tal-prinċipji tar-regoli tad-dritt identifikat f'din id-Deċiżjoni jaffettwa l-baġit allokat għall-programmi kkonċernati. Fl-istess ħin, is-sospensjoni tal-impenji baġitarji xorta tippermetti lill-Ungerija tibda timplimenta dawk il-programmi msemmija skont ir-regoli applikabbli, u għalhekk tippreserva l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u l-pożizzjoni tal-benefiċjarji finali. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' miżuri oħra possibbli, is-sospensjoni tal-impenji baġitarji hija ta' natura temporanja u ma għandhiex effetti definittivi f'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Il-miżura tista' għalhekk titneħħa skont il-proċedura prevista minn dak l-Artikolu msemmi mingħajr telf ta' finanzjament mill-Unjoni, dment li is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bis-sħiħ fi żmien sentejn. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, il-miżura magħżula hija għalhekk biżżejjed biex tinkiseb il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li hija l-inqas ta' piż, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ.

(62)

Fir-rigward tal-ksur identifikat b'rabta mat-trusts ta' interess pubbliku, il-qafas regolatorju fl-Ungerija għandu dgħufijiet, kif stabbilit hawn fuq, li ma rrimedjawx ir-riskju ta' kunflitt ta' interess li l-miżura ta' rimedju kellha tindirizza. Fid-dawl tal-inadegwatezza tal-miżura ta' rimedju, jibqa' riskju serju għall-baġit tal-Unjoni u jista' jiġi indirizzat bl-aħjar mod permezz ta' projbizzjoni milli tidħol f'impenji legali ġodda ma' kwalunkwe trust ta' interess pubbliku u ma' kwalunkwe entità miżmuma minnhom taħt kwalunkwe programm b'ġestjoni diretta jew indiretta. Tali miżura ma taffettwax l-allokazzjonijiet ġenerali tal-fondi mill-programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta u indiretta li xorta jistgħu jintużaw għal entitajiet oħra u għalhekk hija biżżejjed biex tinkiseb il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li tkun proporzjonata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(63)

Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, din id-Deċiżjoni ma taffettwax l-obbligi tal-Ungerija li timplimenta l-programmi u l-fondi kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, u b’mod partikolari l-obbligi tagħha lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, inkluż l-obbligu li tagħmel pagamenti skont ir-regoli speċifiċi għas-settur jew finanzjarji applikabbli. L-Ungerija għandha tirrapporta dwar il-konformità tagħha ma’ dawk l-obbligi lill-Kummissjoni kull tliet xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(64)

Jenħtieġ li l-Ungerija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rimedju li impenjat ruħha għalihom, u b'mod partikolari dwar dawk li jeħtieġu li jiġu sostanzjati fil-prattika jew li jirrikjedu perjodu ta' implimentazzjoni itwal.

(65)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Ungerija u teżerċita, kif xieraq, il-prerogattivi tagħha skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta malajr kwalunkwe żvilupp fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rimedju proposti mill-Ungerija sabiex tippreżenta lill-Kunsill mingħajr dewmien il-proposti meħtieġa għat-tneħħija tal-miżuri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 f'każ li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tagħhom ma jibqgħux jiġu ssodisfati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm lill-Kunsill infurmat perjodikament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1   Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 huma ssodisfati għall-adozzjoni ta’ miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija.

2   Il-miżuri ta’ rimedju proposti mill-Ungerija fuq il-bażi tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, mhumiex kompletament adegwati biex jindirizzaw il-konstatazzjonijiet stabbiliti fin-notifika tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Ungerija fis-27 ta’ April 2022.

Artikolu 2

1.   55% tal-impenji baġitarji taħt il-programmi operazzjonali li ġejjin fil-Politika ta' Koeżjoni, ladarba jiġu approvati, għandhom jiġu sospiżi:

(a)

il-Programm Operazzjonali għall-Ambjent u l-Effiċjenza Enerġetika Plus;

(b)

il-Programm Operazzjonali għat-Trasport Integrat Plus;

(c)

il-Programm Operazzjonali għall-Iżvilupp Territorjali u tal-Abitat Plus.

2   Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni diretta jew indiretta skont l-Artikolu 62(1) il-punti (a) u (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 , ma għandu jittieħed l-ebda impenn legali ma’ kwalunkwe trust ta’ interess pubbliku stabbilit fuq il-bażi tal-Att Ungeriż IX tal-2021 jew ma’ kwalunkwe entità miżmuma minn tali trust ta’ interess pubbliku.

Artikolu 3

L-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni sal-16 ta’ Marzu 2023 u kull tliet xhur wara, mill-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rimedju li l-Ungerija tkun impenjat ruħha għalihom bit-tieni tweġiba tagħha, tinkludi l-impenji addizzjonali inklużi fl-ittra tal-Ungerija tat-13 ta' Settembru 2022.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/110


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2507

tad-19 ta’ Diċembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1) li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fis-17 ta' Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1970 (3) li tipprevedi l-iskjerament fl-Armenja, sad-19 ta' Diċembru 2022, ta’ esperti tal-UE minn EUMM Georgia.

(3)

Fil-25 ta' Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2318 (4) li testendi l-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2024.

(4)

Valutazzjoni strateġika tal-kompitu introdott bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1970 wasslet lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jikkonkludi li, mill-20 ta' Diċembru 2022, l-EUMM Georgia jenħtieġ li tiskjera b’mod temporanju tim fl-Armenja biex jissaħħaħ l-għarfien tal-Unjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ippjanar u t-tħejjija ta' missjoni ċivili possibbli fl-Armenja taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

L-EUMM Georgia ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2010/452/PESK, l-Artikolu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3a

L-EUMM Georgia għandha tiskjera tim fl-Armenja sabiex jissaħħaħ l-għarfien tal-Unjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ippjanar u t-tħejjija ta' missjoni ċivili possibbli tal-PSDK fl-Armenja.

Dan il-kompitu għandu jintemm meta l-Kunsill jiddeċiedi hekk."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-20 ta' Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1970 tal-17 ta' Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 93).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta' Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/112


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2508

tad-9 ta’ Diċembru 2022

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industrija tat-tessuti

(notifikata bid-dokument C(2022) 8984)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara l-kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT - Best Available Techniques) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar il-BAT.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), ipprovda lill-Kummissjoni, fl-10 ta’ Mejju 2022, bl-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għall-industrija tat-tessuti. Dik l-opinjoni hija disponibbli pubblikament (3).

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT. Fihom l-elementi ewlenin tad-dokument ta’ referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT) għall-industrija tat-tessuti, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).

(3)  https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/fdb14511-4fc5-4b90-b495-79033a1787af?p=1&n=10&sort=modified_DESC


ANNESS

1.   KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TESSUTI

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:

6.2.

Trattament minn qabel (operazzjonijiet bħal ħasil, ibbliċjar, illustrar) jew l-għoti ta’ kuluranti lil fibri tat-tessuti jew lil tessuti fejn il-kapaċità tat-trattament taqbeż l-għaxar tunnellati kuljum.

6.11.

Trattament tal-ilma mormi mħaddem indipendentement mhux kopert mid-Direttiva 91/271/KEE, dment li t-tagħbija prinċipali ta’ sustanzi niġġiesa toriġina mill-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ikopru wkoll dawn li ġejjin:

L-attivitajiet li ġejjin meta jkunu assoċjati direttament mal-attivitajiet speċifikati fil-punt 6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:

il-kisi;

id-dry cleaning;

il-produzzjoni tad-drapp;

il-finitura;

il-laminazzjoni;

l-istampar;

it-tixwit;

il-karbonizzazzjoni tas-suf;

it-tindif u t-tħaxxin tas-suf;

l-għażil tal-fibri (għajr il-fibri magħmula mill-bniedem);

il-ħasil jew it-tlaħliħ assoċjat mal-għoti ta’ kuluranti, mal-istampar jew mal-finitura.

It-trattament ikkombinat tal-ilma mormi minn oriġini differenti, dment li t-tagħbija ewlenija ta’ sustanzi niġġiesa toriġina minn attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT u li t-trattament tal-ilma mormi ma jkunx kopert mid-Direttiva 91/271/KEE.

Impjanti tal-kombustjoni fuq il-post li huma assoċjati direttament mal-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, dment li l-prodotti gassużi tal-kombustjoni jitqiegħdu f’kuntatt dirett mal-fibri tat-tessuti jew mat-tessuti (bħat-tisħin dirett, it-tnixxif, l-iffissar bis-sħana) jew meta s-sħana radjanti u/jew konduttiva tiġi ttrasferita minn ħajt solidu (tisħin indirett) mingħajr ma jintuża fluwidu intermedjarju għat-trasferiment tas-sħana.

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ma jkoprux dawn li ġejjin:

Il-kisi u l-laminazzjoni b’kapaċità ta’ konsum ta’ solvent organiku ta’ aktar minn 150 kg fis-siegħa jew aktar minn 200 tunnellata fis-sena. Dawn huma koperti mill-konklużjonijiet dwar il-BAT dwar it-trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi organiċi inkluża l-preżervazzjoni tal-injam u tal-prodotti tal-injam b’sustanzi kimiċi (STS).

Il-produzzjoni ta’ fibri u ta’ raden magħmula mill-bniedem. Din tista’ tkun koperta mill-konklużjonijiet dwar il-BAT li jkopru s-settur tal-produzzjoni tal-polimeri.

It-tneħħija tal-pil minn ġlud ħoxnin u minn ġlud. Din tista’ tkun koperta mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-konzar ta’ ġlud ħoxnin u ta’ ġlud (TAN).

Konklużjonijiet oħrajn dwar il-BAT u dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jinkludu dawn li ġejjin:

It-Trattament tal-Wiċċ bl-Użu ta’ Solventi Organiċi inkluża l-Preżervazzjoni tal-Injam u tal-Prodotti tal-Injam b’Sustanzi Kimiċi (STS);

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI);

It-Trattament tal-Iskart (WT);

L-Emissjonijiet minn Ħżin (EFS);

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE);

Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS);

Il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma minn Installazzjonijiet IED (ROM);

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM).

Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, eż. dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH), dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (CLP), dwar il-prodotti bijoċidali (BPR) jew dwar l-effiċjenza enerġetika (il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”).

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Termini ġenerali

Terminu użat

Definizzjoni

Proporzjon bejn l-arja u t-tessut

Il-proporzjon tal-fluss totali tal-volum tal-gass tal-egżost (espress f’Nm3/h) mill-punt tal-emissjoni ta’ unità tat-trattament tat-tessuti (eż. stenter) sat-throughput korrispondenti tat-tessut li għandu jiġi ttrattat (tessut xott, espress f’kg/h).

Materjali ċellulożiċi

Il-materjali ċellulożiċi jinkludu l-qoton u l-viskuż.

Emissjonijiet inkanalati

L-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ kanal, pajp, ċumnija, eċċ.

Kejl kontinwu

Kejl bl-użu ta’ sistema ta’ kejl awtomatizzata installata b’mod permanenti fuq il-post.

Tneħħija tal-apprestaturi

Trattament minn qabel tal-materjali tat-tessut biex jitneħħew is-sustanzi kimiċi apprestaturi mid-drapp minsuġ.

Emissjonijiet diffużi

L-emissjonijiet mhux inkanalati fl-arja.

Skariku dirett

Skariku lejn korp tal-ilma riċeventi mingħajr trattament ulterjuri tal-ilma mormi downstream.

Dry cleaning

Tindif ta’ materjali tat-tessut b’solvent organiku.

Impjant eżistenti

Impjant li ma huwiex impjant ġdid.

Produzzjoni tad-drapp

Il-produzzjoni tad-drapp, eż. bl-insiġ jew bil-ħdim bil-labar.

Finitura

Trattament fiżiku u/jew kimiku li għandu l-għan li jagħti lill-materjali tat-tessut karatteristiċi tal-użu aħħari bħall-effetti viżwali, il-karatteristiċi tal-immaniġġar, il-kapaċità ta’ reżistenza għall-ilma jew in-nuqqas ta’ fjammabbiltà.

Laminazzjoni bi fjamma

It-twaħħil ta’ tessuti bl-użu ta’ folja ta’ fowm termoplastiku, esposta għal fjamma li tinsab qabel ir-rombli tal-laminazzjoni.

Sustanza perikoluża

Sustanza perikoluża kif iddefinita fil-punt 18 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/75/UE.

Skart perikoluż

Skart perikoluż kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Skariku indirett

Skariku li ma jkunx skariku dirett.

Proporzjon tal-likur

Għal proċess f’lott, il-proporzjon tal-piż bejn il-materjali tat-tessut xotti u l-likur tal-proċess użat.

Koeffiċjent ta’ partizzjoni ottanol/ilma

Il-proporzjon tal-konċentrazzjonijiet ta’ ekwilibriju ta’ sustanza maħlula f’sistema b’żewġ fażijiet li tikkonsisti f’solventi li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma immixxibbli, ottanol u ilma.

Aġġornament kbir tal-impjant

Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant b’aġġustamenti jew sostituzzjonijiet kbar tat-teknika/tekniki tal-proċess u/jew tat-tnaqqis u t-tagħmir assoċjat.

Fluss tal-massa

Il-massa ta’ sustanza jew parametru partikolari li tiġi emessa fuq perjodu ta’ żmien definit.

Impjant ġdid

Impjant li jiġi permess għall-ewwel darba fuq is-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni kompleta ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Solvent organiku

Solvent organiku kif iddefinit fl-Artikolu 3(46) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Kejl perjodiku

Kejl f’intervalli ta’ żmien speċifikati bl-użu ta’ metodi manwali jew awtomatizzati.

Assorbiment

Għal proċess kontinwu, proporzjon tal-piż bejn il-likwidu meħud mill-materjali tat-tessut u l-materjali tat-tessuti xotti.

Sustanzi kimiċi tal-proċess

Sustanzi u/jew taħlitiet kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2) li jintużaw fil-proċess(i), inklużi s-sustanzi kimiċi apprestaturi, is-sustanzi kimiċi tal-ibbliċjar, l-għoti tal-kuluranti, il-pejsts tal-istampar u s-sustanzi kimiċi tal-finitura. Is-sustanzi kimiċi tal-proċess jista’ jkun fihom sustanzi perikolużi u/jew sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.

Likur tal-proċess

Soluzzjoni u/jew sospensjoni li jkun fiha sustanzi kimiċi tal-proċess.

Assorbiment residwu

Il-kapaċità li jifdal ta’ materjali tat-tessut niedja biex jassorbu likwidu addizzjonali (wara l-assorbiment inizjali).

Ħasil preliminari

Trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut li jikkonsisti fil-ħasil tal-materjal tat-tessut li jkun dieħel.

Tixwit

It-tneħħija tal-fibri fil-wiċċ tad-drapp billi d-drapp jingħadda minn fjamma jew minn pjanċi msaħħna.

Għoti ta’ apprestaturi

L-imprenjazzjoni tar-raden b’sustanzi kimiċi tal-proċess li għandhom l-għan li jipproteġu r-raden u jipprovdu l-lubrikazzjoni matul l-insiġ.

Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 u inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna, skont ir-Regolament REACH ((KE) Nru 1907/2006).

Materjali sintetiċi

Il-materjali sintetiċi jinkludu l-poliester, il-poliammid u l-akriliku.

Materjali tat-tessut

Fibri tat-tessut u/jew tessuti.

Trattament termiku

It-trattament termiku tal-materjali tat-tessut jinkludi t-termofissazzjoni, l-iffissar bis-sħana jew stadju tal-proċess (eż. tnixxif, twebbis) tal-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (eż. kisi, għoti ta’ kuluranti, trattament minn qabel, finitura, stampar, laminazzjoni).


Sustanzi niġġiesa u parametri

Terminu użat

Definizzjoni

Antimonju

L-antimonju, espress bħala Sb, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-antimonju, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

AOX

L-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, espressi bħala Cl, li jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju adsorbibbli marbuta organikament.

BOD n

Domanda bijokimika ta’ ossiġenu. L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju f’n jiem (n tipikament tkun 5 jew 7). Il-BODn hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa tal-komposti organiċi bijodegradabbli.

Kromu

Il-kromu, espress bħala Cr, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kromu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

CO

Monossidu tal-karbonju.

COD

Domanda kimika ta’ ossiġenu. L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju bl-użu tad-dikromat. Is-COD hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa ta’ komposti organiċi.

Ram

Ir-ram, espress bħala Cu, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tar-ram, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

CMR

Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni. Dan jinkludi s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A, 1B u 2, kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u emendati, jiġifieri b’kodiċijiet tad-dikjarazzjoni ta’ periklu: H340, H341, H350, H351, H360 u H361.

Trab

Materja partikolata totali (fl-arja).

HOI

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi. Is-somma ta’ komposti li jistgħu jiġu estratti b’solvent ta’ idrokarburi (inklużi idrokarburi alifatiċi, aliċikliċi, aromatiċi jew aromatiċi b’sostituzzjoni tal-alkil b’katina twila jew f’fergħat).

NH3

Ammonijaka.

Nikil

In-nikil, espress bħala Ni, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tan-nikil, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

NOX

Is-somma ta’ monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2.), espressa bħala NO2.

SOX

Is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2), triossidu tal-kubrit (SO3) u aerosols tal-aċidu sulfuriku, espressa bħala SO2.

Sulfur, rilaxxat faċilment

Is-somma ta’ sulfuri maħlula u ta’ dawk is-sulfuri mhux maħlula li jiġu rilaxxati faċilment mal-aċidifikazzjoni, espressa bħala S2–.

TOC

Il-kontenut totali ta’ karbonju organiku, espress bħala C (fl-ilma), jinkludi l-komposti organiċi kollha.

N

In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u nitroġenu tal-ammonju (NH4-N), nitroġenu tan-nitrit (NO2-N), nitroġenu tan-nitrat (NO3-N) u nitroġenu marbut organikament.

TP

Il-fosforu totali, espress bħala P, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

TSS

Solidi sospiżi totali. Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-metodu gravimetriku.

TVOC

Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja).

KOV

Kompost organiku volatili kif iddefinit fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Żingu

Iż-żingu, espress bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli.

AKRONIMI

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:

Akronimu

Definizzjoni

CMS

Sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi

DTPA

Aċidu dietilentriamminapentaaċetiku

EDTA

Aċidu etilendiamminatetraaċetiku

EMS

Sistema ta’ ġestjoni ambjentali

ESP

Preċipitatur elettrostatiku

IED

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE)

OTNOC

Kundizzjonijiet operattivi għajr dawk normali

PFAS

Sustanzi per- u polifluworoalkilati

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-anqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet dwar il-BAT huma applikabbli b’mod ġenerali.

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ gass ta’ skart) fil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef, f’temperatura ta’ 273,15 K u bi pressjoni ta’ 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għall-kontenut ta’ ossiġenu, u espress f’mg/Nm3.

Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja tal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja, tapplika d-definizzjoni li ġejja.

Tip ta’ kejl

Il-perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Definizzjoni

Perjodiku

Medja fuq il-perjodu tal-kampjunar

Valur medju ta’ tliet kampjuni/kejlijiet konsekuttivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed.  (4)

Għall-fini tal-kalkolu tal-flussi tal-massa fir-rigward tal-BAT 9, il-BAT 26, il-BAT 27 u t-Tabella 1.5 u t-Tabella 1.6, fejn il-gassijiet ta’ skart minn tip wieħed ta’ sors (eż. stenter) skarikati minn żewġ punti ta’ emissjoni separati jew aktar jistgħu, fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn punt ta’ emissjoni komuni, dawn il-punti ta’ emissjoni għandhom jitqiesu bħala punt ta’ emissjoni wieħed (ara wkoll il-BAT 23). Il-flussi tal-massa fil-livell tal-impjant/tal-installazzjoni jistgħu jintużaw bħala alternattiva.

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ ilma), espressi f’mg/l.

Il-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja assoċjati mal-BAT-AELs jirreferu għal kwalunkwe wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin:

Fil-każ ta’ skariku kontinwu, il-valuri medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni komposti proporzjonali għall-fluss fuq 24 siegħa.

Fil-każ ta’ skariki f’lottijiet, il-valuri medji matul id-durata tar-rilaxx meħuda bħala kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss jew, dment li l-effluwent ikun imħallat sew u omoġenju, jittieħed kampjun fuq il-post qabel l-iskariku.

Jistgħu jintużaw kampjuni komposti proporzjonali għall-ħin, dment li jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed. Inkella, jistgħu jittieħdu kampjuni fuq il-post, dment li l-effluwent ikun imħallat u omoġenju kif xieraq.

Fil-każ tal-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) u d-domanda kimika ta’ ossiġenu (COD), il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmi f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (ara t-Tabella 1.3) huwa bbażat fuq it-tagħbija influwenti u effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.

Il-BAT-AELs japplikaw fil-punt minn fejn l-emissjoni tħalli l-impjant.

Livelli oħrajn ta’ prestazzjoni ambjentali

Livelli indikattivi għall-konsum speċifiku tal-enerġija

Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi relatati mal-konsum speċifiku tal-enerġija jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

rata tal-konsum tal-enerġija

:

l-ammont annwali totali ta’ sħana u elettriku kkunsmat mit-trattament termiku, bit-tnaqqis tas-sħana rkuprata mit-trattament termiku, espress f’MWh/sena;

rata ta’ attività

:

l-ammont annwali totali ta’ materjali tat-tessut trattati fit-trattament termiku, espress f’t/sena.

Livelli indikattivi għall-konsum speċifiku tal-ilma

Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi relatati mal-konsum speċifiku tal-ilma jirreferu għall-medji annwali kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

rata tal-konsum tal-ilma

:

l-ammont annwali totali ta’ ilma kkunsmat minn proċess partikolari (eż. l-ibbliċjar) inkluż l-ilma użat għall-ħasil u t-tlaħliħ tal-materjali tat-tessut u għat-tindif tat-tagħmir, bit-tnaqqis tal-ilma użat mill-ġdid u/jew riċiklat għall-proċess, espress f’m3/sena;

rata ta’ attività

:

l-ammont annwali totali ta’ materjali tat-tessut trattati fi proċess partikolari (eż. l-ibbliċjar), espress f’t/sena.

Livell speċifiku ta’ rkupru tal-grass tas-suf assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli

Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali relatat mal-irkupru tal-grass tas-suf speċifiku jirreferi għal medja annwali kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

rata ta’ grass tas-suf irkuprat

:

l-ammont annwali totali ta’ grass tas-suf irkuprat mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum permezz tal-ħasil preliminari, espress f’kg/sena;

rata ta’ attività

:

l-ammont annwali totali ta’ fibri tas-suf mhux maħdum ttrattati minn qabel b’ħasil preliminari, espress f’t/sena.

Livell ta’ rkupru tas-soda kawstika assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli

Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali relatat mal-irkupru tas-soda kawstika jirreferi għal medja annwali kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

rata ta’ soda kawstika rkuprata

:

l-ammont annwali totali ta’ soda kawstika rkuprata minn ilma tat-tlaħliħ użat għall-illustrar, espress f’kg/sena;

rata ta’ soda kawstika qabel l-irkupru

:

l-ammont annwali totali ta’ soda kawstika fl-ilma tat-tlaħliħ użat għall-illustrar, espress f’kg/sena.

1.1.    Konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT

1.1.1.   Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 1.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva;

ii.

analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-installazzjoni li huma assoċjati mar-riskji possibbli għall-ambjent (jew għas-saħħa tal-bniedem) kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent;

iii.

l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

iv.

l-istabbiliment ta’ objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluża s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli;

v.

l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inklużi azzjonijiet korrettivi u preventivi, meta jkunu meħtieġa), sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali;

vi.

id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa;

vii.

l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-membri tal-persunal li l-ħidma tagħhom tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ);

viii.

il-komunikazzjoni interna u esterna;

ix.

it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali;

x.

l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub sabiex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti, kif ukoll ir-rekords rilevanti;

xi.

l-ippjanar operazzjonali effettiv u l-kontroll tal-proċessi;

xii.

l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa;

xiii.

it-tħejjija f’każ ta’ emerġenza u l-protokolli ta’ rispons, inkluża l-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

xiv.

meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inklużi l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u d-dekummissjonar;

xv.

l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u kejl; jekk tkun meħtieġa, l-informazzjoni tista’ tinstab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet tal-IED;

xvi.

l-applikazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari;

xvii.

l-awditjar intern indipendenti perjodiku (sa fejn ikun prattikabbli) u l-awditjar estern indipendenti perjodiku sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS hijiex konformi jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;

xviii.

l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqasijiet ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistux jew jekk jistgħux iseħħu nuqqasijiet ta’ konformità simili;

xix.

ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;

xx.

is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa.

Speċifikament għall-industrija tat-tessuti, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:

xxi.

inventarju tal-inputs u tal-outputs (ara l-BAT 2);

xxii.

pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC (ara l-BAT 3);

xxiii.

pjan tal-ġestjoni tal-ilma u awditi tal-ilma (ara l-BAT 10);

xxiv.

pjan għall-effiċjenza enerġetika u awditi tal-enerġija (ara l-BAT 11);

xxv.

sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi (ara l-BAT 14);

xxvi.

pjan tal-immaniġġjar tal-iskart (ara l-BAT 29).

Nota

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni Ewropea, li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.

Applikabbiltà

Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-medda ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.

BAT 2.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi stabbilit, miżmum u rieżaminat regolarment (inkluż meta sseħħ bidla sinifikanti) inventarju tal-inputs u tal-outputs, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

I.

informazzjoni dwar il-proċess(i) tal-produzzjoni, inklużi:

a.

skedi simplifikati tal-fluss tal-proċess li juru l-oriġini tal-emissjonijiet;

b.

deskrizzjonijiet tat-tekniki integrati fil-proċess u tat-tekniki ta’ trattament tal-ilma mormi/tal-gass ta’ skart għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluż l-prestazzjoni tagħhom (eż. l-effiċjenza tat-tnaqqis);

II.

informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiċi tal-materjali użati, inklużi l-materjali tat-tessut (ara l-BAT 5 (a)) u s-sustanzi kimiċi tal-proċess (ara l-BAT 15);

III.

informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tal-ilma (eż. dijagrammi tal-fluss u bilanċi tal-massa tal-ilma);

IV.

informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tal-enerġija;

V.

informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma mormi, bħal:

a.

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss, il-pH, it-temperatura u l-konduttività;

b.

il-konċentrazzjoni medja u l-valuri tal-fluss tal-massa tas-sustanzi/tal-parametri rilevanti (eż. is-COD/it-TOC, l-ispeċijiet tan-nitroġenu, il-fosforu, il-metalli, is-sustanzi prijoritarji, il-mikroplastik) kif ukoll il-varjabbiltà tagħhom;

c.

data dwar it-tossiċità, il-bijoeliminabbiltà u l-bijodegradabbiltà (eż. BODn, il-proporzjon ta’ BODn għal COD, ir-riżultati tat-test ta’ Zahn-Wellens, il-potenzjal ta’ inibizzjoni bijoloġika (eż. l-inibizzjoni ta’ ħama attivat));

VI.

informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-flussi tal-gass ta’ skart, bħal:

a.

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss u tat-temperatura;

b.

il-konċentrazzjoni medja u l-valuri tal-fluss tal-massa tas-sustanzi/tal-parametri rilevanti (eż. it-trab, il-komposti organiċi) kif ukoll il-varjabbiltà tagħhom; jistgħu jintużaw fatturi ta’ emissjoni biex tiġi vvalutata l-varjabbiltà tal-emissjonijiet fl-arja (ara t-Taqsima 1.9.1);

c.

il-fjammabbiltà, il-limiti inferjuri u superjuri tal-fjammabbiltà, ir-reattività, il-proprjetajiet perikolużi;

d.

il-preżenza ta’ sustanzi oħrajn li jistgħu jaffettwaw is-sistema tat-trattament tal-gass ta’ skart jew is-sikurezza tal-impjant (eż. il-fwar tal-ilma, it-trab);

VII.

informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiċi tal-iskart iġġenerat.

Applikabbiltà

Ġeneralment, l-ambitu (eż. il-livell ta’ dettall) u n-natura tal-inventarju se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.

BAT 3.

Sabiex titnaqqas il-frekwenza tal-okkorrenza tal-OTNOC u jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-OTNOC, il-BAT hija li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC ibbażat fuq ir-riskju bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

i.

l-identifikazzjoni ta’ OTNOC potenzjali (eż. ħsara f’tagħmir kritiku għall-ħarsien tal-ambjent (“tagħmir kritiku”)), tal-kawżi li wasslu għalihom u tal-konsegwenzi potenzjali tagħhom, u rieżami u aġġornament regolari tal-lista ta’ OTNOC identifikati wara l-valutazzjoni perjodika msemmija hawn taħt;

ii.

disinn xieraq tat-tagħmir kritiku (eż. it-trattament tal-ilma mormi, it-tekniki ta’ tnaqqis tal-gass ta’ skart);

iii.

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ spezzjoni u ta’ manutenzjoni preventiva għal tagħmir kritiku (ara l-BAT 1 xii);

iv.

il-monitoraġġ (jiġifieri l-istima jew, meta possibbli, il-kejl) u r-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet matul l-OTNOC u ta’ ċirkostanzi assoċjati;

v.

il-valutazzjoni perjodika tal-emissjonijiet li jseħħu waqt l-OTNOC (eż. il-frekwenza tal-avvenimenti, id-durata, l-ammont ta’ sustanzi niġġiesa emessi) u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa;

vi.

ir-rieżami u l-aġġornament regolari tal-lista ta’ OTNOC identifikati skont il-punt i. b’segwitu tal-valutazzjoni perjodika tal-punt v.;

vii.

l-ittestjar regolari tas-sistemi ta’ riżerva.

Applikabbiltà

Ġeneralment, il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.

BAT 4.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintużaw sistemi avvanzati ta’ monitoraġġ u kontroll tal-proċess.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-proċessi jsiru b’sistemi awtomatizzati online mgħammra b’sensuri u b’kontrolluri li jużaw konnessjonijiet ta’ feedback biex janalizzaw u jadattaw malajr il-parametri ewlenin tal-proċess biex jilħqu l-kundizzjonijiet ottimali tal-proċess (eż. l-aħjar użu tas-sustanzi kimiċi tal-proċess).

Il-parametri ewlenin tal-proċess jinkludu:

il-volum, il-pH u t-temperatura tal-likur tal-proċess;

l-ammont ta’ materjali tat-tessut trattati;

id-dożaġġ tas-sustanzi kimiċi tal-proċess;

il-parametri tat-tnixxif (ara wkoll il-BAT 13 (d)).

BAT 5.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-użu ta’ materjali tat-tessut li jkun fihom kontenut imminimizzat ta’ kontaminanti

Huma ddefiniti kriterji għall-għażla tal-materjali tat-tessut li jkunu deħlin (inklużi l-materjali tat-tessut riċiklati) biex jiġi mminimizzat il-kontenut ta’ kontaminanti li jinkludu sustanzi perikolużi, sustanzi b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Dawn il-kriterji jistgħu jkunu bbażati fuq skemi jew fuq standards ta’ ċertifikazzjoni.

Isiru kontrolli regolari biex jiġi vverifikat li l-materjali tat-tessut li jkunu deħlin jissodisfaw il-kriterji ddefinit minn qabel. Dawn il-kontrolli jistgħu jikkonsistu f’kejl u/jew f’verifika ta’ informazzjoni pprovduta mill-fornituri u/jew mill-produtturi tal-materjali tat-tessut.

Dawn il-kontrolli jistgħu jindirizzaw il-kontenut ta’:

l-ettoparassitiċidi (il-mediċini veterinarji) u l-bijoċidi fil-fibri tas-suf mhux maħdum (jew nofshom maħduma) li jkunu deħlin;

il-bijoċidi fil-fibri tal-qoton li jkunu deħlin;

ir-residwi tal-manifattura fil-fibri sintetiċi li jkunu deħlin (eż. il-monomeri, il-prodotti sekondarji tas-sinteżi tal-polimeru, il-katalizzaturi, is-solventi);

iż-żjut minerali (eż. użati għall-aġġustament koniku, il-ġbir f’rukkelli, l-għażil jew il-ħdim bil-labar) fil-materjali tat-tessut li jkunu deħlin;

is-sustanzi kimiċi apprestaturi fil-materjali tat-tessut li jkunu deħlin.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

L-użu ta’ materjali tat-tessut bi ħtiġijiet ta’ pproċessar imnaqqsa

L-użu ta’ materjali tat-tessut b’karatteristiċi inerenti li jnaqqsu l-ħtieġa tal-ipproċessar. Dawn il-materjali jinkludu:

fibri magħmula mill-bniedem mogħtija l-kuluranti bit-tidwir;

fibri bi proprjetajiet inerenti ta’ reżistenza għall-fjammi;

fibri tal-elastan jew taħlitiet ta’ fibri tal-elastan ma’ fibri oħrajn tal-polimeru li fihom ammonti mnaqqsa ta’ żjut tas-silikonu u solventi residwi;

taħlitiet ta’ fibri sintetiċi ma’ elastomeri termoplastiċi;

fibri tal-poliester li jistgħu jingħataw il-kuluranti mingħajr trasportaturi.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

1.1.2.   Monitoraġġ

BAT 6.

Il-BAT hija mill-anqas darba fis-sena jiġi mmonitorjat:

il-konsum annwali tal-ilma, tal-enerġija u tal-materjali użati, inklużi l-materjali tat-tessut u s-sustanzi kimiċi tal-proċess;

l-ammont annwali ta’ ilma mormi ġġenerat;

l-ammont annwali ta’ materjali rkuprati jew użati mill-ġdid;

l-ammont annwali ta’ kull tip ta’ skart iġġenerat u mibgħut għar-rimi.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ preferibbilment jinkludi kejl dirett. Jistgħu jintużaw ukoll kalkoli jew reġistrazzjoni, eż. bl-użu ta’ metri jew fatturi xierqa. Kemm jista’ jkun il-monitoraġġ ikun imqassam skont il-livell tal-proċess u jqis kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi.

BAT 7.

Għall-flussi tal-ilma mormi identifikati mill-inventarju tal-inputs u l-outputs (ara l-BAT 2), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri ewlenin (eż. il-monitoraġġ kontinwu tal-fluss, il-pH u t-temperatura tal-ilma mormi) f’postijiet ewlenin (eż. fil-bokka u/jew fl-iżbokk tat-trattament minn qabel tal-ilma mormi, fil-bokka tat-trattament finali tal-ilma mormi, fil-punt fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni).

Deskrizzjoni

Meta l-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà u l-effetti inibitorji jkunu parametri ewlenin (eż. ara l-BAT 19), il-monitoraġġ isir qabel it-trattament bijoloġiku għal:

il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà bl-użu tal-istandards EN ISO 9888 jew EN ISO 7827, u

l-effetti inibitorji fuq it-trattament bijoloġiku bl-użu tal-istandards EN ISO 9509 jew EN ISO 8192,

bi frekwenza minima tal-monitoraġġ li għandha tiġi deċiża wara l-karatterizzazzjoni tal-effluwent.

Il-karatterizzazzjoni tal-effluwent issir qabel ma jibda t-tħaddim tal-impjant jew qabel ma jiġi aġġornat għall-ewwel darba permess għall-impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, u wara kull bidla (eż. bidla fir-“riċetta”) fl-impjant li tista’ żżid it-tagħbija tas-sustanza niġġiesa.

BAT 8.

Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet fl-ilma b’mill-anqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/sustanzi/parametru

Standard(s)

Attivitajiet/proċessi

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma’

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)  (5)

EN ISO 9562

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Darba fix-xahar  (6)

BAT 20

Domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD n )  (7)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN 1899-1, EN ISO 5815-1)

Darba fix-xahar

Ritardanti tal-fjammi bromurati  (5)

Hemm standard EN disponibbli għal xi eteri tad-difenil polibromurati (jiġifieri l-EN 16694)

Finitura b’ritardanti tal-fjammi

Darba kull tliet xhur

Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD)  (8)

L-ebda standard EN disponibbli

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Darba kuljum  (9)  (10)

Kulur

EN ISO 7887

Għoti ta’ kuluranti

Darba fix-xahar  (6)

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)  (5)

EN ISO 9377-2

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Darba kull tliet xhur  (11)

Metalli/metallojdi

Antimonju (Sb)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885, EN ISO 17294-2, EN ISO 15586)

It-trattament minn qabel u/jew l-għoti ta’ kuluranti lil materjali tat-tessut tal-poliester

Darba fix-xahar  (6)

Finitura b’ritardanti tal-fjammi bl-użu tat-triossidu tal-antimonju

Kromu (Cr)

Għoti ta’ kuluranti b’mordant tal-kromu jew b’kuluranti li fihom il-kromu (eż. kuluranti b’kumplessi metalliċi)

Ram (Cu)

Għoti ta’ kuluranti

Stampar bil-kuluranti

Nikil (Ni)

Żingu (Zn)  (5)

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Kromu eżavalenti (Cr(VI))

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 10304-3, EN ISO 23913)

L-għoti ta’ kuluranti b’mordant tal-kromu

Darba fix-xahar

Pestiċidi  (5)

Hemm standards EN disponibbli għal xi pestiċidi (eż. EN 12918, EN 16693, EN ISO 27108)

Trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari

Għad irid jiġi deċiż, wara l-karatterizzazzjoni tal-effluwent  (12)

Sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS)  (5)

L-ebda standard EN disponibbli

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Darba kull tliet xhur

Sulfur, rilaxxat faċilment (S2-)

L-ebda standard EN disponibbli

Għoti ta’ kuluranti b’kuluranti tal-kubrit

Darba fil-ġimgħa jew darba fix-xahar  (6)

Aġenti tensjoattivi

Alkilfenoli u etożilati tal-alkilfenol  (5)

Hemm standards EN disponibbli għal xi aġenti tensjoattivi mhux joniċi, eż. alkilfenoli u etożilati tal-alkilfenol (jiġifieri EN ISO 18857-1 u EN ISO 18857-2)

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

Darba kull tliet xhur

Aġenti tensjoattivi oħrajn

EN 903 għall-aġenti tensjoattivi anjoniċi

Darba kull tliet xhur  (11)

L-ebda standard EN disponibbli għal aġenti tensjoattivi katjoniċi

Nitroġenu totali (TN)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN 12260, EN ISO 11905-1)

Darba kuljum  (9)  (10)

Total ta’ karbonju organiku (TOC)  (8)

EN 1484

Darba kuljum  (9)  (10)

Total ta’ fosforu (TP)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 6878, EN ISO 15681-1, EN ISO 15681-2, EN ISO 11885)

Darba kuljum  (9)  (10)

Total ta’ solidi sospiżi (TSS)

EN 872

Darba kuljum  (9)  (10)

Tossiċità  (13)

Bajd tal-ħut (Danio rerio)

EN ISO 15088

Għandu jiġi deċiż abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji, wara karatterizzazzjoni tal-effluwent  (12)

Daphnia (Daphnia magna Straus)

EN ISO 6341

Batterji luminexxenti (Vibrio fischeri)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11348-1, EN ISO 11348-2, EN ISO 11348-3)

Għadsa tal-ilma (Lemna minor)

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 20079,

EN ISO 20227)

Alki

Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 8692, EN ISO 10253, EN ISO 10710)

BAT 9.

Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/parametru

Standard(s)

Attivitajiet/proċessi

Frekwenza minima tal-monitoraġġ  (14)

Monitoraġġ assoċjat ma’

CO

EN 15058

Tixwit

Darba kull tliet snin

Kombustjoni

Laminazzjoni bi fjamma

Trab

EN 13284-1

Tixwit

Darba fis-sena  (15)

BAT 27

Kombustjoni

It-trattamenti termiċi assoċjati mat-trattament minn qabel, mal-għoti ta’ kuluranti, mal-istampar u mal-finitura

CMR (għajr il-formaldeid)  (16)

L-ebda standard EN disponibbli

Kisi  (17)

Darba fis-sena

Laminazzjoni bi fjamma  (17)

Finitura  (17)

Trattamenti termiċi assoċjati mal-kisi, mal-laminazzjoni u mal-finitura  (17)

Formaldeid  (16)

Qiegħed jiġi żviluppat standard EN

Kisi  (17)

Darba fis-sena

BAT 26

Laminazzjoni bi fjamma

Stampar  (17)

Tixwit

Finitura  (17)

Trattament termiku  (17)

NH3  (16)

EN ISO 21877

Kisi  (17)

Darba fis-sena

BAT 28

Stampar  (18)

Finitura  (17)

Trattamenti termiċi assoċjati mal-kisi, mal-istampar u mal-finitura  (17)

NOX

EN 14792

Tixwit

Darba kull tliet snin

Kombustjoni

SO2  (18)

EN 14791

Kombustjoni

Darba kull tliet snin

TVOC  (16)

EN 12619

Kisi

Darba fis-sena  (19)

BAT 26

Għoti ta’ kuluranti

Finitura

Laminazzjoni

Stampar

Tixwit

Termofissazzjoni jew iffissar bis-sħana

Trattamenti termiċi assoċjati mal-kisi, mal-għoti ta’ kuluranti, mal-laminazzjoni, mal-istampar u mal-finitura

1.1.3.   Il-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi

BAT 10.

Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a), (b) u (c), u kombinament xieraq tat-tekniki (d) sa (j) mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Tekniki ta’ ġestjoni

a.

Pjan tal-ġestjoni tal-ilma u awditi tal-ilma

Il-pjan tal-ġestjoni tal-ilma u awditi tal-ilma huma parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludu:

dijagrammi tal-flussi u bilanċi tal-massa tal-ilma tal-impjant u tal-proċessi bħala parti mill-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmija fil-BAT 2;

l-istabbiliment ta’ objettivi tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma;

l-implimentazzjoni ta’ tekniki ta’ ottimizzazzjoni tal-ilma (eż. il-kontroll tal-użu tal-ilma, l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ, id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxigħ).

L-awditi tal-ilma jsiru mill-anqas darba fis-sena sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan tal-ġestjoni tal-ilma u li jiġu segwiti u implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi tal-ilma.

Il-pjan tal-ġestjoni tal-ilma u l-awditi tal-ilma jistgħu jiġu integrati fil-pjan ġenerali tal-ġestjoni tal-ilma ta’ sit industrijali akbar.

Il-livell ta’ dettall tal-pjan tal-ġestjoni tal-ilma u tal-awditi tal-ilma ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant.

b.

Ottimizzazzjoni tal-produzzjoni

Din tinkludi:

kombinament ottimizzat tal-proċessi (eż. jiġu kkombinati proċessi ta’ trattament minn qabel, jiġi evitat l-ibbliċjar ta’ materjali tat-tessut qabel l-għoti ta’ kuluranti fi sfumaturi skuri);

l-iskedar ottimizzat tal-proċessi tal-lott (eż. l-għoti ta’ kuluranti lill-materjali tat-tessut fi sfumaturi skuri ssir wara l-għoti ta’ kuluranti fi sfumaturi ċari fl-istess tagħmir tal-għoti ta’ kuluranti).

Applikabbli b’mod ġenerali.

Disinn u tekniki tat-tħaddim

c.

Segregazzjoni ta’ flussi tal-ilma mniġġsa u mhux imniġġsa

Il-flussi tal-ilma jinġabru separatament, abbażi tal-kontenut tas-sustanza niġġiesa u tat-tekniki ta’ trattament meħtieġa. Flussi tal-ilma mniġġsa (eż. likuri tal-proċess użati) u flussi tal-ilma mhux imniġġsa (eż. ilmijiet tat-tberrid) li jistgħu jerġgħu jintużaw mingħajr trattament jiġu segregati minn flussi tal-ilma mormi li jirrikjedu trattament.

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta mit-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma u min-nuqqas ta’ spazju għat-tankijiet tal-ħżin temporanju.

d.

Proċessi li jużaw ftit jew l-ebda ilma

Il-proċessi jinkludu t-trattament bil-plażma jew bil-laser, u l-proċessi li jużaw ammonti baxxi ta’ ilma bħat-trattament tal-ożonu.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-karatteristiċi tal-materjali tat-tessut u/jew mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

e.

Ottimizzazzjoni tal-ammont ta’ likur tal-proċess użat

Il-proċessi tal-lott isiru b’sistemi bi proporzjon baxx ta’ likur (ara t-Taqsima 1.9.4).

Il-proċessi kontinwi jsiru b’sistemi ta’ applikazzjoni b’volum baxx, bħall-bexx (ara t-Taqsima 1.9.4).

Applikabbli b’mod ġenerali.

f.

Tindif ottimizzat tat-tagħmir

Dan jinkludi:

it-tindif mingħajr ilma (eż. billi jintmesħu jew jitnaddfu l-uċuħ ta’ ġewwa tal-tankijiet, it-tindif minn qabel ta’ squeegees, skrins rotatorji u tankijiet li fihom pejsts tal-istampar b’mezzi mekkaniċi (ara l-BAT 44));

stadji multipli tat-tindif b’ammonti baxxi ta’ ilma; l-ilma tal-aħħar stadju tat-tindif jista’ jerġa’ jintuża biex titnaddaf parti oħra tat-tagħmir.

L-applikabbiltà tat-tindif mingħajr ilma fl-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mill-aċċessibbiltà għat-tagħmir (eż. sistemi magħluqa u semimagħluqa).

g.

Ipproċessar tal-lott, ħasil u tlaħliħ ta’ materjali tat-tessut ottimizzati

Dan jinkludi:

l-użu ta’ tankijiet awżiljarji għall-ħżin temporanju ta’:

ilma tal-ħasil jew tat-tlaħliħ użat;

likur tal-proċess frisk jew użat.

stadji multipli ta’ tbattil u mili għat-tlaħliħ u għall-ħasil b’ammonti baxxi ta’ ilma.

L-użu ta’ tankijiet awżiljarji fl-impjanti eżistenti jista’ jiġi ristrett minn nuqqas ta’ spazju.

h.

Ipproċessar, ħasil u tlaħliħ kontinwi ottimizzati ta’ materjali tat-tessut

Dan jinkludi:

preparazzjoni f’waqtha tal-likur tal-proċess ibbażata fuq kejl tal-assorbiment online;

għeluq awtomatiku tal-fluss tal-ilma tal-ħasil meta tieqaf il-magna tal-ħasil;

tlaħliħ u ħasil kontrokurrenti;

tneħħija tal-ilma mill-materjali tat-tessut b’mezzi mekkaniċi (ara l-BAT 13 (a)) biex jitnaqqas it-trasferiment tas-sustanzi kimiċi tal-proċess.

Applikabbli b’mod ġenerali.

Tekniki tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ

i.

Użu mill-ġdid u/jew riċiklaġġ tal-ilma

Il-flussi tal-ilma jistgħu jiġu segregati (ara l-BAT 10 (c)) u/jew ittrattati minn qabel (eż. il-filtrazzjoni b’membrana, l-evaporazzjoni) qabel l-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ, eż. għat-tindif, għat-tlaħliħ, għat-tkessiħ jew fl-ipproċessar ta’ materjali tat-tessut. Il-grad ta’ użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-ilma huwa limitat mill-kontenut ta’ impuritajiet fil-flussi tal-ilma. L-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ tal-ilma li joriġina minn diversi impjanti li joperaw fl-istess sit jista’ jiġi integrat fil-ġestjoni tal-ilma tas-sit ġenerali ta’ sit industrijali akbar (eż. bl-użu ta’ trattament komuni tal-ilma mormi).

Applikabbli b’mod ġenerali.

j.

Użu mill-ġdid tal-likur tal-proċess

Il-likur tal-proċess, inkluż il-likur tal-proċess estratt mill-materjali tat-tessut permezz tat-tneħħija tal-ilma b’mezzi mekkaniċi (ara l-BAT 13 (a)), jerġa’ jintuża wara l-analiżi u s-sostituzzjoni jekk ikunu meħtieġa.

Il-grad ta’ użu mill-ġdid tal-likur tal-proċess huwa limitat mill-modifika tal-kompożizzjoni kimika tiegħu, jew mill-kontenut tiegħu ta’ impuritajiet u l-kapaċità ta’ taħsir.

Applikabbli b’mod ġenerali.

Tabella 1.1

Livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi għal konsum speċifiku tal-ilma

Proċess(i) speċifiku/speċifiċi

Livelli indikattivi (Medja annwali)

(m3/t)

Ibbliċjar

Lott

10 –32  (20)

Kontinwu

3 –8

Ħasil preliminari tal-materjali ċellulożiċi

Lott

5 –15  (20)

Kontinwu

5 –12  (20)

Tneħħija tal-apprestaturi minn materjali ċellulożiċi

5 –12  (20)

Ibbliċjar, ħasil preliminari u tneħħija tal-apprestaturi b’mod kombinat minn materjali ċellulożiċi

9 –20  (20)

Illustrar

2 –13  (20)

Ħasil ta’ materjal sintetiku

5 –20  (20)

Għoti ta’ kuluranti bil-lott

Drapp

10 –150  (20)

Ħajt

3 –140  (20)  (21)

Fibra waħidha

13 –60

Għoti ta’ kuluranti kontinwu

2 –16  (20)  (22)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.

1.1.4.   Effiċjenza enerġetika

BAT 11.

Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki (a), (b), (c) u (d) u kombinament xieraq tat-tekniki (e) sa (k) mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Tekniki ta’ ġestjoni

a.

Pjan u awditi għall-effiċjenza enerġetika

Pjan u awditi għall-effiċjenza enerġetika huma parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludu:

dijagrammi tal-flussi tal-enerġija tal-impjanti u tal-proċessi bħala parti mill-inventarju tal-inputs u l-outputs (ara l-BAT 2);

l-istabbiliment ta’ objettivi f’termini ta’ effiċjenza enerġetika (eż. MWh/t ta’ materjali tat-tessut ipproċessati);

l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

L-awditi jitwettqu mill-anqas darba fis-sena biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika u li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-enerġija jiġu segwiti u implimentati.

Il-livell ta’ dettall tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika u tal-awditi ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant.

b.

Ottimizzazzjoni tal-produzzjoni

Skedar ottimizzat tal-lottijiet tad-drapp biex isirilhom trattament termiku sabiex jiġi mminimizzat il-ħin ta’ tħaddim ta’ magna fuq idle tat-tagħmir.

Applikabbli b’mod ġenerali.

Għażla u ottimizzazzjoni tal-proċess u tat-tagħmir

c.

L-użu ta’ tekniki ġenerali għall-iffrankar tal-enerġija

Dan jinkludi:

il-manutenzjoni u l-kontroll tal-berner;

il-muturi effiċjenti fl-enerġija;

id-dawl effiċjenti fl-enerġija;

l-ottimizzazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-fwar, eż. bl-użu ta’ bojlers tal-punt tal-użu;

l-ispezzjoni u l-manutenzjoni regolari tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-fwar biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu t-tnixxijiet tal-fwar;

is-sistemi ta’ kontroll tal-proċess;

it-trażmissjonijiet b’veloċità varjabbli;

l-ottimizzazzjoni tal-arja kondizzjonata u tat-tisħin tal-bini.

Applikabbli b’mod ġenerali.

d.

L-ottimizzazzjoni tad-domanda għat-tisħin

Din tinkludi:

it-tnaqqis tat-telf tas-sħana billi jiġu iżolati l-komponenti tat-tagħmir u billi jitgħattew it-tankijiet jew il-kontenituri li jkun fihom likur tal-proċess sħun;

l-ottimizzazzjoni tat-temperatura tal-ilma tat-tlaħliħ;

l-evitar ta’ tisħin żejjed tal-likuri tal-proċess.

Applikabbli b’mod ġenerali.

e.

Kulur applikat fuq wiċċ li għadu mhux nixxef jew finitura tad-drapp

Il-likuri tal-għoti ta’ kuluranti jew tal-finitura jiġu applikati direttament fuq id-drapp imxarrab, u b’hekk jiġi evitat stadju intermedju ta’ tnixxif. Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iskedar xieraq tal-istadji tal-produzzjoni u d-dożaġġ tas-sustanzi kimiċi.

Jista’ ma jkunx applikabbli meta s-sustanzi kimiċi ma jkunux jistgħu jiġu assorbiti mid-drapp minħabba assorbiment residwu insuffiċjenti.

f.

Koġenerazzjoni

Il-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku meta s-sħana (primarjament mill-fwar li joħroġ mit-turbina) tintuża għall-produzzjoni ta’ ilma sħun/fwar li għandu jintuża fil-proċessi/fl-attivitajiet industrijali jew f’network ta’ tisħin/tkessiħ distrettwali.

L-applikabbiltà fl-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta mit-tfassil tal-impjant u/jew minn nuqqas ta’ spazju.

Tekniki tal-irkupru tas-sħana

g.

Ir-riċiklaġġ tal-ilma tat-tberrid sħun

Ara l-BAT 10 (i). Dan jevita l-ħtieġa li jissaħħan l-ilma kiesaħ.

Applikabbli b’mod ġenerali.

h.

L-użu mill-ġdid ta’ likur tal-proċess sħun

Ara l-BAT 10 (j). Dan jevita l-ħtieġa li jissaħħan il-likur tal-proċess kiesaħ.

i.

L-irkupru tas-sħana mill-ilma mormi

Is-sħana mill-ilma mormi tiġi rkuprata permezz ta’ skambjaturi tas-sħana, eż. biex jissaħħan il-likur tal-proċess.

j.

L-irkupru tas-sħana mill-gassijiet ta’ skart

Is-sħana mill-gassijiet ta’ skart (eż. mit-trattament termiku tal-materjali tat-tessut, mill-bojlers tal-fwar) tiġi rkuprata permezz ta’ skambjaturi tas-sħana u tintuża (eż. biex jissaħħan l-ilma tal-proċess jew biex tissaħħan minn qabel l-arja tal-kombustjoni).

k.

L-irkupru tas-sħana mill-użu tal-fwar

Is-sħana, eż. mill-kondensat sħun u mill-blowdown tal-bojler, tiġi rkuprata.

BAT 12.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika meta tintuża l-arja kkompressata, il-BAT hija li jintuża kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-aħjar disinn tas-sistema tal-arja kkompressata

Diversi unitajiet tal-arja kkompressata jfornu arja b’livelli differenti ta’ pressjoni. Dan jevita l-produzzjoni mhux meħtieġa ta’ arja bi pressjoni għolja.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

b.

L-aħjar użu tas-sistema tal-arja kkompressata

Il-produzzjoni tal-arja kkompressata titwaqqaf matul ħinijiet twal ta’ tifi jew ta’ tħaddim tat-tagħmir fuq magna idle, u żoni uniċi jistgħu jiġu iżolati (eż. permezz ta’ valvi) mill-bqija tas-sistema, b’mod partikolari jekk ikunu assoċjati ma’ użu mhux frekwenti.

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

Kontroll tat-tnixxigħ fis-sistema tal-arja kkompressata

L-aktar sorsi komuni ta’ tnixxigħ tal-arja jiġu spezzjonati u miżmuma b’mod regolari (eż. igganċjar, pajpijiet, tubi, fittings, regolaturi tal-pressjoni).

d.

L-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ ta’ ilma sħun tat-tberrid jew arja sħuna tat-tkessiħ mill-kompressuri tal-arja

L-arja sħuna tat-tkessiħ (eż. minn kompressuri tal-arja mkessħa bl-arja) terġa’ tintuża u/jew tiġi rriċiklata (eż. għat-tnixxif ta’ kojls u ta’ marelli, jekk ikun meħtieġ). Għall-użu mill-ġdid u/jew għar-riċiklaġġ tal-ilma sħun tat-tberrid, ara l-BAT 11 (g).

BAT 13.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tat-trattament termiku, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Tekniki għat-tnaqqis tal-użu tat-tisħin

a.

It-tneħħija tal-ilma mill-materjali tat-tessut b’mezzi mekkaniċi

Il-kontenut tal-ilma tal-materjali tat-tessut jitnaqqas b’tekniki mekkaniċi (eż. l-estrazzjoni ċentrifuga, it-tagħsir u/jew l-estrazzjoni bil-vakwu).

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

L-evitar tat-tnixxif żejjed tal-materjali tat-tessut

Il-materjali tat-tessut ma jiġux imnixxfa taħt il-livell ta’ umdità naturali tagħhom.

Disinn u tekniki tat-tħaddim

c.

L-ottimizzazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-arja fl-istenters

Din tinkludi:

l-adattament tan-numru ta’ żennuni għall-injezzjoni tal-arja għall-wisa’ tad-drapp;

l-iżgurar li d-distanza bejn iż-żennuni u d-drapp tkun qasira kemm jista’ jkun;

l-iżgurar li t-tnaqqis fil-pressjoni kkawżat mill-komponenti interni tal-istenters ikun żgħir kemm jista’ jkun.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

d.

Il-monitoraġġ u l-kontroll avvanzati tal-proċess tat-tnixxif

Il-parametri tat-tnixxif jiġu mmonitorjati u kkontrollati (ara l-BAT 4). Dawn il-parametri jinkludu:

il-kontenut tal-umdità u t-temperatura tal-arja tal-bokka;

it-temperatura tal-materjali tat-tessut u tal-arja fil-magni tat-tnixxif;

il-kontenut tal-umdità u t-temperatura tal-arja tal-egżost; l-effiċjenza tat-tnixxif tiġi ottimizzata b’kontenut xieraq ta’ umdità (eż. ogħla minn 0,1 kg ilma/kg arja xotta);

il-kontenut ta’ ndewwa residwa tad-drapp.

Il-fluss tal-arja tal-egżost jiġi aġġustat sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tat-tnixxif u jitnaqqas matul perjodi ta’ tħaddim tat-tagħmir tat-tnixxif fuq magna idle.

Applikabbli b’mod ġenerali.

e.

Magni tat-tnixxif li jaħdmu bil-mikromewġ jew bil-frekwenza tar-radju

It-tnixxif ta’ materjali tat-tessut b’magni tat-tnixxif li jaħdmu bil-mikromewġ jew bil-frekwenza tar-radju b’effiċjenza għolja.

Mhux applikabbli għal materjali tat-tessut li fihom partijiet jew fibri metalliċi.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

Tekniki tal-irkupru tas-sħana

f.

L-irkupru tas-sħana mill-gassijiet ta’ skart

Ara l-BAT 11 (j).

Applikabbli biss meta l-fluss tal-gass ta’ skart ikun biżżejjed.

Tabella 1.2

Livelli tal-prestazzjoni ambjentali indikattivi għal konsum speċifiku tal-enerġija

Proċess

Livell indikattiv (Medja annwali)

(MWh/t)

Trattament termiku

0,5 –4,4

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.

1.1.5.   Ġestjoni, konsum u sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi

BAT 14.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi (CMS) bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

I.

Politika sabiex jitnaqqsu l-konsum u r-riskji assoċjati mas-sustanzi kimiċi tal-proċess, inkluża politika tal-akkwist sabiex jintgħażlu sustanzi kimiċi tal-proċess anqas dannużi u l-fornituri tagħhom bil-għan li jiġu mminimizzati l-użu u r-riskji assoċjati ma’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna kif ukoll biex jiġi evitat l-akkwist ta’ ammont żejjed ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess. L-għażla tas-sustanzi kimiċi tal-proċess hija bbażata fuq:

(a)

l-analiżi komparattiva tal-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà, l-ekotossiċità u l-potenzjal tagħhom li jiġu rilaxxati fl-ambjent (li fil-każ ta’ emissjonijiet fl-arja jistgħu jiġu ddeterminati bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni pereżempju (ara t-Taqsima 1.9.1));

(b)

il-karatterizzazzjoni tar-riskji assoċjati mas-sustanzi kimiċi tal-proċess, abbażi tal-klassifikazzjoni ta’ periklu tas-sustanzi kimiċi, il-mogħdijiet mill-impjant, ir-rilaxx potenzjali u l-livell ta’ esponiment;

(c)

il-potenzjal ta’ rkupru u l-użu mill-ġdid (ara l-BAT 16 (f) u (g) kif ukoll il-BAT 39);

(d)

l-analiżi regolari (eż. annwali) tal-potenzjal għal sostituzzjoni bil-għan li jiġu identifikati alternattivi potenzjalment disponibbli ġodda u aktar sikuri għall-użu ta’ (gruppi ta’) sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, bħall-PFAS, il-ftalati, ir-ritardanti tal-fjammi bromurati, sustanzi li fihom il-kromu (VI); dan jista’ jinkiseb billi jinbidlu l-proċess(i) jew billi jintużaw sustanzi kimiċi oħrajn tal-proċess mingħajr impatt ambjentali jew b’impatti ambjentali aktar baxxi;

(e)

l-analiżi antiċipatorja tal-bidliet regolatorji relatati ma’ sustanzi u sustanzi perikolużi ta’ tħassib serju ħafna, u s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli.

L-inventarju tas-sustanzi kimiċi tal-proċess (ara l-BAT 15) jista’ jintuża biex jipprovdi u jżomm l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sustanzi kimiċi tal-proċess.

Il-kriterji għall-għażla tas-sustanzi kimiċi tal-proċess u l-fornituri tagħhom jistgħu jkunu bbażati fuq skemi jew standards ta’ ċertifikazzjoni. F’dak il-każ, il-konformità tas-sustanzi kimiċi tal-proċess u tal-fornituri tagħhom ma’ dawn l-iskemi jew l-istandards tiġi vverifikata regolarment.

II.

Għanijiet u pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġi evitat jew jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u r-riskji assoċjati magħhom.

III.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-akkwist, l-immaniġġjar, il-ħżin u l-użu ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess (ara l-BAT 21), ir-rimi ta’ skart li fih sustanzi kimiċi tal-proċess u r-ritorn ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess mhux użati (ara l-BAT 29 (d)), għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ambjent.

Applikabbiltà

Il-livell ta’ dettall tas-CMS ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant.

BAT 15.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi elaborat u implimentat inventarju tas-sustanzi kimiċi bħala parti mis-CMS (ara l-BAT 14).

Deskrizzjoni

L-inventarju tas-sustanzi kimiċi huwa bbażat fuq il-kompjuter u fih informazzjoni dwar:

l-identità tas-sustanzi kimiċi tal-proċess;

il-kwantitajiet, il-post u l-kapaċità ta’ taħsir tas-sustanzi kimiċi tal-proċess akkwistati, irkuprati (ara l-BAT 16 (g)), maħżuna, użati u rritornati lill-fornituri;

il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet fiżikokimiċi tas-sustanzi kimiċi tal-proċess (eż. is-solubbiltà, il-pressjoni tal-fwar, il-koeffiċjent ta’ partizzjoni ottanol/ilma), inklużi l-proprjetajiet b’effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew is-saħħa tal-bniedem (eż. l-ekotossiċità, il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà).

Tali informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Iskedi tad-Data dwar is-Sikurezza, mill-Iskedi tad-Data Teknika jew minn sorsi oħrajn.

BAT 16.

Sabiex jitnaqqas il-konsum tas-sustanzi kimiċi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

It-tnaqqis tal-ħtieġa ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess

Dan jinkludi:

ir-rieżami u l-ottimizzazzjoni regolari tal-formulazzjoni tas-sustanzi kimiċi u l-likuri tal-proċess;

l-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni (ara l-BAT 10 (b)).

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

It-tnaqqis fl-użu ta’ aġenti kumplessanti

L-użu ta’ ilma artab/imrattab inaqqas l-ammont ta’ aġenti kumplessanti użati fil-likuri tal-proċess, eż. għall-għoti ta’ kuluranti jew għall-ibbliċjar (ara l-BAT 38 (b)).

Mhux applikabbli għall-ħasil u għat-tlaħliħ.

c.

It-trattament ta’ materjali tat-tessut bl-enzimi

Jintgħażlu l-enzimi (ara BAT 14 I. (d)) u jintużaw biex jiġu kkatalizzati r-reazzjonijiet b’materjali tat-tessut biex jitnaqqas il-konsum ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess (eż. fit-tneħħija tal-apprestaturi, fl-ibbliċjar u/jew fil-ħasil).

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mid-disponibbiltà ta’ enzimi xierqa.

d.

Sistemi awtomatiċi għall-preparazzjoni u għad-dożaġġ ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess u ta’ likuri tal-proċess

Sistemi awtomatiċi għall-użin, għad-dożaġġ, għat-taħlil, għall-kejl u għad-distribuzzjoni li jiżguraw it-twassil preċiż ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess u ta’ likuri tal-proċess lill-magni tal-produzzjoni.

Ara l-BAT 4.

L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn nuqqas ta’ spazju, id-distanza bejn il-preparazzjoni u l-magni tal-produzzjoni jew minn bidliet frekwenti ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess u ta’ likuri tal-proċess.

e.

L-ottimizzazzjoni tal-kwantità tas-sustanzi kimiċi tal-proċess użati

Ara l-BAT 10 (e).

Applikabbli b’mod ġenerali.

f.

L-użu mill-ġdid tal-likuri tal-proċess

Ara l-BAT 10 (j).

Applikabbli b’mod ġenerali.

g.

L-irkupru u l-użu ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess li jifdal

Is-sustanzi kimiċi residwi tal-proċess jiġu rkuprati (eż. permezz tat-tindif bir-reqqa tal-pajpijiet jew billi l-imballaġġ jitbattal kompletament) u jintużaw fil-proċess. Il-grad ta’ użu jista’ jkun limitat mill-kontenut ta’ impuritajiet u mill-kapaċità ta’ taħsir tas-sustanzi kimiċi tal-proċess.

Applikabbli b’mod ġenerali.

BAT 17.

Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma ta’ sustanzi b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Is-sostituzzjoni tal-alkilfenoli u tal-alkilfenoletossilat

L-alkilfenoli u l-alkilfenoletossilat jiġu sostitwiti b’aġenti tensjoattivi bijodegradabbli, eż. l-etossilati tal-alkoħol.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Is-sostituzzjoni ta’ aġenti kumplessanti li fihom il-fosforu jew in-nitroġenu b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà

L-aġenti kumplessanti li fihom il-fosforu (eż. it-trifosfati) jew in-nitroġenu (eż. l-aċidi amminiċi polikarbossiliċi bħall-EDTA jew id-DTPA) jiġu sostitwiti b’sustanzi bijodegradabbli/bijoeliminabbli, eż.:

il-polikarbossilati (eż. il-poliakrilati);

l-imlieħi tal-aċidi idrossikarbossiliċi (eż. il-glukonati, iċ-ċitrati);

il-kopolimeri tal-aċidu akriliku b’bażi ta’ zokkor;

l-aċidu metilgliċinedjaċetiku (MGDA), l-aċidu L-glutamiku l-aċidu N,N-dijaċetiku (GLDA) u l-aċidu iminodisukkiniku (IDS);

il-fosfati (eż. l-aċidu fosfoniku metilen aminotris (ATMP), l-aċidu fosfoniku pentametilen dietilenetrijamin (DTPMP) u l-aċidu 1-idrossil etiliden-1, 1-difosfoniku (HEDP).

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

Is-sostituzzjoni ta’ aġenti kontra r-ragħwa ibbażati fuq il-minerali u ż-żejt

L-aġenti kontra r-ragħwa ibbażati fuq il-minerali u ż-żejt jiġu sostitwiti b’sustanzi bijodegradabbli, eż. aġenti kontra r-ragħwa bbażati fuq żejt tal-ester sintetiku.

Applikabbli b’mod ġenerali.

1.1.6.   Emissjonijiet fl-ilma

BAT 18.

Sabiex jitnaqqas il-volum tal-ilma mormi, biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu t-tagħbijiet ta’ sustanzi niġġiesa mormija fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li tintuża strateġija integrata għall-ġestjoni u t-trattament tal-ilma mormi li tinkludi kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt fl-ordni ta’ prijorità li ġejja:

tekniki integrati fil-proċess (ara l-BAT 10 u l-konklużjonijiet dwar il-BAT fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.7);

tekniki għall-irkupru u l-użu mill-ġdid ta’ likuri tal-proċess (ara l-BAT 10 (j) u l-BAT 39), il-ġbir separat ta’ flussi u pejsts tal-ilma mormi (eż. l-istampar u l-kisi) li fihom tagħbijiet kbar ta’ sustanzi niġġiesa li ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod adegwat bi trattament bijoloġiku; dawn il-flussi u l-pejsts tal-ilma mormi jew jiġu ttrattati minn qabel (ara l-BAT 19) jew jiġu ttrattati bħala skart (ara l-BAT 30);

tekniki tat-trattament tal-ilma mormi (finali) (ara l-BAT 20).

Deskrizzjoni

L-istrateġija integrata għall-ġestjoni u t-trattament tal-ilma mormi hija bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-inventarju tal-inputs u tal-outputs (ara l-BAT 2).

BAT 19.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li jiġu ttrattati minn qabel (miġbura separatament) il-flussi u l-pejst tal-ilma mormi (eż. l-istampar u l-kisi) li fihom tagħbijiet għoljin ta’ sustanzi niġġiesa li ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod adegwat bi trattament bijoloġiku.

Deskrizzjoni

Tali flussi u pejsts tal-ilma mormi jinkludu:

l-għoti ta’ kuluranti, il-kisi jew il-finitura ta’ likuri tal-padding użati minn trattamenti kontinwi u/jew semikontinwi;

il-likuri għat-tneħħija tal-apprestaturi;

il-pejsts tal-istampar u tal-kisi użati.

It-trattament minn qabel isir bħala parti minn strateġija integrata għall-ġestjoni u għat-trattament tal-ilma mormi (ara l-BAT 18) u ġeneralment huwa meħtieġ sabiex:

jipproteġi t-trattament tal-ilma mormi bijoloġiku (downstream) minn komposti inibitorji jew tossiċi;

ineħħi l-komposti li ma jitnaqqsux biżżejjed matul it-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi (eż. il-komposti tossiċi, il-komposti organiċi b’livell baxx ta’ bijodegradabbiltà, il-komposti organiċi li huma preżenti f’tagħbijiet kbar jew fil-metalli);

ineħħi l-komposti li nkella jistgħu jitneħħew bl-arja mis-sistema ta’ ġbir jew matul it-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi (eż. is-sulfur);

ineħħi l-komposti li jkollhom effetti negattivi oħrajn (eż. il-korrużjoni tat-tagħmir; reazzjoni mhux mixtieqa ma’ sustanzi oħrajn; il-kontaminazzjoni tal-ħama tal-ilma mormi).

Il-komposti msemmija hawn fuq li għandhom jitneħħew jinkludu l-organofosforu u r-ritardanti tal-fjammi bromurati, il-PFAS, il-ftalati u l-komposti li fihom il-kromu-(VI).

It-trattament minn qabel ta’ dawn il-flussi tal-ilma mormi ġeneralment isir kemm jista’ jkun qrib is-sors sabiex tiġi evitata d-dilwizzjoni. It-tekniki ta’ trattament minn qabel użati jiddependu mis-sustanzi niġġiesa fil-mira u jistgħu jinkludu l-adsorbiment, il-filtrazzjoni, il-preċipitazzjoni, l-ossidazzjoni kimika jew it-tnaqqis kimiku (ara l-BAT 20).

Il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà tal-flussi u tal-pejsts tal-ilma mormi qabel ma jintbagħtu għat-trattament bijoloġiku downstream tkun mill-anqas:

ta’ 80 % wara sebat ijiem (għal ħama adattata), meta jiġi ddeterminat skont l-istandard EN ISO 9888, jew

ta’ 70 % wara 28 jum meta jiġi ddeterminat skont l-istandard EN ISO 7827.

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 7.

BAT 20.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li jintuża kombinament xieraq tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika  (23)

Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira

Applikabbiltà

It-trattament minn qabel ta’ flussi individwali ta’ ilma mormi, eż.

a.

Adsorbiment

Sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji maħlula adsorbibbli (eż. l-AOX fil-kuluranti, fir-ritardanti tal-fjammi organofosforiċi)

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Preċipitazzjoni

Sustanzi niġġiesa maħlula mhux bijodegradabbli jew inibitorji

preċipitabbli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

c.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

d.

Ossidazzjoni kimika (eż. l-ossidazzjoni bl-ożonu, il-perossidu tal-idroġenu jew id-dawl UV)

Sustanzi niġġiesa maħlula mhux bijodegradabbli jew inibitorji ossidabbli (eż. il-brillaturi ottiċi u l-kuluranti ażo, is-sulfur)

e.

Riduzzjoni kimika

Sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji

maħlula riduċibbli (eż. il-kromu eżavalenti (Cr(VI))

f.

Trattament minn qabel anaerobiku

Komposti organiċi bijodegradabbli (eż. il-kuluranti ażo, il-pejst tal-istampar)

g.

Filtrazzjoni (eż. in-nanofiltrazzjoni)

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli

Trattament minn qabel ta’ flussi kombinati tal-ilma mormi, eż.

h.

Separazzjoni fiżika (eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, separaturi tal-grass, separazzjoni żejt/ilma jew vaski ta’ dikantazzjoni primarja)

Solidi grossi, solidi sospiżi, żejt/grass

Applikabbli b’mod ġenerali.

i.

Ekwalizzazzjoni

Is-sustanzi niġġiesa kollha

j.

Newtralizzazzjoni

L-aċidi, l-alkali

Trattament primarju, eż.

k.

Sedimentazzjoni

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma’ partikoli jew sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji

Applikabbli b’mod ġenerali.

l.

Preċipitazzjoni

Sustanzi niġġiesa maħlula mhux bijodegradabbli jew inibitorji

preċipitabbli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

m.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

Applikabbli b’mod ġenerali.

Trattament sekondarju (trattament bijoloġiku), eż.

n.

Proċess tal-ħama attivat

Komposti organiċi bijodegradabbli

Applikabbli b’mod ġenerali.

o.

Bijoreattur b’membrana

p.

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni (meta t-trattament jinkludi trattament bijoloġiku)

Nitroġenu, ammonijaka/ammonju totali

In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ klorur għoljin (eż. aktar minn 10 g/l). In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C).

Trattament terzjarju, eż.

q.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

Applikabbli b’mod ġenerali.

r.

Preċipitazzjoni

Sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji maħlula preċipitabbli (eż. il-metalli fil-kuluranti)

s.

Adsorbiment

Sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji maħlula adsorbibbli (eż. l-AOX fil-kuluranti)

t.

Ossidazzjoni kimika (eż. l-ossidazzjoni bl-ożonu, il-perossidu tal-idroġenu jew id-dawl UV)

Sustanzi niġġiesa maħlula mhux bijodegradabbli jew inibitorji ossidabbli (eż. il-brillaturi ottiċi u l-kuluranti ażo, is-sulfur)

u.

Flotazzjoni

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli

v.

Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel)

Trattament avvanzat għar-riċiklaġġ tal-ilma mormi, eż.  (24)

w.

Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, jew filtrazzjoni b’membrana)

Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli

Applikabbli b’mod ġenerali.

x.

Evaporazzjoni

Kontaminanti solubbli (eż. l-imlieħi)

Tabella 1.3

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal skariku dirett

Sustanza/Parametru

Attivitajiet/proċessi

BAT-AEL  (25)

(mg/l)

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)  (26)

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

0,1 –0,4  (27)

Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD)  (28)

40 –100  (29)  (30)

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)  (26)

1 –7

Metalli/metallojdi

Antimonju (Sb)

It-trattament minn qabel u/jew l-għoti ta’ kuluranti lil materjali tat-tessut tal-poliester

0,1 –0,2  (31)

Finitura b’ritardanti tal-fjammi bl-użu tat-triossidu tal-antimonju

Kromu (Cr)

Għoti ta’ kuluranti b’mordant tal-kromu jew b’kuluranti li fihom il-kromu (eż. kuluranti b’kumplessi metalliċi)

0,01 –0,1  (32)

Ram (Cu)

Għoti ta’ kuluranti

Stampar bil-kuluranti

0,03 –0,4

Nikil (Ni)

0,01 –0,1  (33)

Żingu (Zn)  (26)

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

0,04 –0,5  (34)

Sulfur, rilaxxat faċilment (S2-)

Għoti ta’ kuluranti b’kuluranti tal-kubrit

< 1

Nitroġenu totali (TN)

L-attivitajiet/il-proċessi kollha

5 –15  (35)

Total ta’ karbonju organiku (TOC)  (28)

13 –30  (30)  (36)

Total ta’ fosforu (TP)

0,4 –2

Total ta’ solidi sospiżi (TSS)

5 –30

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

Tabella 1.4

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal skariku indirett

Sustanza/Parametru

Attivitajiet/proċessi

BAT-AEL  (37)  (38)

(mg/l)

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX)  (39)

Il-proċessi kollha

0,1 –0,4  (40)

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)  (39)

Il-proċessi kollha

1 –7

Metalli/metallojdi

Antimonju (Sb)

It-trattament minn qabel u/jew l-għoti ta’ kuluranti lil materjali tat-tessut tal-poliester

0,1 –0,2  (41)

Finitura b’ritardanti tal-fjammi bl-użu tat-triossidu tal-antimonju

Kromu (Cr)

Għoti ta’ kuluranti b’mordant tal-kromu jew b’kuluranti li fihom il-kromu (eż. kuluranti b’kumplessi metalliċi)

0,01 –0,1  (42)

Ram (Cu)

Għoti ta’ kuluranti

Stampar bil-kuluranti

0,03 –0,4

Nikil (Ni)

Għoti ta’ kuluranti

Stampar bil-kuluranti

0,01 –0,1  (43)

Żingu (Zn)  (39)

Il-proċessi kollha

0,04 –0,5  (44)

Sulfur, rilaxxat faċilment (S2-)

Għoti ta’ kuluranti b’kuluranti tal-kubrit

< 1

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 8.

1.1.7.   Emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art

BAT 21.

Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-immaniġġjar u tal-ħżin tas-sustanzi kimiċi tal-proċess, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Tekniki biex jitnaqqsu l-probabbiltà u l-impatt ambjentali tal-flussi żejda u l-ħsarat tat-tankijiet tal-proċess u tal-ħżin

Dan jinkludi:

l-immersjoni bil-mod u l-irtirar ta’ materjali tat-tessut mil-likur tal-proċess biex jiġi evitat it-tixrid;

l-aġġustament awtomatiku fil-livell tal-likur tal-proċess (ara l-BAT 4);

l-evitar ta’ injezzjoni diretta ta’ ilma sabiex jissaħħan jew jitkessaħ il-likur tal-proċess;

detetturi tal-fajd;

id-direzzjonar tal-fajd lejn tank ieħor;

it-tqegħid tat-tankijiet għal-likwidi (sustanzi kimiċi tal-proċess jew skart likwidu) f’konteniment sekondarju xieraq; il-volum tagħhom huwa ta’ daqs biex jakkomoda mill-anqas it-telf sħiħ tal-likwidu tal-akbar tank li jkun fil-konteniment sekondarju;

l-iżolament tat-tankijiet u tal-konteniment sekondarju (eż. permezz tal-għeluq tal-valvi);

l-iżgurar li l-uċuħ taż-żoni tal-proċess u tal-ħżin huma impermeabbli għal-likwidi kkonċernati.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Spezzjoni u manutenzjoni regolari ta’ impjanti u tagħmir

L-impjant u t-tagħmir jiġu spezzjonati u miżmuma regolarment biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tagħhom; dan jinkludi b’mod partikolari l-verifika tal-integrità u/jew tal-istatus ta’ ħelsien mit-tnixxigħ tal-valvi, tal-pompi, tal-pajpijiet, tat-tankijiet u tal-kontenimenti/tal-bunds kif ukoll il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ twissija (eż. detetturi tal-fajd).

c.

Post ottimizzat għall-ħżin tas-sustanzi kimiċi tal-proċess

Iż-żoni tal-ħżin jinsabu b’tali mod li jeliminaw jew jimminimizzaw it-trasport bla bżonn ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess fl-impjant (eż. id-distanzi tat-trasport fuq il-post jiġu mminimizzati).

L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn nuqqas ta’ spazju.

d.

Żona dedikata għall-ħatt ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess li fihom sustanzi perikolużi

Is-sustanzi kimiċi tal-proċess li fihom sustanzi perikolużi jinħattu f’żona ta’ ritenzjoni. It-tixrid okkażjonali jinġabar u jintbagħat għat-trattament.

Applikabbli b’mod ġenerali.

e.

Ħżin segregat tas-sustanzi kimiċi tal-proċess

Is-sustanzi kimiċi tal-proċess inkompatibbli jinżammu separati. Din is-segregazzjoni tiddependi mis-separazzjoni fiżika u fuq l-inventarju tas-sustanzi kimiċi (ara l-BAT 15).

f.

L-immaniġġjar u l-ħżin tal-imballaġġ li jkun fih sustanzi kimiċi tal-proċess

L-imballaġġ li jkun fih sustanzi kimiċi tal-proċess likwidi jitbattal kompletament bil-gravità jew b’mezzi mekkaniċi (eż. billi jingħorok bi xkupilja, jew billi jintmesaħ) mingħajr l-użu ta’ ilma. L-imballaġġ li jkun fih sustanzi kimiċi tal-proċess f’għamla ta’ trab jitbattal bil-gravità għall-imballaġġ żgħir, u bl-użu tal-ġbid bl-arja għal imballaġġ kbir. L-imballaġġ vojt jinħażen f’żona dedikata.

1.1.8.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 22.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja (eż. KOV mill-użu ta’ solventi organiċi), il-BAT hija li jinġabru l-emissjonijiet diffużi u li l-gassijiet ta’ skart jintbagħtu għat-trattament.

Applikabbiltà

Fil-każ ta’ impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet operazzjonali jew mill-volum għoli ta’ arja li għandha tiġi estratta.

BAT 23.

Sabiex jiġu ffaċilitati l-irkupru tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet inkanalati fl-arja, il-BAT hija li jiġi limitat l-għadd ta’ punti ta’ emissjoni.

Deskrizzjoni

It-trattament kombinat ta’ gassijiet ta’ skart b’karatteristiċi simili jiżgura trattament aktar effettiv u effiċjenti meta mqabbel mat-trattament separat ta’ flussi individwali ta’ gassijiet ta’ skart. Il-punt sa fejn in-numru ta’ punti ta’ emissjoni jista’ jkun limitat jiddependi minn fatturi tekniċi (eż. il-kompatibbiltà tal-flussi individwali tal-gass ta’ skart) u ekonomiċi (eż. id-distanza bejn punti differenti ta’ emissjoni). Tingħata attenzjoni biex il-limitazzjoni tal-għadd ta’ punti ta’ emissjoni ma twassalx għad-dilwizzjoni tal-emissjonijiet.

BAT 24.

Sabiex jiġu pprevenuti l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mid-dry cleaning u mill-ħasil preliminari b’solvent organiku, il-BAT hija li tiġi estratta l-arja minn dawn il-proċessi, biex tiġi ttrattata bl-użu ta’ adsorbiment b’karbonju attivat (ara t-Taqsima 1.9.2) u biex din terġa’ tiċċirkola bis-sħiħ.

BAT 25.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mit-trattament minn qabel ta’ materjali magħmula minn tessuti sintetiċi maħduma bil-labar, il-BAT hija li dawn jiġu maħsula qabel it-termofissazzjoni jew l-iffissar bis-sħana.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata mill-kostruzzjoni tad-drapp.

BAT 26.

Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tal-komposti organiċi fl-arja mit-tixwit, mit-trattament termiku, mill-kisi u l-laminazzjoni, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira

Deskrizzjoni

Tekniki ta’ prevenzjoni

a.

L-għażla u l-użu ta’ taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi (“riċetti”) li jwasslu għal emissjonijiet baxxi ta’ komposti organiċi

Komposti organiċi

Jintgħażlu u jintużaw taħlitiet b’emissjonijiet baxxi ta’ komposti organiċi filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (ara l-BAT 14. il-BAT 17, il-BAT 50, il-BAT 51). Bħala eżempju, jistgħu jintużaw fatturi ta’ emissjoni għall-għażla (ara t-Taqsima 1.9.1).

Tekniki ta’ tnaqqis

b.

Kondensazzjoni

Komposti organiċi għajr il-formaldeid

Ara t-Taqsima 1.9.2.

c.

Ossidazzjoni termika

Komposti organiċi

d.

Purifikazzjoni niedja

Komposti organiċi

e.

Adsorbiment

Komposti organiċi għajr il-formaldeid

Tabella 1.5

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati ta’ komposti organiċi u ta’ formaldeid fl-arja

Sustanza/Parametru

Attivitajiet/Proċessi (inklużi trattamenti termiċi assoċjati)

BAT-AEL (Medja matul il-perjodu tal-kampjunar)

(mg/Nm3)

Formaldeid

Kisi  (45)

1 –5  (46)  (47)

Laminazzjoni bi fjamma

Stampar  (45)

Tixwit

Finitura  (45)

TVOC

Kisi

3 –40  (46)  (48)  (49)

Għoti ta’ kuluranti

Finitura

Laminazzjoni

Stampar

Tixwit

Termofissazzjoni jew iffissar bis-sħana

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9.

BAT 27.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tixwit u t-trattamenti termiċi, għajr it-termofissazzjoni u l-iffissar bis-sħana, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Ċiklun

Ara t-Taqsima 1.9.2 Iċ-ċikluni jintużaw l-aktar bħala trattament minn qabel għal qabel tnaqqis ulterjuri tat-trab (eż. għal trab aħrax).

b.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 1.9.2.

c.

Purifikazzjoni niedja

Tabella 1.6

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ trab inkanalati fl-arja mit-tixwit u t-trattamenti termiċi, għajr it-termofissazzjoni u l-iffissar bis-sħana

Sustanza/Parametru

BAT-AEL(Medja matul il-perjodu tal-kampjunar) (mg/Nm3)

Trab

< 2 –10  (50)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9.

BAT 28.

Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ ammonijaka inkanalati fl-arja mill-kisi, mill-istampar u mill-finitura, inklużi t-trattamenti termiċi assoċjati ma’ dawn il-proċessi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Tekniki ta’ prevenzjoni

a.

L-għażla u l-użu ta’ taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi (“riċetti”) li jwasslu għal emissjonijiet baxxi ta’ ammonijaka

Jintgħażlu u jintużaw taħlitiet b’emissjonijiet baxxi ta’ ammonijaka filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (ara l-BAT 14, il-BAT 17, il-BAT 46, il-BAT 47, il-BAT 50, il-BAT 51). Bħala eżempju, jistgħu jintużaw fatturi ta’ emissjoni għall-għażla (ara t-Taqsima 1.9.1).

Tekniki ta’ tnaqqis

b.

Purifikazzjoni niedja

Ara t-Taqsima 1.9.2.

Tabella 1.7

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet ta’ ammonijaka inkanalati fl-arja mill-kisi, mill-istampar u mill-finitura, inklużi t-trattamenti termiċi assoċjati ma’ dawn il-proċessi

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (Medja matul il-perjodu tal-kampjunar) (51)

(mg/Nm3)

NH3

3 –10  (52)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 9.

1.1.9.   Skart

BAT 29.

Sabiex tiġi pprevenuta jew titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart u sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart mibgħut għar-rimi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Pjan tal-immaniġġjar tal-iskart

Pjan tal-immaniġġjar tal-iskart huwa parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u huwa sett ta’ miżuri li għandhom l-għan li:

jimminimizzaw l-ġenerazzjoni tal-iskart,

jottimizzaw l-użu mill-ġdid, ir-riġenerazzjoni, ir-riċiklaġġ u/jew l-irkupru tal-iskart, u

jiżguraw ir-rimi kif suppost tal-iskart.

Il-livell ta’ dettall tal-pjan tal-immaniġġjar tal-iskart ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant.

b.

Użu f’waqtu tas-sustanzi kimiċi tal-proċess

Jiġu stabbiliti b’mod ċar kriterji li jkunu assoċjati pereżempju mal-ħin massimu ta’ ħżin tas-sustanzi kimiċi tal-proċess, u jiġu mmonitorjati l-parametri rilevanti biex jiġi evitat li s-sustanzi kimiċi tal-proċess jitħassru.

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

Użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-imballaġġ

L-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi tal-proċess jintgħażel biex jiffaċilita t-tbattil sħiħ tiegħu (eż. meta jitqies id-daqs tal-fetħa tal-imballaġġ jew in-natura tal-materjal tal-imballaġġ). Wara t-tbattil (ara l-BAT 21), l-imballaġġ jerġa’ jintuża, jiġi rritornat lill-fornitur jew jintbagħat għar-riċiklaġġ tal-materjal.

d.

Ritorn ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess mhux użati

Is-sustanzi kimiċi tal-proċess mhux użati (jiġifieri li jibqgħu fil-kontenituri oriġinali tagħhom) jiġu rritornati lill-fornituri tagħhom.

Applikabbli b’mod ġenerali.

BAT 30.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent, il-BAT hija li tintuża t-teknika mogħtija hawn taħt qabel ma l-iskart jintbagħat għar-rimi.

Teknika

Deskrizzjoni

Il-ġbir u l-ħżin separati tal-iskart ikkontaminat b’sustanzi perikolużi u/jew sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

L-iskart ikkontaminat b’sustanzi perikolużi u/jew sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (eż. sustanzi kimiċi għall-finitura bħal ritardanti tal-fjammi, sustanzi repellenti taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija) jinġabar u jinħażen separatament. Dan l-iskart jista’ jkun fih tagħbijiet għoljin ta’ sustanzi niġġiesa bħal ritardanti tal-fjammi organofosforiċi u bromurati, PFAS, ftalati u komposti li fihom il-kromu-(VI) (ara l-BAT 18) u jinkludi b’mod partikolari:

skart likwidu (eż. l-ewwel ilma tat-tlaħliħ fil-finitura tar-ritardanza tal-fjammi), pejsts tal-kisi u tal-istampar;

skart tal-karta, drappijiet u materjali assorbenti;

skart tal-laboratorju;

ħama mit-trattament tal-ilma mormi.

1.2.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għat-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għat-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 31.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti kif ukoll biex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li l-grass tas-suf jiġi rkuprat, u li l-ilma mormi jiġi riċiklat.

Deskrizzjoni

L-ilma mormi mill-ħasil preliminari tas-suf jiġi ttrattat (eż. b’kombinament ta’ ċentrifugazzjoni u sedimentazzjoni) għas-separazzjoni tal-grass, tal-ħmieġ u tal-ilma. Il-grass jiġi rkuprat, l-ilma jiġi rriċiklat parzjalment għall-ħasil preliminari u l-ħmieġ jintbagħat trattament ulterjuri.

Tabella 1.8

Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-irkupru tal-grass tas-suf mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari

Tip ta’ suf

Unità

BAT-AEPL (Medja annwali)

Suf aħrax (jiġifieri dijametru tal-fibra tas-suf tipikament ikbar minn 35 μm)

kg ta’ grass irkuprat għal kull tunnellata ta’ fibri tas-suf mhux maħduma ttrattati minn qabel b’ħasil preliminari

10 –15

Suf ekstra fin u fin ħafna (jiġifieri dijametru tal-fibra tas-suf tipikament iżgħar minn 20 μm)

50 –60

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.

BAT 32.

Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Kontenituri tal-ħasil preliminari mgħottija

Il-kontenituri tal-ħasil preliminari huma mgħammra b’għotjien biex jiġi pprevenut it-telf tas-sħana permezz ta’ konvezzjoni jew evaporazzjoni (ara l-BAT 11 (c)).

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

b.

Temperatura ottimizzata tal-aħħar kontenitur tal-ħasil preliminari

It-temperatura tal-aħħar kontenitur tal-ħasil preliminari tiġi ottimizzata biex tiżdied l-effiċjenza kemm tat-tneħħija sussegwenti tal-ilma mis-suf b’mezzi mekkaniċi (ara l-BAT 13 (a)), kif ukoll dik tat-tnixxif tas-suf.

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

Tisħin dirett

Il-kontenituri tal-ħasil preliminari u l-magni tat-tnixxif jissaħħnu direttament sabiex jiġi evitat it-telf tas-sħana li jseħħ fil-ġenerazzjoni u fid-distribuzzjoni tal-fwar.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

BAT 33.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqas l-ammont ta’ skart mibgħut għar-rimi, il-BAT hija li r-residwi organiċi mit-trattament minn qabel tal-fibri tas-suf mhux maħdum b’ħasil preliminari (eż. ħmieġ, ħama mit-trattament tal-ilma mormi) jiġu ttrattati b’mod bijoloġiku.

Deskrizzjoni

Ir-residwi organiċi jiġu ttrattati, pereżempju permezz tal-kompostjar.

1.3.    Il-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-għażil tal-fibri (għajr il-fibri magħmula mill-bniedem) u l-produzzjoni tad-drapp

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-għażil tal-fibri (għajr il-fibri magħmula mill-bniedem) u għall-produzzjoni tad-drapp u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 34.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-użu ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-għażla ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi

Jintgħażlu u jintużaw sustanzi kimiċi apprestaturi bi prestazzjoni ambjentali mtejba f’termini tal-kwantità meħtieġa, il-kapaċità tal-ħasil, l-irkupru u/jew il-bijoeliminabbiltà/il-bijodegradabbiltà (eż. lamti modifikati, ċerti galattomannani u karbossimetilċelluloża) (ara l-BAT 14).

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Tixrib minn qabel tar-raden tal-qoton

Ir-raden tal-qoton jingħaddas f’ilma sħun qabel jingħata s-sustanzi apprestaturi. Dan jippermetti tnaqqis tal-ammonti ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi użati.

L-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. meta tkun meħtieġa tensjoni għolja fuq il-fibra matul l-insiġ).

c.

Għażil kompatt

Il-ħjat tal-fibra jiġu kkompressati bil-ġbid tal-arja jew bil-kumpattazzjoni mekkanika jew manjetika. Dan jippermetti tnaqqis tal-ammonti ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi użati.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. il-livell ta’ xagħar jew il-proprjetajiet tekniċi tar-raden).

BAT 35.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-għażil u l-ħdim bil-labar, il-BAT hija li jiġi evitat l-użu ta’ żjut minerali.

Deskrizzjoni

Iż-żjut minerali huma sostitwiti minn żjut sintetiċi u/jew żjut tal-ester, bi prestazzjoni ambjentali mtejba f’termini ta’ kapaċità tal-ħasil u ta’ bijoeliminabbiltà/bijodegradabbiltà.

BAT 36.

Sabiex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti, il-BAT hija li tintuża t-teknika (a) u waħda mit-tekniki (b) u (c) mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-użu ta’ tekniki ġenerali għall-iffrankar tal-enerġija għall-għażil u għall-insiġ

Dan jinkludi:

it-tnaqqis, kemm jista’ jkun, tal-volum taż-żona tal-produzzjoni (eż. billi jiġi installat saqaf sospiż) biex jitnaqqas l-ammont ta’ enerġija meħtieġa għall-umidifikazzjoni tal-arja ambjentali;

l-użu ta’ sensuri avvanzati li jidentifikaw il-qsim tal-ħajt biex iwaqqfu l-magni tal-għażil jew tal-insiġ.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

L-użu ta’ tekniki li jiffrankaw l-enerġija għall-għażil

Dan jinkludi:

l-użu ta’ fusijiet u ċombini eħfef f’oqfsa anellari;

l-użu ta’ żejt tal-fus bl-aħjar viskożità;

iż-żamma ta’ livell ottimali ta’ għoti ta’ żejt lir-raden;

l-ottimizzazzjoni tad-dijametru tal-anell fir-rigward tad-dijametru tar-raden f’oqfsa anellari;

l-istartjar gradwali tal-magni tal-għażil bl-anell;

l-użu tal-għażil bil-vortiċi;

l-ottimizzazzjoni tal-moviment tat-trasportaturi taċ-ċombini vojta f’magni tat-tkebbib fuq il-koni.

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

L-użu ta’ tekniki għall-iffrankar tal-enerġija għall-insiġ

Dan jinkludi:

l-evitar ta’ pressjoni eċċessiva tal-arja għall-insiġ bil-ġettijiet tal-arja;

l-użu ta’ newl b’wisa’ doppju għal lottijiet ta’ volum kbir.

Newl b’wisa’ doppju jista’ jkun applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

1.4.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għat-trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut għajr fibri tas-suf mhux maħdum

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għat-trattament minn qabel ta’ materjali tat-tessut għajr fibri tas-suf mhux maħdum u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 37.

Sabiex ir-riżorsi u l-enerġija jintużaw b’mod effiċjenti kif ukoll biex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki (a) u (b), flimkien mat-teknika (c) jew flimkien mat-teknika (d) mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Trattament minn qabel kombinat tat-tessuti tal-qoton

Diversi operazzjonijiet ta’ trattament minn qabel tat-tessuti tal-qoton (eż. il-ħasil, it-tneħħija tal-apprestaturi, il-ħasil preliminari u l-ibbliċjar) isiru f’daqqa.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

It-trattament cold pad batch ta’ tessuti tal-qoton

It-tneħħija tal-apprestaturi u/jew l-ibbliċjar isiru bit-teknika cold pad batch (ara t-Taqsima 1.9.4).

Applikabbli b’mod ġenerali.

c.

Likur wieħed jew għadd limitat ta’ likuri għat-tneħħija tal-apprestaturi

L-għadd ta’ likuri għat-tneħħija tal-apprestaturi għat-tneħħija ta’ tipi differenti ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi huwa limitat. F’xi każijiet, eż. għal diversi materjali ċellulożiċi, jista’ jintuża likur għat-tneħħija tal-apprestaturi ossidattiv wieħed.

Applikabbli b’mod ġenerali.

d.

L-irkupru u l-użu mill-ġdid ta’ sustanzi kimiċi apprestaturi li jinħallu fl-ilma

Meta t-tneħħija tal-apprestaturi ssir permezz tal-ħasil b’ilma sħun, is-sustanzi kimiċi apprestaturi li jinħallu fl-ilma (eż. l-alkoħol tal-polivinil u l-karbossimetilċelluloża) jiġu rkuprati mill-ilma tal-ħasil permezz ta’ ultrafiltrazzjoni. Il-konċentrat jerġa’ jintuża bħala apprestatur, filwaqt li l-permeat jerġa’ jintuża għall-ħasil.

Applikabbli biss meta l-għoti tal-apprestaturi u t-tneħħija tal-apprestaturi jsiru fl-istess impjant. Jista’ ma jkunx applikabbli għal apprestaturi komposti minn sustanzi kimiċi sintetiċi (eż. li jkun fihom poljoli tal-poliester, poliakrilati jew aċetat tal-polivinil).

BAT 38.

Sabiex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma ta’ komposti li fihom il-kloru u aġenti kumplessanti, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew it-tnejn li huma.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ibbliċjar mingħajr kloru

L-ibbliċjar isir b’sustanzi kimiċi għall-ibbliċjar mingħajr kloru (eż. perossidu tal-idroġenu, aċidu peraċetiku jew ożonu), spiss flimkien ma’ trattament minn qabel bl-enzimi (ara l-BAT 16 (c)).

Jista’ ma jkunx applikabbli għat-tidwil tal-kittien u ta’ fibri oħrajn tal-liber.

b.

Ibbliċjar bil-perossidu tal-idroġenu ottimizzat

L-użu ta’ aġenti kumplessanti jista’ jiġi evitat kompletament jew jiġi minimizzat billi titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ radikali tal-idrossil matul l-ibbliċjar. Dan jinkiseb billi:

jintuża ilma artab/imrattab;

jitneħħew minn qabel l-impuritajiet tal-metall mill-materjali tat-tessut (eż. permezz ta’ separazzjoni manjetika, trattament kimiku jew ħasil minn qabel);

jiġu kkontrollati l-pH u l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu waqt l-ibbliċjar.

Applikabbli b’mod ġenerali.

BAT 39.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqas l-ammont ta’ alkali skarikat għat-trattament tal-ilma mormi, il-BAT hija li tiġi rkuprata s-soda kawstika użata għall-illustrar.

Deskrizzjoni

Is-soda kawstika tiġi rkuprata mill-ilma tat-tlaħliħ permezz tal-evaporazzjoni u tiġi ppurifikata aktar, jekk ikun meħtieġ. Qabel l-evaporazzjoni, l-impuritajiet fl-ilma tat-tlaħliħ jitneħħew billi jintużaw, pereżempju, skrins u/jew mikrofiltrazzjoni.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn nuqqas ta’ sħana rkuprata xierqa u/jew minn ammont baxx ta’ soda kawstika.

Tabella 1.9

Il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjat mal-BAT (BAT-AEPL) għall-irkupru tas-soda kawstika użata għall-illustrar

Unità

BAT-AEPL (Medja annwali)

% tas-soda kawstika rkuprata

75 –95

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 6.

1.5.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-għoti ta’ kuluranti

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-għoti ta’ kuluranti u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 40.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti bil-lott u kontinwu

a.

L-għażla tal-kuluranti

Jintgħażlu kuluranti b’aġenti dispersivi li huma bijodegradabbli (eż. ibbażati fuq esteri ta’ aċidi xaħmin).

b.

L-għoti ta’ kuluranti b’aġenti ta’ livellar magħmula miż-żejt veġetali riċiklat

L-aġenti ta’ livellar magħmula miż-żejt veġetali riċiklat jintużaw fl-għoti ta’ kuluranti b’temperatura għolja tal-poliester u fl-għoti ta’ kuluranti lill-fibri tal-proteini u tal-poliammid.

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti bil-lott

c.

Għoti ta’ kuluranti bil-pH ikkontrollat

Għall-materjali tat-tessut b’karatteristiċi żwitterjoniċi, l-għoti ta’ kuluranti jsir f’temperatura kostanti u jiġi kkontrollat billi l-pH tal-likur tal-kuluranti jitnaqqas gradwalment taħt il-punt isoelettriku tal-materjali tat-tessut.

d.

It-tneħħija ottimizzata tal-kuluranti mhux fissi fl-għoti ta’ kuluranti reattiv

Il-kuluranti mhux fissi jitneħħew mill-materjali tat-tessut bl-użu ta’ enzimi (eż. il-lakkażi, il-lipażi) (ara l-BAT 16 (c)) u/jew il-polimeri tal-vinil. Dan inaqqas l-għadd ta’ stadji tat-tlaħliħ meħtieġa.

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti bil-lott

e.

Sistemi bi proporzjon baxx ta’ likur

Ara t-Taqsima 1.9.4.

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti kontinwu

f.

Sistemi ta’ applikazzjoni b’volum baxx

Ara t-Taqsima 1.9.4.

BAT 41.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti lil materjali ċellulożiċi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Teknika għall-għoti ta’ kuluranti b’kuluranti tal-kubrit u f’bittija

a.

L-użu minimizzat ta’ aġenti riduċenti bbażati fuq il-kubrit

L-għoti ta’ kuluranti jsir mingħajr sulfur tas-sodju jew idrosulfit bħala aġenti riduċenti.

Fejn dan ma jkunx possibbli, jintużaw kuluranti parzjalment imnaqqsa minn qabel b’mod kimiku (eż. il-kuluranti tal-lewn indigo) sabiex jiżdied inqas sulfur tas-sodju jew idrosulfit għall-għoti ta’ kuluranti.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. l-isfumatura).

Teknika għall-għoti ta’ kuluranti kontinwu bil-kuluranti f’bittija

b.

L-għażla tal-kuluranti f’bittija

Jintgħażlu l-kuluranti f’bittija li ma humiex suxxettibbli għal emissjonijiet matul il-fażi tal-użu tat-tessut. Jintużaw awżiljarji (eż. il-poliglikoli) biex l-għoti ta’ kuluranti jkun jista’ jsir b’inqas, jew mingħajr, trattament sussegwenti bil-fwar, ossidazzjoni u ħasil u biex tiġi żgurata ż-żamma xierqa tal-kuluri.

Jista’ ma jkunx applikabbli għall-għoti ta’ kuluranti bi sfumaturi skuri.

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti b’kuluranti reattivi

c.

L-użu ta’ kuluranti reattivi polifunzjonali

Il-kuluranti reattivi polifunzjonali b’aktar minn grupp funzjonali reattiv wieħed jintużaw biex jipprovdu livell għoli ta’ fissazzjoni fl-għoti ta’ kuluranti permezz tal-immersjoni fil-kuluranti.

Applikabbli b’mod ġenerali.

d.

Għoti ta’ kuluranti bit-teknika cold pad batch

L-għoti ta’ kuluranti jsir bit-teknika cold pad batch (ara t-Taqsima 1.9.4).

Applikabbli b’mod ġenerali.

e.

Tlaħliħ ottimizzat

It-tlaħliħ wara l-għoti ta’ kuluranti b’kuluranti reattivi jsir f’temperatura għolja (eż. sa 95 °C) u mingħajr l-użu ta’ deterġenti. Is-sħana tal-ilma tat-tlaħliħ tiġi rkuprata (ara l-BAT 11 (i)).

Applikabbli b’mod ġenerali.

Tekniki għall-għoti ta’ kuluranti kontinwu b’kuluranti reattivi

f.

L-użu ta’ soluzzjoni ta’ alkali kkonċentrata

Fl-għoti ta’ kuluranti bit-teknika cold pad batch (ara t-Taqsima 1.9.4), jintużaw soluzzjonijiet milwiema konċentrati ta’ alkali mingħajr silikat tas-sodju għall-fissazzjoni tal-kuluranti.

Jista’ ma jkunx applikabbli għall-għoti ta’ kuluranti bi sfumaturi skuri.

g.

Il-fissazzjoni bil-fwar ta’ kuluranti reattivi

Il-kuluranti reattivi jiġu ffissati bil-fwar, li jevita l-użu ta’ sustanzi kimiċi għall-fissazzjoni.

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-karatteristiċi tal-materjali tat-tessut u mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. l-għoti ta’ kuluranti ta’ kwalità għolja lit-taħlitiet tal-poliester/qoton).

BAT 42.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti lis-suf, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt fl-ordni ta’ prijorità li ġejja.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għoti ta’ kuluranti reattiv ottimizzat

L-għoti ta’ kuluranti lis-suf isir b’kuluranti reattivi mingħajr mordant tal-kromu.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Għoti ta’ kuluranti ottimizzat b’kumplessi metalliċi

L-għoti ta’ kuluranti jsir b’kuluranti b’kumplessi metalliċi f’kundizzjonijiet ottimizzati f’termini ta’ pH, awżiljarji u aċidu użati, sabiex jiżdiedu l-eżawriment tal-likur tal-għoti ta’ kuluranti u l-fissazzjoni tal-kuluranti.

Jista’ ma jkunx applikabbli għall-għoti ta’ kuluranti bi sfumaturi skuri.

c.

Użu minimizzat tal-kromati

Meta l-użu tad-dikromat tas-sodju jew tal-potassju bħala mordant ikun awtorizzat, id-dikromat jiġi dożat bħala funzjoni tal-ammont ta’ kulurant meħud mis-suf. Il-parametri tal-għoti ta’ kuluranti (eż. il-pH u t-temperatura tal-likur tal-għoti ta’ kuluranti) jiġu ottimizzati sabiex jiġi żgurat li l-likur taż-żbigħ jiġi eżawrit kemm jista’ jkun.

Applikabbli b’mod ġenerali.

BAT 43.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-għoti ta’ kuluranti ta’ poliester b’kuluranti ta’ dispersjoni, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-għoti ta’ kuluranti bil-lott mingħajr trasportaturi tal-kuluranti

L-għoti ta’ kuluranti bil-lott lit-taħlitiet tal-poliester u tal-poliester mingħajr suf isir f’temperatura għolja (eż. 130 °C) mingħajr l-użu ta’ trasportaturi tal-kuluranti.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

L-użu ta’ trasportaturi tal-kuluranti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fl-għoti ta’ kuluranti bil-lott

L-għoti ta’ kuluranti bil-lott lit-taħlitiet tal-poliester u tas-suf isir bi trasportaturi tal-kuluranti mingħajr kloru u li jkunu bijodegradabbli.

c.

Desorbiment ottimizzat tal-kulurant mhux fiss fl-għoti ta’ kuluranti bil-lott

Dan jinkludi:

l-użu ta’ aċċelleratur tad-desorbiment ibbażat fuq derivattivi tal-aċidu karbossiliku;

l-użu ta’ aġent riduċenti li jista’ jintuża fil-kundizzjonijiet aċidużi tal-likur tal-għoti ta’ kuluranti użat;

l-użu ta’ kuluranti ta’ dispersjoni li jistgħu jiġu desorbiti f’kundizzjonijiet alkalina permezz ta’ idroliżi minflok tnaqqis.

L-użu ta’ aġent riduċenti li jista’ jintuża f’kundizzjonijiet aċidiċi jista’ ma jkunx applikabbli għat-taħlitiet tal-poliester-elastan.

L-użu ta’ kuluranti li huma desorbenti f’kundizzjonijiet alkalini jista’ jiġi ristrett mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. iż-żamma tal-kuluri u tal-isfumatura).

1.6.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-istampar

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-istampar u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 44.

Sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi, il-BAT hija li jiġi ottimizzat it-tindif tat-tagħmir tal-istampar.

Deskrizzjoni

Dan jinkludi:

it-tneħħija tal-pejst tal-istampar b’mezzi mekkaniċi;

il-bidu u l-waqfien awtomatiku tal-provvista tal-ilma tat-tindif;

l-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ tal-ilma tat-tindif (ara l-BAT 10 (i)).

BAT 45.

Sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti, il-BAT hija li jintuża kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Għażla tat-teknoloġija tal-istampar

a.

Stampar diġitali bil-ġett

Injezzjoni ta’ kuluranti kkontrollata bil-kompjuter fuq materjali tat-tessut.

Applikabbli biss għal impjanti ġodda jew għal aġġornamenti kbar tal-impjanti.

b.

Stampar bi trasferiment fuq materjali magħmula minn tessuti sintetiċi

Id-disinn l-ewwel jiġi stampat fuq substrat intermedju (eż. karta) bl-użu ta’ kuluranti ta’ dispersjoni magħżula u sussegwentement jiġi ttrasferit għad-drapp billi jiġu applikati temperatura u pressjoni għoljin.

It-teknika tad-disinn u tat-tħaddim

c.

L-użu ottimizzat tal-pejst tal-istampar

Dan jinkludi:

il-minimizzazzjoni tal-volum tas-sistema tal-provvista tal-pejst tal-istampar (eż. il-minimizzazzjoni tat-tulijiet u tad-dijametri tal-pajpijiet);

l-iżgurar ta’ distribuzzjoni uniformi tal-pejst fuq il-wisa’ kollu tal-magna tal-istampar;

it-twaqqif tal-provvista tal-pejst tal-istampar ftit qabel it-tmiem tal-istampar;

iż-żieda manwali ta’ pejst tal-istampar għal użu fuq skala żgħira.

Applikabbli b’mod ġenerali.

Irkupru u użu mill-ġdid tal-pejst tal-istampar

d.

L-irkupru ta’ pejst tal-istampar residwu fl-istampar bi skrin rotatorju

Il-pejst tal-istampar residwu fis-sistema tal-provvista jiġi mbuttat lura lejn il-kontenitur oriġinali tiegħu.

L-applikabbiltà fl-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mit-tagħmir.

e.

Użu mill-ġdid ta’ pejst tal-istampar residwu

Il-pejst tal-istampar residwu jinġabar, jiġi separat skont it-tip, jinħażen u jerġa’ jintuża.

Il-grad ta’ użu mill-ġdid tal-pejst tal-istampar huwa limitat mill-kapaċità tiegħu li jitħassar.

Applikabbli b’mod ġenerali.

BAT 46.

Sabiex jiġu pprevenuti l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja u sabiex tiġi pprevenuta l-ġenerazzjoni ta’ ilma mormi li fih urea mill-istampar b’kuluranti reattivi fuq materjali ċellulożiċi, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Tnaqqis tal-kontenut tal-urea fil-pejsts tal-istampar

L-istampar isir b’ammont imnaqqas ta’ urea fil-pejsts tal-istampar u billi jiġi kkontrollat il-kontenut ta’ ndewwa tal-materjali tat-tessut.

b.

Stampar f’żewġ stadji

L-istampar isir mingħajr urea b’żewġ stadji ta’ padding bi tnixxif intermedju u biż-żieda ta’ aġenti ta’ fissazzjoni (eż. silikat tas-sodju).

BAT 47.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi (eż. il-formaldeid) u ta’ ammonijaka fl-arja mill-istampar bil-pigmenti, il-BAT hija li jintużaw sustanzi kimiċi tal-istampar bi prestazzjoni ambjentali mtejba.

Deskrizzjoni

Dan jinkludi:

aġenti tat-tħaxxin mingħajr, jew b’kontenut baxx ta’, komposti organiċi volatili;

aġenti ta’ fissazzjoni b’potenzjal baxx ta’ rilaxxi tal-formaldeid;

aġenti li jgħaqqdu b’kontenut baxx ta’ ammonijaka u b’potenzjal baxx ta’ rilaxxi tal-formaldeid.

1.7.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-finitura

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw għall-finitura u japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

1.7.1.   Finitura għall-kura faċli

BAT 48.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-formaldeid fl-arja minn finitura għall-kura faċli ta’ materjali tat-tessut magħmula minn fibri taċ-ċelluloża u/jew taħlitiet ta’ fibri taċ-ċelluloża u sintetiċi, il-BAT hija li jintużaw aġenti li jipprovokaw retikolazzjoni mingħajr ebda potenzjal jew b’potenzjal baxx ta’ rilaxx tal-formaldeid.

1.7.2.   Trattib

BAT 49.

Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tat-trattib, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Applikazzjoni b’volum baxx ta’ aġenti tat-trattib

Ara t-Taqsima 1.9.4.

L-aġenti tat-trattib ma jiġux miżjuda mal-likur tal-għoti ta’ kuluranti iżda jiġu applikati fi stadju ta’ proċess separat bil-padding, bl-isprej jew bir-ragħwa.

b.

Trattib ta’ materjali tat-tessut tal-qoton bl-enzimi

Ara l-BAT 16 (c).

Jintużaw l-enzimi għat-trattib, possibbilment flimkien mal-ħasil jew mal-għoti ta’ kuluranti.

1.7.3.   Finitura b’reżistenza għall-fjammi

BAT 50.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent u fl-iskart, tal-finitura b’reżistenza għall-fjammi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt, filwaqt li tingħata prijorità lit-teknika (a).

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

L-użu ta’ materjali tat-tessut bi proprjetajiet inerenti ta’ reżistenza għall-fjammi

Jintużaw tessuti li ma jirrikjedux finitura b’ritardanti tal-fjammi.

L-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. ir-reżistenza għall-fjammi).

b.

Għażla ta’ ritardanti tal-fjammi

Jintgħażlu r-ritardanti tal-fjammi filwaqt li jitqiesu:

ir-riskji assoċjati magħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ persistenza u tossiċità, inkluż il-potenzjal għal sostituzzjoni (eż. ritardanti tal-fjammi bromurati, ara l-BAT 14, il-punt I.(d));

il-kompożizzjoni u l-forma tal-materjali tat-tessut li għandhom jiġu ttrattati;

reżistenza għall-fjammi u r-repellenza taż-żejt/tal-ilma/tal-ħamrija kkombinati, id-durabbiltà tal-ħasil).

Applikabbli b’mod ġenerali.

1.7.4.   Finitura b’repellenza taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija

BAT 51.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, speċjalment biex jiġu pprevenuti jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent u fl-iskart, ta’ finitura b’repellenza taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija, il-BAT hija li jintużaw repellenti taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija bi prestazzjoni ambjentali mtejba.

Deskrizzjoni

Jintgħażlu r-repellenti taż-żejt, tal-ilma u tal-ħamrija filwaqt li jitqiesu:

ir-riskji assoċjati magħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ persistenza u tossiċità, inkluż il-potenzjal għal sostituzzjoni (eż. il-PFAS, ara l-BAT 14, il-punt I.(d));

il-kompożizzjoni u l-forma tal-materjali tat-tessut li għandhom jiġu ttrattati;

l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. ir-repellenza taż-żejt, tal-ilma, tal-ħamrija u r-reżistenza għall-fjammi kkombinati).

1.7.5.   Finitura tas-suf biex ikun reżistenti għat-tiċkin

BAT 52.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-finitura tas-suf reżistenti għat-tiċkin, il-BAT hija li jintużaw sustanzi kimiċi antifeltranti mingħajr kloru.

Deskrizzjoni

L-imlieħi inorganiċi tal-aċidu peroksimonosulfuriku jintużaw għall-finitura tas-suf biex ikun reżistenti għat-tiċkin.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott (eż. li l-oġġett jiċkien).

1.7.6.   Reżistenza għall-kamla

BAT 53.

Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-aġenti reżistenti għall-kamla, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinament tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Għażla tal-awżiljarji għall-għoti ta’ kuluranti

Meta jiżdiedu aġenti reżistenti għall-kamla direttament fil-likur tal-għoti ta’ kuluranti, jintgħażlu l-awżiljarji tal-għoti ta’ kuluranti (eż. aġenti ta’ livellar) li ma jfixklux l-assorbiment ta’ aġenti reżistenti għall-kamla.

Applikabbli b’mod ġenerali.

b.

Applikazzjoni b’volum baxx ta’ aġenti reżistenti għall-kamla

ara t-Taqsima 1.9.4.

Fil-każ ta’ sprejjar, is-soluzzjoni ta’ reżistenza għall-kamla żejda tiġi rkuprata mill-materjali tat-tessut permezz taċ-ċentrifugazzjoni u terġa’ tintuża.

Applikabbli b’mod ġenerali.

1.8.    Konklużjonijiet dwar il-BAT għal-laminazzjoni

Il-konklużjoni dwar il-BAT f’din it-taqsima tapplika għal-laminazzjoni u tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT fit-Taqsima 1.1.

BAT 54.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ komposti organiċi fl-arja mil-laminazzjoni, il-BAT hija li tintuża laminazzjoni li tinħall bis-sħana minflok laminazzjoni bi fjamma.

Deskrizzjoni

Il-polimeri mdewba jiġu applikati fuq it-tessuti mingħajr l-użu ta’ fjamma.

Applikabbiltà

Jista’ ma jkunx applikabbli għal tessuti irqaq u jista’ jkun ristrett mis-saħħa tal-aderenza bejn il-laminat u l-materjali tat-tessut.

1.9.    Deskrizzjoni tat-tekniki

1.9.1.   Teknika għall-għażla ta’ sustanzi kimiċi tal-proċess, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Fatturi ta’ emissjoni

Il-fatturi ta’ emissjoni huma valuri rappreżentattivi li jippruvaw jorbtu l-kwantità ta’ sustanza emessa ma’ proċess assoċjat mal-emissjoni ta’ dik is-sustanza. Il-fatturi ta’ emissjoni huma dderivati mill-kejl tal-emissjonijiet skont protokoll definit minn qabel li jqis il-materjali tat-tessut u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar ta’ referenza (eż. il-ħin u t-temperatura tat-twebbis). Dawn huma espressi bħala l-massa ta’ sustanza emessa diviża bil-massa ta’ materjali tat-tessut trattati fil-kundizzjonijiet tal-ipproċessar ta’ referenza (eż. grammi ta’ karbonju organiku emessi għal kull kg ta’ materjali tat-tessut trattati bi fluss ta’ gass ta’ skart ta’ 20 m3/h). Jitqiesu l-kwantità, il-proprjetajiet perikolużi u l-kompożizzjoni tat-taħlita tas-sustanzi kimiċi tal-proċess u l-assorbiment tagħhom mill-materjal tat-tessut.

1.9.2.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Adsorbiment

It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa minn fluss ta’ gass ta’ skart permezz ta’ żamma fuq wiċċ solidu (il-karbonju attivat tipikament jintuża bħala adsorbent). L-adsorbiment jista’ jkun riġenerattiv jew mhux riġenerattiv.

Fl-adsorbiment mhux riġenerattiv, l-adsorbent użat ma jiġix irriġenerat, iżda jintrema.

Fl-adsorbiment riġenerattiv, l-adsorbat jiġi sussegwentement desorbit, pereżempju bil-fwar (ta’ spiss fuq il-post), sabiex jerġa’ jintuża jew jintrema, filwaqt li l-adsorbent jintuża mill-ġdid. Għal operat kontinwu, normalment jitħaddmu, b’mod parallel, aktar minn żewġ adsorbenti, wieħed minnhom f’modalità ta’ desorbiment.

Kondensazzjoni

Il-kondensazzjoni hija teknika li telimina l-fwar tal-komposti organiċi u inorganiċi minn fluss tal-gass ta’ skart billi tnaqqaslu t-temperatura għal inqas mill-punt tan-nida tiegħu.

Ċiklun

Tagħmir għat-tneħħija tat-trab minn fluss ta’ gass ta’ skart ibbażat fuq l-użu ta’ forzi ċentrifugali, normalment f’kompartiment koniku.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi (ESPs) joperaw b’tali mod li l-partikoli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt medda wiesgħa ta’ kundizzjonijiet. L-effiċjenza tat-tnaqqis tista’ tiddependi min-numru ta’ kampijiet, mill-ħin ta’ residenza (daqs), u mill-apparati għat-tneħħija tal-partikoli upstream. Ġeneralment dawn jinkludu bejn żewġ u ħames kampijiet. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu jkunu tat-tip xott jew niedi skont it-teknika użata għall-ġbir tat-trab mill-elettrodi.

Ossidazzjoni termika

L-ossidazzjoni ta’ gassijiet kombustibbli u ta’ odoranti fi fluss ta’ gass ta’ skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta’ kontaminanti bl-arja jew bl-ossiġenu sa punt ogħla mit-temperatura tal-awtofjammabbiltà tagħha f’kompartiment tal-kombustjoni filwaqt li tinżamm f’temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tagħha f’diossidu tal-karbonju u ilma.

Purifikazzjoni niedja

It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa gassużi jew partikolati minn fluss ta’ gass ta’ skart permezz tat-trasferiment tal-massa lejn l-ilma jew lejn soluzzjoni milwiema. Din tista’ tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f’purifikatur tal-aċidu jew tal-alkali).

1.9.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma

Teknika

Deskrizzjoni

Proċess tal-ħama attivat

L-ossidazzjoni bijoloġika ta’ sustanzi niġġiesa organiċi maħlula bl-ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi. Fil-preżenza tal-ossiġenu maħlul (injettat bħala arja jew bħala ossiġenu pur), il-komponenti organiċi jiġu ttrasformati f’diossidu tal-karbonju, ilma jew f’metaboliti oħrajn u f’bijomassa (jiġifieri l-ħama attivat). Il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fl-ilma mormi u t-taħlita kollha tiġi arjata b’mezzi mekkaniċi. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat lil faċilità ta’ separazzjoni fejn il-ħama jiġi rriċiklat fit-tank tal-arjazzjoni.

Adsorbiment

Metodu ta’ separazzjoni li bih il-komposti fi fluwidu (eż. ilma mormi) jinżammu fuq wiċċ solidu (is-soltu, karbonju attivat).

Trattament anaerobiku

It-trasformazzjoni bijoloġika ta’ sustanzi niġġiesa organiċi u inorganiċi maħlula fin-nuqqas ta’ ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi. Il-prodotti ta’ trasformazzjoni jinkludu l-metan, id-diossidu tal-karbonju, u s-sulfur. Il-proċess isir f’reattur issiġillat li jħawwad.

L-aktar tipi ta’ reattur użati b’mod komuni huma:

reattur ta’ kuntatt anaerobiku;

reattur ta’ proċess anaerobiku b’għata ta’ ħama bi fluss axxendenti;

reattur b’sodda fissa;

reattur b’sodda estiża.

Ossidazzjoni kimika

Il-komposti organiċi jiġu ossidizzati f’komposti li jagħmlu inqas ħsara u li jiġu bijodegradati aktar faċilment. It-tekniki jinkludu l-ossidazzjoni umda jew l-ossidazzjoni bl-ożonu jew bil-perossidu tal-idroġenu, li jistgħu jkunu appoġġati b’katalizzaturi jew bir-radjazzjoni UV. L-ossidazzjoni kimika tintuża wkoll biex jiġu degradati l-komposti organiċi li jikkawżaw problemi fir-riħa, fit-togħma u fil-kulur u għal skopijiet ta’ diżinfettar.

Riduzzjoni kimika

Ir-riduzzjoni kimika hija l-konverżjoni tas-sustanzi niġġiesa permezz ta’ aġenti kimiċi ta’ tnaqqis f’komposti li jagħmlu inqas ħsara.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jsiru fi stadji suċċessivi. Il-koagulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ koagulanti b’ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet tal-partikoli ta’ mikroflokkuli jġegħluhom jintrabtu flimkien biex jipproduċu flokkuli akbar. Il-flokkuli li jifformaw imbagħad jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni bl-arja jew tal-filtrazzjoni.

Ekwalizzazzjoni

L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta’ tankijiet jew tekniki oħrajn ta’ ġestjoni.

Evaporazzjoni

L-użu tad-distillazzjoni biex jiġu kkonċentrati soluzzjonijiet milwiema ta’ sustanzi li jagħlu f’temperatura għolja għall-użu ulterjuri, l-ipproċessar jew ir-rimi (pereżempju bl-inċinerazzjoni tal-ilma mormi) permezz tat-trasferiment tal-ilma lejn il-fażi ta’ tifwir. Is-soltu ssir f’unitajiet b’ħafna stadji b’vakwu li jiżdied biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija. Il-fwar tal-ilma jiġi kkondensat għall-użu mill-ġdid jew jiġi skarikat bħala ilma mormi.

Filtrazzjoni

Is-separazzjoni ta’ solidi mill-ilma mormi billi jingħaddew minn ġo mezz poruż, eż. filtrazzjoni bir-ramel jew b’membrana (ara Filtrazzjoni b’membrana hawn taħt).

Flotazzjoni

Is-separazzjoni ta’ partikoli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikoli li jżommu fil-wiċċ jakkumulaw f’wiċċ l-ilma u jinġabru bi xkumaturi.

Bijoreattur b’membrana

Kombinament ta’ trattament ta’ ħama attivat u filtrazzjoni b’membrana. Jintużaw żewġ varjanti: a) ċirkwit estern ta’ riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank tal-ħama attivat bl-arja, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat minn membrana b’fibri vojta minn ġewwa, il-bijomassa tibqa’ fit-tank.

Filtrazzjoni b’membrana

Il-mikrofiltrazzjoni, l-ultrafiltrazzjoni, in-nanofiltrazzjoni u l-osmosi inversa huma proċessi tal-filtrazzjoni b’membrana li jżommu u jikkonċentraw, minn naħa waħda tal-membrana, is-sustanzi niġġiesa bħall-partikoli sospiżi u l-partikoli kollojdali li jinsabu fl-ilmijiet mormija. Dawn ivarjaw f’termini ta’ daqsijiet tal-pori tal-membrana u l-pressjoni idrostatika.

Newtralizzazzjoni

L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7) biż-żieda ta’ sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) jistgħu jintużaw sabiex iżidu l-pH, filwaqt li l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) jistgħu jintużaw sabiex inaqqsu l-pH. Xi sustanzi niġġiesa jistgħu jippreċipitaw bħala komposti insolubbli waqt in-newtralizzazzjoni.

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni

Proċess f’żewġ stadji li normalment ikun inkorporat f’impjanti tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. L-ewwel stadju huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju NH4 +) f’nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat f’nitrat (NO3 -). Fl-istadju sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi inaqqsu n-nitrat f’gass tan-nitroġenu kimikament.

Separazzjoni żejt/ilma

Is-separazzjoni taż-żejt u l-ilma inkluż it-tneħħija sussegwenti taż-żejt bis-separazzjoni bil-gravità taż-żejt liberu, bl-użu ta’ tagħmir għas-separazzjoni jew bit-tkissir tal-emulsjonijiet (bl-użu ta’ sustanzi kimiċi li jkissru l-emulsjonijiet bħall-imlieħi tal-metall, l-aċidi minerali, l-adsorbenti u l-polimeri organiċi).

Skrinjar u separazzjoni tal-frak

Is-separazzjoni tal-ilma u tal-kontaminanti insolubbli bħar-ramel, il-fibri, it-tentux jew materjali mhux maħduma oħrajn mill-effluwent tat-tessut billi jiġu ffiltrati permezz ta’ skrins jew ta’ sedimentazzjoni bil-gravità f’kompartimenti tal-frak.

Preċipitazzjoni

Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa maħlula f’komposti insolubbli biż-żieda ta’ preċipitanti. Sussegwentement, il-preċipitati solidi li jiffurmaw jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, il-flotazzjoni bl-arja jew bil-filtrazzjoni.

Sedimentazzjoni

Is-separazzjoni tal-partil-issettjarkoli sospiżi permezz tas-sedimentazzjoni bil-gravità.

1.9.4.   Tekniki biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma, tal-enerġija u tas-sustanzi kimiċi

Teknika

Deskrizzjoni

Trattament cold pad batch

Fit-trattament cold pad batch, il-likur tal-proċess jiġi applikat b’padding (eż. b’foulard) u d-drapp imxappap jiddawwar bil-mod fit-temperatura tal-kamra għal perjodu twil. Din it-teknika tippermetti konsum imnaqqas’ta’ sustanzi kimiċi u ma tirrikjedix stadji sussegwenti bħall-fissazzjoni termika u b’hekk tnaqqas il-konsum tal-enerġija.

Sistemi bi proporzjon baxx ta’ likur (għall-proċessi tal-lott)

Jista’ jinkiseb proporzjon baxx ta’ likur billi jittejjeb il-kuntatt bejn il-materjali tat-tessut u l-likur tal-proċess (eż. billi tinħoloq turbolenza fil-likur tal-proċess), permezz ta’ monitoraġġ avvanzat tal-proċess, permezz ta’ dożaġġ u applikazzjoni mtejba tal-likur tal-proċess (eż. permezz ta’ ġettijiet jew sprejjar) u billi jiġi evitat it-taħlit tal-likur tal-proċess mal-ilma tal-ħasil jew tat-tlaħliħ.

Sistemi ta’ applikazzjoni b’volum baxx (għal proċessi kontinwi)

Id-drapp jimtela b’likur tal-proċess permezz ta’ sprejjar, ġbid bil-vakwu mid-drapp, ragħwa, padding, u immersjoni f’nips (likur tal-proċess li jinsab fil-vojt bejn żewġ rombli) jew f’tankijiet b’volum imnaqqas, eċċ.


(1)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet ta’ kampjunar jew limitazzjonijiet analitiċi u/jew minħabba kundizzjonijiet operattivi, huwa xieraq kampjun/kejl ta’ 30 minuta u/jew bħala medja ta’ tliet kampjuni/kejliet konsekuttivi, tista’ tintuża proċedura aktar rappreżentattiva tal-kampjunar/kejl.

(5)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza/sustanzi jew parametru/parametri (inklużi gruppi ta’ sustanzi jew sustanzi individwali fi grupp ta’ sustanzi) ikkonċernati jiġu identifikati bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmija fil-BAT 2.

(6)  Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet xhur jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.

(7)  Il-monitoraġġ japplika biss fil-każ ta’ skariku dirett.

(8)  Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta minħabba li ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.

(9)  Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.

(10)  Jekk il-livelli ta’ emissjonijiet jintwerew li huma stabbli biżżejjed, tista’ tiġi adottata frekwenza ta’ monitoraġġ aktar baxxa ta’ darba fix-xahar.

(11)  Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull sitt xhur jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.

(12)  Il-karatterizzazzjoni tal-effluwent titwettaq qabel ma jibda t-tħaddim tal-impjant jew qabel ma jiġi aġġornat permess għall-impjant għall-ewwel darba wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, u wara kull bidla (eż. bidla ta’ “riċetta”) fl-impjant li tista’ żżid it-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa.

(13)  Jista’ jintuża jew il-parametru tat-tossiċità l-aktar sensittiv jew kombinament xieraq tal-parametri tat-tossiċità.

(14)  Sa fejn ikun possibbli, il-kejl isir fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.

(15)  Fil-każ ta’ fluss tal-massa tat-trab ta’ inqas minn 50 g/h, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin.

(16)  Ir-riżultati tal-monitoraġġ jiġu rrapportati flimkien mal-proporzjon korrispondenti bejn l-arja u t-tessut.

(17)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(18)  Il-monitoraġġ ma japplikax jekk il-gass naturali biss, jew il-gass likwifikat miż-żejt biss, jintuża bħala fjuwil.

(19)  Fil-każ ta’ fluss tal-massa tat-TVOC ta’ anqas minn 200 g/h, il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin.

(20)  It-tarf t’isfel tal-medda jista’ jinkiseb b’livell għoli ta’ riċiklaġġ tal-ilma (eż. siti b’ġestjoni integrata tal-ilma għal diversi impjanti).

(21)  Il-medda tapplika wkoll għall-għoti ta’ kuluranti lil lottijiet ta’ raden u fibri maħlula ikkombinati.

(22)  It-tarf ogħla tal-medda jista’ jkun ogħla u sa 100 m3/t għal impjanti li jużaw kombinament ta’ proċessi kontinwi u tal-lott.

(23)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.9.3.

(24)  Skariku minimu tal-ilma mormi (eż. “skariku likwidu żero”) jista’ jinkiseb bl-użu ta’ kombinament ta’ tekniki inklużi tekniki avvanzati ta’ trattament għar-riċiklaġġ tal-ilma mormi.

(25)  Il-perjodi li fuqhom jinħadmu l-medji huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(26)  Il-BAT-AELs japplikaw biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat(a) jiġi/tiġi identifikat(a) bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(27)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.

(28)  Japplika jew il-BAT-AEL għas-COD jew il-BAT-AEL għat-TOC. Il-BAT-AEL għat-TOC huwa l-għażla ppreferuta billi l-monitoraġġ tat-TOC ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.

(29)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun sa 150 mg/l:

meta l-ammont speċifiku ta’ ilma mormi skarikat ikun anqas minn 25 m3/t ta’ materjali tat-tessut trattati bħala medja annwali rikorrenti; jew

meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali rikorrenti.

(30)  L-ebda BAT-AEL ma japplika għad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD). Bħala indikazzjoni, il-livell BOD5 medju annwali fl-effluwent minn impjant tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi ġeneralment ikun ta’ ≤ 10 mg/l.

(31)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 1,2 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.

(32)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,3 mg/l meta l-fibri tal-poliammid, tas-suf jew tal-ħarir jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti b’kumplessi metalliċi.

(33)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,2 mg/l meta jingħata l-kuluranti jew isir stampar b’kuluranti jew pigmenti reattivi li fihom in-nikil.

(34)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jiġu ttrattati fibri tal-viskuż jew meta jingħata l-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti katjoniċi li fihom iż-żingu.

(35)  Il-BAT-AEL jista’ ma japplikax meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C) għal perjodi twal.

(36)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun sa 50 mg/l:

meta l-ammont speċifiku ta’ ilma mormi skarikat ikun anqas minn 25 m3/t ta’ materjali tat-tessut trattati bħala medja annwali rikorrenti; jew

meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali rikorrenti.

(37)  Il-perjodi li fuqhom jinħadmu l-medji huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(38)  Il-BAT-AELs jistgħu ma japplikawx jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq sabiex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, sakemm dan ma jwassalx għal livell ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent.

(39)  Il-BAT-AELs japplikaw biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat(a) tiġi/jiġi identifikat(a) bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(40)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-fibri tal-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.

(41)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 1,2 mg/l meta jingħataw il-kuluranti l-fibri tal-poliester u/jew il-fibri modakriliċi.

(42)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,3 mg/l meta l-fibri tal-poliammid, tas-suf jew tal-ħarir jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti b’kumplessi metalliċi.

(43)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,2 mg/l meta jingħataw kuluranti jew isir stampar b’kuluranti jew pigmenti reattivi li fihom in-nikil.

(44)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 0,8 mg/l meta jiġu ttrattati fibri tal-viskuż jew meta jingħataw il-kuluranti bl-użu ta’ kuluranti katjoniċi li fihom iż-żingu.

(45)  Il-BAT-AEL japplika biss meta l-formaldeid jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(46)  Għall-attivitajiet elenkati fil-punti 3 u 9, il-Parti 1 tal-Anness VII tal-IED, il-meded tal-BAT-AEL japplikaw biss sakemm iwasslu għal livelli ta’ emissjonijiet aktar baxxi mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet fil-Partijiet 2 u 4 tal-Anness VII tal-IED.

(47)  Għall-proċessi tal-finitura b’aġenti għall-kura faċli, b’repellenti tal-ilma/taż-żejt/tal-ħamrija u/jew b’ritardanti tal-fjammi, it-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 10 mg/Nm3.

(48)  It-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL normalment jinkiseb meta tintuża l-ossidazzjoni termika.

(49)  Il-BAT-AEL ma japplikax meta l-fluss tal-massa tat-TVOC ikun taħt il-200 g/h għall-punt(i) ta’ emissjoni meta:

ma jintużawx tekniki tat-tnaqqis, u

l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(50)  Il-BAT-AEL ma japplikax meta l-fluss tal-massa tat-trab ikun taħt il-50 g/h għall-punt(i) ta’ emissjoni meta:

ma jintużawx tekniki tat-tnaqqis, u

l-ebda sustanza CMR ma tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u tal-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(51)  Il-BAT-AEL japplika biss meta l-NH3 tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.

(52)  It-tarf ogħla tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 20 mg/Nm3 meta jintuża s-sulfamat tal-ammonju bħala ritardant tal-fjammi jew tintuża l-ammonijaka għat-twebbis (ara l-BAT 50).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/162


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2509

tal-15 ta’ Diċembru 2022

li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023

(notifikata bid-dokument C(2022) 9109)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

(3)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali analitiċi, u l-impriżi li jistgħu jużawhom.

(4)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi trid tiżgura li jiġu osservati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Billi dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dik l-allokazzjoni.

(5)

Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-impriżi li fl-2023 (3) beħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, u b’hekk irċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet maħsuba għall-2023.

(6)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti jenħtieġ li jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2023 minn sorsi ’l barra mill-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Sustanzi kontrollati

Kwantità (f’kilogrammi ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP))

Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

500 550,00

Grupp III (aloni)

26 559 050,00

Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

385 552,20

Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

2 500 000,00

Grupp VI (bromur tal-metil)

588 835,20

Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

4 788,16

Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

4 878 559,75

Grupp IX (bromoklorometan)

264 024,00

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Kwoti għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi

Il-kwoti għall-importazzjoni u għall-produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fis-sena 2023 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2023 għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi allokati lil dawk l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 4

Perjodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

1

A-Gas Deutschland GmbH

Bei den Kämpen 22

21220 Seevetal

Il-Ġermanja

2

A-Gas Italia s.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano

L-Italja

3

Abcr GmbH

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

4

AGC Pharma Chemicals Europe

Cami de la Pomereda 13

08380 Malgrat de Mar

Spanja

5

Agilent Technologies Deutschland GmbH

Hewlett-Packard-Str. 8

D-76337 Waldbronn

Il-Ġermanja

6

Airsense Analytics GmbH

Hagenower Str. 73

19061 Schwerin

Il-Ġermanja

7

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein, Rue du Bosquet 9

B-1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

8

Arkema France

Rue Estienne d’Orves 420

92705 Colombes Cedex

Franza

9

Ateliers Bigata SASU

Rue Jean-Baptiste Perrin 10

33320 Eysines

Franza

10

BASF Agri-Production S.A.S.

Rue de Verdun 32

76410 Saint-Aubin Les Elbeuf

Franza

11

Bayer AG

Alfred-Nobel-Str. 50

40789 Monheim

Il-Ġermanja

12

Biovit d.o.o.

Varazdinska ulica - Odvojak II 15

HR-42000 Varazdin

Il-Kroazja

13

BTC B.V.

Albert Thijsstraat 65

6471WX Eygelshoven

In-Netherlands

14

Ceram Optec SIA

Skanstes street 7 K-1

LV-1013 Riga

Il-Latvja

15

Chemours Netherlands B.V.

Baanhoekweg 22

3313LA Dordrecht

In-Netherlands

16

CPAChem Ltd

Ivanka Terzieva 2

6065 Bogomilovo

Il-Bulgarija

17

Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH

Industriepark Hoechst D821

65926 Frankfurt

Il-Ġermanja

18

Dyneon GmbH

Industrieparkstr. 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

19

EAF protect s.r.o.

Karlovarská 131/50

35002 Cheb 2

Ir-Repubblika Ċeka

20

Euroapi France

La paterie 4

63480 Vertolaye

Franza

21

Fermion oy

Koivu-Mankkaan tie 6

02200 Espoo

Il-Finlandja

22

FOT LTD

Ovcha kupel 13

1618 Sofia

Il-Bulgarija

23

Gedeon Richter Plc.

Gyömrői út 19-21.

H-1103 Budapest

L-Ungerija

24

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

Ruhrstr. 113

22761 Hamburg

Il-Ġermanja

25

Gielle Industries di Luigi Galantucci

Via Ferri Rocco 32

70022 Altamura

L-Italja

26

Hovione FarmaCiencia SA

Quinta de S. Pedro - Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

27

Hugen Maintenance for Aircraft B.V.

Marketing 43

6921 Duiven

In-Netherlands

28

Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv

Marketing 43

6921 RE Duiven

In-Netherlands

29

I2 Analytical Limited sp. z o. o. Oddział w Polsce

Pionierów 39

41-711 Ruda Śląska

Il-Polonja

30

ICL Europe Cooperatief U.A.

Koningin Wilhelminaplein 30

1062 KR Amsterdam

In-Netherlands

31

Interscience B.V.

Tinstraat 16

4823AA Breda

In-Netherlands

32

L’Hotellier SAS

Rue Henri Poincaré 4

92160 Antony

Franza

33

Labmix24 GmbH

Industriestr. 18 A

46499 Hamminkeln

Il-Ġermanja

34

Laboratorios Miret S.A.

Geminis 4

08228 Terrassa

Spanja

35

Laboratory Supplies Ltd T/A Lennox

JFK Drive

D12FP79 Dublin

L-Irlanda

36

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

37

Lufthansa Technik AG

Weg beim Jäger 193

22335 Hamburg

Il-Ġermanja

38

Martec SpA

Via dell’industria 1

I-20060 Vignate

L-Italja

39

Mebrom NV

Suikerkaai 66

9060 Zelzate

Il-Belġju

40

Mebrom Technology NV

Antwerpsesteenweg 45

2830 Willebroek

Il-Belġju

41

Neochema GmbH

Uwe-Zeidler-Ring 10

55294 Bodenheim

Il-Ġermanja

42

P.U. Poz-Pliszka Sp. z o.o.

Mialki Szlak 52

80-717 Gdansk

Il-Polonja

43

Philipps-Universität Marburg

Biegenstrasse 10

35032 Marburg

Il-Ġermanja

44

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31032 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

45

Restek France

Avenue du General de Gaulle 7

91090 Lisses

Franza

46

Restek GmbH

Schaberweg 23

Bad Homburg

Il-Ġermanja

47

Restek S.r.l.

Via G. Miglioli 2/A

20063 Cernusco sul Naviglio

L-Italja

48

Savi Technologie sp. z o.o. sp. k.

Psary Wolnosci 20

51-180 Wroclaw

Il-Polonja

49

Sigma Aldrich Chimie sarl

Rue de Luzais 80

38070 Saint Quentin Fallavier

Franza

50

Sigma-Aldrich Chemie GmbH

Riedstraße 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

51

Societe Air France Industries

Aeroport de Paris

94290 Villeneuve le Roi

Franza

52

Solvay Fluor GmbH

Hans-Boeckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

53

Solvay France S.A

Rue des Cuirassiers, Immeuble Silex 2 Solvay 9

69003 Lyon

Franza

54

Solvay Specialty Polymers Italy SpA

Viale Lombardia 20

20021 Bollate

L-Italja

55

Sterling Chemical Malta Limited

Hal Far Industrial Estate HF 51

1504 Il-Furjana

Malta

56

Sterling SpA

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo - Corciano (PG)

L-Italja

57

Tazzetti SAU

Calle Roma 2

28813 Torres de la Alameda

Spanja

58

Tazzetti SpA

Corso Europa 600/A

10088 Volpiano

L-Italja

59

Techlab SARL

La tannerie 4C

57072 Metz Cedex 3

Franza

60

TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Str. 18

D-97076 Würzburg

Il-Ġermanja

61

Ultra Scientific Italia srl

Via emilia 51/D

40011 Anzola emilia

L-Italja

62

UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH

Alt-Herrenwyk 12

23569 Lübeck

Il-Ġermanja

63

Valliscor Europa Limited

City Quay 13-18

D02 ED70 Dublin

L-Irlanda

64

Vatro-Servis d.o.o.

Dravska 61

42202 Trnovec Bartolovecki

Il-Kroazja

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).

(3)   ĠU C 104, 4.3.2022, p. 46.


ANNESS I

GRUPPI I u II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġenti ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

Tazzetti SAU (ES)

Tazzetti S.p.A. (IT)

TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

A-Gas Deutschland GmbH (DE)

A-Gas Italia s.r.l. (IT)

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Ateliers Bigata SASU (FR)

BASF Agri-Production S.A.S. (FR)

BTC B.V. (NL)

EAF protect s.r.o. (CZ)

Gielle Industries di Luigi Galantucci (IT)

Hugen Maintenance for Aircraft B.V. (NL)

Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL)

L’Hotellier SAS (FR)

Lufthansa Technik AG (DE)

Martec SpA (IT)

P.U. Poz-PLiszka Sp. z o.o. (PL)

Savi Technologie sp. z o.o. sp. k. (PL)

Societe Air France Industries (FR)

UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH (DE)

Vatro-Servis d.o.o. (HR)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġent ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Ceram Optec SIA (LV)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Arkema France (FR)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Euroapi France (FR)

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE)

ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

Mebrom NV (BE)

Mebrom Technology NV (BE)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Euroapi France (FR)

Fermion oy (FI)

Hovione FarmaCiencia SA (PT)

R.P. Chem s.r.l. (IT)

Sterling Chemical Malta Limited (MT)

Sterling SpA (IT)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Bayer AG (DE)

Chemours Netherlands B.V. (NL)

Dyneon GmbH (DE)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Solvay France S.A (FR)

Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

Tazzetti SAU (ES)

Tazzetti SpA (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Albemarle Europe SPRL (BE)

ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

Laboratorios Miret S.A. (ES)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS IX

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)


ANNESS X

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fl-2023

Il-kwota tas-sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

AGC Pharma Chemicals Europe (ES)

Agilent Technologies Deutschland GmbH (DE)

Airsense Analytics GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Bayer AG (DE)

Biovit d.o.o. (HR)

CPAChem Ltd (BG)

Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH (DE)

Fot LTD (BG)

Gedeon Richter Plc. (HU)

I2 Analytical Limited sp. z o. o. Oddział w Polsce (PL)

Interscience B.V. (NL)

Labmix24 GmbH (DE)

Laboratory Supplies Ltd T/A Lennox (IE)

LGC Standards GmbH (DE)

Neochema GmbH (DE)

Philipps-Universität Marburg (DE)

Restek France (FR)

Restek GmbH (DE)

Restek S.r.l. (IT)

Sigma Aldrich Chimie sarl (FR)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Solvay France S.A (FR)

Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

Techlab SARL (FR)

Ultra Scientific Italia srl (IT)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS XI

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)


RAKKOMANDAZZJONIJIET

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/179


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2510

tat-8 ta’ Diċembru 2022

li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (1) jistabbilixxi erba’ għanijiet ta’ politika interkonnessi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà sostenibbli: in-newtralità klimatika, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari u ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

(2)

L-istrateġija tal-UE għall-finanzi sostenibbli (2) għandha l-għan li tappoġġa l-finanzjament tat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli.

(3)

Ir-Regolament dwar it-Tassonomija (3) jistabbilixxi erba’ kundizzjonijiet li attività ekonomika trid tissodisfa sabiex tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli. Jistabbilixxi wkoll sitt objettivi ambjentali, inkluża t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis.

(4)

Fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà – Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità (4) (l-“Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà”), il-Kummissjoni ħabbret li se tiżviluppa kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn” għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali. Il-Kummissjoni se tinċentiva wkoll lill-Istati Membri, lill-industrija u lil partijiet ikkonċernati oħrajn biex jagħtu prijorità lill-innovazzjoni għas-sostituzzjoni, kemm jista’ jkun, ta’ sustanzi ta’ tħassib (5) fis-setturi kollha, bħal pereżempju t-tessuti, il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-materjali tal-kostruzzjoni, il-mobilità b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, il-batteriji jew is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

(5)

Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni (6) dwar l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, filwaqt li saħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn” biex jgħinu fil-prevenzjoni u fil-kontroll tat-tniġġis, itejbu t-traċċar ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fi prodotti, u jippromwovu s-sostituzzjoni tagħhom b’alternattivi aktar sikuri u aktar sostenibbli. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (7) tal-15 ta’ Marzu 2021 jistiednu wkoll lill-Kummissjoni tiżviluppa minnufih, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, definizzjonijiet armonizzati, ċari u preċiżi u, meta xieraq, kriterji jew prinċipji għall-kunċetti li huma kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, bħal sustanzi kimiċi “sikuri u sostenibbli mid-disinn”.

(6)

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (8) jiddikjara li l-Kummissjoni se tappoġġa s-sostituzzjoni u l-eliminazzjoni ta’ sustanzi perikolużi permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

(7)

Il-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero għall-ilma, l-arja u l-ħamrija (9) u l-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli (10), jenfasizzaw l-impenn li jiġi żgurat li s-sustanzi kimiċi u l-materjali jkunu sikuri u sostenibbli kemm jista’ jkun mid-disinn u matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, sabiex iċ-ċikli tal-materjali ma jkunux tossiċi.

(8)

L-ewwel referenza speċifika għas-settur għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà mid-disinn tista’ tinstab fl-Istrateġija tal-UE għat-Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari (11). L-istrateġija tenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn” għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali biex tiġi appoġġata l-industrija biex tissostitwixxi jew, jekk ma jkunx possibbli, timminimizza s-sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti tat-tessuti.

(9)

Iċ-ċittadini Ewropej jaraw ukoll il-ħtieġa li tittieħed azzjoni. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2020 (12) juri li 84 % tal-Ewropej huma mħassba dwar l-impatt tas-sustanzi kimiċi preżenti fi prodotti ta’ kuljum fuq saħħithom, u 90 % huma mħassba dwar l-impatt tas-sustanzi kimiċi fuq l-ambjent.

(10)

Diġà ġew identifikati diversi mijiet ta’ sustanzi bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (13), u ħafna aktar sustanzi jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli (14).

(11)

It-tranżizzjoni għal sustanzi kimiċi u materjali li huma “sikuri u sostenibbli mid-disinn” tirrikjedi fehim komuni tal-aspetti tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà biex tkun ta’ suċċess (15). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żviluppat qafas Ewropew ta’ valutazzjoni għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn”, li jista’ jgħin fid-definizzjoni ta’ kriterji ta’ sikurezza u sostenibbiltà, biex tiġi ggarantita l-koerenza bejn l-atturi, is-setturi u l-ktajjen tal-valur.

(12)

Il-qafas previst jenħtieġ li jagħmilha possibbli li jiġu vvalutati b’mod komprensiv is-sikurezza u s-sostenibbiltà tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u li jiġu appoġġati d-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi u materjali li jipprovdu funzjoni jew servizz mixtieq filwaqt li jkunu sikuri u sostenibbli. L-applikazzjoni tal-qafas se tagħmel possibbli d-definizzjoni ta’ kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn” li jenħtieġ li jgħinu biex jiġu stabbiliti standards għoljin għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali.

(13)

Ir-rieżami tad-dimensjonijiet, tal-aspetti, tal-metodi, tal-indikaturi u tal-għodod tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà (16), li huwa l-bażi tal-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għalkemm jirreferi għal għadd ta’ aspetti addizzjonali mis-sostenibbiltà soċjoekonomika, jiffoka l-aktar fuq is-sikurezza kimika u s-sostenibbiltà ambjentali. Jistgħu jkunu meħtieġa valutazzjonijiet tal-aspetti soċjoekonomiċi, lil hinn minn dawk diġà kkunsidrati, sabiex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali u jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati, b’mod partikolari meta tiġi promossa s-sostituzzjoni. Tali kunsiderazzjonijiet jistgħu jitqiesu fl-applikazzjoni tal-qafas, kull meta jkun rilevanti.

(14)

L-għan previst tal-qafas “sikuri u sostenibbli mid-disinn” huwa li jkun fuq quddiem nett fir-riċerka u l-innovazzjoni, u li jippromwovi l-użu tal-aktar għarfien xjentifiku reċenti biex jintlaħqu l-ogħla livelli ta’ ambizzjoni għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà fl-innovazzjoni.

(15)

Il-qafas jenħtieġ li jkollu l-għan li jsir referenza globali għall-innovazzjoni fl-ilħuq tat-tranżizzjoni industrijali ekoloġika; għas-sostituzzjoni kemm jista’ jkun tal-produzzjoni u tal-użu ta’ sustanzi ta’ tħassib; għall-promozzjoni tal-użu ta’ riżorsi u materja prima sostenibbli għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi u materjali; għall-minimizzazzjoni tal-impatt tal-produzzjoni u tal-użu ta’ sustanzi kimiċi u materjali, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, fuq il-klima, fuq l-ambjent, u fuq is-saħħa tal-bniedem; u għat-tmexxija tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-industrija u tal-awtoritajiet pubbliċi fid-direzzjoni t-tajba.

(16)

Din ir-Rakkomandazzjoni tipproponi qafas Ewropew “sikuri u sostenibbli mid-disinn”, bħala punt ta’ referenza għall-Istati Membri, għall-industrija, għad-dinja akkademika, għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija (RTOs) u għall-korpi li jipprovdu parametri referenzjarji għal sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli.

(17)

Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi perjodu ta’ ttestjar għall-qafas b’mekkaniżmu ta’ rapportar volontarju għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati matul dan il-perjodu ta’ ttestjar. Se jitnieda proċess ta’ reviżjoni tal-qafas sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu tal-ittestjar. Abbażi tal-feedback miġbur matul il-perjodu tal-ittestjar, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tinkludi fil-valutazzjoni aspetti addizzjonali tas-sikurezza u tal-ambjent, kif ukoll aspetti ta’ sostenibbiltà ekonomika u soċjali bħala aspett addizzjonali meta jkun rilevanti.

(18)

Kif enfasizzat fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi, investimenti pubbliċi u privati akbar fil-forniment ta’ sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli, u kapaċità akbar għall-innovazzjoni min-naħa tal-industrija tas-sustanzi kimiċi, se jkunu vitali għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda u għall-appoġġ kemm tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll ta’ dik diġitali. Għalhekk, il-viżjoni għall-2030 li hija l-bażi wara din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li tiżgura li l-inizjattivi Ewropej, nazzjonali u internazzjonali futuri għal sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli jissejsu fuq il-qafas propost. Il-Kummissjoni se tippromwovi din ir-Rakkomandazzjoni f’fora internazzjonali.

(19)

Biex tipprovdi inċentivi għall-ittestjar tal-qafas u, b’mod partikolari, tindirizza s-sustanzi ta’ tħassib, il-Kummissjoni se tappoġġa l-perjodu tal-ittestjar. Dan se jsir b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet fil-programm qafas Orizzont Ewropa għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn”, u l-iżvilupp u t-titjib ta’ metodi ta’ ttestjar u għodod ta’ valutazzjoni biex jiġu estiżi l-possibbiltajiet ta’ valutazzjoni li l-qafas irid joffri.

(20)

Il-Kummissjoni żviluppat ukoll Pjan Strateġiku ta’ Riċerka u Innovazzjoni għal sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli (17), li jidentifika oqsma ewlenin ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċiklu tal-ħajja (disinn, produzzjoni, użu u rimi/riċiklaġġ/rimedju) ta’ sustanzi kimiċi u materjali biex tiġi ffaċilitata u appoġġata fil-livell Ewropew u nazzjonali it-tranżizzjoni industrijali lejn sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli.

(21)

Il-Kummissjoni, konxja mid-data meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-qafas previst, se tkompli tippromwovi data (FAIR) traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli. Il-Kummissjoni qed tiżviluppa wkoll pjattaforma komuni tad-data tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi (18) biex tiffaċilita l-kondiviżjoni, l-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-data eżistenti użata fl-atti legali tal-Unjoni relatati mas-sustanzi kimiċi.

(22)

Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà peress li l-qafas “sikuri u sostenibbli mid-disinn” previst jaqdi l-ħtiġijiet taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tas-suq uniku għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali, fejn hemm bżonn ta’ fehim komuni fil-livell Ewropew tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali. Din tirrispetta wkoll il-prinċipju tal-proporzjonalità peress li tgħaqqad l-istabbiliment tal-qafas ma’ perjodu tal-ittestjar b’mezzi mhux legalment vinkolanti, mingħajr ma tnaqqas l-attenzjoni minn kwalunkwe leġiżlazzjoni eżistenti jew futura (tal-Unjoni) dwar is-sustanzi kimiċi u l-materjali.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   SKOP U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Din ir-Rakkomandazzjoni tipproponi li jiġi stabbilit qafas Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn” għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni. Id-dettalji tal-perjodu tal-ittestjar u tal-qafas, ibbażati fuq rapporti tekniċi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (19) (20), huma indikati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

1.2.

Il-qafas previst jikkonsisti f’metodi għall-valutazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà ta’ sustanza kimika jew materjal. Ir-riżultati miksuba mill-applikazzjoni tal-qafas se jagħmluha possibbli li jiġu ddefiniti kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn”, inklużi sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ u limiti żviluppati abbażi tar-riżultati miksuba. Il-proċess tad-definizzjoni tal-kriterji se jitnieda flimkien mar-reviżjoni tal-qafas. L-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li jitnieda l-ittestjar tal-qafas ta’ valutazzjoni u li jinkiseb feedback sabiex ikunu jistgħu jittejbu r-rilevanza, l-affidabbiltà u l-operabbiltà.

1.3.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, lill-industrija, inklużi lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), lid-dinja akkademika u lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija (RTOs) li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi u materjali jew jaħdmu fuqhom. Hija tistedinhom jużaw il-qafas fil-programmi u l-attivitajiet tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sustanzi kimiċi jew mal-materjali. Huma mħeġġa wkoll jirreferu għall-qafas fid-dokumenti ta’ politika jew ta’ strateġija rilevanti.

1.4.

L-Istati Membri, l-industrija, id-dinja akkademika u l-RTOs jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-metodi, il-mudelli u d-data prodotti u użati meta jiġi applikat il-qafas ikunu jaqblu mal-prinċipji ta’ gwida ta’ data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli (FAIR).

2.   UŻI MILL-ISTATI MEMBRI

L-Istati Membri huma mħeġġa:

2.1.

Jippromwovu l-qafas fil-programmi nazzjonali tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni, u b’hekk jappoġġaw il-perjodu tal-ittestjar bl-applikazzjonijiet u bil-każijiet ta’ użu.

2.2.

Iżidu d-disponibbiltà ta’ data FAIR ta’ kwalità għolja għall-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà billi jinkorporaw dan l-aspett fil-programmi nazzjonali tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni u f’politiki relatati, meta jkun rilevanti.

2.3.

Jappoġġaw it-titjib tal-metodi, tal-mudelli u tal-għodod ta’ valutazzjoni, u jagħmlu dawk ġodda disponibbli, biex jiġu integrati fil-qafas sabiex tittejjeb il-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà.

2.4.

Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kurrikuli edukattivi biex jiġi żgurat it-tagħlim tal-ħiliet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-qafas.

3.   UŻI MILL-INDUSTRIJA, MID-DINJA AKKADEMIKA U MILL-RTOs:

L-industrija (inklużi l-SMEs), id-dinja akkademika u l-RTOs huma mħeġġa:

3.1.

Jużaw il-qafas fil-proċessi tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi jew materjali, u b’hekk jappoġġaw il-perjodu tal-ittestjar.

3.2.

Jagħmlu disponibbli data FAIR ta’ kwalità għolja għall-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà, mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u, jekk ikun rilevanti, kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

3.3.

Jappoġġaw l-iżvilupp u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ metodi, mudelli u għodod ġodda ta’ valutazzjoni li jistgħu jiġu integrati fil-qafas biex tittejjeb il-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà.

3.4.

Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kurrikuli ta’ taħriġ professjonali u edukattivi biex jiġi żgurat it-tagħlim tal-ħiliet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-qafas.

4.   RAPPORTAR DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI:

4.1.

L-Istati Membri, l-industrija, id-dinja akkademika u l-RTOs huma mħeġġa jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni matul il-perjodu tal-ittestjar.

4.2.

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tagħhom, il-Kummissjoni se tagħmel mudell ta’ rapportar disponibbli. L-informazzjoni trażmessa jenħtieġ li tinkludi dan li ġej.

Kif l-Istati Membri, l-industrija, l-universitajiet u l-RTOs jużaw il-qafas fil-programmi, fl-attivitajiet u f’affarijiet oħrajn tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom.

Inizjattivi u każijiet ta’ użu għall-ittestjar tal-qafas.

Inizjattivi għall-iżvilupp ta’ metodi, mudelli u għodod ġodda għall-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà u kif jistgħu jiġu aċċessati u użati l-eżiti tagħhom.

Inizjattivi għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn”.

Rapporti ta’ valutazzjoni li jippreżentaw ir-riżultati miksuba mill-ittestjar tal-qafas.

Problemi u konġestjonijiet identifikati bl-użu tal-qafas

Informazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ punteġġ u limiti li jistgħu jappoġġaw l-istabbiliment ta’ kriterji “sikuri u sostenibbli mid-disinn” f’qafas rivedut.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Mariya GABRIEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2019)640 final.

(2)  COM/2021/390 final.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(4)  COM(2020)667 final.

(5)  As definiti fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (COM(2020)667 final).

(6)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar l-Istrateġija għas-Sostenibbiltà fir-rigward tas-Sustanzi Kimiċi (2020/2531(RSP)), https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0201_MT.pdf

(7)  Konklużjonijiet tal-Kunsill 6941/21 tal-15 ta’ Marzu 2021, Sustainable Chemicals Strategy of the Union: Time to Deliver, https://www.consilium.europa.eu/media/48827/st06941-en21.pdf

(8)  COM(2020)98 final.

(9)  COM(2021)400 final.

(10)  COM(2022)142 final.

(11)  COM(2022)141 final.

(12)  Sħarriġ tal-Ewrobarometru (2020) Attitudes of Europeans towards the Environment – Marzu 2020, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2257

(13)  https://echa.europa.eu/candidate-list-table

(14)  COM(2022)142 final.

(15)  Il-Kummissjoni Ewropea 2021, Mapping study for the development of Sustainable by Design criteria, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/f679c200-a314-11eb-9585-01aa75ed71a1/language-en

(16)  Caldeira, C., et al. Safe and Sustainable by Design chemicals and materials. Review of safety and sustainability dimensions, aspects, methods, indicators, and tools, EUR 30991 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022, ISBN 978-92-76-47560-6 (online), doi:10.2760/879069 (online), JRC127109. 2022.

(17)  Il-Kummissjoni Ewropea, Strategic Research and Innovation Plan for Safe and Sustainable Chemicals and Materials, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, ISBN 978-92-76-49115-6, doi 10.2777/876851

(18)  COM(2020)667 final

(19)  Caldeira C., Farcal L., Moretti,C., et al. Safe and Sustainable by Design chemicals and materials. Review of safety and sustainability dimensions, aspects, methods, indicators, and tools, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022, ISBN 978-92-76-47560-6, doi:10.2760/879069

(20)  Caldeira C., Farcal L., Garmendia, I., et al., Safe and sustainable by design chemicals and materials: Framework for the definition of safe and sustainable by design criteria for chemicals and materials, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022, ISBN 978-92-76-53264-4, doi: 10.2760/487955


ANNESS

Qafas għad-definizzjoni futura ta’ kriterji ta’ sikurezza u sostenibbli mid-disinn u l-proċedura għall-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali

Werrej

1.

Prinċipji li jirfdu l-qafas sikuri u sostenibbli mid-disinn 184

2.

Karatteristiċi u struttura tal-qafas 184

3.

Stadju 1: Prinċipji ta’ gwida tad-disinn (mill-ġdid) 185

4.

Stadju 2: Valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà 188

4.1.

Valutazzjoni tal-periklu (Pass 1) 190

4.2.

Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tal-produzzjoni u tal-ipproċessar (Pass 2) 193

4.3.

Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u ambjentali tal-applikazzjoni finali (Pass 3) 199

4.4.

Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali (Pass 4) 199

5.

Proċedura ta’ valutazzjoni u rapportar 204

6.

Ħarsa ġenerali lejn is-sorsi tad-data biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà 205

1.   Prinċipji li jirfdu l-qafas sikuri u sostenibbli mid-disinn

Ġie ddefinit sett ta’ prinċipji għall-iżvilupp tal-qafas il-ġdid ta’ “sikuri u sostenibbli mid-disinn” (SSbD).

Iddefinixxi ġerarkija li tpoġġi s-sikurezza l-ewwel, biex tevita sostituzzjonijiet li jiddispjaċik dwarhom aktar tard.

Iddefinixxi kriterji ta’ limitu għad-disinn ta’ sustanzi kimiċi u materjali biex tistimula r-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) sostenibbli, ibbażati mhux biss fuq id-data msemmija fir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, iżda wkoll fuq data li taqa’ barra mill-ambitu ta’ dawk ir-rekwiżiti.

Iffoka fuq li timminimizza b’mod iterattiv il-pressjonijiet ambjentali, billi tuża limiti dinamiċi u cut-offs, sabiex il-qafas isir għodda għall-ġestjoni tat-titjib matul il-proċess tal-innovazzjoni.

Żgura l-aħjar użu tad-data disponibbli dwar l-effetti negattivi. Kull sustanza kimika jew materjal (ġdid) għandu jitqabbel mal-ispettru sħiħ ta’ sustanzi strutturalment jew funzjonalment simili biex jiġi vvalutat il-potenzjal mistenni li jikkawża impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

Ikkomunika l-azzjonijiet tal-SSbD meħuda tul il-katina tal-provvista kollha; agħmel id-data rilevanti u mhux kunfidenzjali kollha disponibbli f’format traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli (FAIR), għal trasparenza u responsabbiltà akbar u biex twettaq aħjar id-dmir ta’ diliġenza.

Ippromwovi l-użu ta’ qafas koerenti mill-partijiet ikkonċernati differenti, inklużi l-industrija u dawk li jfasslu l-politika.

2.   Karatteristiċi u struttura tal-qafas

Il-qafas tal-SSbD propost huwa approċċ ġenerali għall-valutazzjoni u għad-definizzjoni tal-kriterji ta’ sikurezza u ta’ sostenibbiltà għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali, matul il-proċess tal-innovazzjoni kollu. Dan jista’ jiġi applikat għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi u materjali ġodda jew għar-rivalutazzjoni ta’ dawk eżistenti. Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi u materjali eżistenti, il-qafas jista’ jintuża: i) biex jappoġġa d-disinn mill-ġdid tal-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom biex jagħmilhom aktar sikuri u sostenibbli billi jiġu vvalutati proċessi alternattivi, jew ii) biex iqabbilhom permezz tal-kriterji tal-SSbD (eż. għall-innovazzjoni permezz tas-sostituzzjoni ma’ sustanzi kimiċi jew materjali bi prestazzjoni aħjar jew għall-għażla f’applikazzjonijiet downstream).

Il-qafas jikkonsisti fi stadju ta’ disinn (mill-ġdid) u valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà matul il-passi differenti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ sustanza kimika jew materjal, filwaqt li jitqiesu l-funzjonalità u l-użu/użi finali. Għalkemm il-qafas ma jivvalutax is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-prodotti, dan jindirizza kif is-sustanzi kimiċi jew il-materjali jintużaw fil-prodotti.

Il-qafas tal-SSbD jinkludi ż-żewġ komponenti li ġejjin:

1.

stadju ta’ disinn (mill-ġdid) li fih jiġu proposti prinċipji ta’ gwida tad-disinn biex jappoġġaw id-disinn sikur u sostenibbli tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali;

2.

stadju ta’ valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà li fih jiġu vvalutati s-sikurezza u s-sostenibbiltà tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni.

Il-qafas tal-SSbD jista’ jgħin fid-diversi stadji tal-proċess ta’ innovazzjoni (id-disinn, l-ippjanar, l-ittestjar sperimentali u l-ħolqien ta’ prototipi) meta jittieħdu deċiżjonijiet biex isir, jiġi abbandunat jew jiġi mmodifikat l-approċċ ta’ innovazzjoni. Il-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà għandha tibda mill-aktar fis possibbli fil-proċess ta’ innovazzjoni biex jiġi żgurat li l-prinċipji tal-SSbD ikunu qed jiġu applikati għad-disinn ta’ sustanza kimika jew ta’ materjal. Wara dan, il-valutazzjoni għandha ssir b’mod iterattiv, fl-istadji sussegwenti tal-iżvilupp, hekk kif gradwalment issir disponibbli aktar informazzjoni. Il-qafas għandu jippermetti flessibbiltà fl-implimentazzjoni tiegħu, biex jiġi żgurat allinjament ma’ leġiżlazzjonijiet orizzontali jew speċifiċi għall-prodott jew ma’ eżenzjonijiet regolatorji.

Il-valutazzjoni proposta tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà ssegwi approċċ ġerarkiku li fih l-ewwel jitqiesu l-aspetti tas-sikurezza, qabel ma wieħed jgħaddi għall-aspetti tas-sostenibbiltà.

L-ewwel pass huwa li tiġi żgurata s-sikurezza billi jiġu kkunsidrati s-sustanzi kimiċi jew il-materjali b’ċerti proprjetajiet perikolużi (għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent) bħala mhux sostenibbli mid-disinn, anke jekk id-disinn tagħhom isegwi prinċipji rakkomandati tad-disinn jew ikollhom impatt ambjentali relattivament baxx. Jekk is-sustanza kimika jew il-materjal inkwistjoni jissodisfa l-kriterji minimi tas-sikurezza, il-valutazzjoni tista’ tipproċedi għall-aspetti tas-sostenibbiltà ambjentali. F’applikazzjonijiet futuri tal-qafas, l-aspetti soċjoekonomiċi tas-sostenibbiltà jistgħu jiġu evalwati wkoll bħala valutazzjoni komplementari.

Dan l-approċċ ibbażat fuq stadji huwa maħsub biex inaqqas il-piż tal-valutazzjoni peress li l-passi inizjali jipproponu li jiġu identifikati kwistjonijiet “projbittivi”. Pereżempju, jekk il-valutazzjoni ta’ sustanza kimika jew ta’ materjal tidentifika tħassib dwar is-sikurezza, LCA ssir biss wara li dan jiġi indirizzat, eż. billi jiġi ddeterminat jekk il-miżuri ta’ mmaniġġar tar-riskji jistgħux jindirizzaw it-tħassib dwar is-sikurezza. Madankollu, skont il-metodi ta’ ħidma ta’ kull organizzazzjoni, il-passi differenti jistgħu jitwettqu f’daqqa.

3.   Stadju 1: Prinċipji ta’ gwida tad-disinn (mill-ġdid)

Il-qafas tal-SSbD ikopri tliet livelli tat-terminu “mid-disinn”:

(1)

id-disinn molekulari, biex jiġu ddisinjati sustanzi kimiċi u materjali ġodda abbażi tal-istruttura kimika tagħhom;

(2)

id-disinn tal-proċess, biex il-proċess tal-produzzjoni jsir aktar sikur u aktar sostenibbli, kemm għas-sustanzi kimiċi kif ukoll għall-materjali li qed jiġu żviluppati kif ukoll għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali eżistenti;

(3)

id-disinn tal-prodott, meta r-riżultati tal-valutazzjoni tal-SSbD jappoġġaw l-għażla tas-sustanzi kimiċi jew tal-materjali biex jiġu ssodisfati d-domandi funzjonali tal-prodott finali li jintużaw fih.

L-iskop ta’ dan l-istadju huwa li jipprovdi gwida dwar il-prinċipji li għandhom jitqiesu fl-istadju ta’ disinn (mill-ġdid) biex jiġu mmassimizzati l-possibbiltajiet ta’ eżitu ta’ suċċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà. F’dan l-istadju, għandhom jiġu ddefiniti l-limiti tal-għan, tal-ambitu u tas-sistema, li se jiddeterminaw il-parametri tal-valutazzjoni tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni. Dan jinkludi għażliet bħall-valutazzjoni ta’ taħlita bħala element uniku jew bħala komponenti ta’ taħlitiet. L-adeżjoni ma’ dawk il-prinċipji mhux neċessarjament tagħmilha possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali inkwistjoni. Dan jirrikjedi valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà fl-istadju li jmiss.

Il-prinċipji tad-disinn huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 (lista mhux eżawrjenti). Dawn huma dderivati mill-aħjar prattiki eżistenti, eż. il-Prinċipji tal-Kimika Ekoloġika (1), il-Prinċipji tal-Inġinerija Ekoloġika (2), il-Kriterji tas-Sostenibbiltà tal-Kimika (3), ir-Regoli tad-Deheb tal-Aġenzija Ġermaniża għall-Ambjent (UBA) (4), il-Prinċipji tal-Kimika taċ-Ċirkolarità (5). Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll prinċipji oħrajn minn dawk l-aħjar prattiki.

Tabella1:

Lista mhux eżawrjenti ta’ prinċipji ta’ gwida tad-disinn, definizzjonijiet assoċjati, u eżempji ta’ azzjonijiet fl-istadju tad-disinn (mill-ġdid)

Prinċipju tad-disinn

Definizzjoni

Eżempji ta’ azzjonijiet

Effiċjenza tal-materjali

L-inkorporazzjoni tas-sustanzi kimiċi jew tal-materjali kollha użati fi proċess fil-prodott finali jew l-irkupru sħiħ tagħhom fil-proċess, u b’hekk tintuża inqas materja prima u jiġi ġġenerat inqas skart.

Immassimizza r-rendiment matul ir-reazzjoni biex tnaqqas il-konsum ta’ sustanzi kimiċi jew materjali.

Irkupra aktar sustanzi kimiċi jew materjali li ma jkunux irreaġixxew.

Agħżel materjali u proċessi li jimminimizzaw il-ġenerazzjoni tal-iskart.

Identifika l-okkorrenza tal-użu ta’ materja prima kritika (6), sabiex timminimizzaha jew tissostitwiha.

Imminimizza l-użu ta’ sustanzi kimiċi jew materjali perikolużi

Il-preżervazzjoni tal-funzjonalità tal-prodotti filwaqt li jitnaqqas jew jiġi evitat kompletament l-użu ta’ sustanzi kimiċi jew materjali perikolużi meta possibbli.

L-użu tal-aħjar teknoloġija biex jiġi evitat l-esponiment fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ sustanza kimika jew materjal.

Naqqas u/jew elimina sustanzi kimiċi jew materjali perikolużi fil-proċessi tal-produzzjoni.

Fassal mill-ġdid il-proċessi tal-produzzjoni biex timminimizza l-użu ta’ sustanzi kimiċi/materjali perikolużi.

Elimina sustanzi kimiċi jew materjali perikolużi fil-prodotti finali.

Iddisinja għall-effiċjenza enerġetika

Il-minimizzazzjoni tal-enerġija użata għall-produzzjoni u għall-użu ta’ sustanza kimika jew materjal fil-proċess tal-produzzjoni u/jew fil-katina tal-provvista.

Agħżel jew żviluppa proċessi (tal-produzzjoni) li:

a.

jinvolvu tekniki alternattivi u inqas intensivi fil-produzzjoni/fis-separazzjoni tal-enerġija

b.

jimmassimizzaw l-użu mill-ġdid tal-enerġija (eż. l-integrazzjoni tan-networks tas-sħana u l-koġenerazzjoni)

c.

għandhom inqas passi tal-produzzjoni

d.

jużaw katalizzaturi, inklużi enzimi

e.

inaqqsu l-ineffiċjenzi u jisfruttaw l-enerġija residwa disponibbli fil-proċess jew agħżel perkorsi ta’ reazzjoni b’temperatura aktar baxxa

Uża sorsi rinnovabbli

Il-konservazzjoni tar-riżorsi, permezz ta’ ċirkwiti magħluqa għar-riżorsi jew bl-użu ta’ materjal u sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Ippromwovi l-użu ta’ materja prima li:

a.

hija rinnovabbli

b.

hija ċirkolari

c.

ma toħloqx kompetizzjoni fuq l-art

d.

ma taffettwax b’mod negattiv il-bijodiversità

jew proċessi li:

a.

jużaw riżorsi tal-enerġija rinnovabbli b’emissjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u mingħajr effetti negattivi fuq il-bijodiversità

Ipprevjeni u evita emissjonijiet perikolużi

L-applikazzjoni ta’ teknoloġiji biex jiġu mminimizzati jew evitati l-emissjonijiet perikolużi jew ir-rilaxx ta’ sustanzi niġġiesa fl-ambjent.

Agħżel materjali jew proċessi li:

a.

jimminimizzaw il-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż u prodotti sekondarji perikolużi

b.

jimminimizzaw il-ġenerazzjoni tal-emissjonijiet (eż. komposti organiċi volatili, karbonju organiku totali, sustanzi niġġiesa aċidifikanti u ta’ ewtrofikazzjoni, u metalli tqal)

Iddisinja għal tmiem il-ħajja

Iddisinja sustanzi kimiċi u materjali sabiex, ladarba jkunu laħqu l-iskop tagħhom, dawn jiddiżintegraw ruħhom f’sustanzi kimiċi li ma joħolqu l-ebda riskju għall-ambjent jew għall-bnedmin.

Iddisinja sustanzi kimiċi u materjali b’tali mod li jkunu tajbin għall-użu mill-ġdid, għall-ġbir, għas-separazzjoni tal-iskart u għar-riċiklaġġ/għall-użu mill-ġdid kreattiv.

Evita l-użu ta’ sustanzi kimiċi jew materjali li jimpedixxu proċessi ta’ tmiem il-ħajja bħar-riċiklaġġ.

Agħżel materjali li huma:

a.

aktar durabbli (b’ħajja itwal u li jirrikjedu inqas manutenzjoni)

b.

faċli biex jiġu sseparati u organizzati

c.

ta’ valur anke wara li jintużaw (wara l-ħajja kummerċjali)

d.

kompletament bijodegradabbli għall-użi li inevitabbilment iwasslu għar-rilaxx fl-ambjent jew fl-ilma mormi

Ikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja kollu

L-applikazzjoni tal-prinċipji tad-disinn għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu, mill-katina tal-provvista tal-materja prima sa tmiem il-ħajja tal-prodott finali.

Ikkunsidra:

a.

l-użu ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għas-sustanza kimika jew għall-materjal li jkun qed jiġi vvalutat u għas-sustanzi kimiċi jew għall-materjali fil-katina tal-provvista tiegħu

b.

loġistika effiċjenti fl-użu tal-enerġija (eż. it-tnaqqis tal-kwantitajiet ittrasportati, it-tibdil tal-mezzi tat-trasport)

c.

it-tnaqqis tad-distanzi tat-trasport fil-katina tal-provvista

4.   Stadju 2: Valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà

Ladarba jkunu ġew elenkati l-prinċipji tad-disinn, l-istadju li jmiss huwa l-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà li tikkonsisti minn erba’ passi. L-ewwel tliet passi jkopru prinċipalment aspetti differenti tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi jew tal-materjali. Dawn it-tliet passi jibnu fuq l-għarfien iġġenerat mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi bħar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-Klassifikazzjoni, it-Tikkettar u l-Imballaġġ (CLP), jew id-Direttiva 89/391/KEE dwar is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH), li hija adattata għall-applikazzjoni tar-R&I tal-SSbD. Ir-raba’ pass ikopri l-aspett ambjentali tas-sostenibbiltà. Skont kif jiġi applikat il-qafas tal-SSbD, jista’ jkun utli wkoll li jiġu vvalutati l-aspetti soċjoekonomiċi tas-sostenibbiltà – pereżempju bħala element addizzjonali sabiex tiġi kkomplementata l-valutazzjoni ewlenija tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà fl-applikazzjoni futura tal-qafas.

L-erba’ passi, għalkemm huma ppreżentati b’mod sekwenzjali, jistgħu jitwettqu b’mod parallel, hekk kif l-informazzjoni ssir disponibbli f’diversi punti taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni u skont jekk tkunx qed tiġi vvalutata sustanza kimika jew materjal ġdid jew eżistenti.

Kull pass jikkonsisti f’aspetti li jistgħu jitkejlu permezz ta’ indikaturi. L-indikaturi jiġu vvalutati bil-metodi proposti fil-qafas. Għall-finijiet tal-qafas, kriterju jista’ jiġi ffurmat minn aspett b’metodu ta’ valutazzjoni u b’limitu minimu jew valuri fil-mira (li tista’ tkun ibbażata fuqhom deċiżjoni dwar is-sikurezza jew is-sostenibbiltà ta’ sustanza kimika jew materjal). F’dan l-istadju, huma disponibbli limiti għall-Pass 1 peress li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjonijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi (CLP u REACH).

F’dan l-istadju, il-qafas tal-SSbD għandu applikabbiltà biss fl-istadju tal-innovazzjoni tal-iżvilupp tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali, kif spjegat fl-istadju 1; dan ma jinterferixxix mal-obbligi legali tal-Unjoni għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali.

Pass 1 – Valutazzjoni tal-periklu (proprjetajiet intrinsiċi)

Dan il-pass iħares lejn il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza kimika jew tal-materjal sabiex jifhem il-profil ta’ periklu tiegħu (7) (perikli għas-saħħa tal-bniedem, ambjentali u fiżiċi), qabel ma jivvaluta s-sikurezza matul il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-użu tiegħu.

Pass 2 – Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tal-produzzjoni u tal-ipproċessar

Dan il-pass jivvaluta l-aspetti tas-saħħa u tas-sikurezza tal-bniedem b’rabta mal-produzzjoni u tal-ipproċessar tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni. Il-produzzjoni tfisser il-proċess tal-produzzjoni mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-produzzjoni tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkluż ir-riċiklaġġ jew l-immaniġġar tal-iskart.

L-għan huwa li jiġi vvalutat jekk il-produzzjoni u l-ipproċessar tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni joħolqux xi riskju għall-ħaddiema, f’konformità mad-direttivi tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali jew lil hinn minnhom.

Pass 3 – Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u ambjentali fil-fażi finali tal-applikazzjoni

Dan il-pass jivvaluta l-perikli u r-riskji tal-applikazzjoni finali tal-materjal jew tas-sustanza kimika inkwistjoni. Dan ikopri esponiment speċifiku għall-użu għas-sustanza kimika jew għall-materjal u r-riskji assoċjati.

L-għan huwa li jiġi vvalutat jekk l-użu ta’ sustanza kimika jew materjal fl-applikazzjoni finali tiegħu joħloqx xi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

Pass 4 – Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali

Fir-raba’ pass, l-impatti tas-sostenibbiltà ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sustanza kimika/tal-materjal jitqiesu permezz ta’ LCA, li tivvaluta diversi kategoriji ta’ impatt bħat-tibdil fil-klima u l-użu tar-riżorsi. F’dan il-pass, jitqiesu wkoll it-tossiċità u l-ekotossiċità, b’referenza għall-impatti minħabba l-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għall-bnedmin u għall-ambjent permezz ta’ kompartimenti ambjentali (eż. il-ħamrija, l-ilma, l-arja), inkluża l-mobbiltà bejn il-kompartimenti u mhux permezz ta’ esponiment dirett (kopert fil-Pass 3).

(1)

Proprjetajiet perikolużi tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni

Image 7

(2)

Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tal-produzzjoni u tal-ipproċessar

Image 8

(3)

Perikli u riskji tal-applikazzjoni finali tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni

Image 9

(4)

Impatti ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni

Image 10

Illustrazzjoni 2: Illustrazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà tas-sustanza kimika jew tal-materjal kopert mill-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà. Il-kaxxi bil-kulur jindikaw liema stadju taċ-ċiklu tal-ħajja huwa kopert. It-tikka ħamra tirreferi għas-sustanza kimika jew għall-materjal li jkun qed jiġi vvalutat, filwaqt li t-tikek sofor u griżi jirreferu għas-sustanzi l-oħrajn kollha emessi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu (eż. sustanzi kimiċi tossiċi oħrajn emessi matul l-estrazzjoni tal-materja prima jew bħala riżultat tal-enerġija użata fil-proċess tal-produzzjoni).

4.1.   Valutazzjoni tal-periklu (Pass 1)

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi (REACH u CLP), il-perikli kimiċi huma maqsuma f’perikli għas-saħħa tal-bniedem, perikli ambjentali u perikli fiżiċi. Dawn il-perikli jerġgħu jinqasmu fi klassijiet u f’kategoriji ta’ periklu, li huma inklużi fil-valutazzjoni. L-għan huwa li jiġi stabbilit sett ta’ kriterji tal-SSbD għall-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali li jista’ jkollhom effetti negattivi fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent. Dan huwa bbażat fuq il-klassijiet u l-kategoriji ta’ periklu stabbiliti fir-Regolament CLP. Il-valutazzjoni tal-SSbD hija volontarja u marbuta mal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni. Għalhekk, l-ambitu tagħha jista’ jkun usa’ mid-data li jkopru dawn ir-Regolamenti. It-tliet kategoriji ta’ periklu ewlenin huma:

1.

il-proprjetajiet perikolużi intrinsiċi rilevanti għas-saħħa tal-bniedem (perikli għas-saħħa tal-bniedem)

2.

il-proprjetajiet perikolużi intrinsiċi rilevanti għall-ambjent (perikli ambjentali)

3.

il-proprjetajiet fiżiċi ta’ periklu (perikli fiżiċi).

Il-klassifikazzjoni tal-SSbD tal-proprjetajiet perikolużi hija marbuta mill-qrib ma’ inizjattivi rilevanti tal-KE, bħall-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (8), il-proposta għal regolament dwar prodotti sostenibbli (9) jew il-finanzjament sostenibbli tal-UE (10). Il-kriterji ta’ klassifikazzjoni għas-sustanzi u għat-taħlitiet stabbiliti mir-Regolament CLP jeħtieġ li jiġu kkonsultati għal kwalunkwe informazzjoni dettaljata dwar il-metodi ta’ valutazzjoni.

Ir-Regolament dwar il-metodi ta’ ttestjar (11) jistabbilixxi l-metodi ta’ ttestjar li għandhom jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ data għall-valutazzjoni tal-perikli, u l-metodi huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq il-Linji Gwida tal-OECD għall-Ittestjar tas-Sustanzi Kimiċi (12), li huma waħda mill-għodod ewlenin għall-valutazzjoni globali tal-effetti negattivi potenzjali tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Barra minn hekk, il-metodi rrakkomandati għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet perikolużi huma inklużi fil-Gwida tal-ECHA dwar l-Applikazzjoni tal-Kriterji CLP (13), li tappoġġa l-kriterji CLP għall-proprjetajiet ta’ periklu. Appoġġ ulterjuri dwar il-metodi ta’ valutazzjoni huwa disponibbli fil-Gwida tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar ir-Rekwiżiti tal-Informazzjoni u l-Valutazzjoni tas-Sigurtà Kimika (14), li tiddeskrivi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u kif għandhom jiġu ssodisfati f’konformità mar-Regolament REACH. Il-klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-SSbD diġà tista’ tikkunsidra klassijiet ta’ periklu ulterjuri bħal: persistenti, bijoakkumulattiv u tossiku (PBT), persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (vPvB), persistenti, mobbli u tossiku (PMT), persistenza għolja u mobbiltà għolja (vPvM), interferenza endokrinali. Anke jekk dawk il-klassijiet ta’ periklu jkunu għadhom mhumiex stabbiliti fis-CLP, diġà jista’ jiġi applikat abbozz ta’ kriterji li jkunu qed jiġu żviluppati.

Għall-valutazzjoni tal-aspetti fit-Tabella 2 (15), qed jiġi propost approċċ fi stadji skont id-disponibbiltà tad-data. Peress li l-informazzjoni disponibbli għal sustanzi kimiċi jew materjali żviluppati ġodda tista’ tkun limitata fil-bidu tal-proċess, approċċ fi stadji huwa ta’ benefiċċju biex il-perikli jkunu jistgħu jiġu kkaratterizzati kemm jista’ jkun malajr fl-istadju tal-innovazzjoni (jiġifieri matul id-disinn tas-sustanza kimika jew tal-materjal) billi jintużaw, pereżempju, metodoloġiji ta’ approċċ ġdid (NAMs) biex jiġu ġġenerati d-data u l-għarfien. Approċċ fi stadji jagħmilha possibbli li jiġu identifikati sustanzi kimiċi jew materjali perikolużi suspettati kmieni fil-proċess tal-innovazzjoni, u li jittieħdu deċiżjonijiet infurmati (eż. valutazzjoni ulterjuri tal-periklu, skrinjar tas-sustanza, talba għal aktar data permezz taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni). Fil-bidu għandhom jintużaw skrinjar ta’ volum kbir, mudelli bbażati fuq il-kompjuter, read-across u approċċi alternattivi oħrajn sabiex il-kandidati l-aktar promettenti biss (sustanzi kimiċi jew materjali inqas perikolużi) jiġu ttestjati f’livelli ogħla f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji għas-sustanzi kimiċi li għandhom jiġu introdotti fis-suq. Jekk il-valutazzjoni ssir fuq sustanza kimika eżistenti (eż. li tkun diġà fis-suq), l-NAMs jistgħu jintużaw biex jimlew kwalunkwe lakuna fid-data meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-aspetti msemmija fit-Tabella 2. Għandu jsir ukoll skrinjar tad-data akkademika disponibbli qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta’ studji addizzjonali, b’mod partikolari dawk li jinvolvu annimali tal-laboratorju.

Tabella 2

Lista ta’ aspetti (proprjetajiet perikolużi) rilevanti għall-Pass 1

Definizzjoni tal-grupp

Perikli għas-saħħa tal-bniedem

Perikli ambjentali

Perikli fiżiċi

Grupp A:

Jinkludi l-aktar sustanzi perikolużi (skont l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà), inklużi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHC) (jiġifieri, sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a-f) tar-REACH u identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ REACH (16), (17)

Karċinoġeniċità tal-Kat. 1 A u 1B

Mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-Kat. 1 A u 1B

Tossiċità riproduttiva/tal-iżvilupp tal-Kat. 1 A u 1B

Interferenza endokrinali tal-Kat. 1 (saħħa tal-bniedem)

Sensitizzazzjoni respiratorja tal-Kat. 1

Tossiċità speċifika ta’ organu mmirat - esponiment ripetut (STOT-RE) tal-Kat. 1, inkluż immunotossiċità u newrotossiċità

Persistenti, bijoakkumulattiv u tossiku/persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (PBT/vPvB)

Persistenti, mobbli u tossiku/persistenza għolja u mobbiltà għolja (PMT/vPvM) (18)

Interferenza endokrinali tal-Kat. 1 (ambjent)

 

Grupp B:

Jinkludi sustanzi ta’ tħassib, kif deskritti fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà u ddefiniti fl-Artikolu 2(28) tal-proposta tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli (19), iżda mhux inklużi fil-Grupp A

Sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-Kat. 1

Karċinoġeniċità tal-Kat. 2

Mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-Kat. 2

Tossiċità riproduttiva/tal-iżvilupp tal-Kat. 2

Tossiċità speċifika ta’ organu mmirat - esponiment ripetut (STOT-RE) tal-Kat. 2

Tossiċità speċifika ta’ organu mmirat - esponiment ta’ darba (STOT-SE) tal-Kat. 1 u 2

Interferenza endokrinali tal-Kat. 2 (saħħa tal-bniedem)

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

Tossiċità ambjentali kronika (tossiċità akkwatika kronika)

Interferenza endokrinali tal-Kat. 2 (ambjent)

 

Grupp C:

Jinkludi l-klassijiet ta’ periklu l-oħrajn mhux fil-Gruppi A jew B

Tossiċità akuta

Korrużjoni tal-ġilda

Irritazzjoni tal-ġilda

Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn

Periklu ta’ aspirazzjoni (Kat. 1)

Tossiċità speċifika ta’ organu mmirat - esponiment ta’ darba (STOT-SE) tal-Kat. 3

Tossiċità ambjentali akuta (tossiċità akkwatika akuta)

Splussivi

Gassijiet, likwidi u solidi u li jaqbdu

Gassijiet, likwidi, solidi ossidanti

Gassijiet taħt pressjoni

Awtoreattività

Likwidi piroforiċi, solidi

Awtotisħin

Meta jmiss mal-ilma jarmi gass li jaqbad

Perossidi organiċi

Korrużività

Splussivi desensitizzati

4.2.   Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tal-produzzjoni u tal-ipproċessar (Pass 2)

L-aspetti inklużi f’dan il-pass huma relatati mas-saħħa u mas-sikurezza okkupazzjonali matul il-produzzjoni u l-ipproċessar ta’ sustanza kimika jew materjal. Ir-riskju għandu jiġi stmat bħala taħlita tal-perikli tas-sustanza kimika jew tal-materjal, l-esponiment matul il-proċessi differenti u l-miżuri ta’ mmaniġġar tar-riskji stabbiliti.

Għal din il-parti tal-valutazzjoni, huwa importanti li jiġu identifikati l-passi kollha tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, is-sustanzi użati f’kull wieħed minnhom (eż. sustanzi kimiċi jew materja prima, għajnuniet għall-ipproċessar), is-sustanzi li jistgħu jiġu prodotti matul il-proċessi (komposti organiċi volatili, prodotti sekondarji, eċċ.), u li jiġu identifikati l-perikli u r-riskji tagħhom għall-ħaddiema. Il-kundizzjonijiet operazzjonali (kif tintuża s-sustanza fil-proċess, jekk l-ipproċessar tagħha huwiex magħluq/miftuħ, il-konċentrazzjoni tagħha fi preparazzjoni) flimkien mal-potenzjal tar-rilaxx (il-volatilità, il-ħolqien ta’ trab, il-fugaċità, it-temperatura, il-pressjoni), u l-miżuri ta’ mmaniġġar tar-riskji stabbiliti (eż. il-ventilazzjoni tal-egżost lokalizzata) se jiddeterminaw il-probabbiltà tal-esponiment tal-ħaddiema u r-rotta ta’ esponiment potenzjali (teħid bin-nifs, dermali, inġestjoni orali).

Bħal fil-Pass 1, jista’ jiġi applikat approċċ fi stadji, skont id-disponibbiltà tad-data.

Hemm diversi mudelli kwalitattivi/ssimplifikati disponibbli (magħrufa wkoll bħala mudelli ta’ kontrolli raggruppati) għall-valutazzjoni tas-sikurezza u għall-immaniġġar tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-mudelli huma mfassla biex jikkaratterizzaw ir-riskju fuq il-post tax-xogħol bl-użu ta’ approċċ ta’ stadju wieħed, meta s-sett sħiħ ta’ data meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni kwantitattiva ma jkunx disponibbli. Il-mudelli huma bbażati fuq l-assenjazzjoni ta’ punteġġi jew livelli għal xi wħud mill-varjabbli li ġejjin li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-karatterizzazzjoni tar-riskju:

il-perikli tas-sustanzi kimiċi

il-frekwenza u d-durata tal-esponiment

l-ammont tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni li jintuża jew ikun preżenti

il-proprjetajiet fiżiċi tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni, bħall-volatilità jew il-ħolqien ta’ trab

il-kundizzjonijiet operazzjonali

it-tip ta’ miżuri ta’ mmaniġġar tar-riskji stabbiliti

Hemm żewġ tipi ta’ mudelli: mudelli li jistmaw ir-riskju potenzjali ta’ esponiment (dawn ma jinkludux il-miżuri preventivi meħuda bħala varjabbli tal-input) u mudelli li jistmaw ir-riskju mistenni ta’ esponiment (dawn jistmaw ir-riskju finali, filwaqt li jikkunsidraw il-miżuri preventivi implimentati, jekk ikun hemm).

Ir-riżultat huwa kategorizzazzjoni f’livelli differenti ta’ riskju, biex jiġi ddeterminat jekk ir-riskju huwiex aċċettabbli u, jekk ikun meħtieġ, it-tipi ta’ miżuri preventivi li għandhom jiġu applikati.

Fost l-għodod ta’ valutazzjoni rakkomandati għall-Pass 2 hemm l-għodda ta’ valutazzjoni tar-riskju mmirata (TRA) fi stadji żviluppata miċ-Ċentru Ewropew għall-Ekotossikoloġija u t-Tossikoloġija tas-Sustanzi Kimiċi (ECETOC). L-ECETOC TRA (20), ġiet żviluppata biex tiffaċilita r-reġistrazzjoni tas-sustanzi kimiċi f’konformità mar-Regolament REACH, u tintuża ħafna mill-industrija u hija magħrufa mill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Sabiex tintuża din l-għodda, huwa rrakkomandat li tiġi applikata l-gwida tal-ECHA (il-Kapitolu R12 Deskrizzjoni tal-użu (21)) biex jiġi ddefinit l-użu tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni fl-istadji differenti, peress li l-għodda tuża din il-gwida bħala referenza. Hemm disponibbli wkoll mudelli u għodod oħrajn, eż. Chesar (22) (rilevanti wkoll għall-Pass 3 fejn jiġu pprovduti aktar dettalji), il-mudell tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) (23), il-Mudell Ġermaniż tal-Kolonna tas-Sustanzi Perikolużi, appoġġat mill-għodda “Skema ta’ Kontroll fuq il-Post tax-Xogħol b’Użu Faċli għas-Sustanzi Perikolużi” (EMKG) (24), il-mudell INRS (25); il-mudell Netherlandiż ta’ Stoffenmanager (26), jew il-mudell Belġjan ta’ REGETOX (27).

Eżempji ta’ aspetti u indikaturi rilevanti li għandhom jiġu vvalutati fil-Pass 2 huma elenkati fit-Tabella 3. Dawn huma adattati mill-Mudell Ġermaniż tal-Kolonna tas-Sustanzi Perikolużi żviluppat mill-Istitut għas-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali tal-Korp Ġermaniż tal-Assigurazzjoni għall-Inċidenti Soċjali (28). Fil-każ ta’ perikli kroniċi għas-saħħa tal-bniedem, dawn huma marbuta mar-raggruppament tal-klassijiet ta’ periklu fil-Pass 1. Il-Mudell tal-Kolonna ġie żviluppat primarjament biex jappoġġa l-valutazzjoni tas-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi, iżda l-approċċ jista’ jiġi adattat għal skopijiet oħrajn u bl-użu tal-istess informazzjoni.

Tabella 3

Eżempji ta’ aspetti u indikaturi rilevanti għall-Pass 2 adattati mill-Mudell Ġermaniż tal-Kolonna tas-Sustanzi Perikolużi.

Aspett

Sottoaspetti u indikaturi

Perikli akuti għas-saħħa tal-bniedem

Perikli kroniċi għas-saħħa tal-bniedem

Proprjetajiet fiżiċi

Perikli mill-imġiba tar-rilaxx

Kontribut għar-riskju relatat mal-ipproċessar

Proċess ta’ riskju għoli ħafna

Sustanzi jew taħlitiet tossiċi b’mod akut, tal-Kat. 1 jew 2 (H300, H310, H330)

Sustanzi jew taħlitiet li jitfgħu gass tossiku ħafna meta jmissu l-aċidi (EUH032)

Perikli għall-bniedem simili għall-Grupp A tal-Pass 1

Sustanzi jew taħlitiet splussivi instabbli (H200)

Sustanzi, taħlitiet jew oġġetti splussivi, diviżjonijiet 1.1 (H201), 1.2 (H202), 1.3 (H203), 1.4 (H204), 1.5 (H205) u 1.6 (mingħajr il-frażi H)

Gassijiet li jaqbdu, Kat. 1 A (H220, H230, H231, H232) u Kat. 1B u 2 (H221)

Gassijiet piroforiċi (H232)

Likwidi li jaqbdu, Kat. 1 (H224)

Sustanzi jew taħlitiet awtoreattivi, Tipi A (H240) u B (H241)

Perossidi organiċi, Tipi A (H240) u B (H241)

Likwidi jew solidi piroforiċi, Kat. 1 (H250)

Sustanzi jew taħlitiet li meta jmissu mal-ilma jerħu gassijiet li jaqbdu li jistgħu jieħdu n-nar spontanjament, Kat. 1 (H260)

Likwidi jew solidi ossidanti, Kat. 1 (H271)

Gassijiet

Likwidi bi pressjoni tal-fwar ta’ > 250 hPa (mbar)

Solidi li jiġġeneraw it-trab

Ipproċessar miftuħ

Possibbiltà ta’ kuntatt dirett mal-ġilda

Applikazzjoni għal żona kbira

Disinn miftuħ jew disinn parzjalment miftuħ, ventilazzjoni naturali

Proċess ta’ riskju għoli

Sustanzi jew taħlitiet tossiċi b’mod akut, Kat. 3 (H301, H311, H331)

Sustanzi jew taħlitiet li huma tossiċi meta jmissu mal-għajnejn (EUH070)

Sustanzi jew taħlitiet li jitfgħu gass tossiku meta jmissu l-ilma jew l-aċidi (EUH029, EUH031)

Sustanzi jew taħlitiet b’tossiċità speċifika ta’ organu mmirat (esponiment ta’ darba), Kat. 1: Jagħmel ħsara lill-organi (H370)

Sustanzi jew taħlitiet li jikkawżaw sensitizzazzjoni tal-ġilda (H317, Sh)

Sustanzi jew taħlitiet li jikkawżaw sensitizzazzjoni tal-organi respiratorji (H334, Sa)

Sustanzi jew taħlitiet korrużivi għall-ġilda, Kat. 1, 1 A (H314)

Perikli umani simili għall-Grupp B tal-Pass 1

Aerosols, Kat. 1 (H222 u H229)

Likwidi li jaqbdu, Kat. 2 (H225)

Solidi li jaqbdu, Kat. 1 (H228)

Sustanzi jew taħlitiet awtoreattivi, Tipi C u D (H242)

Perossidi organiċi, Tipi C u D (H242)

Sustanzi jew taħlitiet li jisħnu waħedhom tal-Kat. 1 (H251)

Sustanzi jew taħlitiet li meta jmissu mal-ilma jerħu gassijiet li jaqbdu li jistgħu jieħdu n-nar spontanjament, Kat. 2 (H261)

Gassijiet ossidanti, Kat.1 (H270)

Likwidi jew solidi ossidanti, Kat. 2 (H272)

Splussivi desensitizzati, Kat. 1 (H206) u Kat. 2 (H207)

Sustanzi jew taħlitiet b’ċerti proprjetajiet (EUH001, EUH014, EUH018, EUH019, EUH044)

Likwidi bi pressjoni tal-fwar ta’ 50-250 hPa (mbar)

Disinn parzjalment miftuħ, ftuħ relatat mal-ipproċessar b’estrazzjoni sempliċi, miftuħ b’estrazzjoni sempliċi

Proċess ta’ riskju medju

Sustanzi jew taħlitiet tossiċi b’mod akut, Kat. 4 (H302, H312, H332)

Sustanzi jew taħlitiet b’tossiċità speċifika ta’ organu mmirat (esponiment ta’ darba), Kat. 2: Jista’ jikkawża ħsara lill-organi (H371)

Sustanzi jew taħlitiet korrużivi għall-ġilda, Kat. 1B, 1C (H314)

Sustanzi jew taħlitiet li jagħmlu ħsara lill-għajnejn (H318)

Sustanzi jew taħlitiet li għandhom effett korrużiv fuq l-organi respiratorji (EUH071)

Gassijiet mhux tossiċi li jistgħu jikkawżaw soffokazzjoni billi jispostaw l-arja (eż. nitroġenu)

Perikli għall-bniedem simili għall-Grupp C tal-Pass 1, ħlief dawk elenkati taħt “perikli akuti għas-saħħa tal-bniedem” (il-kolonna tax-xellug).

Aerosols, Kat. 2 (H223 u H229)

Likwidi li jaqbdu, Kat. 3 (H226)

Solidi li jaqbdu, Kat. 2 (H228)

Sustanzi jew taħlitiet awtoreattivi, Tipi E u F (H242)

Perossidi organiċi, Tipi E u F (H242)

Sustanzi jew taħlitiet li jisħnu waħedhom, Kat. 2 (H252)

Sustanzi jew taħlitiet li meta jmissu mal-ilma jerħu gassijiet li jaqbdu li jistgħu jieħdu n-nar spontanjament, Kat. 3 (H261)

Likwidi jew solidi ossidanti, Kat. 3 (H272)

Gassijiet taħt pressjoni (H280, H281)

Jista’ jkun korrużiv għall-metalli (H290)

Splussivi desensitizzati, Kat. 3 (H207) u Kat. 4 (H208)

Likwidi bi pressjoni tal-fwar ta’ 10-50 hPa (mbar), bl-eċċezzjoni tal-ilma

Ipproċessar magħluq b’possibbiltajiet ta’ esponiment, eż. waqt il-mili, il-kampjunar jew it-tindif

Disinn magħluq, issiġillar mhux żgurat, disinn parzjalment miftuħ b’estrazzjoni effettiva

Proċess b’riskju baxx

Sustanzi jew taħlitiet li jikkawżaw irritazzjoni tal-ġilda (H315)

Sustanzi jew taħlitiet li jikkawżaw irritazzjoni tal-għajnejn (H319)

Ħsara fil-ġilda meta ssir ħidma fl-umdità

Sustanzi jew taħlitiet b’riskju ta’ aspirazzjoni (H304)

Sustanzi jew taħlitiet li jagħmlu ħsara lill-ġilda (EUH066)

Sustanzi jew taħlitiet b’tossiċità speċifika ta’ organu mmirat (esponiment ta’ darba), Kat. 3: Irritazzjoni tal-organi respiratorju (H335)

Sustanzi jew taħlitiet b’tossiċità speċifika ta’ organu mmirat (esponiment ta’ darba), Kat. 3: Ħedla, sturdament (H336)

Sustanzi li jagħmlu ħsara kronika b’modi oħrajn (l-ebda frażi H)*

Aerosols, Kat. 3 (H229 mingħajr H222, H223)

Sustanzi jew taħlitiet li ma jaqbdux malajr (punt ta’ fjammabbiltà > 60 ... 100 °C, l-ebda frażi H)

Sustanzi/taħlitiet awtoreattivi, Tip G (l-ebda frażi H)

Perossidi organiċi, Tip G (l-ebda frażi H)

Likwidi bi pressjoni tal-fwar ta’ 2 - 10 hPa (mbar)

Disinn magħluq, issiġillar żgurat, disinn parzjalment magħluq b’estrazzjoni integrata, disinn parzjalment miftuħ b’estrazzjoni effettiva ħafna

Riskju negliġibbli

Sustanzi ta’ ebda tħassib dwar il-proprjetajiet intrinsiċi perikolużi, skont il-Pass 1 (jiġifieri, mhux ikklassifikati fil-gruppi A, b jew C)

Likwidi bi pressjoni tal-fwar ta’ < 2 hPa (mbar)

Solidi li ma jiġġenerawx it-trab

 

4.3.   Aspetti tas-saħħa tal-bniedem u ambjentali tal-applikazzjoni finali (Pass 3)

Dan il-pass jivvaluta l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-applikazzjoni tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni. Bħal fil-Pass 2, il-kundizzjonijiet tal-użu se jiddeterminaw il-probabbiltà ta’ esponiment għas-sustanza kimika jew għall-materjal kif ukoll ir-rotot ta’ esponiment potenzjali (il-perkorsi rilevanti kollha) u l-impatti tat-tossiċità relatati fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż l-esponiment waqt il-ħajja operattiva, u l-ambjent (eż. minn użi ta’ tindif, bħal xampù li jispiċċaw fl-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi).

Ir-riskju huwa kkaratterizzat bħala taħlita tal-perikli tas-sustanza kimika jew tal-materjal u l-valutazzjoni tal-esponiment stmat tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent għall-perikli matul l-applikazzjoni tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni.

Informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza kimika jew tal-materjal hija meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sikurezza, u tkopri prinċipalment l-istess proprjetajiet ta’ periklu kif ikkunsidrati fil-Pass 1: il-perikli fiżiċi, il-perikli ambjentali u l-perikli għas-saħħa tal-bniedem.

Informazzjoni dwar proprjetajiet fiżikokimiċi oħrajn hija meħtieġa wkoll biex jiġi identifikat id-destin tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni, jiġi stmat l-esponiment u tiġi identifikata l-mogħdija/i ta’ esponiment jew aktar minn waħda, u kkaratterizzat ir-riskju (eż. proprjetajiet bħall-forma fiżika u l-pressjoni tal-fwar tas-sustanza kimika jew tal-materjal rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, jew is-solubbiltà fl-ilma u l-koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma tal-oktanol (Log Kow) rilevanti għall-ambjent).

Sabiex jiġi stmat l-esponiment, huwa partikolarment importanti li tiġi identifikata/deskritta l-applikazzjoni tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni u li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tal-użu billi tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-frekwenza u d-durata tal-esponiment, l-ammont tas-sustanza kimika jew tal-materjal użat jew preżenti fl-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza kimika jew tal-materjal u l-istruzzjonijiet għall-użu tagħha. Jekk is-sustanza kimika jew il-materjal ikollu diversi użi possibbli, idealment għandhom jiġu kkunsidrati r-rotot ta’ esponiment differenti.

Bħal fil-passi preċedenti, l-approċċ jista’ jiġi ottimizzat skont jekk tkunx qed tiġi vvalutata sustanza kimika jew materjal ġdid jew eżistenti, u skont liema data hija disponibbli.

Bħal fil-Pass 2, huwa rrakkomandat li tiġi applikata l-gwida tal-ECHA (il-Kapitolu R12 Deskrizzjoni tal-użu21) bħala punt tat-tluq biex jiġi ddefinit l-użu tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni f’dan il-pass. Il-gwida R12 tipprovdi listi ta’ kategoriji ta’ prodotti u kategoriji ta’ oġġetti u bosta għodod disponibbli għall-istima tal-esponiment, bħall-ECETOC TRA20, uża dawn il-kategoriji ta’ deskrizzjoni bħala input għall-valutazzjoni tal-esponiment u tas-sikurezza.

L-għodda għall-valutazzjoni u r-rapportar dwar is-sigurtà kimika (Chesar)22 hija għodda oħra rrakkomandata għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza kimika/tal-materjal. L-għodda ġiet żviluppata mill-ECHA biex tgħin lill-kumpaniji jipproduċu rapporti dwar is-sigurtà kimika (CSR) u xenarji ta’ esponiment (ES) b’mod strutturat, armonizzat, trasparenti u effiċjenti. Dan jinkludi r-rapportar tad-data relatata mas-sustanza (data rilevanti dwar il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi, id-destin u l-periklu), deskrizzjoni tal-użi tas-sustanza, it-twettiq ta’ valutazzjoni ta’ esponiment inkluż l-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu sikur, l-istimi ta’ esponiment relatati u t-turija tal-kontroll tar-riskji. Għat-twettiq tal-valutazzjoni ta’ esponiment, f’Chesar huma inklużi għadd ta’ għodod għall-istima tal-esponiment: l-għodda ECETOC TRA għall-istima tal-esponiment tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, kif ukoll EUSES għall-istima tal-esponiment ambjentali. Dawk l-għodod jirrikjedu bħala input il-kundizzjonijiet mistennija tal-użu. Il-mapep ta’ użu, żviluppati mis-setturi tal-industrija, jiġbru informazzjoni dwar l-użi u l-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanzi kimiċi fis-settur tagħhom b’mod armonizzat u strutturat. Dawn fihom il-parametri tal-input għall-valutazzjoni ta’ esponiment tal-ħaddiema (SWEDs), għall-valutazzjoni ta’ esponiment tal-konsumaturi (SCEDs) u għall-valutazzjoni ta’ esponiment ambjentali (SPERCs). Il-mapep ta’ użu eżistenti huma disponibbli fil-format ta’ Chesar fuq https://www.echa.europa.eu/csr-es-roadmap/use-maps/use-maps-library. Huwa possibbli wkoll li f’Chesar jiġu ddokumentati l-istimi ta’ esponiment miksuba minn għodod oħrajn jew minn data mkejla tal-esponiment. Xi għodod, bħal ConsExpo29, jistgħu jesportaw l-outputs tagħhom direttament f’Chesar.

Bħal fil-Pass 2, jistgħu jintużaw ukoll għodod minn livelli ogħla (eż. ConsExpo (29)) jew għodod speċifiċi għas-settur żviluppati mill-industrija għall-valutazzjoni ta’ tipi u oġġetti speċifiċi ta’ prodotti speċifiċi, jekk ikun hemm data disponibbli biex isir dan.

4.4.   Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali (Pass 4)

Dan il-pass ikopri l-valutazzjoni tal-aspetti tas-sostenibbiltà ambjentali tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni, filwaqt li jiffoka fuq l-impatti ambjentali tiegħu tul il-katina tal-valur.

Sabiex tiġi vvalutata s-sostenibbiltà ambjentali tas-sustanza kimika jew tal-materjal inkwistjoni, trid issir LCA bbażata fuq il-funzjoni, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Jekk is-sustanza kimika jew il-materjal il-ġdid ikollu diversi użi possibbli, jew jekk ikun jista’ jiġi prodott permezz ta’ diversi rotot ta’ produzzjoni, iridu jsiru LCAs differenti li jqisu kull produzzjoni, użu u tmiem il-ħajja tiegħu. Idealment, l-istudji tal-LCA tal-użi differenti tas-sustanza kimika jew tal-materjal għandhom isiru skont l-istess prinċipji ta’ mmudellar biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni u jkun jista’ jsir tqabbil tar-riżultati. Għalhekk, kull meta jkun possibbli, huwa rrakkomandat li jintuża l-metodu tal-impronta ambjentali tal-prodott30 bħala dokument ta’ gwida biex issir il-LCA.

Il-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali huwa rakkomandat li jintuża biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti (30). Dan jikkonsisti f’sett minimu ta’ impatti li għandhom jiġu vvalutati. Aspetti oħrajn, li għadhom mhumiex koperti bis-sħiħ mill-prattiki attwali tal-LCA, jista’ jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ bl-użu ta’ indikaturi possibbli li jistgħu jiġu żviluppati għal dan l-iskop.

Minħabba li l-impatti ambjentali eżistenti jmorru lil hinn minn dawk li jkopri l-metodu tal-impronta ambjentali, jista’ jkun hemm il-possibbiltà li jiżdiedu impatti oħrajn fil-futur.

Il-mudelli sottostanti u l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni għall-metodu tal-impronta ambjentali, disponibbli fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml, għandhom jiġu applikati f’konformità mal-aħħar pakkett disponibbli dwar l-impronta ambjentali. L-aspetti kkunsidrati, l-indikaturi u l-metodi stabbiliti fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni huma elenkati fit-Tabella 5, li għandhom jitqiesu biss bħala eżempju, minħabba li l-metodi rakkomandati qed jevolvu b’mod kostanti.

Tabella 5

Aspetti, indikaturi u metodi għall-metodu tal-impronta ambjentali għall-Pass 4

Livell/aspetti tal-valutazzjoni tal-LCA

Sottoaspett

Indikatur u unità

Metodu prestabbilit rakkomandat tal-LCIA

Tossiċità

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Tossiku Komparattiv

Unità għall-bnedmin (CTUh)

Abbażi tal-mudell USEtox2.1 (Fantke et al., 2017 (31)) adattat bħal fi Saouter et al., 2018 (32)

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Tossiku Komparattiv

Unità għall-bnedmin (CTUh)

Abbażi tal-mudell USEtox2.1 (Fantke et al., 2017 (31)), adattat bħal fi Saouter et al., 2018 (32)

Ekotossiċità tal-ilma ħelu

Tossiku Komparattiv

Unità għall-ekosistemi (CTUe)

Abbażi tal-mudell USEtox2.1 (Fantke et al., 2017 (31)), adattat bħal fi Saouter et al., 2018 (32)

Tibdil fil-klima

Tibdil fil-klima

Potenzjal ta’ tisħin globali

(GWP100, kg CO2 eq)

Il-mudell ta’ Bern – Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) fuq medda ta’ żmien ta’ 100 sena (abbażi ta’IPCC, 2013 (33))

Tniġġis

Tnaqqis tal-ożonu

Potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP)

(kg CFC-11eq)

Mudell tal-EDIP ibbażat fuq l-ODPs tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) fuq medda ta’ żmien infinita (WMO, 2014 (34)+ integrazzjonijiet)

Materja partikolata/sustanzi inorganiċi respiratorji

Effetti fuq is-saħħa tal-bniedem assoċjati mal-esponiment għall-PM2.5 (Inċidenzi ta’ mard (35))

Mudell PM (Fantke et al., 2016 (36)) fi UNEP, 2016 (37)

Radjazzjoni jonizzanti, is-saħħa tal-bniedem

Esponiment tal-bniedem

għal U235 (kBq U235)

Mudell tal-effett fuq is-saħħa tal-bniedem kif żviluppat minn Dreicer et al., 1995 (Frischknecht et al, 2000 (38))

Formazzjoni tal-ożonu fotokimiku

Żieda fil-konċentrazzjoni tal-ożonu troposferiku

(kg NMVOC eq)

LOTOS-EUROS (Van Zelm et al., 2008 (39)) kif applikat fi ReCiPe 2008

Aċidifikazzjoni

Eċċess akkumulat

(mol H+ eq)

Eċċess akkumulat (Posch et al., 2008 (40); Seppälä et al., 2006 (41))

 

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Eċċess akkumulat

(ekwivalenti ta’ mol N)

Eċċess akkumulat (Seppälä et al., 2006 (41), Posch et al., 2008 (40))

 

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu akkwatiku

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-ilma ħelu (P, kg P eq)

Il-mudell EUTREND (Struijs, et al. 2009 (42)) kif implimentat f’ReCiPe 2008

 

Ewtrofikazzjoni, baħar akkwatiku

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment

finali tal-baħar (N, kg N eq)

Il-mudell EUTREND (Struijs et al., 2009 (42)) kif implimentat f’ReCiPe 2008

Riżorsi

Użu tal-art

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija (43)

(Produzzjoni bijotika, reżistenza għall-erożjoni, filtrazzjoni mekkanika u riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art), mingħajr dimensjoni

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija bbażat fuq il-mudell LANCA (De Laurentiis et al., 2019 (44)) u fuq il-verżjoni 2.5 tal-LANCA CF (Horn & Maier, 2018 (45))

Użu tal-ilma

Potenzjal ta’ tiċħid tal-utent (konsum tal-ilma ponderat għat-tiċħid, m3 ekwivalenti ta’ ilma ta’ ilma mċaħħad)

Il-mudell ta’ Ilma li Jifdal Disponibbli (AWARE) (Boulay et al., 2018 (46); UNEP, 2016 (37))

Użu tar-riżorsi, tal-minerali u tal-metalli

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi

(Riżervi finali tal-ADP, kg Sb eq)

CML (Guinée et al., 2002 (47)) u (Van Oers et al. 2002 (48))

Użu tar-riżorsi, vetturi tal-enerġija

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi – fjuwils fossili

(fossili ADP, MJ) (49)

CML (Guinée et al., 2002 (47)) u (Van Oers et al., 2002 (48))

5.   Proċedura ta’ valutazzjoni u rapportar

L-applikazzjoni tal-qafas tal-SSbD għal sustanza kimika jew materjal se tipprovdi tliet outputs:

1.

il-konformità mal-prinċipji tal-SSbD matul l-istadju tad-disinn (disinn mill-ġdid);

2.

valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà;

3.

it-tabella li tiġbor ir-riżultati fil-qosor.

Mhux l-aspetti u l-indikaturi attwali kollha għandhom limiti assoċjati (dawn huma prinċipalment stabbiliti għall-aspetti regolatorji tas-sikurezza). Dan ifisser li, għal aspetti u indikaturi mingħajr limiti, il-kriterji mhumiex kompluti. F’każijiet bħal dawn, approċċ prammatiku fl-ittestjar huwa li s-sustanza kimika/il-materjal li qed jiġi vvalutat jitqabbel mas-sustanza/sustanzi kimika/kimiċi jew mal-materjal(i) li jistgħu jiġu sostitwiti, f’konformità ma’ dak li qed isir bħalissa bl-użu ta’ metodi alternattivi ta’ valutazzjoni. Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi jew materjali ġodda, it-tqabbil għandu jkun ibbażat fuq il-funzjonalità. Dan l-approċċ se jwassal għal titjib relattiv, ibbażat fuq il-prestazzjoni tas-sustanza/sustanzi kimika/kimiċi jew tal-materjal(i) imqabbel/imqabbla.

Il-mudelli għall-preżentazzjoni tar-riżultati se jkunu disponibbli online mill-Kummissjoni, inkluża proposta għall-viżwalizzazzjoni grafika tagħhom.

Għall-Pass 1 tal-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà, huma previsti erba’ livelli ta’ valutazzjoni.

Livell 0 – sustanzi kimiċi jew materjali fil-grupp ta’ kriterji A (eż. meqjusa bħala l-aktar sustanzi perikolużi, inklużi l-SVHC).

Livell 1 – sustanzi kimiċi jew materjali fil-grupp ta’ kriterji b (eż. li jkollhom effetti kroniċi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, sustanzi ta’ tħassib mhux inklużi fil-grupp A).

Livell 2 – sustanzi kimiċi jew materjali fil-grupp ta’ kriterji C (eż. li għandhom proprjetajiet perikolużi oħrajn).

Livell 3 – sustanzi kimiċi jew materjali li ma jkunu fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ periklu elenkati fil-gruppi ta’ kriterji preċedenti. Għal dawn, wieħed għandu jżomm f’moħħu li s-sustanza kimika jew il-materjal inkwistjoni xorta jista’ jkun perikoluż f’ċerti applikazzjonijiet minn perspettiva ta’ riskju li tmur lil hinn mill-kriterji ġeneriċi ta’ periklu u tinvolvi l-kunsiderazzjoni ta’ xenarji ta’ esponiment speċifiċi għall-applikazzjoni.

L-aspetti elenkati fil-gruppi A, B u C (Tabella 2) huma ġerarkiċi, li jfisser li jeħtieġ li jiġu vvalutati wieħed wara l-ieħor, u l-kriterju li jmiss relatat mal-aspetti se jiġi vvalutat biss jekk ikun ġie ssodisfat dak preċedenti.

Jekk ikun hemm evidenza li s-sustanza kimika jew il-materjal inkwistjoni għandu waħda mill-proprjetajiet perikolużi inklużi fil-grupp ta’ proprjetajiet perikolużi li jkunu qed jiġu vvalutati, għall-valutazzjoni tal-SSbD, ma hemm l-ebda ħtieġa li tinġabar informazzjoni dwar il-proprjetajiet l-oħrajn fl-istess grupp. Dan għandu l-għan li jissimplifika l-valutazzjoni u jagħmilha aktar faċli li tinġabar id-data u li jiġu eliminati sustanzi kimiċi jew materjali problematiċi aktar malajr, kmieni fil-proċess tar-riċerka u l-iżvilupp. Madankollu, biex wieħed jipproċedi għall-valutazzjoni tal-kriterju li jmiss, jeħtieġ li tiġi pprovduta evidenza dwar l-aspetti kollha tal-istess sett ta’ kriterji.

Għall-Passi 2, 3 u 4 tal-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà huwa rrakkomandat li tiġi rrapportata l-valutazzjoni sħiħa għall-każ analizzat, filwaqt li jiġi indikat liema metodi ntużaw. Huwa rrakkomandat ukoll li r-riżultati tal-passi jiġu pparagunati mas-sustanza kimika jew mal-materjal li qed jiġi sostitwit, biex jiġi vverifikat jekk hemmx titjib (valutazzjoni komparattiva). Ir-rapport finali tal-SSbD għandu jinkludi analiżi tar-riżultati miksuba fil-Passi 2, 3 u 4 u għandu jidentifika l-aspetti u l-indikaturi bl-akbar impatt fuq is-sikurezza u s-sostenibbiltà. Il-kriterji għall-Passi 2, 3 u 4 jridu jiġu ddefiniti każ b’każ abbażi tar-riżultati miksuba, peress li mhux is-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha se jkunu jirrikjedu l-istess miżuri ta’ sikurezza u sostenibbiltà.

6.   Ħarsa ġenerali lejn is-sorsi tad-data biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà

Bħala punt tat-tluq u flimkien mal-għodod imsemmija fid-deskrizzjoni tal-Passi 1-4, sorsi bħall-Informazzjoni tal-ECHA dwar is-Sustanzi Kimiċi (50) (inkluż l-Inventarju C&L (51) u l-EUCLEF (52)), il-Bażi tad-Data dwar il-Perikli Kimiċi (OpenFoodTox) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (53), l-eChemPortal (54) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-CompTox (55) tal-Aġenzija tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Protezzjoni Ambjentali (EPA), jistgħu jiġu skrinjati l-ewwel, speċjalment għal informazzjoni dwar il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanzi kimiċi eżistenti.

Għall-impronta ambjentali, is-settijiet tad-data tal-Inventarju taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCI) huma disponibbli fuq il-Pjattaforma Ewropea għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (56), li nħolqot u li tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Jekk ikunu disponibbli, għandhom jintużaw settijiet ta’ data li jikkonformaw mal-impronta ambjentali. Pjattaforma kbira għat-tiftix tad-data f’bażijiet tad-data differenti hija n-Network Globali għall-Aċċess għad-Data tal-LCA (57). Dan jipprovdi wkoll għodod għall-armonizzazzjoni tas-settijiet tad-data minn sorsi differenti.

Għall-immudellar tax-xenarju ta’ tmiem il-ħajja, il-varjetà ta’ data meħtieġa skont is-sustanza kimika jew il-materjal li jkun qed jiġi vvalutat tagħmilha diffiċli li jiġu identifikati sorsi tad-data speċifiċi. Sors rakkomandat għall-istatistika ġenerali dwar tmiem il-ħajja huwa l-bażi tad-data tal-Eurostat (58), li tipprovdi data dwar l-immaniġġar tal-iskart fl-Ewropa. Informazzjoni utli addizzjonali tiġi ppubblikata mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-produtturi li spiss joħorġu studji u statistika dwar is-sostenibbiltà tas-settur tagħhom stess.


(1)  Anastas, P., u Warner, J. (1998), Green Chemistry: Theory and Practice, Oxford University Press, New York, p. 30.

(2)  Anastas, P. T. u Zimmerman, J. B. (2003), “Peer Reviewed: Design Through the 12 Principles of Green Engineering”, Environmental Science & Technology 37(5), 94 A–101 A: https://doi.org/10.1021/es032373g

(3)  UBA (2009), “Sustainable Chemistry: Positions and Criteria of the Federal Environment Agency”, p. 6; https://www.umweltbundesamt.de/en/publikationen/sustainable-chemistry

(4)  UBA (2016), “Guide on sustainable chemicals – A decision tool for substance manufacturers, formulators and end users of chemicals”: https://www.umweltbundesamt.de/en/publikationen/guide-on-sustainable-chemicals

(5)  Keijer, T., Bakker, V., Slootweg, J. C. (2019), “Circular chemistry to enable a circular economy”, Nature chemistry 11(3), pp. 190-195: https://doi.org/10.1038/s41557-019-0226-9

(6)  https://ec.europa.eu/growth/sectors/raw-materials/areas-specific-interest/critical-raw-materials_en

(7)  Periklu huwa ddefinit bħala proprjetà jew sett ta’ proprjetajiet li jagħmlu sustanza perikoluża (definizzjoni pprovduta mill-portal tat-terminoloġija tal-ECHA https://echa-term.echa.europa.eu/).

(8)  COM(2020) 667 final.

(9)  COM(2022) 142 final.

(10)  Technical Working Group, Part B-Annex: Technical Screening Criteria, Marzu 2022. https://wwfeu.awsassets.panda.org/downloads/220330_sustainable_finance_platform_finance_report_remaining_environmental_objectives.pdf

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008.

(12)  https://www.oecd.org/chemicalsafety/testing/

(13)  https://echa.europa.eu/mt/guidance-documents/guidance-on-clp

(14)  https://echa.europa.eu/mt/guidance-documents/guidance-on-information-requirements-and-chemical-safety-assessment

(15)  It-Tabella 2 se tiġi riveduta wara l-perjodu tal-ittestjar.

(16)  L-Artikolu 57(a) tar-Regolament REACH – karċinoġeniċi tal-kategorija 1 A jew 1B; l-Artikolu 57(b) tar-Regolament REACH – mutaġeniċi tal-kategorija 1 A jew 1B; l-Artikolu 57(c) tar-Regolament REACH – tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 A jew 1B; l-Artikolu 57(d) tar-Regolament REACH – persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT); l-Artikolu 57(e) tar-Regolament REACH – persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (vPvB); l-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH – livell ekwivalenti ta’ tħassib b’effetti serji probabbli fuq is-saħħa tal-bniedem (u/jew) l-ambjent.

(17)  Xi sustanzi bi proprjetajiet perikolużi oħrajn (eż. STOT RE) jistgħu jiġu kklassifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna minħabba l-“livell ekwivalenti ta’ tħassib” tagħhom (ara l-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH).

(18)  L-inklużjoni tal-PMT u tal-vPvM kollha fis-sottogrupp tal-aktar sustanzi perikolużi se tkun soġġetta għal valutazzjoni ulterjuri.

(19)  Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli (COM(2022 142 final)) L-Artikolu 2(28) - “Sustanza ta’ tħassib” tfisser sustanza li:

(a)

tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 57, u tiġi identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1), tar-Regolament REACH; jew

(b)

hija kklassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament CLP f’wieħed mit-tipi ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu li ġejjin:

karċinoġeniċità tal-kategoriji 1 u 2,

mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategoriji 1 u 2,

tossiċità riproduttiva tal-kategoriji 1 u 2,

sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1,

sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1,

periklu kroniku għall-ambjent akkwatiku tal-kategoriji 1 sa 4,

perikoluż għas-saff tal-ożonu,

tossiċità speċifika ta’ organu mmirat – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2,

tossiċità speċifika ta’ organu mmirat – esponiment ta’ darba tal-kategoriji 1 u 2; jew

(c)

taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fil-prodott li tkun preżenti fih.

(20)  Għodda TRA tal-ECETOC: https://www.ecetoc.org/tools/tra-main/

(21)  https://echa.europa.eu/documents/10162/17224/information_requirements_r12_mt.pdf

(22)  Għodda għall-valutazzjoni u r-rapportar dwar is-sigurtà kimika, https://chesar.echa.europa.eu/home

(23)  ILO – Sett ta’ Għodod għall-Kontroll Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi, https://www.ilo.org/legacy/english/protection/safework/ctrl_banding/toolkit/icct/

(24)  Skema ta’ Kontroll fuq il-Post tax-Xogħol b’Użu Faċli għas-Sustanzi Perikolużi (EMKG), https://www.baua.de/EN/Topics/Work-design/Hazardous-substances/EMKG/Easy-to-use-workplace-control-scheme-EMKG_node.html

(25)  Mudell INRS, https://www.inrs.fr/media.html?refINRS=ND%202233

(26)  Stoffenmanager, https://stoffenmanager.com/en/

(27)   Réseau de Gestion des Risques Toxicologiques (REGETOX 2000), http://www.regetox.med.ulg.ac.be/accueil_fr.htm

(28)  The GHS Column Model 2020 -– An aid to substitute assessment, editjat minn Smola T., Institut für Arbeitsschutz der Deutschen Gesetzlichen Unfallversicherung (IFA), https://www.dguv.de/ifa/praxishilfen/hazardous-substances/ghs-spaltenmodell-zur-substitutionspruefung/index.jsp

(29)  https://www.rivm.nl/en/consexpo

(30)  C (2021) 9332 final.

(31)  Dokumentazzjoni ta’ USEtox®2.0 (Verżjoni 1), http://usetox.org. https://doi.org/10.11581/DTU:00000011

(32)  Using REACH and the EFSA database to derive input data for the USEtox model, EUR 29495 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-98183-8, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) 114227, https://doi.org/10.2760/611799

(33)  Anthropogenic and Natural Radiative Forcing. Fi: Climate change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change. T.F. Stocker, D. Qin, G.-K. Plattner, M. Tignor, S.K. Allen, J. Doschung, A. Nauels, Y. Xia, V. Bex u P.M. Midgley, Eds. Cambridge University Press, pp. 659-740, doi:10.1017/CBO9781107415324.018

(34)  Scientific Assessment of Ozone Depletion: 2014, Proġett Globali ta’ Riċerka u Monitoraġġ tal-Ożonu Rapport Nru 55, Ġinevra, l-Iżvizzera. Miksub minn https://csl.noaa.gov/assessments/ozone/2014/preface.html

(35)  L-isem tal-unità nbidel minn “Imwiet” fis-sors oriġinali (UNEP, 2016) għal “Inċidenzi ta’ mard”.

(36)  Health impacts of fine particulate matter. Fi: Frischknecht, R., Jolliet, O. (Eds.), Global Guidance for Life Cycle Impact Assessment Indicators: Volum 1. UNEP/SETAC Life Cycle Initiative, Pariġi, 76–99. Miksub minn www.lifecycleinitiative.org/applying-lca/lcia-cf/

(37)  Global guidance for life cycle impact assessment indicators: Volum 1, ISBN: 978-92-807-3630-4. Miksub minn https://www.ecocostsvalue.com/EVR/img/references%20others/global-guidance-lcia-v.1-1.pdf

(38)  Human health damages due to ionising radiation in life cycle impact assessment. Environmental Impact Assessment Review. https://doi.org/10.1016/S0195-9255(99)00042-6

(39)   “European characterisation factors for damage to human health caused by PM10 and ozone in life cycle impact assessment”, Atmospheric Environment 42, pp. 441-453. https://doi.org/10.1016/j.atmosenv.2007.09.072

(40)   “The role of atmospheric dispersion models and ecosystem sensitivity in the determination of characterisation factors for acidifying and eutrophying emissions in LCIA”, The International Journal of Life Cycle Assessment, 13, pp. 477-486, https://doi.org/10.1007/s11367-008-0025-9

(41)   “Country-dependent Characterisation Factors for Acidification and Terrestrial Eutrophication Based on Accumulated Exceedance as an Impact Category Indicator”, The International Journal of Life Cycle Assessment 11(6), pp. 403-416, https://doi.org/10.1065/lca2005.06.215

(42)  Ewtrofikazzjoni Akkwatika. Il-Kapitolu 6 fi: Goedkoop, M., Heijungs, R., Huijbregts, M.A.J., De Schryver, A., Struijs, J., Van Zelm, R. (2009). ReCiPe 2008.A Life Cycle Impact Assessment Method Which Comprises Harmonised Category Indicators at the Midpoint and the Endpoint Level. Report I: Characterisation Factors, L-Ewwel Edizzjoni

(43)  Dan l-indiċi huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni mill-JRC tal-erba’ indikaturi pprovduti mill-mudell tal-LANCA għall-valutazzjoni tal-impatti minħabba l-użu tal-art kif irrapportat f’De Laurentiis et al., (2019).

(44)   “Soil quality index: Exploring options for a comprehensive assessment of land use impacts in LCA”„ Journal of Cleaner Production, 215, pp. 63-74, https://doi.org/10.1016/j.jclepro.2018.12.238

(45)  LANCA®- Characterization Factors for Life Cycle Impact Assessment, Verżjoni 2.5 ta’ Novembru 2018. Miksub minn http://publica.fraunhofer.de/documents/N-379310.html

(46)   “The WULCA consensus characterization model for water scarcity footprints: assessing impacts of water consumption based on available water remaining (AWARE)”, The International Journal of Life Cycle Assessment 23(2), pp. 368-378, https://doi.org/10.1007/s11367-017-1333-8

(47)   “Handbook on Life Cycle Assessment: Operational Guide to the ISO Standards”, Series: Eco-efficiency in industry and science, Kluwer Academic Publishers, Dordrecht: https://doi.org/10.1007/BF02978897

(48)  Tnaqqis tar-Riżorsi Abijotiċi fl-LCA. L-Istitut tal-Inġinerija tat-Toroq u dik Idrawlika, il-Ministeru tat-Trasport u l-Ilma, Amsterdam.

(49)  Fil-lista tal-flussi tal-ILCD, u għal din ir-rakkomandazzjoni, l-uranju huwa inkluż fil-lista tal-vetturi tal-enerġija. Dan jitkejjel f’MJ.

(50)  Informazzjoni tal-ECHA dwar is-Sustanzi Kimiċi: https://echa.europa.eu/information-on-chemicals

(51)  https://echa.europa.eu/information-on-chemicals/cl-inventory-database

(52)  https://echa.europa.eu/legislation-finder

(53)  Bażi tad-Data tal-Perikli tas-Sustanzi Kimiċi tal-EFSA (OpenFoodTox): https://www.efsa.europa.eu/en/microstrategy/openfoodtox

(54)  eChemPortal tal-OECD: https://www.echemportal.org/echemportal/

(55)  CompTox Chemicals Dashboard tal-EPA tal-Istati Uniti: https://comptox.epa.gov/dashboard/

(56)  Pjattaforma Ewropea dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/contactListEF.xhtml

(57)  Network Globali għall-Aċċess għad-Data tal-LCA: https://www.globallcadataaccess.org/

(58)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/main/data/database


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/206


L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA DEĊIŻJONI DELEGATA Nru 204/22/COL

tas-16 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni Nru 196/22/COL li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza fin-Norveġja marbuta ma’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 259(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikoli 21, 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 [2022/2511]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-Punt 13. tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“ir-Regolament (UE) 2016/429”), (1) kif emendat u kif adattat għall-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tal-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikoli 257(1), 258(1), (2) u (3) u 259(1)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-Punt 13e. tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (“ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687”) , (2) kif emendat u kif adattat għall-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tal-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikoli 21, 39 u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-Punt 13a. tal-Parti 1.1. tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882”), (3) kif adattat għall-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tal-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 kif ukoll l-Anness tiegħu,

kif adattat għall-Ftehim dwar iż-ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE.

Billi:

L-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza, “HPAI”) hija marda virali infettiva fl-għasafar u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li tikkawża tfixkil għall-kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). Il-viruses HPAI jistgħu jinfettaw għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal matul il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

Ir-Regolament (UE) 2016/429, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 ilkoll japplikaw mill-21 ta’ April 2021.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI hija msemmija fl-Artikolu 9(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2016/429 bħala marda elenkata soġġetta għar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-HPAI bħala marda tal-Kategorija A, D u E kif definit fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 259(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tirrevedi l-miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-awtoritajiet kompetenti Norveġiżi skont l-Artikolu 257(1)(a) jew 258 tal-istess Regolament fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), inkluża l-HPAI (“miżuri Norveġiżi”). L-Artikolu 259(1)(c) jirrikjedi li l-Awtorità, fejn tqis li jkun meħtieġ li jiġi evitat tfixkil mhux ġustifikat fil-moviment ta’ annimali u prodotti, tadotta miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 257(1) li japprovaw miżuri Norveġiżi.

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard tal-Kategoriji A, B u C stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, inklużi l-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. L-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-Kategorija A, inkluża l-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni hija applikata b’mod partikolari biex tippreserva l-istatus tas-saħħa tal-għasafar fil-bqija tat-territorju tan-Norveġja billi tipprevjeni l-introduzzjoni tal-aġent patoġeniku u tiżgura d-detezzjoni bikrija tal-marda.

Fis-26 ta’ Ottubru 2022, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni 196/22/COL dwar miżuri ta’ emerġenza fin-Norveġja fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI. Fit-22 ta’ Ottubru 2022, in-Norveġja nnotifikat tifqigħa kkonfermata tal-HPAI f’azjenda fit-territorju tagħha ta’ madwar 7 000 għasfur li jbidu l-bajd għat-tifqis. (4)

Fit-12 ta’ Novembru 2022, in-Norveġja nnotifikat tifqigħa kkonfermata ġdida tal-HPAI fit-territorju tagħha f’azjenda agrikola ta’ madwar 7 500 tiġieġa tal-bajd (“it-tieni tifqigħa tal-HPAI”). (5) Fil-15 ta’ Novembru 2022 wasal aġġornament għan-notifika (6). L-awtoritajiet kompetenti Norveġiżi ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tieni tifqigħa tal-HPAI.

Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fiż-ŻEE, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti min-Norveġja fir-rigward tat-tifqigħat tal-HPAI.

Għaldaqstant, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza relatati mal-HPAI fin-Norveġja, fejn japplikaw il-miżuri ta’ kontroll tal-mard kif stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li tapprova l-miżuri Norveġiżi skont l-Artikolu 259(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 u t-tul ta’ żmien ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni speċifikata f’dak l-Anness.

L-Awtorità eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-marda b’kollaborazzjoni man-Norveġja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja, jinsabu ’l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI.

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 196/22/COL jinħtieġ li jiġu emendati.

Fil-15 ta’ Novembru 2022, l-Awtorità, bid-Deċiżjoni Delegata tagħha Nru 203/22/COL (id-Dokument Nru 1327635), debitament ippreżentat l-abbozz tad-Deċiżjoni lill-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA f’konformità mal-Artikoli 259(1) u 266(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kumitat tal-EFTA ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, l-abbozz tad-Deċiżjoni huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 196/22/COL jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-aħħar data msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li fiha l-miżuri ta’ kontroll tal-mard fi kwalunkwe waħda miż-żoni ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza ma jibqgħux applikabbli f’konformità mal-Artikoli 39 jew 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2022.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi skont id-Deċiżjoni Delegata Nru 130/20/COL,

Árni Páll ÁRNASON

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020.

(2)  Inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2021 tal-5 ta’ Frar 2021.

(3)  Inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020.

(4)  Id-Dokument Nru 1322915.

(5)  Id-Dokument Nru 1327550.

(6)  Id-Dokument Nru 1328618.


ANNESS

Parti A

Iż-żoni ta’ protezzjoni fin-Norveġja kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 2

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Adottata bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Numru:

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Klepp, Sandnes u Sola fil-Kontea ta’ Rogaland li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.80459 E: 5.61203

12.11.2022

196/22/COL

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Sola fil-Kontea ta’ Rogaland li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.90047 E: 5.57987

07.12.2022

204/22/COL

Parti B

Iż-żoni ta’ sorveljanza fin-Norveġja kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 3

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Adottata bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Numru

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Klepp, Sandnes, Sola u Time fil-Kontea ta’ Rogaland lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.80459 E: 5.61203

22.11.2022

196/22/COL

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Klepp, Sandnes u Sola fil-Kontea ta’ Rogaland li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.80459 E: 5.61203

Mit-12.11.2022 sat-22.11.2022

196/22/COL

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Randaberg, Stavanger, Klepp, Sandnes u Sola fil-Kontea ta’ Rogaland, lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.90047 E: 5.57987

16.12.2022

204/22/COL

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Sola fil-Kontea ta’ Rogaland li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N: 58.90047 E: 5.57987

Mit-08.12.2022 sas-16.12.2022

204/22/COL