ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
21 ta' Novembru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2264 tal-14 ta’ Novembru 2022 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2265 tal-14 ta’ Novembru 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Κατσικάκι Λήμνου / Katsikaki Limnou (IĠP)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2266 tal-14 ta’ Novembru 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Samoborska češnjovka/Samoborska češnofka (IĠP)]

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2267 tal-14 ta’ Novembru 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Meso istarskog goveda - boškarina/Meso istrskega goveda - boškarina (DOP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2268 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jtemm ir-rieżami ta’ esportatur ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2269 tat-18 ta’ Novembru 2022 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ proġett Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2270 tat-18 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Amerka Latina f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2271 tat-18 ta’ Novembru 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2272 tat-18 ta’ Novembru 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija Ħerzegovina

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2273 tat-18 ta’ Novembru 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2274 tat-18 ta’ Novembru 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tas-Serbja

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2275 tat-18 ta’ Novembru 2022 b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon (AAMVS) għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni illeċita

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2276 tat-18 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE

42

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2277 tal-15 ta’ Novembru 2022 li taċċetta talba mressqa mir-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma tapplikax il-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 (notifikata bid-dokument C(2022) 8068)

43

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/2278 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2023 (BĊE/2022/40)

46

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2264

tal-14 ta’ Novembru 2022

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Piadina Romagnola/Piada Romagnola” (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Piadina Romagnola/Piada Romagnola”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Piadina Romagnola/Piada Romagnola” (IGP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)] (ĠU L 316, 4.11.2014, p. 3).

(3)  ĠU C 278, 20.7.2022, p. 27.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2265

tal-14 ta’ Novembru 2022

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Κατσικάκι Λήμνου / Katsikaki Limnou” (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Greċja biex l-isem “Κατσικάκι Λήμνου / Katsikaki Limnou” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Κατσικάκι Λήμνου / Katsikaki Limnou” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Κατσικάκι Λήμνου / Katsikaki Limnou” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 281, 22.7.2022, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2266

tal-14 ta’ Novembru 2022

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Samoborska češnjovka/Samoborska češnofka” (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Kroazja biex l-isem “Samoborska češnjovka/Samoborska češnofka” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Samoborska češnjovka/Samoborska češnofka” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Samoborska češnjovka/Samoborska češnofka” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 278, 20.7.2022, p. 35.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2267

tal-14 ta’ Novembru 2022

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Meso istarskog goveda - boškarina/Meso istrskega goveda - boškarina” (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Kroazja u tas-Slovenja biex l-isem “Meso istarskog goveda - boškarina/Meso istrskega goveda - boškarina” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Meso istarskog goveda - boškarina/Meso istrskega goveda - boškarina” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Meso istarskog goveda - boškarina/Meso istrskega goveda - boškarina” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu huwa prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 288, 29.7.2022, p. 46.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2268

tat-18 ta’ Novembru 2022

li jtemm ir-rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

1.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Minn dak iż-żmien segwew diversi investigazzjonijiet, li estendew jew emendaw il-miżuri inizjali.

(2)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 502/2013 (3), il-Kunsill, wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4), emenda l-miżuri. F’din l-investigazzjoni, il-kampjunar ma ġiex applikat għall-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u nżamm id-dazju anti-dumping mal-pajjiż kollu ta’ 48,5 %, abbażi tal-marġni tad-dumping, li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5).

(3)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 (6), li permezz tagħhom l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv ta’ 48,5 %.

2.   INVESTIGAZZJONI ATTWALI

2.1.   Talba għal rieżami

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet fl-10 ta’ Settembru 2019 u ġiet aġġornata fis-26 ta’ Novembru 2021 minn Zhejiang Feishen Vehicle Industry Co., Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur tar-roti fiċ-Ċina.

(5)

L-applikant sostna li ma kienx relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi tar-roti, soġġetti għall-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, l-applikant sostna li kien esporta roti lejn l-Unjoni biss wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

2.2.   Tnedija ta’ rieżami ta’ esportatur ġdid

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli u kkonkludiet li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija ta’ rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid”, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara li l-produtturi tal-Unjoni ngħataw opportunità biex jikkummentaw, il-Kummissjoni nediet rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 fir-rigward tal-applikant, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/358 (7).

2.3.   Prodott ikkonċernat

(7)

Il-prodott taħt rieżami huwa biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikli), mhux immotorizzati li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099) u li joriġinaw miċ-Ċina.

2.4.   Partijiet ikkonċernati

(8)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, bit-tnedija ta’ dan ir-rieżami. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoni tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu.

(9)

Fil-jum tat-tnedija, il-Kummissjoni talbet lill-applikant jimla l-kwestjonarju.

2.5.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

(10)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”).

2.6.   Divulgazzjoni

(11)

Fid-29 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddivulgat lill-partijiet interessati l-intenzjoni tagħha li ttemm l-investigazzjoni tar-rieżami mingħajr ma tiddetermina marġni tad-dumping individwali għall-applikant. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(12)

Fil-kummenti tiegħu ppreżentati fit-12 ta’ Awwissu 2022, l-applikant ma qabilx mal-analiżi tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-istatus ta’ esportatur ġdid abbażi tar-rappreżentattività tal-bejgħ tal-applikant u sostna n-nuqqas ta’ bażi legali għal tali deċiżjoni u li hija inkonsistenti mar-rapporti tal-Bord u tal-Korp tal-Appell fil-Messiku — Miżuri Anti-dumping Definittivi fuq iċ-Ċanga u r-Ross (8).

(13)

Il-Kummissjoni tindika li l-Bord u l-Korp tal-Appell eżaminaw il-kundizzjonijiet biex jaċċettaw jew jirrifjutaw talba biex jitwettaq rieżami mħaffef ta’ esportatur ġdid, kif stabbilit fid-dritt Messikan. F’dan il-każ, il-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-applikant u nediet ir-rieżami tal-esportatur ġdid kif xieraq iżda biex twettaq kalkolu affidabbli tal-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni teħtieġ prezz tal-esportazzjoni affidabbli li jitqies li jirrifletti l-imġiba normali tal-ipprezzar tal-produttur esportatur ikkonċernat. Kif spjegat fil-premessi (25) sa (28) it-tranżazzjoni magħmula mill-applikant ma tistax tintuża bħala bażi għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping peress li ma tikkostitwixxix riflessjoni preċiża biżżejjed ta’ mġiba normali u sostenibbli fl-ipprezzar tal-esportazzjoni li tista’ tifforma l-bażi għad-determinazzjoni ta’ marġni tad-dumping individwali li jista’ japplika għal tranżazzjonijiet futuri. Din il-pretensjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(14)

L-applikant irrefera għal diversi investigazzjonijiet tar-rieżami ta’ esportaturi ġodda, fejn l-esportaturi għamlu biss tranżazzjoni waħda ta’ bejgħ u madankollu ngħataw marġni tad-dumping favorevoli. L-applikant talab lill-Kummissjoni biex issegwi prattika konsistenti fir-rigward tat-talba fil-każ attwali.

(15)

Ir-rieżamijiet li l-applikant irrefera għalihom kienu jikkonċernaw investigazzjonijiet fejn ir-rata medja tal-kampjun kienet tabilħaqq disponibbli. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jiġu ddeterminati l-marġnijiet tad-dumping individwali. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-applikant, il-metodu tal-Kummissjoni biex tivvaluta s-sitwazzjoni tal-esportatur il-ġdid huwa konsistenti. Fir-rieżami li jikkonċerna l-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (9), il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-prezz tal-esportazzjoni, u dan ikkawża t-tmiem tar-rieżami mingħajr ma setgħet tagħti rata individwali lill-applikant.

(16)

L-applikant sostna li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-evidenza fattwali fil-kuntest tad-determinazzjoni tar-rappreżentattività tal-bejgħ, it-tqabbil tal-prezz tal-esportazzjoni mad-data statistika u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-klijent tagħhom.

(17)

Għat-tqabbil tal-prezz tal-esportazzjoni, l-applikant sostna li l-prodotti tiegħu kienu pożizzjonati bħala prodotti ta’ livell għoli u ngħataw premji tad-disinn f’kompetizzjonijiet internazzjonali, għalhekk it-tqabbil ma’ statistika ta’ aggregazzjoni mħallta li wriet prezz ogħla mhuwiex rilevanti. L-applikant ikkontestat ukoll ir-rilevanza tal-informazzjoni pprovduta mill-importatur Awstrijak, li ddefinixxa t-tranżazzjoni bħala prova, u sostna li mill-perspettiva tal-applikant, din kienet tranżazzjoni ordinarja u mhux prova.

(18)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda wieħed mill-argumenti tal-applikant ma kien fih informazzjoni li tqiegħed f’dubju l-informazzjoni li l-Kummissjoni kkunsidrat fl-evalwazzjoni tagħha tal-fatti. Għalhekk, bħala tali, dawn huma miċħuda.

(19)

Bħala alternattiva, l-applikant ippropona l-monitoraġġ tal-miżuri jew id-determinazzjoni ta’ prezz minimu tal-importazzjoni.

(20)

Il-Kummissjoni ma tista’ taċċetta l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ talbiet imressqa mill-applikant. La l-monitoraġġ u lanqas il-prezz minimu tal-importazzjoni ma huma xierqa għas-sitwazzjoni ta’ produttur esportatur ġdid. Fl-eżempju tal-monitoraġġ fil-każ ta’ pins u stejpils (10) imressaq mill-applikant, dan intuża biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. Il-mekkaniżmu tal-prezz minimu tal-importazzjoni huwa għodda biex jiġi ddeterminat il-livell tad-dazju fuq l-esportazzjonijiet totali tal-pajjiż ikkonċernat fi proċedimenti fejn il-Kummissjoni tqis li din il-forma ta’ miżura hija xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. F’dan il-każ, il-miżuri jieħdu l-forma ta’ dazji ad valorem u l-għan tar-rieżami tal-esportatur ġdid mhuwiex li tiġi rieżaminata l-forma tal-miżuri.

3.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

3.1.   Kriterji ta’ “produttur esportatur ġdid”

(21)

Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati għal produttur esportatur ġdid huma dawn li ġejjin:

(a)

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri;

(b)

ma jkunx relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fiċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping fis-seħħ; kif ukoll

(c)

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

(22)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

(23)

L-applikant wera li ma kienx relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għall-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(24)

Fir-rigward tal-kriterju li l-applikant kien beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni vvalutat dan li ġej. L-applikant għamel tranżazzjoni waħda ta’ esportazzjoni ta’ volum limitat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”), għalhekk il-Kummissjoni eżaminat jekk dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni setgħetx titqies suffiċjenti biex tipprovdi riflessjoni preċiża tal-imġiba tal-esportazzjoni attwali u futura tal-applikant. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni analizzat aktar is-sehem tal-kwantità esportata fir-rigward tat-total tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-UE fir-rigward tal-prezzijiet medji ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li esportaw volumi sinifikanti lejn l-UE matul il-PIR.

(25)

L-applikant għamel bejgħ wieħed ta’ 30 rota tat-tfal, li jirrappreżenta 1 % tal-produzzjoni totali tiegħu, lil importatur Awstrijak. Il-prezz tat-tranżazzjoni tal-applikant fil-livell CIF kien 73 % (11) ogħla mill-prezz medju ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra fis-suq Awstrijak. Dan indika li din it-tranżazzjoni ma saritx taħt termini kummerċjali normali.

(26)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importatur biex tikseb aktar informazzjoni dwar in-natura tat-tranżazzjoni u l-valur tal-bejgħ mill-ġdid.

(27)

L-importatur Awstrijak ikkonferma wkoll li din kienet biss tranżazzjoni ta’ prova (mhux tranżazzjoni kummerċjali ordinarja), li l-prezz tax-xiri kien għoli wisq u li konsegwentement reġa’ biegħ ir-roti lill-klijenti finali bi prezz aktar baxx mill-prezz tax-xiri.

3.2.   Konklużjoni

(28)

Fid-dawl ta’ dawn ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tranżazzjoni ppreżentata mill-applikant ma kinitx tikkostitwixxi bażi rappreżentattiva biżżejjed u ma pprovditx riflessjoni preċiża biżżejjed tal-imġiba fl-ipprezzar tal-esportazzjoni attwali u futura tiegħu li tista’ tifforma l-bażi għad-determinazzjoni ta’ marġni tad-dumping individwali. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-investigazzjoni tar-rieżami tintemm.

4.   IMPOSTA TA’ DAZJU ANTI-DUMPING

(29)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li r-rieżami li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ roti manifatturati mill-applikant u li joriġinaw miċ-Ċina jintemm. Id-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 jenħtieġ li japplika għall-prodotti mmanifatturati mill-applikant. Konsegwentement, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-applikant tintemm u d-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha (48,5 %), impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379, jiġi impost fuq dawn l-importazzjonijiet mid-data tat-tnedija ta’ dan ir-rieżami. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li l-importaturi jitolbu rifużjoni f’konformità mal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku.

(30)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rieżami ta’ “esportatur ġdid” imniedi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/358 huwa b’dan mitmum.

2.   L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/358 huwa b’dan imħassar.

3.   Id-dazju anti-dumping applikabbli skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (kodiċi addizzjonali TARIC B999) b’dan japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti manifatturati minn Zhejiang Feishen Vehicle Industry Co., Ltd.

Artikolu 2

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/358.

2.   Id-dazju anti-dumping imsemmi fl-Artikolu 1(3) huwa b’dan impost b’effett mit-3 ta’ Marzu 2022 fuq il-prodotti li ġew irreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/358.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta’ biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 tat-12 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1524/2000 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 225, 29.8.2019, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/358 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jniedi rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 68, 3.3.2022, p. 9).

(8)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, il-Messiku — Miżuri Anti-dumping fuq ir-Ross, il-paragrafu 323

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/619 tat-12 ta’ April 2022 li jtemm rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, li jimponi d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 66).

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1202 tal-14 ta’ Awwissu 2020 li tittermina l-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ pins u stejpils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li tagħmel l-importazzjonijiet ta’ pins u stejpils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal sorveljanza (ĠU L 269, 17.8.2020, p. 40).

(11)  It-tqabbil tal-prezz li bih il-kumpanija biegħet fl-UE mal-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina fis-suq speċifiku tal-UE fl-istess perjodu. Dan it-tqabbil sar fil-livell CIF, jiġifieri l-prezz li bih ir-roti waslu fil-fruntiera tal-UE. Meta wieħed iqis id-dazju anti-dumping ta’ 48,5 %, il-prezz kien 99 % ogħla.


DEĊIŻJONIJIET

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2269

tat-18 ta’ Novembru 2022

dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ proġett “Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà”

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

L-“Istrateġija Globali għall-Politika Estera U ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea” tal-2016 tenfasizza li l-Unjoni ser iżżid il-kontribut tagħha għas-sigurtà kollettiva.

(2)

L-Istrateġija tal-Unjoni kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti (SALW) u l-munizzjon tagħhom, tal-2018, bit-titolu “Aktar sigurtà fuq l-armi biex nipproteġu liċ-ċittadini”, innutat li l-Unjoni ser tuża l-istrumenti rilevanti biex tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta’ teknoloġija affidabbli u kosteffettiva biex tieħu ħsieb is-sigurtà tas-SALW u l-munizzjon tagħhom u ttaffi r-riskji ta’ devjazzjoni. Barra minn hekk, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-adozzjoni ta’ dik l-istrateġija, innota l-kuntest ta’ sigurtà li evolva, inkluż it-theddida ta’ terroriżmu fi ħdan l-Unjoni u l-iżviluppi fid-disinn u t-teknoloġija tas-SALW li affettwaw il-kapaċità tal-gvernijiet li jindirizzaw dik it-theddida.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 bit-titolu “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa” tinnota li l-prinċipju li jiggwida l-appoġġ kollu għar-riċerka marbuta mal-intelliġenza artifiċjali (IA) ser ikun l-iżvilupp ta’ “IA responsabbli”. Tinnota wkoll li, peress li l-IA tista’ tiġi kummerċjalizzata faċilment min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, huma biss is-soluzzjonijiet dinjija li ser ikunu sostenibbli f’dak il-qasam, u li l-Unjoni ser tippromwovi l-użu tal-IA, u tat-teknoloġiji b’mod ġenerali, biex jgħinu fis-soluzzjoni ta’ sfidi globali, jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (NU).

(4)

Fis-Summit Globali dwar l-“Intelliġenza Artifiċjali għall-Ġid” tal-2019, is-Segretarju Ġenerali tan-NU nnota li, jekk irridu nisfruttaw il-benefiċċji tal-IA u nindirizzaw ir-riskji, jeħtieġ li naħdmu lkoll flimkien - il-gvernijiet, l-industrija, id-dinja akkademika u s-soċjetà ċivili - biex niżviluppaw l-oqfsa u s-sistemi li jippermettu l-innovazzjoni responsabbli.

(5)

L-Unjoni tixtieq li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ “IA responsabbli”, sigurtà kollettiva, u l-potenzjal ta’ benefiċċju mill-opportunitajiet li tippreżenta l-IA għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU kif ukoll li tindirizza l-isfidi li tirrappreżenta l-IA għall-paċi u għas-sigurtà.

(6)

L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġett, “Il-Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà”,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb li tiġi implimentata “l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera U ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea”, u filwaqt li titqies l-Istrateġija tal-Unjoni kontra l-armi illeċiti, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom bit-titolu “Aktar sigurtà fuq l-armi biex nipproteġu liċ-ċittadini” kif ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa”, l-Unjoni għandha tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġett, “Il-Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà”.

2.   L-attivitajiet tal-proġett appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom l-għan speċifikuli jappoġġaw involviment akbar tal-komunità ċivili tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-mitigazzjoni tar-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni ċivili tal-IA minn atturi irresponsabbli jistgħu joħolqu għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, permezz ta’:

ħolqien ta’ fehma aħjar ta’ kif deċiżjonijiet fl-iżvilupp u t-tifrix tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA jista’ jkollhom impatt fuq ir-riskju ta’ devjazzjoni u użu ħażin, u b’hekk joħolqu riskji jew opportunitajiet għall-paċi u s-sigurtà;

promozzjoni ta’ proċessi, metodi u għodod ta’ innovazzjoni responsabbli li jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni paċifika ta’ innovazzjonijiet ċivili u t-tixrid responsabbli tal-għarfien dwar l-IA. Għal dak l-għan, il-proġett ser jappoġġa attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità, ta’ riċerka u ta’ involviment li: isaħħu l-kapaċità fi ħdan il-komunità ċivili dinjija tal-IA biex jinkludu u jindirizzaw ir-riskji għall-paċi u s-sigurtà ppreżentati mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli permezz ta’ proċessi ta’ innovazzjoni responsabbli; u jsaħħu r-rabta bejn l-isforzi ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-IA responsabbli fl-isfera ċivili u dawk li diġà qed isiru fil-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni fil-livell intergovernattiv.

3.   Il-proġett u l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx bħala għan li jistabbilixxu standards, prinċipji jew regolamentazzjoni ġodda, jew inkella li jidħlu f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. Minflok, l-intenzjoni hija li jiġu żviluppati sforzi ta’ innovazzjoni ċivili responsabbli biex jiġu inklużi r-riskji għall-paċi u s-sigurtà ppreżentati mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli, u li tiġi pprovduta edukazzjoni dwar l-isforzi intergovernattivi rilevanti eżistenti.

4.   Fl-Anness hemm deskrizzjoni dettaljata tal-proġett.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“ Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli sabiex jimplimenta din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), appoġġat mill-Istitut Internazzjonali ta’ Riċerka dwar il-Paċi ta’ Stokkolma (SIPRI).

3.   L-UNODA, appoġġat mis-SIPRI, għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNODA u mas-SIPRI.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun EUR 1 782 285,71.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, għandha tikkonkludi ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-UNODA. Dak il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jistipula li l-UNODA jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod xieraq għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Għandha tgħarraf lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dan il-proċess u bid-data tal-konklużjoni ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti konġunti trimestrali mill-UNODA u SIPRI. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni magħmula mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 36 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkunx ġie konkluż tali ftehim f’dak il-perjodu.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


ANNESS

DOKUMENT TA' PROĠETT

Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-IA għall-Paċi u s-Sigurtà

1.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

Avvanzi reċenti fl-intelliġenza artifiċjali (IA) fetħu l-bibien għal possibbiltajiet ġodda ta' appoġġ u sostenn tal-paċi u s-sigurtà, pereżempju, permezz ta' titjib teknoloġiku f'oqsma bħat-twissija bikrija għall-konflitti, u l-verifika tal-kontroll tal-armi u tal-esportazzjoni tagħhom. Min-naħa l-oħra, dawn l-avvanzi ppermettew mezzi ġodda ta' ġenerazzjoni ta' tensjonijiet, konflitti u nuqqas ta' sigurtà — jew aggravawhom — fl-istati u bejn stat u ieħor. Ir-riskji li ġabu magħhom ċerti applikazzjonijiet ta' IA, bħas-sistemi ta' armi letali awtonomi, żviluppaw fi kwistjoni ewlenija ta' tħassib għall-komunità tal-kontroll tal-armi. Riskju li jista' jfiġġ u li jistħoqqlu aktar attenzjoni, u li l-isforzi tal-kontroll tal-armi u dawk diplomatiċi ta' bħalissa jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jirrispondu għalih, huwa d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-IA ċivili minn atturi irresponsabbli, fosthom atturi malizzjużi mhux statali, bħall-użu ħażin tan-networks avversarjali ġenerattivi (GAN) biex jipproduċu "deepfakes" għal kampanji ta' diżinformazzjoni.

L-IA hija teknoloġija abilitanti b'potenzjal qawwi ta' użu ġenerali. Ċerti atturi jistgħu jaċċessaw (b'mod relattivament faċli) ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-IA żviluppata għal applikazzjonijiet ċivili u jibdlulha l-iskop għal użu ta' ħsara jew tfixkil li jista' jkollu implikazzjonijiet għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali. Id-devjazzjoni u l-użu ħażin tat-teknoloġija ċivili mhumiex fenomeni ġodda u lanqas ma huma uniċi għall-IA. Kien hemm eżempju reċenti ta' dan fil-qasam relatat tar-robotika fejn Da'esh/ISIS fis-Sirja użaw droni rikreattivi bħala arma. Madankollu fil-każ tal-IA, il-problema hija kkumplikata minn diversi fatturi: in-natura intanġibbli u li tinbidel malajr tal-algoritmi u d-data tal-IA, li trendi l-kontroll tat-trasferiment jew il-proliferazzjoni tagħhom diffiċli; ir-rwol ewlieni tas-settur privat fl-ekosistema tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u l-ħtieġa konsegwenti tiegħu li jipproteġi l-algoritmi proprjetarji; u d-disponibbiltà globali tal-għarfien espert uman u tar-riżorsi materjali li kapaċi jagħtu skop ġdid lit-teknoloġiji tal-IA. Sadanittant, il-ħaddiema tal-IA fis-settur ċivili għadhom ta' spiss mhux konxji tal-implikazzjonijiet potenzjali li d-devjazzjoni u l-użu ħażin ta' xogħolhom jista' jkollhom fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali jew huma indeċiżi dwar jekk jiħdux sehem fid-diskussjonijiet eżistenti dwar ir-riskji tal-IA fi ċrieki tal-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni tagħhom.

Hemm il-ħtieġa ta' appoġġ għal involviment akbar tal-komunità tal-IA ċivili biex din tifhem u ttaffi r-riskji għall-paċi u s-sigurtà assoċjati mad-devjazzjoni u l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-IA minn atturi irresponsabbli. Għall-Istitut Internazzjonali ta' Riċerka dwar il-Paċi ta' Stokkolma (SIPRI) u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), dan jista' jitwettaq permezz ta' aktar promozzjoni ta' innovazzjoni responsabbli fil-komunità globali tal-IA ċivili. Ħidma li saret mis-SIPRI u l-UNODA wriet li l-innovazzjoni responsabbli, bħala mekkaniżmu ta' awtogovernanza, tista' tagħti l-għodod u l-metodi prattiċi lill-komunità globali tal-IA ċivili sabiex tidentifika kif ukoll tgħin tipprevjeni u ttaffi r-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-IA ċivili jistgħu joħolqu għall-paċi u s-sigurtà. Il-ħidma tas-SIPRI u tal-UNODA identifikat ukoll metodoloġiji, u bosta inizjattivi b'fokus ċivili li għaddejjin bħalissa, dwar IA responsabbli li jistgħu jservu ta' pedament biex jissensibilizzaw il-komunità tal-IA ċivili għall-kwistjonijiet ta' kontroll u ta' nonproliferazzjoni tal-armi, għal dibattiti ta' esperti u għall-pożizzjonijiet tal-istati dwar l-iżvilupp, id-diffużjoni u l-użu responsabbli tal-IA, kif ukoll għat-tagħlimiet li għandhom jittieħdu mill-ħidma li għaliha huwa responsabbli s-settur tad-difiża. (1) Kruċjalment, din il-ħidma preċedenti identifikat b'mod ċar li l-involviment ta' studenti tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika (STEM), li l-involviment tagħhom mal-IA jkun għadu f'format edukattiv, huwa ċentrali għal kwalunkwe sforz effettiv ta' innovazzjoni responsabbli.

2.   OBJETTIVI

L-għan ta' dawn il-proġetti huwa li jappoġġaw involviment akbar tal-komunità tal-IA ċivili fit-tnaqqis tar-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli jista' jkollhom fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-mira tagħhom hija li dan jagħmluh, l-ewwel nett, billi jiġġeneraw aktar fehim ta' kif id-deċiżjonijiet fl-iżvilupp u d-diffużjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA jistgħu jħallu impatt fuq id-devjazzjoni u l-użu ħażin, li mbagħad jiġġeneraw riskji jew opportunitajiet għall-paċi u s-sigurtà, u t-tieni nett, billi jippromwovu proċessi, metodi u għodod ta' innovazzjoni responsabbli li jistgħu jgħinu jiżguraw l-applikazzjoni paċifika tal-innovazzjonijiet ċivili u t-tixrid responsabbli tal-għarfien dwar l-IA. Għal dan il-għan, jappoġġaw attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet, riċerka u involviment li i) permezz ta' proċessi ta' involviment responsabbli jżidu l-kapaċità fil-komunità globali tal-IA ċivili li jinkludu, u jindirizzaw, ir-riskji għall-paċi u s-sigurtà maħluqa mid-devjazzjoni u mill-użu ħażin tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli; u ii) isaħħu r-rabta bejn l-isforzi biex jittaffa r-riskju fl-IA responsabbli fl-isfera ċivili ma' dawk li diġà qed isiru f'livell intergovernattiv fil-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u nonproliferazzjoni. Kruċjalment, mhuma maħsuba li jistabbilixxu ebda standard, prinċipju, jew regolament ġdid, jew jinterferixxu b'mod ieħor f'oqsma fil-kompetenza tal-Istati. Minflok, għandhom l-għan jiżviluppaw sforzi ta' innovazzjoni ċivili responsabbli biex jinkludu r-riskji għall-paċi u s-sigurtà maħluqa mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli, u jedukaw dwar l-isforzi intergovernattivi rilevanti eżistenti.

Sabiex effettivament jilħqu lill-komunità tal-IA ċivili, u jħallu impatt fuqha, il-proġetti jimplimentaw approċċ fuq tliet livelli, u jfittxu li

(a)

jinvolvu lill-edukaturi – ħidma ma' edukaturi u ma' żviluppaturi ta' kurrikuli akkademiċi magħżula dwar l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' materjal edukattiv li jista' jintuża biex jintegra l-kunsiderazzjoni tar-riskji għall-paċi u s-sigurtà li jirriżultaw mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli fit-taħriġ ta' prattikanti futuri tal-IA (pereżempju f'korsijiet dwar l-etika u l-innovazzjoni responsabbli tal-IA);

(b)

jinvolvu lill-istudenti – introduzzjoni ta' studenti magħżula minn madwar id-dinja fix-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika (STEM) għal kif ir-riskji għall-paċi u s-sigurtà maħluqa mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-iżvilupp tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli jistgħu jiġu identifikati, prevenuti jew imtaffija fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni jew permezz ta' proċessi oħra ta' governanza; u

(c)

jinvolvu lill-industrija tal-IA – ħidma ma' assoċjazzjonijiet ta' professjonisti u ma' korpi tal-istandards bħall-Istitut tal-Inġinieri Elettriċi u Elettroniċi (IEEE) i) għat-tixrid ta' materjal edukattiv imfassal apposta u għal attivitajiet ta' involviment ma' professjonisti tekniċi; ii) għall-appoġġ ta' użi pożittivi tal-IA għall-paċi u s-sigurtà; u iii) għall-iffaċilitar ta' djalogu u skambju ta' informazzjoni bejn esperti mid-dinja akkademika, is-settur privat u l-gvernijiet dwar kif jista' jittaffa r-riskju tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA minn atturi irresponsabbli.

B'approċċ bħal dan, il-proġetti jistgħu jilħqu lill-komunità tal-IA fil-livelli kollha, mhux biss lill-prattikanti attwali iżda wkoll lill-ġenerazzjonijiet futuri. Jippermetti wkoll l-involviment bejn il-kategoriji mifruda tad-dinja akkademika, l-industrija u oħrajn, u jappoġġa s-sostenibbiltà ta' sforzi futuri billi jistabbilixxi networks li jaqsmu din is-separazzjoni.

Il-proġetti jfittxu wkoll li jisfruttaw is-setgħa ta' għaqda u l-esperjenza tas-SIPRI u tal-UNODA biex iħallu impatt fuq il-komunità dinjija tal-IA, mhux biss fuq il-partijiet ikkonċernati fl-UE. Is-SIPRI u l-UNODA jinsabu f'pożizzjoni unika biex jilħqu u jiffaċilitaw l-involviment bejn l-atturi tal-IA minn madwar l-Afrika, l-Asja u l-Paċifiku, l-Ewropa, u l-Amerka ta' Fuq u t'Isfel. Iż-żewġ entitajiet għandhom ukoll esperjenza ta' ħidma f'oqsma oħra tax-xjenza u tat-teknoloġija fejn iħabbtu wiċċhom ma' sfidi ta' użu doppju u ta' proliferazzjoni, fosthom il-bijoteknoloġija. Il-proġetti jfittxu wkoll li jieħdu vantaġġ mill-kundizzjonijiet preżenti fl-Unjoni Ewropea, bħal a) l-eżistenza ta' proċessi avvanzati ta' diversi partijiet ikkonċernati dwar IA responsabbli; b) il-livell għoli ta' involviment fi kwistjonijiet ta' diżarm, kontroll tal-armi u nonproliferazzjoni fl-UE, u għarfien espert f'dawn il-kwistjonijiet; c) id-diversità tal-konnessjonijiet li l-organizzazzjonijiet akkademiċi, tar-riċerka u tas-settur privat fl-UE għandhom ma' reġjuni oħra, b'mod partikolari fin-Nofsinhar Globali, li ser ikun ukoll mira ewlenija għall-involviment; u d) id-diversità tan-nazzjonalitajiet tal-istudenti, tal-edukaturi u tal-inġiniera fl-universitajiet, fl-istituzzjonijiet tar-riċerka u fis-settur privat.

L-inklużjoni ser titqies fil-qalba tat-tmexxija tal-attivitajiet tal-proġetti. Sabiex jagħtu appoġġ effettiv lill-komunità tal-IA, il-proġetti jirrikonoxxu li l-komunità tal-IA tikkonsisti minn firxa ta' atturi varjati, u partikolarment li

(a)

l-ġeneru huwa fattur rilevanti ħafna. Għal din ir-raġuni, il-kwistjonijiet tal-ġeneru ser jiġu integrati f'konformità mal-istrateġiji tan-NU għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-parità fis-sistemi kollha. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-attivitajiet kollha tal-proġett ser tkun imħeġġa u meħtieġa; u

(b)

l-persuni b'diżabbiltà ser jiġu inklużi dejjem u kullimkien bil-bżonnijiet tagħhom moqdija kull fejn dan ikun raġonevolment possibbli. Fost l-oħrajn, dan ser jindirizza l-ostakli għall-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà kif ukoll jiżgura li jittieħdu passi għall-involviment tal-persuni b'diżabbiltà u jiffaċilita r-rappreżentazzjoni tal-fehmiet u l-esperjenzi sostantivi tagħhom.

3.   PROĠETTI

It-tliet proġetti deskritti hawn taħt huma maħsuba biex ikunu komplementari u jappoġġaw lil xulxin reċiprokament, b'elementi li jibqgħu għaddejjin matul is-36 xahar.

3.1.   Proġett 1 – Il-produzzjoni ta' materjal edukattiv u ta' tisħiħ tal-kapaċità għall-komunità tal-IA ċivili

3.1.1.   Għan tal-proġett

Il-Proġett 1 jiffoka fuq il-provvista tal-għarfien u l-mezzi lill-atturi tal-IA ċivili biex jivvalutaw u jtaffu r-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli jista' jkollhom fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Għandu l-għan li jipproduċi materjal edukattiv u ta' tisħiħ tal-kapaċità li ser jgħin lill-prattikanti tal-IA mir-reġjuni, livelli u setturi kollha (inkluż l-edukaturi ffukati fuq l-IA, l-iżviluppaturi tal-kurrikuli, l-istudenti tal-iSTEM u l-inġiniera u r-riċerkaturi fl-IA fid-dinja akkademika u s-settur privat) bl-informazzjoni u bl-għodod meħtieġa biex

(a)

jifhmu kif ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili tista' tiġi ddevjata u użata ħażin b'tali mod li toħloq riskji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u kif id-deċiżjonijiet fl-iżvilupp u t-tixrid tar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jżidu jew inaqqsu r-riskju tad-devjazzjoni u tal-użu ħażin;

(b)

jifhmu l-isforzi li diġà hija involuta fihom il-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni sabiex ittaffi r-riskji tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u tal-innovazzjoni ċivili; u

(c)

jipprattikaw innovazzjoni responsabbli b'mod li jtaffu r-riskju ta' devjazzjoni u użu ħażin fl-iżvilupp u t-tixrid tar-riċerka u l-innovazzjoni.

3.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Dan il-proġett ser jipproduċi tliet settijiet separati ta' materjal edukattiv u ta' tisħiħ tal-kapaċità.

(a)

Manwal (1) – Il-manwal ser ikun ġabra tal-għarfien bażiku u l-mezzi għall-atturi fl-IA biex waqt il-proċessi ta' riċerka u ta' innovazzjoni jivvalutaw u jtaffu r-riskji tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli. Ser jiddiskuti kif u għaliex id-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u t-tixrid tar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jħallu impatt fuq ir-riskji tad-devjazzjoni u l-użu ħażin, li mbagħad jiġġeneraw riskji u opportunitajiet għall-paċi u s-sigurtà. Ser jintroduċi wkoll id-dritt internazzjonali rilevanti u obbligi tal-kontroll tal-esportazzjoni minbarra kunsiderazzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà li qed jiġu diskussi fiċ-ċrieki militari u dawk tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni; u jippreżenta eżempji ta' proċessi u għodod għall-prattika ta' innovazzjoni responsabbli, bħall-metodoloġiji tal-valutazzjoni tal-impatt tat-teknoloġija u mudelli għall-valutazzjoni tar-riskju.

(b)

Sensiela ta' podcasts (~10) – Dawn il-podcasts ser jaġixxu bħala mezz aċċessibbli u ta' involviment għall-atturi tal-IA biex jitgħallmu dwar kif u għaliex proċessi ta' innovazzjoni tal-IA responsabbli jistgħu jappoġġaw il-paċi u s-sigurtà internazzjonali permezz tal-mitigazzjoni tar-riskji ppreżentati mid-devjazzjoni u l-użu ħażin minn atturi irresponsabbli. Is-sensiela ser tirrevedi temi importanti (eż., ix-xejra tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni b'użu doppju/ġenerali; l-isfidi umanitarji, strateġiċi u politiċi assoċjati mal-użu ħażin potenzjali tal-innovazzjoni fir-riċerka tal-IA ċivili; l-isfidi li jiffaċċjaw iċ-ċrieki tad-diżarm, tal-kontroll tal-armi u tan-nonproliferazzjoni fl-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju; kif issir innovazzjoni responsabbli permezz ta' valutazzjoni tar-riskju; il-konformità mal-kontroll tal-esportazzjoni; it-tnaqqis tar-riskju skont id-disinn; pubblikazzjoni responsabbli; kun af lill-klijenti tiegħek; u esperjenza ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni) u ser tkun strutturata fuq intervisti li t-tim tal-proġett ser iwettaq ma' rappreżentanti minn komunitajiet rilevanti.

(c)

Sensiela ta' blogs (9-10) – It-tim ser jiżviluppa sensiela ta' blog posts magħżula bl-għan li jgħollu l-profil tal-isforzi li jippruvaw jaqsmu l-fruntieri bejn "IA responsabbli" b'fokus ċivili u l-komunitajiet tal-kontroll tal-armi u tan-nonproliferazzjoni. Is-sensiela ta' blogs ser tipprovdi pjattaforma għat-tixrid ta' għarfien, ideat u soluzzjonijiet rigward l-identifikazzjoni u l-indirizzar tar-riskji assoċjati mad-devjazzjoni, u l-użu ħażin tal-IA ċivili fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni. Il-blog ser ikollu l-għan li jirrappreżenta d-diversità tal-ħsibijiet u l-perspettivi preżenti fis-settur tal-IA.

Dawn il-materjali ser jinxterdu pubblikament permezz tas-siti web tal-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni, il-preżenza tagħhom fil-media soċjali, u permezz ta' komunikazzjoni diretta mal-entitajiet akkademiċi rilevanti, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-IA ċivili u gruppi xierqa oħra.

3.1.3.   Riżultati mistennija tal-proġett

Dan il-proġett huwa mistenni li jistabbilixxi sett ġdid ta' materjali li permezz tagħhom il-prattikanti tal-IA ċivili jistgħu jsiru sensitizzati għal a) kif ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili jistgħu jiġu ddevjati u użati ħażin b'modi li jistgħu jippreżentaw riskji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, b) kif tali riskji qed jiġu indirizzati mill-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi, u n-nonproliferazzjoni, u c) kif il-prattikanti tal-IA jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-mitigazzjoni ta' tali riskji permezz ta' proċessi ta' innovazzjoni responsabbli.

Dan mistenni jsaħħaħ l-involviment tas-settur tal-IA ċivili fil-mitigazzjoni tar-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-IA ċivili jista' jkollhom fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; itejjeb il-kapaċità tal-prattikanti tekniċi li jinvolvu ruħhom fi proċessi rilevanti fil-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi, u n-nonproliferazzjoni kif ukoll jappoġġa l-involviment ta' udjenzi ġodda li mhumiex tradizzjonalment inklużi fl-isforzi edukattivi dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni.

Il-materjal mistenni wkoll li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-proġetti l-oħra u ser iservi bħala bażi għall-attivitajiet edukattivi u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Proġett 2 kif ukoll għall-attivitajiet ta' djalogu u involviment fil-Proġett 3. Dawn l-attivitajiet mistennija li mbagħad jikkontribwixxu għall-produzzjoni u l-irfinar tal-materjal. Approċċ iterattiv bħal dan huwa mistenni li jgħin biex jiġu indirizzati l-ostakli potenzjali għall-promozzjoni, it-tixrid u l-użu tagħhom fil-komunità tal-IA, inkluż kwistjonijiet relatati mal-lingwaġġ, il-kontenut, il-kuntest u d-disponibbiltà, li jistgħu jipprekludu l-impatt tagħhom fil-livell globali, b'mod partikolari fin-Nofsinhar Globali.

3.2.   Proġett 2 – Edukazzjoni u attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-prattikanti futuri tal-IA

3.2.1.   Għan tal-proġett

L-għan tal-Proġett 2 huwa li jappoġġa l-integrazzjoni tal-problema tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka dwar l-IA ċivili minn atturi irresponsabbli fl-edukazzjoni ta' ġenerazzjonijiet futuri ta' prattikanti tal-IA. Fit-tul, dan ser jiżgura li l-istudenti tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM) li jsawru l-futur tal-IA jkunu konxji tal-impatti negattivi li d-devjazzjoni u l-użu ħażin ta' xogħolhom minn atturi irresponsabbli jista' jkollhom fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali u li jkollhom l-għodod bażiċi meħtieġa biex jidentifikaw u jtaffutali riskju fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni.

Dan il-proġett ser iwettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma edukattivi u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ma' edukaturi u studenti f'kollaborazzjoni ma' universitajiet u atturi tal-industrija internazzjonali magħżula. B'hekk il-proġett ifittex li jiżviluppa attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li l-edukaturi u l-iżviluppaturi tal-kurrikuli akkademiċi jistgħu jużaw biex jinkludu fit-taħriġ tal-prattikanti futuri tal-IA (eż. korsijiet dwar l-etika u l-innovazzjoni responsabbli fil-qasam tal-IA) u kunsiderazzjonijiet għar-riskji ta' devjazzjoni u użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli u jorbtu dawk l-attivitajiet mal-kuntest akbar ta' paċi u sigurtà. Permezz ta' dawn is-sessjonijiet ta' ħidma, il-proġett ser ifittex ukoll li jidentifika network ta' edukaturi, żviluppaturi tal-kurrikuli u studenti interessati li jappoġġaw it-tixrid u l-promozzjoni tal-materjal edukattiv tal-proġett u l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-komunità tal-edukazzjoni tal-IA u fil-komunità tal-prattikanti tal-IA. Dan il-komponent ta' networking ifittex li jiżgura s-sostenibbiltà tal-proġetti lil hinn mid-durata immedjata tagħhom u li jippermetti l-bini ta' rabtiet aktar b'saħħithom b'appoġġ għall-impenn tekniku ċivili lejn miri akbar ta' paċi, sigurtà, diżarm u kontroll tal-armi.

3.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Dan il-proġett ser iwettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma edukattivi u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ma' edukaturi u studenti minn universitajiet magħżula minn madwar id-dinja. Dawn ikunu jikkonsistu f'taħlita ta' lekċers u attivitajiet interattivi li ser jipprovdu lill-edukaturi u lill-istudenti b'opportunitajiet biex jirriflettu dwar kif ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili jistgħu jiġu ddevjati u użati ħażin b'modi li jistgħu jippreżentaw riskji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u kif dawn ir-riskji jistgħu jiġu identifikati, evitati jew imtaffa fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni, jew permezz ta' proċessi oħra ta' governanza. Dawn l-attivitajiet ser jibnu fuq ħidma pilota preċedenti fuq skala iżgħar imwettqa mill-UNODA li esperimentat b'metodi biex tinvolvi lill-istudenti tal-iSTEM u tissensibilizzahom dwar l-importanza li jitqies l-impatt usa' tal-ħidma tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom ma' għarfien espert barra mill-oqsma ta' oriġini tagħhom. B'mod konkret, dawn ikunu jikkonsistu minn

(a)

sessjonijiet ta' ħidma reġjonali ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-edukaturi u l-istudenti (4) – is-sessjonijiet ta' ħidma reġjonali ser iwettqu u jippromwovu attivitajiet li l-edukaturi jistgħu jużaw biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-istudenti tal-iSTEM fl-innovazzjoni responsabbli tal-IA b'enfasi partikolari dwar kif għandhom jiġu evalwati u mtaffija r-riskji tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tat-teknoloġija tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli. Kull sessjoni ta' ħidma ser tiġi organizzata ma' università bbażata fl-UE u università ta' profil għoli minn reġjun globali differenti, biex b'hekk dejjem jingħaqad sett varjat ta' parteċipanti bbażati fl-UE ma' sett varjat ibbażat barra mill-UE. Is-sessjonijiet ta' ħidma mbagħad ser ikopru l-Amerka Latina u l-Karibew, l-Amerka ta' Fuq, l-Afrika u l-Asja u l-Paċifiku. Dan ser jippermetti l-parteċipazzjoni ta' studenti (fil-livelli ta' masters u PhD) minn madwar id-dinja, inkluż min-Nofsinhar Globali. Is-sessjonijiet ta' ħidma jsiru primarjament bl-Ingliż, iżda fejn fattibbli l-parteċipanti jingħataw l-opportunità li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ibbażati fuq raggruppamenti lingwistiċi alternattivi; u

(b)

sessjoni ta' ħidma internazzjonali dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet sostenibbli (1) – is-sessjoni ta' ħidma ser tibbaża fuq it-tagħlimiet meħuda mis-sessjonijiet ta' ħidma reġjonali u tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi bejn l-edukaturi u l-istudenti magħżula mill-universitajiet involuti fil-proġett. Is-sessjoni ta' ħidma tiddiskuti kif jistgħu jiġu rfinati l-attivitajiet u l-għodod elaborati matul il-proġett, u xxerridhom lil hinn mill-grupp ta' universitajiet parteċipanti. Ser tiddiskuti wkoll kif għandu jiġi appoġġat l-involviment tal-istudenti f'IA responsabbli li jindirizza r-riskji ta' devjazzjoni u użu ħażin għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali ladarba dawn ikunu daħlu fil-forza tax-xogħol.

In-networks u l-preżenza tas-SIPRI u l-UNODA fl-Afrika, l-Asja-Paċifiku, l-Ewropa, l-Amerka ta' Fuq u t'Isfel ser jintużaw biex jiffaċilitaw u jappoġġaw aspetti tal-attivitajiet, skont kif ikun xieraq.

3.2.3.   Riżultati mistennija tal-proġett

Il-proġett huwa mistenni li joħloq mudelli ta' attivitajiet tisħiħ tal-kapaċitajiet u ta' involviment li l-edukaturi u l-iżviluppaturi tal-kurrikuli akkademiċi jistgħu jirreplikaw biex jissensibilizzaw lill-prattikanti futuri tal-IA għall-problemi tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli u kif dawn jistgħu jgħinu biex jittaffew dawn il-problemi permezz ta' proċessi ta' innovazzjoni responsabbli. Wara li jitlestew l-attivitajiet tal-proġett, il-parteċipanti (l-edukaturi, iżda wkoll l-istudenti tal-iSTEM) ser ikunu mistennija jużaw u jippromwovu għodod, metodi u kunċetti ta' innovazzjoni responsabbli biex jidentifikaw u jtaffu r-riskji ta' devjazzjoni u użu ħażin fl-iżvilupp u t-tixrid tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili.

L-attivitajiet tal-proġett mistennija wkoll li jiġġeneraw network ta' edukaturi, żviluppaturi tal-kurrikuli u studenti li mhux biss jippromwovu l-attivitajiet tal-proġett fi ħdan il-komunitajiet edukattivi u professjonali tal-IA (eż. matul konferenzi tas-Soċjetà tal-Intelligence Komputazzjonali tal-IEEE) iżda jkunu disponibbli wkoll biex jikkontribwixxu b'kapaċità teknika għal proċessi ta' governanza internazzjonali mmexxija mill-istat (eż. il-proċess tal-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali dwar teknoloġiji emerġenti fil-qasam tas-Sistema ta' Armi Awtonomi Letali).

Il-valur fuq perjodu qasir u twil ta' dawn l-attivitajiet ser jintwera permezz ta' stħarriġ qabel u wara l-attivitajiet.

3.3.   Proġett 3 – Iffaċilitar tal-iżvilupp sostenibbli, it-tixrid u l-impatt fit-tul tal-innovazzjoni responsabbli fl-IA għall-paċi u s-sigurtà

3.3.1.   Għan tal-proġett

L-għan tal-Proġett 3 huwa li jiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli, it-tixrid u l-impatt fit-tul tal-innovazzjoni responsabbli fl-IA bħala mezz biex jittaffew ir-riskji li d-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili jistgħu joħolqu għall-paċi u s-sigurtà. Għandu l-għan li jagħmel dan permezz ta' diskussjonijiet madwar mejda mal-industrija tal-IA, djalogi bejn diversi partijiet ikkonċernati, il-ħolqien ta' rapport pubbliku, u attivitajiet ta' disseminazzjoni immirati. Il-proġett għandu l-għan li jiżgura li x-xogħol iġġenerat, b'mod partikolari l-attivitajiet ta' edukazzjoni, ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet u ta' involviment, jilħqu u jkollhom impatt fuq il-komunità tal-IA b'mod ġenerali, fil-livelli kollha (minn studenti sa inġiniera u professjonisti oħra tal-IA) u lil hinn mill-konfini ġeografiċi, settorjali, u konfini oħra. Biex tiżdied il-possibbiltà li jsir impatt wiesa' u profond, huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet professjonali f'dan l-ispazju, bħall-IEEE, u li jkun hemm involviment multidimensjonali bejn il-kategoriji mifruda tad-dinja akkademika, l-industrija u oħrajn. Dawn l-isforzi ser jagħtu l-opportunità lir-rappreżentanti interessati minn komunitajiet differenti tal-IA biex jieħdu f'idejhom il-problema u jesprimew il-fehmiet tagħhom stess dwar kif l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju jistgħu jitwettqu u jiġu promossi b'mod sostenibbli fi ħdan u madwar il-komunità globali tal-IA. Huwa importanti wkoll għall-valur fit-tul tal-proġett għall-istati, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi u atturi oħrajn li l-prattikanti tal-IA jistgħu jitgħallmu minnhom u jinvolvu ruħhom ma' esperti governattivi involuti fil-mitigazzjoni tar-riskju fil-kuntest tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni. Huwa kruċjali wkoll għas-sostenibbiltà li jiġi żgurat li l-għarfien iġġenerat permezz tal-attivitajiet ta' involviment jiġi analizzat, ikkonsolidat u mxerred b'mod xieraq.

3.3.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Dan il-proġett jikkonsisti f'dawn il-fergħat ewlenin:

(a)

djalogi bejn diversi partijiet ikkonċernati dwar "innovazzjoni tal-IA responsabbli għall-paċi u s-sigurtà" (Sa 9) – din is-sensiela ta' laqgħat ta' djalogu virtwali tlaqqa' flimkien esperti mid-dinja akkademika, ir-riċerka, is-settur privat, u l-kontroll tradizzjonali tal-armi mill-UE u lil hinn minnha biex jiddiskutu

i.

xejriet teknoloġiċi li jistgħu jiġġeneraw riskji ta' tixrid, devjazzjoni u użu ħażin b'impatti għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

ii.

kif jinvolvi ruħhom fil-mitigazzjoni tar-riskju permezz ta' proċessi, metodi u mezzi ta' innovazzjoni responsabbli, u opportunitajiet u sfidi għad-djalogu u l-kondiviżjoni tal-għarfien bejn il-komunitajiet tal-partijiet ikkonċernati, inkluż dawk li joperaw f'setturi oħra bħall-industriji bijoloġiċi u kimiċi; u

iii.

il-valur, l-iskop u l-format potenzjali ta' network awtosuffiċjenti ta' esperti u attivitajiet ta' djalogu. Il-grupp ta' esperti ser jiltaqa' diversi drabi fis-sena u jaħdem lejn l-organizzazzjoni ta' żewġ avvenimenti pubbliċi għall-komunità usa'.

Mid-disa' laqgħat virtwali, tnejn huma maħsuba li jkunu miftuħa għall-pubbliku, sabiex tiġi ffaċilitata konsultazzjoni usa'.

(b)

diskussjonijiet madwar mejda mas-settur privat (Sa 6) – din is-sensiela ta' diskussjonijiet virtwali madwar mejda ser tagħti bidu għal djalogu mal-atturi li jaħdmu bi proċessi ta' innovazzjoni tal-IA responsabbli fis-settur privat (eż. Sħubija dwar l-IA) dwar kif jistgħu jikkontribwixxu għall-minimizzazzjoni tar-riskji tad-devjazzjoni u l-użu ħażin tat-teknoloġiji tal-IA ċivili minn atturi irresponsabbli, kif ukoll tesplora inċentivi possibbli fl-iżvilupp tas-settur privat biex isir dan. Is-suġġetti ser jinkludu:

i.

ir-rilevanza tal-kuntest internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà u d-diżarm għas-settur privat;

ii.

l-ambjent(i) legali li fih(om) jeżistu l-iżvilupp, il-varar u l-operat tal-IA madwar id-dinja;

iii.

kif wieħed jibni fuq mekkaniżmi ta' valutazzjoni tar-riskju u miżuri oħra li huma parti minn, jew li jistgħu jiġu integrati fi, proċessi ta' innovazzjoni responsabbli u programmi ta' konformità korporattiva; u

iv.

tagħlimiet li għandhom jittieħdu minn industriji, proċessi u oqfsa oħra relatati mal-kontroll tal-armi (eż. industriji bijoloġiċi u kimiċi).

(c)

rapport dwar il-perspettivi tal-komunità tal-IA dwar il-kontroll tal-armi u l-mitigazzjoni tar-riskju fl-IA, immirat lejn il-komunitajiet tal-IA u tal-kontroll tal-armi (1) – l-iżvilupp ta' dan ir-rapport ser jiġbor u jikkonsolida s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-proġett f'dokument ta' referenza uniku mmirat kemm lejn il-komunità tal-IA ċivili responsabbli kif ukoll lejn il-komunità tal-kontroll tal-armi. Ir-rapport jiddiskuti kif ir-riskji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali assoċjati mad-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili jistgħu jiġu identifikati, evalwati u indirizzati.

(d)

avvenimenti ta' disseminazzjoni mmirati lejn il-konsultazzjoni u l-involviment mal-komunitajiet tal-IA u tal-kontroll tal-armi (għad iridu jiġu deċiżi) – it-tim ser ifittex opportunitajiet biex jikkomunika l-ħidma u s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu tul il-proġett kollu. Il-format tal-avvenimenti u l-kontenut tal-preżentazzjonijiet ikunu mfassla skont il-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira. Dawn jistgħu jinkludu laqgħat tal-CONOP, l-Assemblea tal-Alleanza Ewropea dwar l-IA; il-Grupp ta' Esperti Governattivi dwar it-teknoloġiji emerġenti fil-qasam ta' Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali; il-Grupp ta' Ħidma Interaġenzjali dwar l-IA (IAWG-AI); l-inizjattiva tal-UIT IA għall-Ġid; id-Djalogu Annwali dwar l-Innovazzjoni tal-UNIDIR; u l-Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi. It-tim ifittex ukoll li jinvolvi ruħu b'mod bilaterali mal-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-gvern, id-dinja akkademika u s-settur privat.

3.3.3.   Riżultati mistennija tal-proġett

Dan il-proġett huwa mistenni li jistabbilixxi l-pedamenti għall-iżvilupp sostenibbli, it-tixrid u l-impatt tal-innovazzjoni responsabbli tal-proċessi tal-IA li jindirizzaw ir-riskji ta' tixrid, devjazzjoni u użu ħażin u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-paċi u s-sigurtà lil hinn mid-durata immedjata tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

Id-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati huwa mistenni li jipprovdi mudell għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kollaborazzjoni dwar il-mitigazzjoni tar-riskju mhux biss fi ħdan il-komunità globali tal-IA iżda wkoll bejn il-komunità tal-IA ċivili responsabbli u l-komunitajiet tad-diżarm, tal-kontroll tal-armi u tan-nonproliferazzjoni. Mudell bħal dan jista' jintuża biex dawk li jfasslu l-politika jiffamiljarizzaw ruħhom ma' avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi ewlenin rilevanti għall-innovazzjoni responsabbli tal-IA u jiffamiljarizzaw ukoll lil udjenzi tekniċi mal-ambjent li dawk li jfasslu l-politika bħalissa qed jinvolvu ruħhom fih. Il-proġett huwa mistenni li jiffaċilita relazzjonijiet u involviment sostenibbli bejn l-atturi interessati fi ħdan dawn il-komunitajiet differenti u bejniethom. Dawn l-effetti eteroġenji tan-network huma mistennija li jippermettu żvilupp akbar u promozzjoni aktar mifruxa tal-innovazzjoni responsabbli tal-IA għall-paċi u s-sigurtà lil hinn mill-perjodu ta' żmien tal-proġett.

Id-djalogu mas-settur privat huwa mistenni li jippermetti involviment akbar u aktar profond tas-settur privat tal-IA fl-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji għall-paċi u s-sigurtà li jirriżultaw mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili. Il-proġett huwa mistenni li jagħti lill-atturi ewlenin fil-proċessi tas-settur privat fehim u sjieda akbar tal-problemi li jfittex li jindirizza. Barra minn hekk, għandu l-għan li jiffaċilita l-adozzjoni u l-implimentazzjoni (usa') ta' proċessi, metodi u mezzi ta' innovazzjoni responsabbli fil-mekkaniżmi u l-proċeduri eżistenti għall-ġestjoni tar-riskju korporattiv.

Id-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati u d-diskussjoni madwar mejda mas-settur privat huma mistennija wkoll li jiġġeneraw għarfien dwar għadd ta' kwistjonijiet sostanzjali, inkluż a) kif metodi u mezzi ta' innovazzjoni responsabbli jistgħu jiġu rfinuti u varati aktar biex jidentifikaw, jipprevjenu u jtaffu r-riskji maħluqa mid-devjazzjoni u l-użu ħażin tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA ċivili; b) kif ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA jistgħu jintużaw b'mod pożittiv biex jappoġġaw l-objettivi tal-paċi u s-sigurtà (eż. applikazzjonijiet għal twissija bikrija ta' kunflitti u assistenza umanitarja); u c) kif jistgħu jiġu ffaċilitati djalogu u kondiviżjoni ta' informazzjoni akbar bejn l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju mwettqa fil-komunità tal-IA ċivili responsabbli (jiġifieri diversi inizjattivi mmexxija mill-IEEE) ma' dawk li diġà huma għaddejjin fil-komunità tad-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni f'livell intergovernattiv.

Ir-rapport u l-attivitajiet ta' disseminazzjoni ser janalizzaw, jikkonsolidaw u jxerrdu l-għarfien iġġenerat permezz tal-Proġetti 1, 2 u 3, u b'hekk jappoġġaw il-promozzjoni tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-attivitajiet tal-proġett fi ħdan il-komunità globali tal-IA, kif ukoll fi ħdan il-komunità tal-politika. Huma mistennija wkoll li jgħinu biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-impatt lil hinn mill-perjodu ta' żmien tal-proġetti.

4.   TUL TA' ŻMIEN

It-tul ta' żmien totali tal-implimentazzjoni tal-proġetti hu stmat li jkun ta' 36 xahar.


(1)  Il-metodoloġiji jinkludu, pereżempju, il-prattiki rrakkomandati mill-Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi (IEEE) għall-valutazzjoni tal-impatt ta' sistemi awtonomi u intelliġenti fuq il-benesseri tal-bniedem (IEEE Std 7010-2020), il-Lista ta' Valutazzjoni għal Intelliġenza Artifiċjali Affidabbli (ALTAI) tal-Grupp ta' Esperti ta' Livelli Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. L-inizjattivi jinkludu: l-inizjattiva globali dwar l-etika għal sistemi awtonomi u intelliġenti tal-IEEE; is-Sħubija dwar l-IA; is-Sħubija Globali dwar l-IA.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2270

tat-18 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Amerka Latina f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 (1), li tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu.

(2)

Il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehim jintemm fl-20 ta’ Diċembru 2022.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2022, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Inter-Amerikan kontra t-Terroriżmu tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS/CICTE), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108, talab estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 14-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Din l-estensjoni tippermetti lill-OAS/CICTE jwettaq l-implimentazzjoni ta’ diversi proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 li l-implimentazzjoni tagħhom kienet affettwata b’mod negattiv mill-pandemija tal-COVID-19.

(4)

L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 sal-20 ta’ Frar 2024 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2108 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-20 ta’ Frar 2024.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2108 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Amerka Latina f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 123).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2271

tat-18 ta’ Novembru 2022

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), il-punt (c), u l-Artikolu 218(3) u (4), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-istazzjonament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mar-Repubblika tal-Albanija dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tal-Albanija.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tal-Albanija.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma adatt tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624, (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2272

tat-18 ta’ Novembru 2022

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), il-punt (c), u l-Artikolu 218(3) u (4), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-istazzjonament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim internazzjonali mal-Bożnija Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Bożnija Ħerzegovina.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Bożnija Ħerzegovina.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma adatt tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624, (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2273

tat-18 ta’ Novembru 2022

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), il-punt (c), u l-Artikolu 218(3) u (4), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-istazzjonament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mal-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Montenegro.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Montenegro.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma adatt tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624, (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2274

tat-18 ta’ Novembru 2022

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tas-Serbja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), il-punt (c), u l-Artikolu 218(3) u (4), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-istazzjonament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus internazzjonali mar-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tas-Serbja.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tas-Serbja.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma adatt tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624, (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2275

tat-18 ta’ Novembru 2022

b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon (AAMVS) għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni illeċita

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (‘SALW’) illeċiti u l-munizzjon tagħhom, intitolata “Aktar Sigurtà fuq l-Armi biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (‘l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW’). L-għan tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW huwa li tiggwida azzjoni Ewropea integrata, kollettiva u kkoordinata għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-akkwist illeċitu ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom minn terroristi, kriminali u atturi oħra li mhumiex awtorizzati, u li tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kummerċ fl-armi legali.

(2)

L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tinnota li s-sigurtà dgħajfa tal-ħażniet hija fattur ewlieni li jippermetti d-devjazzjoni ta’ armi u munizzjon minn swieq leċiti għal swieq illeċiti. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jgħinu lil pajjiżi oħra biex itejbu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet miżmuma mill-Istat billi jsaħħu l-oqfsa leġiżlattivi u amministrattivi u l-istituzzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-provvista leġittima u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW.

(3)

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA) żviluppa standards u prattiki tajbin għall-ġestjoni ta’ armi ħfief u munizzjon, b’mod partikolari, il-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) u l-Kompendju ta’ Moduli dwar l-Implimentazzjoni tal-Kontroll tal-Armi ta’ Kalibru Żgħir (MOSAIC), li qabel kien magħruf bħala l-Istandards Internazzjonali tal-Kontroll tal-Armi Ħfief Żgħar (ISACS). L-istrateġija tal-UE dwar is-SALW timpenja lill-Unjoni biex tippromwovi u timplimenta standards u prattiki tajbin.

(4)

Fit-30 ta’ Ġunju 2018, it-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għar-Rieżami tal-Progress li Sar fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu adottat dokument ta’ eżitu li fih l-Istati ġeddew l-impenn tagħhom għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. L-Istati affermaw mill-ġdid li jirduppjaw l-isforzi nazzjonali biex jipprovdu ġestjoni sikura, sigura u effettiva tal-ħażniet ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir miżmuma minn gvernijiet, b’mod partikolari f’sitwazzjoni ta’ konflitt u ta’ wara l-konflitt. L-Istati rrikonoxxew ukoll l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali rilevanti fit-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU g-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu.

(5)

Fl-24 ta’ Diċembru 2021, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-riżoluzzjoni 76/233 li tistabbilixxi grupp ta’ ħidma miftuħ (OEWG) biex jelabora sett ta’ impenji politiċi bħala qafas globali ġdid li ser jindirizza l-lakuni eżistenti fil-ġestjoni tal-munizzjon tul iċ-ċiklu tal-ħajja. It-Tmien Laqgħa Biennali tal-Istati tal-2022 biex jikkunsidraw l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU” (“BMS8”) ħadet nota ta’ dak l-OEWG.

(6)

L-Aġenda tan-NU 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tafferma li l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir hija neċessarja għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, fosthom dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4, l-Istati kollha impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi.

(7)

Fl-Aġenda għad-Diżarm “Securing our Common Future” (“Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”), li ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-NU appella biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi konvenzjonali u l-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali u appella għall-appoġġ ta’ approċċi fil-livell ta’ pajjiżi għall-armi ħfief. L-Unjoni ddeċidiet li tappoġġa l-Azzjoni 22 tal-Aġenda: “Secure excessive and poorly maintained stockpiles” (L-iżgurar ta’ ħażniet eċċessivi u ħażniet li mhumiex miżmuma sew).

(8)

Fl-4 ta’ Diċembru 2017, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-riżoluzzjoni 72/55 dwar problemi li jirriżultaw mill-akkumulazzjoni ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali. Dik ir-riżoluzzjoni tappoġġa inizjattivi fil-livelli internazzjonali, reġjonali u dak nazzjonali li jixħtu dawl fuq it-titjib tal-ġestjoni sostenibbli tal-munizzjon, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-IATG.

(9)

Iċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal Skopijiet Umanitarji (GICHD) jikkontribwixxi għall-iżvilupp, ir-rieżami u l-promozzjoni tal-Istandards Internazzjonali ta’ Azzjoni rigward il-Mini, u, permezz tat-Tim ta’ Konsulenza għall-Ġestjoni tal-Munizzjon (AMAT) tiegħu, għall-iżvilupp, ir-rieżami u d-disseminazzjoni tal-IATG. L-AMAT inħoloq bħala riżultat ta’ inizjattiva konġunta bejn il-GICHD u l- UNODA b’reazzjoni għall-ħtieġa urġenti ta’ appoġġ għall-Istati fil-ġestjoni sikura, sigura u effettiva tal-munizzjon, f’konformità mal-IATG.

(10)

L-Unjoni qed tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi sistema rikonoxxuta internazzjonalment biex tivvalida l-politika u l-prattika tal-armi u l-munizzjon fil-livelli tal-istat u tal-utent finali. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 (1) inkarigat lill-AMAT bil-proġett tal-iżvilupp ta’ AAMVS rikonoxxuta internazzjonalment għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni illeċita u l-isplużjonijiet aċċidentali.

(11)

Filwaqt li jeżistu diversi standards, linji gwida u prattiki tajba internazzjonali għall-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet, bħalissa ma hemm l-ebda metodoloġija rikonoxxuta internazzjonalment biex jiġu pprovduti assigurazzjonijiet dwar il-kapaċitajiet ta’ pajjiż terz jew utent aħħari fil-prevenzjoni tad-‘devjazzjoni’, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-ħażniet tal-armi u l-munizzjon tagħhom. Metodoloġija rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni indipendenti tal-konformità mal-istandards internazzjonali tal-ġestjoni tal-armi ser tippermetti l-kejl tal-impatt tal-assistenza tal-Unjoni lil pajjiżi terzi b’rabta mal-ġestjoni tal-ħażniet tal-armi u ser tappoġġa wkoll il-valutazzjoni tar-riskju fil-kuntest tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tappoġġa l-isforzi biex tiġi żgurata l-ġestjoni sikura u sigura tas-SALW u l-munizzjon billi jittejbu l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-partijiet ikkonċernati li jaħdmu fil-kontroll tal-esportazzjoni u l-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali.

2.   Skont il-paragrafu 1, l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:

(a)

li tinħoloq AAMVS operazzjonali, u

(b)

li l-organizzazzjonijiet reġjonali u l-isforzi tal-Istati Membri tagħhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw l-AAMVS tagħhom stess.

3.   Deskrizzjoni tal-proġett tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal skopijiet umanitarji (“GICHD”) u l-aġenzija speċjalizzata tiegħu, it-Tim ta’ Konsulenza għall-Ġestjoni tal-Munizzjon (“AMAT”).

3.   Il-GICHD u l- AMAT għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-GICHD.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 1 792 690,84.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni adatta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim neċessarju mal-GICHD. Il-ftehim għandu jistipula li l-GICHD jeħtieġ li jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti narrattivi regolari mħejjija mill-GICHD. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim f’dak il-perjodu.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 tas-7 ta’ Lulju 2020 b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon skont standards internazzjonali miftuħa (ĠU L 218, 8.7.2020, p. 1).


ANNESS

DOKUMENT TA' PROĠETT

L-IŻVILUPP TA' SISTEMA RIKONOXXUTA INTERNAZZJONALMENT GĦALL-VALIDAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ARMI U L-MUNIZZJON (AAMVS) GĦALL-PREVENZJONI TAL-PROLIFERAZZJONI ILLEĊITA

1.   Informazzjoni ġenerali

Hemm kunsens dejjem akbar, fost il-komunità tal-kontroll tal-armi, dwar ir-rwol ċentrali li għandha ġestjoni tal-ħażniet effikaċi fit-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll tal-esportazzjoni li jipprevjenu d-devjazzjoni. Fid-dokument ta' ħidma mħejji għas-seba' Konferenza tal-Istati Parti (CSP7) għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA), il-presidenza tas-CSP7 appellat lill-Istati Parti biex "iqisu l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-ħażniet kemm qabel l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni kif ukoll il-ħżin sikur u sigur wara t-twassil." Barra minn hekk, ħeġġet "lill-istati importaturi u esportaturi biex, flimkien mal-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet illeċiti (Artikoli 11(5) u 15(4) TKA), jaqblu dwar il-kondizzjonijiet u l-assigurazzjonijiet speċifiċi dwar il-faċilitajiet tal-ħżin, l-immarkar tal-oġġetti jew il-kontrolli tal-utenti aħħarin, qabel l-esportazzjoni." Fl-aħħar nett, u bħala mezz ta' konformità mal-Artikolu 13(2), il-presidenza tas-CSP7 ipproponiet li l-Istati Parti jistgħu jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda għat-tisħiħ tas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) bħala indikazzjoni tal-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-indirizzar tad-devjazzjoni. (1)

Kif deskritt fid-Dokument ta' Ħidma tas-CSP7, għadu diffiċli li jingħataw garanziji relatati mal-prattiki tal-ġestjoni tal-ħażniet ta' pajjiż terz. Il-qasam huwa tekniku, u l-informazzjoni hija ttrattata bħala sensittiva ħafna. Dan jikkomplika l-isforzi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. F'bosta setturi – privati u pubbliċi – il-valutazzjonijiet tal-konformità jintużaw biex jagħtu garanziji tal-effikaċja, is-sikurezza, u s-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi. Il-valutazzjonijiet tal-konformità jipprovdu metodi rikonoxxuti internazzjonalment biex jiġi ddeterminat jekk il-prodott jew is-servizz jikkonformax ma' normi u standards aċċettati. Filwaqt li jeżistu diversi standards, linji gwida u prattiki tajba internazzjonali għall-ġestjoni tal-ħażniet u għas-sigurtà, bħalissa ma hemm ebda metodoloġija rikonoxxuta internazzjonalment li tagħti garanziji dwar il-kapaċitajiet ta' pajjiż terz jew ta' utent aħħari li jipprevjenu d-devjazzjoni (Artikolu 11(1) TKA) tal-ħażniet ta' armi u munizzjon tagħhom.

F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea (UE) ilha mill-2020 tesplora l-possibbiltà tal-istabbiliment ta' sistema rikonoxxuta internazzjonalment biex tivvalida l-politika u l-prattika tal-armi u l-munizzjon fil-livell ta' stat u ta' utent aħħari. Permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2075, l-UE inkarigat lit-Tim ta' Konsulenza għall-Ġestjoni tal-Munizzjon (AMAT) taċ-Ċentru Internazzjonali ta' Ġinevra għat-Tneħħija ta' Mini għal Skopijiet Umanitarji (GICHD) bil-proġett tal-"Iżvilupp ta' Sistema ta' Validazzjoni tal-Ġestjoni tal-Armi u l-Munizzjon (AAMVS) rikonoxxuta internazzjonalment biex tipprevjeni l-proliferazzjoni illeċita u l-isplużjonijiet aċċidentali". Dak kien sforz pluriennali, maqsum f'fażijiet konkreti b'objettivi u eżiti dedikati.

L-ewwel fażi (PESK 2020/979) kellha l-għan li teżamina l-fattibbiltà tal-ħolqien ta' sistema ta' validazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment għall-prattiki tal-ġestjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW). Il-fattibbiltà tas-sistema ġiet ivvalutata fir-rigward ta' seba' kategoriji: dik teknika, politika, legali, ekonomika, ta' sigurtà militari, ta' sikurezza u ta' sigurtà tal-komunità, u taż-żmien opportun għaliha. L-istudju sab li filwaqt li ma kien hemm ebda sinjal ta' periklu li jipprevjeni l-iżvilupp ta' sistema bħal din, ir-rieda politika tal-partijiet ikkonċernati li jipparteċipaw f'sistema bħal din tistrieħ fl-aħħar mill-aħħar fuq id-disinn finali tagħha. Għaldaqstant, il-partijiet ikkonċernati ma setgħux jidħlu f'impenji qabel ma jiġu ċċarati l-kwistjonijiet dwar id-disinn finali tas-sistema.

It-tieni fażi (PESK 2021/2075) kellha l-għan li tiżviluppa l-għodda ta' valutazzjoni li sservi ta' pedament għas-sistema u biex tiddefinixxi l-għażliet xierqa għall-AAMVS. Inħolqot għodda ta' awtovalutazzjoni u ġew esplorati opzjonijiet potenzjali għal sistema ta' validazzjoni. Il-proġett intemm b'approċċ rakkomandat għall-iżvilupp ta' AAMVS operazzjonali.

X'inhi l-AAMVS?

L-informazzjoni dwar l-istat ġenerali tal-prattiki tal-ġestjoni ta' armi u l-munizzjon hija ta' interess għal aktar minn parti kkonċernata waħda, kemm domestika kif ukoll barranija. Pereżempju, l-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni jistgħu jsaħħu l-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju ta' devjazzjoni li jsiru qabel l-awtorizzazzjoni ta' liċenzja tal-esportazzjoni billi jtejbu l-analiżi tagħhom tal-fażi tal-ħżin wara t-twassil, filwaqt li l-kooperazzjoni internazzjonali u l-għoti ta' assistenza jistgħu jkunu mmirati aħjar mill-analiżi tal-kapaċitajiet attwali.

L-AAMVS hija mfassla biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kapaċità tal-utenti aħħarin li jżommu ħażniet sikuri u siguri. Dan tagħmlu billi tivvaluta l-kapaċitajiet ta' struttura ta' sistema tal-ġestjoni tal-utenti aħħarin skont l-aħjar prattiki rikonoxxuti internazzjonalment li jinsabu fil-Linji Gwida Tekniċi Internazzjonali dwar il-Munizzjon (IATG) fil-Kompendju ta' Moduli dwar l-Implimentazzjoni tal-Kontroll tal-Armi ta' Kalibru Żgħir (MOSAIC).

Fil-qalba tal-AAMVS hemm l-għodod żviluppati matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2075. Awtovalutazzjoni standardizzata, waħda mill-eżiti ewlenin żviluppati waqt l-implimentazzjoni ta' PESK 2021/2075, tagħti metodoloġija li tanalizza s-sofistikazzjoni tal-qafas tas-sistema ta' ġestjoni kif definit fil-linji li jiżguraw it-twettiq ta' kapaċità kif deskritti f'IATG 01:35. Din l-awtovalutazzjoni hija akkumpanjata minn dokument li jiggwida l-interpretazzjoni tar-riżultati. L-għodda waħedha tista' sservi ta' għodda ta' skambju ta' informazzjoni bilaterali dwar l-istat ġenerali tal-prattiki tal-ġestjoni tal-armi u tal-munizzjon mill-forzi armati.

L-AAMVS issir "sistema" meta l-għodda tidħol fl-użu ordinarju f'kull parti ta' organizzazzjoni sabiex tappoġġa l-ħtiġijiet komuni. Organizzazzjonijiet magħmula minn Stati Membri li jkollhom rekwiżiti ta' kontroll tal-esportazzjoni, regolamenti tal-importazzjoni, miri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jew ħtiġijiet ta' monitoraġġ ta' implimentazzjoni ta' strument li jkunu l-istess huma l-aqwa kandidati biex jibbenefikaw mill-ħolqien ta' sistema. F'kull każ, pjattaforma komuni tiffaċilita aktar l-iskambju ta' informazzjoni. Il-valutazzjoni standardizzata tista' tintuża biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' diversi partijiet ikkonċernati. Awtovalutazzjoni tista' tkun valida għal diversi snin, u b'hekk tippermetti l-iskambju ta' analiżi diġà awtorizzata ma' partijiet ikkonċernati approvati. Din tista' tnaqqas il-piż tar-rappurtar fuq l-utent aħħari, filwaqt li żżid l-effiċjenza fil-kapaċità tal-uffiċjali tal-kontroll tal-esportazzjoni li jaċċessaw informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-ħżin ta' wara t-twassil ta' utent aħħari li jkun importatur potenzjali, matul il-fażi ta' qabel l-awtorizzazzjonijiet.

Hemm diversi opzjonijiet għall-ħolqien ta' sistema AAMVS. B'hekk organizzazzjoni tkun tista' tfassal is-sistema għall-ħtiġijiet partikulari tagħha. Ċerti organizzazzjonijiet jistgħu jibbenefikaw mill-ħolqien ta' sistema ta' validazzjoni, fejn analiżi standardizzata waħda tista' tkun kondiviża bejn utenti awtorizzati. Għal organizzazzjonijiet oħra, validazzjoni tista' tkun problematika u għalhekk jistgħu jagħżlu opzjonijiet ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni anqas speċifiċi. Id-determinazzjoni ta' liema elementi huma aċċettabbli għal kull organizzazzjoni ser tkun importanti ħafna għall-iżvilupp tas-sistemi AAMVS.

Filwaqt li tibni fuq l-eżiti u s-sejbiet imsemmija hawn fuq, il-Fażi III tal-proġett ser tiffoka fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-AAMVS. Ser jiġi adottat approċċ reġjonali għall-iżvilupp ta' sistemi ta' validazzjoni – iffukat biex jidentifika u jkompli jibni fuq strutturi u mekkaniżmi organizzazzjonali reġjonali eżistenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' metodoloġiji u għodod imfassla għall-validazzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon (inkluż permezz tal-iżvilupp ta' għodda ta' awtovalutazzjoni u l-gwida korrispondenti għat-twettiq tal-valutazzjoni u għall-interpretazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni).

2.   Approċċ tekniku

Dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa Sistemi ta' Validazzjoni tal-Ġestjoni tal-Armi u l-Munizzjon (AAMVS) fl-istrutturi organizzazzjonali reġjonali eżistenti. Kull Sistema ser tiffunzjona b'mod indipendenti u ser tibni fuq l-għodod u l-gwida metodoloġika żviluppati matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2075. L-għodda tinkludi metodoloġija standardizzata ta' awtovalutazzjoni mfassla għall-kuntest u l-istandards tar-reġjun, proċess maqbul ta' validazzjoni jew ta' punteġġ li jista' juża l-għarfien espert mir-reġjun biex janalizza r-riżultati tal-awtovalutazzjoni, pjattaforma ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni sabiex tiffaċilita t-trasferiment ta' ċerta informazzjoni lil awtoritajiet rikjedenti awtorizzati, u qafas żgħir ta' governanza sabiex iżomm is-sostenibbiltà tas-sistema.

Bl-implimentazzjoni ta' dan il-proġett, l-UE tfassal, tiżviluppa, tittestja, u timplimenta l-ewwel sistema AAMVS reġjonali. L-AAMVS tal-UE sservi ta' pjattaforma għall-Istati Membri biex jikkondividu u jaċċessaw, f'format standardizzat, l-informazzjoni dwar il-prattiki tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon abbażi tal-awtovalutazzjonijiet imwettqa minn utenti aħħarin f'pajjiżi terzi. L-UE tikkontribwixxi b'mod attiv għat-tfassil tal-elementi kollha tas-sistema, billi tuża network ta' esperti fl-UE u fl-Istati Membri tal-UE sabiex jagħtu pariri dwar l-oqsma kollha tad-disinn. Il-GICHD ser ikun responsabbli li jiffaċilita d-diskussjonijiet man-network u l-implimentazzjoni tad-disinn.

L-AAMVS tal-UE ssaħħaħ il-kapaċità tal-Grupp ta' Ħidma dwar in-Nonproliferazzjoni u l-Esportazzjoni tal-Armi (sottogrupp COARM), l-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) li janalizzaw ir-riskji ta' devjazzjoni wara t-twassil u ta' splużjoni aċċidentali assoċjati mas-sistemi tal-ġestjoni tal-armi u tal-munizzjon ta' utent aħħari. Din l-informazzjoni tappoġġa l-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju ta' devjazzjoni mwettqa qabel l-awtorizzazzjoni tal-liċenzja. L-awtovalutazzjoni tal-AAMVS tista' wkoll tappoġġa l-Grupp ta' Ħidma dwar in-Nonproliferazzjoni u l-Esportazzjoni tal-Armi (sottogrupp CONOP) u l-proċessi ta' assistenza internazzjonali u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet implimentati mill-Istati Membri tal-UE billi tagħti valutazzjoni standardizzata tal-aderenza tal-qafas għall-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon ma' prattiki tajba internazzjonali. Dan jappoġġa l-identifikazzjoni tad-dgħufijiet u l-ħtiġijiet, u b'hekk jidderieġi l-isforzi tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet lejn fejn ir-riżorsi huma l-aktar meħtieġa.

Dan il-proġett ser jissensibilizza wkoll sottoreġjuni oħra għall-AAMVS u għall-benefiċċji tal-iżvilupp ta' approċċ standardizzat għall-valutazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar prattiki ta' ġestjoni tal-armi u l-munizzjon. Din is-sensibilizzazzjoni għandha l-għan li tħeġġeġ organizzazzjonijiet reġjonali oħra jiżviluppaw sistemi AAMVS imfassla apposta u li tappoġġa l-użu tal-għodda ta' awtovalutazzjoni. Dan l-isforz ser jibni fuq l-isforzi mwettqa matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2020/979 u (PESK) 2021/2075. Jekk, matul is-sensibilizzazzjoni, organizzazzjoni reġjonali titlob appoġġ fl-iżvilupp ta' AAMVS, il-proġett jista' jdawwar riżorsi lejn dak l-isforz biex jappoġġah.

3.   Objettivi ġenerali

L-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li jiġu appoġġati l-isforzi sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sikura u sigura tas-SALW u l-munizzjon billi jitjiebu l-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-partijiet ikkonċernati li jaħdmu fil-kontroll tal-esportazzjoni u fil-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali.

Dan l-għan ser jintlaħaq billi tiżdied it-trasparenza tal-prattiki tal-ġestjoni tas-SALW u l-munizzjon implimentati mill-utenti aħħarin f'pajjiż terz. B'aktar għarfien ta' dawn il-prattiki, il-partijiet ikkonċernati ser ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aħjar rigward l-awtorizzazzjoni tat-trasferimenti u l-inizjattivi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-ħidma tal-proġett ser issir b'żewġ objettivi ewlenin:

1)

Il-ħolqien ta' Sistema AAMVS operazzjonali.

2)

L-inkoraġġiment tal-isforzi tal-organizzazzjonijiet reġjonali u tal-Istati Membri tagħhom biex jiżviluppaw l-AAMVS tagħhom stess.

4.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Objettiv 1: Il-ħolqien ta' Sistema AAMVS operazzjonali

Sena 1: Konsolidazzjoni tal-qafas tas-Sistema AAMVS

ATTIVITAJIET

 

EŻITI

Jiġi stabbilit network konsultattiv tal-UE magħmul minn partijiet ikkonċernati interessati li jistgħu jagħtu parir espert għal gwida sostantiva u operazzjonali dwar kwistjonijiet ta' politika u attivitajiet tal-UE. Dawn il-konsulenti ser jintalbu jikkontribwixxu fl-istadju tal-iżvilupp tal-AAMVS tal-UE sabiex jiġi żgurat li s-sistema hija tajba għall-finijiet tal-UE. It-Tim tal-Proġett tal-GICHD ser ikun responsabbli li jimplimenta l-pariri tagħhom. Ser isiru sforzi biex isiru arranġamenti għal diversi laqgħat wiċċ imb wiċċ matul is-sena. L-iskop tan-network konsultattiv huwa li jiżgura li l-partijiet ikkonċernati tal-UE jmexxu t-tfassil ta' sistema li tissodisfa l-ħtiġijiet u l-proċessi tal-ħidma tagħhom. Il-konsulenti ser jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-elementi tas-sistema li ġejjin:

l-abbozz ta' politika għall-operazzjonijiet tal-AAMVS u għas-sorveljanza u l-manutenzjoni tas-sistema;

l-eżami ta' kemm l-għodda ta' awtovalutazzjoni huma xierqa u adatti għall-ħtiġijiet;

id-determinazzjoni tal-entitajiet ix-xierqa biex iwettqu validazzjoni u sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-AAMVS;

id-determinazzjoni ta' liema tip ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni tista' titħalla issir fuq il-pjattaforma elettronika u bilateralment.

 

L-implimentazzjoni tal-għodod tal-UE mfassla apposta għall-kriterji tal-UE u vvalidati mill-UE.

L-abbozzar ta' dokument qafas għas-sistema AAMVS tal-UE flimkien ma' strateġija ta' żvilupp.

Tiġi vvalidata l-awtovalutazzjoni u analiżi tal-validazzjoni. L-għodod ġeneriċi tal-awtovalutazzjoni żviluppati waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2075 jeħtieġ li jiġu rieżaminati, imfassla, u vvalidati mill-esperti tekniċi tal-UE sabiex jiżguraw li huma tajbin għar-rekwiżiti tal-partijiet ikkonċernati tal-UE.

Titwettaq validazzjoni teknika tal-għodod tal-awtovalutazzjoni approvati mill-esperti tematiċi (il-ġestjoni u l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u l-munizzjon).

Jiġu vvalutati r-rekwiżiti tad-disinn tal-web għall-ħolqien ta' pjattaforma għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mill-konsulenti tal-UE, il-valutazzjoni ser tiddetermina r-rekwiżiti tal-ipprogrammar biex tinħoloq il-pjattaforma web mixtieqa.

 

Inklużjoni tan-noti u korrispondenza meħuda mill-komunikazzjonijiet man-network konsultattiv tal-UE.

L-istabbiliment ta' pjan ta' żvilupp tal-pjattaforma web li jinkludi t-tfassil, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-finalizzazzjoni.

Sena 2: Ittestjar ta' għodod u s-sistemi

ATTIVITAJIET

 

EŻITI

Jiġu ttestjati l-għodod ta' awtovalutazzjoni f'pajjiżi terzi. It-testijiet ser jikkonsistu fi tliet elementi:

appoġġ lill-pajjiżi terzi u kwalunkwe attur (intermedjarji, eċċ.) involut fl-isforzi tagħhom biex ilestu awtovalutazzjoni sodisfaċenti;

Valutazzjoni tal-isfidi tal-implimentazzjoni li jgħaddu minnhom l-atturi kollha involuti fit-tlestija tal-valutazzjoni u t-tħassib tagħhom dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni li jenfasizza l-isfidi u t-tagħlimiet meħuda.

 

Rapport ta' valutazzjoni tal-prova ta' awtovalutazzjoni.

Titfassal, tiġi ttestjata u vvalidata pjattaforma web fuq l-ispeċifikazzjonijiet deskritti min-network konsultattiv tal-UE.

 

Materjali ta' taħriġ separati għat-twettiq tal-awtovalutazzjoni u l-validazzjoni.

Isir abbozz ta' materjal ta' taħriġ u ta' proċeduri operattivi biex jappoġġaw l-isforzi għat-tlestija tal-awtovalutazzjoni, jistandardizzaw il-proċess ta' valutazzjoni u jiggwidaw il-mekkaniżmu ta' sorveljanza tas-sistema.

 

Politiki u proċeduri operattivi abbozzati għat-twettiq tal-validazzjoni u għall-mekkaniżmu ta' sorveljanza tas-sistema.

Isir abbozz ta' dokumenti ta' politika għall-operazzjoni u s-sorveljanza tal-AAMVS.

 

Pjattaforma web għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni tal-AAMVS.

In-network konsultattiv tal-UE jiġi aġġornat dwar l-istatus tal-implimentazzjoni u jiddiskuti l-isfidi u l-kwistjonijiet li jinqalgħu.

 

Noti għall-konsulenti tal-UE.

Objettiv 2: L-inkoraġġiment ta' organizzazzjonijiet oħra biex jiżviluppaw l-AAMVS reġjonali tagħhom stess.

Sena 1: Introduzzjoni tal-AAMVS għal żewġ organizzazzjonijiet reġjonali; ikompli l-eżami tar-rabtiet ma' strumenti internazzjonali

ATTIVITAJIET

 

EŻITI

Isiru kuntatti ma' żewġ organizzazzjonijiet reġjonali u l-Istati Membri tagħhom sabiex jiġi promoss il-kunċett ta' AAMVS reġjonali.

Dawn ser jikkonsistu minn massimu ta' tliet żjarat fir-reġjun. L-ewwel laqgħa mal-organizzazzjoni reġjonali ser tintuża biex tħeġġeġ l-iżvilupp ta' AAMVS reġjonali u, jekk mixtieq, tagħti bidu għall-ippjanar tal-passi li jmiss. It-tieni laqgħa tkun tinkludi l-Istati Membri kollha u sservi bħala introduzzjoni għas-sistema u l-benefiċċji. Il-laqgħat ta' segwitu huma mistennija jkomplu jħeġġu u jippjanaw il-ħolqien ta' AAMVS reġjonali.

 

Sensibilizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali u tal-Istati Membri tagħhom dwar is-sistema AAMVS tal-UE u l-benefiċċji li joħolqu waħda għalihom stess.

Parteċipazzjoni f'laqgħat ta' strumenti reġjonali u internazzjonali dwar il-kontroll tal-armi.

Dan jista' jinkludi avvenimenti li jsiru fil-marġini jew avvenimenti oħra għall-promozzjoni tal-AAMVS u l-iżvilupp tal-AAMVS tal-UE.

 

 

Sena 2 u 3: L-AAMVS tiġi introdotta għal żewġ organizzazzjonijiet reġjonali fis-sena, tkompli l-promozzjoni internazzjonali

Nota: fis-Sena 2 u 3, il-pjan tal-proġett għandu varjazzjoni waħda li tiddependi mill-eżitu tal-isforzi tas-sena ta' qabel għall-promozzjoni tal-AAMVS reġjonali. Il-pjan oriġinali huwa li jsiru żewġ attivitajiet ta' kuntatti reġjonali fis-sena skont il-format deskritt fis-Sena 1. Madankollu, jekk organizzazzjoni reġjonali tikkonferma x-xewqa li timplimenta l-AAMVS, allura l-AMAT ser jitlob il-permess mill-UE biex jgħaddi parti mir-riżorsi lejn l-iżvilupp tal-AAMVS fir-reġjun li jkun qed jitlob is-sistema. Dan jirriżulta fi tnaqqis fl-għadd ta' organizzazzjonijiet reġjonali involuti kull sena, iżda potenzjalment żieda fl-għadd ta' stati li jużaw u jibbenefikaw mill-qafas tal-AAMVS.

5.   Aġenzija tal-implimentazzjoni teknika

Iċ-Ċentru Internazzjonali ta' Ġinevra għat-Tneħħija ta' Mini għal Skopijiet Umanitarji (GICHD), permezz tal-aġenzija speċjalizzata tiegħu AMAT, ser imexxi l-implimentazzjoni tal-proġett. Speċifikament, l-AMAT ser ikun fuq quddiem fit-tmexxija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha ta' dan il-proġett u ser ikun responsabbli għall-baġit u għar-rappurtar. Bl-istess mod, l-AMAT ser ikun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2020/979 u (PESK) 2021/2075.

L-AMAT beħsiebu jinvolvi konsulenti esperti biex jappoġġaw aspetti differenti ta' dan il-proġett. B'mod partikolari, ser jinħatru esperti fl-oqsma tal-iżvilupp tal-web, fil-valutazzjoni tal-konformità u fil-ġestjoni tas-SALW biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' aspetti mill-proġett. Dawn il-konsulenti ser jintgħażlu permezz ta' proċess ta' reklutaġġ awtorizzat.

6.   Rilevanza

Dan il-proġett, inkluż il-objettivi, l-attivitajiet u l-eżiti tiegħu, huwa allinjat ma' bosta strateġiji u ftehimiet politiċi tal-Unjoni Ewropea.

L-Istrateġija tal-2018 tal-UE kontra l-Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjon Tagħhom (l-Istrateġija dwar is-SALW)

L-għan tal-Istrateġija dwar is-SALW tal-2018 huwa "li tiggwida azzjoni Ewropea integrata, kollettiva u kkoordinata biex tipprevjeni u trażżan l-akkwist ta' SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom…, u li tippromwovi l-obbligu ta' rendikont u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kummerċ fl-armi legali". (2) L-Istrateġija dwar is-SALW tal-2018 tipprevedi azzjonijiet speċifiċi dwar il-ġestjoni tal-ħażniet u timpenja lill-UE biex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-assistenza għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni (PtA) tan-NU, inkluż il-ġestjoni tal-ħażniet; biex tippromwovi u timplimenta standards u prattiki tajba għall-immaniġġar tal-armi ħfief (ISACS [issa MOSAIC]) u tal-munizzjon (IATG).

AAMVS tal-UE tikkontribwixxi għall-isforzi tal-UE biex timplimenta l-Istrateġija dwar is-SALW tal-2018:

Il-prevenzjoni tad-devjazzjoni u l-promozzjoni tal-irfigħ tar-responsabbiltà fil-kummerċ legali tas-SALW huma objettiv iddikjarat tal-AAMVS. L-AAMVS tal-UE tista' tappoġġa l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' devjazzjoni mwettqa qabel l-awtorizzazzjonijiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni.

L-AAMVS tal-UE tista' tappoġġa l-kooperazzjoni u l-assistenza fil-qasam tal-ġestjoni tal-ħażniet billi tidentifika d-dgħufijiet fis-sistema tal-ġestjoni u billi sservi ta' għodda ta' monitoraġġ għall-intraċċar ta' tibdil jew titjib fil-prattika.

Il-metodoloġija ta' awtovalutazzjoni tippromwovi l-implimentazzjoni tal-MOSAIC u l-IATG bħala l-istandards użati għall-valutazzjoni tal-konformità.

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2020-2025 dwar it-Traffikar tal-Armi tan-Nar

Il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-2020-2025 dwar it-traffikar tal-armi tan-nar sabiex jindirizza t-traffikar illeċitu fl-UE u fis-sħab tax-Xlokk tal-Ewropa (il-Balkani tal-Punent, il-Moldova u l-Ukrajna) jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiżdied is-sigurtà tal-ħażniet fix-Xlokk tal-Ewropa u jappoġġa lir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. (3) Il-pjan direzzjonali jipprevedi wkoll żieda fis-sigurtà tal-ġestjoni tal-ħażniet, il-progress fir-regolamenti u l-monitoraġġ tal-konformità dovuta. (4) Barra minn hekk, l-Azzjoni 4.2 teżiġi l-inkoraġġiment ta' ġestjoni aħjar tal-ħażniet fir-reġjun tas-Saħel.

Għalkemm l-AAMVS tal-UE ma tiffukax fuq l-aspett reġjonali, tista' tappoġġa sforzi biex jiġu identifikati dgħufijiet strutturali fil-prattiki tal-ġestjoni tal-ħażniet minn utent aħħari. Il-metodoloġija tal-awtovalutazzjoni hija partikolarment adattata biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fir-regolamenti tas-sigurtà.

Il-Pożizzjoni Komuni tal-UE tal-2008 dwar l-Esportazzjoni tal-Armi (Pożizzjoni Komuni tal-UE) u l-Gwida fakultattiva għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni (5)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-UE fiha tmien kriterji li jiddeskrivu erba' settijiet ta' riskji li l-Istati Membri huma meħtieġa jittrattaw bħala raġunijiet għaċ-ċaħda ta' liċenzja tal-esportazzjoni u erba' settijiet ta' fatturi li l-istati huma meħtieġa "jikkunsidraw" meta jivvalutaw applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni. Is-Seba' Kriterju jirreferi għall-"eżistenza ta' riskju li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari jiġi ddevjat fl-istess pajjiż xerrej jew jiġi esportat mill-ġdid taħt kondizzjonijiet mhux mixtieqa" bħala fattur wieħed li l-esportatur għandu jqis. Il-Pożizzjoni Komuni żżid li l-esportatur, meta jivvaluta r-riskju ta' devjazzjoni, għandu jqis "il-kapaċità tal-pajjiż destinatarju li japplika kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni".

Il-Gwida għall-Utenti tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE—li tipprevedi aktar struzzjonijiet, li madankollu mhumiex vinkolanti, dwar kif għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dan id-dokument—tistieden lill-esportaturi jqisu jekk fil-pajjiż destinatarju (a) "il-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet" tkunx "ta' standard suffiċjenti" (inkluż MOSAIC u IATG); u (b) jekk kienx hemm "każijiet magħrufa ta' problemi ta' ħażniet li jonqsu". (6)

Il-Gwida għall-Utent tirreferi għall-importanza ta' ġestjoni effikaċi tas-sigurtà u tal-ħażniet mhux biss fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kriterju 7 u tal-valutazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni, iżda wkoll fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE li, rispettivament, jkopru l-issodisfar ta' obbligi internazzjonali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. B'mod partikolari, il-Gwida tqis li l-aderenza għall-istandards previsti mill-PtA tan-NU, inkluż dawk li jkopru l-ġestjoni tal-ħażniet, rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-destinatarji għall-obbligi internazzjonali skont il-kriterju 1. (7) Barra minn hekk, il-Gwida tirreferi għall-preżenza ta' "proċeduri adegwati għall-ġestjoni u s-sigurtà ta' ħażna, inkluż għal eċċess ta' armi u munizzjon" u għall-preżenza ta' problema f'termini ta' "serq u t-telf mill-ħażna" fil-pajjiż iddikjarat tal-utent aħħari, bħala elementi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-preżenza ta' riskju li l-armi esportati jistgħu jintużaw bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali skont il-kriterju 2. (8)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-UE u l-Gwida għall-Utent jipprevedu wkoll gwida rilevanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, li hija komponent importanti tal-AAMVS. L-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE jirrikjedi li l-Istati Membri jiskambjaw l-informazzjoni dwar iċ-ċaħdiet ta' liċenzji tal-esportazzjoni u li jikkonsultaw bejniethom meta jqisu l-approvazzjoni ta' liċenzja li kienet "essenzjalment identika" għal waħda miċħuda qabel minn Stat Membru ieħor. Din id-dispożizzjoni hija msaħħa aktar bl-Artikolu 7 tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE li jirrikjedi li l-Istati Membri "jirrinfurzaw il-kooperazzjoni tagħhom u ... jippromwovu l-konverġenza tagħhom" fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi billi "jiskambjaw informazzjoni rilevanti" mhux biss dwar iċ-ċaħdiet iżda wkoll dwar il-politiki tal-esportazzjoni tal-armi. Il-Gwida għall-Utent tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar in-Nonproliferazzjoni u l-Esportazzjoni tal-Armi (COARM) u anke permezz "tas-sistema online [tal-]COARM jew, jekk il-klassifikazzjoni 'Ristretta' titqies xierqa, permezz ta' messaġġi tal-COREU". L-iskambju ta' informazzjoni għandu jkopri wkoll informazzjoni li tista' tkun utli għal Stati Membri oħra sabiex jipprevjenu r-riskju tad-devjazzjoni. (9)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-UE tipprevedi rabtiet ċari bejn politika stabbilita u l-AAMVS. Ir-rabta ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 u l-AAMVS tal-UE tfasslet speċifikament biex tappoġġa lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni meta japplikaw il-kriterju 7 tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE billi sservi ta' għodda teknika li tista' tagħti analiżi tal-miżuri ta' sikurezza u ta' sigurtà implimentati minn stat importatur potenzjali. Il-metodoloġija użata hija konsistenti mal-gwida mogħtija fil-Gwida għall-Utent biex l-istandard jiġi vvalutat skont prattika tajba eżistenti aċċettata internazzjonalment. L-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni jistabbilixxi wkoll ġustifikazzjoni politika għall-komponent tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni tal-AAMVS tal-UE.

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/38 tal-15 ta' Jannar 2021 li tistabbilixxi approċċ komuni dwar l-elementi taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin fil-kuntest tal-esportazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/38/PESK tistabbilixxi approċċ komuni dwar l-elementi taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin (EUC) fil-kuntest tal-esportazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom. (10) Id-Deċiżjoni tinkludi żewġ "elementi fakultattivi" għall-kunsiderazzjoni tal-istati li huma direttament rilevanti għall-AAMVS: (c) tkun permessa verifika fuq il-post mill-istat esportatur wara l-konsenja; (d) jingħataw assigurazzjonijiet li juru l-kapaċità tal-utent aħħari "għall-ġestjoni sikura u sigura tal-armi u l-munizzjon, inkluż il-kapaċità tiegħu għall-ġestjoni sikura u sigura tal-ħażniet" fejn ser jinħażnu l-oġġetti.

L-AAMVS tista' tinkludi metodoloġija ta' verifika wara t-twassil sabiex tappoġġa l-verifika fuq il-post tal-asserzjonijiet magħmula fl-awtovalutazzjoni. Din għandha tagħti livell saħansitra ogħla ta' assigurazzjoni.

7.   Strateġija ta' komunikazzjoni u viżibbiltà

L-AMAT ser ikun meħtieġ jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jippubbliċizza li dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-UE f'konformità mar-Rekwiżiti ta' Komunikazzjoni u ta' Viżibbiltà għall-Azzjoni Esterna tal-UE tal-2018, ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea. L-appoġġ tal-Unjoni Ewropea ser jiġi rikonoxxut ukoll fl-istediniet u f'dokumenti oħra li jiġu kondiviżi mal-parteċipanti fid-diversi avvenimenti. L-AMAT ser jiżgura li l-UE tkun rappreżentata f'avvenimenti, fejn ikun possibbli, li huma appoġġati skont din id-Deċiżjoni.

B'mod speċifiku, l-UE ser tkun rikonoxxuta bħala l-mexxej tal-proġett fl-avvenimenti reġjonali u internazzjonali kollha fejn l-AAMVS tkun ippreżentata. L-AAMVS tal-UE tista' sservi ta' motivazzjoni eċċellenti għal organizzazzjonijiet reġjonali oħra, u għalhekk l-AMAT ser iħeġġeġ u jappoġġa l-isforzi tal-UE għall-promozzjoni ta' din l-għodda f'kuntesti differenti ta' kontroll tal-armi. Ir-rappreżentanti tal-UE ser jiġu mistiedna jwasslu l-kummenti tagħhom u l-logo tal-UE għandu jidher fil-preżentazzjonijiet u r-reklami.


(1)  Abbozz ta' Dokument ta' Ħidma tal-Presidenza tas-CSP7: Strengthening efforts to eradicate the illicit trade in small arms and light weapons and ensure efficient stockpile management.

(2)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Adozzjoni ta' Strateġija tal-UE kontra l-Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjon Tagħhom, Brussell, 19 ta' Novembru 2018, 13581/18, <https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13581-2018-INIT/mt/pdf>.

(3)  Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar, (nota 30).

(4)  Ara l-Għan 7 tar-"Roadmap for a sustainable solution to the illegal possession, misuse and trafficking of Small Arms and Light Weapons (SALW)/firearms and their ammunition in the Western Balkans by 2024", Londra, 10 ta' Lulju 2018, <https://www.seesac.org/f/docs/publications-salw-control-roadmap/Regional-Roadmap-for-a-sustainable-solution-to-the.pdf>.

(5)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari, (nota 7).

(6)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, "Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560), p. 129.

(7)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, "Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560), p. 24.

(8)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, "Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560), p. 58.

(9)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, "Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560), p. 159.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/38 tal-15 ta' Jannar 2021 li tistabbilixxi approċċ komuni dwar l-elementi taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin fil-kuntest tal-esportazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L14, 18.1.2021, p. 4, <https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021D0038&from=MT>.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2276

tat-18 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) talbet estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 bi tlettax-il xahar, sat-23 ta’ Jannar 2024, meta jitqies id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett skont id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 sat-23 ta’ Jannar 2024 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

It-talba għal estensjoni għandha tiġi aċċettata billi jiġi emendat l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009,l-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-23 ta’ Jannar 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/43


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2277

tal-15 ta’ Novembru 2022

li taċċetta talba mressqa mir-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma tapplikax il-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014

(notifikata bid-dokument C(2022) 8068)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Lulju 2022, l-Italja ressqet talba lill-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 (2) għall-mina ta’ Miglionico li tifforma parti mil-linja ferrovjarja Ferrandina — Matera La Martella. It-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni tat-8 ta’ Awwissu 2022 ġiet imwieġba fis-16 ta’ Awwissu 2022, u b’hekk it-talba ġiet ikkompletata. Dik it-talba tressqet abbażi tal-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(2)

Il-mina, binarju wieħed, hija twila 6,6 km u diġà teżisti. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq il-linja Ferrandina — Matera La Martella twettqu parzjalment, iżda ma tlestewx, bejn l-1984 u l-2000 abbażi ta’ standards nazzjonali. Il-linja qatt ma daħlet fis-servizz peress li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ma ġewx iffinalizzati minħabba nuqqas ta’ fondi. Il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-finalizzazzjoni, għall-aġġornament u għall-ftuħ tal-linja Ferrandina — Matera La Martella, wara li ġarrbet dewmien sinifikanti, tnediet u hija ppjanata li tiġi ffinalizzata sa tmiem l-2022 (“il-proġett”). Il-finalizzazzjoni, l-aġġornament u l-ftuħ tal-mina ta’ Miglionico jipprevedu l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà (TSI) stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1303/2014, għajr għall-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tiegħu li jeħtieġ li l-ħruġ tal-emerġenza mill-ġenb u/jew vertikali għas-superfiċe jiġu pprovduti mill-inqas kull 1 000 metru; il-punt alternattiv 4.2.1.5.2, (b)(2) ma jistax japplika minħabba li hija mina b’tubu wieħed biss.

(3)

Bħala miżura alternattiva, il-proġett jipprevedi li jinħoloq aċċess għal żona sikura permezz ta’ ħruġ vertikali ta’ emerġenza għas-superfiċe wara 3,895 km mid-dħul tal-mina ta’ Miglionico, bl-għan li jiġu evakwati l-passiġġieri u jingħata aċċess għal vetturi ta’ salvataġġ. Il-miżura proposta tikkorrispondi għar-rekwiżit stabbilit skont id-Digriet Ministerjali Taljan tat-28 ta’ Ottubru 2005“sikurezza fil-mina ferrovjarja” (3), li jistipula l-bini ta’ ħruġ ta’ emerġenza madwar kull 4 km għall-mini itwal minn 5 km. Twettqet analiżi tar-riskju speċifika u dettaljata mill-maniġer tal-infrastruttura Taljan f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 (4), li turi li f’dan il-każ ir-riskji kollha identifikati kienu inqas mil-livell ta’ nuqqas ta’ aċċettabbiltà u li għalhekk ikkonkludiet li s-sikurezza tal-mina hija meqjusa bħala aċċettabbli u li permezz tal-miżura ta’ mitigazzjoni stabbilita, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014, ma jkunx jikkomprometti s-sikurezza tal-mina.

(4)

Jekk it-talba mressqa mir-Repubblika Taljana ma tiġix aċċetta, il-vijabbiltà ekonomika tal-proġett titqiegħed fil-periklu. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Maniġer Taljan tal-Infrastruttura, il-kost totali tal-proġett attwali huwa ta’ EUR 315,49-il miljun; il-kost tax-xogħlijiet żejda biex tiġi żgurata l-konformità mal-punt 4.2.1.5.2 (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 ġie kkwantifikat għal EUR 165 miljun, li EUR 137 miljun minnhom huma maħsuba għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-bqija għall-istudju u għall-appoġġ. Dan ikun iżid il-kost tal-investiment tal-proġett b’aktar minn 50 %, li jitla’ għal EUR 500 miljun. F’konformità mal-Artikolu 2(2)(b)(i) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/424 (5), l-analiżi tal-vijabbiltà ekonomika, imwettqa mill-maniġer tal-infrastruttura Taljana u mressqa lill-Kummissjoni, qieset id-dħul mill-użu tan-nonapplikazzjoni li tippermetti l-użu aktar bikri u l-vijabbiltà ekonomika fuq terminu itwal tal-proġett fis-sistema ferrovjarja nazzjonali u Ewropea. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-linja ma tkunx tifforma parti min-network komprensiv tat-TEN-T u tkun taqdi prinċipalment il-funzjonijiet tat-trasport lokali li jgħaqqdu l-belt ta’ Matera man-network ferrovjarju ewlieni Taljan. Jekk it-talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1.5.2 (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 tiġi aċċettata, il-proġett huwa mistenni li jipproduċi benefiċċji għall-komunità li jkunu akbar mill-użu tar-riżorsi. Għall-kuntrarju, huwa mistenni li, jekk it-talba tiġi miċħuda, il-proġett ma jipproduċix benefiċċji ogħla mill-kostijiet.

(5)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(c) u fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jistgħu jitqiesu ssodisfati.

(6)

Jenħtieġ li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 jkun permess sal-aġġornament jew it-tiġdid li jmiss tal-mina.

(7)

Sakemm tiġi applikata d-deroga, is-suppożizzjonijiet jew il-kunsiderazzjonijiet sottostanti li fuqhom hija bbażata l-analiżi tar-riskju msemmija fil-premessa (3) jistgħu jinbidlu. Għalhekk, f’dak il-każ, huwa xieraq li r-Repubblika Taljana tintalab tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih dwar dawn il-bidliet u dwar kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni possibbli oħra li trid tiġi implimentata.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba tar-Repubblika Taljana biex ma tapplikax il-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 għall-mina ta’ Miglionico hija aċċettata sakemm isir l-aġġornament jew it-tiġdid li jmiss tal-mina bil-kundizzjoni li tiġi applikata l-miżura alternattiva proposta mir-Repubblika Taljana.

Ir-Repubblika Taljana għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni f’każ li jkollha informazzjoni li tista’ tqajjem dubju b’mod raġonevoli dwar is-sejba li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1.5.2, (b)(1) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 ma jikkompromettix is-sikurezza tal-mina ta’ Miglionico.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394).

(3)  Id-digriet Ministerjali Taljan tat-28 ta’ Ottubru 2005“sikurezza fil-mina ferrovjarja” qed jiġi rieżaminat wara valutazzjoni negattiva mwettqa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta’ April 2013 dwar il-metodu komuni ta’ sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/424 tad-19 ta’ Marzu 2020 dwar il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nonapplikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà skont id-Direttiva (UE) 2016/797 (ĠU L 84, 20.3.2020, p. 20).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/46


DEĊIŻJONI (UE) 2022/2278 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Novembru 2022

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2023 (BĊE/2022/40)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘Stati Membri taż-żona tal-euro’).

(2)

Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro u l-Kroazja li ser tadotta l-euro bħala munita unika mill-1 ta’ Jannar 2023, ippreżentaw lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2023, flimkien ma’ noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali rigward il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, fejn tali informazzjoni hija disponibbli u meqjusa importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba ta’ approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4)

Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), peress illi ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-Deċiżjoni dwar it-talbiet annwali għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2023 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-Kroazja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2023

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2023 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

(EUR miljuni)

 

Volum ta’ muniti tal-euro approvati għall-ħruġ fl-2023

Muniti għaċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta’ ħruġ ta’ muniti

Il-Belġju

38,00

0,40

38,40

Il-Ġermanja

427,00

206,00

633,00

L-Estonja

15,30

0,29

15,59

L-Irlanda

32,60

0,50

33,10

Il-Greċja

125,50

0,62

126,12

Spanja

303,00

40,00

343,00

Franza

284,00

55,00

339,00

Il-Kroazja

316,34

0,43

316,77

L-Italja

257,00

4,55

261,55

Ċipru

6,00

0,01

6,01

Il-Latvja

10,00

0,20

10,20

Il-Litwanja

12,00

0,41

12,41

Il-Lussemburgu

13,20

0,26

13,46

Malta

8,00

0,50

8,50

In-Netherlands

49,00

1,00

50,00

L-Awstrija

81,00

175,51

256,51

Il-Portugall

71,50

2,00

73,50

Is-Slovenja

25,50

1,50

27,00

Is-Slovakkja

16,00

2,00

18,00

Il-Finlandja

10,00

5,00

15,00

Total

2 100,94

496,18

2 597,12

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Kroazja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Novembru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.