ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
20 ta' Ottubru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1977 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward l-aġġornament tal-Anness XV (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) ta’ dak il-Ftehim

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1978 tal-25 ta’ Lulju 2022 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.54817 (2020/C) (ex 2019/N) li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta biex jappoġġa l-produzzjoni tal-logħob vidjo (notifikata bid-dokument C(2022) 5130)  ( 1 )

4

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1979 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li tistabbilixxi l-formola u l-bażijiet tad-data għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE (notifikata bid-dokument C(2022) 6124)  ( 1 )

14

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1980 tad-19 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 li tistabbilixxi l-Portal InvestEU u tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ( 1 )

21

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1981 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti (BĊE/2022/33)

22

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1982 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (BĊE/2022/34)

29

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tad-29 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu [2022/1983]

36

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Deċiżjoni Delegata Nru 049/22/COL tad-9 ta’ Frar 2022 li jingħataw tliet derogi mitluba mill-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-rigward tal-Artikolu 30, l-Artikolu 36(2) u l-Punt 1.1.3.6.3. l-ittra b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta’ Marzu 1998 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq ibbażata fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi [2022/1984]

47

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/389 tat-8 ta’ Marzu 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti ( ĠU L 79, 9.3.2022 )

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


Avviż rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (1), iffirmat f’Manila (il-Filippini) fis-7 ta’ Awwissu 2017, ser jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ottubru 2022, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim tlestiet fil-21 ta’ Settembru 2022.


(1)  ĠU L 237, 15.9.2017, p. 7.


DEĊIŻJONIJIET

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1977

tas-17 ta’ Ottubru 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward l-aġġornament tal-Anness XV (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) ta’ dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

Skont l-Artikolu 465(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kwalunkwe waħda mis-setgħat, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(3)

Bid-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (2), il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ is-setgħa li jaġġorna jew jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness XV tal-Ftehim.

(4)

Waqt il-laqgħa li jmiss tiegħu, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jadotta deċiżjoni dwar l-aġġornament tal-Anness XV tal-Ftehim.

(5)

Meta jitqies li diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness XV tal-Ftehim ġew emendati jew imħassra sa mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim, huwa neċessarju li dak l-Anness jiġi aġġornat, inkluż billi jiġu aġġustati ċerti skadenzi biex jitqies il-progress li diġà sar s’issa mill-Ukrajna fil-proċess ta’ approssimazzjoni mal-acquis tal-Unjoni.

(6)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, billi d-deċiżjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, rigward l-aġġornament tal-Anness XV (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali) ta’ dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Ukrajna tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/980] (ĠU L 158, 24.6.2015, p. 4).


20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1978

tal-25 ta’ Lulju 2022

dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.54817 (2020/C) (ex 2019/N) li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta biex jappoġġa l-produzzjoni tal-logħob vidjo

(notifikata bid-dokument C(2022) 5130)

(Il-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk l-artikoli, (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Lulju 2019, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni bl-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tal-logħob vidjo. Intbagħtet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri datati t-3 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar 2020.

(2)

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ April 2020, il-Kummissjoni informat lill-Belġju li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li ssir referenza għalih hawn taħt bħala “TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna.

(4)

Fl-ittra tiegħu tad-29 ta’ Mejju 2020, il-Belġju ppreżenta l-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura.

(5)

Fis-16 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ osservazzjonijiet dwar il-kwistjoni minn parti interessata. Hija bagħtithom lill-Belġju, li ngħata l-opportunità li jirrispondi. Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Novembru 2020.

(6)

Fl-ittra tiegħu tad-29 ta’ Mejju 2020, il-Belġju informa lill-Kummissjoni li huwa xtaq jemenda l-leġiżlazzjoni li fuqha kienet ibbażata l-għajnuna, u f’dik tat-30 ta’ Novembru 2021, li tressaq abbozz ta’ liġi li kien fih l-emendi rilevanti quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana (3).

(7)

Il-Belġju pprovda informazzjoni addizzjonali fl-10 ta’ Ġunju 2021 u fit-8 ta’ Diċembru 2021, kif ukoll fl-10 ta’ Frar 2022 u fid-29 ta’ Marzu 2022.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-ISKEMA TA’ GĦAJNUNA

2.1.   Titolu tal-iskema, bażi ġuridika u durata

(8)

Din hija skema ta’ kenn mit-taxxa biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-logħob vidjo. Hija mfassla bħala estensjoni tal-kenn mit-taxxa inizjali, li l-għan tiegħu kien li jappoġġa l-produzzjoni awdjoviżiva, u li kien awtorizzat mill-Kummissjoni fl-2003 (4). L-estensjonijiet ta’ din l-iskema inizjali ġew approvati fl-2004 (5), fl-2007 (6), fl-2009 (7), fl-2013 (8), u fl-2014 (9). L-iskema tal-kenn mit-taxxa li ġiet approvata fl-2014 ġiet estiża, mingħajr tibdil, fl-2020 (10). Il-verżjoni attwali ta’ din l-iskema se tibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(9)

Il-bażi ġuridika hija l-Kodiċi Belġjan dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu (Code des impôts sur les revenus/Wetboek van Inkomstenbelastingen(11) u l-Liġi tad-29 ta’ Marzu 2019 li testendi l-kenn mit-taxxa għall-industrija tal-logħob vidjo, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana (Moniteur belge/Belgisch Staatsblad) tas-16 ta’ April 2019 (12), u l-emenda għal dik il-liġi, li bħalissa qiegħda taħt skrutinju mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana (13). Huwa mistenni li l-emenda tiġi adottata ladarba l-Kummissjoni tkun approvat din l-emenda.

(10)

Id-durata tal-miżura ta’ għajnuna se tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2027 (14).

2.2.   Baġit

(11)

Il-baġit stmat huwa ta’ EUR 36 000 000 (EUR 6 000 000 kull sena). Is-sors tiegħu huwa l-baġit federali tal-Istat Belġjan.

2.3.   L-iskop tal-miżura ta’ għajnuna u x-xogħlijiet eliġibbli

(12)

L-għan ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa u li tħeġġeġ l-investiment minn kumpaniji fil-produzzjoni tal-logħob vidjo, billi tagħti vantaġġi tat-taxxa lil tali kumpaniji. Kumpaniji soġġetti għat-taxxa korporattiva fil-Belġju li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa jistgħu jagħmlu użu mill-kenn mit-taxxa li għalih tipprovdi din l-iskema ta’ għajnuna.

(13)

Biex jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa taħt l-iskema, iridu jinvestu f’xogħlijiet prodotti minn kumpaniji li jipproduċu logħob vidjo approvati bħala logħob vidjo Ewropej mis-servizzi kompetenti tal-komunità kkonċernata, li jfisser li l-logħob irid ikun ġie prodott prinċipalment bl-għajnuna ta’ awturi u ħaddiema kreattivi residenti fil-Belġju jew f’pajjiż ieħor li jappartjeni għaż-ŻEE jew taħt superviżjoni u kkontrollati fil-prattika minn produttur wieħed jew aktar u koprodutturi stabbiliti f’pajjiż wieħed jew aktar taż-ŻEE.

(14)

Din l-akkreditazzjoni tal-logħob vidjo tiddependi fuq it-testijiet kulturali stabbiliti mill-Komunità Fjamminga u mir-Reġjun ta’ Wallonia għall-iskemi ta’ għajnuna tagħhom stess u approvati mill-Kummissjoni (fl-2018 għall-Komunità Fjamminga (15), estiżi u emendati fl-2022 (16), u fl-2020 għar-Reġjun ta’ Wallonia (17)). Il-kriterji tat-test huma li l-logħba jrid ikollha kwalitajiet kulturali u artistiċi, li l-attivitajiet ta’ produzzjoni u l-partijiet ikkonċernati jrid ikollhom rabtiet mal-Fjandri jew mar-reġjun tal-Wallonia, u li l-logħba kkonċernata trid tkun innovattiva u kreattiva. Sabiex dan jiġi żgurat, il-Belġju impenja ruħu li jiżgura li l-Istat federali Belġjan jikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Komunità Fjamminga, mal-Komunità li titkellem bil-Franċiż u mal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar il-kompetenzi rispettivi ta’ dawn il-komunitajiet u tal-Istat federali fir-rigward tal-iskema tal-kenn mit-taxxa. Il-Belġju jinnota li, għad-durata tal-iskema tal-kenn mit-taxxa, l-approvazzjoni mill-komunitajiet ta’ logħob vidjo f’dan il-kuntest se tkun soġġetta għall-istess kriterji bħal dawk applikati mill-Komunità Fjamminga u mir-Reġjun ta’ Wallonia għall-iskemi ta’ għajnuna tagħhom stess għal-logħob vidjo.

2.4.   Il-forma tal-għajnuna, l-organizzazzjoni tas-sistema, l-intensità tal-għajnuna u l-akkumulazzjoni

(15)

Taħt is-sistema attwali tal-kenn mit-taxxa, kumpanija (“l-investitur”) tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja, abbażi ta’ kuntratt qafas, lill-produttur ta’ xogħol awdjoviżiv partikolari. L-investitur jirċievi kumpens għal dan l-investiment fil-forma ta’ “ċertifikat tal-kenn mit-taxxa” li jippermetti lill-investitur jibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa permezz ta’ tnaqqis fil-profitti taxxabbli tiegħu. Il-prinċipju li jirfed it-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji huwa li l-kumpaniji jkunu responsabbli għat-taxxa fuq il-profitti globali tagħhom (l-Artikolu 185 tal-Kodiċi Belġjan dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu). Il-bażi għat-taxxa hija aċċertata billi jitnaqqsu l-ispejjeż deduċibbli mill-profitti (l-Artikolu 6 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu). Bħala regola, il-kumpaniji jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż professjonali li jkunu ġarrbu matul il-perjodu taxxabbli (l-Artikolu 49 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu). Fir-rigward tal-valur tal-investimenti, jista’ jitnaqqas ammont li jiddependi fuq il-valur tal-kontribuzzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu). Skont l-iskema tal-kenn mit-taxxa, il-kumpanija responsabbli għat-taxxa tista’ tnaqqas minnufih 421 % tal-ammonti investiti, somma li taqbeż il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha. Skont in-natura tal-proġett notifikat, dan japplika wkoll għall-kontribuzzjonijiet għall-produzzjoni ta’ video game.

(16)

Skont l-iskema notifikata mill-Belġju, il-valur tat-taxxa taċ-ċertifikat tal-kenn mit-taxxa ġie stabbilit għal 70 % tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-operat imġarrba fiż-ŻEE jew, jekk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-operat imġarrba fil-Belġju jammontaw għal anqas minn 63 % tal-baġit totali, tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-operat imġarrba fil-Belġju. L-ammont ta’ għajnuna għal investiment possibbli fi produzzjoni huwa stabbilit għal 48 % tal-valur tat-taxxa taċ-ċertifikat tal-kenn mit-taxxa. Dan ifisser li f’xenarju massimalista li fih jintnefaq mill-inqas 63 % tal-baġit totali fil-Belġju, l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq 48 % ta’ 70 %, li tammonta għal 33,6 % tal-baġit għall-produzzjoni, iżda dan ikun aktar baxx f’każijiet meta n-nefqa fuq il-produzzjoni mġarrba fil-Belġju tkun anqas minn 63 % tal-baġit ġenerali. Jekk tali għajnuna tiġi pprovduta flimkien ma’ forom oħra ta’ għajnuna għall-produzzjoni, l-intensità tal-għajnuna tkun limitata għal 50 %.

(17)

Għaldaqstant, fil-verżjoni inizjali tal-iskema, il-valur tat-taxxa taċ-ċertifikat tal-kenn mit-taxxa ġie stabbilit abbażi tal-infiq territorjali. L-ammont ta’ investiment (u għalhekk l-ammont ta’ għajnuna) jiddependi mill-perċentwal tal-infiq territorjali, li jfisser li jvarja skont l-ammont ippjanat tan-nefqa fil-Belġju.

2.5.   Akkreditazzjoni tal-benefiċjarji

(18)

Skont l-iskema tal-kenn mit-taxxa, il-kumpaniji tal-produzzjoni li jibbenefikaw mill-iskema jridu jkunu akkreditati sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem. Il-punt ta’ dan, skont il-Belġju, huwa li l-akkreditazzjoni tista’ tiġi rtirata minn kwalunkwe kumpanija jew individwu li jonqos milli jirrispetta l-liġi (18).

(19)

Il-Belġju spjega li l-akkreditazzjoni se tingħata malajr wara applikazzjoni mill-kumpaniji tal-produzzjoni kkonċernati. Applikazzjoni bħal din tinkludi sempliċiment: informazzjoni li tidentifika lill-kumpanija kkonċernata, dokument li juri li l-applikant ma għandux pagamenti li għad iridu jitħallsu lill-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, u impenn li jkun hemm konformità mal-liġi dwar l-iskema tal-kenn mit-taxxa. Speċifikament, dan ifisser li l-kumpanija tal-produzzjoni timpenja ruħha li tagħmel l-offerta tagħha ta’ ċertifikat tal-kenn mit-taxxa skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-11 ta’ Lulju 2018 dwar l-offerti pubbliċi ta’ veikoli ta’ investiment u l-ammissjoni ta’ veikoli ta’ investiment għan-negozjar fi swieq regolati (19) u dawk tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(20)

Il-Belġju spjega li l-proċess ta’ akkreditazzjoni mhux se jintroduċi kundizzjonijiet relatati mal-istabbiliment fil-Belġju tal-kumpaniji kkonċernati fiż-żmien tal-applikazzjoni tagħhom għall-akkreditazzjoni.

2.6.   Ir-raġuni għall-għajnuna

(21)

Il-Belġju spjega fin-notifika tiegħu li s-settur tal-logħob vidjo fil-Belġju kien jammonta għal EUR 100 000 000 fl-2018, jew 0,08 % tas-suq dinji (madwar EUR 124 000 000 000 fl-2018).

(22)

Minn dak iż-żmien, il-Belġju aġġorna dawn iċ-ċifri. Fl-2020, is-settur tal-logħob vidjo ġġenera USD 159 800 000 000 fi dħul madwar id-dinja (21). It-EUR 82 000 000 li l-Belġju rrapporta bħala d-dħul totali tas-suq Belġjan għal dik is-sena kienu jirrappreżentaw biss 0,05 % tad-dħul dinji. Is-suq fil-kontinent Ewropew jammonta għal 19 % tas-suq dinji, li jikkorrispondi għal USD 29 600 000 000, jew aktar minn EUR 27 600 000 000. Dan ifisser li fl-2020, is-suq Belġjan tal-logħob vidjo kien jammonta għal 0,3 % tas-suq rilevanti fil-kontinent Ewropew. Skont id-data tal-2019, is-settur Belġjan kien jimpjega 1 000 persuna, minn total ta’ 87 628 madwar l-Ewropa. Kien hemm 63 studio għall-iżvilupp tal-logħob vidjo fil-Belġju, minn total ta’ 4 913 madwar l-Ewropa (22). Għalhekk, dawn iċ-ċifri juru li s-settur Belġjan tal-logħob vidjo għandu post modest fis-suq Ewropew ġenerali. Fil-Belġju, ħafna mill-kumpaniji attivi fis-settur tal-logħob vidjo huma kumpaniji żgħar. Ħafna minnhom huma relattivament ġodda, li jfisser li ilhom jeżistu għal inqas minn sitt snin. Minħabba d-daqs tal-kumpaniji f’dan is-settur u ż-żmien qasir li ilhom jeżistu għalih, dawn jiffaċċjaw diffikultajiet fl-iżvilupp. Dan qiegħed iżomm lura l-produzzjoni ta’ għadd akbar ta’ logħob vidjo kulturali, li jinvolvi diversità akbar.

(23)

Il-Belġju jixtieq jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin: minkejja t-tkabbir li esperjenza dan is-settur, l-industrija ma għandhiex l-impetu finanzjarju meħtieġ biex tikseb żvilupp tas-suq. L-iżvilupp ta’ logħba li tintlagħab fuq kompjuter, konsol, tablet jew smartphone huwa simili għall-produzzjoni ta’ film fis-sens li jieħu diversi xhur jew saħansitra snin. Il-proċess jeħtieġ ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet. Bħal fl-industrija tal-films, l-ebda riżultat kummerċjabbli ma jkun disponibbli sa tmiem il-proċess. Minħabba dawn il-karatteristiċi, is-settur tal-logħob vidjo huwa relattivament riskjuż. Barra minn hekk, bħal fl-industrija tal-films, huwa impossibbli li jiġi żgurat li logħba partikolari tkun attraenti għal biżżejjed nies biex tipprovdi redditu fuq l-investiment. Barra minn hekk, il-proġetti li jinvolvu l-logħob vidjo b’komponent edukattiv, kulturali u artistiku sinifikanti jitqiesu li huma aktar riskjużi. Dan minħabba li jinvolvu l-istess kostijiet tal-produzzjoni bħal-logħob vidjo li jgawdi popolarità madwar id-dinja, iżda li għandu aċċess għal suq aktar limitat.

(24)

Il-limitazzjonijiet finanzjarji jimpedixxu t-tnedija ta’ proġetti ewlenin b’potenzjal kreattiv sinifikanti iżda li jeħtieġu baġit korrispondenti ogħla. Għalhekk, il-produzzjoni tal-logħob tal-kompjuter tiffoka fuq logħob li jista’ jintlagħab fuq kompjuters personali u logħob li jista’ jiġi prodott b’baġit aktar baxx. Id-diffikultajiet ta’ finanzjament jinsabu fil-mod kif jiġi ppreservat u żviluppat l-għarfien kulturali fil-livell lokali. Il-fatt huwa li huwa fl-interess tal-produtturi li jaħdmu bħala sottokuntratturi għal kumpaniji barranin, aktar milli jiżviluppaw il-logħob vidjo tagħhom stess.

(25)

B’riżultat ta’ dan, il-kumpaniji tal-logħob vidjo Belġjani spiss ikollhom diffikultajiet serji biex jiksbu finanzjament għal proġetti ġodda. Huma jiffaċċjaw ukoll ħafna kompetizzjoni internazzjonali.

(26)

Il-kenn mit-taxxa se jgħin biex jiżdied in-numru ta’ investimenti privati fis-settur tal-produzzjoni tal-logħob vidjo, bl-istess mod bħall-kenn mit-taxxa għall-produzzjoni tal-films u għall-produzzjoni awdjoviżiva.

2.7.   Deskrizzjoni tar-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(27)

L-iskema, kif inizjalment innotifikata lill-Kummissjoni, qajmet dubji dwar il-legalità ġenerali tagħha. Il-valur tat-taxxa taċ-ċertifikat tal-kenn mit-taxxa huwa stabbilit fuq il-bażi tal-infiq territorjali. Seta’ kien hemm kunflitt bejn dawn il-kundizzjonijiet ta’ territorjalità u l-prinċipji ta’ legalità ġenerali, speċifikament il-prinċipji tat-TFUE li jiggarantixxu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-Artikoli 34 u 56 tat-TFUE).

(28)

Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk kienx legali u kompatibbli mas-suq intern għall-għajnuna għal-logħob vidjo li l-ammont ta’ investiment jiġi definit u b’hekk l-ammont ta’ għajnuna bħala perċentwal tal-infiq territorjali fil-Belġju, u jekk kienx meħtieġ jew proporzjonat li jkun hemm kundizzjonijiet territorjali marbuta ma’ tali għajnuna.

3.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(29)

F’ittra datata s-16 ta’ Lulju 2020, l-organizzazzjoni tal-produtturi Fjammingi indipendenti tal-films u tat-televiżjoni (Vlaamse Onafhankelijke Film & Televisie Producenten, li ssir referenza għaliha minn hawn ’il quddiem bħala VOFTP), għamlet għadd ta’ kummenti dwar l-iskema ta’ għajnuna notifikata. Il-VOFTP temmen li hija affettwata minn din l-iskema, u tibża’ li l-estensjoni tas-sistema tal-kenn mit-taxxa għal-logħob vidjo se tnaqqas il-fluss tal-investiment għall-produzzjonijiet awdjoviżivi tal-membri tagħha. Skont il-VOFTP, l-estensjoni tal-kenn mit-taxxa inizjali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà mas-suq intern u, għalhekk, jenħtieġ li ma tiġix approvata mill-Kummissjoni.

(30)

Fis-sottomissjoni tagħha, il-VOFTP tenfasizza l-importanza ta’ eżami bir-reqqa biex jiġi aċċertat jekk il-logħob vidjo li għandu jirċievi għajnuna skont din l-iskema għandux rabta ġenwina mal-Belġju u jikkontribwix għall-objettiv tal-promozzjoni tal-kultura skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE, u d-diversità kulturali. Il-VOFTP tibża’ li l-iskema ma fiha l-ebda garanzija li l-għajnuna se tingħata biss għal-logħob vidjo b’objettiv kulturali.

(31)

Skont il-VOFTP, il-kriterji applikati taħt l-iskema ta’ għajnuna għal-logħob vidjo biex jiġi vvalutat l-aspett kulturali ta’ tali logħob jenħtieġ li jiggarantixxu li kwalunkwe logħba li tibbenefika mill-għajnuna tkun ta’ valur kulturali. Tali kriterji jenħtieġ li jiġu definiti mill-komunità jew mir-reġjun responsabbli, li jkollu l-iskemi ta’ għajnuna tiegħu stess għas-settur tal-logħob vidjo. F’kull każ, organizzazzjoni speċifika għall-Komunità Fjamminga (il-Fond Awdjoviżiv Fjamming) jew għar-Reġjun ta’ Wallonia rispettivament tiddefinixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-aspett kulturali ta’ logħba vidjo. Il-VOFTP tiddubita jekk l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji hijiex garantita. Hemm bżonn ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Istat Belġjan u l-komunitajiet rispettivi, iżda ma jeżisti l-ebda ftehim bħal dan.

4.   KUMMENTI MILL-BELĠJU

(32)

Fl-ittra tiegħu tad-29 ta’ Mejju 2020, il-Belġju nnota li d-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura kkonfermat li l-kundizzjonijiet biex l-għajnuna kkonċernata tiġi kklassifikata bħala għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u għalhekk kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE, huma ssodisfati.

(33)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-infiq territorjali u l-legalità ġenerali ta’ tali nefqa (inklużi l-ħtieġa u l-proporzjonalità tagħha) u, b’mod speċifiku, il-prinċipji tat-TFUE li jiggarantixxu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-Artikoli 34 u 56 tat-TFUE), il-Belġju beda jeżamina l-possibbiltà li jestendi l-infiq eliġibbli għat-territorju kollu taż-ŻEE. Fis-16 ta’ Lulju 2021, il-Kumitat għall-Finanzi u l-Baġit tal-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana ppropona li l-leġiżlazzjoni applikabbli tiġi emendata biex tissostitwixxi l-frażi “nefqa fuq il-produzzjoni u l-kostijiet operatorji fil-Belġju” b’“nefqa fuq il-produzzjoni u l-kostijiet operatorji fiż-Żona Ekonomika Ewropea”. Fl-abbozz ta’ emenda, il-valur għall-finijiet tat-taxxa taċ-ċertifikat tal-kenn mit-taxxa huwa stabbilit għal 70 % tan-nefqa fuq il-produzzjoni u l-kostijiet operazzjonali mġarrba fiż-ŻEE jew, jekk in-nefqa fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-operat li tikkostitwixxi introjtu professjonali soġġett għat-tassazzjoni fiż-ŻEE tammonta għal anqas minn 63 % tal-baġit totali, tan-nefqa fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-operat li tikkostitwixxi introjtu professjonali soġġett għat-tassazzjoni fiż-ŻEE. Il-Kamra tar-Rappreżentanti hija lesta li tadotta l-emenda hekk kif il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni affermattiva.

(34)

Fir-rigward tal-kummenti tal-VOFTP dwar in-natura kulturali tal-logħob vidjo li huma potenzjalment eliġibbli għall-għajnuna u l-applikazzjoni tat-testijiet kulturali tal-komunitajiet rispettivi għal-logħob vidjo kopert mill-kenn mit-taxxa, il-Belġju ddikjara li l-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Istat federali u l-komunitajiet dwar il-kenn mit-taxxa eżistenti għall-produzzjonijiet awdjoviżivi jenħtieġ li jiġi adattat biex jinkludi l-applikazzjoni tat-testijiet kulturali tal-komunitajiet jew tar-reġjuni għal-logħob vidjo. Dan se jsir qabel ma tiġi implimentata l-iskema notifikata, hekk kif il-Kamra tar-Rappreżentanti tadotta l-emenda leġiżlattiva proposta, u hekk kif il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-kenn mit-taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo. Il-Belġju jikkonferma li dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni mhux se jbiddel il-kontenut ta’ dawn it-testijiet.

5.   VALUTAZZJONI TAL-ISKEMA

5.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(35)

l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

5.1.1.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(36)

L-investituri jistgħu jnaqqsu mill-profitti taxxabbli tagħhom, fondi użati fil-kuntest tal-iskema li qiegħda tiġi eżaminata. Dan it-tnaqqis, previst mil-liġi, inaqqas l-ammont ta’ taxxa miġbura mill-Istat. Il-liġi tiddikjara wkoll li dawn il-fondi jridu jiġu allokati lil kumpaniji approvati mill-Istat għal din l-operazzjoni u li jridu jikkontribwixxu għal produzzjonijiet speċifiċi li jkunu ġew akkreditati b’mod espliċitu bħala logħob vidjo Ewropej mis-servizzi kompetenti tal-komunità kkonċernata. Konsegwentement, l-investimenti inkwistjoni jagħmlu użu mir-riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat.

5.1.2.   Vantaġġ

(37)

L-għan tal-iskema huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni mġarrba mill-produtturi tal-logħob vidjo. Tali nefqa hija parti mill-kostijiet li normalment jitħallsu mill-produtturi kollha tal-logħob vidjo. Fi kliem ieħor, hija kost li normalment jiġi assenjat lill-baġit tal-benefiċjarju.

(38)

L-għajnuna pprovduta lill-produttur tiġi mill-kontribuzzjoni tal-investitur, li minnha nnifisha tirriżulta mit-tnaqqis tat-taxxa ta’ din l-operazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-vantaġġ li jirriżulta mit-tnaqqis tat-taxxa, fil-fatt jiġi ttrasferit lill-produttur permezz tal-kuntratt qafas.

(39)

Konsegwentement, l-iskema tagħti vantaġġ lill-produttur li għalih dak il-produttur ma jkollux aċċess f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, il-miżura tikkostitwixxi vantaġġ li jiffavorixxi lill-produtturi tal-logħob vidjo.

5.1.3.   Selettività

(40)

L-iskema hija selettiva minħabba li l-benefiċjarji li l-proġetti tagħhom ikunu għaddew mit-test tal-għażla biss jistgħu jirċievu għajnuna. Barra minn hekk, l-iskema ta’ għajnuna tkopri biss is-settur tal-logħob vidjo. Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa ta’ 421 % tal-valur tal-investiment ifisser li l-investimenti kkonċernati (u għalhekk il-benefiċjarji) jiġu ttrattati b’mod aktar favorevoli minn investimenti oħrajn fir-rigward tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa, peress li investimenti oħrajn ma jistgħux jitnaqqsu b’rata li taqbeż il-valur nominali tagħhom. Dan huwa l-każ anki jekk is-sitwazzjoni tagħhom, kemm de jure kif ukoll de facto, hija komparabbli fir-rigward tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa, li huwa li jiġi intaxxat id-dħul tal-kumpaniji wara t-tnaqqis tal-investimenti. Dan it-trattament ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u mil-loġika tas-sistema. Skont is-sistema tat-taxxa korporattiva, tnaqqis standard ma jistax jaqbeż il-valur nominali ta’ investiment.

5.1.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(41)

Peress li l-logħob vidjo huma parti mill-kummerċ internazzjonali u dan is-suq huwa miftuħ għall-kompetizzjoni, il-vantaġġ finanzjarju mogħti lill-benefiċjarji jista’ jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.2.   Il-legalità tal-għajnuna

(42)

Fin-notifika tal-iskema qabel ma daħlet fis-seħħ, il-Belġju kkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

5.3.   Bażi legali għall-valutazzjoni

(43)

Il-punt sa fejn l-iskema hija kompatibbli mas-suq intern se jiġi analizzat abbażi tal-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE, fid-dawl tal-objettiv tal-promozzjoni tal-kultura permezz ta’ appoġġ għal proġetti kulturali.

(44)

Sabiex tkun aktar preċiża, il-kompatibbiltà tal-iskema mas-suq intern se tiġi analizzata fid-dawl tal-punt 24 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (23) (issir referenza għaliha hawn taħt bħala l-“Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema”). Il-punt 24, li jittratta speċifikament l-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni ta’ logħob vidjo, jiddikjara li fejn skema ta’ għajnuna mmirata lejn logħob bi skop kulturali u edukattiv tista’ tintwera li hija meħtieġa, il-Kummissjoni se tapplika, mutatis mutandis, il-kriterji tal-intensità tal-għajnuna ddefiniti għall-films fil-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema.

5.4.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(45)

Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura, il-Kummissjoni nnotat li l-iskema tidher li tissodisfa l-biċċa l-kbira tal-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u għalhekk bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE.

5.4.1.   Legalità ġenerali

(46)

Sabiex ikunu kompatibbli, l-iskemi ta’ għajnuna jridu l-ewwel jissodisfaw il-kriterju ta’ “legalità ġenerali”. Il-kunċett ta’ “legalità ġenerali” jibbaża fuq is-suppożizzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji għall-għoti tal-għajnuna ma fihom l-ebda klawżola marbuta b’mod li ma tistax tinfired mill-għoti tal-għajnuna li tikkontradixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE f’oqsma għajr l-għajnuna mill-Istat (24).

(47)

L-iskema ma timponi l-ebda kundizzjoni relatata man-nazzjonalità Belġjana jew kwalunkwe rekwiżit biex il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna tkun ibbażata prinċipalment fit-territorju Belġjan. Il-benefiċjarji jistgħu jkunu bbażati f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

(48)

Il-proċedura ta’ akkreditazzjoni għall-kumpaniji tal-produzzjoni u għall-intermedjarji ma għandha l-ebda effett fuq il-legalità ġenerali tal-iskema. Skont l-iskema eżistenti tal-kenn mit-taxxa, il-kumpaniji tal-produzzjoni li jibbenefikaw mill-iskema jrid ikollhom aġenzija stabbilita fil-Belġju fiż-żmien meta titħallas l-għajnuna. Il-proċess ta’ akkreditazzjoni ma jinkludi l-ebda kundizzjoni rigward l-istabbiliment jew ir-residenza fil-Belġju tal-kumpaniji kkonċernati fiż-żmien meta japplikaw għall-akkreditazzjoni.

(49)

Fir-rigward tal-intensità tal-għajnuna, il-Belġju introduċa emenda, permezz ta’ abbozz ta’ liġi, għad-dispożizzjonijiet territorjali restrittivi tal-iskema ta’ għajnuna inizjalment notifikata. Skont dan l-abbozz ta’ liġi, l-ammont ta’ għajnuna huwa stabbilit skont l-ammont ta’ nefqa fuq il-produzzjoni u l-kostijiet operazzjonali mġarrba fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Konsegwentement, l-iskema ma għadhiex suxxettibbli li tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà tal-moviment tal-oġġetti jew għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan is-suq intern (l-Artikoli 34 u 56 tat-TFUE).

5.4.2.   Il-promozzjoni tal-kultura, skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE

(50)

Skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE, l-għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u tal-konservazzjoni tal-wirt tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tali għajnuna ma taffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-UE sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

(51)

Il-Kummissjoni ma fasslet l-ebda linja gwida dwar kif tapplika din id-dispożizzjoni għal għajnuna għal-logħob vidjo. Il-punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema jikkonferma li l-għajnuna maħsuba biex tappoġġa l-logħob vidjo hija analizzata fuq bażi ta’ każ b’każ.

(52)

Il-valutazzjoni tal-għajnuna għal-logħob vidjo skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE ssegwi l-prattika tal-Kummissjoni, li bdiet bid-deċiżjoni dwar il-kreditu tat-taxxa Franċiż b’appoġġ għal-logħob vidjo, li fiha l-Kummissjoni rrikonoxxiet li ċerti logħob vidjo jistgħu jiġu kklassifikat bħala prodotti kulturali (25).

(53)

Il-Komunità Fjamminga u r-Reġjun ta’ Wallonia żviluppaw – għall-iskemi ta’ għajnuna tagħhom għal-logħob vidjo – għadd ta’ kriterji kulturali għal-logħob eliġibbli għal għajnuna, li huma applikabbli wkoll għall-iskema tal-kenn mit-taxxa (26). Huma stabbilew skala għall-għażla ta’ proġetti sabiex jiżguraw li l-logħob li jirċievi appoġġ jissodisfa b’mod ġenwin il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent bħala xogħol kulturali. Il-Kummissjoni analizzat dawn il-kriterji (27) u approvat dawn l-iskemi.

(54)

Għall-kuntrarju tat-talba magħmula mill-parti interessata VOFPT, il-Belġju impenja ruħu li jistabbilixxi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Istat federali u l-komunitajiet qabel ma jimplimenta l-iskema tal-kenn mit-taxxa għal-logħob vidjo (ara l-premessi (14) u (34)). Din it-tip ta’ kooperazzjoni diġà hija fis-seħħ għall-appoġġ għax-xogħlijiet awdjoviżivi.

(55)

Bħala konklużjoni, l-iskema tappoġġa proġetti kulturali u tissodisfa l-objettiv tal-promozzjoni tal-kultura, skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE.

5.4.3.   Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

(56)

L-għan tal-iskema huwa li tappoġġa proġetti kulturali li jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu finanzjament fis-suq, minħabba n-natura tal-proġett (xogħlijiet kulturali) u r-riskji involuti (filwaqt li żgur se jkun hemm spejjeż tal-produzzjoni, ma hemm l-ebda garanzija ta’ udjenza). Għalhekk, l-iskema tgħin biex tiġi ffinanzjata parti mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-logħob vidjo magħżula għall-kontribut tagħhom għall-promozzjoni tal-kultura. Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ logħob minn investituri privati. Il-Belġju spjega li sistema ta’ appoġġ dirett tkun tinvolvi kostijiet amministrattivi u finanzjarji ogħla mill-miżura tal-kenn mit-taxxa. Barra minn hekk, il-ħlas ta’ għotja diretta jsir aktar kmieni fil-proċess minn kwalunkwe eżenzjoni mit-taxxa (kemm provviżorja kif ukoll finali). Barra minn hekk, peress li r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet kulturali hija devoluta għall-komunitajiet tal-Belġju, il-politika awdjoviżiva fil-livell federali Belġjan hija limitata għall-istabbiliment tas-sistema tal-kenn mit-taxxa bħala parti mill-politika soċjoekonomika tal-Belġju. Bl-involviment ta’ investituri privati, il-Belġju jixtieq jinkoraġġixxi kuntatti reċiproċi u aċċess għas-settur kulturali għad-diversi sorsi potenzjali ta’ finanzjament.

(57)

Għalhekk, l-iskema hija mezz xieraq biex jintlaħaq l-objettiv intenzjonat.

5.4.4.   Jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa

(58)

Logħob vidjo li jibbenefikaw mill-għajnuna huma xogħlijiet kulturali li jippromwovu l-kultura lokali u Ewropea. Il-potenzjal tal-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tagħhom jipprovdi ingranaġġ għall-promozzjoni tal-kultura fuq skala kbira.

(59)

Madankollu, il-proġetti li jinvolvu l-logħob vidjo jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu finanzjament skont il-kundizzjonijiet tas-suq (ara l-premessi (22) sa (24) hawn fuq). Ir-riskji finanzjarji inerenti fi proġetti li jinvolvu logħob vidjo, li neċessarjament iġarrbu spejjeż tal-produzzjoni, filwaqt li kwalunkwe qligħ jibqa’ inċert, jikkostitwixxu ostakli għall-investiment privat. Dan ifisser li huwa meħtieġ l-intervent pubbliku biex jinkiseb sehem akbar u aktar varjat ta’ proġetti.

5.4.5.   Proporzjonalità tal-għajnuna

(60)

Il-punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema jiddikjara li, sakemm skema ta’ għajnuna għal-logħob bi skop kulturali u edukattiv tista’ tintwera li hija meħtieġa, il-Kummissjoni se tapplika, b’analoġija, l-istess kriterji ta’ intensità tal-għajnuna bħal dawk stabbiliti għal skemi ta’ għajnuna favur xogħlijiet awdjoviżivi.

(61)

L-iskema tappoġġa l-ħolqien ta’ logħob vidjo fi proporzjonijiet limitati. L-intensità massima tal-għajnuna hija ta’ 33,6 %, u, fejn hemm aktar minn sors wieħed ta’ għajnuna, hija limitata għal 50 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ logħba vidjo, f’konformità mal-limitu ta’ 50 % stabbilit mill-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema. L-għan tar-rati massimi ta’ intensità huwa li jippreservaw l-inizjattiva privata billi l-benefiċjarji tal-għajnuna jiġu obbligati jiksbu fondi minn sorsi oħra, minbarra l-Istat.

(62)

Bħala konklużjoni, l-iskema hija proporzjonali għall-objettiv segwit.

5.4.6.   Distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ

(63)

Madwar id-dinja, is-settur tal-logħob vidjo ġġenera dħul li jammonta għal USD 159 800 000 000 fl-2020. Is-suq fil-kontinent Ewropew jammonta għal 19 % ta’ dan is-suq, li jikkorrispondi għal USD 29 600 000 000 (aktar minn EUR 27 600 000 000). Fl-2020, id-dħul fis-suq Belġjan tal-logħob vidjo kien ta’ EUR 82 000 000, li jikkorrispondi għal 0,3 % tas-suq Ewropew ġenerali u 0,05 % tas-suq dinji (28).

(64)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa ċar, l-ewwel nett, li l-baġit għall-iskema għall-appoġġ tas-settur Belġjan tal-logħob vidjo huwa relattivament limitat (ara l-premessa (11)) meta mqabbel mal-fatturat globali tas-settur fil-Belġju. It-tieni, kwalunkwe distorsjoni kkawżata minn din l-għajnuna tista’ titqies bħala minuri, peress li l-logħob vidjo Belġjani għandu sehem limitat kemm tas-suq Ewropew kif ukoll tas-suq dinji.

(65)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-għajnuna mhux se żżid bla bżonn is-saħħa tas-suq tal-kumpaniji benefiċjarji, filwaqt li se tespandi l-firxa ta’ logħob bi kwalitajiet kulturali fis-suq. Il-valutazzjoni ġenerali ta’ din l-għajnuna fir-rigward tas-suq intern hija pożittiva, peress li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ li jistgħu jirriżultaw se jkunu limitati.

6.   KONKLUŻJONI

(66)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-għajnuna mhux se żżid bla bżonn is-saħħa tas-suq tal-kumpaniji benefiċjarji, filwaqt li, min-naħa l-oħra, se ttejjeb il-varjetà tal-firxa ta’ logħob bi kwalitajiet kulturali fis-suq. Għalhekk jenħtieġ li jiġi konkluż li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ li jirriżultaw mill-iskema huma limitati, u li l-valutazzjoni ġenerali tal-għajnuna mfassla biex tippromwovi l-kultura hija waħda pożittiva. Il-kenn mit-taxxa għall-ħolqien ta’ logħob vidjo huwa kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li l-Belġju qed jippjana li jimplimenta favur il-produzzjoni tal-logħob vidjo billi japplika skema tal-kenn mit-taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-implimentazzjoni tal-għajnuna hija awtorizzata bix-xieraq.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni C(2020) 2648 final tat-30 ta’ April 2020 (ĠU C 206 tad-19.6.2020, p. 11).

(2)  ĠU C 206, 19.6.2020, p. 11.

(3)  https://www.lachambre.be/FLWB/PDF/55/1590/55K1590001.pdf

(4)  N 410/02 (ex-CP 77/2002), Il-Belġju – Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni tal-films u għall-produzzjoni awdjoviżiva Belġjana – skema ta’ kenn mit-taxxa taċ-ċinema, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/137343/137343_455458_39_2.pdf

(5)  N 224/04, Il-Belġju – Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni taċ-ċinematika u dik awdjoviżiva Belġjana – bidliet fl-iskema federali magħrufa bħala l-kenn mit-taxxa taċ-ċinema, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/140619/140619_503601_23_2.pdf

(6)  N 121/2007, Il-Belġju – Miżuri tat-taxxa biex jinkoraġġixxu l-produzzjoni awdjoviżiva – il-kenn mit-taxxa – estensjoni tal-miżura ta’ għajnuna Nru N 224/2004, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/219141/219141_703682_36_2.pdf

(7)  N 516/2009, Il-Belġju – Kenn mit-taxxa biex tiġi mħeġġa l-produzzjoni awdjoviżiva – estensjoni tal-miżura ta’ għajnuna Nru N 121/2007, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/233078/233078_1210789_29_2.pdf

(8)  SA.35643 (2012/N), Il-Belġju – Estensjoni tal-kenn mit-taxxa b’appoġġ għall-produzzjonijiet awdjoviżivi, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/246468/246468_1451339_61_2.pdf, u SA.36655 (2013/N), Il-Belġju – Bidliet fil-kenn mit-taxxa b’appoġġ għall-produzzjonijiet awdjoviżivi, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/248603/248603_1525887_174_2.pdf

(9)  SA.38370 (2014/N), Il-Belġju – Bidliet fil-kenn mit-taxxa b’appoġġ għall-produzzjonijiet awdjoviżivi, https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/253328/253328_1646431_87_2.pdf

(10)  SA.59274 (2020/N), Il-Belġju – Estensjoni tal-kenn mit-taxxa b’appoġġ għall-produzzjonijiet awdjoviżivi SA.38370 (2014/N), https://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases1/20215/289138_2239389_113_2.pdf

(11)  https://eservices.minfin.fgov.be/myminfin-web/pages/public/fisconet/document/6c0aa338-3dad-4e4b-960f-8e01564d20d0

(12)  http://www.ejustice.just.fgov.be/eli/loi/2019/03/29/2019040875/moniteur

(13)  Ara n-nota Nru 3 f’qiegħ il-paġna.

(14)  Fin-notifika tiegħu datata l-1 ta’ Lulju 2019, il-Belġju ppropona li l-miżura tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2025. Fid-dawl tat-tul ta’ żmien li għadda minn din in-notifika, il-Belġju ddeċieda li xtaq jestendi d-durata tal-miżura sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(15)  SA.49947, Il-Belġju – Għajnuna għal-logħob vidjo (VAF Gamefonds), https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_49947

(16)  SA.101526, Il-Belġju – VAF Gamefonds, il-premessa (23), https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_101526

(17)  SA.55046, il-Belġju – Soutien aux jeux vidéo culturels, artistiques et éducatifs (Wallimage), il-premessa (14) https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_55046; ir-Reġjun ta’ Wallonia jinkludi lir-reġjun li jitkellem bil-Ġermaniż.

(18)  L-Artikolu 194 b(1)(2) tal-Kodiċi dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiddikjara li l-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni huma stabbiliti b’digriet irjali.

(19)  http://www.ejustice.just.fgov.be/mopdf/2018/07/20_2.pdf#Page18, p. 58312.

(20)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE, (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(21)  Newzoo – Global Games Market Report 2020, li jista’ jitniżżel minn newzoo.

(22)  Rapport tal-2019, mill-Federazzjoni Ewropea tal-Iżviluppaturi tal-Logħob f’kooperazzjoni mal-Federazzjoni tas-Software Interattiv tal-Ewropa. Data miġbura fuq maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u għadd ta’ Stati mhux Membri.

https://www.egdf.eu/wp-content/uploads/2021/08/EGDF_report2021.pdf

(23)  ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1.

(24)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra, C-225/91, ECLI:EU:C:1993:239, il-paragrafu 41.

(25)  Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal appoġġ għal-logħob vidjo fid-deċiżjonijiet li ġejjin:

C47/2006 (ex N 648/2005), Franza – Kreditu ta’ taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_20324;

SA 33943 (2011/N), Franza – Estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna C 47/2006 – Kreditu ta’ taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_33943;

SA.36139 (2013/C), Ir-Renju Unit – Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-logħob vidjo, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_36139;

SA.39299 (2014/N), Franza – Kreditu ta’ taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo – emendi, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_39299;

SA.47892 (2017/N), Franza – Kreditu ta’ taxxa għall-produzzjoni tal-logħob vidjo – emendi u estensjoni, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_47892;

SA.45735 (2017/N), Id-Danimarka – Skema għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-promozzjoni ta’ logħob diġitali kulturali u edukattiv,

https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_45735;

SA.46572 (2017/N), Il-Ġermanja – Miżura Bavarjana ta’ appoġġ għal-logħob, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_46572;

SA.49947 (2017/N), Il-Belġju – Għajnuna għal-logħob vidjo (VAF Gamefonds), https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_49947;

SA.50512 (2018/N), Franza – Fond għall-għajnuna għal-logħob vidjo – kitba, ħolqien ta’ proprjetà intellettwali u operazzjonijiet kollettivi, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_50512;

SA.51820 (2018/N), Il-Ġermanja – Miżura tan-Nordrhein-Westfalen ta’ appoġġ għal-logħob, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_51820;

SA.101526, Il-Belġju - VAF Gamefonds, https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_101526.

(26)  SA.55046, Il-Belġju – Appoġġ għal-logħob vidjo kulturali, edukattivi u artistiċi (Wallimage);

SA.101526, il-Belġju - VAF Gamefonds.

(27)  Il-premessi (52) sa (54) tad-deċiżjoni dwar il-fond ta’ Wallimage u (38) u (39) tad-deċiżjoni dwar il-VAF Gamefonds.

(28)  Premessa (22).


20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1979

tal-31 ta’ Awwissu 2022

li tistabbilixxi l-formola u l-bażijiet tad-data għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE

(notifikata bid-dokument C(2022) 6124)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI ta’ din id-Direttiva u li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom, billi jużaw il-formola speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE (2).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b’ċerta informazzjoni dwar l-istabbilimenti koperti minn dik id-Direttiva, billi jużaw il-formola speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE (3).

(3)

Biex jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-bażijiet tad-data msemmija rispettivament fl-Artikoli 21(3) u 21(4) ta’ dik id-Direttiva li għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma aġġornati mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), fil-kuntest tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet), għandha tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data, b’mod partikolari dwar il-kwalità tal-ambjent u l-pressjonijiet fuqu, kif ukoll dwar is-sustanzi kimiċi li huma perikolużi għall-ambjent. Sabiex iżżid is-sinerġiji mal-bażijiet ta’ data eżistenti żviluppati mill-EEA, tikkonsolida l-informazzjoni dwar l-impatti ambjentali li jirriżultaw minn dawn l-impjanti, ittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u għal dawk li jfasslu l-politika u tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ riskji potenzjali (eż. effetti domino), huwa xieraq li l-EEA tistabbilixxi u żżomm aġġornata, f’isem il-Kummissjoni, il-bażijiet ta’ data msemmija fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw dawn il-bażijiet tad-data meta jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE.

(5)

Jenħtieġ li l-formoli tar-rapporti u l-bażijiet tad-data użati skont id-Direttiva 2012/18/UE jippermettu l-komunikazzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni simplifikata li tiġi ppreżentata mill-Istati Membri, sabiex jimmassimizzaw il-preċiżjoni, l-utilità u l-komparabbiltà tal-informazzjoni pprovduta u jimminimizzaw il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri mar-rapportar stabbilit għal impjanti industrijali simili, jenħtieġ li l-formoli tar-rapporti u l-bażijiet tad-data jkunu simili għal dawk użati għar-rapportar skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li l-format, il-frekwenza u l-kontenut tagħhom huma stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 (8) u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 (9).

(7)

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, huwa xieraq li tiġi aġġornata l-formola tar-rapport li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE titħassar skont dan.

(8)

Jenħtieġ li l-iżvilupp mill-EEA taż-żewġ bażijiet ta’ data imsemmija rispettivament fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għalhekk, jenħtieġ li r-rapportar tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(1) u 21(3) ta’ dik id-Direttiva jibda biss wara dik id-data.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/18/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha, f’isem il-Kummissjoni, tistabbilixxi u żżomm aġġornati l-bażijiet tad-data elettroniċi msemmija fl-Artikoli 21(3) u 21(4) tad-Direttiva 2012/18/UE.

2.   Għall-fini tar-rapportar f’konformità mal-Artikoli 18(1) u 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-bażijiet tad-data elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola tar-rapport stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artiklu tiġi aġġornata regolarment.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/895/UE titħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2025.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

L-Artikolu 1(2) sa (4) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-2 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi formola għar-rappurtar ta’ aċċidenti kbar skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ [li jinvolvu] sustanzi perikolużi (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE tal-10 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent. (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).

(5)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 tat-23 ta’ Settembru 2019 li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 3).


ANNESS

Li jistabbilixxi r-rapport tal-formola tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE

Nota:

L-ispazji kollha mmarkati b’asterisk huma obbligatorji.

L-ispazji li mhumiex immarkati b’asterisk għandhom multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE, u għaldaqstant ma jridux jimtlew bilfors.

L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala tali u tkun tindika, għal kull tip ta’ data, ir-raġunijiet għaliex tkun ġiet irrifjutata t-talba f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

1.

Informazzjoni kuntestwali

Tip

Format

1.1

Identifikatur tal-pajjiż*

L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment irrapportat.

1.2

Sena ta’ rapportar*

Is-sena kalendarja li jirreferi għaliha r-rapportar.

2

Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti għall-istabbiliment

Tip

Format

2.1

Isem l-awtorità kompetenti*

 

2.2

Indirizz tal-awtorità kompetenti*

L-indirizz postali kif definit min-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

2.3

Indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti*

 

2.4

Numru telefoniku tal-awtorità kompetenti*

 

2.5

Kummenti

Il-kummenti li l-utent jista’ jkun jixtieq iżid fir-rigward tal-awtorità kompetenti li tirrapporta.

3

Informazzjoni meta l-istabbiliment Seveso ikun parti minn “Sit ta’ produzzjoni” (2) jew jikkoinċidi miegħu.

Tip

Format

3.1

InspireId *

L-identifikatur uniku tas-“sit ta’ produzzjoni” li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

3.2

IdTematiku

L-identifikatur ta’ oġġett tematiku tas-“sit ta’ produzzjoni”.

3.3

Ġeometrija*

Il-latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tas-sit ta’ produzzjoni) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali.

3.4

Isem is-sit ta’ produzzjoni*

Id-denominazzjoni uffiċjali, l-isem proprju jew konvenzjonali tas-sit ta’ produzzjoni.

4

Informazzjoni dwar l-istabbiliment Seveso

Tip

Format

4.1

InspireId *

L-identifikatur uniku tal-istabbiliment (3) li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

4.2

IdTematiku

L-identifikatur ta’ oġġett tematiku tal-faċilità ta’ produzzjoni.

4.3

Livell ta’ stabbiliment Seveso *

L-indikazzjoni dwar jekk huwiex stabbiliment tal-livelli inferjuri jew superjuri skont l-Anness I tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.4

Status*

L-istatus operattiv tal-istabbiliment (funzjonali, diżużat, dekummissjonat).

4.5

Isem l-istabbiliment*

Id-denominazzjoni uffiċjali, l-isem proprju jew konvenzjonali tal-istabbiliment.

4.6

Isem il-kumpanija omm

Il-kumpanija omm hija kumpanija li tippossjedi jew tikkontrolla l-kumpanija li topera l-istabbiliment (pereżempju billi jkollha aktar minn 50 % tal-kapital tal-ishma tal-kumpanija jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ azzjonisti jew assoċjati) — ara d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

4.7

Indirizz tal-istabbiliment*

L-indirizz postali tal-istabbiliment kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

4.8

Ġeometrija*

Il-latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tal-istabbiliment) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali.

4.9

Tip ta’ industrija * li tuża l-klassifikazzjoni tan-NACE tal-Eurostat.

(Meta stabbiliment ikun relatat ma’ aktar minn kodiċi NACE wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji)

Kodiċi NACE: NACE huwa l-istandard tal-industrija Ewropew relatat ma’ klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi, u jikkonsisti f’kodiċi b’sitt ċifri. L-utent huwa mistenni li jorbot l-istabbiliment ta’ Seveso ma’ din l-iskema ta’ klassifikazzjoni, b’referenza għall-ewwel erba’ ċifri, barra minn, jew bħala alternattiva għall-kodiċi SPIRS.

4.10

It-tip ta’ industrija li tuża l-kodiċi SPIRS.

Tista’ tintgħażel ukoll kategorija fakultattiva ta’ industrija sekondarja li tiddefinixxi aktar in-natura tal-periklu.

(Meta stabbiliment ikun relatat ma’ aktar minn kodiċi SPIRS wieħed, għandha ssir distinzjoni bejn l-attività primarja u l-attivitajiet sekondarji)

L-utent jista’ jirrapporta l-Kodiċi SPIRS.

It-tip ta’ industrija jrid jiġi indikat skont il-kodiċijiet SPIRS:

(1)

Agrikoltura

(2)

Attivitajiet sportivi u ta’ divertiment (pereżempju rink tas-silġ)

(3)

Attivitajiet tal-minjieri (fdalijiet ta’ skart u l-proċessi fiżikokimiċi)

(4)

Proċessar ta’ metalli

(5)

Proċessar ta’ metalli tal-ħadid (fonderiji, tidwib, eċċ.)

(6)

Proċessar ta’ metalli mhux tal-ħadid (funderiji, tidwib, eċċ.)

(7)

Proċessar ta’ metalli bi proċessi elettrolitiċi jew kimiċi

(8)

Petrokimiċi/Raffinaturi taż-żejt

(9)

Ġenerazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

(10)

Ħżin ta’ fjuwils (inklużi t-tisħin, il-bejgħ bl-imnut, eċċ.)

(11)

Produzzjoni, distruzzjoni u ħżin ta’ splussivi

(12)

Produzzjoni u ħżin ta’ murtali

(13)

Produzzjoni, ibbottiljar u tqassim fi kwantitajiet kbar tal-LPG

(14)

Ħżin tal-LPG

(15)

Ħżin u distribuzzjoni tal-LNG

(16)

Ħżin u distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut (minbarra l-LPG)

(17)

Produzzjoni u ħżin ta’ pestiċidi, bijoċidi u fungiċidi

(18)

Produzzjoni u ħżin ta’ fertilizzanti

(19)

Produzzjoni ta’ farmaċewtiċi

(20)

Ħżin, trattament u rimi ta’ skart

(21)

Ilma u drenaġġ (ġbir, provvista u trattament)

(22)

Installazzjonijiet kimiċi

(23)

Produzzjoni kimiċi organiċi bażiċi

(24)

Manifattura tal-plastik u tal-lasktu

(25)

Produzzjoni u manifattura ta’ polpa u ta’ karta

(26)

Trattament tal-injam u l-għamara

(27)

Manifattura u trattament tat-tessuti

(28)

Manifattura ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb

(29)

Inġinerija ġenerali, manifattura u armar

(30)

Bini, tkissir u tiswija ta’ vapuri

(31)

Bini u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-inġinerija

(32)

Ċeramika (briks, fuħħar, ħġieġ, siment, eċċ.)

(33)

Manifattura tal-ħġieġ

(34)

Manifattura ta’ siment, ta’ ġir u ta’ ġibs

(35)

Elettroniċi u inġinerija elettrika

(36)

Ċentri għall-immaniġġjar u l-ġarr (portijiet, ajruporti, parkeġġi għat-trakkijiet, wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji, eċċ.)

(37)

Industrija medika, riċerka u edukazzjoni (inklużi l-isptarijiet, l-universitajiet, eċċ.)

(38)

Manifattura ta’ kimiċi ġenerali (mhux speċifikat mod ieħor fil-lista)

(39)

Attività oħra (mhux speċifikat mod ieħor fil-lista)

Attivitajiet sekondarji;

(40)

Produzzjoni, ħżin u mmaniġġjar tal-Bijogass

(41)

Produzzjoni, ħżin u mmaniġġjar ta’ gass tekniku (l-aktar komuni jista’ jiġi elenkat, bħal Ossiġenu, Kloru, Ammonijaka, Fosġen, Aċetilen, eċċ.)

(42)

Produzzjoni, ħżin u mmaniġġjar tal-Idroġenu

(43)

Produzzjoni, ħżin, mmaniġġjar tas-Sodju

(44)

Produzzjoni, ħżin, mmaniġġjar tal-Litju

(45)

Produzzjoni, ħżin u mmaniġġjar tal-Potassju

4.11

Link għas-sit web b’informazzjoni għall-popolazzjoni *

L-indirizz tas-sit web fejn tista’ tinstab l-informazzjoni prevista mill-Art. 14 (Informazzjoni lill-pubbliku) tad-Direttiva 2012/18/UE.

4.12

Link għas-sit web ġeneriku

 

4.13

Data tal-aħħar spezzjoni (5)

 

4.14

Link għall-aħħar konklużjonijiet tal-ispezzjoni

 

4.15

Kummenti

 

5.

Sustanzi tal-istabbiliment

Tip

Format

5.1

 

Sustanz(a/i)

L-isem komuni jew isem ġeneriku jew klassifikazzjoni tal-periklu.

5.2

 

Numru CAS

In-Numru tar-Reġistru CAS huwa identifikatur numeriku uniku, huwa magħżul għal sustanza waħda biss, ma għandux sinifikat kimiku u huwa ħolqa għal minjiera ta’ informazzjoni dwar sustanza kimika speċifika. Dan jista’ jkun fih sa għaxar ċifri, maqsuma permezz ta’ sing fi tliet partijiet. (http://www.cas.org/content/chemical-substances)

5.3

 

Kwantita(jiet)

L-ammont ta’ kull sustanza perikoluża f’tunnellati li jwassal għall-istatus ta’ Seveso.

5.4

 

Proprjetajiet fiżiċi

Il-kundizzjonijiet tal-ħżin li fihom tinżamm is-sustanza, bħall-istat (solidu, likwidu, gass), il-granularità (trab, gerbub, eċċ.), il-pressjoni, it-temperatura, eċċ.

5.5

 

Kummenti dwar is-sustanzi

 


(1)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(2)  Is-“Sit ta’ Produzzjoni” kif definit fl-Anness IV, il-punt 8.2.4, tar-Regolament (UE) Nru 1253/2013: “l-art kollha f’lokalità ġeografika distinta fejn kienet lokalizzata, hija lokalizzata jew huwa maħsub li tiġi lokalizzata l-faċilità ta’ produzzjoni. Dan jinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u kopert mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jew mid-Direttiva 2012/18/UE.

(3)  Għall-fini tar-rapportar f’din id-Deċiżjoni, “stabbiliment” hija ekwivalenti għal “faċilità ta’ produzzjoni” kif definit fl-Anness IV, il-punt 8.2.1, tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

(4)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(5)  Kif definit fl-Artikolu 3(19) tad-Direttiva 2012/18/UE.


20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1980

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 li tistabbilixxi l-Portal InvestEU u tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626 (2) li tistabbilixxi l-Portal InvestEU jenħtieġ li tiġi emendata sabiex il-proġetti mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) ikunu jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-Portal InvestEU.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 jenħtieġ li tiġi emendata wkoll sabiex tiġi ċċarata l-maturità tal-proġetti li huma eliġibbli biex jiġu ppubblikati fuq il-Portal InvestEU,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

il-proġett għandu jkun fl-Unjoni, fi Stat tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma’ Stat Membru kif stabbilit fl-Anness II tat-Trattat. Fil-każ ta’ proġett transfruntier, il-parti prinċipali tal-implimentazzjoni tal-proġett għandha sseħħ fl-Unjoni, fl-Istati tal-EFTA jew f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma’ Stat Membru kif stabbilit fl-Anness II tat-Trattat;”;

(2)

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

l-implimentazzjoni tal-proġett diġà bdiet jew hija mistennija li tibda fi żmien tliet snin mid-data tas-sottomissjoni fil-Portal InvestEU;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626 tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-Portal InvestEU u tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 183).


20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/22


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1981 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Ottubru 2022

dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti (BĊE/2022/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 6(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-servizzi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) huma pprovduti lill-banek ċentrali fi ħdan is-SEBĊ biex jappoġġaw indirettament it-twettiq tal-kompiti tagħhom. Is-servizzi tas-SEBĊ huma żviluppati, immexxija u miżmuma minn bank ċentrali wieħed jew aktar (minn issa ’l quddiem il-‘banek ċentrali li jipprovdu’) u mmexxija minn Kumitat tas-SEBĊ. Is-servizzi tas-SEBĊ huma ffinanzjati minn banek ċentrali parteċipanti (minn issa ’l quddiem il-‘banek ċentrali parteċipanti’), li l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom huma definiti f’pakketti finanzjarji approvati mill-Kunsill Governattiv. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-banek ċentrali parteċipanti huma stabbiliti fl-atti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif inhu l-każ għall-infrastruttura tal-infrastruttura pubblika ewlenija tas-SEBĊ (SEBĊ-PKI), u/jew fi ftehimiet bejn il-banek ċentrali parteċipanti.

(2)

Huwa neċessarju għall-funzjonament bla xkiel, effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) fi ħdan l-MSU jkunu jinkludu arranġamenti għall-użu mill-ANK ta’ servizzi tas-SEBĊ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(3)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/34) (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ xulxin sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(4)

Is-servizzi tas-SEBĊ li jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu definiti b’referenza għal-listi eżawrjenti ta’ (a) servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom ikunu meħtieġa jużaw fit-twettiq tal-kompiti tal-MSU tagħhom biex jiżguraw l-effiċjenza u l-konsistenza fil-funzjonament tal-MSU u (b) is-servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jużaw fuq bażi volontarja għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tal-MSU tagħhom.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ meta jwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, filwaqt li jqisu li l-awtoritajiet kompetenti mhumiex parti mill-qafas ta’ governanza tas-SEBĊ. B’mod partikolari, tali awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizzi tas-SEBĊ ikkonċernati skont qafas ta’ rimborż definit, li għandu jkun ibbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost. Awtoritajiet kompetenti m’għandhomx għalfejn jissottomettu dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni fir-rigward tas-servizzi tas-SEBĊ li huma meħtieġa jużaw, imma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar tali servizzi kif stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘awtorità kompetenti’ tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

(2)

‘awtorità nazzjonali kompetenti’ (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi ukoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;

(3)

‘Servizzi tas-SEBĊ’ tfisser waħda jew aktar mill-applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi, bażijiet tad-data u servizzi elenkati fl-Anness I u l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(4)

‘bank ċentrali li jipprovdi’ tfisser bank ċentrali li jiżviluppa, imexxi u jżomm servizz tas-SEBĊ.

Artikolu 2

L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-servizzi tas-SEBĊ elenkati fl-Anness I għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-servizzi tas-SEBĊ elenkati fl-Anness II għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jiddeċidew li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ stabbiliti fl-Anness II għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni lill-Kunsill Governattiv li biha jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom u jaċċettaw il-konformità mal-obbligi relatati, inkluż l-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom direttament lill-bank ċentrali li jipprovdi skont l-Artikolu 3.

4.   L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, inklużi l-ftehimiet bejn il-banek ċentrali parteċipanti u dawk li jipprovdu. Il-ftehimiet bejn il-partijiet jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet kuntrattwali diretti bejn il-banek ċentrali li jipprovdu u l-awtoritajiet kompetenti.

5.   Meta jużaw is-servizzi elenkati fl-Anness I l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 3

Arranġamenti finanzjarji

L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizz rispettiv tas-SEBĊ skont qafas ta’ rimborż definit, li huwa bbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost, kif speċifikat aktar fil-pakketti finanzjarji rispettivi skont ir-regoli applikabbli għar-rimborż.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2022/1982 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (ara paġna 29 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jużaw

CoreNet3

Enterprise Service Bus (ESB)

Identity and Access Management Service (IAM)


ANNESS II

Servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw

ESCB Teleconference System

Secure ESCB Email (SEE)

ESCB public key infrastructure (ESCB PKI)

ESCB Performing Survey Initiative LimeSurvey-based Solution (EPSILON)

ENTM Modelling tool and repository (ENTM)


ANNESS III

Rekwiżiti għas-servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jużaw

(1)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti u jassumu r-responsabbiltajiet li jikkorrispondu għar-rwol tagħhom fis-servizz tas-SEBĊ rilevanti.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw is-sistemi interni u l-interfaċċi tagħhom biex joperaw mingħajr xkiel mas-servizz tas-SEBĊ.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ kwalunkwe azzjoni deliberata jew negliġenti u/jew ommissjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħhom. Il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà stabbiliti fil-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3 se japplikaw kif xieraq.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti se jerfgħu l-oneru tal-prova li juru li ma kisrux id-dmir tagħhom ta’ diliġenza raġonevoli fit-twettiq tal-obbligi tagħhom, inkluż fl-operat tal-faċilitajiet tekniċi.

(5)

L-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar minn awtorità kompetenti lil partijiet terzi se jkunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ dik l-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissottokuntrattaw biss lil parti terza kompiti li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness sal-punt li jkunu kisbu l-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub (jew kunsens preżunt kif previst fil-paragrafu (6)) tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew tal-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ. Ma jkun meħtieġ l-ebda kunsens bħal dan jekk il-parti terza tkun affiljata konġunta tal-awtorità kompetenti rilevanti u jekk id-drittijiet u l-obbligi ta’ dik l-awtorità kompetenti jibqgħu materjalment l-istess.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż raġonevoli minn qabel ta’ kwalunkwe esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar ippjanat kif imsemmi fil-paragrafu 5 u għandhom jipprovdu dettalji tar-rekwiżiti li huma proposti li japplikaw għal tali esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar.

Il-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba għal kunsens skont il-paragrafu 5 fi żmien xahrejn minn meta jiġi nnotifikat dwar l-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar ippjanat. Kwalunkwe rifjut għall-għoti ta’ kunsens għandu jkun akkumpanjat bir-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, hija tista’ tinnotifika mill-ġdid lill-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti bit-talba tagħha. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, ikollhom xahar ieħor li fih jirrispondu għat-tieni notifika. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti titqies li tkun irċeviet il-kunsens biex tipproċedi bl-esternalizzazzjoni, bid-delega jew bis-sottokuntrattar.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kunfidenzjali kull informazzjoni u għarfien sensittiv, sigriet jew kunfidenzjali (kemm jekk tali informazzjoni tkun ta’ natura kummerċjali, finanzjarja, regolatorja, teknika jew ta’ natura oħra) li tkun immarkata bħala tali u tappartjeni għall-bank ċentrali li jipprovdi u/jew lil banek ċentrali oħrajn tas-SEBĊ/Eurosistema, u ma jistgħux jiżvelaw tali informazzjoni lil xi parti terza mingħajr il-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub tal-bank/banek ċentrali kkonċernat/i.

(8)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni jew l-għarfien imsemmi fil-paragrafu 7 għall-persunal tekniku rilevanti tagħhom, u tali aċċess jista’ jiġi eżerċitat biss f’każijiet ta’ ħtieġa operattiva ċara.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali informazzjoni kunfidenzjali jew għarfien minn persuni għajr il-persunal tekniku rilevanti.

(10)

Fil-każ eċċezzjonali li l-użu tas-servizz tas-SEBĊ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, għandhom jiddeterminaw l-għanijiet li għalihom u l-mezzi li bihom tista’ tiġi pproċessata d-data personali. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, l-awtorità kompetenti u l-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, għandhom ifittxu li jikkonkludu kuntratt li jiċċara l-aspetti neċessarji tar-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur.

L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara lill-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data, jekk dan ikun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-ipproċessar tagħha ta’ data personali, l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.

(11)

L-aċċess għad-data personali jista’ jingħata biss lil dawk li jkollhom bżonn li jkunu jafu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/29


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1982 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Ottubru 2022

dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (BĊE/2022/34)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127 u l-Artikolu 132(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikoli 3.1 u 12.3, u l-Artikolu 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huma pprovduti lill-banek ċentrali fi ħdan is-SEBĊ biex jappoġġaw indirettament it-twettiq tal-kompiti tagħhom. Is-servizzi tas-SEBĊ huma żviluppati, immexxija u miżmuma minn bank ċentrali wieħed jew aktar (minn hawn ’il quddiem il-“banek ċentrali li jipprovdu”) u mmexxija minn Kumitat tas-SEBĊ (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema”). Is-servizzi tas-SEBĊ huma ffinanzjati minn banek ċentrali parteċipanti tas-SEBĊ (minn hawn ’il quddiem il-”banek ċentrali parteċipanti’), li l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom huma definiti f’pakketti finanzjarji approvati mill-Kunsill Governattiv. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-banek ċentrali parteċipanti huma stabbiliti fl-atti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif inhu l-każ għall-infrastruttura pubblika ewlenija tas-SEBĊ (SEBĊ-PKI), u/jew fi ftehimiet bejn il-banek ċentrali parteċipanti.

(2)

L-oqfsa legali għall-għoti ta’ ċerti servizzi tas-SEBĊ bħalissa ma jipprevedux għall-użu tagħhom minn partijiet li mhumiex banek ċentrali fi ħdan is-SEBĊ.

(3)

Il-Kunsill Governattiv iqis li huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jużaw dawn is-servizzi għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ xulxin, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1) abbażi tal-Artikolu 127(6) tat-Trattat.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għal dawn il-finijiet għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, waqt li jqisu li l-awtoritajiet kompetenti mhumiex parti mill-qafas ta’ governanza tas-SEBĊ. B’mod partikolari, tali awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizzi skont qafas ta’ rimborż definit, li għandu jkun ibbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost.

(5)

Il-Kunsill Governattiv iqis ukoll li huwa xieraq li l-awtoritajiet li jikkooperaw jitħallew jużaw dawn is-servizzi għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ jew mal-MSU fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, inklużi l-kompiti tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(6)

L-awtoritajiet li jikkooperaw li jiddeċiedu li jużaw dawn is-servizzi għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, filwaqt li jitqies li l-awtoritajiet li jikkooperaw mhumiex parti mill-qafas ta’ governanza tas-SEBĊ. Fejn rilevanti, awtoritajiet li jikkooperaw għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizzi skont qafas ta’ rimborż definit, li għandu jkun ibbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost.

(7)

Għalhekk, is-servizzi tas-SEBĊ li għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet li jikkooperaw għandhom jiġu definiti b’referenza għal lista eżawrjenti li tinkludi s-servizzi tas-SEBĊ li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jużaw, kif ukoll dawk li jistgħu jużaw.

(8)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) għandha tiġi emendata biex tippermetti lill-awtoritajiet li jikkooperaw jużaw is-servizzi tas-SEBĊ-PKI sabiex jaċċessaw u jużaw is-servizzi tas-SEBĊ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtorità kompetenti” tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

(2)

“awtorità nazzjonali kompetenti” (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi wkoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, il-banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;

(3)

“awtorità kompetenti parteċipanti” tfisser awtorità kompetenti li tuża s-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, sabiex twettaq il-kompiti tagħha fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(4)

“awtorità li tikkopera” tfisser awtorità pubblika, minbarra bank ċentrali fi ħdan is-SEBĊ jew awtorità kompetenti, li magħha s-SEBĊ jew il-MSU jikkooperaw fit-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(5)

“servizzi tas-SEBĊ” tfisser waħda jew aktar mill-applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi, bażijiet tad-data u servizzi elenkati fl-Anness I;

(6)

“bank ċentrali li jipprovdi” tfisser bank ċentrali li jiżviluppa, imexxi u jżomm servizz tas-SEBĊ;

(7)

“Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema” tfisser Kumitat tas-SEBĊ li jmexxi servizz tas-SEBĊ.

Artikolu 2

L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ xulxin sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

2.   L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni lill-Kunsill Governattiv li biha jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom u jaċċettaw il-konformità mal-obbligi relatati, inkluż l-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom direttament lill-bank ċentrali li jipprovdi skont l-Artikolu 4. L-ebda dikjarazzjoni bħal din m’għandha tkun meħtieġa jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-servizzi tas-SEBĊ.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, inklużi l-ftehimiet bejn il-banek ċentrali parteċipanti u dawk li jipprovdu. Il-ftehimiet bejn il-partijiet jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet kuntrattwali diretti bejn il-banek ċentrali li jipprovdu u l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-ANK li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema rispettiv bħala osservaturi f’kapaċità ta’ konsulenza. Il-Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema għandu jiżgura li l-fehmiet tal-ANK ikunu riflessi biżżejjed fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Artikolu 3

L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ mill-awtoritajiet li jikkooperaw

1.   Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, awtorità li tikkoopera tista’ tuża s-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ jew l-MSU fit-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u l-kompiti tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

2.   L-awtoritajiet li jikkooperaw li jiddeċiedu li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni lill-Kunsill Governattiv li biha jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom u jaċċettaw il-konformità mal-obbligi relatati, stabbiliti fl-Anness II, inkluż l-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom direttament lill-bank ċentrali li jipprovdi skont l-Artikolu 4.

3.   L-awtoritajiet li jikkooperaw li jiddeċiedu li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ għandhom jikkonformaw mal-qafas legali li jirregola kull servizz tas-SEBĊ, inklużi l-ftehimiet bejn il-banek ċentrali parteċipanti u dawk li jipprovdu. Il-ftehimiet bejn il-partijiet jistgħu jistabbilixxu relazzjoni kuntrattwali diretta bejn il-banek ċentrali li jipprovdu u l-awtoritajiet li jikkooperaw. L-awtoritajiet li jikkooperaw ma għandhomx jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat tal-Proprjetarju tas-Sistema rispettiv.

Artikolu 4

Arranġamenti finanzjarji

Banek ċentrali li jipparteċipaw u awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizz tas-SEBĊ rispettiv skont qafas ta’ rimborż definit, li huwa bbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost, kif speċifikat aktar fil-pakketti finanzjarji rispettivi skont ir-regoli applikabbli għar-rimborż. Fejn rilevanti, l-awtoritajiet li jikkooperaw għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż tas-servizz tas-SEBĊ rispettiv skont qafas speċifiku ta’ rimborż.

Artikolu 5

Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2013/1

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, qegħdin jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“19.

‘awtorità kompetenti’ tfisser jew awtorità nazzjonali kompetenti jew il-BĊE;

20.

‘awtorità nazzjonali kompetenti’ (ANK) tfisser awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*1) u, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tinkludi wkoll, fir-rigward tal-kompiti superviżorji assenjati lilhom, il-banek ċentrali nazzjonali li ġew assenjati ċerti kompiti superviżorji skont il-liġi nazzjonali u li mhumiex maħtura bħala ANK;

21.

‘awtorità li tikkopera’ tfisser awtorità pubblika, minbarra bank ċentrali fi ħdan is-SEBĊ jew awtorità kompetenti, li magħha s-SEBĊ jew il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jikkoopera fit-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

22.

‘awtorità kompetenti parteċipanti’ tfisser awtorità kompetenti li tuża s-servizzi tas-SEBĊ għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, sabiex twettaq il-kompiti tagħha fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(*1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

L-użu tas-servizzi tas-SEBĊ-PKI mill-awtoritajiet li jikkooperaw

1.   Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, awtorità li tikkoopera tista’ tuża s-servizzi tas-SEBĊ-PKI sabiex taċċessa u tuża applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi, bażijiet ta’ data u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ jew mal-MSU u tista’ taġixxi għal dak il-għan bħala awtorità ta’ reġistrazzjoni għall-utenti interni tagħha.

2.   L-awtoritajiet li jikkooperaw li jiddeċiedu li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ-PKI għandhom jissottomettu dikjarazzjoni lill-Kunsill Governattiv li biha jikkonfermaw l-użu tagħhom tas-servizzi u jaċċettaw il-konformità mal-obbligi relatati.

3.   L-awtoritajiet li jikkooperaw li jiddeċiedu li jużaw is-servizzi tas-SEBĊ-PKI għandhom jikkonformaw mal-qafas legali applikabbli, inkluż il-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3.”;

(3)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

Banek ċentrali li jipparteċipaw u awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-operat tas-servizzi tas-SEBĊ-PKI skont qafas ta’ rimborż definit, li huwa bbażat fuq skema tal-allokazzjoni tal-kost, kif speċifikat aktar fil-pakketti finanzjarji tas-SEBĊ-PKI skont ir-regoli applikabbli għar-rimborż. L-awtoritajiet li jikkooperaw għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż skont qafas speċifiku ta’ rimborż.”.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Jannar 2013 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (ĠU L 74, 16.3.2013, p. 30).


ANNESS I

Servizzi tas-SEBĊ li għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet li jikkooperaw

CoreNet3

Enterprise Service Bus (ESB)

ESCB Public Key Infrastructure (ESCB PKI)

Identity and Access Management Service (IAM)

Secure ESCB Email (SEE)

ESCB Teleconference System

ESCB Performing Survey Initiative LimeSurvey-based Solution (EPSILON)

ENTM modelling tool and repository (ENTM)


ANNESS II

Rekwiżiti għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tas-servizzi tas-SEBĊ

(1)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti u jassumu r-responsabbiltajiet li jikkorrispondu mar-rwol tagħhom fis-servizz tas-SEBĊ rilevanti.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw is-sistemi interni u l-interfaċċi tagħhom biex joperaw mingħajr xkiel mas-servizz tas-SEBĊ.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ kwalunkwe azzjoni deliberata jew negliġenti u/jew ommissjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħhom. Il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà stabbiliti fil-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3 se japplikaw kif xieraq.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti se jerfgħu l-oneru tal-prova li juru li ma kisrux id-dmir tagħhom ta’ diliġenza raġonevoli fit-twettiq tal-obbligi tagħhom, inkluż fl-operat tal-faċilitajiet tekniċi.

(5)

L-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar minn awtorità kompetenti lil partijiet terzi se jkunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ dik l-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissottokuntrattaw biss lil parti terza kompiti li għandhom jew jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness sal-punt li jkunu kisbu l-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub (jew kunsens preżunt kif previst fil-paragrafu (6)) tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew tal-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ. Ma jkun meħtieġ l-ebda kunsens bħal dan jekk il-parti terza tkun affiljata konġunta tal-awtorità kompetenti rilevanti u jekk id-drittijiet u l-obbligi ta’ dik l-awtorità kompetenti jibqgħu materjalment l-istess.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż raġonevoli minn qabel ta’ kwalunkwe esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar ippjanat kif imsemmi fil-paragrafu 5 u għandhom jipprovdu dettalji tar-rekwiżiti li huma proposti li japplikaw għal tali esternalizzazzjoni, delega jew sottokuntrattar.

Il-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba għal kunsens skont il-paragrafu 5 fi żmien xahrejn minn meta jiġi nnotifikat bl-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar ippjanat. Kwalunkwe rifjut għall-għoti ta’ kunsens għandu jkun akkumpanjat bir-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien l-iskadenza ta’ xahrejn, hija tista’ tinnotifika mill-ġdid lill-Kumitat tas-SEBĊ kompetenti bit-talba tagħha. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, ikollhom xahar ieħor li fih jirrispondu għat-tieni notifika. Jekk ma jkun hemm tweġiba f’dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti titqies li tkun irċeviet il-kunsens biex tipproċedi bl-esternalizzazzjoni, id-delega jew is-sottokuntrattar.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kunfidenzjali kull informazzjoni u għarfien sensittiv, sigriet jew kunfidenzjali (kemm jekk tali informazzjoni tkun ta’ natura kummerċjali, finanzjarja, regolatorja, teknika jew ta’ natura oħra) li tkun mmarkata bħala tali u li tappartjeni għall-bank ċentrali li jipprovdi u/jew lil banek ċentrali oħra tas-SEBĊ/Eurosistema, u ma jistgħux jiżvelaw tali informazzjoni lil xi parti terza mingħajr il-kunsens espliċitu, minn qabel u bil-miktub tal-bank/banek ċentrali kkonċernat/i.

(8)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni jew l-għarfien imsemmi fil-paragrafu 7 għall-persunal tekniku rilevanti tagħhom, u tali aċċess jista’ jiġi eżerċitat biss f’każijiet ta’ ħtieġa operattiva ċara.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali informazzjoni kunfidenzjali jew għarfien minn persuni għajr il-persunal tekniku rilevanti.

(10)

Fil-każ eċċezzjonali li l-użu tas-servizz tas-SEBĊ jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, għandhom jiddeterminaw l-għanijiet li għalihom u l-mezzi li bihom tista’ tiġi pproċessata d-data personali. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, l-awtorità kompetenti u l-banek ċentrali tal-Eurosistema, jew il-banek ċentrali tas-SEBĊ, skont il-każ, għandhom ifittxu li jikkonkludu kuntratt li jiċċara l-aspetti neċessarji tar-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur.

L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara lill-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data, jekk dan ikun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-ipproċessar tagħha ta’ data personali, l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.

(11)

L-aċċess għad-data personali jista’ jingħata biss lil dawk li jkollhom bżonn li jkunu jafu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-servizz rilevanti tas-SEBĊ.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/36


DEĊIŻJONI Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC

tad-29 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu [2022/1983]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 15(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Ukrajna wriet ix-xewqa li taderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-25 ta’ Awwissu 2022 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC.

(2)

L-adeżjoni tal-Ukrajna tkun teħtieġ l-adattament rilevanti tad-dokumenti ta’ garanzija u li jiddaħħlu ċerti termini tekniċi bil-lingwa Ukrena.

(3)

Biex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.

(4)

Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun marbut mad-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni.

(5)

Għaldaqstant, il-Konvenzjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (“il-Konvenzjoni”) huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Ukrajna ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1 sa C6 tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni, fil-verżjoni applikabbli fil-jum ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jistgħu jibqgħu jintużaw soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u l-adattamenti dwar l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat, sal-1 ta’ April 2024.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Matthias PETSCHKE


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


ANNESS

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej bejn it-Turkija u l-Irlanda ta’ Fuq:

“UA L-Ukrajna”;

(2)

Fl-Anness B6, it-Titolu III huwa emendat kif ġej:

2.1.

Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata – 99200” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Дiя обмежена”,

2.2.

Fit-tieni parti tat-tabella “Eżoneru – 99201” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Звiльнення”,

2.3.

Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva – 99202” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Альтернативне пiдтвердження”,

2.4.

Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati … (isem u pajjiż) – 99203” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Розбiжностi: митниця, де товари були пред’явленi … (назва i країна)”,

2.5.

Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill- … soġġett għar-restrizzjonijiet jew għall-imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … – 99204” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Вибуття iз … з урахуванням обмежень та зi сплатою зборiв вiдповiдно до Регламенту/Директиви/Рiшення № …”,

2.6.

Fis-seba’ parti tat-tabella “Konsenjatur awtorizzat – 99206”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Авторизований вантажовiдправник”,

2.7.

Fit-tmien parti tat-tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Звiльнено вiд пiдпису”,

2.8.

Fid-disa’ parti tat-tabella “MHUX PERMESSA GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA ЗАГАЛЬНА ГАРАНТIЯ ЗАБОРОНЕНА”,

2.9.

Fl-10 parti tat-tabella “UŻU MHUX RISTRETT – 99209”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA ВИКОРИСТАННЯ БЕЗ ОБМЕЖЕНЬ”,

2.10.

Fil-11-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Видано згодом”,

2.11.

Fit-12-il parti tat-tabella “Diversi – 99211”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Рiзне”,

2.12

Fit-13-il parti tat-tabella “Bil-kwantità – 99212”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Навалювальний вантаж”,

2.13.

Fl-14-il parti tat-tabella “Konsenjatur – 99213”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:

“-

UA Вантажовiдправник”;

(3)

L-Anness C1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS C1

IMPENN MILL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   

Impenn mill-garanti

1.   

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (5), kull ammont li għalih il-persuna li qed tipprovdi din il-garanzija (6):

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra (7) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn taħt u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):

Deskrizzjoni tal-oġġetti

2.   

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa jew hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun twettqet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

B’talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi … nhar …

(Firma) (10)

II.   

Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar … biex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja

Nru … ta’ …

… (11)

(Timbru u Firma)

”;

(4)

L-Anness C2 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS C2

IMPENN MILL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I.   

Impenn mill-garanti

1.   

Is-sottoskritt (12)

residenti fi (13)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (14), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (15), kull ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħdav fil-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni ta’ tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa EUR 10 000 għal kull vawċer.

2.   

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jagħmel differiment tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull kupun ta’ garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux li, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, il-proċedura ġiet rilaxxata.

B’talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (16) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) (17)

II.   

Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

”.

(5)

L-Anness C4 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS C4

IMPENN MILL-GARANTI – GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   

Impenn mill-garanti

1.   

Is-sottoskritt (18)

residenti fi (19)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (20) (21), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (22), kull ammont li għalih il-persuna li qed tipprovdi din il-garanzija (23)

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra (24) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjoni doganali indikata fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:

(a)

li jkun 100/50/30% (25) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għat-total tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30% (25) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għat-total tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.   

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt (26):

(a)

ħażna temporanja - …,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni ta’ tranżitu - …,

(c)

proċedura tal-ħażna doganali - …,

(d)

proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv - …,

(f)

proċedura tal-użu aħħari - …,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….

1b.   

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħra li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt (26):

(a)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit - ...,

(b)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - ...,

(c)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(d)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(e)

proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,

(f)

proċedura tal-użu aħħari - … (27) ,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….

2.   

Is-sottoskritt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

B’talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.

3.   

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (28) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) (29)

II.   

Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-

(Timbru u Firma)

”;

(6)

Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.

(7)

Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.


(1)  Kunjom u isem jew isem l-impriża.

(2)  Indirizz sħiħ.

(3)  Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri lill-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)  Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħra dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed.

(8)  Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a)

ħażna temporanja,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni ta’ tranżitu,

(c)

proċedura ta’ ħażna doganali,

(d)

proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv,

(f)

proċedura tal-użu aħħari,

(g)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,

(h)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,

(i)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k)

proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(l)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.

(9)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(10)  Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem)

(11)  Trid timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f’ħażna temporanja.

(12)  Kunjom u isem jew isem l-impriża.

(13)  Indirizz sħiħ.

(14)  Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri lill-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(15)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(16)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(17)  Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija

(18)  Kunjom u isem, jew isem l-impriża.

(19)  Indirizz sħiħ.

(20)  Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri lill-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(21)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(22)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(23)  Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(24)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(25)  Ħassar dak li ma japplikax.

(26)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(27)  Għal ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(28)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(29)  Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/47


L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA DEĊIŻJONI DELEGATA Nru 049/22/COL

tad-9 ta’ Frar 2022

li jingħataw tliet derogi mitluba mill-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-rigward tal-Artikolu 30, l-Artikolu 36(2) u l-Punt 1.1.3.6.3. l-ittra b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta’ Marzu 1998 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq ibbażata fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi [2022/1984]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 13c fil-Kapitolu I tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE,

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (“id-Direttiva”),

kif emendata u kif adattata għall-Ftehim ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tiegħu u b’kunsiderazzjoni tal-Artikoli 5(2)(d) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-Artikoli 1(1)(c), 1(2) u l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tiegħu, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva,

Wara li kkunsidrat d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 3/12/SC u 4/12/SC,

Billi:

1.   PROĊEDURA

Il-Gvern tal-Liechtenstein, b’ittra lill-Awtorità tal-20 ta’ Diċembru 2013, (1) għamel rikjesta għal erba’ derogi fuq il-bażi tal-Artikoli 6(2)(a) tad-Direttiva. Id-derogi kif mitluba mil-Liechtenstein ġew stabbiliti fl-Artikolu 29, l-Artikolu 30, l-Artikolu 36 u fl-Anness 5 tal-Ordinanza tat-3 ta’ Marzu 1998 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (LR 741.621, kif emendata l-aħħar) (2) (“l-Ordinanza”).

Biex tgħinha f’din il-valutazzjoni, l-Awtorità kkummissjonat lil DNV GL AS (“DNV”) biex tivvaluta jekk id-derogi mitluba jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva, b’enfasi fuq kwalunkwe riskju potenzjali jew reali li jirriżulta mid-derogi, jekk id-derogi jwasslux għal inqas sikurezza, aktar jew ugwali, u fuq l-identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli (3).

Wara li vvalutat id-derogi mitluba mil-Liechtenstein, l-Awtorità kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 30, l-Artikolu 36 fl-Anness 5 tal-Ordinanza biss jikkwalifikaw bħala derogi skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva, filwaqt li l-Artikolu 29 tal-Ordinanza, dwar l-isplussivi f’pakketti tat-trasport li jkunu nfetħu, ma jikkwalifikax bħala deroga.

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 30/15/COL, li tawtorizza derogi għat-tliet dispożizzjonijiet kwalifikanti. Din l-awtorizzazzjoni kienet valida għal perjodu ta’ sitt snin mis-27 ta’ Jannar 2015.

Permezz ta’ ittra datata t-8 ta’ Marzu 2021 (4), il-Gvern tal-Liechtenstein talab awtorizzazzjoni għal derogi skont l-Ordinanza, li huma stabbiliti fl-Artikolu 30, l-Artikolu 36, il-paragrafu 2 u l-Kapitolu 1.1.3.6, il-punt b tal-Anness 5 tal-Ordinanza u jikkorrispondu għad-deroga awtorizzata mill-Awtorità bid-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 30/15/COL. Id-derogi jikkonċernaw it-trasport ta’ splussivi, l-impriżi li jispezzjonaw it-tankijiet, it-taħriġ speċjali tas-sewwieqa u t-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni, rispettivament.

Skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva, jekk Stat taż-ŻEE-EFTA jitlob estensjoni ta’ deroga awtorizzata, l-Awtorità għandha tirrevedi t-talba. Jekk ma tkun ġiet adottata l-ebda emenda tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tal-Anness II, it-Taqsima II.1, jew tal-Anness III, it-Taqsima III.1, li taffettwa s-suġġett tad-deroga, l-Awtorità, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), għandha ġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt snin mid-data tal-awtorizzazzjoni, liema perjodu għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni.

Peress li t-talba mil-Liechtenstein tressqet wara d-data ta’ skadenza msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 30/15/COL, l-Artikolu 6(4) mhuwiex applikabbli anki jekk it-talba tkun identika fis-sustanza għal dik awtorizzata mill-Awtorità b’dik id-Deċiżjoni. It-talba għandha għalhekk tiġi evalwata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva. Madankollu, l-informazzjoni relatata mad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 30/15/COL għadha rilevanti għal din il-valutazzjoni, bħall-valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn DNV.

2.   VALUTAZZJONI

L-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva jistipula li “[m]eta ma tiġix kompromessa s-sikurezza, l-Istati [taż-ŻEE] jistgħu jitolbu derogi mill-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1, għat-trasport fit-territorji tagħhom ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti perikolużi, bl-eċċezzjoni ta’ sustanzi li jkollhom livell medju jew għoli ta’ radjuattività, sakemm il-kundizzjonijiet għal dan it-trasport ma jkunux aktar stretti mill-kundizzjonijiet stipulati f’dawk l-Annessi.”

Skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, id-derogi għandhom ikunu validi għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mid-data tal-awtorizzazzjoni, liema perjodu għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni.

Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva, u kif preskritt aktar fid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 3/2012/SC u 4/2012/SC, l-Awtorità għandha tissottometti abbozz tad-Deċiżjoni li għandu jittieħed lill-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA. Il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 3/2012/SC.

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq għandu jiġi awtorizzat “soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1, u l-Anness III, it-Taqsima III.1”.

L-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva fih dispożizzjonijiet dwar l-applikabbiltà tal-Annessi A u B tal-ADR (5).

L-Anness A huwa maqsum f’seba’ partijiet. Il-Parti 1 fiha dispożizzjonijiet ġenerali, filwaqt li l-parti 2 u l-parti 3 jikklassifikaw u jelenkaw oġġetti perikolużi. Il-parti 4 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-imballaġġ u l-użu ta’ tankijiet portabbli, il-parti 5 tistabbilixxi l-proċeduri ta’ konsenja, il-parti 6 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, u l-parti 7 tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġjar.

L-Anness B, il-parti 8 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ekwipaġġi, it-tagħmir, it-tħaddim u d-dokumentazzjoni tal-vetturi, u l-parti 9 tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi.

Id-derogi mitluba huma identiċi għal dawk awtorizzati mill-Awtorità fl-2015. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ mitigazzjoni implimentati mil-Liechtenstein għadhom fis-seħħ. L-awtorità, għalhekk, tikkonkludi li d-derogi jistgħu jiġu vvalutati b’mod suffiċjenti abbażi tal-informazzjoni ppreżentata fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 30/15/COL, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn DNV.

2.1.   L-Artikolu 30 tal-VTGGS

Fl-ittra tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021, il-Gvern tal-Liechtenstein iddeskriva d-deroga bil-mod li ġej:

 

L-Artikolu 30, il-para. 1, il-punt b tal-VTGGS jippermetti devjazzjoni fir-rigward tat-tikkettar tat-trasportatur. It-tikketti oranġjo fuq quddiem u fuq wara tat-trasportatur għandhom jikkorrispondu mal-Kapitolu 5.3.2.1.1 tal-ADR, iżda m’għandhomx għalfejn ikollhom in-numru ta’ identifikazzjoni tal-periklu.

 

L-Artikolu 30, il-para. 1, il-punt c tal-VTGGS jeżonera lis-sewwieq mir-rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali previsti mill-Kapitolu 8.2 tal-ADR. Is-sewwieq, madankollu, jeħtieġ li jkun fil-pussess tat-taħriġ għall-impriżi ta’ spezzjoni tat-tankijiet. Dan it-taħriġ huwa pprovdut mis-CITEC (l-Assoċjazzjoni Żvizzera għall-protezzjoni tal-ilmijiet u s-sigurtà tat-tankijiet) u jikkonsisti f’kors ta’ tliet ġimgħat u kors ġdid kull ħames snin, li fihom ix-xufiera jkunu mħarrġa fl-aspetti rilevanti kollha tas-sigurtà u l-ambjent fir-rigward tat-tindif, l-ispezzjoni u t-tiswija tat-tankijiet. Dan iwassal għaċ-Ċertifikat ta’ Speċjalista Federali fis-Sigurtà tat-Tankijiet (6).

 

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 30, il-para. 2 tal-VTGGS jipprevedi li t-tank u t-trasportatur tiegħu huma eżentati mill-kostruzzjoni, it-tagħmir u r-rekwiżiti ta’ kontroll previsti fil-Kapitoli 4.3, 4.4, 6.8, 6.9 u 9.1 tal-ADR.

Fir-rapport tagħha, d-DNV ivvalutat jekk ir-riskju jiżdiedx wara aċċidenti li jistgħu jseħħu matul it-trasport fit-toroq pubbliċi, bħal fil-każ ta’ kolliżjoni, sewqan off-road u l-iżlugar tat-tagħbija. Id-DNV waslet għall-konklużjoni li r-riskju ma jiżdiedx f’dawn is-sitwazzjonijiet sakemm is-sewwieqa jkollhom it-taħriġ speċifiku tas-CITEC.

2.2.   Artikolu 36, il-para. 2 tal-VTGGS

Fl-ittra tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021, il-Gvern tal-Liechtenstein iddeskriva d-deroga bil-mod li ġej:

Din id-dispożizzjoni tippermetti t-trasport ta’ oġġetti perikolużi li jappartjenu għall-klassi 1 tal-ADR (sustanzi splussivi u oġġetti splussivi) lil hinn mill-ammont liberu previst fil-Kapitolu 1.1.3.6 tal-ADR. Madankollu, dan huwa permess biss bil-kundizzjoni stretta li s-sewwieq ikollu liċenzja tal-isplussivi (“Sprengausweis”), u b’hekk gawda minn edukazzjoni speċjali mogħtija mill-esperti tal-isplussivi. It-taħriġ li jawtorizza persuna biex tirċievi tali liċenzja huwa taħriġ speċjalizzat għall-persuni li jimmaniġġjaw l-isplussivi, li jmur lil hinn mit-taħriġ tas-soltu dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi u jiżgura standard għoli ta’ sikurezza. Barra minn hekk, dan it-trasport jista’ jsir biss għal splussivi u oġġetti pirotekniċi li għalihom tkun ingħatat il-liċenzja msemmija hawn fuq.

Minħabba dawn ir-raġunijiet, l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 36, il-para. 2 tal-VTGGS ma tikkompromettix is-sikurezza u l-Liechtenstein b’dan jixtieq jitlob deroga skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva.

Fir-rapport tiegħu, id-DNV ikkonkluda li r-riskju bid-deroga fis-seħħ mhux se jiżdied, sakemm il-liċenzja tal-BBT tkun ekwivalenti għat-taħriġ tal-ADR għas-sewwieqa.

2.3.   Kapitolu 1.1.3.6.3. il-punt b tal-Anness 5 tal-VTGGS

Fl-ittra tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021, il-Gvern tal-Liechtenstein iddeskriva d-deroga bil-mod li ġej:

Din id-dispożizzjoni flimkien mal-Kapitolu 6.14 tittratta speċifikament it-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni (“Baustellentanks”), kunċett li l-ADR mhuwiex familjari miegħu.

It-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni huma kontenituri li jintużaw temporanjament fis-siti tal-kostruzzjoni sabiex jagħtu fjuwil lill-magni użati fis-sit. Dawn jikkonsistu f’tank intern u baċin tal-ġbir estern magħluq (ara 6.14.1.1 tal-Anness 5 tal-VTGGS). Dawn jitqiesu bħala l-aktar soluzzjoni sikura għal użu bħal dan.

It-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni b’daqs tal-volum sa 1 210 litri u li jġorru massimu ta’ 1 150 litru jistgħu jiddevjaw minn ċerti regoli tal-ADR, iżda jistgħu jintużaw biss għall-ħżin u t-trasport tal-fjuwil diżil/żejt tat-tisħin UN 1202. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6.8 tal-ADR, ħlief għal 6.8.2.1.3, 6.8.2.1.4 u minn 6.8.2.1.15 sa 6.8.2.1.23. Ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni u tal-ittestjar għal tankijiet bħal dawn huma previsti fil-Kapitolu 6.14.2 u 6.14.3 tal-Anness 5 tal-VTGGS. It-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni huma soġġetti għall-istandardizzazzjoni u l-ittestjar mill-awtorità li hija responsabbli wkoll għall-ittestjar skont l-ADR (l-Ispettorat Żvizzeru għall-oġġetti perikolużi, “Eidgenössisches Gefahrgutinspektorat”). L-Ispettorat jiżgura li jkun hemm konformità mal-karatteristiċi rilevanti kollha tas-sikurezza sabiex jiġi żgurat livell ta’ sikurezza li jkun komparabbli mar-regoli tal-ADR.

Minħabba dawn ir-raġunijiet, l-eċċezzjoni prevista fil-Kapitolu 1.1.3.6.3. il-punt b flimkien ma’ 6.14 tal-Anness 5 VTGGS ma tikkompromettix is-sikurezza.

Fir-rapport tiegħu, id-DNV ivvaluta r-riskju akbar fir-rigward tal-kolliżjoni, is-sewqan off-road u d-diżlokazzjoni tat-tagħbija. Id-DNV waslet għall-konklużjoni li r-riskju żdied bid-deroga, iżda identifikat iż-żewġ miżuri preventivi, jiġifieri (i) il-kontroll/it-testijiet tal-ADR fuq it-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni u (ii) l-użu ta’ tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni b’qoxra doppja.

Kif iddikjarat fit-talba mil-Liechtenstein, it-tankijiet tas-siti tal-kostruzzjoni jikkonsistu f’tank intern u f’baċir tal-ġbir magħluq u li s-sikurezza mhux se tkun kompromessa. Barra minn hekk, il-Liechtenstein iddikjara li “l-eżenzjoni mill-Kapitolu 1.1.3.6.3. il-punt b u l-kapitolu 6.14 tal-Anness 5 VTGGS mhux se tibqa’ meħtieġa mill-2027 ’il quddiem, peress li dawn id-dispożizzjonijiet se jiġu revokati”.

3.   KONKLUŻJONI

Fl-aħħar nett, l-Awtorità tqis li s-sikureżża mhijiex kompromessa bl-għoti ta’ dawn id-derogi u li t-tliet talbiet għal derogi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva. B’hekk, id-derogi li jinsabu fl-Artikoli 30, 36(2) u fil-Punt 1.1.3.6.3., l-ittra b tal-Anness 5 tal-Ordinanza jenħtieġ li jkunu awtorizzati.

Fis-17 ta’ Diċembru 2021, l-Awtorità, bid-Deċiżjoni Delegata tagħha Nru 298/21/COL (id-Dokument Nru 1228844), debitament issottomettiet abbozz ta’ Deċiżjoni, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu, lill-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva. Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA ma ta l-ebda opinjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 3/2012/SC, l-Awtorità tista’ tadotta l-miżura prevista, sakemm l-att bażiku ma jipprevedix li l-abbozz ta’ miżura ma jistax jiġi adottat fejn ma tingħata l-ebda opinjoni, li ma tapplikax għall-proċedura attwali, u għalhekk l-Awtorità tista’ tadotta l-miżura.

L-Awtorità għalhekk tagħti deroga kif intalbet, ibbażata fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva. Id-deroga għandha tkun valida għal sitt snin, kif previst fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, l-Awtorità tista’, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva, iġġedded l-awtorizzazzjoni tagħha.

Il-Membru tal-Kulleġġ b’responsabbiltà speċjali għat-Trasport ingħata s-setgħa, f’isem l-Awtorità u taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jadotta l-miżuri, jekk l-abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati jkunu skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tliet derogi mitluba mill-Gvern tal-Liechtenstein fir-rigward tal-Artikolu 30, l-Artikolu 36(2) u l-Punt 1.1.3.6.3., l-ittra b tal-Anness 5 tal-Ordinanza tal-Liechtenstein tat-3 ta’ Marzu 1998 dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq huma mogħtija.

Artikolu 2

Id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fit-taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu, skont il-punt 6 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 3

Id-derogazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ sitt snin.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Prinċipat tal-Liechtenstein u għandha tidħol fis-seħħ man-notifika f’dak l-Istat.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2022.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi taħt id-Deċiżjoni Delegata Nru 103/13/COL,

Árni Páll ÁRNASON

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarja bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Dok Nru 694300.

(2)  Verordnung über den Transport gefährlicher Güter auf der Strasse - VTGGS

(3)  Dok Nru 709161.

(4)  Nru tad-Dokument 1185764.

(5)  Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq, konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, kif emendat.

(6)  Spezialistin für Tanksicherheit mit eidgenössischem Fachausweis.


Rettifika

20.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/52


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/389 tat-8 ta’ Marzu 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 79 tad-9 ta’ Marzu 2022 )

F’paġna 19, l-Anness IV, il-Parti 1 (“Data individwali għal kull Awtorità Kompetenti”), fit-tieni kolonna “Referenza għall-formola tar-rappurtar”,

Fir-ringiela 090,

minflok:

“I 02.00 ringiela 0030”,

aqra:

“I 02.01 ringiela 0030”.

Fir-ringiela 100,

minflok:

“I 02.00 ringiela 0020”,

aqra:

“I 02.01 ringiela 0020”.

Fir-ringiela 110,

minflok:

“I 02.00 ringiela 0040”,

aqra:

“I 02.01 ringiela 0040”.

F’paġna 20, l-Anness IV, il-Parti 2 (“Data dwar ir-riskju tas-suq”), il-formola, l-intestatura tal-ewwel kolonna “Data dwar ir-riskju tas-suq”,

minflok:

Data dwar ir-riskju tas-suq”,

aqra:

“Riskju għad-data dwar is-suq”.

F’paġni 20 u 21, l-Anness IV, il-Parti 2 (“Data dwar ir-riskju tas-suq”), fit-tielet kolonna “Referenza għall-formola tar-rappurtar”,

Fir-ringiela 020,

minflok:

“IF 04.00 ringiela 0100”,

aqra:

“I 04.00 ringiela 0100”.

Fir-ringiela 070,

minflok:

“IF 04.00 ringiela 0110”,

aqra:

“I 04.00 ringiela 0110”.

Fir-ringiela 100,

minflok:

“IF 04.00 ringiela 0100”,

aqra:

“I 04.00 ringiela 0100”.

Fir-ringiela 150,

minflok:

“IF 04.00 ringiela 0110”,

aqra:

“I 04.00 ringiela 0110”.

F’paġna 20, l-Anness IV, il-Parti 2 (“Data dwar ir-riskju tas-suq”), il-formola, l-ewwel kolonna “Data dwar ir-riskju tas-suq”, fit-tielet subkolonna,

minflok:

“Rekwiżiti ta’ fondi proprji totali skont kull approċċ (1)”,

aqra:

“Rekwiżiti ta’ fondi proprji totali skont kull approċċ”,

F’paġna 21, l-Anness IV, il-Parti 2 (“Data dwar ir-riskju tas-suq”), il-formola, fit-tieni kolonna “Approċċ”, fir-ringiela 130,

minflok:

“li minnhom, approċċ tal-mudell intern alternattiv (2)”,

aqra:

“li minnhom, approċċ tal-mudell intern alternattiv”.

F’paġna 21, l-Anness IV, il-Parti 2 (“Data dwar ir-riskju tas-suq”), il-formola, fin-nota (3),

minflok:

“(3)

Rekwiżiti tal-fondi proprji kif imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/2033.”,

aqra:

“(3)

Rekwiżiti tal-fondi proprji kif imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033.”.

F’paġni 24 u 25, il-Parti 4 (“Data dwar id-derogi”), ir-raba’ kolonna (“Artikolu 9”) titħassar.