ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
12 ta' Settembru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1501 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1502 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1503 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1504 tas-6 ta’ April 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 rigward il-ħolqien ta’ sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (CESOP) biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1505 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1506 tad-9 ta’ Settembru 2022 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni biex jittejjeb it-tixrid ta’ informazzjoni dwar miżuri restrittivi tal-Unjoni

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1507 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1508 tad-9 ta’ Settembru 2022 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

34

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1509 tad-9 ta’ Settembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

35

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1510 tad-9 ta’ Settembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1511 tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022 (notifikata bid-dokument C(2022) 6284)

48

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1512 tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss, skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 6108)

51

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1513 tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel fl-UE, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 6193)

53

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1514 tat-8 ta’ Settembru 2022 li tippermetti lill-Finlandja tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (notifikata bid-dokument C(2022) 6274)

55

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1515 tat-8 ta’ Settembru 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Mouskito Junior Lotion f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 6279)  ( 1 )

58

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1516 tat-8 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

61

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1517 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal iżolazzjoni magħmula minn sufra espanduta granulata komposta jew mhux ippakkjata b’mod kompatt jew minn sufra naturali granulata u gomma mhux ippakkjati b’mod kompatt u għal prodotti tal-bini oħrajn ( 1 )

65

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1501

tad-9 ta’ Settembru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal erba’ persuni li kontrihom l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi skadiet fis-6 ta’ Settembru 2022, u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jenħtieġ li jitħassru mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2”), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych;

3.

Viktor Pavlovych Pshonka;

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

9.

Artem Viktorovych Pshonka;

(2)

fit-taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”), titħassar l-informazzjoni fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych;

3.

Viktor Pavlovych Pshonka;

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

9.

Artem Viktorovych Pshonka.


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1502

tad-9 ta’ Settembru 2022

li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘KSNU’) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“6.

Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid:4 ta' April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: a) Dorda Abuzed OE b) Abu Zayd Umar Hmeid Dorda Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Nru tal-passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta' Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta' skadenza: 24 ta' Novembru 2026) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: mejjet) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, fl-1 ta' April 2016, fil-25 ta' Frar 2020, fit-18 ta' Lulju 2022) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).”


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1503

tad-9 ta’ Settembru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU, aġġorna l-informazzjoni marbuta ma’ 20 persuna u 24 entità soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

(1)   

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”, l-entrati 1, 4, 8, 12, 13, 17, 19, 23, 24, 28, 35, 36, 40, 41, 48, 50, 53, 63, 68 u 78 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

“1.

Yun Ho-jin

Yun Ho-chin

Data tat-twelid: 13.10.1944

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Direttur ta’ Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkiment tal-uranju.

4.

Ri Hong-sop

 

Data tat-twelid: 1940

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Eks direttur taċ-ċentru tar-riċerka nukleari ta’ Yongbyon, u Kap tal-istitut tal-armi nukleari, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju għal użu militari: il-faċilità għall-fabbrikazzjoni tal-fjuwil, ir-reattur nukleari, u l-impjant tar-riproċessar.

8.

Ra Ky’ong-Su

Ra Kyung-Su;

Chang, Myong Ho

Chang Myo’ng-Ho;

Chang Myong-Ho

Data tat-twelid: 4.6.1954

Passaport: 645120196

Ċittadinanza: RDPK

22.1.2013

Ra Ky’ong-Su huwa uffiċjal ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB). F’din il-kapaċità hu ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

12.

Mun Cho’ng- Ch’o’l

 

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: C/O Tanchon Commercial Bank, Pyongyang, DPRK, Saemaeul 1-Dong, Pyongchon District

7.3.2013

Mun Cho’ng-Ch’o’l huwa uffiċjal ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB). F’din il-kapaċità hu ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

13.

Choe Chun-Sik

Choe Chun Sik;

Ch’oe Ch’un Sik

Data tat-twelid: 12.10.1954

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Choe Chun-sik kien id-direttur tat-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali (SANS) u kien il-kap tal-programm ta’ missili ta’ distanza twila tar-RDPK.

17.

Jang Yong Son

 

Data tat-twelid: 20.2.1957

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 563110024 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

19.

Kang Mun Kil

Jiang Wen-ji;

Jian Wenji

Nru tal-passaport: PS 472330208 (jiskadi fl-4.7.2017)

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta’ akkwist nukleari bħala rappreżentant ta’ Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

23.

Kim Tong My’ong

Kim Chin-So’k;

Kim Tong-Myong;

Kim Jin-Sok;

Kim, Hyok-Chol;

Kim Tong-Myo’ng;

Kim Tong Myong;

Kim Hyok Chol

Data tat-twelid: a) 1964 b) 28.8.1962

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 290320764 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Kim Tong My’ong huwa l-President ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB) u kellu diversi pożizzjonijiet f’TCB minn tal-inqas l-2002 ’l hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta’ Amroggang.

24.

Kim Yong Chol

Kim Yong-Chol;

Kim Young-Chol;

Kim Young-Cheol;

Young-Chul

Data tat-twelid: 18.2.1962

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 472310168 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID. Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

28.

Yu Chol U

 

Data tat-twelid: 8.8.1959

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Yu Chol U huwa d-Direttur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju.

35.

Kim Chol Sam

Jin Tiesan

(金铁三)

Data tat-twelid: 11.3.1971

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 645120378 (maħruġ mir-RDPK)

30.11.2016

Kim Chol Sam huwa rappreżentant ta’ Daedong Credit Bank (DCB), li kien involut fil-ġestjoni ta’ tranżazzjonijiet f’isem DCB Finance Limited. Bħala rappreżentant ta’ DCB ibbażat barra mill-pajjiż, hemm suspett li Kim Chol Sam iffaċilita tranżazzjonijiet li jiswew mijiet ta’ eluf ta’ dollari u x’aktarx immaniġġa miljuni ta’ dollari f’kontijiet relatati mar-RDPK b’rabtiet potenzjali ma’ programmi nukleari/ta’ missili.

36.

Kim Sok Chol

 

Nru tal-passaport: 472310082

Data tat-twelid: 8.5.1955

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Myanmar

30.11.2016

Aġixxa bħala l-Ambaxxatur tar-RDPK għall-Myanmar u opera bħala faċilitatur tal-KOMID. Huwa tħallas mill-KOMID għall-assistenza tiegħu u jorganizza laqgħat f’isem il-KOMID, inkluż laqgħa bejn il-persuni relatati mad-difiża tal-KOMID u tal-Myanmar biex jiġu diskussi kwistjonijiet finanzjarji.

40.

Cho Il U

Cho Il Woo;

Cho Ch’o’l;

Jo Chol

Data tat-twelid: 10.5.1945

Post tat-twelid: Musan, North Hamgyo’ng Province, DPRK

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 736410010

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Direttur tal-Ħames Bureau tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni. Huwa maħsub li Cho huwa inkarigat mill-operazzjonijiet ta’ spjunaġġ barranin u l-ġbir ta’ intelligence barranija għar-RDPK.

41.

Cho Chun Yon

Jo Yon Jun

Data tat-twelid: 28.9.1937

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li jidderieġi ħatriet ewlenin tal-persunal tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

48.

Paek Se Bong

Paek Se Pong

Data tat-twelid: 21.3.1938

Ċittadinanza: RDPK

2.6.2017

Paek Se Bong huwa eks President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Difiża, u eks Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon (MID).

50.

Pak To Chun

Pak Do Chun;

Pak To’-Ch’un

Data tat-twelid: 9.3.1944

Ċittadinanza: RDPK

2.6.2017

Pak To Chun huwa eks Segretarju tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon (MID) u attwalment jagħti pariri dwar affarijiet marbuta mal-programmi nukleari u tal-missili. Kien membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

53.

Ri Yong Mu

Ri Yong-Mu

Data tat-twelid: 25.1.1925

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Ri Yong Mu huwa Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li tmexxi u tiggwida l-affarijiet kollha tar-RDPK marbuta mal-militar, id-difiża u s-sigurtà, inkluż l-akkwisti.

63.

Pak Yong Sik

Pak Yo’ng-sik

Data tat-twelid: 1950

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

11.9.2017

Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiem tal-Korea, li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, tikkmanda u tikkontrolla l-militar tar-RDPK, u tgħin tidderieġi l-industriji tad-difiża militari tal-pajjiż.

68.

Kim Tong Chol

Kim Tong-ch’o’l

Data tat-twelid: 28.1.1966

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Nru tal-passaport: a) 927234267 b) 108120258 (maħruġ mir-RDPK fl-14 ta’ Frar 2018; data ta’ skadenza 14 ta’ Frar 2023)

22.12.2017

Kim Tong Chol huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

78.

Ri Song Hyok

Li Cheng He

Data tat-twelid: 19.3.1965

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Nru tal-passaport: 654234735 (maħruġ mir-RDPK)

22.12.2017

Ri Song Hyok huwa rappreżentant barrani għall-Koryo Bank u Koryo Credit Development Bank u ġie rrapurtat li stabbilixxa kumpanniji fittizzji stabbiliti biex jakkwista oġġetti u jwettaq tranżazzjonijiet finanzjarji f’isem ir-RDPK.”

(2)   

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, l-entrati 4, 8, 20, 22, 23, 30, 36, 42, 44, 45, 47, 50, 56, 57, 58, 61, 62, 63, 64, 65, 67, 68, 70 u 75 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“4.

Namchongang Trading Corporation

(a) NCG, b) NAMCHONGANG TRADING, c) NAM CHON GANG CORPORATION, d) NOMCHONGANG TRADING CO., e) NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION, f) Namhung Trading Corporation, g) Korea Daeryonggang Trading Corporation, h) Korea Tearyonggang Trading Corporation

(a) Chilgol, Pyongyang, Democratic People’s Republic of Korea, b) Sengujadong 11-2/(jew Kwangbok-dong), Mangyongdae District, Pyongyang, Democratic People’s Republic of Korea;

Numri tat-telefon: +850-2-18111, 18222 (ext. 8573);

Numru tal-fax +850-2-381-4687

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). In-Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa eks diplomatiku li kien ir-rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni tal-impjanti nukleari ta’ Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet passati ta’ proliferazzjoni tar-RDPK.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

a) Kuryonggang Trading Corporation b) Ryungseng Trading Corporation c) Ryung Seng Trading Corporation d) Ryungsong Trading Corporation e) Kore Kuryonggang Trading Corporation

Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata tat-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inkluż, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inkluż materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.

20.

Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM)

(a) East Sea Shipping Company; b) Korea Mirae Shipping Co. Ltd c) Haeyang Crew Management Company

Indirizz: Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: Dongheung-dong Changwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang;

Numru tal-OMI: 1790183

28.7.2014

Ocean Maritime Management Company Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellha rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta’ merkanzija bil-moħbi ta’ armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f’Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company Limited ikkontribwixxiet f’attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b’mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet.

 

Bastimenti b’ Numru tal-OMI:

 

 

 

 

 

(a)

Chol Ryong (Ryong Gun Bong)

8606173

 

 

2.3.2016

 

 

(b)

Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle)

8909575

 

 

2.3.2016

 

 

(c)

Chong Rim 2

8916293

 

 

2.3.2016

 

 

(g)

Hoe Ryong

9041552

 

 

2.3.2016

 

 

(h)

Hu Chang (O Un Chong Nyon)

8330815

 

 

2.3.2016

 

 

(i)

Hui Chon (Hwang Gum San 2)

8405270

 

 

2.3.2016

 

 

(j)

Ji Hye San (Hyok Sin 2)

8018900

 

 

2.3.2016

 

 

(k)

Kang Gye (Pi Ryu Gang)

8829593

 

 

2.3.2016

 

 

(l)

Mi Rim

8713471

 

 

2.3.2016

 

 

(m)

Mi Rim 2

9361407

 

 

2.3.2016

 

 

(n)

O Rang (Po Thong Gang)

8829555

 

 

2.3.2016

 

 

(p)

Ra Nam 2

8625545

 

 

2.3.2016

 

 

(q)

Ra Nam 3

9314650

 

 

2.3.2016

 

 

(r)

Ryo Myong

8987333

 

 

2.3.2016

 

 

(s)

Ryong Rim (Jon Jin 2)

8018912

 

 

2.3.2016

 

 

(t)

Se Pho (Rak Won 2)

8819017

 

 

2.3.2016

 

 

(u)

Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho)

8133530

 

 

2.3.2016

 

 

(v)

South Hill 2

8412467

 

 

2.3.2016

 

 

(x)

Tan Chon (Ryon Gang 2)

7640378

 

 

2.3.2016

 

 

(y)

Thae Pyong San (Petrel 1)

9009085

 

 

2.3.2016

 

 

(z)

Tong Hung San (Chong Chon Gang)

7937317

 

 

2.3.2016

 

 

(aa)

Tong Hung 1

8661575

 

 

2.3.2016

 

22.

Chongchongang Shipping Company

(a) Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd. b) Chongchongang Shipping Co LTD

Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5342883

2.3.2016

Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, ippruvat timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta’ armi konvenzjonali fir-RDPK f’Lulju 2013.

23.

Daedong Credit Bank (DCB)

(a) DCB b) Taedong Credit Bank c) Dae-Dong Credit Bank

Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK;

SWIFT: DCBKKPPY

2.3.2016

Daedong Credit Bank (DCB) ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank (DCB). Tal-inqas mill-2007, id-DCB iffaċilita mijiet ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta’ dollari f’isem il-KOMID u t-TCB. F’xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament tranżazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

30.

Office 39

Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39

(a) Second KWP Government Building (Korean – Ch’o’ngsa, Urban Town (Korean-Dong), Chung Ward, Pyongyang, DPRK b) Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, DPRK c) Changwang Street, Pyongyang DPRK

2.3.2016

Entità tal-gvern tar-RDPK.

36.

Singwang Economics and Trading General Corporation

 

Indirizz: RDPK;

Numru tal-OMI: 5905801

30.11.2016

Hija intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-flus għall-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż.

42.

Korea Daesong General Trading Corporation

Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation

Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang City, DPRK;

Telefon: +850-2-18111-8208. Fax +850-2-381-4432;

Email: daesong@star-co.net.kp

30.11.2016

Hija affiljata ma’ Office 39 permezz ta’ esportazzjonijiet ta’ minerali (deheb), metalli, makkinarju, prodotti agrikoli, ġinseng, ġojjellerija, u prodotti tal-industrija ħafifa.

44.

Korea Kumsan Trading Corporation

 

Indirizz: Haeun 2-dong, Pyogchon District, Pyongyang City/Mangyongdae, DPRK;

Telefon: +850-2-18111-8550. Fax +850-2-381-4410/4416;

Email: mhs-ip@star-co.net.kp

2.6.2017

Il-Korea Kumsan Trading Corporation hija proprjetà tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, li jissorvelja l-programm nukleari tar-RDPK, jew hija kkontrollata minnu, jew, direttament jew indirettament, taġixxi, jew allegatament taġixxi, għalih jew f’ismu.

45.

Koryo Bank

 

Koryo Bank Building, Pulgun Street, Pyongyang, DPRK

2.6.2017

Koryo Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK u huwa assoċjat ma’ Office 38 u Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

47.

Foreign Trade Bank

a) Mooyokbank b) Korea Trading Bank

Indirizz: FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, DPRK;

SWIFT/BIC: FTBDKPPY

4.8.2017

Il-Foreign Trade Bank huwa bank tal-Istat u jaġixxi bħala l-kummerċjant primarju tal-bank f’valuta barranija tar-RDPK u pprovda appoġġ finanzjarju prinċipali lill-Korea Kwangson Banking Corporation.

50.

Mansudae Overseas Project Group of Companies

Mansudae Art Studio

Yanggakdo International Hotel, RYUS, Pyongyang, DPRK

4.8.2017

Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut, iffaċilita, jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta’ ħaddiema mir-RDPK lejn nazzjonijiet oħra għal attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġi ġġenerat dħul għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel negozju f’pajjiżi fl-Afrika u fl-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malażja, il-Mozambique, il-Madagascar, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo u ż-Żimbabwe.

56.

CHONMYONG SHIPPING CO

CHON MYONG SHIPPING COMPANY LIMITED

Indirizz: Kalrimgil 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK; Saemaul 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5571322

30.3.2018

Sid irreġistrat ta’ CHON MYONG 1, bastiment bil-bandiera tar-RPDK li għamel trasferiment ta’ fjuwil bejn vapuri lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2017.

57.

FIRST OIL JV CO LTD

 

Indirizz: Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5963351

30.3.2018

Sid it-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri f’nofs Jannar 2018.

58.

HAPJANGGANG SHIPPING CORP

 

Indirizz: Kumsong 3-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5787684

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker NAM SAN 8 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri, u sid il-bastiment HAP JANG GANG 6.

61.

KOREA ACHIM SHIPPING CO

 

Indirizz: Sochang-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

Numru tal-OMI: 5936312

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker CHON MA SAN tar-RDPK. CHON MA SAN li għandu bandiera tar-RDPK ħejja għal operazzjonijiet probabbli ta’ trasferiment bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018. Il-kaptan tat-tanker bil-mutur YU JONG 2 bil-bandiera tar-RDPK irrapporta fit-18 ta’ Novembru 2017 lil kontrollur mhux identifikat ibbażat fir-RDPK li l-bastiment kien qed jevita maltempata qabel trasferiment bejn il-vapuri. Il-kaptan issuġġerixxa li YU JONG 2 jgħabbi ż-żejt tal-fjuwil qabel it-tanker CHON MA SAN bil-bandiera tar-RDPK peress li d-daqs ikbar ta’ CHON MA SAN kien aħjar biex jagħmel trasferimenti bejn il-vapuri f’maltempata. Wara li CHON MA SAN għabba ż-żejt tal-fjuwil minn bastiment, YU JON 2 għabba 1 168  kilolitru ta’ żejt tal-fjuwil fid-19 ta’ Novembru 2017 permezz ta’ operazzjoni ta’ trasferiment bejn il-vapuri.

62.

KOREA ANSAN SHIPPING COMPANY

(a) KOREA ANSAN SHPG COMPANY b) Korea Ansan SHPG CO

Indirizz: Pyongchon 1-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5676084

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker AN SAN 1 tar-RDPK li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

63.

KOREA MYONGDOK SHIPPING CO

 

Indirizz: Chilgol 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5985863

30.3.2018

Sid irreġistrat tal-YU PHYONG 5. Lejn l-aħħar ta’ Novembru 2017, il-YU PHYONG 5 għamel trasferiment bejn il-vapuri ta’ 1 721 tunnellata metrika ta’ żejt tal-fjuwil.

64.

KOREA SAMJONG SHIPPING

 

Indirizz: Tonghung-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5954061

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tankers tar-RDPK SAM JONG 1 u SAM JONG 2. Iż-żewġ bastimenti huma maħsuba li lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018 importaw żejt raffinat lejn ir-RDPK bi ksur tas-sanzjonijeit tan-NU.

65.

KOREA SAMMA SHIPPING CO

Korea Samma SHPG CO

Indirizz: Rakrang 3-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5145892

30.3.2018

Tanker bil-bandiera tar-RDPK, SAM MA 2 ta’ Korea Samma Shipping Company, għamel trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri u ffalsifika dokumenti f’nofs Ottubru 2017 meta għabba kważi 1 600 tunellata ta’ żejt tal-fjuwil fi tranżazzjoni waħda. Il-kaptan tal-vapur ngħata struzzjonijiet li jħassar SAMMA SHIPPING u l-kliem Korean li kien jinsab fuq is-siġill tal-vapur u minflok ipoġġi “Hai Xin You 606” biex jaħbi l-identità tiegħu bħala bastiment tar-RDPK.

67.

KOTI CORP

 

Indirizz: Panama City, Panama;

Numru tal-OMI: 5982254

30.3.2018

Maniġer tal-vapur u maniġer kummerċjali tal-bastiment KOTI bil-bandiera tal-Panama, li fid-9 ta’ Diċembru 2017 għamel trasferimenti bejn il-vapuri probabbilment ta’ prodotti taż-żejt lil KUM UN SAN 3 bil-bandiera tar-RDPK.

68.

MYOHYANG SHIPPING CO

 

Indirizz: Kumsong 3-dong, Mangyondae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5988369

30.3.2018

Maniġer tal-vapur tat-tanker YU SON tar-RDPK ta’ prodotti taż-żejt, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

70.

PHYONGCHON SHIPPING & MARINE

PHYONGCHON SHIPPING AND MARINE

Indirizz: Otan-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5878561

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker JI SONG 6 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018. Il-kumpannija hi wkoll is-sid ta’ JI SONG 8 u WOORY STAR.

75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

Indirizz: 80 Raffles Place, #17-22 UOB Plaza, Singapore, 048624, Singapore;

Numru tal-OMI: 5987860

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta’ prodotti ta’ żejt raffinat.”


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1504

tas-6 ta’ April 2022

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 rigward il-ħolqien ta’ sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (CESOP) biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24e tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) , kif emendata bid-Direttiva (UE) 2020/284 (3), tintroduċi obbligi ta’ rapportar għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mill-1 ta’ Jannar 2024. Minn dakinhar ’il quddiem, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li huma stabbiliti jew li jipprovdu servizzi ta’ pagament fl-Unjoni Ewropea għandhom iżommu ċerti rekords ta’ pagamenti transfruntiera li joriġinaw minn pagaturi fi ħdan l-Istati Membri u ċerta informazzjoni tal-benefiċjarji, u jittrażmettu dawk ir-rekords lill-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010, kif emendat bir-Regolament (UE) 2020/283 (4), l-Istati Membri għandhom jittrażmettu dawk ir-rekords lil sistema elettronika ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti (“CESOP”), li għandha tiġi żviluppata, mantnuta, ospitata u teknikament ġestita mill-Kummissjoni.

(3)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-CESOP, u skont il-punt (a) tal-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, huwa meħtieġ li jiġu adottati l-miżuri tekniċi għall-istabbiliment tas-CESOP. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jipprevedu l-funzjonalitajiet meħtieġa tas-CESOP għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tas-CESOP kif deskritt fl-Artikolu 24c tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Jenħtieġ li l-miżuri jiżguraw ukoll livell għoli ta’ faċilità għall-utent billi jipprovdu għodod ta’ tiftix u viżwalizzazzjoni fis-CESOP. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-CESOP tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc billi tippermettilhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-frodi tal-VAT direttament fis-CESOP b’mod rapidu u sigur. Jenħtieġ li l-miżuri li l-Kummissjoni teħtieġ li tieħu biex tmantni s-CESOP wara li din issir operazzjonali, jiġu stabbiliti wkoll sabiex jiġu żgurati l-istandards operazzjonali tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT tas-CESOP u l-funzjonalitajiet tagħha, u sabiex l-aġġornamenti meħtieġa jsiru meta jkun meħtieġ biex jiġu ttrattati l-inċidenti tas-sistema bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(4)

Filwaqt li bħala kontrolluri tas-CESOP, l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tagħha, il-Kummissjoni bħala l-ospitant u l-proċessur tagħha, għandha serje ta’ responsabbiltajiet limitati għall-ġestjoni teknika tas-CESOP skont il-punt (b) tal-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Jenħtieġ li dawn jinkludu l-kompiti tekniċi meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-CESOP, bħaż-żamma ta’ rekords tal-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc li jaċċessa s-CESOP, iż-żamma tar-rekords tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li ttrażmettew id-data lill-Istati Membri, l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ sigurtà organizzazzjonali xierqa għas-CESOP, kif ukoll il-provvediment tat-taħriġ u l-appoġġ meħtieġ għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc biex jużaw is-CESOP b’mod effettiv.

(5)

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 24b(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data lis-CESOP f’format komuni. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-elementi tad-data li għandhom jiġu rrapportati mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-format ta’ dokument XML. Sabiex tiġi żgurata l-operabbiltà kumplessiva bejn is-sistemi elettroniċi nazzjonali u s-CESOP skont l-Artikolu 24b(3) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li l-Istati Membri jivverifikaw li d-data trażmessa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tinkludi l-elementi tad-data obbligatorji u sintattikament korretti skont l-Artikolu 243d tad-Direttiva 2006/112/KE, peress li s-CESOP tista’ topera biss jekk id-data obbligatorja tiġi rreġistrata korrettement fis-CESOP.

(6)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li jkollhom aċċess għas-CESOP u jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lil dawk l-uffiċjali b’identifikatur uniku biex jaċċessaw is-CESOP u jżommu lista tal-uffiċjali ta’ kollegament kollha tal-Eurofisc li jkollhom aċċess għas-CESOP abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri.

(7)

Skont il-punt (g) tal-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa ta’ sigurtà għall-iżvilupp u l-operat tas-CESOP. Diversi aspetti ta’ sigurtà tal-komponenti ċentrali tas-CESOP jiddependu wkoll fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà nazzjonali, bħal miżuri għall-kontroll tas-sikurezza tad-data trażmessa u miżuri biex jiġi żgurat li l-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc b’identifikatur uniku validu biss jista’ jaċċessa s-CESOP. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-miżuri ta’ sigurtà tagħhom stess. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jżommu lil xulxin infurmati dwar il-miżuri ta’ sigurtà meħuda u dwar il-ħtieġa ta’ kwalunkwe ammeljorament għal dawk il-miżuri.

(8)

L-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni huma soġġetti għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Skont il-punt (h) tal-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll tas-CESOP. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitqiesu b’mod konġunt bħala kontrolluri tas-CESOP peress li huma jiddeċiedu dwar il-mezzi tal-ipproċessar u l-użu tad-data fis-CESOP. Jenħtieġ li l-Kummissjoni titqies bħala proċessur peress li taġixxi f’isem l-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti kollha tagħha.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2024 sabiex jiġi allinjat mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/283 u d-Direttiva (UE) 2020/284.

(10)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-2 ta’ Frar 2022.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Miżuri tekniċi għall-istabbiliment u l-manutenzjoni tas-CESOP

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri tekniċi għall-istabbiliment tas-CESOP bil-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

tiġi riċevuta data dwar il-pagamenti trażmessa mill-Istati Membri;

(b)

tinħażen id-data dwar il-pagamenti b’mod sigur għal perjodu massimu ta’ 5 snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha l-Istati Membri jkunu trażmettewlha l-informazzjoni;

(c)

jitnaddfu l-anomaliji u l-iżbalji fid-data dwar il-pagamenti, inkluż id-duplikazzjonijiet tal-istess pagament;

(d)

tiġi aggregata d-data dwar il-pagamenti fir-rigward ta’ kull benefiċjarju;

(e)

ikunu possibbli tiftixiet u viżwalizzazzjoni tad-data dwar il-pagamenti fis-CESOP;

(f)

jiġu analizzati u jitwettqu kontroverifiki tad-data dwar il-pagamenti mad-data maħżuna u skambjata f’konformità mal-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 17(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament 904/2010:

(g)

titwettaq analitika awtomatika u jiġu indikati l-benefiċjarji suspettużi;

(h)

l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc jitħallew iwettqu kontrolli u analiżi mhux awtomatiċi;

(i)

jiġu ġġenerati rapporti dwar ir-riżultati tal-analiżi u l-kontrolli mwettqa mis-CESOP u mill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc;

(j)

għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tiġi pprovduta infrastruttura għall-ġestjoni tal-kontroll fuq l-aċċess għall-utenti;

(k)

l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc jitħallew jiskambjaw informazzjoni relatata mal-investigazzjoni u d-detezzjoni transfruntiera tal-frodi tal-VAT direttament fis-CESOP;

(l)

tiġi pprovduta l-infrastruttura teknika biex l-Istati membri jiġġestixxu d-drittijiet ta’ aċċess għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti li ġejjin għall-manutenzjoni tas-CESOP:

(a)

jiġi żgurat li s-CESOP u l-funzjonalitajiet tagħha jkunu operazzjonali;

(b)

titwettaq manutenzjoni barra mill-ħinijiet tax-xogħol;

(c)

jiġu pprovduti l-aġġornamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tajjeb u t-titjib tas-CESOP;

(d)

jiġu ttrattati problemi tekniċi.

Artikolu 2

Kompiti tal-Kummissjoni għall-ġestjoni teknika tas-CESOP

Il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti li ġejjin biex tiġġestixxi s-CESOP teknikament:

(a)

tinżamm u tiġi aġġornata l-lista tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li għandhom aċċess għas-CESOP u l-identifikatur uniku personali tal-utent f’konformità mal-Artikolu 5;

(b)

jiġu implimentati l-miżuri organizzazzjonali u tekniċi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 6;

(c)

tiġi stabbilita, miżmuma u mantnuta lista ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li rrappurtaw id-data skont l-Artikolu 24(b)(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, skont id-data pprovduta mill-Istati Membri;

(d)

l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li għandhom aċċess għas-CESOP jingħataw aċċess awtomatizzat għal-lista mantnuta skont il-punt (c);

(e)

il-provvediment ta’ assistenza teknika lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc meta jużaw is-CESOP;

(f)

jiġi pprovdut taħriġ għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc dwar l-użu tas-CESOP.

Artikolu 3

Konnessjoni u interoperabbiltà kumplessiva bejn is-CESOP u s-sistemi elettroniċi nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistemi elettroniċi nazzjonali għall-ġbir tal-informazzjoni dwar il-pagamenti stabbiliti skont l-Artikolu 24b(2) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 ikunu funzjonali u kapaċi jiġbru l-informazzjoni dwar il-pagamenti skont l-Artikolu 24b(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-CESOP biss l-informazzjoni dwar il-pagamenti li tkun kompluta bl-oqsma obbligatorji kollha skont l-Artikolu 243d tad-Direttiva 2006/112/KE u li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interoperabbiltà bejn is-CESOP u s-sistemi elettroniċi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Formola Elettronika Standard

Il-formola elettronika standard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 24b(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, għandha tiġi ppreżentata f’format XML standardizzat f’konformità mat-tabella tad-data fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Arranġamenti prattiċi rigward l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li ser ikollhom aċċess għas-CESOP

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li ser ikollhom aċċess għas-CESOP u jikkomunikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, inkluż il-bidliet fl-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc maħtura, fil-ħin u mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara li tkun seħħet il-bidla.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi minnufih lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc imsemmija fil-paragrafu 1, b’identifikatur uniku personali tal-utent biex jaċċessaw is-CESOP.

Artikolu 6

Proċeduri għall-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzazzjonali għall-iżvilupp u l-operat tas-CESOP

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-applikazzjoni u kull aġġornament tal-miżuri ta’ sigurtà tagħhom stess fil-livell nazzjonali.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji dwar il-miżuri adottati biex jiġi żgurat li l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc imsemmija fl-Artikolu 5 biss ikollhom aċċess għas-CESOP u dettalji dwar il-miżuri adottati biex jiġi żgurat il-kriptaġġ tad-data trażmessa mill-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ April ta’ kull sena mis-sena ta’ wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tinforma lill-Istati Membri bil-miżuri meħuda għas-sigurtà tas-CESOP.

L-informazzjoni għandha ta’ mill-inqas tinkludi, dan li ġej:

(a)

l-inċidenti tas-sigurtà li seħħew matul is-sena preċedenti u kif dawn ġew solvuti;

(b)

dettalji dwar il-miżuri ta’ sigurtà adottati jew il-bidliet fil-miżuri ta’ sigurtà eżistenti;

(c)

valutazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà eżistenti u jekk il-Kummissjoni tqisx li hija meħtieġa xi bidla f’dawk il-miżuri.

Artikolu 7

Rwoli u responsabbiltajiet tal-kontrolluri u tal-proċessur

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri b’mod konġunt, kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, tas-CESOP. Ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tas-CESOP għandhom jiġu ddeterminati fi ftehim bejn il-kontrolluri, li għandu jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għal dan li ġej:

(a)

it-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-CESOP, u fejn meħtieġ l-adattament tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’:

(a)

tistabbilixxi u żżomm is-CESOP skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tiġġestixxi s-CESOP teknikament skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

tiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24b tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u s-CESOP skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

tieħu l-miżuri ta’ sigurtà skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-għażla tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc li se jkollhom aċċess għas-CESOP;

(c)

twieġeb it-talbiet mis-suġġetti tad-data rigward l-eżerċitar tad-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun proċessur, kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tas-CESOP.

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tipproċessa d-data personali f’isem l-Istati Membri skont l-istruzzjonijiet tagħhom u żżomm id-dokumentazzjoni għal dawk l-istruzzjonijiet;

(b)

tiżgura l-kunfidenzjalità tad-data personali meta tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament;

(c)

tipprovdi l-infrastruttura teknika meħtieġa biex l-Istati Membri jwieġbu għat-talbiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(d)

tassisti lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 33 sa 41 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(e)

tiżgura t-tħassir tad-data personali kollha maħżuna fis-CESOP f’konformità mal-Artikolu 24c(2) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010;

(f)

tagħmel disponibbli għall-Istati Membri l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u tippermetti u tikkontribwixxi għal awditi, inkluż l-ispezzjonijiet, imwettqa mill-Istati Membri jew minn awditur ieħor imqabbad mill-Istati Membri, b’rispett sħiħ tal-Protokoll (Nru 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (ĠU L 62, 2.3.2020, p. 7).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/283 tat-18 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (ĠU L 62, 2.3.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Formola elettronika għat-trażmissjoni tad-data

Kaxxa Nru

Isem l-element tad-data

Artikolu 243d

Deskrizzjoni

Eżempju ta’ format

Obbligatorju

Verifiki mwettqa fit-trażmissjoni lejn CESOP

1

BIC/ID tal-PSP rapportatur

(1), il-punt (a)

BIC kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju li jidentifika mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jittrażmetti d-data.

BIC tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jipprovdi d-data.

Iva

Preżenza, verifika sintattika tal-BIC

2

Isem il-benefiċjarju

(1), il-punt (b)

L-ismijiet kollha tal-benefiċjarju kif disponibbli fir-rekords tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, inkluż l-isem ġuridiku u l-isem tan-negozju.

Isem l-aċċettatur tal-kard, isem in-Negozjant, isem il-Kreditur.

Iva

Preżenza

3

VAT/TIN tal-benefiċjarju

(1), il-punt (c)

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u/jew kwalunkwe numru ieħor tat-taxxa nazzjonali tal-benefiċjarju.

 

Fakultattiv Obbligatorju

Verifika sintattika tan-numri tal-VAT mill-Istati Membri tal-UE

4

ID tal-kont tal-benefiċjarju

(1), il-punt (d)

IBAN kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jew, jekk mhux disponibbli, kwalunkwe identifikatur ieħor li jidentifika mingħajr ambigwità, il-benefiċjarju involut fit-tranżazzjoni u jagħti l-pożizzjoni tiegħu.

IBAN, ID tal-aċċettatur tal-kard, ID tan-negozjant, identifikatur tal-kont elettroniku.

Iva, meta l-fondi jiġu ttrasferiti f’kont ta’ pagament tal-benefiċjarju

Preżenza, verifika sintattika tal-IBAN

5

BIC/ID tal-PSP tal-Benefiċjarju

(1), il-punt (e)

BIC jew kwalunkwe kodiċi għall-identifikazzjoni tan-negozju ieħor li mingħajr ambigwità jidentifika u jagħti l-pożizzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju fejn il-benefiċjarju jirċievi fondi mingħajr ma jkollu kont ta’ pagament.

BIC.

Biss meta l-benefiċjarju jirċievi fondi mingħajr ma jkollu kont ta’ pagament

Preżenza, verifika sintattika tal-BIC

6

Indirizz tal-benefiċjarju

(1), il-punt (f)

L-indirizzi kollha tal-benefiċjarju kif disponibbli fir-rekords tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (indirizz ġuridiku, indirizz tan-negozju, indirizz tal-maħżen).

Triq tal-aċċettatur tal-kard, Indirizz tan-negozjant, Indirizz tas-sid tal-kont.

Fakultattiv Obbligatorju

 

7

Rifużjoni

(1), il-punt (h)

Kwalunkwe referenza li t-tranżazzjoni hija rifużjoni u rabta mat-tranżazzjoni preċedenti rrapportata.

 

Jekk applikabbli

Preżenza

8

Data/ħin

(2), il-punt (a)

Id-data u l-ħin tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament.

Data tax-xiri, data tal-eżekuzzjoni, u data tal-ħolqien tat-tranżizzjoni.

Iva

Preżenza, verifika sintattika

9

Ammont

(2), il-punt (b)

L-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni tal-pagament.

 

Iva

Preżenza

10

Munita

(2), il-punt (b)

Munita tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni tal-pagament.

 

Iva

Preżenza, verifika sintattika tal-kodiċi tal-munita

11

Pagament tal-oriġini tal-Istat Membru

(2), il-punt (c)

Stat Membru tal-oriġini tal-pagament riċevut mill-benefiċjarju.

Kodiċi tal-pajjiż tal-pagatur.

Jekk it-tranżizzjoni hija pagament

Preżenza, verifika sintattika tal-kodiċi tal-pajjiż

12

Stat Membru tad-destinazzjoni tar-rifużjoni

(2), il-punt (c)

Stat Membru tad-destinazzjoni tar-rifużjoni.

Kodiċi tal-pajjiż tal-benefiċjarju tar-rifużjoni.

Jekk it-tranżazzjoni hija rifużjoni taħt il-kaxxa 7

Preżenza, verifika sintattika tal-kodiċi tal-pajjiż

13

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-pagatur

(2), il-punt (c)

Indikazzjoni tal-informazzjoni użata biex jiġi ddeterminat l-oriġini tal-pagament jew id-destinazzjoni tar-rifużjoni.

Id-dettalji tal-informazzjoni ma għandhomx jiġu trażmessi biex tiġi evitata l-identifikazzjoni tal-pagatur.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jindikaw li l-pożizzjoni ġiet dedotta mill-

Pagatur tal-IBAN,

Numru BIN tad-detentur tal-kard,

Oħrajn.

Jenħtieġ li l-ID innifisha (in-numru tal-IBAN, in-numru tal-BIN, l-indirizz) ma tiġi qatt trażmessa.

Iva

Preżenza

14

ID tat-tranżazzjoni

(2), il-punt (d)

Kwalunkwe referenza li mingħajr ambigwità tidentifika t-tranżazzjoni tal-pagament.

Referenza tal-akkwirent, ID tat-tranżazzjoni.

Iva

Preżenza

15

Preżenza fiżika

(2), il-punt (e)

Kwalunkwe referenza li tindika l-preżenza tal-pagatur fil-bini fiżiku tan-negozjant meta jibda l-pagament.

Mod ta’ dħul fil-punt tal-bejgħ (POS)

Jekk applikabbli

Preżenza


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).


DEĊIŻJONIJIET

12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1505

tad-9 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li stabbiliet missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP Sahel Niger).

(2)

Fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1254 (2) u estenda l-Missjoni sat-30 ta’ Settembru 2022.

(3)

Fil-15 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) eżamina r-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni u qabel li jestendi l-EUCAP Sahel Niger sat-30 ta’ Settembru 2024. Fit-28 ta’ Ġunju 2022, meta għalaq ir-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-KPS qabel ukoll fost l-oħrajn li l-Missjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiskambja informazzjoni klassifikata tal-UE mal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Unjoni, fil-qafas tal-mandat tagħha.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUCAP Sahel Niger ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit u jiddaħħal paragrafu ġdid, kif ġej:

“4.   L-EUCAP Sahel Niger għandha tiżviluppa u timplimenta, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey, strateġija ta’ komunikazzjoni biex jitrawmu l-valuri tal-UE u tiġi promossa l-azzjoni tal-UE fis-Saħel, b’mod partikolari fin-Niġer.

5.   L-EUCAP Sahel Niger ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”;

(2)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 72 161 381,16.”;

(3)

fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera ma’ Missjonijiet oħra tal-PSDK, b’mod partikolari mal-EUCAP Sahel Mali, inkluż iċ-Ċellula ta’ Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali, u mal-EUBAM Libya.”;

(4)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa sostitwit, u jiżdied paragrafu ġdid, kif ġej:

“4.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Unjoni, b’mod partikolari lill-Frontex u lill-Europol, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUCAP Sahel Niger sal-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni rispettivament għal kull waħda minnhom, f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi għal dak il-għan.

5.   Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 u 4, lil persuni li jkunu mqiegħda taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1254 tas-7 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 3).


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1506

tad-9 ta’ Settembru 2022

dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni biex jittejjeb it-tixrid ta’ informazzjoni dwar miżuri restrittivi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma għodda essenzjali tal-politika barranija għall-azzjoni esterna tal-Unjoni.

(2)

It-tixrid wiesa’ tal-informazzjoni dwar miżuri restrittivi fis-seħħ fl-Unjoni u l-aċċess faċli għaliha kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u l-Kummissjoni huma kundizzjoni essenzjali tal-effikaċja tagħhom.

(3)

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet il-ħtieġa urġenti li titnieda azzjoni biex l-Istati Membri u l-operaturi jkunu jistgħu jimplimentaw aħjar il-miżuri restrittivi adottati mill-24 ta’ Frar 2022. Iż-żieda fit-talbiet għal implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri restrittivi, rekwiżiti ġodda stabbiliti mill-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura mingħajr preċedent tal-miżuri restrittivi, u l-ħtieġa għal komunikazzjonijiet siguri u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u l-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħhom jeħtieġu għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni ġodda jew imtejba u aktar siguri.

(4)

Azzjoni operazzjonali taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u l-bażijiet ta’ data meħtieġa, bħala kwistjoni ta’ urġenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-Unjoni għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u l-bażijiet ta’ data meħtieġa biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar miżuri restrittivi fis-seħħ fl-Unjoni u biex jiġi żgurat aċċess faċli għal tali informazzjoni, b’mod partikolari, għall-operaturi li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll l-iżvilupp ta’ għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jippermettu skambji siguri ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u l-Kummissjoni.

2.   Dawn l-għodda aġġornati tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom, b’mod partikolari, jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri mingħajr ma joħolqu oħrajn addizzjonali. L-arranġamenti ta’ rapportar b’konsegwenzi sinifikanti għall-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet fil-Kunsill, kif xieraq.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 450 000..

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 3

Informazzjoni kummerċjalment sensittiva

Meta tkun qed tiżviluppa l-għodda aġġornati tat-teknoloġija tal-informazzjoni fir-rigward tas-sanzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi protetta adegwatament permezz ta’ salvagwardji tekniċi xierqa.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u durata

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1507

tad-9 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal erba’ persuni li kontrihom l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi skadiet fis-6 ta’ Settembru 2022, u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jenħtieġ li jitħassru mill-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Marzu 2023.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (“Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1”), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych;

3.

Viktor Pavlovych Pshonka;

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

9.

Artem Viktorovych Pshonka.;

(2)

fit-taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”), titħassar l-informazzjoni fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych;

3.

Viktor Pavlovych Pshonka;

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

9.

Artem Viktorovych Pshonka.


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1508

tad-9 ta’ Settembru 2022

dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/610 (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali ta’ ċerti Palestinjani għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta’ permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija taħt l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar, mill-31 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/610 tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 142, 5.5.2020, p. 5).

(2)  Il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1509

tad-9 ta’ Settembru 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘KSNU’) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b’dan emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“6.

Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid:4 ta' April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: a) Dorda Abuzed OE b) Abu Zayd Umar Hmeid Dorda Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Nru tal-passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta' Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta' skadenza: 24 ta' Novembru 2026) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: mejjet) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, fl-1 ta' April 2016, fil-25 ta' Frar 2020, fit-18 ta' Lulju 2022) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).”


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1510

tad-9 ta’ Settembru 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU, aġġorna l-informazzjoni marbuta ma’ 20 persuna u 24 entità soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

(1)   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “A. Persuni”, l-entrati 1, 4, 8, 12, 13, 17, 19, 23, 24, 28, 35, 36, 40, 41, 48, 50, 53, 63, 68 u 78 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

“1.

Yun Ho-jin

Yun Ho-chin

Data tat-twelid: 13.10.1944

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Direttur ta’ Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkiment tal-uranju.

4.

Ri Hong-sop

 

Data tat-twelid: 1940

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Eks direttur taċ-ċentru tar-riċerka nukleari ta’ Yongbyon, u Kap tal-istitut tal-armi nukleari, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju għal użu militari: il-faċilità għall-fabbrikazzjoni tal-fjuwil, ir-reattur nukleari, u l-impjant tar-riproċessar.

8.

Ra Ky’ong-Su

Ra Kyung-Su;

Chang, Myong Ho

Chang Myo’ng-Ho;

Chang Myong-Ho

Data tat-twelid: 4.6.1954

Passaport: 645120196

Ċittadinanza: RDPK

22.1.2013

Ra Ky’ong-Su huwa uffiċjal ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB). F’din il-kapaċità hu ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

12.

Mun Cho’ng- Ch’o’l

 

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: C/O Tanchon Commercial Bank, Pyongyang, DPRK, Saemaeul 1-Dong, Pyongchon District

7.3.2013

Mun Cho’ng-Ch’o’l huwa uffiċjal ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB). F’din il-kapaċità hu ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

13.

Choe Chun-Sik

Choe Chun Sik;

Ch’oe Ch’un Sik

Data tat-twelid: 12.10.1954

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Choe Chun-sik kien id-direttur tat-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali (SANS) u kien il-kap tal-programm ta’ missili ta’ distanza twila tar-RDPK.

17.

Jang Yong Son

 

Data tat-twelid: 20.2.1957

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 563110024 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

19.

Kang Mun Kil

Jiang Wen-ji;

Jian Wenji

Nru tal-passaport: PS 472330208 (jiskadi fl-4.7.2017)

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta’ akkwist nukleari bħala rappreżentant ta’ Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

23.

Kim Tong My’ong

Kim Chin-So’k;

Kim Tong-Myong;

Kim Jin-Sok;

Kim, Hyok-Chol;

Kim Tong-Myo’ng;

Kim Tong Myong;

Kim Hyok Chol

Data tat-twelid: a) 1964 b) 28.8.1962

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 290320764 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Kim Tong My’ong huwa l-President ta’ Tanchon Commercial Bank (TCB) u kellu diversi pożizzjonijiet f’TCB minn tal-inqas l-2002 ’l hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta’ Amroggang.

24.

Kim Yong Chol

Kim Yong-Chol;

Kim Young-Chol;

Kim Young-Cheol;

Young-Chul

Data tat-twelid: 18.2.1962

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 472310168 (maħruġ mir-RDPK)

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID. Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

28.

Yu Chol U

 

Data tat-twelid: 8.8.1959

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Yu Chol U huwa d-Direttur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju.

35.

Kim Chol Sam

Jin Tiesan

(金铁三)

Data tat-twelid: 11.3.1971

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 645120378 (maħruġ mir-RDPK)

30.11.2016

Kim Chol Sam huwa rappreżentant ta’ Daedong Credit Bank (DCB), li kien involut fil-ġestjoni ta’ tranżazzjonijiet f’isem DCB Finance Limited. Bħala rappreżentant ta’ DCB ibbażat barra mill-pajjiż, hemm suspett li Kim Chol Sam iffaċilita tranżazzjonijiet li jiswew mijiet ta’ eluf ta’ dollari u x’aktarx immaniġġa miljuni ta’ dollari f’kontijiet relatati mar-RDPK b’rabtiet potenzjali ma’ programmi nukleari/ta’ missili.

36.

Kim Sok Chol

 

Nru tal-passaport: 472310082

Data tat-twelid: 8.5.1955

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Myanmar

30.11.2016

Aġixxa bħala l-Ambaxxatur tar-RDPK għall-Myanmar u opera bħala faċilitatur tal-KOMID. Huwa tħallas mill-KOMID għall-assistenza tiegħu u jorganizza laqgħat f’isem il-KOMID, inkluż laqgħa bejn il-persuni relatati mad-difiża tal-KOMID u tal-Myanmar biex jiġu diskussi kwistjonijiet finanzjarji.

40.

Cho Il U

Cho Il Woo;

Cho Ch’o’l;

Jo Chol

Data tat-twelid: 10.5.1945

Post tat-twelid: Musan, North Hamgyo’ng Province, DPRK

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-passaport: 736410010

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Direttur tal-Ħames Bureau tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni. Huwa maħsub li Cho huwa inkarigat mill-operazzjonijiet ta’ spjunaġġ barranin u l-ġbir ta’ intelligence barranija għar-RDPK.

41.

Cho Chun Yon

Jo Yon Jun

Data tat-twelid: 28.9.1937

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li jidderieġi ħatriet ewlenin tal-persunal tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

48.

Paek Se Bong

Paek Se Pong

Data tat-twelid: 21.3.1938

Ċittadinanza: RDPK

2.6.2017

Paek Se Bong huwa eks President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Difiża, u eks Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon (MID).

50.

Pak To Chun

Pak Do Chun;

Pak To’-Ch’un

Data tat-twelid: 9.3.1944

Ċittadinanza: RDPK

2.6.2017

Pak To Chun huwa eks Segretarju tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon (MID) u attwalment jagħti pariri dwar affarijiet marbuta mal-programmi nukleari u tal-missili. Kien membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

53.

Ri Yong Mu

Ri Yong-Mu

Data tat-twelid: 25.1.1925

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Ri Yong Mu huwa Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li tmexxi u tiggwida l-affarijiet kollha tar-RDPK marbuta mal-militar, id-difiża u s-sigurtà, inkluż l-akkwisti.

63.

Pak Yong Sik

Pak Yo’ng-sik

Data tat-twelid: 1950

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: DPRK

11.9.2017

Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiem tal-Korea, li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, tikkmanda u tikkontrolla l-militar tar-RDPK, u tgħin tidderieġi l-industriji tad-difiża militari tal-pajjiż.

68.

Kim Tong Chol

Kim Tong-ch’o’l

Data tat-twelid: 28.1.1966

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Nru tal-passaport: a) 927234267 b) 108120258 (maħruġ mir-RDPK fl-14 ta’ Frar 2018; data ta’ skadenza 14 ta’ Frar 2023)

22.12.2017

Kim Tong Chol huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

78.

Ri Song Hyok

Li Cheng He

Data tat-twelid: 19.3.1965

Ċittadinanza: RDPK

Ġeneru: maskil

Nru tal-passaport: 654234735 (maħruġ mir-RDPK)

22.12.2017

Ri Song Hyok huwa rappreżentant barrani għall-Koryo Bank u Koryo Credit Development Bank u ġie rrapurtat li stabbilixxa kumpanniji fittizzji stabbiliti biex jakkwista oġġetti u jwettaq tranżazzjonijiet finanzjarji f’isem ir-RDPK.”

(2)   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 4, 8, 20, 22, 23, 30, 36, 42, 44, 45, 47, 50, 56, 57, 58, 61, 62, 63, 64, 65, 67, 68, 70 u 75 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“4.

Namchongang Trading Corporation

(a) NCG, b) NAMCHONGANG TRADING, c) NAM CHON GANG CORPORATION, d) NOMCHONGANG TRADING CO., e) NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION, f) Namhung Trading Corporation, g) Korea Daeryonggang Trading Corporation, h) Korea Tearyonggang Trading Corporation

(a) Chilgol, Pyongyang, Democratic People’s Republic of Korea, b) Sengujadong 11-2/(jew Kwangbok-dong), Mangyongdae District, Pyongyang, Democratic People’s Republic of Korea;

Numri tat-telefon: +850-2-18111, 18222 (ext. 8573);

Numru tal-fax +850-2-381-4687

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). In-Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa eks diplomatiku li kien ir-rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni tal-impjanti nukleari ta’ Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet passati ta’ proliferazzjoni tar-RDPK.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

a) Kuryonggang Trading Corporation b) Ryungseng Trading Corporation c) Ryung Seng Trading Corporation d) Ryungsong Trading Corporation e) Kore Kuryonggang Trading Corporation

Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata tat-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inkluż, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inkluż materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.

20.

Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM)

(a) East Sea Shipping Company; b) Korea Mirae Shipping Co. Ltd c) Haeyang Crew Management Company

Indirizz: Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: Dongheung-dong Changwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang;

Numru tal-OMI: 1790183

28.7.2014

Ocean Maritime Management Company Limited hija l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellha rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta’ merkanzija bil-moħbi ta’ armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f’Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company Limited ikkontribwixxiet f’attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b’mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet.

 

Bastimenti b’ Numru tal-OMI:

 

 

 

 

 

(a)

Chol Ryong (Ryong Gun Bong)

8606173

 

 

2.3.2016

 

 

(b)

Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle)

8909575

 

 

2.3.2016

 

 

(c)

Chong Rim 2

8916293

 

 

2.3.2016

 

 

(g)

Hoe Ryong

9041552

 

 

2.3.2016

 

 

(h)

Hu Chang (O Un Chong Nyon)

8330815

 

 

2.3.2016

 

 

(i)

Hui Chon (Hwang Gum San 2)

8405270

 

 

2.3.2016

 

 

(j)

Ji Hye San (Hyok Sin 2)

8018900

 

 

2.3.2016

 

 

(k)

Kang Gye (Pi Ryu Gang)

8829593

 

 

2.3.2016

 

 

(l)

Mi Rim

8713471

 

 

2.3.2016

 

 

(m)

Mi Rim 2

9361407

 

 

2.3.2016

 

 

(n)

O Rang (Po Thong Gang)

8829555

 

 

2.3.2016

 

 

(p)

Ra Nam 2

8625545

 

 

2.3.2016

 

 

(q)

Ra Nam 3

9314650

 

 

2.3.2016

 

 

(r)

Ryo Myong

8987333

 

 

2.3.2016

 

 

(s)

Ryong Rim (Jon Jin 2)

8018912

 

 

2.3.2016

 

 

(t)

Se Pho (Rak Won 2)

8819017

 

 

2.3.2016

 

 

(u)

Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho)

8133530

 

 

2.3.2016

 

 

(v)

South Hill 2

8412467

 

 

2.3.2016

 

 

(x)

Tan Chon (Ryon Gang 2)

7640378

 

 

2.3.2016

 

 

(y)

Thae Pyong San (Petrel 1)

9009085

 

 

2.3.2016

 

 

(z)

Tong Hung San (Chong Chon Gang)

7937317

 

 

2.3.2016

 

 

(aa)

Tong Hung 1

8661575

 

 

2.3.2016

 

22.

Chongchongang Shipping Company

(a) Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd. b) Chongchongang Shipping Co LTD

Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5342883

2.3.2016

Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, ippruvat timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta’ armi konvenzjonali fir-RDPK f’Lulju 2013.

23.

Daedong Credit Bank (DCB)

(a) DCB b) Taedong Credit Bank c) Dae-Dong Credit Bank

Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK;

Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK;

SWIFT: DCBKKPPY

2.3.2016

Daedong Credit Bank (DCB) ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank (DCB). Tal-inqas mill-2007, id-DCB iffaċilita mijiet ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta’ dollari f’isem il-KOMID u t-TCB. F’xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament tranżazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

30.

Office 39

Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39

(a) Second KWP Government Building (Korean – Ch’o’ngsa, Urban Town (Korean-Dong), Chung Ward, Pyongyang, DPRK b) Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, DPRK c) Changwang Street, Pyongyang DPRK

2.3.2016

Entità tal-gvern tar-RDPK.

36.

Singwang Economics and Trading General Corporation

 

Indirizz: RDPK;

Numru tal-OMI: 5905801

30.11.2016

Hija intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-flus għall-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż.

42.

Korea Daesong General Trading Corporation

Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation

Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang City, DPRK;

Telefon: +850-2-18111-8208. Fax +850-2-381-4432;

Email: daesong@star-co.net.kp

30.11.2016

Hija affiljata ma’ Office 39 permezz ta’ esportazzjonijiet ta’ minerali (deheb), metalli, makkinarju, prodotti agrikoli, ġinseng, ġojjellerija, u prodotti tal-industrija ħafifa.

44.

Korea Kumsan Trading Corporation

 

Indirizz: Haeun 2-dong, Pyogchon District, Pyongyang City/Mangyongdae, DPRK;

Telefon: +850-2-18111-8550. Fax +850-2-381-4410/4416;

Email: mhs-ip@star-co.net.kp

2.6.2017

Il-Korea Kumsan Trading Corporation hija proprjetà tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, li jissorvelja l-programm nukleari tar-RDPK, jew hija kkontrollata minnu, jew, direttament jew indirettament, taġixxi, jew allegatament taġixxi, għalih jew f’ismu.

45.

Koryo Bank

 

Koryo Bank Building, Pulgun Street, Pyongyang, DPRK

2.6.2017

Koryo Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK u huwa assoċjat ma’ Office 38 u Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

47.

Foreign Trade Bank

a) Mooyokbank b) Korea Trading Bank

Indirizz: FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, DPRK;

SWIFT/BIC: FTBDKPPY

4.8.2017

Il-Foreign Trade Bank huwa bank tal-Istat u jaġixxi bħala l-kummerċjant primarju tal-bank f’valuta barranija tar-RDPK u pprovda appoġġ finanzjarju prinċipali lill-Korea Kwangson Banking Corporation.

50.

Mansudae Overseas Project Group of Companies

Mansudae Art Studio

Yanggakdo International Hotel, RYUS, Pyongyang, DPRK

4.8.2017

Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut, iffaċilita, jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta’ ħaddiema mir-RDPK lejn nazzjonijiet oħra għal attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġi ġġenerat dħul għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel negozju f’pajjiżi fl-Afrika u fl-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malażja, il-Mozambique, il-Madagascar, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo u ż-Żimbabwe.

56.

CHONMYONG SHIPPING CO

CHON MYONG SHIPPING COMPANY LIMITED

Indirizz: Kalrimgil 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK; Saemaul 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5571322

30.3.2018

Sid irreġistrat ta’ CHON MYONG 1, bastiment bil-bandiera tar-RPDK li għamel trasferiment ta’ fjuwil bejn vapuri lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2017.

57.

FIRST OIL JV CO LTD

 

Indirizz: Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5963351

30.3.2018

Sid it-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri f’nofs Jannar 2018.

58.

HAPJANGGANG SHIPPING CORP

 

Indirizz: Kumsong 3-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5787684

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker NAM SAN 8 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri, u sid il-bastiment HAP JANG GANG 6.

61.

KOREA ACHIM SHIPPING CO

 

Indirizz: Sochang-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

Numru tal-OMI: 5936312

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker CHON MA SAN tar-RDPK. CHON MA SAN li għandu bandiera tar-RDPK ħejja għal operazzjonijiet probabbli ta’ trasferiment bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018. Il-kaptan tat-tanker bil-mutur YU JONG 2 bil-bandiera tar-RDPK irrapporta fit-18 ta’ Novembru 2017 lil kontrollur mhux identifikat ibbażat fir-RDPK li l-bastiment kien qed jevita maltempata qabel trasferiment bejn il-vapuri. Il-kaptan issuġġerixxa li YU JONG 2 jgħabbi ż-żejt tal-fjuwil qabel it-tanker CHON MA SAN bil-bandiera tar-RDPK peress li d-daqs ikbar ta’ CHON MA SAN kien aħjar biex jagħmel trasferimenti bejn il-vapuri f’maltempata. Wara li CHON MA SAN għabba ż-żejt tal-fjuwil minn bastiment, YU JON 2 għabba 1 168  kilolitru ta’ żejt tal-fjuwil fid-19 ta’ Novembru 2017 permezz ta’ operazzjoni ta’ trasferiment bejn il-vapuri.

62.

KOREA ANSAN SHIPPING COMPANY

(a) KOREA ANSAN SHPG COMPANY b) Korea Ansan SHPG CO

Indirizz: Pyongchon 1-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5676084

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker AN SAN 1 tar-RDPK li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

63.

KOREA MYONGDOK SHIPPING CO

 

Indirizz: Chilgol 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5985863

30.3.2018

Sid irreġistrat tal-YU PHYONG 5. Lejn l-aħħar ta’ Novembru 2017, il-YU PHYONG 5 għamel trasferiment bejn il-vapuri ta’ 1 721 tunnellata metrika ta’ żejt tal-fjuwil.

64.

KOREA SAMJONG SHIPPING

 

Indirizz: Tonghung-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5954061

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tankers tar-RDPK SAM JONG 1 u SAM JONG 2. Iż-żewġ bastimenti huma maħsuba li lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018 importaw żejt raffinat lejn ir-RDPK bi ksur tas-sanzjonijeit tan-NU.

65.

KOREA SAMMA SHIPPING CO

Korea Samma SHPG CO

Indirizz: Rakrang 3-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5145892

30.3.2018

Tanker bil-bandiera tar-RDPK, SAM MA 2 ta’ Korea Samma Shipping Company, għamel trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri u ffalsifika dokumenti f’nofs Ottubru 2017 meta għabba kważi 1 600 tunellata ta’ żejt tal-fjuwil fi tranżazzjoni waħda. Il-kaptan tal-vapur ngħata struzzjonijiet li jħassar SAMMA SHIPPING u l-kliem Korean li kien jinsab fuq is-siġill tal-vapur u minflok ipoġġi “Hai Xin You 606” biex jaħbi l-identità tiegħu bħala bastiment tar-RDPK.

67.

KOTI CORP

 

Indirizz: Panama City, Panama;

Numru tal-OMI: 5982254

30.3.2018

Maniġer tal-vapur u maniġer kummerċjali tal-bastiment KOTI bil-bandiera tal-Panama, li fid-9 ta’ Diċembru 2017 għamel trasferimenti bejn il-vapuri probabbilment ta’ prodotti taż-żejt lil KUM UN SAN 3 bil-bandiera tar-RDPK.

68.

MYOHYANG SHIPPING CO

 

Indirizz: Kumsong 3-dong, Mangyondae-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5988369

30.3.2018

Maniġer tal-vapur tat-tanker YU SON tar-RDPK ta’ prodotti taż-żejt, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

70.

PHYONGCHON SHIPPING & MARINE

PHYONGCHON SHIPPING AND MARINE

Indirizz: Otan-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru tal-OMI: 5878561

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker JI SONG 6 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ żejt bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta’ Jannar 2018. Il-kumpannija hi wkoll is-sid ta’ JI SONG 8 u WOORY STAR.

75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

Indirizz: 80 Raffles Place, #17-22 UOB Plaza, Singapore, 048624, Singapore;

Numru tal-OMI: 5987860

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta’ prodotti ta’ żejt raffinat.”


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1511

tas-7 ta’ Settembru 2022

dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022

(notifikata bid-dokument C(2022) 6284)

(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Latvjan, bil-Portugiż u bis-Sloven biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2313 (3) tagħti, wara għal ċerti Stati Membri, eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-VAT”) fuq l-importazzjoni tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(2)

Fil-15 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri dwar jekk kinitx meħtieġa estensjoni tal-validità tal-miżuri stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni. Il-Belġju, il-Latvja, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja (“l-Istati Membri li għamlu t-talba”) ressqu talbiet f’dan is-sens fil-21 ta’ Ġunju 2022.

(3)

L-importazzjonijiet lejn l-Istati Membri li għamlu t-talba skont id-Deċiżjoni (UE) 2021/2313 kienu ta’ benefiċċju biex l-organizzazzjonijiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet oħrajn li ġew approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ngħataw aċċess għall-mediċini, għall-apparat mediku u għat-tagħmir ta’ sikurezza personali meħtieġa li kien hemm nuqqas tagħhom. L-istatistika kummerċjali għal tali merkanzija tindika li l-importazzjonijiet relatati qabdu xejra ’l isfel, iżda jistgħu jvarjaw wara d-domandi l-ġodda għall-merkanzija meħtieġa biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19. Minkejja t-tilqim li għaddej bħalissa fl-Unjoni u l-għadd ta’ miżuri li ttieħdu biex il-virus ma jinfirixx, l-għadd ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Istati Membri li għamlu t-talba għadu ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Minħabba li f’dawk l-Istati Membri għadhom qed jirrapportaw nuqqas ta’ merkanzija meħtieġa biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19, jixraq li tingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq il-merkanzija importata għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u eżenzjoni mill-VAT imponibbli fuq il-merkanzija importata għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/132/KE.

(4)

Jenħtieġ li l-Istati Membri li għamlu t-talba jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li ddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT bil-għan li jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19, dwar l-organizzazzjonijiet li awtorizzaw biex jiddistribwixxu jew ifornu dik il-merkanzija, u dwar il-miżuri li ħadu biex il-merkanzija ma tkunx tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex jiġu miġġielda l-effetti ta’ dik it-tifqigħa.

(5)

Filwaqt li jitqiesu l-isfidi li jipprevedu li se jiffaċċjaw l-Istati Membri li għamlu t-talba, jenħtieġ li jingħataw l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjonijiet li jsiru mill-1 ta’ Lulju 2022. Jenħtieġ li l-eżenzjoni tibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(6)

Fit-22 ta’ Lulju 2022, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, u tkun eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/132/KE, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tkun maħsuba għal kwalunkwe wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:

(i)

id-distribuzzjoni bla ħlas mill-korpi u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c), lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minn dan il-virus jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19;

(ii)

il-forniment bla ħlas lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minn dan il-virus jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, filwaqt li l-merkanzija tibqa’ l-proprjetà tal-korpi u tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c);

(b)

il-merkanzija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u fl-Artikoli 52, 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE;

(c)

il-merkanzija hija importata mill-Belġju, mil-Latvja, mill-Awstrija, mill-Portugall u mis-Slovenja (“l-Istati Membri li għamlu t-talba”) għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-organizzazzjonijiet tal-Istat, fosthom korpi tal-Istat, korpi pubbliċi u korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika jew f’isimhom, jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jew f’isimhom.

2.   Il-merkanzija għandha tiddaħħal ukoll mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tkun eżentata mill-VAT fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/132/KE, meta din tkun importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera minn aġenziji li jagħtu l-għajnuna f’każ ta’ diżastru jew f’isimhom, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f’każ ta’ diżastru matul il-perjodu li fih jagħtu l-għajnuna lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew lil dawk li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19.

Artikolu 2

1.   Kull xahrejn, fil-15-il jum tax-xahar ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar, l-Istati Membri li għamlu t-talba għandhom jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li jkunu ddaħħlu skont l-Artikolu 1, mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT.

2.   Kull Stat Membru li għamel it-talba għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2023:

(a)

lista tal-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru rilevanti li għamel it-talba kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) il-punt (c);

(b)

l-informazzjoni kkonsolidata li ġejja dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT skont l-Artikolu 1:

(i)

numru tad-dikjarazzjoni doganali;

(ii)

data tal-aċċettazzjoni;

(iii)

kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda;

(iv)

kodiċi tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC);

(v)

massa netta;

(vi)

unità supplimentari, fejn japplika;

(vii)

valur tal-merkanzija;

(viii)

rata tad-dazju;

(ix)

rata tal-VAT;

(x)

ammont ta’ dazji u VAT mhux miġbura;

(xi)

oriġini tal-merkanzija;

(xii)

it-titoli tal-korpi u l-organizzazzjonijiet proprjetarji msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (c), fir-rigward tal-merkanzija li tingħata mingħajr ħlas lill-persuni affettwati mill-COVID-19, jew li huma fir-riskju tal-COVID-19, jew tal-korpi u l-organizzazzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19;

(c)

il-miżuri li ttieħdu biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 78, 79, u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE;

(d)

fejn xieraq, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ kontroll meħuda mill-Istat Membru li għamel it-talba, kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fir-rigward tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri li għamlu t-talba mill-1 ta’ Lulju 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża u lir-Repubblika tas-Slovenja.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.

(2)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2313 tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022 (ĠU L 464, 28.12.2021, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/51


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1512

tas-7 ta’ Settembru 2022

dwar it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss”, skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 6108)

(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-11 ta’ Lulju 2022.

(2)

L-għanijiet tal-inizjattiva kif ġew spjegati mill-organizzaturi huma: “(1) it-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju ta’ kull unità domestika; (2) ir-responsabbiltà tal-muniċipalitajiet, tad-distributuri u tal-fornituri tal-enerġija, ir-restrizzjoni tal-migrazzjoni bejn il-fornituri fiż-żona l-ħadra b’taħriġ professjonali għal mill-inqas impjegat wieħed tal-muniċipalità fi kwistjonijiet ambjentali, bl-użu ta’ tagħmir tal-UE biss; (3) l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija ekoloġika fl-aktar villaġġi iżolati u fi tmiem in-networks li nkella jkunu jeħtieġu investimenti ta’ konsolidazzjoni ffinanzjati minn distributuri, fornituri tal-enerġija jew unitajiet amministrattivi territorjali; (4) il-bidla tal-perċezzjoni pubblika li l-enerġija ekoloġika hija għalja u l-edukazzjoni tal-pubbliku biex jikkonsma mill-inqas 1 kW ta’ enerġija solari matul il-jum sabiex jitnaqqsu l-kontijiet. Aħna rridu ntemmu l-gwerra tal-enerġija, inħejju sistemi ta’ pompi tat-turbini lokali sa 400 kW, sistemi ta’ tisqija bil-qatra u ġeneraturi tal-idroġenu għal żoni tal-enerġija kompatti. Pass ewlieni għall-kompetittività fl-UE.”

(3)

Anness tal-inizjattiva jipprovdi aktar dettalji dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva, u jistabbilixxi u jagħti dettalji dwar ir-raġunijiet għall-appoġġ għal din l-inizjattiva. L-organizzaturi jsostnu li l-flus li ma jintużawx għar-reżiljenza, il-koeżjoni u l-iżvilupp reġjonali jistgħu jservu biex jiffinanzjaw, permezz ta’ unitajiet amministrattivi territorjali, 600 miljun panel fotovoltajku u 197 000 megawatt enerġija ekoloġika f’madwar 197 miljun unità domestika fl-Unjoni kollha għal spiża stmata ta’ EUR 750 biljun, u b’hekk jiġu stabbiliti l-pedamenti tal-“unjoni Ewropea tal-enerġija ekoloġika”.

(4)

Fir-rigward tas-sejħa għal azzjoni biex jiġu installati pannelli fotovoltajċi u turbini eoliċi biex jipprovdu lill-unitajiet domestiċi b’enerġija ekoloġika bil-ħsieb li titnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħhom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali li joħolqu obbligi li bini ġdid jew eżistenti jiġi armat b’installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u li jitħaffu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli abbażi tal-Artikolu 194(2) tat-Trattat.

(5)

Sa fejn l-inizjattiva titlob li l-objettivi tagħha jinkisbu bil-kontribuzzjoni tal-fondi tal-Unjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif ukoll il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, InvestEU, abbażi tal-Artikolu 173/jew l-Artikolu 175 tat-Trattat, u l-Fond Soċjali għall-Klima l-ġdid propost, abbażi tal-Artikolu 91(1), il-punt (d), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(1), il-punt (c), kollha jipprevedu investimenti sinifikanti fit-tranżizzjoni ekoloġika.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

(7)

Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u l-kompatibilità mad-drittijiet fundamentali, ikunux issodisfati f’dan il-każ.

(8)

Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-inizjattiva intitolata “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss” tiġi rreġistrata.

(11)

Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati bl-ebda mod ma timplika li l-Kummissjoni tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss” għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss”, irrappreżentat mis-Sur Augustin DANILA u s-Sur Vlad VASILE li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1513

tas-7 ta’ Settembru 2022

dwar it-talba għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel fl-UE”, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 6193)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Lulju 2022 ġiet ippreżentata talba lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel fl-UE”.

(2)

L-għanijiet tal-inizjattiva huma spjegati mill-organizzaturi kif ġej: “Ir-reġjuni rurali tal-Ewropa qed jitilfu l-wirt, l-industriji, il-popolazzjonijiet u l-valuri tagħhom – u dan qed jhedded is-sigurtà u l-provvista tal-ikel fl-UE kollha. Biex nippreservaw dak li jagħmel lil dawn ir-reġjuni uniċi għall-ġenerazzjonijiet futuri u niżguraw il-lonġevità tal-komunitajiet tal-UE li jipproduċu l-ikel, neħtieġu impenn imġedded tal-UE għall-promozzjoni tal-wirt reġjonali, tkabbir rurali sostenibbli u żieda fl-istandards tal-għajxien. Din l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej titlob lill-UE timmodernizza l-impenji rurali tagħha biex tqis il-ħtieġa għal aktar sigurtà tal-ikel, provvista ta’ materjali agrikoli u protezzjoni għall-istil ta’ ħajja rurali – in-nies tagħha, il-valuri u l-għajxien tagħhom.”

(3)

Aktar dettalji dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva jinstabu f’anness ta’ din l-inizjattiva, li fih jiġu stabbiliti u mogħtija dettalji dwar ir-raġunijiet għall-appoġġ għal din l-inizjattiva. L-organizzaturi jsostnu li “s-setturi rurali u dawk li jaħdmuhom jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar u inċentivi dejjem jonqsu biex ikomplu, li jekk dawn ma jiġux indirizzati, se jwasslu għall-estinzjoni ta’ wħud mill-aktar komunitajiet u valuri fundamentali tal-Ewropa”. Huma jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta, fl-ambitu tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni mit-Trattati, biex jissaħħu u jiġu ppreservati l-wirt u l-industriji reġjonali fl-Unjoni kollha sabiex tingħata spinta lit-tkabbir rurali u jiġu promossi l-prattiki u l-attivitajiet tal-impjiegi rurali. Huma jitolbu wkoll ir-rikonoxximent tas-sigurtà u l-provvista tal-ikel, bħall-materjali tal-fertilizzanti u tal-bijogass, biex tinżamm provvista tal-ikel reġjonali robusta fl-Unjoni. Huma jistiednu lill-Kummissjoni tinkludi l-promozzjoni tal-wirt rurali u r-rikonoxximent tas-sigurtà u l-provvista tal-ikel fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u jsemmu l-ħtieġa li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-Unjoni sal-2040, il-Patt Rurali kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE jiġu estiżi (2).

(4)

F’konformità mal-objettivi tal-politika agrikola komuni (PAK) stabbilita bl-Artikolu 39 tat-Trattat, ir-Regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (3) isegwi l-objettivi ġenerali tat-trawwim ta’ settur agrikolu intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul, jappoġġa u jsaħħaħ il-protezzjoni ambjentali u jsaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali (4). Sa fejn l-objettiv tal-inizjattiva tal-protezzjoni tal-wirt rurali, is-sigurtà tal-ikel u l-provvista tal-Unjoni ma jkunx kopert mir-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali abbażi tal-Artikolu 42 l-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

(5)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

(6)

Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u l-kompatibilità mad-drittijiet fundamentali, ikunux issodisfati f’dan il-każ.

(7)

Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt f’konformità mal-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament.

(8)

L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-inizjattiva intitolata “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel tal-UE” tiġi rreġistrata.

(10)

Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati bl-ebda mod ma timplika li l-Kummissjoni tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel fl-UE” għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel tal-UE”, irrappreżentat mis-Sur Česlovas TALLAT-KELPŠA u s-Sur Markus Valdemar SJÖHOLM li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.

(2)  Fil-Komunikazzjoni tagħha “Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE sal-2040” (COM/2021/345 final), ippreżentata fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ħabbret il-Patt Rurali u l-Pjan ta’ Azzjoni Rurali. Aktar informazzjoni dwar dawn l-azzjonijiet tinsab hawnhekk: https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/new-push-european-democracy/long-term-vision-rural-areas_mt

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(4)  L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2115.


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1514

tat-8 ta’ Settembru 2022

li tippermetti lill-Finlandja tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

(notifikata bid-dokument C(2022) 6274)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih sustanzi attivi li għandhom profil tas-saħħa ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali aktar favorevoli. Għalhekk, il-prodotti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jiġu awtorizzati bi proċedura simplifikata. In-nitroġenu huwa inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, soġġett għar-restrizzjoni li jintuża fi kwantitajiet limitati f’kontenituri pronti għall-użu.

(2)

Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, in-nitroġenu hu approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, insettiċidi (2). Il-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu kif approvat, huma awtorizzati f’diversi Stati Membri u huma fornuti f’ċilindri tal-gass (3).

(3)

In-nitroġenu jista’ wkoll jiġi ġġenerat in situ mill-arja ambjentali. In-nitroġenu ġġenerat in situ bħalissa mhuwiex approvat għall-użu fl-Unjoni u la hu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u lanqas ma hu mdaħħal fil-lista ta’ sustanzi attivi inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti fil-prodotti bijoċidali fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-5 ta’ April 2022 il-Finlandja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal deroga mill-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament li fiha titlob li titħalla tawtorizza l-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-arja ambjentali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (“l-applikazzjoni”).

(5)

Il-wirt kulturali jista’ jsofri ħsarat minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi ta’ ħsara, minn insetti sa mikroorganiżmi. Il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mhux biss tista’ twassal għat-telf tal-oġġett kulturali nnifsu, iżda toħloq ukoll ir-riskju li dawk l-organiżmi ta’ ħsara jinfirxu għal oġġetti oħra fil-qrib. Mingħajr trattament xieraq, l-oġġetti jistgħu jsofru ħsara b’mod irrimedjabbli, u b’hekk il-wirt kulturali jitpoġġa f’riskju serju.

(6)

In-nitroġenu ġġenerat in situ jintuża biex tinħoloq atmosfera kkontrollata b’konċentrazzjoni baxxa ħafna ta’ ossiġenu (anossija) f’tined jew fi kmamar għat-trattament issiġillati b’mod permanenti jew temporanju għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara fuq oġġetti ta’ wirt kulturali. In-nitroġenu jinfired mill-arja ambjentali u jiġi ppumpjat fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament, fejn il-kontenut tan-nitroġenu fl-atmosfera jiżdied għal bejn wieħed u ieħor 99 % u b’hekk l-ossiġenu jiġi eżawrit kważi kompletament. L-umdità tan-nitroġenu li jiġi ppumpjat fiż-żona għat-trattament tiġi ffissata skont x’jirrikjedi l-oġġett li jrid jiġi ttrattat. L-organiżmi ta’ ħsara ma jistgħux jibqgħu ħajjin fil-kundizzjonijiet maħluqa fit-tinda jew fil-kamra għat-trattament.

(7)

Skont l-informazzjoni li tressqet mill-Finlandja, l-użu tan-nitroġenu ġġenerat in situ jidher li huwa l-unika teknika effettiva għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara li tista’ tintuża għat-tipi u l-kombinamenti kollha ta’ materjali preżenti fl-istituzzjonijiet kulturali mingħajr ma ssirilhom ħsara u hi effettiva kontra l-istadji kollha tal-iżvilupp tal-pesti fil-wirt kulturali.

(8)

Il-metodu tal-anossija jew ta’ atmosfera mmodifikata jew ikkontrollata huwa elenkat fl-istandard EN 16790:2016 “Konservazzjoni tal-wirt kulturali – Ġestjoni integrata tal-pesti (IPM) għall-protezzjoni tal-wirt kulturali” u f’dan l-istandard in-nitroġenu huwa deskritt bħala “l-aktar użat” biex tinħoloq l-anossija.

(9)

Tekniki oħra huma disponibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, bħat-tekniki ta’ xokk termali (b’temperaturi għoljin jew baxxi). Barra minn hekk, il-prodotti bijocidali li fihom sustanzi attivi oħra jistgħu jintużaw għal dak l-iskop. Madankollu, fil-fehma tal-Finlandja, kull waħda minn dawn it-tekniki għandha limitazzjonijiet fir-rigward tal-ħsara li tista’ ssir lil ċerti materjali matul it-trattament.

(10)

Kif iddikjarat fl-applikazzjoni, rari li jintużaw sustanzi attivi oħra fl-istituzzjonijiet kulturali minħabba l-profil ta’ periklu tagħhom. Wara t-trattament b’dawn is-sustanzi, ir-residwi fuq l-oġġetti ttrattati jistgħu jiġu rilaxxati progressivament fl-ambjent, u dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, dawn is-sustanzi jistgħu jirreaġixxu mal-materjali tal-oġġetti tal-wirt u jikkawżaw bidliet irriversibbli, speċjalment tal-uċuħ tagħhom.

(11)

Skont l-informazzjoni fl-applikazzjoni, l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri mhuwiex alternattiva xierqa għall-istituzzjonijiet kulturali, billi għandu żvantaġġi prattiċi. Il-kwantitajiet limitati fiċ-ċilindri jirrikjedu trasport frekwenti u faċilità ta’ ħżin separata. It-trattament bin-nitroġenu fiċ-ċilindri jiġġenera kostijiet għoljin għall-istituzzjonijiet kulturali.

(12)

Jekk l-istituzzjonijiet kulturali jintalbu jużaw diversi tekniki biex jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara – kull waħda minnhom adattata għal materjali u oġġetti speċifiċi – minflok jużaw teknika waħda li tkun diġà ntużat u li tkun adattata għall-materjali kollha, l-istituzzjonijiet kulturali jkollhom iġarrbu kostijiet addizzjonali u tkun aktar ikkumplikata għalihom biex jilħqu l-objettiv li jitbiegħdu mill-użu ta’ sustanzi attivi aktar perikolużi fl-IPM tagħhom. Barra minn hekk, l-abbandun tal-faċilitajiet u tat-tagħmir miksuba għall-anossija tan-nitroġenu ġġenerata in situ jirrappreżenta telf ta’ investimenti preċedenti.

(13)

Fl-2019, f’bosta laqgħat (5) tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali, saru diskussjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għan-nitroġenu ġġenerat in situ.

(14)

Barra minn hekk, mat-talba tal-Kummissjoni, wara l-ewwel applikazzjoni simili għal deroga għall-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mill-Awstrija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dik l-applikazzjoni, u ppermettiet lill-partijiet interessati kollha jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-1487 kumment li waslu kienu favur id-deroga. Bosta kontributuri ddeskrivew l-iżvantaġġi tat-tekniki alternattivi disponibbli: it-trattamenti termali jistgħu jagħmlu ħsara lil ċerti materjali; l-użu ta’ sustanzi attivi oħra jħallu residwi tossiċi fuq l-artefatti li progressivament jiġu rilaxxati fl-ambjent; l-użu tan-nitroġenu fiċ-ċilindri ma jippermettix li tiġi kkontrollata l-umdità relattiva fiż-żona għat-trattament, u dan huwa meħtieġ għat-trattament ta’ wħud mill-materjali.

(15)

L-inklużjoni tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ mingħajr il-ħtieġa ta’ deroga skont l-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. Tali applikazzjoni ġiet ippreżentata f’Marzu 2022. Madankollu, it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-ksib tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jeħtieġu ż-żmien.

(16)

L-applikazzjoni turi li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli fil-Finlandja, peress li t-tekniki alternattivi kollha disponibbli attwalment għandhom xi żvantaġġi minħabba li mhumiex adattati għat-trattament tal-materjali kollha jew minħabba li għandhom xi żvantaġġi prattiċi.

(17)

Abbażi ta’ dawk l-argumenti kollha jixraq li wieħed jikkonkludi li n-nitroġenu ġġenerat in situ huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fil-Finlandja u li ma hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Finlandja titħalla tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(18)

L-inklużjoni possibbli tan-nitroġenu ġġenerat in situ fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-awtorizzazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri tal-prodotti li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ jeħtieġu ż-żmien. Għalhekk jixraq li tkun permessa deroga għal perjodu ta’ żmien li jkun jippermetti t-tlestija tal-proċeduri sottostanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Finlandja tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li jikkonsistu min-nitroġenu ġġenerat in situ għall-protezzjoni tal-wirt kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/89/KE tat-30 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi n-nitroġenu bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 199, 31.7.2009, p. 19).

(3)  Lista ta’ prodotti awtorizzati hija disponibbli fuq https://echa.europa.eu/mt/information-on-chemicals/biocidal-products.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(5)  It-83, l-84, il-85 u s-86 laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li saru f’Mejju 2019, f’Lulju 2019, f’Settembru 2019 u f’Novembru 2019, rispettivament. Il-minuti tal-laqgħat huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/biocides/events_en#anchor0


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/58


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1515

tat-8 ta’ Settembru 2022

dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Mouskito Junior Lotion f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 6279)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Ottubru 2015, il-kumpanija Laboratoria Qualiphar N.V./S.A. (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni għal rikonoxximent reċiproku b’mod parallel lill-awtoritajiet kompetenti ta’ diversi Stati Membri, inkluż Franza, f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-prodott bijoċidali Mouskito Junior Lotion (“il-prodott bijoċidali”). Il-prodott bijoċidali huwa prodott lest għall-użu maħsub biex jipproteġi l-ġilda tal-bniedem mill-gdim tal-insetti u fih l-etil butilaċetilamminopropjonat (IR 3535) bħala sustanza attiva. Il-Belġju huwa l-Istat Membru ta’ referenza responsabbli għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

L-indikazzjonijet tal-applikant għall-prodott kienu: il-protezzjoni f’żoni bi klima tropikali kontra n-nemus (Aedes aegypti, Culex quinquefasciatus, Anopheles gambiae) u f’żoni bi klima temperata kontra n-nemus (Aedes aegypti, Culex quinquefasciatus), id-dubbien (Stomoxys calcitrans), in-naħal (Apis mellifera), iż-żunżan (Apis mellifera) u l-qurdien (Ixodes ricinus).

(3)

Fid-19 ta’ Ġunju 2019, skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Franza ressqet l-oġġezzjonijiet lill-grupp ta’ koordinazzjoni li jindikaw li l-prodott bijoċidali ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament għall-użu kontra n-naħal u ż-żunżan. Ir-riferiment ġie diskuss fil-grupp ta’ koordinazzjoni fis-16 ta’ Settembru 2019.

(4)

Billi fil-grupp ta’ koordinazzjoni ma ntlaħaqx ftehim, fis-7 ta’ Novembru 2019, il-Belġju ressaq l-oġġezzjoni mhux riżolta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Belġju pprovda dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li tispjega fid-dettall il-kwistjoni li l-Istati Membri ma setgħux jaqblu dwarha u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta’ qbil. Id-dikjarazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri kkonċernati u lill-applikant.

(5)

Franza ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza għall-awtorizzazzjoni tal-użu kontra ż-żunżan u n-naħal. B’mod aktar speċifiku, Franza jidhrilha li l-effikaċja għall-użu speċifiku ma ntwerietx fit-test b’użu simulat ipprovdut mill-applikant, minħabba li d-disinn ta’ dak it-test ma ppermettiex li jiġi ddeterminat il-ħin sħiħ tal-protezzjoni (2) u minħabba li l-prodott ma ġiex applikat fuq wiċċ li jixbah il-ġilda tal-bniedem.

(6)

Il-Belġju jargumenta li l-applikant wettaq it-testijiet meħtieġa skont il-gwida eżistenti fiż-żmien li fih issottometta l-applikazzjoni u nnota li ma jeżisti l-ebda protokoll stabbilit fir-rigward taż-żunżan u tan-naħal. Il-Belġju jidhirlu li indikazzjoni speċifika ma tistax tiġi miċħuda sempliċiment minħabba li ma jkunx jeżisti protokoll tal-ittestjar stabbilit u li għalhekk jeħtieġ jintuża ġudizzju espert. Filwaqt li jirrikonoxxi li ma ġie ddeterminat l-ebda ħin sħiħ tal-protezzjoni mit-test ipprovdut mill-applikant, il-Belġju kkonkluda, abbażi tal-ġudizzju espert, li l-indikazzjoni tar-repellenza tan-naħal u taż-żunżan kienet sostnuta biżżejjed.

(7)

Fis-17 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni talbet opinjoni dwar dik il-kwistjoni mingħand l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-Aġenzija ntalbet tindika (i) jekk huwiex meħtieġ li jiġi ddeterminat il-ħin sħiħ tal-protezzjoni għall-valutazzjoni tal-effikaċja kontra n-naħal u ż-żunżan u jekk it-test b’użu simulat imwettaq mill-applikant jippermettix li jiġi ddeterminat il-ħin sħiħ tal-protezzjoni, (ii) jekk huwiex meħtieġ li jitwettqu testijiet b’użu simulat fuq wiċċ li jixbah il-ġilda tal-bniedem u (iii) jekk it-test b’użu simulat imwettaq iġġenerax data li turi li bid-doża rakkomandata, il-prodott bijoċidali jikkontrolla ż-żunżan u n-naħal billi jirripella dawk l-organiżmi u b’hekk jappoġġa d-dikjarazzjoni “jirripella ż-żunżan u n-naħal”.

(8)

Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu (3).

(9)

Skont l-Aġenzija, id-data dwar l-effikaċja rilevanti għall-kundizzjonijiet tal-użu reali hija meħtieġa biex tissostanzja l-indikazzjonijiet dwar il-prodott. Il-ħin tal-protezzjoni huwa parametru importanti ħafna, speċjalment għall-prodotti maħsuba biex jintużaw kontra insetti perikolużi, filwaqt li jitqies ukoll li t-tingiż min-naħal u miż-żunżan huwa tħassib reali għall-individwi vulnerabbli minħabba reazzjonijiet allerġiċi għall-velenu.

(10)

L-Aġenzija tirrikonoxxi li ma hemm l-ebda protokoll jew kriterju miftiehem għall-ittestjar tal-effikaċja fir-rigward tar-repellenti topiċi kontra ż-żunżan u n-naħal u jidhrilha li hija r-responsabbiltà tal-applikant li jipprovdi d-data dwar l-effikaċja minn studji mfassla biex jimitaw is-sitwazzjoni tal-użu prattiku sabiex jissostanzja l-indikazzjoni.

(11)

It-testijiet imwettqa mill-applikant kienu provi fuq il-post imwettqa fl-imsaġar. L-effikaċja tar-repellent ġiet investigata bl-użu ta’ nases fil-forma ta’ fliexken tal-plastik, mimlija b’soluzzjoni ta’ zokkor u deterġent biex jinqabdu l-organiżmi fil-mira. Il-wiċċ tan-nases ġie ttrattat bil-prodott tat-test darbtejn kuljum jew ma ġiex ittrattat. Skont l-Aġenzija, fil-każ tar-repellenti kontra n-naħal u ż-żunżan, l-ittestjar permezz ta’ nases b’sustanza li tattira l-insetti bħala s-suġġett tat-test minflok il-bniedem jista’ jkun aċċettabbli, b’mod partikolari minħabba kwistjonijiet etiċi mqajma mill-esponiment tal-bnedmin għat-tingiż min-naħal u miż-żunżan li hu inevitabbli u li jikkawża l-uġigħ. Madankollu, id-data miġbura waqt il-prova fuq il-post imwettqa mill-applikant ma tippermettix li jiġi stabbilit il-ħin sħiħ tal-protezzjoni.

(12)

L-Aġenzija tindika wkoll li l-wiċċ tal-fliexken użati bħala nases, li huwa materjal mhux poruż, huwa ferm differenti minn kwalunkwe materjal li jissimula l-proprjetajiet tal-ġilda tal-bniedem, speċjalment f’termini ta’ assorbenza u riħa, u dan jista’ jaffettwa l-effikaċja tar-repellent. Jenħtieġ li d-disinn tat-test jimita kemm jista’ jkun is-sitwazzjoni prattika waqt l-użu – pereżempju, ikun aħjar li jintuża wiċċ jew konsistenza assorbenti li jixbhu l-ġilda tal-bniedem, bħall-ġilda tal-annimali, jew kwalunkwe materjal poruż artifiċjali modifikat b’tali mod li jissimula l-ġilda tal-bniedem.

(13)

Skont l-Aġenzija, id-data sottomessa mill-applikant mill-provi fuq il-post hija valida fil-prinċipju u tista’ turi l-effikaċja tal-prodotti maħsuba biex jintużaw bħala repellenti tal-ispazji jew li jintużaw fuq il-wiċċ tal-ġilda u tista’ tissostanzja d-dikjarazzjoni “jirripella ż-żunżan u n-naħal”. Madankollu, it-test ipprovdut mhuwiex rilevanti għall-użu maħsub, jiġifieri bħala repellent topiku kontra ż-żunżan u n-naħal li għandu jiġi applikat fuq il-ġilda tal-bniedem u b’hekk jintuża biex jipproteġi lill-individwi kontra l-gdim/it-tingiż tal-insetti. Jenħtieġ li d-data ġġenerata tkun rilevanti għal dan l-użu maħsub. Il-wiċċ ittrattat tan-nases fit-test imwettaq ma jimitax biżżejjed is-sitwazzjoni tal-użu prattiku, u għalhekk, id-disinn tat-test ma jistax jitqies xieraq biex juri l-effikaċja tal-prodott għall-użu ddikjarat.

(14)

Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni jidhrilha li l-prodott bijoċidali ma jissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu tal-prodott bħala repellent kontra ż-żunżan u n-naħal.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodott bijoċidali identifikat bin-numru tal-każ BC-YL020104-40 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali ma jissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu bħala repellent kontra ż-żunżan u n-naħal.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Il-ħin sħiħ tal-protezzjoni huwa definit bħala l-ħin li jgħaddi bejn l-applikazzjoni tar-repellent u l-ħin li fih jitfaċċaw żewġ gidmiet jew aktar fuq il-ġilda ttrattata, jew l-ewwel gidma kkonfermata (gidma segwita minn oħra fi żmien 30 minuta).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA ECHA/BPC/318/2022, https://echa.europa.eu/documents/10162/3443002/art_38_ethyl_butylacetylaminopropionate_bpc_opinion_en.pdf/1b489ec3-7868-2814-a3aa-a34557f4374d?t=1655449588766


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/61


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1516

tat-8 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li l-iskop tiegħu huwa li jservi ta’ prova li persuna tkun irċeviet tilqima kontra l-COVID-19, riżultat tat-test negattiv, jew li tkun fieqet minn infezzjoni għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19.

(2)

Sabiex iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkun jista’ jintuża madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 (2) li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli biex iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE jimtlew, jinħarġu u jiġu verifikati b’mod sigur, biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali, biex tiġi stabbilita l-istruttura komuni tal-identifikatur uniku taċ-ċertifikat, u biex jinħareġ barcode validu, sigur u interoperabbli.

(3)

Fid-29 ta’ Ġunju 2022, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2022/1034 (3), li jestendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023. Din l-estensjoni tiżgura li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkun jista’ jkompli jiffaċilita l-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Dan huwa partikolarment rilevanti f’każ li jinżammu jew jiġu introdotti (mill-ġdid) ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, pereżempju b’rispons għall-emerġenza u t-tixrid ta’ varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta’ tħassib.

(4)

Biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tat-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19 li jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, id-definizzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni stabbilita fl-Artikolu 2, il-punt 5 tar-Regolament (UE) 2021/953 ġiet emendata bir-Regolament (UE) 2022/1034 biex tinkludi analiżijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju. Issa huwa possibbli li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-testijiet u, wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 (4), ċertifikati tal-fejqan abbażi tat-testijiet tal-antiġeni inklużi fil-lista komuni tal-UE ta’ testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 li ġiet miftiehma, u li jiġu aġġornati regolarment, mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, bħala li jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti.

(5)

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953 ġie emendat ukoll bir-Regolament (UE) 2022/1034 sabiex jippermetti lill-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-tilqim lill-parteċipanti fi provi kliniċi li jkunu ġew approvati mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk il-parteċipant ikunx irċieva l-kandidat tat-tilqima kontra l-COVID-19 jew, biex jiġi evitat li l-istudji jiġu kompromessi, id-doża mogħtija lill-grupp ta’ kontroll. Skont l-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2021/953, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-aċċettazzjoni tat-tilqim kontra l-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi fl-Istati Membri.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn l-emendi tar-Regolament (UE) 2021/953, u sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, ir-regoli għall-mili taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jirriflettu l-possibbiltà li jintużaw analiżijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju għaċ-ċertifikati tat-testijiet u tal-fejqan u biex jinħarġu ċertifikati tat-tilqim għall-parteċipanti fil-provi kliniċi.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 tiġi emendata skont dan.

(8)

Fid-dawl tal-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi emendati fiċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

L-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 30.6.2021, p. 32).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2022/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 37).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq testijiet rapidi tal-antiġeni (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4).


ANNESS I

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima introduttorja, l-ewwel sentenza tas-sitt paragrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Minħabba li xi settijiet ta’ valuri bbażati fuq is-sistemi tal-ikkowdjar previsti f’dan l-Anness, bħal dawk għall-ikkowdjar tat-tilqim u tat-testijiet tal-antiġeni, qed jinbidlu ta’ spiss, dawn għandhom jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tas-Servizzi Elettroniċi tas-Saħħa u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa.”;

(2)

fit-Taqsima 3, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Jekk pajjiż li juża ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (“EU DCC”) jiddeċiedi li joħroġ ċertifikati tat-tilqim lill-parteċipanti tal-provi kliniċi matul il-provi kliniċi li jkunu għaddejjin, il-prodott mediċinali tat-tilqim għandu jiġi kkodifikat skont il-mudell

CT_identifikatur-tal-prova-klinika

Meta l-prova klinika tkun ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Provi Kliniċi tal-UE (EU-CTR), għandu jintuża l-identifikatur tal-prova klinika minn dan ir-reġistru. F’każijiet oħra, jistgħu jintużaw identifikaturi minn reġistri oħra (bħal clinicaltrials.gov jew l-Australian New Zealand Clinical Trials Registry).

L-identifikatur tal-prova klinika għandu jinkludi prefiss li jippermetti l-identifikazzjoni tar-reġistru tal-provi kliniċi (bħal EUCTR għar-Reġistru tal-Provi Kliniċi tal-UE, NCT għal clinicaltrials.gov, ACTRN għall-Australian New Zealand Clinical Trials Registry).

Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet gwida mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati maħruġa għat-tilqima kontra l-COVID-19 li tkun għaddejja minn provi kliniċi, il-gwida għandha tiġi ppubblikata jew bħala parti mid-dokument tas-settijiet ta’ valur jew separatament.”;

(3)

fit-Taqsima 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jekk pajjiż li juża ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiddeċiedi li joħroġ ċertifikati tat-tilqim lill-parteċipanti tal-provi kliniċi matul il-provi kliniċi li jkunu għaddejjin, id-detentur jew il-manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqim, għandu jiġi kkodifikat bl-użu tal-valur indikat lilu fis-sett tal-valur, jekk disponibbli. F’każijiet oħra, id-detentur jew il-manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqim għandu jiġi kkodifikat bl-użu tar-regola deskritta fit-Taqsima 3 Prodott mediċinali tat-tilqim (CT_identifikatur-tal-prova-klinika).”;

(4)

fit-Taqsima 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-kodiċi LP217198-3 (Immunoassaġġ rapidu) għandu jintuża biex jindika kemm it-testijiet rapidi tal-antiġeni kif ukoll l-analiżijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju.”;

(5)

fit-Taqsima 8, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kontenut tas-sett ta’ valuri għandu jinkludi l-għażla tat-test tal-antiġeni kif elenkat fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19, stabbilita fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 u maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Il-lista tinżamm mill-JRC fil-Bażi tad-Data ta’ Tagħmir Dijanjostiku in vitro u tal-Metodi ta’ Ttestjar tal-COVID-19 fuq: https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat.”.


ANNESS II

It-Taqsima 4 tal-Anness V tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-punt 4.1, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tielet ringiela (il-kamp tad-data“v/mp”, l-isem tal-kamp “Prodott ta’ tilqim kontra l-COVID-19”), it-tieni sentenza taħt il-kolonna “Struzzjonijiet” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri vaccine-medicinal-product.json jew valur kodifikat li jirreferi għal prova klinika u li jsegwi r-regola definita fit-Taqsima 3 tal-Anness II.”;

(b)

fir-raba’ ringiela (il-kamp tad-data“v/ma”, l-isem tal-kamp “Detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqima kontra l-COVID-19”), it-tieni sentenza taħt il-kolonna “Struzzjonijiet” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri vaccine-mah-manf.json jew valur kodifikat li jirreferi għal prova klinika u li jsegwi r-regola definita fit-Taqsima 4 tal-Anness II.”;

(2)

fil-punt 4.2, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tielet ringiela (il-kamp tad-data“t/nm”, l-isem tal-kamp “Isem tat-test (testijiet bl-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku biss)”), it-tielet paragrafu taħt il-kolonna “Struzzjonijiet” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għat-test tal-antiġeni: dan il-kamp tad-data ma għandux jintuża, minħabba li l-isem tat-test jingħata indirettament permezz tal-indikatur tal-apparat użat għat-test (t/ma).”;

(b)

ir-raba’ ringiela hija sostitwita kif ġej:

t/ma

Identifikatur tal-apparat tat-test (testijiet tal-antiġeni biss)

Identifikatur tal-apparat tat-test tal-antiġeni mill-bażi ta’ data tal-JRC. Sett ta’ valuri (lista komuni tal-HSC):

It-testijiet tal-antiġeni kollha fil-lista komuni tal-HSC (tinqara mill-bnedmin).

https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat (tinqara mill-magni, il-valuri tal-kamp tad-data id_device inklużi fil-lista jiffurmaw is-sett ta’ valuri).

Fil-pajjiżi tal-UE/ŻEE, l-emittenti għandhom joħorġu ċertifikati biss għat-testijiet li jappartjenu għas-sett ta’ valuri attwalment validu. Is-sett ta’ valuri għandu jiġi aġġornat kull 24 siegħa.

Il-valuri li mhumiex fis-sett ta’ valuri jistgħu jintużaw f’ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi madankollu l-identifikaturi għandhom xorta jkunu dawk mill-bażi ta’ data tal-JRC. L-użu ta’ identifikaturi oħra bħal dawk ipprovduti direttament mill-manifatturi tat-testijiet mhuwiex permess.

Il-verifikaturi għandhom jaqbdu l-valuri li ma jappartjenux għas-sett ta’ valuri aġġornat, u juru li ċ-ċertifikati li jkollhom tali valuri huma invalidi. Jekk identifikatur jitneħħa mis-sett ta’ valuri, iċ-ċertifikati li jkunu jinkluduh jistgħu jiġu aċċettati għal massimu ta’ 72 siegħa mid-data ta’ tneħħija.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

“Għat-test tal-antiġeni: għandu jiġi pprovdut eżattament kamp tad-data wieħed (1) mhux vojt.

Għal NAAT: il-kamp tad-data ma għandux jintuża, anke jekk l-identifikatur tat-test tal-NAA jkun disponibbli fil-bażi ta’ data tal-JRC.

Eżempju:

“ma”: “344” (SD BIOSENSOR Inc, STANDARD F COVID-19 Ag FIA)”;

(c)

fis-seba’ ringiela (il-kamp tad-data“t/tc”, l-isem tal-kamp “Ċentru jew faċilità tal-ittestjar”), it-tielet paragrafu taħt il-kolonna “Struzzjonijiet” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għat-test tal-antiġeni: dan il-kamp tad-data huwa fakultattiv. Jekk ipprovdut, ma għandux ikun vojt.”;

(3)

fil-punt 4.3, fit-tabella, fit-tieni ringiela (il-kamp tad-data“r/fr”), il-kelma “NAAT” titħassar mill-kolonni “Isem tal-kamp” u “Struzzjonijiet”.


12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/65


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1517

tad-9 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal iżolazzjoni magħmula minn sufra espanduta granulata komposta jew mhux ippakkjata b’mod kompatt jew minn sufra naturali granulata u gomma mhux ippakkjati b’mod kompatt u għal prodotti tal-bini oħrajn

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma obbligati jużaw il-metodi u l-kriterji provduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 10 Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni u korrezzjoni waħda.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

iżolazzjoni magħmula minn sufra espanduta granulata komposta jew mhux ippakkjata b’mod kompatt jew sufra naturali granulata u gomma mhux ippakkjati b’mod kompatt;

twapet u barrieri ġeosintetiċi komposti tas-siment;

Bexxiexa għat-Tifi tan-Nar Awtomatika Wieqfa u Mdendla tat-tip ESFR (Soppressjoni Bikrija, Rispons Rapidu), K240 sa 480;

Siment tal-forn tal-blast CEM III/A b’valutazzjoni tar-reżistenza għas-sulfat (SR) u b’mod fakultattiv b’kontenut effettiv baxx ta’ alkali (LA) u/jew sħana ta’ idratazzjoni baxxa(LH);

kitt għall-ankraġġi tal-blat u tal-ħamrija permezz ta’ linji tal-azzar imqiegħda taħt pressjoni minn qabel;

komma li ma tistax tiġi invitata għal ċombaturi mekkaniċi b’kompressjoni laterali ta’ vireg li jirrinforzaw;

unitajiet tal-bini tal-konkrit tal-polistiren u kits tal-ħajt magħmula mill-unitajiet;

valvijiet tar-radjaturi termostatiċi;

element ta’ rbit attwat bit-trab għall-iffissar tal-ETICS fil-konkrit;

kitt ta’ protezzjoni mill-valangi flessibbli;

sistema ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa.

(4)

Id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni bin-numru ta’ referenza 360001-01-0803 relatat mas-sistema ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2) fih żball. Huwa għalhekk meħtieġ li tiżdied kjarifika li d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni bin-numru ta’ referenza 360001-01-0803 jissostitwixxi l-verżjoni preċedenti tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni bin-numru ta’ referenza 360001-00-0803.

(5)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-esiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan.

(8)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“040369-01-1201

Iżolazzjoni magħmula minn sufra espanduta granulata komposta jew mhux ippakkjata b’mod kompatt jew sufra naturali granulata u gomma mhux ippakkjati b’mod kompatt”

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040369-00-1201”)

“080009-00-0301

Twapet u barrieri ġeosintetiċi komposti tas-siment”

“100002-00-1106

Bexxiexa għat-Tifi tan-Nar Awtomatika Wieqfa u Mdendla tat-tip ESFR (Soppressjoni Bikrija, Rispons Rapidu), K240 sa 480”

“150009-01-0301

Siment tal-forn tal-blast CEM III/A b’valutazzjoni tar-reżistenza għas-sulfat (SR) u fakultattivament b’kontenut effettiv baxx ta’ alkali (LA) u/jew sħana ta’ idratazzjoni baxxa (LH)”

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 150009-00-0301”)

“160071-00-0102

Kitt għall-ankraġġi tal-blat u tal-ħamrija permezz ta’ linji tal-azzar imqiegħda taħt pressjoni minn qabel”

“160124-00-0301

Komma li ma tistax tiġi invitata għal ċombaturi mekkaniċi b’kompressjoni laterali ta’ vireg li jirrinforzaw”

“170010-00-0305

Unitajiet tal-bini tal-konkrit tal-polistiren u kits tal-ħajt magħmula mill-unitajiet”

“280005-00-0702

Valvijiet tar-radjaturi termostatiċi”

“330965-01-0601

Element ta’ rbit attwat bit-trab għall-iffissar tal-ETICS fil-konkrit”

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330965-00-0601”)

“340109-00-0106

Kitt ta’ protezzjoni mill-valangi flessibbli”;

(2)

ir-ringiela bin-numru ta’ referenza 360001-01-0803 hija sostitwita b’dan li ġej:

“360001-01-0803

Sistema ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 360001-00-0803’)”.