|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1455
tal-11 ta’ April 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għal ditti tal-investiment abbażi ta spejjeż ġenerali fissi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Filwaqt li tqis li mhux id-ditti kollha tal-investiment huma meħtieġa li jkollhom rapporti finanzjarji awditjati, ir-regoli li jispeċifikaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għad-ditti tal-investiment abbażi ta’ spejjeż ġenerali fissi jenħtieġ li jippermetti lid-ditti ta’ investiment li jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ spejjeż ġenerali fissi wkoll fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji mhux awditjati, meta d-ditti tal-investiment ma jkunux obbligati li jkollhom rapporti finanzjarji awditjati. Barra minn hekk, meta r-rapporti finanzjarji awditjati ma jkunux ikopru perjodu ta’ 12-il xahar, jenħtieġ li d-ditta ta’ investiment tagħmel kalkolu biex tasal għal ammont annwali ekwivalenti, sabiex tiżgura l-konsistenza mar-rekwiżit tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033. |
|
(2) |
Minħabba li d-differenza bejn il-profitti grossi u netti fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ditta huma rrappreżentati mill-kostijiet fissi tat-tmexxija tal-attività tad-ditta, it-tnaqqis mill-kostijiet totali ta’ ditta ta’ investiment tal-ishma fil-profitt tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għall-profitti netti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, minħabba li l-ħlas tal-bonusijiet tal-persunal u remunerazzjoni oħra jistgħu jiġu differiti biż-żmien u jistgħu jsegwu strutturi ta’ ftehim differenti, dawn il-bonusijiet u remunerazzjoni oħra jenħtieġ li jitqiesu bħala li jiddependu fuq il-profitt nett meta dan ma jkollu ebda impatt fuq il-pożizzjoni kapitali tad-ditta, jew minħabba li l-pagamenti diġà jkunu saru jew minħabba n-nuqqas ta’ obbligu ta’ ħlas fil-każ tan-nuqqas ta’ profitt nett. |
|
(4) |
Id-ditti tal-investiment għandhom jinkludu l-kostijiet fissi ta’ partijiet terzi fil-kalkolu tal-ispejjeż totali tagħhom. Madankollu, meta dawk l-ispejjeż ma jkunux kompletament imġarrba f’isem id-ditti tal-investiment, dawn jenħtieġ li jiġu inklużi sal-ammont attribwibbli lid-ditta tal-investiment. |
|
(5) |
Mhux id-ditti tal-investiment kollha jużaw l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju u hemm differenzi fl-istandards tal-kontabbiltà applikabbli fil-kalkolu tal-kostijiet totali. L-elementi li jkollhom jitnaqqsu mid-ditti tal-investiment mill-ispejjeż totali tagħhom użati għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar, flimkien ma’ dawk ipprovduti fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà fil-kalkolu tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi. |
|
(6) |
B’mod konsistenti mal-partikolarità tan-negozju tan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-ispejjeż relatati mal-materja prima jenħtieġ li jitnaqqsu min-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-ispejjeż totali użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom. |
|
(7) |
F’każ li ditta tal-investiment li tkun ġeneratur tas-suq tiġi stralċjata, din tieqaf tipprovdi s-servizzi tagħha ta’ ġenerazzjoni tas-suq u għalhekk ma tibqax iġġarrab it-tariffi tan-negozjar li normalment iġġarrab meta tipprovdi dawk is-servizzi. Għalhekk, jenħtieġ li dan it-tariffi jiġu esklużi mill-ispejjeż totali użati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi. Fl-istess ħin, fil-każ ta’ stralċ, il-ġeneratur tas-suq jista’ jkompli jkollu inventarju tat-titoli li normalment juża fl-attivitajiet tiegħu ta’ ġenerazzjoni tas-suq. Jekk dan l-inventarju jiġi likwidat, iwassal għal tariffi tan-negozjar li jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ispejjeż totali użati għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi. |
|
(8) |
L-ispejjeż ġenerali fissi jistgħu jevolvu b’pass simili għall-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, u f’dak il-każ ma għandhomx jitqiesu bħala bidliet materjali għall-finijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn tibdil, bħal bidliet fil-mudelli tan-negozju jew fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jistgħu jseħħu u jirriżultaw f’varjazzjonijiet sinifikanti fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati. Għalhekk, ir-regoli li jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għad-ditti tal-investiment abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi għandhom jistabbilixxu limiti oġġettivi bbażati fuq l-ispejjeż ġenerali fissi proġettati għall-fini li jiġi speċifikat il-kunċett ta’ bidla materjali. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
|
(10) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kalkolu tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, iċ-“ċifri li jirriżultaw mill-istandards kontabilistiċi applikabbli” għandhom jirreferu għaċ-ċifri tar-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti ta’ ditta tal-investiment wara d-distribuzzjoni tal-profitti jew tar-rapporti finanzjarji annwali meta d-ditti tal-investiment ma jkunux obbligati li jkollhom rapporti finanzjarji awditjati.
2. Meta r-rapporti finanzjarji awditjati l-aktar reċenti tad-ditta ta’ investiment ma jirriflettux perjodu ta’ 12-il xahar, id-ditta ta’ investiment għandha taqsam l-ammonti inklużi f’dawn ir-rapporti fl-għadd ta’ xhur li huma riflessi f’dawk ir-rapporti finanzjarji u wara għandha timmultiplika r-riżultat bi 12 sabiex tipproduċi ammont annwali ekwivalenti.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-ishma fil-profitti tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-profitti netti.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/2033, il-bonusijiet tal-persunal u remunerazzjoni oħra għandhom jitqiesu li jiddependu fuq il-profitt nett tad-ditta tal-investiment fis-sena rispettiva fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-bonusijiet tal-persunal jew remunerazzjoni oħra li għandha titnaqqas, diġà jkunu tħallsu lill-impjegati fis-sena ta’ qabel is-sena tal-pagament, jew il-pagament tal-bonusijiet tal-persunal jew remunerazzjoni oħra lill-impjegati ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-pożizzjoni kapitali tad-ditta fis-sena tal-pagament; |
|
(b) |
fir-rigward tas-sena kurrenti u s-snin futuri, id-ditta mhijiex obbligata li tagħti jew li talloka aktar bonusijiet jew pagamenti oħrajn fil-forma ta’ remunerazzjoni sakemm ma tagħmilx profitt nett f’dik is-sena. |
5. Meta partijiet terzi, inklużi aġenti marbuta, ikunu ġarrbu spejjeż fissi, f’isem id-ditti tal-investiment, li mhumiex diġà inklużi fl-ispejjeż totali fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fil-paragrafu 1, dawn l-ispejjeż fissi għandhom jiżdiedu mal-ispejjeż totali tad-ditta tal-investiment. Meta jkun hemm disponibbli diżaggregazzjoni tal-ispejjeż tal-parti terza, ditta tal-investiment għandha żżid maċ-ċifra li tirrappreżenta l-ispejjeż totali, is-sehem biss ta’ dawk l-ispejjeż fissi applikabbli għad-ditta tal-investiment. Meta tali diżaggregazzjoni ma tkunx disponibbli, ditta tal-investiment għandha żżid maċ-ċifra li tirrappreżenta l-ispejjeż totali, is-sehem tagħha biss tal-ispejjeż tal-parti terza peress li tirriżulta mill-pjan tan-negozju tad-ditta tal-investiment.
6. Minbarra l-entrati għat-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-entrati li ġejjin għandhom jitnaqqsu wkoll mill-ispejjeż totali, fejn dawn ikunu inklużi taħt l-ispejjeż totali f’konformità mal-qafas kontabilistiku rilevanti:
|
(a) |
tariffi, imposti ta’ senserija oħrajn imħallsa lil kontropartijiet ċentrali, boroż u postijiet tan-negozjar oħrajn u sensara intermedji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-ikklerjar ta’ tranżazzjonijiet, biss meta dawn jiġu mgħoddija direttament lill-klijenti u jiġu imposti fuqhom. Dawk ma għandhomx jinkludu tariffi u imposti oħrajn meħtieġa biex tinżamm is-sħubija jew biex b’xi mod ieħor jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji tal-kondiviżjoni tat-telf għal kontropartijiet ċentrali, boroż u ċentri tan-negozjar oħrajn; |
|
(b) |
imgħax imħallas lill-klijenti fuq il-flus tal-klijenti, fejn ma jkun hemm l-ebda obbligu ta’ kwalunkwe tip li jitħallas tali imgħax; |
|
(c) |
nefqiet minn taxxi fejn ikunu dovuti fir-rigward tal-profitti annwali tad-ditta tal-investiment; |
|
(d) |
telf min-negozjar akkont proprju fi strumenti finanzjarji; |
|
(e) |
pagamenti relatati ma’ ftehimiet ta’ trasferiment ta’ profitt u ta’ telf ibbażati fuq kuntratt li skonthom id-ditta tal-investiment hija obbligata tittrasferixxi, wara t-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża omm; |
|
(f) |
pagamenti f’fond għal riskju bankarju ġenerali f’konformità mal-Artikolu 26(1), il-punt (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
(g) |
spejjeż relatati ma’ entrati li diġà tnaqqsu mill-fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Minbarra l-elementi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-ġeneraturi tas-suq, kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (7) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jistgħu wkoll inaqqsu l-ammont li ġej (A):
A = B – 4×C, fejn:
|
B |
= |
it-tariffi tan-negozjar imħallsa mill-ġeneratur tas-suq għal tranżazzjonijiet li għalihom il-ġeneratur tas-suq jipprovdi attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq (ammont annwali), fejn dawk it-tariffi ma jkunux ġew mgħoddija u imposti direttament fuq il-klijenti; |
|
C |
= |
tariffi tan-negozjar li jiġġarrbu għall-bejgħ ta’ portafoll ta’ titoli ekwivalenti għall-akbar inventarju ta’ titoli fi tmiem il-jum, miżmuma mill-ġeneratur tas-suq għal skopijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, matul is-sena preċedenti. |
Artikolu 2
Kalkolu tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet
In-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet jistgħu jnaqqsu n-nefqa fuq il-materja prima b’rabta ma’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’derivattivi tal-komodità sottostanti.
Artikolu 3
Il-kunċett ta’ bidla materjali
Bidla materjali msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandha titqies li tkun seħħet meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
bidla, jew fil-forma ta’ żieda jew fil-forma ta’ tnaqqis, fl-attività kummerċjali tad-ditta tirriżulta f’bidla ta’ 30 % jew aktar fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati tad-ditta għas-sena kurrenti; |
|
(b) |
bidla, jew fil-forma ta’ żieda jew fil-forma ta’ tnaqqis, fl-attività tan-negozju kummerċjali tirriżulta f’bidliet fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tad-ditta bbażati fuq spejjeż ġenerali fissi proġettati tas-sena kurrenti ugwali għal jew akbar minn EUR 2 miljun. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1456
tal-10 ta’ Ġunju 2022
li jistabbilixxi deroga mill-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, u mmanifatturati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2007
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 (2) awtorizzat lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3) fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ tal-koniferi (Pinopsida) fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerka. Peress li l-validità tad-Deċiżjoni skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li jiġu adottati regoli ġodda sabiex jippermettu l-introduzzjoni ta’ tali kaxxi tal-munizzjon taħt ċerti kundizzjonijiet anke fil-futur. |
|
(2) |
L-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jipprevedi rekwiżiti speċifiċi għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ, li jenħtieġ li jkun konformi mal-Istandard Internazzjonali tal-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 (ISPM 15): ir-Regolazzjoni tal-Materjal tal-Injam għall-Imballaġġ fil-Kummerċ Internazzjonali (4), li jiggarantixxi li l-materjal tal-injam għall-imballaġġ ikun ġie soġġett għal trattament fitosanitarju approvat. |
|
(3) |
Ċertu materjal tal-injam għall-imballaġġ tal-koniferi (Pinopsida) fil-forma ta’ kaxxi użati fit-trasport tal-munizzjon u manifatturati fl-Istati Uniti tal-Amerka qabel l-1 ta’ Settembru 2007, kienu soġġetti għal trattamenti li mhumiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness I tal-ISPM 15 u għalhekk, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(4) |
Fis-7 ta’ Settembru 2018, l-Istati Uniti tal-Amerka talbu estensjoni tad-deroga skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/179 għall-materjal tal-injam għall-imballaġġ magħmul minn injam artab u estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga għall-materjal tal-injam għall-imballaġġ magħmul minn injam iebes. L-Istati Uniti tal-Amerka akkumpanjaw it-talba msemmija hawn fuq b’dossier li jirrappreżenta segwitu għal analiżi tal-perkorsi preċedenti tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti fir-rigward tal-kaxxi tal-munizzjon tal-injam artab, filwaqt li kkomplementawha b’analiżi tal-perkorsi għall-kaxxi tal-munizzjon tal-injam iebes. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti tal-Amerka u wara diskussjoni mal-grupp ta’ esperti rilevanti dwar deroga għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon mill-Istati Uniti tal-Amerka, li l-kaxxi msemmija fil-permessa 3 u użati fit-trasport tal-munizzjon, magħmula kemm minn injam artab kif ukoll minn dak iebes, ma jippreżentaw l-ebda riskju għat-tixrid tal-pesti tal-pjanti, dment li jiġu ssodisfati ċertu kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-data tal-produzzjoni tal-kaxxi tal-munizzjon, fl-assenza, jew fil-preżenza limitata, tal-qoxra tas-siġar, it-trattament u t-tiswija ta’ tali kaxxi, kif ukoll il-ħżin u t-trasport tagħhom. |
|
(6) |
Jenħtieġ li din id-deroga tapplika biss għall-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, li ġie manifatturat qabel l-1 ta’ Settembru 2007, peress li l-kaxxi mmanifatturati wara dik id-data li għaddew minn trattament f’konformità mal-ISPM 15. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li tali materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, magħmula kemm minn injam artab kif ukoll minn dak iebes, ikun jista’ jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll jinħażen u jiġi ttrasportat fih, dment li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Sabiex żgur ikun hemm kontrolli effettivi u żgur ikun hemm stampa sħiħa tar-riskji fitosanitarji potenzjali, jenħtieġ li kwalunkwe operatur li jittrasporta jew li jaħżen il-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, wara l-verifiki rilevanti rispettivi, jinnotifika lill-awtorità kompetenti rispettiva dwar it-trasport jew il-ħżin tal-kaxxi kkonċernati. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat rispons rapidu għal kwalunkwe riskju fitosanitarju potenzjali li jirriżulta mill-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni meta jsiru jafu b’kunsinna li ma tikkonformax mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li, fuq bażi annwali, dawn jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet li jkunu saru, sabiex tiġi vvalutata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għad-deroga introdotti b’dan ir-Regolament japplikaw sal-31 ta’ Lulju 2025, biex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-miżuri tiegħu, u biex jiġi eżaminat jekk dawn jindirizzawx b’mod effettiv ir-riskju fitosanitarju tal-importazzjoni ta’ dak il-materjal tal-injam għall-imballaġġ. |
|
(11) |
Peress li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/179 diġà skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi żgurata l-aktar introduzzjoni rapida possibbli ta’ dan il-materjal tal-injam għall-imballaġġ fl-Unjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni biex tingħata deroga u l-kundizzjonijiet għall-kaxxi tal-munizzjon
Il-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta’ kaxxi, li attwalment jintuża fit-trasport tal-munizzjon, manifatturat qabel l-1 ta’ Settembru 2007, u li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti (“il-kaxxi”), huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, meta:
|
(a) |
il-kaxxi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
r-rekwiżiti f’konformità mal-Artikoli 2, 3 u 4 huma ssodisfati. |
Artikolu 2
Obbligu ta’ notifika
1. L-importatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul dwar l-intenzjoni tiegħu li jintroduċi l-kunsinna mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel tiġi introdotta l-kunsinna bħalma ppjanat, kif imsemmi fl-Artikolu 1. Fl-istess perjodu, l-importatur għandu jipprovdi wkoll l-istess notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bl-ewwel post tal-ħżin, meta dak il-post ikun differenti mill-punt tad-dħul.
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
id-data prevista tal-introduzzjoni; |
|
(b) |
l-inventarju tal-kunsinna kkonċernata li jidentifika l-kaxxi li jagħmlu parti minnha; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz tal-importatur; |
|
(d) |
l-indirizz tal-punt tad-dħul tal-introduzzjoni prevista; |
|
(e) |
l-indirizz tal-ewwel post tal-ħżin, meta dan ikun differenti mill-punt tad-dħul. |
Artikolu 3
Kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul għandhom jivverifikaw id-disponibbiltà u l-kompletezza tad-dokument deskritt fil-punt 7 tal-Anness. Huma għandhom jivverifikaw ukoll il-konformità ta’ kampjun rappreżentattiv minn kull kunsinna mal-punti li ġejjin tal-Anness:
|
(a) |
il-punti (1) u (2) dwar il-wiri tal-marki rispettivi; |
|
(b) |
il-punt (3) dwar il-kaxxi msewwija; |
|
(c) |
il-punt (4) dwar l-assenza tal-qoxra tas-siġar; |
|
(d) |
il-punt (5) dwar il-livell tal-kontenut tal-umdità; |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn l-ewwel post tal-ħżin ikun differenti mill-punt tad-dħul, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-ewwel post tal-ħżin għandhom iwettqu l-verifika deskritta f’dak il-paragrafu.
Artikolu 4
Ħżin u ċaqliq tal-kaxxi
1. Qabel u wara t-twettiq tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3, il-kaxxi għandhom jibqgħu maħżuna f’bini magħluq.
2. Kwalunkwe trasport tal-kaxxi jista’ jsir biss f’kontenituri magħluqa, jew b’għata protettiva sħiħa.
Artikolu 5
Notifika ta’ nuqqas ta’ konformità
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull kunsinna li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Dik in-notifika għandha ssir sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol minn dakinhar li l-awtorità kompetenti ssir taf b’kunsinna bħal din.
Artikolu 6
Rappurtar dwar l-importazzjonijiet
Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istat Membru tal-ewwel post tal-ħżin għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni dwar l-għadd ta’ kunsinni introdotti fit-territorji tagħhom u b’rapport dwar il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3, imwettqa bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.
Artikolu 7
Data ta’ skadenza
Dan ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 tal-4 ta’ Frar 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta’ kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 30, 6.2.2015, p. 38).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(4) Standard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 (ISPM 15): ir-Regolazzjoni tal-Materjal tal-Injam għall-Imballaġġ fil-Kummerċ Internazzjonali. https://www.ippc.int/en/core-activities/standards-setting/ispms/#614.
ANNESS
Kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-kaxxi tal-munizzjon, kif imsemmi fl-Artikolu 1
Il-kaxxi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
juru marka li tikkonferma li ġew manifatturati sal-31 ta’ Awwissu 2007; |
|
(2) |
juru marka li tindika li ġew trattati bi preżervattiv tal-injam approvat mill-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(3) |
f’każ li dawn il-kaxxi jkunu ssewwew minn meta ġew manifatturati, l-injam użat għal dak il-għan jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
|
(4) |
il-kaxxi jkunu magħmula mill-injam. Dak l-injam irid jew tkun tneħħietlu kompletament il-qoxra tas-siġra jew ikun fih biss biċċiet żgħar tal-qoxra li jidhru separati u distinti minn xulxin. Dawk il-biċċiet tal-qoxra tas-siġra jridu jikkonformaw ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
(5) |
il-livell tal-kontenut tal-umdità tagħhom ma jkunx aktar minn 20 %; |
|
(6) |
kienu nħażnu f’bini magħluq u trasportati f’kontenituri magħluqa, jew b’għata protettiva sħiħa; |
|
(7) |
ikunu akkumpanjati minn dokument maħruġ mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika li jikkonferma l-konformità tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (4), (5) u (6). |
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1457
tat-2 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2330 f’dak li għandu x’jaqsam mat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-użu tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv tal-għalf kien awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2330 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet opinjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk tiġi mmodifikata kif propost mill-applikant. Dik il-modifika tikkonsisti minn estensjoni tas-sorsi tal-proteina tal-aċidi amminiċi u l-introduzzjoni ta’ speċifikazzjoni minima dwar l-aċidi amminiċi liberi, u minn speċifikazzjoni aktar stretta għall-kontenut tal-ħadid. Mat-talba ntbagħtet id-data rilevanti li ssostniha. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-modifiki fit-termini tal-awtorizzazzjoni li ntalbu ma jbiddlux il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet preċedenti dwar is-sikurezza tal-ispeċijiet fil-mira, tal-konsumaturi u tal-ambjent, u dwar l-effikaċja tal-addittiv fl-għalf. L-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn u bħala sensitizzatur tal-ġilda, u qalet li jeżisti r-riskju potenzjali ta’ esponiment mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-addittivi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. |
|
(6) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, jenħtieġ li l-kompożizzjoni tal-addittiv tiġi mmodifikata biex tkun tinkludi l-indikazzjoni li l-addittiv jikkonsisti minn preparazzjoni. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2330 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2330, l-entrata tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2330 tal-14 ta’ Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006 (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 41).
(3) EFSA Journal 2021;19(10):6894.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|||||||||||||
|
Il-kontenut tal-element (Fe) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi |
||||||||||||||||||||||
|
“3b106 |
- |
Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ kompost ta’ ħadid(II) u aċidi amminiċi li fiha l-ħadid u l-aċidi amminiċi miksubin mill-proteina tas-soja huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, fl-għamla ta’ trab b’kontenut minimu ta’ 9 % ħadid. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
Ovini: (total ta’ (2)) 500 Bovini u pollam: (total ta’ (2)) 450 Qżieqeż sa ġimgħa qabel il-ftama: (total ta’ (2)) 250 mg/kuljum Annimali tad-dar: (total ta’ (2)) 600 Speċijiet oħrajn: (total ta’ (2)) 750 |
|
L-4 ta’ Jannar 2028 |
|||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Fe(x)1–3·nH2O, x = anjon ta’ kwalunkwe aċidu amminiku mill-idroliżat tal-proteina tas-soja. Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1500 Da. |
||||||||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
||||||||||||||||||||||
|
3b106i |
- |
Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ kompost ta’ ħadid(II) u aċidi amminiċi li fiha l-ħadid u l-aċidi amminiċi huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, f’għamla ta’ trab b’kontenut ta’ 9-10 % ħadid u minimu ta’ 18 % aċidi amminiċi liberi. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
Ovini: (total ta’ (2)) 500 Bovini u pollam: (total ta’ (2)) 450 Qżieqeż sa ġimgħa qabel il-ftama: (total ta’ (2)) 250 Annimali tad-dar: (total ta’ (2)) 600 Speċijiet oħra: (total ta’ (2)) 750 |
|
l-4 ta’ Jannar 2028” |
|||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Formula kimika: Fe(x)1-3•nH2O, fejn x tfisser kwalunkwe aċidu amminiku miksub minn sorsi ta’ proteina idrolizzata mir-rix jew mill-pjanti; Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1500 Da. |
||||||||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidi amminiċi liberi fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Biex jingħadd it-total tal-kontenut tal-ħadid fl-għalf (ħadid/kg għalf komplet) ma jridx jitqies l-ammont tal-ħadid inert.
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1458
tat-2 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1095 f’dak li għandu x’jaqsam mat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-użu tal-kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv fl-għalf kien awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet opinjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta titqies il-modifika fit-termini ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Dik il-modifika tikkonsisti minn estensjoni tas-sorsi tal-proteina tal-aċidi amminiċi u l-introduzzjoni ta’ speċifikazzjoni minima dwar l-aċidi amminiċi liberi, u minn speċifikazzjoni aktar stretta għall-kontenut taż-żingu. Mat-talba ntbagħtet id-data rilevanti li ssostniha. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-modifiki fit-termini tal-awtorizzazzjoni li ntalbu ma jbiddlux il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet preċedenti dwar is-sikurezza tal-ispeċijiet fil-mira, tal-konsumaturi, u tal-ambjent, u dwar l-effikaċja tal-addittiv tal-għalf. L-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn u bħala sensitizzatur tal-ġilda, u ddikjarat li jeżisti r-riskju potenzjali ta’ esponiment mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-modifiki proposti fl-awtorizzazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. |
|
(6) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, jenħtieġ li l-kompożizzjoni tal-addittiv tiġi mmodifikata biex tkun tinkludi l-indikazzjoni li l-addittiv jikkonsisti minn preparazzjoni. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1095 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1095, l-entrata tal-idrat tal-kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta’ Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat ta-alċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta’ idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta’ idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta’ idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 7).
(3) EFSA Journal 2021;19(10):6897
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi |
||||||||||||||||||
|
“3b606 |
- |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi |
Karatterizzazzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ kompost ta’ żingu u aċidi amminiċi li fiha ż-żingu u l-aċidi amminiċi miksubin mill-proteina tas-soja huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, fl-għamla ta’ trab b’kontenut minimu ta’ 10 % żingu. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
Klieb u qtates: (total ta’) 200 Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: (total ta’) 180 Driefeġ, ħnieżer nisa, fniek u l-ħut kollu minbarra s-salmonidi: (total ta’) 150 Speċijiet u kategoriji oħra: (total ta’) 120 |
|
Is-27 ta’ Lulju 2026 |
|||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjon ta’ kwalunkwe aċidu amminiku mill-idroliżat tal-proteina tas-soja. Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1 500 Da. |
||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
||||||||||||||||||
|
3b606i |
- |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi |
Karatterizzazzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ kompost ta’ żingu u aċidi amminiċi li fiha ż-żingu u l-aċidi amminiċi huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, f’għamla ta’ trab b’kontenut ta’ 10-11 % żingu u minimu ta’ 17 % aċidi amminiċi liberi. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
Klieb u qtates: (total ta’) 200 Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: (total ta’) 180 Driefeġ, ħnieżer nisa, fniek u l-ħut kollu minbarra s-salmonidi: (total ta’) 150 Speċijiet u kategoriji oħra: (total ta’) 120 |
|
Is-27 ta’ Lulju 2026” |
|||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1-3•nH2O, fejn x tfisser kwalunkwe aċidu amminiku miksub minn sorsi ta’ proteina idrolizzata mir-rix jew mill-pjanti; Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1500 Da. |
||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-premixxeli:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1459
tat-2 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-użu tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf ġie awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/804 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex toħroġ opinjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk tiġi modifikata kif propost mill-applikant. Dik il-modifika tikkonsisti fiż-żieda tal-konċentrazzjoni minima tas-selenju fl-addittiv fl-għalf. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni proposta mill-applikant ma timmodifikax il-konklużjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet preċedenti dwar is-sikurezza tal-ispeċijiet fil-mira, il-konsumaturi, l-ambjent u l-effikaċja tal-addittiv fl-għalf. L-awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa perikoluż meta jinġibed man-nifs, mhuwiex irritanti għall-għajnejn, għall-ġilda u mhuwiex sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Għalhekk, fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-modifika tal-awtorizzazzjoni proposta mill-applikant turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/804, l-entrata 3b810 għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/804 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 (ĠU L 132, 20.5.2019, p. 28).
(3) EFSA Journal 2021;19(12):6979
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
Selenju f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||
|
“3b810 |
- |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ selenju organiku:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta’ Ġunju 2029 |
||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 Formula kimika: C5H11NO2Se |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
3b810i |
- |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ selenju organiku:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta’ Ġunju 2029” |
||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 Formula kimika: C5H11NO2Se |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1460
tat-2 ta’ Settembru 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma msejsa fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1413 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Latvja. |
|
(4) |
Kull emenda fiż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji b’bażi xjentifika għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-linji gwida tal-Unjoni miftiehma mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1413, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-Litwanja u fil-Latvja, kif ukoll tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja ma tjibitx. |
|
(6) |
F’Awwissu 2022, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-kontea ta’ Marijampole fil-Litwanja f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żoni elenkati bħala żoni ristretti II. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, dawk iż-żoni tal-Litwanja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, li jinsabu qrib ħafna taż-żoni elenkati fiż-żoni ristretti III affettwati minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti III f’dak l-Anness minflok bħala żoni ristretti II tiegħu, u l-konfini attwali taż-żoni ristretti II ukoll jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk il-każijiet riċenti. |
|
(7) |
Barra minn hekk, f’Awwissu 2022 ukoll, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-kontea ta’ Marijampole fil-Litwanja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Litwanja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta III f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta II tiegħu u l-konfini attwali taż-żona ristretta II jeħtieġ li wkoll jiġu definiti mill-ġdid sabiex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, f’Awwissu 2022, ġew osservati bosta tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Zachodniopomorskie fil-Polonja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness u affettwata minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u jeħtieġ li anke l-konfini attwali taż-żona ristretta I jiġu ddefiniti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat riċenti. |
|
(9) |
Barra minn hekk, f’Awwissu 2022, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-kontea ta’ Kuldigas fil-Latvja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żona elenkata fiż-żona ristretta II tiegħu. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini miżmuma tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Latvja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta III affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta III f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta II tiegħu, u jeħtieġ li anke l-konfini attwali taż-żona ristretta II jiġu ddefiniti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
|
(10) |
Fl-aħħar, fis-27 ta’ Mejju 2022, ġie osservat każ ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fl-Italja fil-Provinċja ta’ Rieti, fir-Reġjun tal-Lazio. Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/875 (6) u (UE) 2022/920 (7) ġew addottati bħala rispons għal dan il-każ. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/920 tħassret u ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/875 u tapplika sal-31 ta’ Awwissu 2022. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/920 tipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 (8), kif ukoll il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer applikabbli għaż-żoni restritti II stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(11) |
Meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja u l-epidemjoloġija ta’ dik il-marda u filwaqt li jitqiesu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-WOAH, jenħtieġ li din iż-żona tal-Italja affettwata minn din it-tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata bħala żona ristretta I u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(12) |
Wara dawn it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fil-Litwanja u fil-Latvja, kif ukoll f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja u meta tqiesu r-riskji li jirriżultaw mis-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fl-Italja u s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat. Barra minn hekk, anke l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju fis-seħħ ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(13) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda b’mod proattiv, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Italja, għal-Latvja, għal-Litwanja u għall-Polonja u li jiġu elenkati kif xieraq bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni fiż-żoni tal-madwar. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, importanti li l-emendi li għandhom isiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1413 tad-19 ta’ Awwissu 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 217, 22.8.2022, p. 6).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en
(5) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, id-29 Edizzjoni, 2021. Volumi I u II, ISBN 978-92-95115-40-8; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/875 tal-1 ta’ Ġunju 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 190).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/920 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (ĠU L 159, 14.6.2022, p. 90).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Drama:
|
|
— |
in the regional unit of Xanthi:
|
|
— |
in the regional unit of Rodopi:
|
|
— |
in the regional unit of Evros:
|
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė išskyrus Šumskų ir Sasnavos seniūnijos, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Pajevonio, Virbalio, Vištyčio seniūnijos. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie śląskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the municipalities of Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
in the district of Levice, the municipalities of Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, |
|
— |
in the district of Krupina, the municipalities of Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
the whole district of Ružomberok, |
|
— |
in the region of Turčianske Teplice, municipalties of Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
|
— |
in the district of Martin, municipalties of Blatnica, Folkušová, Necpaly, |
|
— |
in the district of Dolný Kubín, the municipalities of Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
in the district of Tvrdošín, the municipalities of Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
in the district of Žarnovica, the municipalities of Rudno nad Hronom, Voznica, Hodruša-Hámre, |
|
— |
the whole district of Žiar nad Hronom, except municipalities included in zone II. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Lombardia Region:
|
|
Lazio Region:
|
|
Abruzzo Region:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
the whole region of Haskovo, |
|
— |
the whole region of Yambol, |
|
— |
the whole region of Stara Zagora, |
|
— |
the whole region of Pernik, |
|
— |
the whole region of Kyustendil, |
|
— |
the whole region of Plovdiv, excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Pazardzhik, excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Smolyan, |
|
— |
the whole region of Dobrich, |
|
— |
the whole region of Sofia city, |
|
— |
the whole region of Sofia Province, |
|
— |
the whole region of Blagoevgrad excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Razgrad, |
|
— |
the whole region of Kardzhali, |
|
— |
the whole region of Burgas, |
|
— |
the whole region of Varna excluding the areas in Part III, |
|
— |
the whole region of Silistra, |
|
— |
the whole region of Ruse, |
|
— |
the whole region of Veliko Tarnovo, |
|
— |
the whole region of Pleven, |
|
— |
the whole region of Targovishte, |
|
— |
the whole region of Shumen, |
|
— |
the whole region of Sliven, |
|
— |
the whole region of Vidin, |
|
— |
the whole region of Gabrovo, |
|
— |
the whole region of Lovech, |
|
— |
the whole region of Montana, |
|
— |
the whole region of Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes, novada Alsviķu, Annas, Ilzenes, Jaunalūksnes, Jaunlaicenes, Kalncempju, Liepnas, Malienas, Mālupes, Mārkalnes, Pededzes, Veclaicenes, Zeltiņu, Ziemera pagasts, Jaunannas pagasta daļa uz ziemeļrietumiem no Pededzes upes, Alūksnes pilsēta, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu, novada Baltinavas, Bērzpils, Briežuciema, Krišjāņu, Kupravas, Lazdukalna, Lazdulejas, Medņevas, Rugāju, Susāju, Šķilbēnu, Tilžas, Vectilžas, Vecumu, Žīguru, Viļakas pilsēta, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz rietumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz dienvidiem no autoceļa A9, uz rietumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz rietumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes, novada Beļavas, Daukstu, Druvienas, Galgauskas, Jaungulbenes, Lejasciema, Lizuma, Līgo, Rankas, Stāmerienas, Stradu, Tirzas pagasts, Litenes pagasta daļa uz rietumiem no Pededzes upes, Gulbenes pilsēta, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Alsungas, Gudenieku, Kurmāles, Rendas, Kabiles, Vārmes, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Raņķu, Skrundas pagasts, Laidu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1296, Ēdoles pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa V1269, V1271, V1288, P119, Īvandes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P119, Rumbas pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P120, Kuldīgas pilsēta, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu, novada Aglonas, Aizkalnes, Pelēču, Preiļu, Riebiņu, Rožkalnu, Saunas, Sīļukalna, Stabulnieku, Upmalas, Vārkavas pagasts, Galēnu pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa V740, V595, Rušonas pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V742, Preiļu pilsēta, |
|
— |
Rēzeknes, novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Dekšāres, Dricānu, Gaigalavas, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Mākoņkalna, Nagļu, Nautrēnu, Ozolaines, Ozolmuižas, Pušas, Rikavas, Sakstagala, Sokolku, Stoļerovas, Stružānu, Vērēmu, Viļānu pagasts, Lūznavas pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa A13 līdz apdzīvotai vietai Vertukšne, uz austrumiem no Vertukšnes ezera, Maltas pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa Vertukšne – Rozentova un uz austrumiem no autoceļa P56, P57, V569, Feimaņu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V577, V742, Viļānu pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novada Ances, Popes, Puzes, Tārgales, Vārves, Užavas, Usmas, Jūrkalnes pagasts, Ugāles pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1347, uz austrumiem no autoceļa P123, Ziru pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa V1269, P108, Piltenes pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1310, V1309, autoceļa līdz Ventas upei, Piltenes pilsēta, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Juodaičių, Seredžiaus, Smalininkų, Veliuonos ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Kazlų Rūdos seniūnija, išskyrus vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, Plutiškių seniūnija. |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių ir Videniškių seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Plokščių, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Kernavės, Musninkų ir Širvintų seniūnijos, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Deltuvos, Lyduokių, Pabaisko, Pivonijos, Siesikų, Šešuolių, Taujėnų, Ukmergės miesto, Veprių, Vidiškių ir Žemaitkiemo seniūnijos, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų ir Zujūnų seniūnijos, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
the whole district of Gelnica except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Poprad |
|
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
|
— |
the whole district of Levoča, |
|
— |
the whole district of Kežmarok |
|
— |
in the whole district of Michalovce except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Košice-okolie, |
|
— |
the whole district of Rožnava, |
|
— |
the whole city of Košice, |
|
— |
in the district of Sobrance: Remetské Hámre, Vyšná Rybnica, Hlivištia, Ruská Bystrá, Podhoroď, Choňkovce, Ruský Hrabovec, Inovce, Beňatina, Koňuš, |
|
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
|
— |
the whole district of Humenné except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Snina, |
|
— |
the whole district of Prešov except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Sabinov except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Svidník, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Stropkov, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Bardejov, |
|
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
|
— |
the whole district of Revúca, |
|
— |
the whole district of Rimavská Sobota except municipalities included in zone III, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the whole municipalities not included in part I, |
|
— |
the whole district of Lučenec, |
|
— |
the whole district of Poltár, |
|
— |
the whole district of Zvolen, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Detva, |
|
— |
the whole district of Krupina, except municipalities included in zone I, |
|
— |
the whole district of Banska Stiavnica, |
|
— |
in the district of Žiar nad Hronom the municipalities of Hronská Dúbrava, Trnavá Hora, |
|
— |
the whole district of Banska Bystica, except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Brezno, |
|
— |
the whole district of Liptovsky Mikuláš. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Lazio Region:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
in Blagoevgrad region:
|
|
— |
the Pazardzhik region:
|
|
— |
in Plovdiv region
|
|
— |
in Varna region:
|
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
3. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
— |
Sardinia Region: the whole territory |
|
— |
Lazio Region: the Area of the Municipality of Rome within the administrative boundaries of the Local Heatlh Unit “ASL RM1”. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz austrumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz ziemeļiem no autoceļa A9, uz austrumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz austrumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, |
|
— |
Kuldīgas novada Rudbāržu, Nīkrāces, Padures, Raņķu, Skrundas pagasts, Laidu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1296, Ēdoles pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa V1269, V1271, V1288, P119, Īvandes pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa P119, Rumbas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa P120, Skrundas pilsēta, |
|
— |
Ventspils novada Zlēku pagasts, Ugāles pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1347, uz rietumiem no autoceļa P123, Ziru pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa V1269, P108, Piltenes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1310, V1309, autoceļa līdz Ventas upei, |
|
— |
Alūksnes novada Jaunannas pagasta daļa uz dienvidaustrumiem no Pededzes upes, |
|
— |
Balvu novada Kubulu, Vīksnas, Bērzkalnes, Balvu pagasts, Balvu pilsēta, |
|
— |
Gulbenes novada Litenes pagasta daļa uz austrumiem no Pededzes upes, |
|
— |
Preiļu novada Silajāņu pagasts, Galēnu pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa V740, V595, Rušonas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V742, |
|
— |
Rēzeknes novada Silmalas pagasts, Lūznavas pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa A13 līdz apdzīvotai vietai Vertukšne, uz rietumiem no Vertukšnes ezera, Maltas pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa Vertukšne – Rozentova un uz rietumiem no autoceļa P56, P57, V569, Feimaņu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V577, V742. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto seniūnija, Girdžių, Jurbarkų Raudonės, Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Dubingių ir Giedraičių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė: Sasnavos ir Šunskų seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Gelgaudiškio, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Sintautų, Slavikų, Sudargo, Šakių, ir Žvirgždaičių, seniūnijos. |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Antanavos, Jankų ir Kazlų Rūdos seniūnijos: vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Gižų, Kybartų, Klausučių, Pilviškių, Šeimenos ir Vilkaviškio miesto seniūnijos. |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Alionių ir Zibalų seniūnijos, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Želvos seniūnija, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Paberžės seniūnija. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
The whole district of Trebišov’, |
|
— |
The whole district of Vranov and Topľou, |
|
— |
In the district of Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brekov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, Ptičie, Chlmec, Porúbka, Brestov, Gruzovce, Ohradzany, Slovenská Volová, Karná, Lackovce, Kochanovce, Hažín nad Cirochou, Závada, Nižná Sitnica, Vyšná Sitnica, Rohožník, Prituľany, Ruská Poruba, Ruská Kajňa, |
|
— |
In the district of Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petríkovce, Oborín, Veľké Raškovce, Beša, Petrovce nad Laborcom, Trnava pri Laborci, Vinné, Kaluža, Klokočov, Kusín, Jovsa, Poruba pod Vihorlatom, Hojné, Lúčky,Závadka, Hažín, Zalužice, Michalovce, Krásnovce, Šamudovce, Vŕbnica, Žbince, Lastomír, Zemplínska Široká, Čečehov, Jastrabie pri Michalovciach, Iňačovce, Senné, Palín, Sliepkovce, Hatalov, Budkovce, Stretava, Stretávka, Pavlovce nad Uhom, Vysoká nad Uhom, Bajany, |
|
— |
In the district of Rimavská Sobota: Jesenské, Gortva, Hodejov, Hodejovec, Širkovce, Šimonovce, Drňa, Hostice, Gemerské Dechtáre, Jestice, Dubovec, Rimavské Janovce, Rimavská Sobota, Belín, Pavlovce, Sútor, Bottovo, Dúžava, Mojín, Konrádovce, Čierny Potok, Blhovce, Gemerček, Hajnáčka, |
|
— |
In the district of Gelnica: Hrišovce, Jaklovce, Kluknava, Margecany, Richnava, |
|
— |
In the district Of Sabinov: Daletice, |
|
— |
In the district of Prešov: Hrabkov, Krížovany, Žipov, Kvačany, Ondrašovce, Chminianske Jakubovany, Klenov, Bajerov, Bertotovce, Brežany, Bzenov, Fričovce, Hendrichovce, Hermanovce, Chmiňany, Chminianska Nová Ves, Janov, Jarovnice, Kojatice, Lažany, Mikušovce, Ovčie, Rokycany, Sedlice, Suchá Dolina, Svinia, Šindliar, Široké, Štefanovce, Víťaz, Župčany, |
|
— |
the whole district of Medzilaborce, |
|
— |
In the district of Stropkov: Havaj, Malá Poľana, Bystrá, Mikové, Varechovce, Vladiča, Staškovce, Makovce, Veľkrop, Solník, Korunková, Bukovce, Krišľovce, Jakušovce, Kolbovce, |
|
— |
In the district of Svidník: Pstruša, |
|
— |
In the district of Zvolen: Očová, Zvolen, Sliač, Veľká Lúka, Lukavica, Sielnica, Železná Breznica, Tŕnie, Turová, Kováčová, Budča, Hronská Breznica, Ostrá Lúka, Bacúrov, Breziny, Podzámčok, Michalková, Zvolenská Slatina, Lieskovec, |
|
— |
In the district of Banská Bystrica: Sebedín-Bečov, Čerín, Dúbravica, Oravce, Môlča, Horná Mičiná, Dolná Mičiná, Vlkanová, Hronsek, Badín, Horné Pršany, Malachov, Banská Bystrica, |
|
— |
The whole district of Sobrance except municipalities included in zone II. |
DEĊIŻJONIJIET
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/69 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1461
tas-26 ta’ Awwissu 2022
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument C(2022) 6011)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ biċikletti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (4) tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”). |
|
(5) |
Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/505 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni kienet adottata fit-23 ta’ Marzu 2022. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
1. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
|
(8) |
Bejn il-15 ta’ Lulju 2020 u t-30 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(9) |
Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Il-kummenti tagħhom ġew indirizzati fil-premessi (22) sa (27). |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet rispettivi tagħhom li huma debitament sostanzjati skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
2. L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI
|
(11) |
Ġie konkluż l-eżami tal-merti tat-talba tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1. Tabella 1
|
|
(12) |
Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxi anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha mmuntati mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1. |
|
(13) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 rispettivament jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(14) |
Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 issodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talba li hija debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom rispettivament u ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwarhom. |
|
(17) |
Peress li l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil f’din id-data (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara lil jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar). |
|
(18) |
F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti. |
3. SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI
|
(19) |
L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż għal dawn il-partijiet huwa sospiż. |
|
(20) |
Billi s-sospensjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar). |
|
(21) |
F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti. Tabella 2
|
|
(22) |
Decathlon Sp. z o.o. Poland (“Decathlon”) elenkata fit-Tabella 2 ikkummentat billi talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid id-data ta’ effett tas-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji għall-partijiet li qed jiġu eżaminati. |
|
(23) |
Decathlon sostniet li t-talba għal eżenzjoni tressqet fl-1 ta’ Diċembru 2021 flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammissibbiltà tagħha u għalhekk, is-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji jenħtieġ li tidħol fis-seħħ minn dik id-data. |
|
(24) |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni jiddikjara li l-ammissibbiltà tat-talbiet għal eżenzjoni tiġi stabbilita meta tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tal-istess Regolament. |
|
(25) |
It-talba għal eżenzjoni mressqa minn Decathlon fl-1 ta’ Diċembru 2021 ma kinitx debitament issostanzjata biex tiġi stabbilita l-ammissibbiltà tagħha. Il-Kummissjoni infurmat lil Decathlon b’dan u talbet informazzjoni addizzjonali kif ukoll id-dokumentazzjoni nieqsa skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(26) |
Decathlon ipprovdiet id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni nieqsa fil-31 ta’ Jannar 2022 u fil-21 ta’ Marzu 2022. Għalhekk, it-talba għal eżenzjoni mressqa minn Decathlon ġiet meqjusa bħala debitament sostanzjata biss mill-21 ta’ Marzu 2022 u għalhekk din hija d-data ta’ effett tas-sospensjoni tal-ħlas tad-dazji estiżi. |
|
(27) |
Għar-raġuni msemmija hawn fuq, id-data tal-21 ta’ Marzu 2022 kif żvelata preċedentement hija kkonfermata u t-talba ta’ Decathlon qed tiġi miċħuda. |
4. AĠĠORNAMENT TA’ REFERENZI GĦAL PARTIJIET EŻENTATI
|
(28) |
Bejn is-16 ta’ Novembru 2021 u l-24 ta’ Mejju 2022, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 3 innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(29) |
Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata f’konformità mal-Artikoli 5(1) jew 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati. Tabella 3
|
5. IS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI TNEĦĦIET (IRTIRAR TA’ TALBIET GĦAL EŻENZJONI)
|
(30) |
Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-pagament tad-dazji għall-Partijiet li qed jiġu eżaminati titneħħa għall-partijiet elenkati fit-Tabella 4. Tabella 4
|
|
(31) |
Fis-27 ta’ Lulju 2020 u fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 talba għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tistabbilixxi jekk it-talbiet rispettivi kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(32) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 88/97, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-mertu tat-talbiet, il-ħlas tad-dazju estiż għal kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għal ċirkulazzjoni libera mill-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talbiet tagħhom għal eżenzjoni rispettivament. |
|
(33) |
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC C557 u C609 ġew assenjati lil Berria Bike S.L. Spain (‘Berria Bike’) u Nextbike GmbH, Germany (‘Nextbike’) rispettivament, sabiex jidentifikaw l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera u soġġett għas-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż. |
|
(34) |
Fil-25 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Berria Bike biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn Berria Bike, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri s-27 ta’ Lulju 2020. |
|
(36) |
Fit-30 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba ġdida mingħand Berria Bike għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk din it-talba kinitx ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(37) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba, il-ħlas tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn Berria Bike ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba l-ġdida għall-eżenzjoni debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, jiġifieri t-30 ta’ Marzu 2022. |
|
(38) |
Għalhekk, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tat-talba għal eżenzjoni l-aktar reċenti, jenħtieġ li d-data l-ġdida li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni tad-dazju estiż tinbidel għat-30 ta’ Marzu 2022. |
|
(39) |
Fil-5 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Nextbike biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn Nextbike, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri l-25 ta’ Novembru 2020. |
|
(41) |
Il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma b’dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (9) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba tal-partijiet. Din id-data hija mogħtija fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz tagħhom, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.
Il-parti eżentata
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data tad-dħul fis-seħħ |
|
C492 |
MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda |
Rua Alto do Vale do Grou 36, 3750-870 Borralha/Águeda, Il-Portugall |
25.9.2020 |
|
C559 |
Northtec Sp. z o.o. |
ul. Dworcowa 15a, 43-502 Czechowice-Dziedzice, Il-Polonja |
27.7.2020 |
|
C560 |
Giant Gyártó Hungary Kft. |
Jedlik Ányos utca 1, 3200 Gyöngyös, L-Ungerija |
15.7.2020 |
Artikolu 2
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi ’l quddiem. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu, iżda mhumiex limitati, xi bidliet fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet.
Il-partijiet li qed jiġu eżaminati
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data tad-dħul fis-seħħ |
|
C557 |
Berria Bike S.L. |
Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo - Spanja |
30.3.2022 |
|
C720 |
Propain Bicycles GmbH |
Schachenstraße 39, 88267 Vogt, Il-Ġermanja |
1.7.2021 |
|
C860 |
Profil Bicycles CZ s.r.o. |
Hněvotín 31, 783 47 Hněvotín, Ir-Repubblika Ċeka |
20.2.2022 |
|
C863 |
Decathlon Sp. z o.o. |
ul. Geodezyjna 76, 03-290 Warszawa, Il-Polonja |
21.3.2022 |
Artikolu 3
Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati jew sospiżi kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.
Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Referenza preċedenti |
Referenza ġdida |
Id-data tad-dħul fis-seħħ |
||||
|
A984 |
|
|
10.8.2021 |
||||
|
A605 |
|
|
11.4.2022 |
||||
|
B940 |
|
|
28.4.2022 |
||||
|
A730 |
|
|
11.6.2022 |
Artikolu 4
Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija matul il-perjodu mis-27 ta’ Lulju 2020 sad-29 ta’ Marzu 2022 għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu skont il-kodiċi addizzjonali TARIC C557.
Id-dazju estiż għandu jinġabar mis-27 ta’ Lulju 2020 sad-29 ta’ Marzu 2022.
Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C609 u għandu jinġabar id-dazju estiż.
Partijiet li għalihom is-suspensjoni tneħħiet
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
|
C557 |
Berria Bike S.L. |
Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo, Spanja |
|
C609 |
Nextbike GmbH |
Erich Zeigner Allee 69-73 04229 Leipzig, Il-Ġermanja |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 4 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Valdis DOMBROVSKIS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(4) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(5) ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74, ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1, ĠU L 83, 10.3.2022, p. 39, ĠU L 102, 30.3.2022, p. 16.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/505 tat-23 ta’ Marzu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 102, 30.3.2022, p. 16).
(7) Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(8) Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).
|
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/77 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1462
tat-2 ta’ Settembru 2022
dwar ir-rekwiżiti tal-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo għall-intervista skont l-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), b’mod partikulari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 stabbilixxa Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) bħala sistema għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu eżenti mir-rekwiżit li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni. Huwa stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi rifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. |
|
(2) |
L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli, meta teżamina u tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tistieden lill-applikant għal intervista fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu jew tagħha. Fil-prinċipju, jenħtieġ li din l-intervista ssir fil-konsulat li jkun jinsab l-eqreb lejn il-post ta’ residenza tal-applikant. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo tiffaċilita l-proċedura ta’ applikazzjoni filwaqt li tqis l-iżviluppi teknoloġiċi reċenti, u tipprovdi modi differenti biex issir intervista mill-bogħod. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti għall-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo mill-bogħod. Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jinkludu regoli dwar il-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità. Jeħtieġ ukoll li jiġu adottati regoli dwar l-ittestjar, l-għażla u t-tħaddim tal-għodod. |
|
(4) |
Rigward it-trattament ta’ data personali, din id-deċiżjoni tirreferi għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). F’dan il-kuntest, jekk l-intervista tiġi rreġistrata, l-applikant għandu jiġi nnotifikat dwar ir-reġistrazzjoni u l-kunsens għar-reġistrazzjoni qabel il-bidu tal-intervista. |
|
(5) |
Billi r-Regolament (UE) 2018/1240 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fid-dritt nazzjonali tagħha. Id-Danimarka għaldaqstant hija marbuta b’din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5). |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (8) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9). |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 rispettivament. |
|
(11) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Mejju 2021. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rekwiżiti għall-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo, anki fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità
Ir-rekwiżiti għall-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo, anki fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità, għal intervista ma’ applikant skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240 huma stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fl-Anness.
Artikolu 2
Ittestjar ta’ għodod xierqa
1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għandha tanalizza d-deskrizzjonijiet tal-għodod għall-komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo disponibbli fis-suq, tqabbilhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness u tagħżel minn qabel għodod għall-komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo li d-deskrizzjonijiet tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti.
2. L-eu-LISA għandha, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, tittestja l-għodod magħżula minn qabel għall-komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo. It-testijiet għandhom, sa fejn ikun possibbli, iqisu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.
3. L-eu-LISA għandha tanalizza r-riżultati tat-testijiet u tipprovdi lill-Istati Membri lista ta’ għodod xierqa li huma rakkomandati.
4. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tanalizza mill-ġdid id-deskrizzjoni tal-għodod disponibbli fis-suq, tqabbilhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness u, fejn meħtieġ, tittestja l-għodod magħżula minn qabel bl-iskop li tirrakkomanda lill-Istati Membri lista aġġornata ta’ għodod xierqa.
Artikolu 3
Għażla tal-għodod xierqa u l-operat tagħhom
1. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jużaw:
|
(a) |
għodda magħżula mil-lista tal-għodod xierqa msemmija fl-Artikolu 2(3); |
|
(b) |
kwalunkwe għodda oħra li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. |
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-analiżi dwar jekk l-għodod imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Anness u għall-ittestjar tagħhom.
2. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-operat tal-għodod u biex jiżguraw li l-għodod jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Din id-Deċiżjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(8) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
ANNESS
1.
ObjettiviDan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo, anki fir-rigward tar-regoli dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità.
2.
Rekwiżiti għall-mezzi ta’ komunikazzjoni bl-awdjo u bil-vidjo, anki fir-rigward tar-regoli dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità:|
# |
Deskrizzjoni |
|
1 |
L-għodda għandha tappoġġa l-konnettività permezz ta’ brawżers tal-Internet minn tal-inqas tliet fornituri ta’ brawżers/sistemi operattivi b’firxa wiesgħa. |
|
2 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà ta’ karatteristiċi awdjo duplex fil-banda (mhux ibbażati fuq it-telefonija) għas-sejħiet. |
|
3 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà ta’ telefonati bil-vidjo bl-użu ta’ Webcam. |
|
4 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li l-intervistaturi jimmaniġġjaw il-preżenza u l-intervent tal-parteċipanti (jidentifikaw/jaċċettaw/jirrifjutaw, jattivaw/jiddiżattivaw il-kanal tal-awdjo, jattivaw/jiddiżattivaw il-kanal tal-vidjo). |
|
5 |
L-għodda għandha tippermetti lill-utenti awtorizzati fl-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jew f’wieħed mill-konsulati ta’ dak l-Istat Membru, li jiddisponu minn kont permanenti tal-awdjo- u vidjokonferenzi, li jorganizzaw il-konferenzi tagħhom stess permezz tal-Internet. L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li ssir skeda bil-quddiem ta’ awdjo- u vidjokonferenza u li jintbagħtu stediniet lill-applikanti. |
|
6 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li l-applikanti, li ma jkollhomx kont tal-awdjo- u vidjokonferenzi permanenti, jipparteċipaw f’sejħa bl-użu ta’ applikazzjoni, li tkun disponibbli fuq l-Internet, u li tista’ tintuża fuq kwalunkwe apparat (smart phone, tablet, laptop, u desktop) b’mill-inqas tliet fornituri ta’ brawżers/sistemi operattivi b’firxa wiesgħa. Għandu jiġi żgurat li l-għodda tiġi offruta lill-applikant mingħajr ħlas. |
|
7 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li jiġu żgurati intervisti b’kodiċi PIN individwali jew password individwali b’użu uniku. |
|
8 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li jintuża chatting ta’ test. |
|
9 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li d-dokumenti jiġu kondiviżi permezz tal-kondiviżjoni tal-iskrin tal-apparati elettroniċi. |
|
10 |
L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li s-sejħiet jiġu rreġistrati f’każ li jkun meħtieġ mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS. L-għodda għandha tipprovdi l-possibbiltà li s-sejħiet jitniżżlu u jiġu ssejvjati lokalment. |
|
11 |
L-għodda għandha tipprevedi kriptaġġ minn tarf sa tarf tal-komunikazzjonijiet kollha. |
|
12 |
L-għodda għandha tipprevedi li l-komunikazzjonijiet kollha bl-awdjo u bil-vidjo jiġu lloggjati. |
|
13 |
L-għodda għandha tkun disponibbli bl-aħħar patches approvati u verżjonijiet aċċettati. |
|
14 |
L-għodda għandha tappoġġa meded ta’ frekwenzi varjati. |
|
15 |
Ir-rata ta’ disponibbiltà tal-għodda imkejla fuq bażi annwali għandha tkun mill-inqas 99,5 %, ħlief għall-manutenzjoni ppjanata. |