|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tat-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil
It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, iffirmat fid-19 ta’ Jannar 2004 (1) u mġedded fl-2012 (2) u l-2017 (3), daħal fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu XII tiegħu, fit-18 ta’ Lulju 2022. It-tiġdid tal-Ftehim għal perjodu ta’ 5 snin oħra, f’konformità mal-Artikolu XII(2) tiegħu, huwa effettiv mit-8 ta’ Awwissu 2022.
(1) ĠU L 295, 11.11.2005, p. 38.
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1448
tat-18 ta’ Lulju 2022
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punti (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2123 (2), il-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Sħubija”) u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn ’il quddiem “Protokoll”) ġew iffirmati fil-15 ta’ Novembru 2021. |
|
(2) |
L-objettivi tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll huma li jippermettu lill-bastimenti tal-Unjoni li jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Mauritania u li jippermettu lill-Unjoni u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem “Mauritania”) li jikkollaboraw mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u fl-Oċean Atlantiku, f’konformità mal-objettiv ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għal ħolqien ta’ kondizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jiġu approvati. |
|
(4) |
L-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Sħubija jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 11(1) tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u l-ħtieġa li jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li dawk l-attivitajiet idumu interrotti, jekk ikun il-każ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma approvati f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Ftehim ta’ Sħubija u n-notifika prevista fl-Artikolu 22 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
F’konformità mal-proċedura u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit f’konformità mal-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Sħubija.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2123 tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 439, 8.12.2021, p. 1).
(3) It-testi tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll huma ppubblikati fil-ĠU L 439, 8.12.2021, p. 3).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll ser ikun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA U KONDIZZJONIJIET BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI GĦALL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 11(1) tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħathom lill-Kunsill biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jivvaluta l-konformità tal-emendi proposti mal-kriterji stabbiliti fil-punt 1. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka lill-Kunsill, skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonax għalihom. F’każ li jkun hemm it-tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, inkluż fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punti 2 sa 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis l-elementi ġodda. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra li ma jikkonċernawx emendi għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 11(1) tal-Protokoll, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u l-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1449
tat-18 ta’ Lulju 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (2) (“il-Ftehim”) ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/418 (3). |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2277 (4), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2021, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni u lill-Gvern tal-Gżejjer Cook ikomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook, f’konformità mal-objettiv tal-konservazzjoni tar-riżorsi bioloġiċi tal-baħar rikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni, u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu f’dawn l-ilmijiet. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat. |
|
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ tali emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġetta għal dispożizzjonijiet u kondizzjonijiet sostantivi u proċedurali speċifiċi, li tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti tal-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma toġġezzjonax għal dawk l-emendi. |
|
(7) |
Minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook u minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat li dawk l-attivitajiet jiġu interrotti mill-iskadenza tal-Protokoll attwali fit-13 ta’ Novembru 2021, jenħtieġ li l-Protokoll jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta opinjoni fit-3 ta’ Novembru 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (6).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 12 tal-Protokoll (7).
Artikolu 3
F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tal-5 ta’ Lulju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 131, 20.5.2016, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/418 tat-28 ta’ Frar 2017 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 64, 10.3.2017, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2277 tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (ĠU L 463, 28.12.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) It-test tal-Protokoll huwa ppubblikat fil-ĠU L 463, 28.12.2021, p. 3.
(7) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt irid jadotta emendi għall-Protokoll skont l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim u l-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova l-modifiki proposti, f’isem l-Unjoni, bil-kundizzjonijiet li ġejjin.
|
1. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
2. |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tressaqhom quddiem il-Kunsill biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
3. |
Il-Kunsill għandu jevalwa jekk l-emendi proposti jkunux konformi mal-kriterji ddefiniti fil-punt 1. |
|
4. |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni sakemm numru ta’ Stati Membri, li jkun daqs minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonawx għalihom. F’każ li jkun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
5. |
Jekk, matul laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż laqgħat fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim, il-kwistjoni għandha terġa’ titressaq quddiem il-Kunsill, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punti 2, 3 u 4. |
|
6. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll, kif previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tadotta fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.
REGOLAMENTI
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1450
tas-27 ta’ Ġunju 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-għalf tal-proteini mhux organiku għall-produzzjoni tal-bhejjem organiċi minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1)(b) u (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 qed ikollha konsegwenzi serji fuq il-provvista tal-għalf tal-proteini organiku f’diversi Stati Membri peress li l-Ukrajna kienet waħda mill-fornituri ewlenin ta’ tali għalf għall-annimali porċini u t-tjur organiċi f’dawk l-Istati Membri. |
|
(2) |
In-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-għalf tal-proteini organiku f’dawk l-Istati Membri jhedded il-kontinwità tal-produzzjoni organika ta’ annimali porċini organiċi u tjur ta’ età kbira li mhumiex koperti mid-derogi previsti fl-Anness II, tal-Parti II, tal-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tar-Regolament (UE) 2018/848 li jippermettu li l-annimali ta’ età żgħira jingħalfu sa 5 % għalf tal-proteini mhux organiku. |
|
(3) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri li rrikonoxxew din is-sitwazzjoni bħala ċirkostanza katastrofika f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2146 (2) jitħallew jidderogaw temporanjament mill-Anness II tal-Parti II tal-punt 1.4.1(b) tar-Regolament (UE) 2018/848 li jirrikjedi li l-bhejjem organiċi jenħtieġ li jingħalfu b’għalf organiku jew fil-fażi ta’ konverżjoni, billi jiġu estiżi d-derogi stabbiliti fl-Anness II, tal-Parti II, tal-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tar-Regolament (UE) 2018/848 għal annimali porċini u tjur ta’ kategoriji ta’ età kbira. |
|
(4) |
Għall-fini tat-trasparenza u tal-kontrolli, huwa meħtieġ li t-tagħrif dwar id-derogi mogħtija jinqasam b’mod armonizzat bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta’ sistema tal-kompjuter. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi li ngħatawlhom tali derogi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ dawk id-derogi. |
|
(6) |
Għall-fini ta’ kontrolli, l-operaturi jenħtieġ li jżommu prova dokumentata li tixhed li dawn ingħataw dawk id-derogi u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet relatati magħhom. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika retroattivament mill-24 ta’ Frar 2022, id-data tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fl-Istati Membri li rrikonoxxew in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-għalf tal-proteini organiku wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 bħala ċirkostanza katastrofika f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2146, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu d-derogi stabbiliti fl-Anness II, il-Parti II, il-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tar-Regolament (UE) 2018/848 għall-annimali porċini u tjur ta’ kategoriji ta’ età ikbar minn dawk imsemmija f’dawk il-punti, dment li japplikaw dawk id-derogi:
|
(a) |
għal perjodu ta’ żmien limitat u mhux itwal milli meħtieġ, u fl-ebda każ għal aktar minn 12-il xahar; |
|
(b) |
għall-operaturi kollha affettwati li jipproduċu annimali porċini jew tjur organiċi. |
2. L-applikazzjoni tad-derogi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-validità taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848 matul il-perjodu li fih japplikaw id-derogi, dment li l-operaturi kkonċernati jissodisfaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ikunu ngħataw dawk id-derogi.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar id-derogi mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 1(1) permezz ta’ sistema tal-kompjuter li se tagħmel disponibbli l-Kummissjoni u li tiffavorixxi l-iskambju ta’ dokumenti elettroniċi u ta’ tagħrif.
2. Kwalunkwe operatur li għalih japplikaw id-derogi mogħtija għandu jżomm prova dokumentata ta’ dawk id-derogi kif ukoll dwar l-użu ta’ dawk id-derogi tul il-perjodu li japplikaw fih.
3. L-awtoritajiet kompetenti, jew fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll tal-Istati Membri, għandhom jivverifikaw il-konformità tal-operaturi mal-kundizzjonijiet tad-derogi mogħtija.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-24 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2146 tal-24 ta’ Settembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali fil-produzzjoni organika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 5).
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1451
tal-1 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L) J. Presl. u tat-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Iż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra u t-tintura tal-kannella kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawk l-addittivi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl., u tat-tintura tal-kannella miksuba mill-Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati wkoll biex jintużaw fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti aromatizzanti għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra u tat-tintura tal-kannella fl-ilma tax-xorb. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (3) (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, iż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li jenħtieġ li ż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. jitqiesu bħala irritanti tal-għajnejn u tal-ġilda, u bħala sensitizzaturi respiratorji u tal-ġilda. Għalhekk il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll, li huwa magħruf li ż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra, mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. jagħtu t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, u għalhekk ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk jenħtieġ li l-użu ta’ dawk l-addittivi jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet biex isir kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni fuq it-tikketta tal-premixxeli. |
|
(10) |
Il-fatt li ż-żejt essenzjali abjad mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. mhumiex awtorizzati biex jintużaw fl-ilma bħala kompost aromatizzanti ma jipprekludix li jintużaw f’għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(11) |
Peress li ma hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma tal-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u tal-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Marzu 2023, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2023, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2024, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2022;20(1):6985.
(4) EFSA Journal 2021;19(12):6986.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b130-eo |
Żejt essenzjali abjad tal-gamfra |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali abjad tal-gamfra miksub min kull parti tal-pjanta tal-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. Gamfra ≤ 0,1 % Safrol ≤ 0,0002 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali abjad tal-gamfra miksub permezz tad-distillazzjoni bil-fwar minn kull parti tal-pjanta tal-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). 1,8-Sinjol: 27 – 43 % d-Limonen (18–27 %) 1-Isopropil-4-Metilbenzen (p-sajmin): 6 – 15 % α-Pinen (pin-2(3)-en): 4 – 10 % Numru CAS: 8008-51-3 Numru EINECS: 294-760-2 Numru FEMA: 2231 Numru CoE: 130 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni ta’ 1,8-Sinjol (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-qtates |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||||||||
|
Qtates |
- |
- |
22 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b2289-t |
Tintura tal-kannella |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura tal-kannella miksuba mill-qoxra tas-siġra Cinnamomum verum J. Presl. Metilewġenol ≤ 0,00001 % Safrol ≤ 0,00002 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura tal-kannella miksuba permezz ta’ estrazzjoni estiża b’taħlita ta’ ilma u etanol (3:1, v/v) mill-qoxra tas-siġra Cinnamomum verum J. Presl. kif iddefinita mill-Kunsill tal-Ewropa (3). Sinnamaldeid: ≤ 0,0012 % Numru FEMA tal-kannella: 2289 Metodu analitiku (4) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf (tintura tal-kannella):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1452
tal-1 ta’ Settembru 2022
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu diversi applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ preparat ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, ewġenol u 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen għall-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-pollam u l-ħut u 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on u 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on għall-qtates u l-klieb. |
|
(4) |
L-applikant talab biex l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti aromatizzanti għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma tax-xorb jenħtieġ li ma jiġix permess. |
|
(6) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta’ Novembru 2011 (3), tat-13 ta’ Ġunju 2012 (4), tas-26 ta’ Jannar 2016 (5), tad-19 ta’ Ottubru 2016 (6) u tas-6 ta’ Diċembru 2016 (7), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, meta jintużaw skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-addittivi ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-perikli għall-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn u għall-esponiment respiratorju huma rikonoxxuti fir-rigward ta’ dawk l-addittivi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li l-addittivi huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għaldaqstant, ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-addittivi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(10) |
Il-fatt li l-addittivi mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(11) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Marzu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(3) EFSA Journal 2011;9(12):2440.
(4) EFSA Journal 2012;10(7):2786.
(5) EFSA Journal 2016;14(2):4390.
(6) EFSA Journal 2016;14(11):4618.
(7) EFSA Journal 2017;15(2):4672.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||
|
2b07057 |
3-Etilċiklopentan-1,2-dion |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ 3-Etilċiklopentan-1,2-dion Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Etilċiklopentan-1,2-dion Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 90 % Formula kimika: C7H10O2 Numru CAS: 21835-01-8 FLAVIS: 07.057 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
|
2b13010 |
4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on Prodott b’sinteżi kimika Purità: 98 % Formula kimika: C6H8O3 Numru CAS: 3658-77-3 FLAVIS: 13.010 |
Qtates u klieb |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
|
2b13042 |
4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on Prodott b’sinteżi kimika Purità: 97 % Formula kimika: C5H8O2 Numru CAS: 3188-00-9 FLAVIS: 13.042 |
Qtates u klieb |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Metodu analitiku (3) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
|
2b04003 |
Ewġenol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ewġenol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ewġenol Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 98 % Formula kimika: C10H12O2 Numru CAS: 97-53-0 FLAVIS: 04.003 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-pollam u l-ħut |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Metodu analitiku (4) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
|
- |
- |
- |
||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
|
2b04010 |
1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen |
Kompożizzjoni tal-addittiv 1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 99 % Formula kimika: C10H12O Numru CAS: 4180-23-8 FLAVIS: 04.010 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-pollam u l-ħut |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Metodu analitiku (5) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b05040 |
α-Pentilċinnamaldeid |
Kompożizzjoni tal-addittiv α-Pentilċinnamaldeid Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva α-Pentilċinnamaldeid Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 97 % Formula kimika: C14H18O Numru CAS: 122-40-7 FLAVIS: 05.040 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (6) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b05041 |
α-Eżilċinnamaldeid |
Kompożizzjoni tal-addittiv α-Eżilċinnamaldeid Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva α-Eżilċinnamaldeid Prodott b’sinteżi kimika Purità: 95 % Formula kimika: C15H20O Numru CAS: 101-86-0 FLAVIS: 05.041 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (7) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||
|
2b14038 |
2-Aċetilpiridina |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Aċetilpiridina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Aċetilpiridina Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 97 % Formula kimika: C7H7ON Numru CAS: 1122-62-9 FLAVIS: 14.038 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (8) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1453
tal-1 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tat-tjur u għall-ħnieżer kollha u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa Huvepharma EOOD)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Is-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ u d-dundjani tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għat-tiġieġ tal-bajd, għal-speċijiet oħra ta’ tjur tas-simna u tal-bajd, għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna, u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, id-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni ressaq applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ u d-dundjani tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għat-tiġieġ tal-bajd, għal speċijiet oħra ta’ tjur tas-simna u tal-bajd, għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna, u għall-ħnieżer nisa, għall-klassifikazzjoni fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u għal użu ġdid għall-ispeċijiet kollha tat-tjur u għall-ħnieżer kollha. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant kien ipprovda d-data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma jagħmilx ħsara għas-saħħa tal-annimali, tal-konsumaturi u għall-ambjent, u li huwa sensitizzatur respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi għall-ispeċijiet kollha tat-tjur u għall-ħnieżer kollha. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li tiġġedded l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Billi l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv tal-ikel se tiġġedded skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012. |
|
(7) |
Billi ma hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jeħtieġu li l-emendi li qegħdin isiru permezz ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw minnufih, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni li fih il-ħażniet eżistenti tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 98/2012 jitħassar.
Artikolu 3
L-addittiv 6-fitażi, prodott mill-Komagataella pastoris (DSM 23036), il-premixxeli u l-għalf kompost li jkun fihom din is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma AD) (ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6).
(3) EFSA Journal 2022;20(5):7238.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||
|
4a16 |
Huvepharma EOOD |
6-fitażi (KE 3.1.3.26) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ 6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) b’attività minima ta’: 4 000 OTU (1)/g f’għamla solida 8 000 OTU/g f’għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Preparazzjoni ta’ 6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) Metodu analitiku (2) Il-metodu kolorimetriku huwa bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-fosfat inorganiku rilaxxat mill-fitat tas-sodju permezz tal-enzima. |
L-ispeċijiet kollha tat-tjur minbarra d-dundjani L-ispeċijiet porċini kollha minbarra d-driefeġ |
- |
125 OTU |
|
|
22.9.2032 |
||||
|
Dundjani Driefeġ |
250 OTU |
||||||||||||
(1) OTU wieħed huwa l-ammont ta’ enzima li jikkatalizza r-rilaxx ta’ mikromol wieħed ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn 5,1 mM fitat tas-sodju f’buffer ta’ ċitrat b’pH ta’ 5,5 f’temperatura ta’ 37 C, li jitkejjel skont il-kulur kumpless blu tal-molibdat tal-fosfru fi 820 nm
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1454
tal-1 ta’ Settembru 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jeżiġi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew minn territorji, żoni jew kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur, u tal-laħam frisk mit-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-provinċja ta’ Quebec, u li ġew ikkonfermati fil-21 ta’ Lulju 2022 u fl-1 ta’ Awwissu 2022 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Apparti dawn, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-provinċja ta’ Alberta, u li ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ Lulju 2022 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur qrib Gayton, King’s Lynn u West Norfolk, Norfolk, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, u li ġiet ikkonfermata fil-21 ta’ Awwissu 2022 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-kontea ta’ King, l-istat ta’ Washington, l-Istati Uniti, u li ġiet ikkonfermata fl-1 ta’ Lulju 2022 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(9) |
Minbarra din, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-kontea ta’ Fresno, l-istat ta’ California, l-Istati Uniti, u li ġiet ikkonfermata fit-22 ta’ Awwissu 2022 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(10) |
Wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ eradikazzjoni biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(11) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li titwaqqaf l-awtorizzazzjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur, u tal-laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. |
|
(12) |
Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tat-tjur: waħda qrib Lowdham, Newark u Sherwood, Nottinghamshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġiet kkonfermata fis-7 ta’ Mejju 2022, u oħra qrib Southwell, Newark u Sherwood, Nottinghamshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġiet kkonfermata fid-19 ta’ Mejju 2022. |
|
(13) |
Apparti dawn, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom dwar dsatax-il tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tat-tjur fl-Istati ta’ Iowa (6), Minnesota (8), Missouri (1), Montana (1), Nebraska (1), South Dakota (1) and Wisconsin (1), l-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Marzu 2022 u l-20 ta’ April 2022. |
|
(14) |
Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tat-tjur infettat fit-territorji tagħhom. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tat-tjur ġew ikklerjati u ma għadx hemm xi riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tat-tjur miż-żoni tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur kien ġie sospiż minħabba dawk it-tifqigħat. |
|
(16) |
Għalhekk, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(17) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|