ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
25 ta' Awwissu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1425 tat-18 ta’ Awwissu 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Alubia de Anguiano (DOP))

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1159 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment ( ĠU L 179, 6.7.2022 )

3

 

*

Rettifika tal-Linja Gwida (UE) 2022/989 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/31) (BĊE/2022/19) ( ĠU L 167, 24.6.2022 )

4

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1425

tat-18 ta’ Awwissu 2022

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Alubia de Anguiano” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Spanja biex l-isem “Alubia de Anguiano” jiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Alubia de Anguiano” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Alubia de Anguiano” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 182, 4.5.2022, p. 20.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


Rettifika

25.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/3


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1159 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179 tas-6 ta’ Lulju 2022 )

F’paġna 15, fl-Anness I, jiddaħħlu ż-żewġ tabelli li ġejjin wara t-tabella IF IP1 — MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAD-DRITTIJIET TAL-VOT u qabel it-tabella IF IP 2.03 — TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI:

IF IP2 — IMĠIBA TA’ VOTAZZJONI

IF IP2.01 — TABELLA DWAR ID-DESKRIZZJONI TAL-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

Ringiela

Entrata

Valur

1

Numru ta’ kumpaniji rilevanti fl-ambitu tad-divulgazzjoni

 

2

Għadd ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni matul is-sena li għaddiet

 

3

Numru ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta vvotat matul is-sena li għaddiet

 

4

Id-ditta tal-investiment tinforma lill-kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħa ġenerali?

 

5

Proporzjon ta’ voti fiżiċi użati mid-ditta

 

6

Proporzjon ta’ voti permezz tal-posta jew b’mod elettroniku użat mid-ditta

 

7

Fuq bażi konsolidata, il-grupp ta’ ditti tal-investiment għandu politika rigward il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp?

 

8

Jekk iva, sommarju ta’ din il-politika

 

IF IP2.02 — MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

Ringiela

Entrata

Għadd

Perċentwal

1

Riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali:

 

 

2

id-ditta approvat

 

 

3

id-ditta opponiet

 

 

4

fejn id-ditta astjeniet

 

 

5

Laqgħat ġenerali li fihom id-ditta opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda”

 

 


25.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/4


Rettifika tal-Linja Gwida (UE) 2022/989 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/31) (BĊE/2022/19)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 167 tal-24 ta’ Ġunju 2022 )

Fil-qoxra, fil-werrej, u f’paġna 135, fit-titolu,

minflok:

“Linja Gwida (UE) 2022/989 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/31) (BĊE/2022/19)”,

aqra:

“Linja Gwida (UE) 2022/989 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2022/19)”.