ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1424
tat-18 ta’ Awwissu 2022
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tat-tonn obeż li l-bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fl-Oċean Atlantiku eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2022. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Portugall għall-istokk tat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku għall-2022 li hemm referenza għaliha fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).
ANNESS
Nru |
04/TQ109 |
Stat Membru |
Il-Portugall |
Stokk |
BET/ATLANT (inklużi BET/*ATLLL u BET/*ATLPS) |
Speċi |
Tonn obeż (Thunnus obesus) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
Data tal-għeluq |
25.7.2022 |