ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1389
tat-2 ta’ Awwissu 2022
li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, biex jiżgura li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti li huma tal-inqas ekwivalent għalihom. B’mod partikolari, id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-oġġetti u l-annimali huwa soġġett għar-rekwiżit li dawn ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jkun inkluż f’lista f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. L-Anness IX ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, fosthom prodotti mill-akkwakultura. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/… (4) approvat il-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti kollha tas-sajd fil-kategorija “akkwakultura” tal-Bangladesh, il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Ekwador, il-Honduras, l-Indoneżja, l-Indja, il-Korea t’Isfel, is-Sri Lanka, il-Myanmar/Burma, il-Messiku, il-Malażja, il-Panama, il-Perù, il-Filippini, l-Arabja Sawdija, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Vjetnam u inkludiet dawk il-pajjiżi terzi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (5). Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni għall-prodotti kollha tas-sajd fil-kategorija “akkwakultura”. Dawk il-pajjiżi terzi ġew infurmati b’dan kif jixraq. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/… approvat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-ħut bil-pinen fil-kategorija “akkwakultura” tal-Marokk, u inkludiet dak il-pajjiż terz fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE b’nota li tillimita l-approvazzjoni għall-prodotti tal-ħut bil-pinen. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni limitata għall-prodotti tal-ħut bil-pinen fil-kategorija “akkwakultura”. Dak il-pajjiż terz ġie infurmat. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/… żiedet il-bajd tal-ħut mal-kavjar u mal-krustaċji fil-kategorija tal-prodotti tal-akkwakultura fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE b’nota li tillimita l-approvazzjoni għall-bajd tal-ħut u l-kavjar u għall-krustaċji. Għalhekk huwa xieraq li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat sabiex jirrifletti dik l-approvazzjoni limitata għall-bajd tal-ħut u l-kavjar u l-prodotti tal-krustaċji fil-kategorija “akkwakultura”. L-Iran ġie infurmat b’dan kif jixraq. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/… irtirat l-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-ħut bil-pinen fil-kategorija “akkwakultura” tal-Uganda, peress li l-Uganda ma ppreżentatx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għal dawk il-prodotti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Uganda titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, għajr għall-qabda selvaġġa, li ma jeħtieġx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi. Għaldaqstant, l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jenħtieġ li jiġi emendat kif jixraq. L-Uganda ġiet infurmata b’dan. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/363 (6) emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, u elenka b’mod żbaljat l-Emirati Għarab Magħquda fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għall-prodotti tal-akkwakultura, għalkemm dak il-pajjiż terz ma kienx ipprovda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-prodotti tal-akkwakultura. Għalhekk huwa xieraq li tiġi kkoreġuta l-entrata għall-Emirati Għarab Magħquda fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, sabiex jiġi rifless li l-approvazzjoni tikkonċerna biss il-qabda selvaġġa. L-Emirati Għarab Magħquda ġew infurmati b’dan kif jixraq. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat u kkoreġut kif jixraq. |
(9) |
Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil fil-kummerċ u jkunu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza mad-Deċiżjoni 2011/163/UE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’mod urġenti. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/… tad-9 ta’ Awwissu 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ara l-paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/363 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd (ĠU L 69, 4.3.2022, p. 40).
ANNESS
1.
l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrata għall-Bangladesh hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(b) |
l-entrata għall-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(c) |
l-entrata għall-Kolombja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(d) |
l-entrata għall-Costa Rica hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(e) |
l-entrata għall-Ekwador hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(f) |
l-entrata għall-Honduras hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(g) |
l-entrata għall-Indoneżja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(h) |
l-entrata għall-Indja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(i) |
l-entrata għall-Iran hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(j) |
l-entrata għall-Korea t’Isfel hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(k) |
l-entrata għas-Sri Lanka hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(l) |
l-entrata għall-Marokk hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(m) |
l-entrata għall-Myanmar/Burma hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(n) |
l-entrata għall-Messiku hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(o) |
l-entrata għall-Malażja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(p) |
l-entrata għall-Panama hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(q) |
l-entrata għall-Perù hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(r) |
l-entrata għall-Filippini hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(s) |
l-entrata għall-Arabja Sawdija hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(t) |
l-entrata għat-Tajlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(u) |
l-entrata għat-Tajwan hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(v) |
l-entrata għall-Uganda hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(w) |
l-entrata għall-Vjetnam hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(1) |
Dawn il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom jistgħu jesportaw il-prodotti tas-sajd kollha (il-ħut bil-pinen, il-prodotti tal-ħut bil-pinen u l-krustaċji). |
2.
L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa kkoreġut fir-rigward tal-entrata għall-Emirati Għarab Magħquda, li hija sostitwita b’dan li ġej:
“AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
Qabda selvaġġa biss”. |
DEĊIŻJONIJIET
11.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1390
tad-9 ta’ Awwissu 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2022) 5636)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jippreżentaw pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet għandhom ikopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Ċerti pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ tali materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-entrati għal dawk il-pajjiżi jenħtieġ li jiġu mmarkati b“Δ”, li jfisser kummerċ triangolari għall-ispeċi jew komodità rilevanti fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(4) |
Pajjiżi terzi li ma ppreżentawx pjan għall-bovini, ovini/kaprini, porċini, ekwini jew pollam, iżda li jitolbu li jimmanifatturaw prodotti komposti destinati biex jiġu esportati lejn l-Unjoni billi jużaw prodotti tal-annimali pproċessati minn dawk l-ispeċi, jenħtieġ li, wara talba, jitħallew jippreparaw tali prodotti komposti bil-kundizzjoni li jakkwistaw dawk il-prodotti tal-annimali pproċessati jew minn Stat Membru jew minn pajjiż terz approvat soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbiliti fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3) u (UE) 2020/692 (4) u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (5) u (UE) 2021/404 (6). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-entrati għal dawk il-pajjiżi jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“O” fil-kolonna għall-ispeċi tal-annimali relevanti mitluba biss fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(5) |
Il-pajjiżi terzi li jkunu ppreżentaw pjan jew għall-prodotti tal-akkwakultura, għall-ħalib jew għall-bajd, u li jitolbu li jimmanifatturaw prodotti komposti, jenħtieġ li jitħallew li jħejju prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni li jkun fihom tali prodotti proċessati, billi jużaw kwalunkwe wieħed minn dawk il-prodotti proċessati, sakemm il-prodotti proċessati li għalihom ma ppreżentawx pjan jinkisbu minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-entrati għal dawk il-pajjiżi jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“O” għal li jifdal minn dawk il-kategoriji fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(6) |
L-elenkar ta’ pajjiżi terzi għall-molluski huwa meħtieġ minħabba l-bidla fir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-molluski mrobbija. Bħalissa, ma hemm l-ebda rekwiżit skont id-Direttiva 96/23/KE, biex pajjiżi terzi jissottomettu lill-Kummissjoni pjanijiet għall-molluski. L-uniku monitoraġġ tar-residwi rilevanti għall-produzzjoni tal-molluski mrobbija fir-rigward tal-kontaminanti jsir skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (7), u l-pajjiżi terzi li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet huma elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (8). Billi dawk il-pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 56 sa 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 inkluż dwar il-monitoraġġ tar-residwi, għaldaqstant għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawk il-pajjiżi jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“M” fil-kolonna “Akkwakultura” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li tfisser “molluski”. |
(7) |
Ċerti pajjiżi talbu li jesportaw lejn l-Unjoni prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati minn molluski li joriġinaw jew mill-Istati Membri inkella minn pajjiżi terzi approvati elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Pajjiżi mmarkati b’“X” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għal mill-inqas waħda mill-komoditajiet li ġejjin: bovini, ovini/kaprini, ekwini, porċini, pollam, akkwakultura, ħalib, bajd jew kaċċa, ipprovdew l-garanziji suffiċjenti b’rabta mas-sistemi uffiċjali ta’ kontroll attwali tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-pajjiżi kollha jiġu mmarkati b’“P” fil-kolonna “Akkwakultura” ta’ dik it-tabella li tippermettilhom li jużaw prodotti proċessati minn molluski li joriġinaw jew minn Stati Membri inkella minn pajjiżi terzi approvati għall-produzzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti komposti li fihom prodotti proċessati minn molluski. |
(8) |
Fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, il-kategorija “Prodotti tal-akkwakultura” hija maqsuma f’erba’ subkategoriji, sabiex dawn is-subkategoriji jiġu allinjati ma’ dawk koperti mill-mudelli taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (9), u l-listi korrispondenti ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti bħal dawn stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. |
(9) |
L-esperjenza reċenti wriet li tali sottokategorizzazzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura ma tipprovdix iċ-ċarezza meħtieġa għall-persunal ta’ kontroll fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li nerġgħu lura għal kolonna waħda għall-“Akkwakultura” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(10) |
L-Awstralja, il-Bangladesh, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Ekwador, il-Honduras, l-Indoneżja, l-Indja, il-Korea t’Isfel, is-Sri Lanka, il-Madagaskar, il-Malażja, il-Myanmar/Burma, il-Messiku, il-Panama, il-Perù, il-Filippini, l-Arabja Sawdija, it-Tajlandja, Tajwan, l-Istati Uniti u l-Vjetnam ressqu pjanijiet, li jkopru l-prodotti tal-akkwakultura. Il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu approvati. |
(11) |
L-Albanija, l-Armenja, l-Arġentina, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Belarussja, l-Iżvizzera, iċ-Ċilì, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, ir-Renju Unit, Isle of Man, l-Iżrael, il-Ġappun, il-Kenja, il-Marokk, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, Mauritius, New Zealand, is-Serbja, Singapore, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna, u l-Urugwaj ressqu pjanijiet, li jkopru biss il-ħut tal-pinen. Il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu approvati, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-ħut bil-pinen. |
(12) |
Il-Brunej, il-Beliże, Kuba, il-Gwatemala, il-Mozambique, in-New Caledonia, in-Niġerja, in-Nikaragwa, it-Tanzanija u l-Venezwela ressqu pjanijiet, li jkopru biss il-krustaċji. Il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għalhekk jenħtieġ li jiġu approvati, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-krustaċji. |
(13) |
L-Iran issottometta pjan, li jkopri biss il-bajd tal-ħut u l-kavjar u l-krustaċji. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għalhekk jenħtieġ li jiġi approvat, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-bajd tal-ħut u l-kavjar u l-krustaċji. |
(14) |
Andorra, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Kolombja, ir-Renju Unit, Hong Kong, il-Marokk, il-Messiku, il-Malażja, Singapore, San Marino, it-Tajlandja, u l-Kosovo ma ppreżentawx pjanijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali u prodotti tal-annimali skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, dawk il-pajjiżi pprovdew garanziji suffiċjenti f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, biex jesportaw prodotti bħal dawn lejn l-Unjoni, li oriġinarjament inkisbu minn Stat Membru jew minn pajjiż terz approvat. Għaldaqstant, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu approvati għall-kummerċ triangolari. |
(15) |
L-Awstralja, il-Kanada, l-Iżvizzera, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit, Guernsey, Greenland, Isle of Man, il-Ġamajka, Jersey, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Marokk, New Zealand, il-Perù, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna, l-Istati Uniti, l-Urugwaj u l-Vjetnam huma elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bħala pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati. Għaldaqstant, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“M” fil-kolonna “Akkwakultura” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(16) |
Andorra, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Albanija, l-Armenja, l-Arġentina, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bangladesh, il-Brunei, il-Brażil, il-Botswana, il-Belarussja, il-Belize, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Costa Rica, Kuba, l-Ekwador, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, il-Gwatemala, Hong Kong, il-Honduras, l-Indoneżja, l-Iżrael, l-Indja, l-Iran, il-Kenja, is-Sri Lanka, il-Moldova, il-Montenegro, il-Madagascar, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Myanmar, Mauritius, il-Messiku, il-Malażja, il-Mozambique, in-Namibja, in-New Caledonia, in-Niġerja, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Filippini, Saint Pierre u Miquelon, il-Paragwaj, is-Serbja, ir-Russja, l-Arabja Sawdija, Singapore, San Marino, Eswatini, it-Tajwan, it-Tanzanija, il-Venezwela u l-Afrika t’Isfel talbu li jesportaw prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati derivati minn molluski. Dawk il-pajjiżi pprovdew garanziji f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE li se jużaw biss molluski li joriġinaw mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 u jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“P” fil-kolonna “Akkwakultura” ta’ dik it-tabella. |
(17) |
L-Emirati Għarab Magħquda ressqu pjan għall-għasel lill-Kummissjoni li jkopri reġjun wieħed biss. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. Entrata għall-Emirati Għarab Magħquda għall-għasel jenħtieġ li tiġi inkluża fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, limitata għal dak ir-reġjun. |
(18) |
Iċ-Ċilì u Greenland huma elenkati fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni ta’ laħam tal-ovini u tal-kaprini. Madankollu, iċ-Ċilì u Greenland infurmaw lill-Kummissjoni li m’għadhomx interessati jesportaw il-laħam tal-kaprini lejn l-Unjoni. L-entrati għaċ-Ċilì u Greenland għal-laħam tal-ovini u tal-kaprini f’dik it-tabella jenħtieġ li għalhekk ikunu ristretti għal-laħam tal-ovini. |
(19) |
Guernsey huwa elenkat fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni ta’ laħam u ħalib tal-bovini. Madankollu, Guernsey infurmat lill-Kummissjoni li ma għadhiex interessata li tesporta laħam bovin lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal Guernsey għal-laħam u l-ħalib bovin f’dik it-tabella jenħtieġ li tkun ristretta għall-ħalib. |
(20) |
Singapor u t-Tajlandja ma ppreżentawx pjan għall-bajd lill-Kummissjoni. Madankollu, Singapore u t-Tajlandja pprovdew garanziji li se jużaw biss bajd li joriġina, jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti bħal dawn u infurmaw lill-Kummissjoni li t-tali bajd għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mhux se jkun limitat għal prodotti komposti li fihom prodotti tal-bajd ipproċessati. Konsegwentement, l-entrati għal Singapore u għat-Tajlandja għall-bajd jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“Δ” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(21) |
L-Emirati Għarab Magħquda u s-Sri Lanka ma pprovdewx pjanijiet għall-ħalib minn speċi bovini, ovini u kaprini skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, huma pprovdew garanziji li se jużaw biss prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati għall-produzzjoni ta’ prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Konsegwentement, l-entrati għall-Emirati Għarab Magħquda u s-Sri Lanka għall-prodotti tal-ħalib jenħtieġ li jiġu mmarkati b’“O” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE inklużi prodotti tal-bajd, peress li dawk il-pajjiżi terzi għandhom mill-inqas “X” jew għall-ħalib tal-ġemel (l-Emirati Għarab Magħquda),jew għall-prodotti tal-akkwakultura (is-Sri Lanka) f’dik it-tabella. |
(22) |
Il-Malażja ma pprovdietx pjan għall-ħalib u għall-bajd skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Malażja pprovdiet garanziji li se tuża biss ħalib u bajd li joriġinaw mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati għall-produzzjoni ta’ prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Konsegwentement, l-entrata għall-Malażja għall-ħalib u għall-bajd jenħtieġ li tiġi mmarkata b’“O” fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. |
(23) |
Bħalissa Sierra Leone hija elenkata fit-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-għasel u l-Uganda għall-prodotti tal-akkwakultura. Peress li dawk il-pajjiżi terzi ma ressqux pjanijiet lill-Kummissjoni għall-prodotti rispettivi, dawk l-entrati jenħtieġ li jitħassru minn dik it-tabella. |
(24) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(25) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/163/UE hija emendata kif ġej:
1. |
l-artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 2: “Artikolu 2a Pajjiżi terzi li ma ppreżentawx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-annimali u l-prodotti tal-annimali iżda li, abbażi ta’ talba ta’ pajjiż terz, biħsiebhom jesportaw prodotti tal-annimali lejn l-Unjoni mħejjija bl-użu ta’ materja prima li toriġina minn annimali miksuba minn Stat Membru jew minn pajjiż terz li jkun ipprovda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE jiġu mmarkati b’“Δ” fit-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għall-kummerċ triangolari. Artikolu 2b Pajjiżi terzi li ma ppreżentawx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-annimali bovini, ovini/kaprini, porċini, ekwini u pollam, iżda li, abbażi ta’ talba ta’ pajjiż terz, biħsiebhom jesportaw prodotti komposti lejn l-Unjoni, bl-użu ta’ prodotti tal-annimali proċessati minn dawk l-ispeċi, miksuba minn Stat Membru jew minn pajjiż terz approvat jiġu mmarkati b’“O” fil-kolonna biss għall-ispeċi tal-annimali rilevanti fit-tabella tal-Anness. Artikolu 2c Abbażi ta’ talba minn pajjiż terz, pajjiżi terzi mmarkati b’“X” f’waħda mill-kategoriji tal-prodotti tal-akkwakultura, ħalib jew bajd fit-tabella tal-Anness huma mmarkati b’“O” f’dik it-tabella għall-bqija tal-kategoriji. Artikolu 2d Il-pajjiżi terzi kollha elenkati għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu mmarkati b’“M” fit-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għall-molluski. Artikolu 2e Il-pajjiżi terzi kollha li jipproduċu prodotti komposti minn prodotti pproċessati derivati mill-molluski, sa fejn il-molluski bivalvi pproċessati jew joriġinaw mill-Istati Membri inkella minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu mmarkati b’“P” fil-kolonna “Akkwakultura” fit-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għall-prodotti pproċessati derivati mill-molluski.”. |
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi tal-ISO2 |
Pajjiż (1) |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Pollam |
Akkwakultura (17) |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa selvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
Budellati |
AD |
L-Andorra |
X |
X |
Δ |
X |
|
P |
|
|
|
|
|
X |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
Δ P |
X (2) O |
O |
|
|
|
X (3) |
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X (14) P |
O |
X |
|
|
|
|
X |
AM |
L-Armenja |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X (14) P |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X M |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
X |
X |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
BF |
Il-Burkina Faso |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BJ |
Il-Benin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BN |
Il-Brunei |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X (8) |
|
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
BZ |
Il-Belize |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X (14) M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X (5) |
X |
|
X |
X (14) M |
X |
O |
|
X |
|
X |
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X P |
O |
X |
X |
|
|
X |
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X P |
X |
Δ |
|
|
|
|
X |
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
DO |
Ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
EG |
L-Eġittu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X (5) |
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
GB |
Ir-Renju Unit (6) |
X |
X |
X |
X |
X |
X (14) Δ M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
GE |
Il-Georgia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GG |
Guernsey |
|
|
|
|
|
O M |
X |
O |
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X (5) |
|
|
|
M |
|
|
|
|
X |
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
HK |
Hong Kong |
|
|
|
|
|
Δ P |
|
Δ |
|
|
|
|
|
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
IL |
L-Iżrael (4) |
|
|
|
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
IM |
Isle of Man |
X |
X |
X |
|
|
X (14) M |
X |
O |
|
|
|
X |
|
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
O |
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
X |
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X (15) X (16) P |
O |
O |
|
|
|
|
X |
JE |
Jersey |
X |
|
|
|
|
M |
X |
O |
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
M |
|
|
|
|
|
X |
|
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
X |
|
X |
X (14) M |
X |
X |
|
|
|
Δ |
X |
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
X |
X M |
O |
O |
|
|
|
Δ |
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X (14) Δ M |
O |
O |
|
|
|
|
X |
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X (5) |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
|
|
X |
|
MG |
Il-Madagascar |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
X |
X |
X |
|
X |
X (14) P |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
MM |
Il-Myanmar |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
MN |
Il-Mongolja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
MU |
Il-Mauritius |
|
|
|
|
|
X (14) P |
O |
O |
|
|
|
Δ |
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
Δ |
|
|
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
|
MY |
Il-Malażja |
|
|
|
|
Δ |
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X (5) |
|
|
|
P |
|
|
|
X |
|
|
|
NC |
In-New Caledonia |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
X |
X |
|
NG |
In-Niġerja |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
NZ |
New Zealand |
X |
X |
O |
X |
O |
X (14) M |
X |
O |
O |
X |
X |
X |
X |
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X M |
O |
O |
|
|
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
PK |
Il-Pakistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
P |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
X |
RS |
Is-Serbja (7) |
X |
X |
X |
X (8) |
X |
X (14) P |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
O P |
X |
X |
|
|
X (9) |
X |
X |
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X P |
O |
O |
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
Δ |
Δ |
Δ |
X (10) |
Δ |
X (14) P |
Δ |
Δ |
|
X (10) |
X (10) |
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
Δ |
|
|
O P |
X |
O |
|
|
|
X |
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SY |
Is-Sirja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
L-Eswatini |
X |
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
|
TG |
It-Togo |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
TH |
It-Tajlandja |
O |
|
O |
|
X |
X M |
O |
Δ |
|
|
|
X |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
|
X (14) M |
O |
O |
|
|
|
|
X |
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X (14) M |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X P |
O |
X |
|
|
|
X |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
X |
|
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X (14) M |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X (11) |
X |
|
X |
X M |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X (14) M |
X |
O |
|
X |
|
X |
X |
UZ |
L-Użbekistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X (15) P |
O |
O |
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X M |
O |
O |
|
|
|
X |
|
WF |
Wallis u Futuna |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
XK |
Il-Kosovo (12) |
|
|
|
|
Δ |
|
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
P |
|
|
|
X |
X (13) |
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
(1) Lista ta’ pajjiżi u territorji (mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni).
(2) Ħalib tal-ġemel biss.
(3) Ir-reġjun ta’ Ras al Khaimah biss.
(4) Ma jinkludix iż-żoni ġeografiċi li ġew taħt l-amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael wara l-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(5) Speċi ovini biss.
(6) Skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet tal-Annessi II sa XXII, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(7) Ma jinkludix il-Kosovo (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).
(8) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(9) Ċriev biss.
(10) Għall-prodotti bażiċi tal-laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati lejn l-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.
(11) Speċi kaprini biss.
(12) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo.
(13) Ratiti biss.
(14) Ħut bil-pinen biss.
(15) Krustaċji biss.
(16) Bajd tal-ħut u kavjar biss.
(17) L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, inkluż is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd tal-ħut u l-kavjar) u l-krustaċji”.