ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/938
tas-26 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-katalogu tad-data ajrunawtika u għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni ajrunawtika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(1), il-punti (a) u (f), u l-Artikolu 62(15), il-punt (a) u (c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali u għas-sorveljanza tagħhom. |
(2) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2020, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adottat l-Emenda 1 għall-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Ġestjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika (PANS-AIM, Doc 10066), li tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-kontenut u l-istruttura tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni ajrunawtika (AIP), u tal-katalogu tad-data ajrunawtika, applikabbli fl-Istati Kontraenti tal-ICAO mill-4 ta’ Novembru 2021. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373, u b’mod partikolari fir-rekwiżiti komuni għall-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Anness III (Parti-ATM/ANS.OR) u fir-rekwiżiti speċifiċi għall-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika stabbiliti fl-Anness VI (Parti-AIS) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(3) |
Wieħed mill-elementi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp introdott mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (4) hu d-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti relatata mal-ajrudromi fl-AIP, ippreżentata b’mod standardizzat. L-istruttura u l-kontenut attwali ta’ ċerti partijiet tal-AIP jirriflettu dispożizzjonijiet antiki tal-Anness 14 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) rigward il-kejl tal-frizzjoni, u b’hekk ma jipprevedux il-promulgazzjoni tal-informazzjoni ajrunawtika meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-format tar-rapportar globali tal-ICAO permezz tal-AIP. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-istruttura tal-AIP, stabbiliti fl-Anness VI (Parti-AIS) tar-Regolament (UE) 2017/373, jenħtieġ li jiġu emendati. |
(4) |
Id-definizzjonijiet relatati mal-kunċett ta’ operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp, stabbiliti fl-Anness I (Definizzjonijiet) tar-Regolament (UE) 2017/373, jenħtieġ li jiġu emendati biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 965/2012 u fir-Regolament (UE) Nru 139/2014. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-SNOWTAMs jinħarġu bil-kundizzjonijiet operazzjonali meħtieġa kollha, id-definizzjoni ta’ SNOWTAM li hemm fl-Anness I (Definizzjonijiet) tar-Regolament (UE) 2017/373 jenħtieġ li tiġi emendata b’mod li jkun konsistenti ma’ dak stabbilit fl-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u dak stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 139/2014. |
(5) |
Skont l-istruzzjonijiet attwali għat-tlestija tal-format SNOWTAM, mhux possibbli li tinħareġ SNOWTAM f’ċerti kundizzjonijiet operazzjonali ta’ runway, u b’hekk hija affettwata l-implimentazzjoni korretta tal-format tar-rapportar globali għall-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway. Għalhekk, dawn l-istruzzjonijiet, stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/373, jenħtieġ li jiġu emendati għall-finijiet ta’ konsistenza mar-Regolament (UE) Nru 139/2014. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2017/373 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-Opinjoni Nru 03/2022 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, III u VI tar-Regolament (UE) 2017/373 huma emendati skont l-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal il-punt (38a) li ġej:
|
(2) |
il-punt (206) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
jiddaħħal il-punt (206a) li ġej:
|
(4) |
jiddaħħal il-punt (212a) li ġej:
|
(5) |
il-punt (231) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Appendiċi 1 tal-Anness III għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Tabella 1. Data dwar l-ajrudromi, hija sostitwita b’dan li ġej: “1. Data dwar l-ajrudromi
|
(2) |
Tabella 3. Data tal-ATS u ta’ rotot oħra hija sostitwita b’dan li ġej: “3. Data tal-ATS u data oħra dwar ir-rotot
|
(3) |
Tabella 5. Data dwar l-għajnuniet/is-sistemi tan-navigazzjoni bir-radju hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 5. Data dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni/is-sistemi bir-radju
|
ANNESS III
L-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Appendiċi 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 3 Format ta’ SNOWTAM
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMAT TA’ SNOWTAM 1. Ġenerali
2. Sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan
3. Sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni L-elementi fit-taqsima fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni għandhom jintemmu b’punt. L-elementi fit-taqsima fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni li għalihom ma teżisti l-ebda informazzjoni, jew meta ma jiġux issodisfati ċ-ċirkostanzi kundizzjonali għall-pubblikazzjoni, għandhom jitħallew barra għalkollox.
|