ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
8 ta' Awwissu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1370 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-okratossina A f’ċerti oġġetti tal-ikel ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1371 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1373 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1374 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012 ( 1 )

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1375 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-etossikin bħala addittiv fl-għalf fil-grupp funzjonali tal-antiossidanti u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962 ( 1 )

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1376 tas-26 ta’ Lulju 2022 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fid-Danimarka (notifikata bid-dokument C(2022) 5046)  ( 1 )

42

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1377 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta’ Franza (notifikata bid-dokument C(2022) 5507)  ( 1 )

51

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2022/1378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Linja Gwida 2008/596/KE dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (BĊE/2022/28)

55

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1369

tal-5 ta’ Awwissu 2022

dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Federazzjoni Russa, il-fornitur estern ewlieni tal-gass tal-Unjoni, bdiet aggressjoni militari kontra l-Ukrajna, Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. L-eskalazzjoni tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna minn Frar 2022 wasslet għal tnaqqis ġmielu fil-provvisti tal-gass, bħala attentat intenzjonat biex il-provvista tal-gass tintuża bħala arma politika. Il-flussi fil-pipelines tal-gass mir-Russja tramite l-Belarussja waqfu u l-provvisti tal-gass mill-Ukrajna naqsu b’mod kostanti. Il-flussi tal-gass kumplessivi mir-Russja issa huma inqas minn 30 % tal-flussi medji tal-gass fil-perjodu 2016-2021. Dak it-tnaqqis fil-provvista wassal għal prezzijiet tal-enerġija storikament għaljin u volatili, ikkontribwixxa għall-inflazzjoni, u ħoloq riskju ta’ aktar tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-Ewropa.

(2)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni, b’segwitu għall-komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2022 intitolata “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli”, ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2022, il-pjan REPowerEU biex ittemm id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi malajr kemm jista’ jkun, u sal-2027. Biex jikseb dak il-għan, il-pjan REPowerEU jistabbilixxi miżuri relatati mal-iffrankar enerġetiku u l-effiċjenza enerġetika, u jipproponi introduzzjoni malajr tal-enerġija nadifa biex tieħu post il-fjuwils fossili fid-djar, fl-industrija u fil-ġenerazzjoni tal-enerġija. Miżuri ulterjuri dwar in-naħa tal-provvista jistgħu jinkludu, fost oħrajn, koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass u l-faċilitazzjoni ta’ xiri konġunt minn operaturi Ewropej tas-suq tal-gass fuq is-suq internazzjonali tal-gass, kif ukoll l-aħjar sforzi biex jiġu ppreservati l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-elettriku li ma jiddependux fuq il-provvisti tal-gass importat.

(3)

L-Unjoni ħadet aktar miżuri biex iżżid il-livell ta’ tħejjija tagħha fir-rigward tal-interruzzjoni tal-provvista tal-gass. Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ġie adottat biex jiżgura r-riforniment tal-ħażniet taħt l-art għax-xtiewi li ġejjin.

(4)

Barra minn hekk, fi Frar 2022 u f’Mejju 2022, il-Kummissjoni wettqet analiżijiet dettaljati ta’ kull pjan nazzjonali ta’ emerġenza u għamlet ukoll monitoraġġ fil-fond tas-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista. Il-miżuri meħuda mill-Unjoni minn Frar 2022 ‘l hawn tfasslu għal tneħħija gradwali sħiħa tad-dipendenza fuq il-gass mir-Russja sal-2027, u biex jitnaqqsu r-riskji kkawżati minħabba xi interruzzjoni maġġuri ulterjuri tal-provvista.

(5)

Madankollu, l-eskalazzjoni reċenti tal-interruzzjoni tal-provvista tal-gass mir-Russja tindika riskju sinifikanti li l-waqfien totali tal-provvisti tal-gass Russi jaf iseħħ fil-futur qrib, għal għarrieda u b’mod unilaterali. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tantiċipa dan ir-riskju u tħejji ruħha, bi spirtu ta’ solidarjetà, għall-possibbiltà ta’ interruzzjoni sħiħa tal-provvista tal-gass mir-Russja fi kwalunkwe mument. Jeħtieġ tittieħed azzjoni proattiva immedjata biex tiġi antiċipata aktar interruzzjoni u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni għal xokkijiet futuri. Azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni tista’ tevita ħsara serja lill-ekonomija u liċ-ċittadini kkawżata minħabba interruzzjoni possibbli tal-provvista tal-gass.

(6)

Il-qafas legali attwali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma jindirizzax kif xieraq l-interruzzjonijiet ta’ fornitur ewlieni tal-gass li jdumu iżjed minn 30 jum. In-nuqqas ta’ qafas legali għal interruzzjoni bħal din joħloq riskju ta’ azzjoni mhux ikkoordinata mill-Istati Membri, u b’hekk jhedded li jipperikola s-sigurtà tal-provvista fl-Istati Membri ġirien u jaf ipoġġi piż addizzjonali fuq l-industrija u l-konsumaturi tal-Unjoni.

(7)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2022 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2022, il-Parlament Ewropew appella biex jiġi ppreżentat pjan ħalli fl-immedjat tkompli tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni. Fil-laqgħat tagħhom tal-31 ta’ Mejju u tat-23 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti li jtejbu l-livell ta’ tħejjija għal interruzzjoni kbira possibbli tal-provvista bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex tkun żgurata provvista tal-enerġija bi prezzijiet affordabbli. Wara talba bħal dik mill-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni qed tesplora, flimkien mas-sħab internazzjonali tal-Unjoni, modi biex trażżan iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, inkluż il-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ limiti temporanji fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fejn adatt. B’segwitu għal dik it-talba, il-Kummissjoni qed taħdem ukoll fuq l-ottimizzazzjoni tal-funzjonament tas-suq Ewropew tal-elettriku, inkluż l-effett tal-prezzijiet tal-gass fuqu, sabiex ikun imħejji aħjar għall-volatilità eċċessiva futura tal-prezzijiet, jipprovdi elettriku affordabbli u jkun għalkollox jaqbel ma’ sistema tal-enerġija dekarbonizzata, filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq uniku, jinżammu l-inċentivi għat-tranżizzjoni ekoloġika, tiġi ppreservata s-sigurtà tal-provvista u jiġu evitati spejjeż baġitarji sproporzjonati.

(8)

L-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta tal-Kummissjoni u bi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar il-miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti, notevolment fil-qasam tal-enerġija. Ir-riskju ta’ waqfien totali tal-provvisti tal-gass mir-Russja sa tmiem l-2022 jikkostitwixxi sitwazzjoni bħal din.

(9)

Minħabba r-riskju imminenti ta’ interruzzjoni tal-provvisti tal-gass lejn l-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri issa biex inaqqsu d-domanda tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa 2022-23. Tnaqqis volontarju bħal dan fid-domanda jgħin b’mod partikolari għar-riforniment tal-kapaċitajiet tal-ħażna, li ma jiġux eżawriti sa tmiem ix-xitwa 2022-23 u dan jippermetti lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-perjodi ta’ kesħa possibbli fi Frar u Marzu 2023 u jiffaċilita r-riforniment tal-kapaċitajiet tal-ħażna ħalli jiżgura livelli adegwati ta’ sigurtà tal-provvista għax-xitwa 2023-2024. It-tnaqqis fid-domanda għall-gass ser jgħin ukoll biex tkun żgurata provvista adegwata u jorħsu l-prezzijiet tal-enerġija, għall-benefiċċju tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni biex tonqos id-domanda jkunu ta’ ġid għall-Istati Membri kollha għax inaqqsu r-riskju ta’ impatt aktar sostanzjali fuq l-ekonomiji tagħhom.

(10)

Il-volum tat-tnaqqis volontarju fid-domanda jqis il-volumi tad-domanda għall-gass li jkunu fir-riskju li ma jiġux konsenjati fil-każ ta’ interruzzjoni sħiħa tal-provvista tal-gass mir-Russja. L-isforz tat-tnaqqis jenħtieġ li jkun l-istess għall-Istati Membri kollha, abbażi ta’ paragun mal-konsum medju ta’ kull Stat Membru fl-aħħar ħames snin.

(11)

Il-miżuri tat-tnaqqis volontarju fid-domanda jaf waħedhom ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u l-funzjonament tas-suq. Għalhekk, biex jiġu indirizzati minnufih l-isfidi speċifiċi tad-deterjorament serju kontinwu u antiċipat tal-iskarsezzi fil-provvista tal-gass u jiġu evitati d-distorsjonijiet bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit strument ġdid li jintroduċi l-possibbiltà ta’ tnaqqis obbligatorju fid-domanda għall-gass għall-Istati Membri kollha. Dan jenħtieġ li jsir operazzjonali biżżejjed qabel il-ħarifa 2022. Taħt tali strument, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddikjara allert tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni. L-għoti ta’ setgħa ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill iqis b’mod adegwat in-natura politika tad-deċiżjoni biex jiskatta obbligu mandatorju ta’ tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni kollha u l-implikazzjonijiet orizzontali tiegħu għall-Istati Membri. Qabel ma tippreżenta tali proposta, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta l-gruppi tar-riskju rilevanti, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1938 (“gruppi tar-riskju”), u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass (GCG), stabbilit permezz ta’ dak ir-Regolament. Allert tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi ddikjarat biss f’każ li l-miżuri tat-tnaqqis volontarju fid-domanda ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskju ta’ skarsezza serja fil-provvista. Jenħtieġ li ħames awtoritajiet kompetenti jew aktar tal-Istati Membri li jkunu ddikjaraw allerti nazzjonali skont l-Artikolu 11(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/1938, jingħataw il-possibbiltà li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta lill-Kunsill biex jiddikjara allert tal-Unjoni.

(12)

L-allert tal-Unjoni jenħtieġ li jservi bħala livell ta’ kriżi speċifiku għall-Unjoni, li jenħtieġ li jiskatta tnaqqis obbligatorju fid-domanda, indipendentement minn livelli nazzjonali ta’ kriżi skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938. Ladarba jiġi ddikjarat allert tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jnaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom fi żmien definit minn qabel. Il-volum tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda jqis il-volumi tad-domanda għall-gass li jkunu fir-riskju fil-każ li jkun hemm interruzzjoni sħiħa tal-provvisti tal-gass mir-Russja lejn l-Unjoni u jenħtieġ li jqis bis-sħiħ kwalunkwe tnaqqis volontarju fid-domanda li jkun diġà nkiseb. Il-volum tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda jenħtieġ li jqis ukoll il-livell tar-riforniment tal-ħażniet kif irrapportat skont l-Artikolu 6d(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1938, l-iżvilupp li jikkonċerna d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-gass, inkluż il-provvisti tal-gass naturali likwifikat (LNG), u l-iżvilupp tas-sostitwibbiltà tal-fjuwils fl-Unjoni.

(13)

It-tnaqqis fid-domanda miksub mill-Istati Membri qabel ma jiġi ddikjarat l-allert tal-Unjoni ser jiġi rifless fil-volum tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda.

(14)

Bil-ħsieb tad-distorsjonijiet sinifikanti tas-suq intern li aktarx jiġru jekk l-Istati Membri jirreaġixxu b’mod mhux ikkoordinat għal xi interruzzjoni ulterjuri potenzjali jew reali tal-provvista Russa tal-gass, hu kruċjali li l-Istati Membri kollha jnaqqsu d-domanda tagħhom għall-gass bi spirtu ta’ solidarjetà. Għaldaqstant, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jilħqu l-miri tat-tnaqqis volontarju u obbligatorju fid-domanda. Filwaqt li xi Stati Membri jistgħu jkunu aktar esposti għall-effetti ta’ xi interruzzjoni tal-provvisti Russi tal-gass, l-Istati Membri kollha jistgħu jintlaqtu ħażin u jistgħu jikkontribwixxu biex jillimitaw il-ħsara ekonomika kkawżata minn tali interruzzjoni, kemm jekk jilliberaw volumi addizzjonali tal-gass mill-pipelines jew merkanziji tal-LNG li jistgħu jintużaw minn Stati Membri b’defiċits sinifikanti tal-gass, kemm jekk it-tnaqqis fid-domanda jħalli effett pożittiv fuq il-prezzijiet tal-gass, kif aktarx jiġri bi tnaqqis fid-domanda jew kemm jekk tiġi evitata distorsjoni tas-suq ikkawżata minn miżuri mhux ikkoordinati u kontradittorji tat-tnaqqis fid-domanda. Għalhekk, dan ir-Regolament jirrifletti l-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika, li dan l-aħħar ikkonfermatu l-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Unjoni (3).

(15)

Iżda ċerti Stati Membri, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew fiżika speċifika tagħhom bħal pereżempju ma jkunux sinkronizzati mas-sistema Ewropea tal-elettriku, jew ma jkollhomx interkonnessjoni diretta għas-sistema interkonnessa tal-gass ta’ Stat Membru ieħor, ma jistgħux jilliberaw biżżejjed volumi tal-gass mill-pipelines għall-benefiċċju ta’ Stati Membri oħra. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jiddependu fuq raġuni waħda jew aktar biex jillimitaw l-obbligi tagħhom tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz biex ineħħu n-nuqqasijiet fl-interkonnessjoni malajr kemm jista’ jkun.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi qafas għall-Istati Membri u għall-partijiet konċernati rilevanti sabiex jaħdmu flimkien f’ambjent reġjonali bl-għan li jiżviluppaw networks tal-enerġija konnessi aħjar bl-għan, b’mod partikolari, li jgħaqqdu reġjuni li bħalissa huma iżolati mis-swieq tal-enerġija Ewropej u li jsaħħu l-interkonnessjonijiet transfruntiera eżistenti u jippromwovu dawk ġodda. Interkonnessjonijiet transfruntiera jikkontribwixxu b’mod qawwi għas-sigurtà tal-provvista. Fid-dawl tal-interruzzjoni attwali tal-provvista tal-gass mir-Russja, tali interkonnessjonijiet transfruntiera jaqdu rwol ewlieni biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u fid-distribuzzjoni tal-gass lil Stati Membri oħra, fi spirtu ta’ solidarjetà. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu l-integrazzjoni tan-networks tagħhom, inkluż billi jivvalutaw iż-żieda potenzjali ta’ kapaċità ġdida ta’ interkonnessjoni transfruntiera f’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(17)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-isforzi tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-objettivi tar-Regolament (UE) 2022/1032 fir-rigward tal-ħżin tal-gass, jenħtieġ li l-volum ta’ gass użat mill-Istati Membri għall-ħżin li jaqbeż il-mira intermedja għall-1 ta’ Awwissu 2022 jitqies ukoll għall-fini tad-determinazzjoni tal-volum tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda tagħhom.

(18)

Barra minn hekk, biex jittieħed kont b’mod xieraq tad-dipendenza għolja fuq il-gass ta’ industriji kritiċi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu l-konsum ta’ gass f’dawk l-industriji meta jiddeterminaw it-tnaqqis obbligatorju fid-domanda tagħhom. Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiżgura li l-limitazzjonijiet nazzjonali ma jwasslux għal distorsjonijiet bla bżonn tas-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw ukoll il-volum ta’ tnaqqis obbligatorju tagħhom fid-domanda fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jimmassimizzaw il-provvista tal-gass lil Stati Membri oħra u fejn ikunu kapaċi jipproduċu evidenza li l-kapaċitajiet ta’ esportazzjoni kummerċjali tal-interkonnettur tagħhom lejn Stati Membri oħra jew l-infrastruttura domestika tagħhom tal-LNG jintużaw biex il-gass jiġi ridirezzjonat lejn Stati Membri oħra sa fejn l-aktar possibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi huma ssodisfati.

(19)

L-Istati Membri, fir-rigward taċ-ċirkostanzi speċifiċi tad-domanda minn Stati Membri interkonnessi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw temporanjament it-tnaqqis obbligatorju fid-domanda fejn meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, inkluż fejn Stat Membru jiffaċċa kriżi tal-elettriku kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-ħżin u l-livell tal-ħżin li jaqbeż il-mira intermedja, kif stabbilit fl-Anness Ia għar-Regolament (UE) 2017/1938.

(20)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jagħżlu l-miżuri xierqa biex jiksbu t-tnaqqis fid-domanda. Meta jidentifikaw miżuri xierqa biex inaqqsu d-domanda u jagħtu prijorità lil ċerti gruppi ta’ klijenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-użu tal-miżuri identifikati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Lulju 2022 intitolata “Niffrankaw il-Gass għal Xitwa Sikura”. L-Istati Membri jenħtieġ li b’mod partikolari jikkunsidraw miżuri ekonomikament effiċjenti bħal irkanti jew skemi ta’ sejħiet għall-offerti, li bihom huma jkunu jistgħu jinċentivaw it-tnaqqis fil-konsum b’mod li jkun ekonomikament effiċjenti. Il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu jinkludu wkoll inċentivi finanzjarji jew kumpens lill-parteċipanti fis-suq affettwati.

(21)

Kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis fid-domanda għandha tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u b’mod partikolari mar-Regolament (UE) 2017/1938. B’mod partikolari, tali miżuri jenħtieġ li jkunu meħtieġa, definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli, u jenħtieġ li ma jfixklux il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħra jew tal-Unjoni. Jeħtieġ jitqiesu l-interessi tal-klijenti protetti anke fir-rigward tal-provvista tal-gass lil sistemi ċentralizzati tat-tisħin fil-każ ta’ kriżi fis-sigurtà tal-provvista.

(22)

Biex ikun żgurat li l-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda jiġu implimentati b’mod ikkoordinat, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu kooperazzjoni regolari fi ħdan kull grupp tar-riskju rilevanti. L-Istati Membri huma liberi li jiftiehmu fuq l-aktar miżuri ta’ koordinazzjoni adattati għal xi reġjun partikolari. Il-Kummissjoni u l-GCG jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu ħarsa ġenerali tal-miżuri nazzjonali implimentati mill-Istati Membri u jikkondividu l-aqwa prattiki għall-koordinazzjoni tal-miżuri fi ħdan il-gruppi tar-riskju. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw ukoll korpi oħra biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom.

(23)

Biex ikun żgurat li l-pjanijiet nazzjonali ta’ emerġenza jirriflettu miżuri tat-tnaqqis volontarju jew obbligatorju fid-domanda stabbilit f’dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li tieħu l-passi meħtieġa biex taġġorna l-pjan nazzjonali ta’ emerġenza stabbilit skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1938 sal-31 ta’ Ottubru 2022. Minħabba l-perjodu qasir għal dak l-aġġornament, il-proċeduri ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 8(6) sa (11) tar-Regolament (UE) 2017/1938 jenħtieġ li ma jkunux japplikaw. Madankollu, kull Stat Membru jenħtieġ li jikkonsulta lil Stati Membri oħra dwar l-aġġornament tal-pjan ta’ emerġenza nazzjonali tiegħu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tlaqqa’ lill-gruppi tar-riskju, lill-GCG jew lil korpi rilevanti oħra biex jiddiskutu kwistjonijiet potenzjali relatati mal-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda.

(24)

Il-monitoraġġ u r-rappurtar regolari u effettivi huma essenzjali għall-valutazzjoni tal-progress li jagħmlu l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis volontarju u obbligatorju fid-domanda, u għall-kejl tal-impatt soċjali u ekonomiku ta’ dawk il-miżuri kif ukoll l-impatt fuq l-impjiegi. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jew xi entità oħra maħtura mill-Istat Membru jenħtieġ li timmonitorja t-tnaqqis fid-domanda miksub fit-territorju tagħha u tirrapporta regolarment ir-riżultati lill-Kummissjoni. Il-GCG jenħtieġ li jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-twettiq tal-obbligi tat-tnaqqis fid-domanda.

(25)

Biex tkun evitata ħsara ekonomika sinifikanti lill-Unjoni kollha kemm hi, hu kruċjali li kull Stat Membru jnaqqas id-domanda tiegħu wara li jkun ġie ddikjarat allert tal-Unjoni. Tali tnaqqis jiżgura li jkun hemm biżżejjed gass għal kulħadd, anki matul ix-xitwa. It-tnaqqis fid-domanda madwar l-Unjoni hu espressjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà minquxa fit-Trattat. Għalhekk hu meħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja strettament li l-Istati Membri jkunu qed iwettqu dan it-tnaqqis obbligatorju fid-domanda. Fil-każ li l-Kummissjoni tidentifika riskju li Stat Membru jaf ma jkunx jista’ jwettaq l-obbligu tiegħu tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ titlob lil dak l-Istat Membru jippreżenta pjan li jistabbilixxi strateġija u miżuri biex effettivament jiksbu t-tnaqqis obbligatorju fid-domanda. Dak l-Istat Membru jenħtieġ li jqis kif xieraq kwalunkwe kumment u suġġeriment magħmul mill-Kummissjoni rigward dak il-pjan.

(26)

Peress li l-prinċipju ta’ solidarjetà jagħti lil kull Stat Membru d-dritt li f’ċerti ċirkostanzi jkollu l-appoġġ ta’ Stati Membri ġirien, l-Istati Membri li jitolbu dan l-appoġġ jenħtieġ li jaġixxu wkoll bi spirtu ta’ solidarjetà fejn jidħol it-tnaqqis fid-domanda domestika tagħhom għall-gass. Għalhekk, meta jitolbu miżura ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu implimentaw il-miżuri xierqa kollha tat-tnaqqis fid-domanda għall-gass. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ titlob lill-Istat Membru li jitlob miżura ta’ solidarjetà biex jippreżenta pjan bil-miżuri għal tnaqqis ulterjuri possibbli fid-domanda. Dak l-Istat Membru jenħtieġ li jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni.

(27)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(28)

Meta jitqies il-periklu imminenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass bħala konsegwenza tal-aggressjoni militari Russa attwali kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada bħal kwistjoni ta’ urġenza.

(29)

Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Sal-1 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Kunsill dwar il-funzjonament tiegħu u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi li ttawwal il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu.

(30)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli biex jindirizzaw sitwazzjoni ta’ diffikultajiet serji fil-provvista tal-gass, biex titħares is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, bi spirtu ta’ solidarjetà. Dawk ir-regoli jinkludu koordinazzjoni mtejba, monitoraġġ u rappurtar dwar miżuri nazzjonali tat-tnaqqis fid-domanda għall-gass, u l-possibbiltà li l-Kunsill jiddikjara, fuq proposta tal-Kummissjoni, allert tal-Unjoni bħala livell ta’ kriżi speċifiku għall-Unjoni, li jiskatta tnaqqis obbligatorju fid-domanda mal-Unjoni kollha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali maħtura minn Stat Membru biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fir-Regolament (UE) 2017/1938;

(2)

“allert tal-Unjoni” tfisser livell ta’ kriżi speċifiku għall-Unjoni li jiskatta tnaqqis obbligatorju fid-domanda u li ma jkun relatat mal-ebda wieħed mil-livelli ta’ kriżi skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938;

(3)

“konsum tal-gass” tfisser il-provvista ġenerali tal-gass naturali għal attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi, l-industrija u l-ġenerazzjoni tal-elettriku, iżda eskluż, fost l-oħrajn, il-gass użat biex jimtlew il-kapaċitajiet tal-ħażniet, f’konformità mad-definizzjoni għal “provvista, trasformazzjoni u konsum tal-gass” użata mill-Kummissjoni (Eurostat);

(4)

“materja prima” tfisser “l-użu ta’ gass naturali mhux għall-enerġija” kif imsemmi fil-kalkoli tal-bilanċi tal-enerġija mill-Kummissjoni (Eurostat);

(5)

“konsum tal-gass ta’ referenza” tfisser il-volum tal-konsum medju tal-gass tal-Istat Membru matul il-perjodu ta’ referenza; għall-Istati Membri fejn il-konsum tal-gass żdied b’mill-inqas 8 % fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022 meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass matul il-perjodu ta’ referenza, ‘il-konsum tal-gass ta’ referenza’ jfisser biss il-volum tal-konsum tal-gass fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022;

(6)

“perjodu ta’ referenza” tfisser il-perjodi mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Marzu matul il-ħames snin konsekuttivi ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jibdew bil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2017 sal-31 ta’ Marzu 2018;

(7)

“mira intermedja” tfisser mira intermedja kif stabbilita fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2017/1938.

Artikolu 3

Tnaqqis volontarju fid-domanda

L-Istati Membri għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom biex inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023 mill-inqas bi 15 % meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass tagħhom fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Marzu matul il-ħames snin konsekuttivi li jippreċedu d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (“tnaqqis volontarju fid-domanda”). L-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom japplikaw għal dawk il-miżuri tat-tnaqqis volontarju fid-domanda.

Artikolu 4

Dikjarazzjoni ta’ allert tal-Unjoni mill-Kunsill

1.   Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, jista’ jiddikjara allert tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta il-proposta għal tali allert tal-Unjoni meta tqis li jkun hemm riskju sostanzjali ta’ skarsezza serja fil-provvista tal-gass jew meta jkun hemm domanda eċċezzjonalment qawwija għall-gass, li għalihom il-miżuri fl-Artikolu 3 ma jkunux biżżejjed u li jwasslu għal deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, iżda meta s-suq ikun għadu kapaċi jimmaniġġja l-interruzzjoni mingħajr il-bżonn għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll proposta lill-Kunsill biex jiddikjara allert tal-Unjoni meta ħames awtoritajiet kompetenti jew aktar li jkunu ddikjaraw allert fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 11(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/1938 jitolbu dan.

4.   Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda l-proposta tal-Kummissjoni.

5.   Qabel ma tippreżenta proposta lill-Kunsill biex jiddikjara allert tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-gruppi ta’ riskju rilevanti, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1938 (“gruppi ta’ riskju”) u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass (GCG), stabbilit permezz tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

6.   Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, jiddikjara tmiem l-allert tal-Unjoni u tal-obbligi skont l-Artikolu 5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta għal tali deċiżjoni ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill meta tqis, wara valutazzjoni, li l-bażi sottostanti għall-allert tal-Unjoni ma għadhiex tiġġustifika ż-żamma ta’ dak l-allert, u, wara konsultazzjoni mal-gruppi ta’ riskju rilevanti, u l-GCG.

Artikolu 5

Tnaqqis obbligatorju fid-domanda fil-każ ta’ allert tal-Unjoni

1.   Meta l-Kunsill jiddikjara allert tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jnaqqas il-konsum tiegħu tal-gass f’konformità mal-paragrafu 2 (“tnaqqis obbligatorju fid-domanda”).

2.   Għall-finijiet tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda, tul il-perjodu meta jiġi ddikjarat l-allert tal-Unjoni, il-konsum tal-gass f’kull Stat Membru fuq il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023 (“perjodu ta’ tnaqqis”) għandu jkun 15% inqas imqabbel mal-konsum tal-gass ta’ referenza tiegħu. Kwalunkwe tnaqqis fid-domanda miksub mill-Istati Membri tul il-perjodu qabel l-allert tal-Unjoni għandu jitqies għall-finijiet tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda.

3.   Stat Membru li s-sistema tal-elettriku tiegħu hija sinkronizzata biss mas-sistema tal-elettriku ta’ pajjiż terz għandu jkun eżentat milli japplika l-paragrafu 2 fil-każ li tkun desinkronizzata mis-sistema ta’ dak il-pajjiż terz sakemm servizzi iżolati tas-sistema tal-enerġija jew servizzi oħra lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-enerġija jkunu meħtieġa jiżguraw it-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-enerġija.

4.   Stat Membru għandu jkun eżentat milli japplika l-paragrafu 2 sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx direttament interkonness ma’ sistema interkonnessa tal-gass ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.

5.   Stat Membru jista’ jillimita l-konsum tal-gass ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-mira għat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafu 2 bil-volum ta’ gass ugwali għad-differenza bejn il-mira intermedja tiegħu għall-1 ta’ Awwissu 2022 u l-volum attwali ta’ gass maħżun fl-1 ta’ Awwissu 2022, jekk jilħaq il-mira intermedja f’dik id-data.

6.   L-Istat Membru jista’ jillimita l-konsum tal-gass ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-mira għat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafu 2 bil-volum ta’ gass ikkunsmat matul il-perjodu ta’ referenza bħala materja prima.

7.   L-Istati Membru jista’ jillimita t-tnaqqis obbligatorju fid-domanda bi 8 punti perċentwali, dment li juri li l-interkonnessjoni tiegħu ma’ Stati Membri oħra mkelja f’kapaċità teknika soda ta’ esportazzjoni meta mqabbla mal-konsum tal-gass annwali tiegħu fl-2021 hija inqas minn 50 % u li dik il-kapaċità fuq l-interkonnetturi lejn Stati Membri oħra fil-fatt intużat għat-trasport tal-gass f’livell ta’ mill-inqas 90 % għal mill-inqas xahar qabel in-notifika tad-deroga, għajr jekk l-Istat Membru jkun jista’ juri li ma kienx hemm domanda u l-kapaċità ġiet massimizzata, u li l-faċilitajiet domestiċi tiegħu tal-LNG huma kummerċjalment u teknikament lesti biex jirridirezzjonaw il-gass lejn Stati Membri oħra sal-volumi meħtieġa mis-suq.

8.   Stat Membru li jkun qed jiffaċċa kriżi tal-elettriku jista’ jillimita temporanjament it-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafu 2 għal-livell meħtieġ biex jittaffa r-riskju għall-provvista tal-elettriku jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva ekonomika oħra biex jiġu sostitwit il-gass meħtieġ għall-produzzjoni tal-elettriku mingħajr ma tiġi pperikolata serjament is-sigurtà tal-provvista. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jinnotifika r-raġunijiet għal-limitazzjoni u jipprovdi evidenza suffiċjenti għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-limitazzjoni. Fejn meħtieġ, l-Istat Membru għandu jaġġorna l-pjan ta’ tħejjija għar-riskji skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/941.

9.   Stat Membru għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li jillimita t-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 lill-Kummissjoni, flimkien mal-evidenza meħtieġa li l-kondizzjonijiet għal-limitazzjoni tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda huma ssodisfati. In-notifika fir-rigward tal-paragrafi 5, 6 u 7 tista’ ssir diġà wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ma għandhiex issir aktar tard minn ġimagħtejn wara li jkun ġie ddikjarat allert tal-Unjoni. Notifika fir-rigward tal-paragrafu 8 tista’ ssir mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tkun qamet is-sitwazzjoni ta’ kriżi tal-elettriku msemmija f’dak il-paragrafu. L-Istat Membru għandu jinforma wkoll lill-gruppi ta’ riskju rilevanti u lill-GCG dwar l-intenzjoni tiegħu.

10.   Abbażi tan-notifika u wara konsultazzjoni mal-gruppi ta’ riskju u mal-GCG, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet għal limitazzjoni skont il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 humiex issodisfati. Fil-każ li l-Kummissjoni ssib li limitazzjoni mhijiex ġustifikata, hija għandha tadotta opinjoni li tindika r-raġunijiet għaliex l-Istat Membru għandu jneħħi jew jimmodifika l-limitazzjoni tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda. Dik l-opinjoni għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol wara n-notifika kompluta skont il-paragrafu 9.

11.   Meta l-kondizzjonijiet għal-limitazzjoni tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda fil-paragrafi 5, 6, 7 u 8 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-Istat Membru għandu japplika l-mira għat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafu 2.

12.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament jekk il-kondizzjonijiet għal limitazzjoni tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 humiex issodisfati.

13.   L-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom japplikaw għal miżuri ta’ tnaqqis obbligatorju fid-domanda mingħajr preġudizzju għal kuntratti fit-tul eżistenti.

Artikolu 6

Miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis fid-domanda

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħżlu l-miżuri xierqa biex inaqqsu d-domanda. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 3 u 5 għandhom jiġu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli. Meta jagħżlu l-miżuri, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1938. Il-miżuri għandhom, b’mod partikolari:

(a)

ma jgħawġux b’mod mhux xieraq il-kompetizzjoni jew l-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-gass;

(b)

ma jipperikolawx is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni;

(c)

jikkonformaw ma’ dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/1938 fir-rigward ta’ klijenti protetti.

2.   Meta jieħdu miżuri għat-tnaqqis fid-domanda, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw miżuri li jaffettwaw lill-klijenti għajr klijenti protetti, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 5, tar-Regolament (UE) 2017/1938, u jistgħu wkoll jeskludu lil dawk il-klijenti minn tali miżuri abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti li għandhom iqisu l-importanza ekonomika tagħhom kif ukoll, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:

(a)

l-impatt ta’ interruzzjoni fuq il-ktajjen tal-provvista kritiċi għas-soċjetà;

(b)

l-impatti negattivi possibbli fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari fuq il-ktajjen tal-provvista tas-setturi downstream li huma kritiċi għas-soċjetà;

(c)

il-ħsara potenzjali fit-tul lill-installazzjonijiet industrijali;

(d)

il-possibbiltajiet għat-tnaqqis fil-konsum u għas-sostituzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

3.   Meta jiddeċiedu dwar il-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw miżuri li jnaqqsu l-gass ikkonsmat fis-settur tal-elettriku, miżuri li jħeġġu l-qlib tal-fjuwils fl-industrija, kampanji nazzjonali ta’ sensibilizzazzjoni, u obbligi mmirati biex inaqqsu t-tisħin u t-tkessiħ, biex jippromwovu l-qlib ta’ fjuwils oħra u jnaqqsu l-konsum mill-industrija.

Artikolu 7

Koordinazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda

1.   Biex tkun żgurata koordinazzjoni xierqa tal-miżuri tat-tnaqqis volontarju u obbligatorju fid-domanda skont l-Artikoli 3 u 5, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien fi ħdan kull wieħed mill-gruppi tar-riskju rilevanti.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha taġġorna l-pjan nazzjonali ta’ emerġenza tagħha stabbilit skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1938 sal-31 ta’ Ottubru 2022, biex ikun jirrifletti l-miżuri tat-tnaqqis volontarju fid-domanda. Kull Stat Membru għandu jaġġorna wkoll il-pjan nazzjonali ta’ emerġenza tiegħu, kif xieraq, fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ allert tal-Unjoni skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. L-Artikoli 8(6) sa (10) tar-Regolament (UE) 2017/1938 ma għandhomx japplikaw għall-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali ta’ emerġenza magħmula skont dan il-paragrafu.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-gruppi tar-riskju rilevanti qabel ma jadottaw il-pjanijiet ta’ emerġenza riveduti. Il-Kummissjoni tista’ tlaqqa’ lill-gruppi tar-riskju u lill-GHG, filwaqt li tqis kwalunkwe fehma tal-Istati Membri espressa f’dak il-kuntest, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-miżuri nazzjonali tat-tnaqqis fid-domanda.

Artikolu 8

Monitoraġġ u infurzar

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar it-tnaqqis fid-domanda miksub lill-Kummissjoni kull xahrejn u sal-15-il jum tax-xahar ta’ wara. Il-gruppi tar-riskju u l-GHG għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-tnaqqis volontarju u obbligatorju fid-domanda.

2.   Meta l-Kummissjoni tidentifika riskju, abbażi taċ-ċifri rrappurtati tat-tnaqqis fid-domanda, li Stat Membru mhux ser ikun jista’ jissodisfa l-obbligu tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont l-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru jippreżenta pjan li jistabbilixxi l-istrateġija biex effettivament jikseb l-obbligu tat-tnaqqis fid-domanda. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lil Stat Membru li jitlob miżura ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1938 biex jippreżenta pjan li jistabbilixxi l-istrateġija biex jinkiseb tnaqqis ulterjuri possibbli fid-domanda għall-gass, f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2017/1938. Fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni bil-kummenti u s-suġġerimenti dwar il-pjanijiet sottomessi u tinforma lill-Kunsill bl-opinjoni tagħha. L-Istat Membru inkwistjoni għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Rieżami

Sal-1 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass lejn l-Unjoni u tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar is-sejbiet ewlenin ta’ dak ir-rieżami. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari tipproponi li ttawwal il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għal perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha .

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2021, Il-Ġermanja vs Il-Polonja C-848/19 P, ECLI:EU:C:2021:598.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1).


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1370

tal-5 ta’ Awwissu 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-okratossina A f’ċerti oġġetti tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż l-okratossina A, fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

L-Okratossina A hija mikotossina prodotta b’mod naturali minn fungi tal-ġeneru Aspergillus u Penicillium u tinsab bħala kontaminant f’varjetà wiesgħa ta’ ikel, bħaċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, iż-żerriegħa tal-kafè, il-frott imnixxef, l-inbid u l-meraq tal-għeneb, il-ħwawar u l-likorizja. L-okratossina A tifforma matul it-tnixxif bix-xemx u l-ħażna tal-għelejjel. Il-formazzjoni tista’ tiġi evitata bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ tnixxif u ħżin.

(3)

Fl-2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat aġġornament tal-opinjoni xjentifika dwar l-okratossina A fl-ikel (3). L-awtorità qieset li ma kienx xieraq li jiġi stabbilit valur ta’ gwida bbażat fuq is-saħħa għall-okratossina A u li konsegwentement ma għadhiex valida d-Doża Tollerabbli ta’ kull Ġimgħa ta’ 120 ng/kg ta’ piż tal-ġisem (bw) kif stabbilit mill-Awtorità fl-2006. Ikkonkludiet ukoll li l-marġnijiet ikkalkulati ta’ esponiment għall-effetti karċinoġeniċi tal-okratossina A jindikaw tħassib possibbli għas-saħħa għal ċerti gruppi ta’ konsumaturi.

(4)

Il-livelli massimi għall-okratossina A diġà ġew stabbiliti għal ċertu ikel bir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Meta jitqies li l-okratossina A nstabet fl-ikel li għalih għadu ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu u li jikkontribwixxi għall-esponiment tal-bniedem għall-okratossina A, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu wkoll għal dan l-ikel bħall-frott imnixxef għajr il-frott imnixxef tad-dielja, ċerti prodotti tal-likorizja, il-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ċerti ingredjenti għall-infużjonijiet erbali, ċerti żrieragħ taż-żejt, il-ġewż tal-pistaċċi u t-trab tal-kawkaw. Anki jekk ir-relazzjoni bejn il-livell ta’ okratossina A fix-xgħir u fix-xarbiet tax-xgħir mhux alkoħoliċi, u f’tamar imnixxef u x-xropp tat-tamar jeħtieġ li tiġi ċċarata aktar, huwa xieraq ukoll li jiġi diġà stabbilit livell massimu f’xorb tax-xgħir mhux alkoħoliku u fix-xropp tat-tamar. Filwaqt li titqies ukoll id-data disponibbli dwar l-okkorrenza, huwa xieraq li jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti ta’ okratossina A f’ċertu ikel, bħal prodotti tal-forn, frott imnixxef tad-dielja, kafè inkaljat u kafè li jinħall. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti għall-okratossina A f’ċerti ħwawar twessgħu għall-ħwawar kollha. Għall-ġobon u l-perżut, monitoraġġ addizzjonali tal-preżenza tal-okratossina A huwa xieraq qabel ma jiġu stabbiliti l-livelli massimi.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippreparaw għar-regoli l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, jixraq li jingħata żmien raġonevoli sakemm jibdew japplikaw il-livelli massimi l-ġodda. Jixraq ukoll li jiġi previst perjodu tranżizzjonali għall-oġġetti tal-ikel imqiegħda fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Scientific Opinion on the risk assessment of ochratoxin A in food. EFSA Journal 2020; 18(5):6113, 150 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020,6113.


ANNESS

Fit-Taqsima 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-entrata 2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Oġġetti tal-ikel (1)

Livell massimu (μg/kg)

2.2

Okratossina A

 

2.2.1

Ċereali mhux proċessati (18)

5,0

2.2.2

Il-prodotti kollha, derivati/ipproċessati minn ċereali mhux ipproċessati, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti tal-ikel elenkati f’ 2.2.3, 2.2.4, 2.2.5, 2.2.12 u 2.2.13

Ċerali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

3,0

2.2.3

Prodotti tal-ħami, snacks taċ-ċereali u ċereali tal-kolazzjon

prodotti li ma fihomx żrieragħ taż-żejt, ġewż jew frott imnixxef

prodotti li fihom mill-inqas 20 % frott imnixxef tad-dielja u/jew tin imqadded

prodotti oħra li fihom żrieragħ taż-żejt, ġewż u/jew frott imnixxef

2,0

4,0

3,0

2.2.4

Xorb tax-xgħir mhux alkoħoliku

3,0

2.2.5

Gluten tal-qamħ imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali

8,0

2.2.6

Frott imnixxef

frott imnixxef tad-dielja (passolina, żbib u sultani) u tin imqadded

frott imnixxef ieħor

8,0

2,0

2.2.7

Xropp tat-tamar

15

2.2.8

Kafè inkaljat

kafena u kafè mitħun u inkaljat, ħlief il-kafe li jinħall

kafè li jinħall (kafè istantanju)

3,0

5,0

2.2.9

Inbid (inkluż ibid li jfexfex, eskluż l-inbid li huwa likur u inbid li għandu kontenut ta’ l-alkaħol ta’ mhux inqa minn 15 % vol.) u inbid tal-frott (11)

2,0 (12 )

2.2.10

Inbid aromatizzat, xarbiet ibbażati fuq inbid aromatizzat u cocktails ta’ prodotti ta’ nbid aromatizzat (13)

2,0 (12 )

2.2.11

Meraq ta’ l-għeneb, meraq ta’ l-għeneb ikkonċentrat jew rikostitwit, nettari ta’ l-għeneb, għasir ta’ l-għeneb u għasir ikkonċentrat ta’ l-għeneb, imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (14)

2,0 (12 )

2.2.12

Ikel ipproċessat tat-trabi u tfal żgħar ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi (3) (7)

0,50

2.2.13

Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) (10)

0,50

2.2.14

Ħwawar, inklużi l-ħwawar imnixxfa, għajr Capsicum spp.

Capsicum spp. (il-frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar aħmar jaħraq, it-trab tal-bżar aħmar jaħraq, il-cayenne u l-paprika)

Taħlitiet ta’ ħwawar

15

20

15

2.2.15

Likorizja (Glycyrrhiza glabra, Glycyrrhiza inflate u speċji oħra)

għerq tal-likorizja, inkluż bħala ingredjent fl-infużjonijiet erbali

estratt tal-likorizja (42) għall-użu fl-ikel b’mod partikolari xorb u prodotti tal-ħelu

ħlewwiet tal-likorizja li fihom ≥ 97% estratt tal-likorizja fuq bażi xotta

ħelu ieħor tal-likorizja

20

80

50

10,0

2.2.16

Ħwawar imnixxfin

10,0

2.2.17

Għeruq tal-ġinġer għall-użu f’infużjonijiet erbali

Għeruq marshmallows, għeruq taż-żagħfran u nwar oranġjo għall-użu f’infużjonijiet erbali jew f’sostituti tal-kafè

15

20

2.2.18

Żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-qargħa ħamra, żerriegħa tal-bettieħ (dulliegħ), fażola tas-sojja

5,0

2.2.19

Pistaċċi li għandhom jiġu ssortjati, jew suġġetti għal trattament fiżiku ieħor, qabel ma jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur finali jew jintużaw bħala ingredjent fl-ikel

Pistaċċi mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel

10,0

5,0

2.2.20

Trab tal-kawkaw

3,0 ”


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1371

tal-5 ta’ Awwissu 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (2) fihom żball fl-Artikolu 38(6) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni jew tal-kliem li jista’ jwassal għal interpretazzjoni ħażina, fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien indikat u għal dak li jirreferi għalih.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjoni mogħtija mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fid-9 ta’ Frar 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1372

tal-5 ta’ Awwissu 2022

fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) mhijiex elenkata bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, pest ta’ kwarantina f’żona protetta jew bħala pest regolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 (3).

(2)

Fl-2016, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li l-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) instabet għall-ewwel darba fit-territorju tagħha f’żona fejn jiġi prodott ir-ross fit-Tramuntana tal-Italja. Minn dakinhar ’l hawn, instabet ukoll f’aktar għelieqi tar-ross u l-aktar infestazzjonijiet serji wasslu għal telf tal-għelejjel sa 50 % tal-produzzjoni ordinarja.

(3)

Fl-2017, l-Italja adottat miżuri uffiċjali biex tipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (4) fit-territorju tagħha. Il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) hija assoċjata l-aktar mal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L. li tkabbru fil-ħamrija u huma maħsuba għat-tħawwil. Hija assoċjata wkoll ma’ pjanti ospitanti oħra, bħax-xgħir, iżda fuq skala iżgħar milli mal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L.

(4)

Attwalment, l-Italja hija l-uniku Stat Membru li fih ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield). Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Italja fl-2018 (5), ġie konkluż li dak il-pest jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031. Għalhekk, huwa meqjus neċessarju li jiġu adottati miżuri temporanji kontra dak il-pest. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jqisu l-perkorsi ewlenin għat-tixrid tiegħu, bħall-pjanti għat-tħawwil, il-ħamrija, il-makkinarju u l-għodod, u t-trasferiment medjat mill-bniedem.

(5)

F’ċertu reġjun f’dik iż-żona fejn jiġi prodott ir-ross fl-Italja, ġie konkluż li l-eradikazzjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) ma għadhiex possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Italja tingħata l-permess li tapplika miżuri għat-trażżin tagħha f’dak ir-reġjun, minflok għall-eradikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom l-għan li jżommu l-livelli tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) stabbli. Madankollu, jekk l-istħarriġiet juru żieda fil-livelli tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), jenħtieġ li jiġu applikati miżuri mmirati lejn l-eradikazzjoni tagħha biex jerġgħu jitnaqqsu l-livelli u jiġi evitat it-tixrid tagħha.

(6)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonisti rilevanti dwar it-theddida tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) u dwar il-miżuri meħuda kontriha biex jiġi żgurat approċċ aktar effettiv mill-persuni kollha possibbilment ikkonċernati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-periklu li din tinxtered permezz taż-żraben u l-vetturi, peress li dawk huma l-mezzi li jintużaw l-aktar mill-pubbliku ġenerali.

(7)

Jenħtieġ li l-istħarriġiet jitwettqu fiż-żoni demarkati u fuq il-pjanti ospitanti barra minn dawk iż-żoni, sabiex tiġi identifikata minn kmieni l-preżenza potenzjali tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) u jiġi evitat it-tixrid tagħha fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-introduzzjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield).

(8)

Fid-dawl tal-evidenza mill-Italja u d-distribuzzjoni wiesgħa tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) fil-pajjiżi terzi li jipproduċu r-ross, jeħtieġ jiġi vverifikat li ċerti kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati f’dawk il-pajjiżi terzi, fir-rigward tal-pjanti bl-għeruq għat-tħawwil tal-Oryza sativa L., qabel ma jiġu introdotti fl-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jikkonċernaw il-ħelsien tas-sit jew tal-post tal-produzzjoni mill-pest, l-ispezzjonijiet uffiċjali li għandhom jitwettqu u d-dikjarazzjonijiet meħtieġa fuq iċ-ċertifikat fitosanitarju. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat il-ħelsien ta’ dawk il-pjanti mill-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield).

(9)

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li mal-wasla, il-pjanti bl-għeruq għat-tħawwil tal-Oryza sativa L. jiġu spezzjonati viżwalment u, meta juru sintomi tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza ta’ dak il-pest, sabiex tiġi identifikata l-preżenza possibbli tiegħu jew jiġi żgurat in-nuqqas tiegħu.

(10)

Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll miżuri għall-moviment fl-Unjoni tal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L. li joriġinaw fl-Unjoni. Biex jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja, jenħtieġ li l-moviment ta’ dawk il-pjanti u l-ħamrija miż-żoni demarkati għall-bqija tat-territorju tal-Unjoni jiġi pprojbit.

(11)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal tul ta’ żmien adegwat biex ikun jista’ jsir ir-rieżami tiegħu u r-rieżami tal-preżenza u t-tixrid tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield).

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“il-pest speċifikat” tfisser il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield);

(2)

“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, bl-għeruq tal-Oryza sativa L., li tkabbru fil-ħamrija;

(3)

“pjanti ospitanti” tfisser il-pjanti għat-tħawwil bl-għeruq tal-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I, li tkabbru fil-ħamrija;

(4)

“pjanti ospitanti spontanji” tfisser il-pjanti ospitanti li jitfaċċaw fil-postijiet tal-produzzjoni mingħajr ma jkunu tħawlu;

(5)

“żrieragħ speċifikati” tfisser iż-żrieragħ tal-Oryza sativa L.;

(6)

“oġġetti speċifikati” tfisser il-makkinarju, l-għodod, il-vetturi, u t-tagħmir personali, li jkunu ntużaw għal attivitajiet marbuta mat-tħawwil, it-trattament, jew il-ħsad tal-pjanti ospitanti;

(7)

“żona demarkata” tfisser iż-żona li tikkonsisti minn żona infestata u minn żona ta’ lqugħ li tiġi stabbilita meta jinstab il-pest speċifikat;

(8)

“żona infestata” tfisser iż-żona li fiha l-għalqa jew l-għelieqi tal-Oryza sativa jkun fihom:

(a)

il-pjanti ospitanti kollha li jkun magħruf li jkunu infestati mill-pest speċifikat;

(b)

il-pjanti ospitanti li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta’ infestazzjoni mill-pest speċifikat;

(c)

il-pjanti l-oħra kollha suspettati li huma infestati jew dawk infestati mill-pestspeċifikat, inkluż pjanti suxxettibbli għal infestazzjoni minħabba s-suxxettibbiltà tagħhom għal dak il-pest u l-prossimità tagħhom għall-pjanti speċifikati infestati, jew pjanti mkabbra minnhom;

(d)

l-art u l-ħamrija jew l-elementi l-oħra infestati, jew li jistgħu jiġu infestati, mill-pest speċifikat;

(9)

“żona ta’ lqugħ” tfisser żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 100 m, madwar iż-żona infestata;

(10)

“metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba” tfisser il-metodu li bih ċerti pjanti speċifikati jitħawlu temporanjament f’għalqa infestata, sabiex jinqabad il-pest speċifikat, u mbagħad jitneħħew u jinqerdu, għall-fini li pjanti speċifikati oħra fl-istess għalqa jiġu protetti minn dak il-pest.

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-introduzzjoni u tal-moviment fl-Unjoni

Il-pest speċifikat ma għandux jiġi introdott, jiġi mċaqlaq, jinżamm, jiġi mmultiplikat jew jiġi rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 4

Stabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni tiġi kkonfermata, kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi minnufih żona demarkata.

2.   Jekk il-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata fiż-żona ta’ lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrieżamina minnufih u jimmodifika kif xieraq id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-għadd u l-postijiet taż-żoni demarkati stabbiliti għall-pest speċifikat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.

4.   Meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 8, il-pest speċifikat ma jiġix identifikat f’żona demarkata għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, dik iż-żona demarkata tista’ titneħħa. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li ż-żona demarkata tkun tneħħiet skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

Artikolu 5

Miżuri ta’ eradikazzjoni

L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-miżuri kollha li ġejjin fiż-żona/i demarkata/i għall-fini tal-eradikazzjoni tal-pest speċifikat:

(1)

il-pjanti speċifikati fiż-żona infestata għandhom jitneħħew u jinqerdu fl-għelieqi ftit qabel il-ħsad. Il-pjanti speċifikati għandhom jinqerdu, in situ jew f’xi post fil-qrib iddeżinjat għal dan il-għan fiż-żona infestata, b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jinxteridx;

(2)

iż-żrieragħ speċifikati ma għandhomx jinżergħu u l-pjanti ospitanti ma għandhomx jitħawlu fiż-żona infestata;

(3)

il-pjanti ospitanti spontanji għandhom jiġu eliminati regolarment;

(4)

l-għelieqi fiż-żona infestata għandhom jiġu mgħarrqa kontinwament għal aktar minn 18-il xahar. Jekk l-għargħar kontinwu ma jkunx possibbli, għandu jiġi applikat il-metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba, jew metodi oħra li jipprevjenu lill-pest milli jikkonkludi ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

(5)

il-pjanti speċifikati li jintużaw għall-metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba għandhom jinqerdu fi żmien ħames ġimgħat wara t-tħawwil;

(6)

l-oġġetti speċifikati li jkunu ntużaw f’żona infestata għandhom jitnaddfu mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar. Waqt it-tindif, għandu jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata.

Artikolu 6

Miżuri ta’ trażżin

1.   Fiż-żoni demarkati elenkati fl-Anness II, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri kollha li ġejjin bil-għan li trażżan il-pest speċifikat f’dawk iż-żoni u tipprevjeni t-tixrid tiegħu barra minn dawk iż-żoni:

(a)

iż-żrieragħ speċifikati jistgħu jinżergħu u l-pjanti speċifikati jistgħu jitħawlu biss jekk tkun twettqet waħda mill-miżuri fitosanitarji li ġejjin:

(i)

l-għargħar kontinwu għal mill-inqas sitt xhur mill-aħħar ħsad;

(ii)

il-metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba fejn il-pjanti speċifikati għandhom jinqerdu fi żmien ħames ġimgħat wara t-tħawwil;

(iii)

in-newba tal-għelejjel bil-pjanti mhux ospitanti jew bil-pjanti ospitanti kkultivati tal-ġeneru Brassica L. jew tal-ispeċijiet Allium cepa L., Glycine max (L.) Merr., Hordeum vulgare L., Panicum miliaceum L., Sorghum bicolor (L.) Moench, Triticum aestivum L. u Zea mays L., maħsuba għall-produzzjoni tal-basal, tal-ħaxix jew taċ-ċereali għall-utenti finali minbarra l-użu bħala pjanti għat-tħawwil;

(b)

il-pjanti ospitanti spontanji għandhom jiġu eliminati regolarment;

(c)

l-oġġetti speċifikati li ntużaw fl-għalqa infestata għandhom jitnaddfu mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar. Waqt it-tindif, għandu jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata.

2.   Jekk ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-preżenza tal-pest speċifikat żdiedet, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 fiż-żoni demarkati rispettivi.

Artikolu 7

Sensibilizzazzjoni

Fir-rigward taż-żona/i demarkata/i li għaliha/hom ġew applikati l-miżuri ta’ eradikazzjoni u ta’ trażżin imsemmija fl-Artikoli 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra miż-żoni demarkati. Dan għandu jiżgura li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi rilevanti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żona/i demarkata/i, miż-żona infettata u miż-żona ta’ lqugħ.

Artikolu 8

Stħarriġiet dwar il-pest speċifikat fit-territorju tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet uffiċjali annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti ospitanti fit-territorju tagħhom, u f’dawn l-istħarriġiet, il-pjanti speċifikati għandhom jingħataw prijorità. Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa barra miż-żoni demarkati abbażi tal-mudelli msemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (6).

2.   Fiż-żoni demarkati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-preżenza tal-pest speċifikat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III.

3.   Dawk l-istħarriġiet għandhom jikkonsistu f’eżaminazzjonijiet viżwali tal-pjanti ospitanti, il-kampjunar tal-pjanti ospitanti sintomatiċi u, fejn xieraq, tal-pjanti ospitanti asintomatiċi fil-prossimità tal-pjanti ospitanti sintomatiċi, u tal-ħamrija. Is-sistema tal-għeruq tal-pjanti kkampjunati għandha tiġi ċċekkjata għall-preżenza ta’ galli tal-pest speċifikat.

4.   Il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jittieħdu minn maġenb il-pjanti ospitanti sintomatiċi. Għandu jittieħed kampjun tal-ħamrija f’fond ta’ 20-25 cm. Fl-għelieqi taħt sorveljanza, il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jittieħdu permezz ta’ grilja rettangolari li tkopri l-għalqa kollha fejn id-distanza tal-kampjunar ma għandhiex tkun itwal minn 20 m u usa’ minn 5 m. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun ta’ 500 ml għal superfiċe totali ta’ 1 ha.

Artikolu 9

Moviment tal-pjanti speċifikati, tal-ħamrija, taż-żrieragħ speċifikati, u tal-oġġetti speċifikati

1.   Il-moviment tal-pjanti speċifikati barra miż-żoni demarkati għandu jkun ipprojbit.

2.   Il-moviment fi ħdan jew barra miż-żoni demarkati tal-ħamrija fejn ikunu tkabbru pjanti speċifikati fit-tliet snin preċedenti għandu jkun ipprojbit.

3.   Il-moviment taż-żrieragħ speċifikati fi ħdan jew barra miż-żoni demarkati għandu jkun permess biss jekk iż-żrieragħ ikunu ħielsa mill-ħamrija jew mill-fdalijiet tal-pjanti.

4.   Il-moviment tal-oġġetti speċifikati barra miż-żoni demarkati għandu jkun permess biss jekk jitnaddfu u jinstabu ħielsa mill-ħamrija.

Artikolu 10

Introduzzjoni ta’ pjanti speċifikati u żrieragħ speċifikati fl-Unjoni

Il-pjanti speċifikati u ż-żrieragħ speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

il-pjanti speċifikati li jkunu ġew prodotti f’post ħieles mill-pesti jew f’sit tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti jiġu spezzjonati uffiċjalment f’dak il-post jew is-sit tal-produzzjoni, fl-aktar żmien xieraq għall-identifikazzjoni tas-sintomi ta’ infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni, u jinstabu ħielsa mill-pest speċifikat;

(2)

l-ispezzjonijiet uffiċjali jkunu twettqu fl-aktar żmien xieraq għall-identifikazzjoni tas-sintomi ta’ infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 100 m u li tinsab madwar il-post jew is-sit tal-produzzjoni msemmi fil-punt (1);

(3)

kwalunkwe pjanta speċifikata fiż-żona madwar il-post tal-produzzjoni ħieles mill-pesti jew is-sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti li turi sintomi ta’ infezzjoni matul dawk l-ispezzjonijiet inqerdet minnufih;

(4)

il-pjanti speċifikati jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi, f’konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“L-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti minn fejn joriġinaw il-pjanti speċifikati rrikonoxxiet lil dak il-pajjiż bħala ħieles mill-pest speċifikat f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji.”;

(b)

“Il-pjanti speċifikati joriġinaw minn żona ħielsa mill-pesti, stabbilita fir-rigward tal-pest speċifikat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz taż-żona kkonċernata, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji. Isem iż-żona ħielsa mill-pesti għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura ‘Post tal-oriġini’.”;

(c)

“Il-pjanti speċifikati ġew prodotti f’post ħieles mill-pesti jew f’sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti, stabbiliti fir-rigward tal-pest speċifikat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti għall-miżuri fitosanitarji (Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ postijiet tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti u siti tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti. ISPM Nru 10 (1999), Ruma, IPPC, FAO 2016) u ġew prodotti f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 16).”;"

(5)

iċ-ċertifikat fitosanitarju li jakkumpanja ż-żrieragħ speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi jinkludi, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, l-informazzjoni li ż-żrieragħ huma ħielsa mill-ħamrija u mill-fdalijiet.

Artikolu 11

Kampjunar u ttestjar tal-pjanti speċifikati li juru sintomi tal-pest speċifikat

Il-pjanti speċifikati introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz u li juru sintomi tal-pest speċifikat, waqt spezzjoni viżwali, għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ dak il-pest.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(4)  Misure d’emergenza per impedire la diffusione di Meloidogyne graminicola Golden & Birchfield nel territorio della Repubblica italiana. Decreto 6 luglio 2017, Gazzetta ufficiale della Repubblica Italiana. Serie generale n. 202, 30.8.2017.

(5)  Analiżi tar-riskju tal-pesti dwar il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) imwettqa mill-Consiglio per la ricerca in agricoltura e l’analisi dell’economia agraria (CREA).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).


ANNESS I

Lista ta’ pjanti ospitanti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (3)

Ġeneru jew speċi

Ageratum conyzoides L.

Alisma plantago L.

Allium cepa L.

Alopecurus L.

Amaranthus spinosus L.

Amaranthus viridis L.

Avena sativa L.

Beta vulgaris L.

Brassica L.

Capsicum annuum L.

Centella asiatica (L.) Urb.

Colocasia esculenta (L.) Schott

Coriandrum sativum L.

Cucumis sativus L.

Cymbopogon citratus (DC.) Stapf

Cynodon dactylon (L.) Pers.

Cyperus compressus L.

Cyperus difformis L.

Cyperus iria L.

Cyperus rotundus L.

Dactyloctenium aegyptium (L.) Willd.

Digitaria filiformis (L.) Köler

Digitaria sanguinalis (L.) Scop.

Echinochloa colona (L.) Link

Echinochloa crus-galli (L.) P. Beauv.

Eclipta prostrata (L.) L.

Eleusine coracana (L.) Gaertn.

Eleusine indica (L.) Gaertn.

Fimbristylis dichotoma var. pluristriata (C.B.Clarke) Napper

Gamochaeta coarctata (L.) Cabrera

Glycine max (L.) Merr.

Heteranthera reniformis Ruiz & Pav.

Hordeum vulgare L.

Hydrilla Rich.

Impatiens balsamina L.

Imperata cylindrica (L.) Raeusch.

Kyllinga brevifolia Rottb.

Lactuca sativa L.

Ludwigia L.

Melilotus albus Medik.

Murdannia keisak (Hassk.) Hand.-Mazz.

Musa L.

Oryza sativa L.

Oxalis corniculata L.

Panicum L.

Pennisetum glaucum (L.) R. Br.

Pisum sativum L.

Poa annua L.

Portulaca oleracea L.

Ranunculus L.

Saccharum officinarum L.

Schoenoplectus articulatus (L.) Palla

Schoenoplectiella articulata (L.) Lye

Setaria italica (L.) P. Beauv.

Solanum lycopersicum L.

Solanum melongena L.

Solanum nigrum L.

Solanum sisymbriifolium Lam.

Solanum tuberosum L.

Sorghum bicolor (L.) Moench

Spergula arvensis L.

Spinacia oleracea L.

Stellaria media (L.) Vill.

Trifolium repens L.

Triticum aestivum L.

Urena lobata L.

Vicia faba L.

Zea mays L.


ANNESS II

Żoni demarkati msemmija fl-Artikolu 6

L-Italja

Lista ta’ muniċipalitajiet f’żoni demarkati fl-Italja

Reġjun

Provinċja

Muniċipalitajiet

Il-Lombardija

Pavia

Alagna, Carbonara al Ticino, Cilavegna, Dorno, Gambolò, Garlasco, Gropello Cairoli, Linarolo, Parona, Pieve Albignola, Sannazzaro de’ Burgondi, Scaldasole, Sommo, Tromello, Trovo, Vigevano, Villanova d’Ardenghi, Zerbolò, Zinasco

Piedmont

Biella

Castelletto Cervo, Gifflenga, Mottalciata

Piedmont

Vercelli

Buronzo


ANNESS III

Mudell għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 8(2) f’żoni demarkati

1.

Deskrizzjoni taż-ŻD

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ha)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ha)

4.

Approċċ

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Żoni ta’ riskju identifikati

8.

Żoni ta’ riskju spezzjonati

9.

Materjal tal-pjanti/Komodità

10.

Lista ta’ speċijiet ta’ pjanti ospitanti

11.

Ħin

12.

Dettalji tal-istħarriġ

A)

Numru ta’ eżamijiet viżwali

B)

Numru totali ta’ kampjuni meħuda

C)

Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. sweep nets))

D)

Numru ta’ nases (jew metodu ta’ qbid ieħor)

E)

Numru ta’ siti ta’ nsib, meta jkun differenti mid-data rrapportata f’(D)

F)

Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, ELISA, eċċ.)

G)

Numru totali ta’ testijiet

H)

Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ.)

I)

Numru ta’ miżuri oħra

13.

Nru ta’ kampjuni sintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittiv

iii:

Negattiv

iv:

Mhux determinat

14.

Nru ta’ kampjuni asintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittiv

iii:

Negattiv

iv:

Mhux determinat

15.

Kummenti

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

A

B

C

D

E

F

G

H

I

i

ii

iii

iv

i

ii

iii

iv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Struzzjonijiet dwar kif tirrapporta

Fil-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-żona demarkata (ŻD) ikkonċernata u d-data meta ġiet stabbilita.

Fil-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Fil-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni (E)/Trażżin (C). Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Fil-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻI, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Fil-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Fil-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Fil-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Fil-kolonna 10: Indika l-lista tal-ispeċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa. Uża ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti meta jkun meħtieġ mir-rekwiżit speċifiku ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti.

Fil-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Fil-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli.

Fil-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ individwazzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik, eċċ.)


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1373

tal-5 ta’ Awwissu 2022

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Fil-21 ta’ Frar 2020, il-kumpanija Nemysis Limited (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat (“IHAT”) bħala ikel ġdid biex jintuża bħala sors tal-ħadid fis-supplimenti tal-ikel kif iddefinit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fil-forma ta’ kapsuli, f’livelli ta’ massimu ta’ 100 mg/jum li jikkorrispondu għal massimu ta’ 36 mg ta’ ħadid (Fe) kuljum, maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali minbarra t-trabi u t-tfal żgħar. Fl-applikazzjoni, l-applikant indika li l-IHAT, bħala nanomaterjal maħdum, huwa ikel ġdid skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(a)(viii) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(4)

Fil-21 ta’ Frar 2020, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ data proprjetarja għal test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi (4), test in vitro tal-mutazzjoni ġenetika fuq ċelloli tal-mammiferi bl-użu tal-ġene timidina kinażi (5), u studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fir-rodituri (6), ippreżentata b’appoġġ għall-applikazzjoni.

(5)

Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-IHAT bħala ikel ġdid.

(6)

Fis-27 ta’ Ottubru 2021, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar is-“Sikurezza tal-Idrossidu tal-Ħadid Adipat Tartrat bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 u bħala sors ta’ ħadid fil-kuntest tad-Direttiva 2002/46/KE” (7) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-IHAT huwa sikur fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjonijiet fil-mira proposti, f’livelli li ma jaqbżux il-100 mg kuljum u li huwa sors li minnu l-ħadid huwa bijodisponibbli. Madankollu, f’dik l-opinjoni, l-Awtorità nnutat li, peress li ma kinitx stabbiliet Limitu Massimu tollerabbli (Upper Intake Limit, “UL”), il-konsum tal-ħadid mis-supplimenti tal-ikel li fihom l-ikel ġdid jista’ jaqbeż il-livelli ta’ gwida għall-popolazzjoni li ġew stabbiliti mill-Istati Membri, u li l-konsum ikkombinat tal-ħadid mis-supplimenti tal-ikel li fihom l-ikel ġdid u mid-dieta fl-isfond, ikun għoli. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tal-Awtorità u tar-rwol ċentrali tal-ħadid fil-fiżjoloġija, fit-tkabbir u fl-iżvilupp tal-bniedem, b’mod partikolari fl-istadji bikrija tal-ħajja, u l-linja pjuttost fina bejn l-effetti tal-ħadid ta’ benefiċċju u dawk negattivi fuq is-saħħa skont il-konsum, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ approċċ prekawzjonarju.

(8)

Il-Kummissjoni għalhekk talbet lill-applikant biex jikkunsidra mill-ġdid il-livelli tal-IHAT proposti fl-applikazzjoni tagħhom (livelli sa massimu ta’ 100 mg/jum li jikkorrispondu għal massimu ta’ 36 mg ta’ ħadid (Fe) kuljum għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar). Bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni, l-applikant immodifika t-talba tiegħu u ppropona l-użu tal-IHAT f’livelli li ma jisbqux il-100 mg/jum u li jillimitaw il-livelli ta’ ħadid korrispondenti sa massimu ta’ 30 mg Fe/jum fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni adulta, u f’livelli li ma jisbqux il-50 mg IHAT/jum u li jillimitaw il-livelli ta’ ħadid korrispondenti sa massimu ta’ 14 mg Fe/jum fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għat-tfal u l-adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena, minbarra tfal taħt l-età ta’ erba’ snin. Barra minn hekk, l-applikant indika li se jaġġusta l-livelli tal-IHAT fis-supplimenti tal-ikel imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru biex jillimita l-livelli massimi korrispondenti tal-ħadid għall-valuri ta’ gwida stabbiliti minn dak l-Istat Membru għal kull grupp ta’ età tal-popolazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-użi riveduti jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-IHAT f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Huwa xieraq li l-inklużjoni tal-IHAT bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

Fl-istess opinjoni xjentifika, l-Awtorità qieset li, minħabba l-preżenza tan-nikil fl-ikel ġdid, il-konsum tas-supplimenti tal-ikel li fihom 100 mg ta’ IHAT jista’ jeliċita reazzjonijiet allerġiċi relatati mad-dermatite f’persuni ta’ 10 snin u iżgħar li qabel kienu ġew sensitizzati għan-nikil wara kuntatt mal-ġilda, peress li l-konsum tan-nikil mill-ikel ġdid ma jirriżultax f’Marġni ta’ Esponiment (“MoE”) għall-konsum tan-nikil meqjus mill-Awtorità li huwa ta’ tħassib baxx għas-saħħa tat-tfal u tal-adolexxenti taħt it-18-il sena fil-95 perċentil superjuri tal-esponiment għan-nikil djetetiku (8). Madankollu, fid-dawl tal-użi modifikati proposti tal-ikel ġdid f’livelli li ma jisbqux il-50 mg IHAT/jum fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għat-tfal u l-adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena u li jeskludu t-tfal taħt l-erba’ snin, il-konsum tan-nikil mill-ikel ġdid se jkun jew ogħla jew qrib tal-MoE meqjus mill-Awtorità bħala ta’ tħassib baxx għas-saħħa, u mhux se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-konsum ġenerali tan-nikil mill-ikel u mill-ilma tax-xorb. Filwaqt li tqis dawn il-kunsiderazzjonijiet u l-konservativiżmu inkorporat fil-valutazzjoni tal-konsum tal-Awtorità li użat l-esponiment djetetiku tal-95 perċentil biex jinkiseb l-MoE tan-nikil ta’ tħassib baxx għas-saħħa, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ eliċitazzjoni tar-reazzjonijiet allerġiċi tad-dermatite mill-kuntatt għal dak il-grupp ta’ età tal-popolazzjoni x’aktarx li ma jirriżultax f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit ta’ tikkettar previst fl-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283 fir-rigward tal-allerġeniċità.

(11)

Barra minn hekk, fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset ukoll li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-IHAT u l-bijodisponibbiltà tal-ħadid hija marbuta mill-qrib mal-proprjetajiet fiżikokimiċi speċifiċi u mal-profil tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli u tal-agglomerazzjoni tal-ikel ġdid li jinkiseb bl-effett ikkombinat tal-użu tal-forma kapsulari tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-ikel ġdid, u tan-nuqqas ta’ sustanzi għajr l-adipat, it-tartrat u l-klorur tas-sodju użati fil-produzzjoni tal-IHAT. Għalhekk, l-Awtorità qieset li l-profil tas-sikurezza tal-ikel ġdid u l-bijodisponibbiltà tas-sors tan-nutrijenti jistgħu jiġu affettwati u se jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk jintużaw forom oħra ta’ supplimenti tal-ikel (eż. pilloli, pastilji, qratas tat-trabijiet, gummies, ġuleppijiet, eċċ.) waħedhom jew flimkien mal-adipat, mat-tartrat u mal-klorur tas-sodju jew ma’ sustanzi oħra għajr l-adipat, it-tartrat u l-klorur tas-sodju jew, jekk jintużaw sustanzi oħra fil-forom kapsulari tas-supplimenti tal-ikel. Għalhekk huwa xieraq li meta forom oħra ta’ supplimenti tal-ikel (eż. pilloli, pastilji, qratas tat-trabijiet, gummies, ġuleppijiet, eċċ.) jintużaw flimkien mal-adipat, mat-tartrat u mal-klorur tas-sodju jew flimkien ma’ sustanzi oħra, jew jekk jintużaw sustanzi oħra fis-supplimenti tal-ikel bil-forma kapsulari li fihom l-ikel ġdid, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli u l-istat tal-agglomerazzjoni tal-ikel ġdid jenħtieġ li jkunu f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet awtorizzati u li l-bijodisponibbiltà tal-ħadid jenħtieġ li tkun f’konformità mal-bijodisponibbiltà vvalutata mill-Awtorità fl-opinjoni xjentifika tagħha.

(12)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità għamlet l-osservazzjoni li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel il-ġdid kienet ibbażata fuq id-data xjentifika mit-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli, mit-test in vitro tal-mutazzjoni ġenetika fuq ċelloli tal-mammiferi bl-użu tal-ġene timidina kinażi, u mill-istudju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fir-rodituri, li tinsab fil-fajl tal-applikant, u li mingħajrha ma setgħetx tivvaluta l-ikel il-ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha.

(13)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u jiċċara l-pretensjoni tiegħu għad-dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għad-data xjentifika mit-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli mammiferi, mit-test in vitro tal-mutazzjoni ġenetika fuq ċelloli tal-mammiferi bl-użu tal-ġene timidina kinażi, u mill-istudju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fir-rodituri fiż-żmien li ppreżentaw l-applikazzjoni, u li partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dik id-data.

(15)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u qieset li kien issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data xjentifika mit-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi, mit-test in vitro tal-mutazzjoni ġenetika fuq ċelloli tal-mammiferi bl-użu tal-ġene timidina kinażi u mill-istudju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fir-rodituri jenħtieġ li tiġi protetta f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed l-IHAT fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-IHAT u tar-referenza għad-data xjentifika fil-fajl tal-applikant għall-użu tiegħu biss ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni.

(17)

IHAT huwa nanomaterjal maħdum kif definit fl-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk huwa xieraq li l-ikel il-ġdid jenħtieġ li jiġi indikat b’mod ċar fil-lista tal-ingredjenti tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ikel segwit mill-kelma “nano” fil-parentesi, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(18)

Jenħtieġ li l-IHAT jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat hu awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

L-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kumpanija “Nemysis Limited” (10) biss hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel il-ġdid imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ ħames snin mit-28 ta’ Awwissu 2022, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil ma’ “Nemysis Limited”.

Artikolu 3

Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr qbil ma’ “Nemysis Limited”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Nemysis Limited (2019, mhux ippubblikat).

(5)  Nemysis Limited (2019, mhux ippubblikat).

(6)  Nemysis Limited (2019, mhux ippubblikat).

(7)  EFSA Journal 2021;19(12):6935.

(8)  EFSA Journal 2020;18(11):6268.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(10)  Indirizz: Suite 4.01 Ormond Building 31-36 Ormond Quay Upper Arran Quay Dublin 7, D07 F6DC Dublin, l-Irlanda.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

1.

fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet fejn jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar speċifiku

Rekwiżiti oħra

Protezzjoni tad-Data

Idrossidu tal-ħadid adipat tartrat

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘idrossidu tal-ħadid adipat tartrat (nano)’

It-tikketti tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-idrossidu tal-ħadid adipat tartrat għandu jkollhom dikjarazzjoni li tgħid li dawn ma għandhomx jiġu kkunsmati mit-tfal u mill-adolexxenti taħt l-età ta’ 18/tfal taħt l-4 snin (*)

(*)

Skont il-grupp tal-età li jkun maħsub għalih is-suppliment tal-ikel.

 

Awtorizzat nhar it-28.8.2022. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: Nemyses Limited, Suite 4.01 Ormond Building 31-36 Ormond Quay Upper Arran Quay Dublin 7, D07 F6DC, Dublin, l-Irlanda. Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid “idrossidu tal-ħadid adipat tartrat” huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni biss minn Nemyses Limited, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika propretarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi qbil ma’ Nemyses Limited.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: it-28.8.2027.”

Is-supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta.

≤ 100 mg/jum (≤ 30 mg Fe/jum)

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għat-tfal u għall-adolexxenti taħt it-18-il sena, minbarra tfal taħt l-erba’ snin

≤ 50 mg/jum (≤ 14 mg Fe/jum)

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Idrossidu tal-ħadid adipat tartrat

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

It-tartrat tal-adipat tal-idrossidu tal-ħadid (IHAT) huwa nanomaterjal maħdum mingħajr riħa f’forma ta’ trab li ma jinħallx fl-ilma u li huwa mmanifatturat permezz ta’ sinteżi kimika li tinvolvi serje ta’ passi li jinvolvu reazzjoni aċidu-bażi, preċipitazzjoni, filtrazzjoni, u tnixxif.

Is-supplimenti tal-ikel li fihom l-ikel ġdid huma manifatturati f’forma kapsulari. Jintuża eċċess ta’ adipat, tartrat u klorur tas-sodju f’livelli li jirriżultaw mill-proċess tal-produzzjoni biex jgħinu jistabbilizzaw l-IHAT u jiżguraw id-distribuzzjoni awtorizzata tad-daqs tal-partikoli. Jekk forom oħra ta’ supplimenti tal-ikel (eż. pilloli, pastilji, qratas tat-trab, gummies, ġuleppijiet, eċċ.) jintużaw flimkien mal-adipat, mat-tartrat u mal-klorur tas-sodju jew flimkien ma’ sustanzi oħra, jew jekk jintużaw sustanzi oħra fis-supplimenti tal-ikel f’forma kapsulari li jkun fihom l-ikel ġdid, irid jiġi żgurat li tinżamm id-distribuzzjoni awtorizzata tad-daqs tal-partikoli tal-IHAT.

Isem komuni

Ossoidrossidu tal-ħadid adipat tartrat

Ismijiet oħra

Idrossidu tal-ħadid adipat tartrat, Ossoidrossidu tal-ħadid adipat tartrat

Isem kummerċjali

IHAT

Nru CAS

2460638-28-0

Formula molekulari

(ikkalkulata)

FeOm(OH)n(H2O)x(C4H6O6)y(C6H10O4)z

fejn: m u n mhumiex definiti, skont il-prattika aċċettata għall-ossoidrossidi tal-ħadid ferriku  (*1)

x = 0,28–0,88

y = 0,78–1,50

z = 0,04–0,19

L-aċidu tartariku (C4H6O6) u l-aċidu adipiku (C6H10O4) huma rrappreżentati fil-forma protonata tagħhom.

Piż molekulari

Piż molekolari medju: 35 803,4 Da (livell inferjuri-superjuri: 27 670,5 –45 319,4 Da)

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

Fiżiċi/kimiċi

Ħadid (% ta’ materja niexfa): 24,0–36,0

Adipat: (% ta’ materja niexfa): 1,5–4,5

Tartrat: (% ta’ materja niexfa): 28,0–40,0

Kontenut ta’ ilma (%): 10,0–21,0

Sodju (% ta’ materja niexfa): 9,0–11,0

Klorur (% ta’ materja niexfa): 2,6–4,2

Distribuzzjoni tal-fażijiet

Solubbli (%): 2,0–4,0

Nano (%): 92,0–98,0

Mikro (%): 0,0–3,0

Daqs tal-partikoli primarji

Dijametru medjan (1): 1,5–2,3 nm

Dijametru medju (1): 1,8–2,8 nm

Dv(10) (2): 1,5–2,5 nm

Dv(50)  (2): 2,5–3,5 nm

Dv(90)  (2): 5,0–6,0 nm

Metalli tqal

Arseniku: < 0,80 mg/kg

Nikil: < 50,0 mg/kg

Solvent residwi:

Etanol: < 500 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd totali ta’ mikrobi aerobiċi: < 10 CFU/g

Total tal-għadd ta’ ħmira u moffa: < 10 CFU/g


(*1)  Cornell RM and Schwertmann U, 2003. The Iron Oxides: Structure, Properties, Reactions, Occurences and Uses. 2nd Edition. Wiley. https://doi.org/10.1002/3527602097

(1)  Ibbażat fuq in-numri (bil-Mikroskopija tal-Elettroni tat-Trażmissjoni (TEM));

(2)  Ibbażat fuq il-volumi (dijametru idrodinamiku bid-Dispersjoni Dinamika tad-Dawl (DLS)); CFU: Colony Forming Units (Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji).”


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1374

tal-5 ta’ Awwissu 2022

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Id-diformat tal-potassju kien ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 (2).

(3)

Tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. Sussegwentament, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-qżieqeż miftuma, il-ħnieżer tas-simna u l-majjali nisa.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Jannar 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant kien ipprovda l-evidenza li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li d-diformat tal-potassju ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. U kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa irritant tal-għajnejn, iżda ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-possibbiltà li l-addittiv ikun irritant tal-ġilda jew sensitizzatur respiratorju jew sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tad-diformat tal-potassju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded.

(6)

B’riżultat tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “preżervattivi”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012 jitħassar.

Artikolu 3

FSMiżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom din is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Awwissu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).

(3)  EFSA Journal 2022;20(3):7167.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preżervattivi.

1a237a

Diformat tal-potassju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Diformat tal-potassju: 50 ± 5 %

Forma likwida (50:50 dilwit fl-ilma)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diformat tal-potassju

C2H3O4K

Numru CAS: 20642-05-1 Isem kimiku

Numru EINECS: 243-934-6 Isem kimiku

Prodott permezz ta’ sinteżi kimika

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tad-diformat tal-potassju (bħala aċidu formiku totali) fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf:

Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività (IC-CD) - EN 17294;

Għad-determinazzjoni tal-potassju fl-addittiv tal-għalf:

Spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) - EN15510.

Ħnieżer nisa

 

-

12 000

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Permess biss fil-ħut nej, u fi prodotti sekondarji tal-ħut għall-użu bħala għalf b’kontenut massimu ta’ 9 000  mg ta’ diformat tal-potassju bħala sustanza attiva għal kull kg ta’ ħut nej.

3.

Il-kontenut massimu ta’ diformat tal-potassju għandu jkun 6 000  mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-qżieqeż miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, u 12 000  mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-majjali nisa, kemm jekk jintuża waħdu bħala preżervattiv, kif ukoll jekk jintuża flimkien ma’ sorsi oħra ta’ diformat tal-potassju.

4.

It-taħlit ta’ sorsi differenti tal-aċidu formiku ma għandux jaqbeż il-livelli massimi permessi ta’ 10 000  mg/kg fl-għalf komplet għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-majjali nisa.

5.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, tal-premixxeli u tal-għalf relatat għall-annimali li jipproduċu l-ikel, indika dan li ġej:

“L-użu simultanju ta’ aċidi organiċi differenti jew tal-imlieħ tagħhom huwa kontraindikat meta jintuża wieħed jew aktar minnhom fil-kontenut massimu permess jew qrib tiegħu.”

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż bil-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

28.8.2032

Qżieqeż miftuma

u

ħnieżer tas-simna

 

-

6 000


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1375

tal-5 ta’ Awwissu 2022

li jikkonċerna ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-etossikin bħala addittiv fl-għalf fil-grupp funzjonali tal-antiossidanti u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti jew għaċ-ċaħda ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-etossikin kien ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bid-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Wara, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-etossikin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li biha ntalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Ottubru 2015 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) osservat li ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar l-effikaċja u s-sikurezza tal-addittiv etossikin għall-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent, billi b’mod ġenerali l-applikant ma kienx issottometta biżżejjed data. B’mod partikolari, ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar l-assenza tal-ġenotossiċità tal-metabolita etossikin kinon immina, u tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà tal-mutaġeniċità tal-impurità p-fenetidina. B’hekk ma kienx ġie stabbilit li l-addittiv etossikin ma għandux effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għaldaqstant l-awtorizzazzjoni attwali tal-addittiv etossikin ġiet sospiża permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/962 (4).

(5)

L-awtorizzazzjoni tal-etossikin kienet ġiet sospiża sakemm ġiet ippreżentata u vvalutata data supplimentari li kellha tiġi prodotta mill-applikant, f’konformità ma’ skeda ta’ żmien li kellha telenka skont l-ordni ta’ prijorità l-istudji li kellhom jitwettqu. Skont dik l-iskeda ta’ żmien, ir-riżultat tal-aħħar wieħed minn dawk l-istudji kellu jkun disponibbli sa Lulju tal-2018.

(6)

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962, il-miżura tas-sospensjoni trid tiġi rieżaminata sal-31 ta’ Diċembru 2022, u fi kwalunkwe każ, wara l-adozzjoni ta’ opinjoni mhux favorevoli mill-Awtorità rigward is-sigurtà u l-effikaċja tal-addittiv etossikin.

(7)

Mill-adozzjoni tal-opinjoni tal-Awtorità tal-21 ta’ Ottubru 2015, l-applikant ressaq għadd ta’ pakketti suċċessivi ta’ data supplimentari lill-Kummissjoni, fil-11 ta’ Marzu 2016, fil-15 ta’ Diċembru 2017, fl-20 ta’ April 2018, u fit-23 ta’ Ġunju 2021, li ntbagħtu lill-Awtorità. Waqt li kienet qed issir il-valutazzjoni tad-data, kif ukoll fl-24 ta’ Settembru 2020, l-applikant reġa’ bagħat aktar data supplimentari lill-Awtorità.

(8)

L-Awtorità adottat opinjoni fis-27 ta’ Jannar 2022 (5), wara li saret valutazzjoni tad-data supplimentari li kien issottometta l-applikant. Din il-valutazzjoni b’mod partikolari qieset l-ispeċifikazzjonijiet mibdula tal-addittiv etossikin, fejn il-kontenut tal-impurità p-fenetidina tnaqqas għal inqas minn 2,5 ppm, u qieset il-livell ta’ inklużjoni ta’ 50 mg tal-addittiv f’kull kilogramma ta’ għalf komplet. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità ma setgħet tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-addittiv etossikin f’ebda livell għall-annimali li jgħixu fit-tul u li jirriproduċu, meta jitqies li l-addittiv fih il-p-fenetidina, li huwa mutaġenu possibbli rikonoxxut u li jibqa’ fl-addittiv bħala impurità, iżda li dwaru l-applikant ma pprovda l-ebda informazzjoni addizzjonali li tindirizza dan it-tħassib għas-saħħa. Dwar is-sikurezza tal-użu tal-etossikin għall-konsumaturi, ma setgħetx tasal għal konklużjoni minħabba l-preżenza tal-p-fenetidina u ladarba ma teżistix data dwar ir-residwi tal-p-fenetidina fit-tessuti u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Barra minn hekk billi ma teżistix data dwar ir-residwi fil-ħalib, l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-etossikin għall-konsumaturi meta dan jintuża fl-għalf għall-annimali li jipproduċu l-ħalib. Rigward is-sikurezza għall-utent, l-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li l-esponiment tal-utenti jiġi mminimizzat biex jitnaqqas ir-riskju tal-esponiment għall-p-fenetidina permezz tan-nifs. Dwar is-sikurezza tal-ambjent, l-Awtorità ddikjarat li kellha bżonn data supplimentari biex tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-etossikin għall-kompartiment terrestri meta dan jintgħalef lill-annimali terrestri. Barra minn hekk, l-Awtorità hija tal-fehma li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-kompartiment akkwatiku meta l-addittiv jintuża għall-annimali terrestri, u li lanqas ma jista’ jiġi eskluż ir-riskju tal-avvelenament sekondarju permezz tal-katina alimentari akkwatika. U ma’ dan kollu, l-Awtorità kkonkludiet li ma jistax jiġi eskluż ir-riskju li joħloq l-etossikin li jintuża fil-gaġeġ marini għall-organiżmi tal-baħar li jgħixu fis-sediment.

(9)

L-opinjoni tal-Awtorità tas-27 ta’ Jannar 2022 b’hekk turi li mhuwiex stabbilit li l-etossikin ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent meta jintuża bħala addittiv fl-għalf fil-grupp funzjonali “antiossidanti”.

(10)

B’hekk, il-valutazzjoni tal-etossikin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma ġewx issodisfati u, għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni tal-etossikin bħala addittiv fl-għalf li jagħmel parti mill-grupp funzjonali “antiossidanti”.

(11)

Minn dan ir-rieżami ta’ hawn fuq joħroġ li jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċaħda tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-etossikin (E 324) bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “antiossidanti”, hija miċħuda.

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962

Jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2015;13(11):4272.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/962 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li jissospendi l-awtorizzazzjoni ta’ etossikin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali (ĠU L 145, 8.6.2017, p. 13).

(5)  EFSA Journal 2022;20(3):7166.


DEĊIŻJONIJIET

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1376

tas-26 ta’ Lulju 2022

dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fid-Danimarka

(notifikata bid-dokument C(2022) 5046)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 35(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-akkwist pubbliku,

Billi:

1.   FATTI

1.1.   IT-TALBA

(1)

Fl-24 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità Daniża tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur (DCCA) (“l-applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (“it-talba”). It-talba hija konformi mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 (2).

(2)

It-talba tikkonċerna l-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi konvenzjonali u rinnovabbli fid-Danimarka.

(3)

Madankollu, it-talba ma tkoprix dan li ġej:

l-elettriku prodott minn turbini eoliċi fuq l-art u fuq il-baħar barra mill-offerti;

l-elettriku prodott minn turbini eoliċi konnessi ma’ grilja mill-21 ta’ Frar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew wara, ħlief għal turbini eoliċi li huma konnessi mal-installazzjoni tal-konsum tagħhom stess u turbini eoliċi fuq il-baħar (l-elettriku prodott mill-installazzjoni tal-konsum (il-punt 41 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Enerġija Rinnovabbli) u t-turbini eoliċi fuq il-baħar skont il-punt 35 b ta’ dak l-Att huma esklużi mill-applikazzjoni u għalhekk għadhom soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE);

l-elettriku prodott minn turbini eoliċi konnessi ma’ grilja mhux aktar tard mill-20 ta’ Frar 2008, ħlief għal turbini eoliċi li jirċievu supplimenti tal-prezzijiet skont it-Taqsimiet 39 sa 41 tal-Att dwar il-Promozzjoni tal-Enerġija Rinnovabbli;

l-elettriku prodott minn turbini eoliċi konnessi ma’ grilja mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2002;

l-elettriku prodott minn turbina eolika ġdida fjamanta li tuża ċertifikati ta’ skrappjar maħruġa għaż-żarmar tat-turbini eoliċi (suppliment addizzjonali tal-prezz); l-elettriku prodott mill-bijoenerġija (bijomassa u bijogass);

l-elettriku prodott minn pannelli fotovoltajċi solari, mill-mewġ u mill-enerġija idroelettrika;

l-elettriku prodott minn installazzjonijiet speċjali oħrajn tal-enerġija rinnovabbli (elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew teknoloġiji ta’ sinifikat għall-espansjoni futura tal-elettriku rinnovabbli jew tal-elettriku prodott minn sorsi oħrajn tal-enerġija rinnovabbli minbarra dawk imsemmija);

l-elettriku prodott minn impjanti deċentralizzati tas-sħana u tal-enerġija u minn impjanti tal-inċinerazzjoni;

l-elettriku prodott minn impjanti oħrajn tas-sħana u tal-enerġija maħsuba sabiex jipprovdu tisħin distrettwali;

l-elettriku prodott minn impjanti tal-enerġija industrijali konnessi ma’ grilja mhux aktar tard mill-21 ta’ Marzu 2012;

is-servizzi anċillari.

(4)

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-bejgħ bl-ingrossa minn sorsi konvenzjonali u rinnovabbli jikkostitwixxu attività relatata mal-provvista tal-elettriku f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(5)

F’konformità mal-Anness IV, il-punt 1(a) tad-Direttiva 2014/25/UE, peress li l-aċċess liberu għas-suq jista’ jiġi preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar it-talba fi żmien 90 jum ta’ xogħol.

(6)

Skont l-Anness IV, l-ewwel paragrafu, ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li jkunu talbu l-eżenzjoni. Peress li d-DCCA tat aktar informazzjoni fl-4 ta’ Marzu 2022, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan stabbilit għall-31 ta’ Lulju 2022.

2.   QAFAS ĠURIDIKU

(7)

Id-Direttiva 2014/25/UE tapplika għall-għoti ta’ kuntratti għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-provvista tal-elettriku lil networks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-elettriku, sakemm l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, kuntratti intiżi sabiex jippermettu t-twettiq ta’ attività li għaliha tapplika d-Direttiva ma humiex soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, din tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess ma huwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tas-settur ikkonċernat (3). Madankollu, din il-valutazzjoni hija limitata mill-iskadenzi qosra applikabbli u mill-ħtieġa li wieħed jibbaża fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, li ma tistax tiġi ssupplimentata b’metodi li jieħdu aktar ħin, inklużi, b’mod partikolari, inkjesti pubbliċi indirizzati lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati (4). F’dak il-kuntest, filwaqt li l-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni għandha tiġi deċiża abbażi ta’ kriterji li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-kompetizzjoni, ma huwiex meħtieġ li dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu eżattament l-istess bħal dawk imsemmija fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE (5).

(9)

L-aċċess jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu għall-kompetizzjoni. Dik il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE. Għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, dak l-Anness jirreferi għad-Direttiva 2009/72/KE, imħassra bid-Direttiva (UE) 2019/944 (6) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. Skont l-applikant, id-Danimarka ttrasponiet id-Direttiva (UE) 2019/944 (7). Konsegwentement, skont l-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE, l-aċċess liberu għas-suq jista’ jiġi preżunt.

(10)

Jenħtieġ li l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni jiġi evalwat abbażi ta’ diversi indikaturi, li l-ebda wieħed minnhom ma jkun neċessarjament deċiżiv għalih waħdu. Fir-rigward tas-suq ikkonċernat minn din id-Deċiżjoni, l-ishma tas-suq jikkostitwixxu kriterju wieħed li jenħtieġ li jitqies, flimkien ma’ kriterji oħrajn, bħall-pressjoni kompetittiva eżerċitata mill-ġeneraturi minn pajjiżi ġirien jew in-numru ta’ offerenti f’offerti għall-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli.

(11)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi jekk is-servizzi kkonċernati mit-talba humiex esposti għal livell tali ta’ kompetizzjoni (fis-swieq li għalihom l-aċċess ma huwiex ristrett skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE) suffiċjenti sabiex jiżgura li, anke fin-nuqqas tad-dixxiplina miġjuba mir-regoli dettaljati dwar l-akkwist stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati jitwettaq b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi tal-kriterji li jippermettu lill-akkwirenti jidentifikaw is-soluzzjoni li b’mod ġenerali tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġuża.

3.   VALUTAZZJONI

(12)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali minn Settembru 2021, kif jidher mill-informazzjoni sottomessa mill-applikant u minn informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

3.1.   L-AĊĊESS MHUX RISTRETT GĦAS-SUQ

(13)

L-aċċess għal suq jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu għall-kompetizzjoni. Id-Danimarka ttrasponiet id-Direttiva (UE) 2019/944 permezz ta’ 29 miżura nazzjonali, skont l-applikant. Dan ġie kkonfermat mill-Aġenzija Daniża tal-Enerġija (8). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq ħieles huma ssodisfati de jure.

(14)

Fir-rigward tal-aċċess liberu de facto, il-Kummissjoni tinnota l-progress tal-liberalizzazzjoni tas-suq Daniż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ftuħ tiegħu għall-kompetizzjoni fl-1999. Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-borża tal-enerġija ta’ Nord Pool u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni kellhom rwol sinifikanti fit-trawwim ta’ pressjoni kompetittiva. Fir-rigward tal-ġenerazzjoni minn sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari parks eoliċi fuq il-baħar, l-offerti organizzati mill-awtoritajiet Daniżi attiraw numru dejjem akbar ta’ parteċipanti.

(15)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-aċċess għas-suq huwa meqjus de jure u de facto ħieles fit-territorju tad-Danimarka għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

3.2.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

3.2.1.   ID-DEFINIZZJONI TAS-SUQ TAL-PRODOTT

(16)

Skont il-prattika tal-fużjoni tal-Kummissjoni (9), fis-settur tal-elettriku wieħed jista’ jiddistingwi s-swieq tal-prodotti rilevanti li ġejjin: (i) il-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa; (ii) it-trażmissjoni; (iii) id-distribuzzjoni u (iv) il-provvista bl-imnut. Filwaqt li wħud minn dawn is-swieq jistgħu jiġu suddiviżi ulterjorment, sal-lum, il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni (10) ċaħdet id-distinzjoni bejn suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u suq tal-provvista bl-ingrossa billi l-ġenerazzjoni fil-fatt hija biss l-ewwel stadju fil-katina tal-valur, iżda l-volumi tal-elettriku ġġenerati jiġu kkummerċjalizzati permezz tas-suq bl-ingrossa. Dan ġie kkonfermat b’mod aktar speċifiku għan-Nordiċi (11).

(17)

Fil-prattika tagħha dwar il-fużjoni, il-Kummissjoni, barra minn hekk, qieset li s-suq tal-prodotti rilevanti fir-reġjun Nordiku kien ikopri l-elettriku mibjugħ kemm permezz ta’ kuntratti bilaterali kif ukoll fuq il-pjattaforma tan-Nord Pool, kemm f’Elspot (il-jum ta’ qabel) kif ukoll f’Elbas (tal-istess ġurnata) (12).

(18)

L-applikant jargumenta li l-Ftehimiet korporattivi dwar ix-Xiri tal-Enerġija (cPPAs) jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tas-suq rilevanti. Tali ftehimiet huma kuntratti bilaterali bejn ġeneratur tal-elettriku u klijent (normalment utent kbir tal-elettriku) li permezz tagħhom l-utent jixtri l-elettriku direttament mingħand il-ġeneratur. Il-kumpaniji kummerċjali jidħlu fi Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (PPAs) mal-produtturi kemm tal-enerġija konvenzjonali kif ukoll ta’ dik rinnovabbli, li jikkompetu għall-konklużjoni tal-PPAs.

(19)

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bilaterali oħrajn, il-klijenti li jidħlu għal PPAs iridu jidħlu fi ftehim ma’ parti responsabbli għall-bilanċ sabiex jimmaniġġjaw l-iżbilanċi tagħhom. Fir-rigward tal-ibbilanċjar tal-ġenerazzjoni/tal-produzzjoni, il-ġeneraturi tal-enerġija (bħas-sidien tal-parks eoliċi fuq il-baħar) iridu jaqblu mal-produzzjoni prevista tagħhom tal-elettriku f’ħin reali, jiġifieri jadattaw il-produzzjoni prevista mal-produzzjoni attwali. Din ir-responsabbiltà ma hijiex affettwata minn kif il-ġeneratur jagħżel li jbigħ l-elettriku prodott, inkluż minn cPPAs.

(20)

Fir-rigward ta’ jekk l-elettriku konvenzjonali u rinnovabbli jagħmilx parti mill-istess suq tal-prodotti, il-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet differenti skont is-sitwazzjoni fattwali. Hija sabet li l-ġenerazzjoni tal-elettriku konvenzjonali u dik rinnovabbli fil-Ġermanja (13) u fl-Italja (14) jenħtieġ li jitqiesu bħala swieq ta’ prodotti differenti.

(21)

Madankollu, fil-każ tan-Netherlands (15), il-Kummissjoni sabet li l-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi konvenzjonali u rinnovabbli kienu parti mill-istess suq tal-prodotti rilevanti. Għar-reġjun Nordiku, il-Kummissjoni qieset, fil-prattika tagħha dwar il-fużjoni, li s-sors tal-elettriku huwa irrilevanti għall-finijiet tad-definizzjoni tal-prodott (16).

(22)

L-applikant jargumenta li s-sitwazzjoni fid-Danimarka hija differenti minn dik fil-Ġermanja u fl-Italja msemmija fid-deċiżjoni ta’ hawn fuq, u hija simili għal dik inkwistjoni fin-Netherlands. L-applikant ipprovda tabelli li jagħtu dettalji dwar is-similaritajiet u d-differenzi bejn il-każijiet Daniżi u, rispettivament, Ġermaniżi, Taljani u Netherlandiżi. L-applikant jindika li d-differenzi ewlenin mas-sitwazzjoni Ġermaniża u dik Taljana huma n-nuqqas ta’ rata statutorja ta’ remunerazzjoni, in-nuqqas ta’ prijorità ta’ injezzjoni u l-fatt li l-elettriku rinnovabbli jinbiegħ fis-suq bl-ingrossa bl-istess prezz bħall-elettriku konvenzjonali.

(23)

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-fużjoni Fortum/Uniper (17), il-Kummissjoni fakkret li s-suq tal-prodott rilevanti fir-reġjun Nordiku kien ikopri kemm il-ġenerazzjoni kif ukoll il-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, irrispettivament mis-sorsi ta’ ġenerazzjoni u l-kanali tan-negozjar, u li kien jinkludi l-elettriku mibjugħ permezz ta’ kuntratti bilaterali u fuq il-borża Nordika tal-Enerġija, Nord Pool.

(24)

Fir-rigward tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli, it-talba tkopri l-parks eoliċi fuq il-baħar Horns Rev 3, Vesterhav Syd, Vesterhav Nord u Kriegers Flask, kif ukoll il-parks eoliċi futuri, inkluż il-park eoliku ta’ fuq il-baħar Thor. L-iskemi ta’ appoġġ ikkonċernati kollha kienu soġġetti għal deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li kkonfermaw il-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat (18).

(25)

Barra minn hekk, il-primjums imħallsa għall-produzzjoni tar-riħ naqsu għal minimu bis-saħħa ta’ kompetizzjoni akbar għall-ġenerazzjoni. Għall-parks eoliċi kollha msemmija hawn fuq, l-Aġenzija Daniża tal-Enerġija organizzat sejħa miftuħa għall-offerti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Il-Horns Rev 3 (400 MW), li sar fl-2015, kellu erba’ offerenti, il-Kriegers Flak (600 MW), li sar fl-2016, sebgħa u l-Vesterhav Nord/Sud (350 MW), li sar fl-2016, tlieta.

(26)

L-iħħeġġjar kontra r-riskju qiegħed isir qabel il-proċeduri tal-offerti, u l-awtoritajiet Daniżi issa għandhom fehim aħjar tas-suq u stabbilew djalogu reali tas-suq.

(27)

Il-kostijiet totali tat-teknoloġiji rinnovabbli bħat-turbini eoliċi fuq il-baħar jew il-fotovoltajċi solari naqsu wkoll b’mod sinifikanti. Konsegwentement, l-offerta rebbieħa fl-2010 għall-park eoliku ta’ fuq il-baħar ta’ Anholt kienet primjum ta’ 105 øre/kWh filwaqt li l-offerta rebbieħa fl-2016 għall-park eoliku ta’ fuq il-baħar Kriegers Flak kienet primjum ta’ 37 øre/kWh.

(28)

Id-Danimarka beħsiebha wkoll tniedi tliet parks eoliċi ġodda fuq skala kbira fuq il-baħar. L-ewwel park eoliku fuq il-baħar se jkollu kapaċità ta’ madwar 800 MW, filwaqt li l-parks eoliċi fuq il-baħar li jifdal se jkollhom kapaċità ta’ mill-anqas 800 MW. L-Aġenzija Daniża tal-Enerġija se titlob offerti fi skemi ta’ offerti għal kull park eoliku futur fuq il-baħar.

(29)

Kif għamlet fid-deċiżjoni ta’ eżenzjoni tagħha tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/71 (19) dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-bejgħ bl-ingrossa fin-Netherlands, il-Kummissjoni tinnota li l-allokazzjoni tas-sussidji hija esposta għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċess ta’ offerti li jirregola l-imġiba tal-produtturi tal-elettriku rinnovabbli fir-rigward tal-politika tal-akkwist tagħhom. Dan iqiegħed il-ġenerazzjoni tal-elettriku konvenzjonali u rinnovabbli (għal dawk il-parks eoliċi fuq il-baħar soġġetti għat-talba) fuq l-istess livell fid-Danimarka.

(30)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-suq tal-prodott rilevanti huwa s-suq għall-ġenerazzjoni u għall-provvista bl-ingrossa tal-elettriku, inklużi s-cPPAs, prodotti minn parks eoliċi konvenzjonali kif ukoll minn parks eoliċi fuq il-baħar li huma soġġetti għall-applikazzjoni għal eżenzjoni.

3.2.2.   DEFINIZZJONI TAS-SUQ ĠEOGRAFIKU

(31)

Fl-2006, il-Kummissjoni f’deċiżjoni dwar il-fużjoni ddefiniet (20) żewġ swieq ġeografiċi separati għas-suq tal-elettriku bl-ingrossa: dak tad-Danimarka tal-Lvant (“DK2”) u dak tad-Danimarka tal-Punent (“DK1”), peress li f’dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda interkonnessjoni diretta bejn iż-żewġ żoni tal-offerti (jew tal-prezzijiet) Daniżi. Il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni fid-deċiżjoni DE/DK Interconnector fl-2018 (21).

(32)

Fl-2014, il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż investiga s-suq għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fid-Danimarka fid-deċiżjoni tiegħu dwar l-Impjant Virtwali tal-Enerġija (“VPP”) (22). Permezz ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż ħassar l-impenji preċedenti li saru minn Elsam A/S f’fużjoni bejn Elsam A/S u Nesa A/S fl-2004. Il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż appoġġa parzjalment suq ġeografiku akbar minn DK1. DK1 huwa konness man-Norveġja, mal-Iżvezja u mal-Ġermanja permezz ta’ konnessjonijiet ta’ trażmissjoni. Il-prezz bl-ingrossa għall-elettriku fiżiku f’DK1 kien differenti miż-żoni tal-prezzijiet konnessi kollha f’anqas minn 10 % tas-sigħat matul l-2013. Fil-biċċa l-kbira tas-sigħat, DK1 kellu prezz bl-ingrossa ugwali għal mill-anqas waħda miż-żoni tal-prezzijiet konnessi, li kien jappoġġa suq ġeografiku usa’ mid-Danimarka tal-Punent. Madankollu, tħalliet miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm suq ġeografiku usa’ mid-Danimarka tal-Punent. Fl-2019, il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż (23) indika li s-suq għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku kellu ambitu nazzjonali, iżda ħalla l-kwistjoni miftuħa dwar jekk għandhiex tiġi ddefinita definizzjoni ta’ suq ġeografiku usa’ u aktar dejqa. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-każijiet preċedenti li ġejjin: 1) id-Deċiżjoni M.8660 Fortum/Uniper li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet dwar l-eżistenza ta’ suq nazzjonali fl-Iżvezja, 2) id-Deċiżjoni M.3268 Sydkraft and Graninge li fiha l-Kummissjoni sabet li l-Iżvezja kienet tikkostitwixxi biss suq separat mill-Finlandja u mid-Danimarka f’numru insinifikanti ta’ sigħat, li indika li s-suq bl-ingrossa għall-elettriku kellu ambitu usa’ minn dak nazzjonali, u 3) id-Deċiżjoni VPP tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż li fiha sab indikazzjonijiet ta’ suq ġeografiku akbar minn DK1 minħabba żviluppi fis-suq għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fid-Danimarka. Il-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn id-Danimarka u l-pajjiżi ġirien ġiet estiża b’mod sinifikanti mill-2006. B’mod partikolari, l-interkonnetturi ta’ Skagerrak (man-Norveġja), Kontiskan (mal-Iżvezja) u Kontek (mal-Ġermanja) tqiegħdu fis-servizz jew ġew estiżi. Il-kejbil Cobra (man-Netherlands) ġie kkummissjonat fl-2019. Fid-Danimarka, il-Great Belt issa jgħaqqad id-Danimarka tal-Punent u tal-Lvant.

(33)

L-evidenza pprovduta mill-applikant (24) turi żieda fil-korrelazzjoni tal-prezzijiet bejn id-Danimarka tal-Lvant u tal-Punent, kif ukoll maż-żoni tal-prezzijiet ġirien tal-Iżvezja, tan-Norveġja u tal-Ġermanja (SE3, SE4, NO2 u DE). Pereżempju, DK1 kellha l-istess prezz bħal waħda miż-żoni l-oħrajn (DK2, SE3, SE4, NO2 u DE) għal 91,7 % fl-2013 u 96,3 % fl-2018; għad-DK2, iċ-ċifri kienu 97,8 % fl-2013 u 98,6 % fl-2018. Min-naħa l-oħra, is-sigħat li matulhom iż-żona DK1 kellha prezz differenti miż-żoni l-oħrajn naqsu minn 8,3 % għal 3,7 % mill-2013 sal-2018; għad-DK2, il-perċentwal naqas minn 2,2 % għal 1,4 %.

(34)

Skont Energinet, id-Danimarka għandha kapaċità kbira ħafna fuq l-interkonnetturi mal-pajjiżi ġirien tagħha, ekwivalenti għal madwar 90 % tad-domanda domestika massima tagħha. L-integrazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ġirien tad-Danimarka timplika li d-Danimarka għandha biss prezz tas-suq spot separat għall-elettriku f’madwar 10 % tal-ħin. Fil-bqija tal-ħin, il-prezz bl-ingrossa huwa komuni jew man-Norveġja, jew mal-Iżvezja jew mal-Ġermanja.

(35)

Fl-2019, il-konnessjoni internazzjonali bejn id-Danimarka tal-Lvant (DK2) u l-Ġermanja kellha kapaċità kummerċjali disponibbli ta’ 90 % tal-kapaċità totali tal-interkonnettur fid-direzzjoni tal-esportazzjoni, u ta’ 95 % fid-direzzjoni tal-importazzjoni. Il-konnessjonijiet barranin li jifdal kellhom kapaċità kummerċjali disponibbli fid-direzzjoni tal-esportazzjoni ta’ bejn 60 u 88 % tal-kapaċità totali tal-interkonnettur. Il-kapaċità kummerċjali kienet aktar baxxa bejn id-Danimarka tal-Punent (DK1) u n-Norveġja u l-Iżvezja fl-2019 meta mqabbla mal-2018. Min-naħa l-oħra, il-kapaċità kummerċjali mqabbla mal-Ġermanja kienet ogħla għaż-żewġ żoni tal-offerti Daniżi. Il-konnessjoni Cobra kellha kapaċità kummerċjali disponibbli fid-direzzjoni tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni ta’ 87 % tal-kapaċità totali tal-interkonnettur fl-2019.

(36)

Il-Kummissjoni tosserva l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet fuq l-ipprezzar fuq iż-żewġ żoni minn barra: DK1 għandu l-istess prezzijiet bħal żoni oħrajn f’89,3 % tas-sigħat, u DK2 għal 98,4 % tas-sigħat. Għal referenza, fil-paragrafu 28 tad-Deċiżjoni dwar il-fużjoni Fortum/Uniper, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-erba’ żoni tal-offerti Żvediżi kienu jifformaw suq ġeografiku wieħed minħabba li kellhom prezz komuni għal 89,7 % tas-sigħat. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, skont l-applikant, l-akbar erba’ atturi b’ishma tas-suq ogħla minn 10 % huma preżenti kemm f’DK1 kif ukoll f’DK2.

(37)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-suq ġeografiku rilevanti għall-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku, inklużi s-cPPAs, prodotta minn sorsi konvenzjonali kif ukoll minn dawk is-sorsi rinnovabbli li huma soġġetti għall-applikazzjoni jistgħu jitħallew miftuħa, jew fil-każ ta’ suq separat għal DK1 u DK2 jew fil-każ ta’ suq nazzjonali uniku Daniż.

3.2.3.   ANALIŻI TAS-SUQ

(38)

Il-kalkoli kollha tal-ishma tas-suq u l-indikazzjonijiet relatati mas-sehem tal-ġenerazzjoni tal-elettriku huma bbażati fuq input mill-applikant.

(39)

Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tqis bosta fatturi. Filwaqt li l-ishma tas-suq huma aspett importanti, jitqiesu wkoll il-pressjoni kompetittiva eżerċitata mill-ġeneraturi minn pajjiżi ġirien u n-numru ta’ offerenti f’offerti għall-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli.

(40)

Dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku u s-suq bl-ingrossa fid-Danimarka, bħalissa hemm tliet atturi ewlenin fis-suq soġġetti għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku skont id-Direttiva 2014/25/UE. Dawn huma Ørsted A/S (minn hawn ’il quddiem Ørsted) (50,1 % proprjetà tal-Istat Daniż), is-sussidjarja Daniża ta’ Vattenfall, Vattenfall AB) (minn hawn ’il quddiem Vattenfall) (100 % proprjetà tal-Istat Żvediż) u HOFOR Energiproduktion A/S (minn hawn ’il quddiem HOFOR), li hija proprjetà tal-muniċipalità ta’ Copenhagen.

(41)

Bħalissa hemm 18-il kumpanija Daniża jinnegozjaw f’Nord Pool. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-kumpaniji, bħal Danske Commodities u Centrica Energy Trading, ma humiex impriżi pubbliċi skont id-Direttiva 2014/25/UE.

(42)

Fl-2018 u fl-2019, is-sehem mis-suq ta’ Ørsted fuq is-suq ikkombinat ta’ DK1-DK2 (f’termini ta’ ġenerazzjoni) kien ta’ [20 sa 30] % u [10 sa 20] % rispettivament, is-sehem mis-suq ta’ Vattenfall kien ta’ [5 sa 10] % u [10 sa 20] % u s-sehem mis-suq ta’ HOFOR kien ta’ [0 sa 5] % u [0 sa 5] %. Il-kompetituri l-kbar ta’ dawn il-kumpaniji, li ma humiex koperti mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, huma Vindenergi Danmark ([40 sa 50] % u [40 sa 50] % tal-ishma mis-suq) u Energi Danimarka ([10 sa 20] % u [10 sa 20] %). L-ishma mis-suq fis-swieq ta’ DK1 u DK2 kienu ġeneralment fl-istess medda (Ørsted [20 sa 30] % f’DK1 u [10 sa 20] % f’DK2 fl-2018, [20 sa 30] % f’DK1 u [10 sa 20] % f’DK2 fl-2019, Vattenfall [5 sa 10] % f’DK1 u [0 sa 5] % f’DK2 fl-2018, [10 sa 20] % f’DK1 u [0 sa 5] % f’DK2 fl-2019, HOFOR [0 sa 5] % f’DK1 u [5 sa 10] % f’DK2 fl-2019). Jekk is-suq ġeografiku rilevanti jkun usa’ mid-Danimarka, dawn l-ishma mis-suq ikunu iżgħar.

(43)

L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet huma karatteristika sinifikanti ħafna tas-suq tal-elettriku Daniż. Fl-2018 u fl-2019, il-konsum tal-elettriku kien ta’ madwar 33,5 TWh. L-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 45,6 % tal-konsum totali fl-2018, filwaqt li l-produzzjoni nazzjonali kopriet 41 % tal-konsum fl-2018 u 48 % fl-2019. L-esportazzjonijiet huma sinifikanti wkoll, peress li kienu jammontaw għal 73 % u għal 62 % tal-produzzjoni tal-elettriku Daniża fl-2018 u fl-2019.

(44)

Dan juri l-kobor tal-integrazzjoni tas-suq tal-elettriku Daniż f’suq ġeografiku usa’ u, b’riżultat ta’ dan, il-pressjoni kompetittiva eżerċitata mill-ġeneraturi tal-elettriku minn, primarjament iżda mhux biss, pajjiżi ġirien fuq produtturi Daniżi permezz tal-interkonnetturi transfruntiera.

(45)

Fir-rigward tal-prezzijiet spot bl-ingrossa, il-prezzijiet Nordiċi huma stabbiliti fil-borża ta’ Nord Pool. Il-prezz medju fis-siegħa fis-suq spot għal DK1 u DK2 kien ta’ EUR 38,50 u EUR 39,84 MWh rispettivament fl-2019, li huwa tnaqqis ta’ 13 % fiż-żewġ żoni mill-2018. Il-prezz tas-sistema kien ta’ EUR 38,94/MWh fl-2019. Il-prezz tas-sistema Nordika huwa l-prezz spot fittizju li kien iseħħ kieku r-reġjun Nordiku kollu kien żona ta’ offerti waħda. DK1 ġeneralment ikollu prezzijiet aktar baxxi minn DK2 minħabba l-kapaċità ta’ turbini eoliċi relattivament kbar installati f’DK1, li jgħin sabiex jonqsu l-prezzijiet. Il-prezz spot medju fl-2019 kien ta’ EUR 39,28/MWh fin-Norveġja, EUR 37,68/MWh fil-Ġermanja u EUR 38,79/MWh fl-Iżvezja, simili ħafna għall-prezz f’DK1 u DK2.

(46)

Fid-Danimarka, madwar 6 fil-mija tal-elettriku jiġi nnegozjat fis-suq uniku Ewropew tal-istess ġurnata Xbid. Is-suq tal-istess ġurnata huwa bbażat fuq negozjar kontinwu b’negozjar li jsir pay-as-bid għall-kuntrarju tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, li huwa bbażat fuq l-irkant bi prezz tal-ikklerjar uniku. Is-suq tal-istess ġurnata jintuża sabiex jiġu aġġustati l-pjanijiet ta’ konsum u produzzjoni fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, ir-restawr tal-bilanċi tal-portafolji. Dan ifisser li l-prezz fis-suq tal-istess ġurnata għal kull siegħa jibda bil-prezz spot u mbagħad jogħla jew jinżel jekk ikun hemm avvenimenti mhux previsti matul il-perjodu ta’ negozjar. Il-prezz medju annwali għas-suq tal-istess ġurnata f’DK1 kien ta’ EUR 35,1/MWh fl-2019. F’DK2, dan kien ta’ EUR 36,7/MWh. Fl-2018, il-prezz medju f’DK1 kien ta’ EUR 40,4/MWh u f’DK2 kien EUR 41,9/MWh.

(47)

Kalkoli ulterjuri inklużi fl-applikazzjoni (25) juru li l-prezzijiet f’DK1 u f’DK2 huma l-istess bħal żona jew żoni oħrajn tal-prezzijiet ġirien fil-parti l-kbira taż-żmien. Fl-2018 u l-2019, il-prezzijiet f’DK1 kienu l-istess bħal f’żona oħra tal-ipprezzar tar-reġjun (DK2, SE3, SE4, NO2 u DE) 94,8 % u 96,3 % tal-ħin; il-prezzijiet f’DK2 kienu l-istess bħal f’żona oħra tal-ipprezzar tar-reġjun (DK1, SE3, SE4, NO2 u DE) 98,8 % u 98,6 % tal-ħin. Barra minn hekk, il-korrelazzjoni bejn iż-żewġ żoni Daniżi u s-sistema Nordika u l-prezz bl-ingrossa Ġermaniż hija pjuttost għolja u varjat bejn 64 % u 83 % matul il-perjodu tal-2017 u l-2018.

(48)

Id-Danimarka għandha kapaċità kbira ħafna fuq l-interkonnetturi mal-pajjiżi ġirien tagħha, ekwivalenti għal madwar 90 % tad-domanda domestika massima tagħha. L-integrazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ġirien tad-Danimarka timplika li d-Danimarka għandha biss prezz tas-suq spot separat għall-elettriku f’DK1 u DK2 f’madwar 10 % tal-ħin. Fil-bqija tal-ħin, il-prezz bl-ingrossa f’DK1 u DK2 huwa komuni jew man-Norveġja, jew mal-Iżvezja jew mal-Ġermanja.

(49)

Il-Kummissjoni tqis li dawn l-elementi juru konverġenza qawwija ħafna tal-prezzijiet tal-elettriku fid-Danimarka mal-prezzijiet fil-pajjiżi tar-reġjun Nordiku u fil-Ġermanja.

3.2.4.   KONKLUŻJONI

(50)

L-entitajiet kontraenti għandhom sehem mis-suq limitat fuq is-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-bejgħ bl-ingrossa fid-Danimarka soġġett għat-talba.

(51)

Il-livell għoli ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet tal-elettriku meta mqabbel mal-ġenerazzjoni tal-elettriku Daniża, flimkien mal-kapaċità ta’ interkonnessjoni mal-pajjiżi ġirien, juru li s-suq tal-elettriku u tal-bejgħ bl-ingrossa fid-Danimarka huwa fil-biċċa l-kbira integrat f’suq tranżnazzjonali usa’. Anke jekk is-suq ġeografiku ma huwiex neċessarjament tranżnazzjonali, l-importazzjonijiet tal-elettriku lejn id-Danimarka fi kwalunkwe każ jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku Daniżi matul numru sinifikanti ta’ sigħat kull sena.

(52)

Dan huwa kkonfermat ukoll mid-data pprovduta mill-applikant dwar il-prezzijiet bl-ingrossa, li turi li l-prezzijiet Daniżi huma simili ħafna għall-prezzijiet f’Nordpool kollha u l-prezzijiet fil-Ġermanja.

(53)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jiġi stabbilit jekk l-attivitajiet tal-ġenerazzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku humiex esposti għal tali livell ta’ kompetizzjoni (fis-swieq b’aċċess liberu) li jkun jiżgura li, anke fin-nuqqas tad-dixxiplina introdotta mir-regoli dettaljati dwar l-akkwisti stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati jitwettaq b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji li jippermettu lill-entità kontraenti tidentifika s-soluzzjoni li b’mod ġenerali tkun l-aktar waħda vantaġġuża ekonomikament.

(54)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-attività tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-bejgħ bl-ingrossa minn sorsi konvenzjonali u minn parks eoliċi fuq il-baħar soġġetti għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti fid-Danimarka hija esposta direttament għall-kompetizzjoni f’suq b’aċċess mhux ristrett, skont it-tifsira tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE.

4.   KONKLUŻJONI

(55)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, mill-premessi 11 sa 53 jirriżulta li l-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi konvenzjonali u minn parks eoliċi fuq il-baħar soġġetti għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti fid-Danimarka huma esposti għall-kompetizzjoni f’suq b’aċċess mhux ristrett, skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/25/UE ma tkomplix tapplika għal kuntratti intenzjonati sabiex jippermettu t-twettiq ta’ dik l-attività fid-Danimarka.

(56)

Id-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li tkompli tapplika għal kuntratti maħsuba sabiex jippermettu t-twettiq ta’ attivitajiet li huma speċifikament esklużi mit-talba.

(57)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022 kif tidher mill-informazzjoni li ġiet sottomessa mill-applikanti. Jekk il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE ma jibqgħux jiġu ssodisfati, wara bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali, din tista’ tiġi riveduta.

(58)

Jitfakkar li l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/23/UE (26) jipprevedi eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, għall-Istat Membru li fih ikunu se jitwettqu l-konċessjonijiet, ikun ġie stabbilit skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE li l-attività hija esposta direttament għall-kompetizzjoni f’konformità mal-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva. Billi ġie konkluż li l-attività tal-produzzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku soġġetta għat-talba hija esposta għall-kompetizzjoni f’suq b’aċċess mhux ristrett, il-kuntratti ta’ konċessjoni maħsubin sabiex jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet fid-Danimarka se jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE.

(59)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba sabiex jippermettu l-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi konvenzjonali u rinnovabbli fid-Danimarka, koperti mit-talba magħmula skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Thierry BRETON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 39).

(3)  Id-Direttiva 2014/25/UE, il-premessa 44.

(4)  Ibid.

(5)  Is-sentenza tas-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-463/14, Österreichische Post AG vs Il-Kummissjoni, EU:T:2016:243, il-punt 28 u l-premessa 44 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(6)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(7)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fid-Danimarka.

(8)  Ara p. 28 tal-applikazzjoni.

(9)  Il-Każ COMP/M.4110 — E.ON/ENDESA, tal-25.4.2006, il-paragrafu 10, p. 3.

(10)  Il-Każ COMP/M.3696 — E.ON/MOL, tal-21.1.2005, il-paragrafu 223, il-Każ COMP/M.5467 — RWE/ESSENT tat-23.6.2009, il-paragrafu 23.

(11)  Ara l-Każ M.8660 Fortum/Uniper tal-15 ta’ Ġunju 2018, il-paragrafu 18. Ara wkoll COMP/M.7927 – EPH/ENEL/SE, il-paragrafi 9-12; COMP/M.6984 – EPH/Stredoslovenska Energetika, il-paragrafu 15; M.3268 – Sydkraft/Graninge, il-paragrafi 19-20.

(12)  Ara l-Każ M.8660 Fortum/Uniper tal-15 ta’ Ġunju 2018, il-paragrafu 18. Ara wkoll COMP/M.7927 – EPH/ENEL/SE, il-paragrafi 9-12; COMP/M.6984 – EPH/Stredoslovenska Energetika, il-paragrafu 15; M.3268 – Sydkraft/Graninge, il-paragrafi 19-20.

(13)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 21, il-paragrafi 36-40.

(14)  ĠU L 271, 5.10.2012, p. 4, il-paragrafi 46-50.

(15)  ĠU L 12, 17.1.2018, p. 53, il-paragrafi 19-23.

(16)  Ara l-Każ M.8660 Fortum/Uniper tal-15 ta’ Ġunju 2018, il-paragrafu 18.

(17)  Ara l-Każijiet M.8660 Fortum/Uniper tal-15 ta’ Ġunju 2018, il-paragrafu 18, kif ukoll il-Każijiet COMP/M.7927 – EPH/ENEL/SE, il-paragrafi 9-12; COMP/M.6984 – EPH/Stredoslovenska Energetika, il-paragrafu 15; M.3268 – Sydkraft/Graninge, il-paragrafi 19-20.

(18)  Il-Każijiet SA.40305, SA.43751, SA.45974 u SA.57858.

(19)  Ara l-paragrafu 21 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/71 tat-12 ta' Diċembru 2017 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Netherlands mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 12, 17.1.2018, p. 53).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/353/KE tal-14 ta’ Marzu 2006 li tistqarr li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.3868 — Dong/Elsam/Energi E2) (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 24), il-paragrafi 258-260.

(21)  Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2018 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.40461 — DK/DE Interconnector) (ĠU C 58, 14.2.2019, p. 7), il-paragrafi 49-50.

(22)  Il-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż, DONG Energys anmodning om ophævelse af VPP tilsagn, 2014:

https://www.kfst.dk/media/13295/20140528-ikkefortrolig-afgoerelse-dong.pdf

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni Daniż tal-25 ta’ Ġunju 2019; https://www.kfst.dk/media/54483/20190625-fusion-se-eniig.pdf

(24)  Ara l-applikazzjoni, il-paragrafi 94 sa 97.

(25)  Ara l-paragrafu 95 tal-applikazzjoni.

(26)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).


8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/51


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1377

tal-4 ta’ Awwissu 2022

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta’ Franza

(notifikata bid-dokument C(2022) 5507)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi (1) li tinxtered, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li l-Istati Membri, jew il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (il-pajjiżi jew ir-reġjuni) iridu jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f’waħda minn tliet kategoriji kif ġej: riskju negliġibbli ta’ BSE, riskju kkontrollat ta’ BSE, u riskju indeterminat ta’ BSE.

(2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li jekk l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tqiegħed pajjiż applikant f’waħda mit-tliet kategoriji tal-BSE, tista’ tiġi deċiża valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tal-BSE fil-livell tal-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) telenka l-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom fil-Parti A, B jew C tal-Anness ta’ dak l-att. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni elenkati fil-Parti A ta’ dak l-Anness jitqiesu li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE, dawk elenkati fil-Parti B tiegħu jitqiesu li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE, filwaqt li l-Parti C ta’ dak l-Anness tipprovdi li pajjiżi jew reġjuni mhux elenkati fil-Parti A jew B jridu jitqiesu li għandhom riskju indeterminat ta’ BSE.

(4)

Bħalissa Franza taqa’ fil-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE taħt pajjiżi jew reġjuni b’riskju ikkontrollat ta’ BSE.

(5)

Fl-24 ta’ Mejju 2022, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 15 dwar “ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri” (3), bil-għan ta’ dħul fis-seħħ fis-27 ta’ Mejju 2022 Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet lil Franza bħala li għandha riskju negliġibbli ta’ BSE, f’konformità mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE. Wara valutazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li tirriżulta minn dik ir-Riżoluzzjoni tal-OIE Nu 15, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istatus ta’ BSE OIE ġdid ta’ Franza jenħtieġ li jiġi rifless fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE.

(6)

Għaldaqstant il-lista tal-pajjiżi jew ir-reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jenħtieġ li tiġi emendata b’tali mod li Franza tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness taħt il-pajjiżi jew ir-reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE.

(7)

Għalhekk jinħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  https://www.woah.org/app/uploads/2022/05/a-r15-2022-bse-final-1.pdf


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b’riskju negliġibbli tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Iċ-Ċekja

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

L-Irlanda

Spanja

Franza

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Reġjuni tal-Istati Membri  (*1)

L-Irlanda ta’ Fuq

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Il-Kanada

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Costa Rica

L-Indja

Iżrael

Il-Ġappun

Jersey

In-Namibja

New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Is-Serbja (*2)

Singapore

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

B.   Il-Pajjiżi jew reġjuni b’riskju tal-BSE kkontrollat

Stati Membri

Il-Greċja

Il-pajjiżi terzi

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t’Isfel

It-Tajwan

Ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq

C.   Il-pajjiżi jew reġjuni b’riskju indeterminat ta’BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-Partijiet A jew B.

.

(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness kwalunkwe referenza għall-Istati Membri tinkludi r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(*2)  Kif imsemmi fl-Artikolu 135 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16)..”


LINJI GWIDA

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/55


LINJA GWIDA (UE) 2022/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Lulju 2022

li temenda l-Linja Gwida 2008/596/KE dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (BĊE/2022/28)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1 u 30.6 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida 2008/596/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/5) (1) tirregola l-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, kif ukoll id-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu tali assi. Bħala riżultat tar-reviżjoni regolari ta’ dik il-Linja Gwida, huma meħtieġa diversi emendi għaliha.

(2)

L-ewwel nett, meta l-kontropartijiet ma jikkonformawx mal-liġijiet applikabbli fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u/jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u/jew ikunu involuti fil-ħasil tal-flus u/jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, il-BĊE għandu jkollu l-kapaċità li jittermina l-ftehimiet master dwar in-netting li jkun daħal fihom ma’ tali kontropartijiet mill-1 ta’ Awwissu 2022 jew li jkun daħal fihom il-BĊE qabel dik id-data u emendati warajh. Dan jirrifletti l-prattika attwali tal-BĊE fir-rigward tal-ftehimiet master l-oħra użati mill-BĊE. It-tieni nett, il-kontropartijiet fi tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta’ riżerva barranin tal-BĊE għandhom ikunu obbligati josservaw fuq bażi kontinwa kwalunkwe sanzjoni applikabbli imposta fil-livell tal-Unjoni Ewropea u/jew tan-Nazzjonijiet Uniti, jew imposta minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

(3)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jsiru diversi aġġustamenti oħra ta’ natura operattiva jew teknika.

(4)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida 2008/596/KE (BĊE/2008/5) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida 2008/596/KE (BĊE/2008/5) hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, it-tieni inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“‘Ġurisdizzjonijiet Ewropej’ tfisser il-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri kollha li adottaw l-euro skont it-Trattat, kif ukoll id-Danimarka, l-Iżvezja, l-Isvizzera, u l-Ingilterra u Wales.”;

2.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Operazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, operazzjonijniet ta’ xiri/bejgħ lura u bejgħ/xiri lura li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE, għandhom jiġu dokumentati bl-użu tal-ftehimiet standard li ġejjin fl-edizzjoni jew verżjoni indikata, jew f’kull edizzjoni jew verżjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE:

(a)

il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe waħda mill-ġurisdizzjonijiet Ewropej u skont il-liġijiet tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja;

(b)

Il-Ftehim Master ta’ Xiri mill-Ġdid tal-Assoċjazzjoni tas-Suq tal-Bonds (verżjoni ta’ Settembru 1996) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet federali jew statali tal-Istati Uniti; u

(c)

Il-Ftehim Master Globali ta’ Xiri mill-Ġdid tat-TBMA/ISMA (verżjoni tal-2000) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni minbarra dawk imniżżla fil-punti (a) jew (b).”;

3.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-ftehimiet standard li ġejjin fl-edizzjoni jew il-verżjoni indikata, jew fi kwalunkwe edizzjoni jew verżjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE:

(a)

Il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea;

(b)

Il-Ftehim Master tal-1992 tal-Assoċjazzjoni tal-Iswaps Internazzjonali u d-Derivattivi (Aktar minn valuta waħda — intra fruntieri, verżjoni tal-liġi ta’ New York) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġi federali jew statali tal-Istati Uniti; u

(c)

Il-Ftehim Master tal-1992 tal-Assoċjazzjoni tal-Iswaps Internazzjonali u d-Derivattivi (Aktar minn valuta waħda — intra fruntieri, verżjoni tal-liġi Ingliża) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni minbarra dawk imniżżla fil-punti (a) jew (b).”;

4.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Depożiti li jinvolvu l-assi ta’ riżervi barranin tal-BĊE ma’ kontropartijiet li: (i) huma eliġibbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u/jew 3 hawn fuq; u (ii) huma organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea ħlief l-Irlanda, għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004, jew kwalunkwe edizzjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE). F’każijiet li ma jaqgħux taħt il-punti (i) u (ii) hawn fuq, id-depożiti li jinvolvu l-assi ta’ riżervi barranin tal-BĊE għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-ftehim master dwar in-netting kif speċifikat fil-paragrafu 7 hawn taħt.”;

5.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Dokument bl-Ingliż fil-format stabbilit fl-Anness I (iktar ’il quddiem l-“Anness tal-BĊE”) għandu jiġi anness ma’ u jifforma parti integrali minn kull ftehim standard li permezz tiegħu jitwettqu operazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, xiri/bejgħ lura, bejgħ/xiri lura, self ta’ titoli, operazzjonijiet ta’ triparty repo jew ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE sakemm tali operazzjonijiet ma jitwettqux skont il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji.”;

6.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7, il-kliem introduttorju hu ssostitwit b’dan li ġej:

“7.   Ftehim master ta’ netting għandu jiġi konkluż mal-kontropartijiet kollha, ħlief mal-kontropartijiet: (i) li magħhom il-BĊE ffirma Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji; u (ii) li huma organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea, minbarra l-Irlanda, kif ġej:”;

7.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 9 li ġej huwa miżjud:

“9.   Il-ftehimiet master kollha konklużi mill-BĊE mill-1 ta’ Awwissu 2022 jew konklużi mill-BĊE qabel dik id-data u emendati wara dan għandu jkun fihom rappreżentazzjoni fuq bażi kontinwa minn kull kontroparti li: (a) il-kontroparti tkun f’konformità fl-aspetti materjali kollha mal-liġijiet applikabbli kollha (inklużi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti) relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; (b) il-kontroparti ma tkunx involuta fil-ħasil tal-flus u/jew fil-finanzjament tat-terroriżmu; u (c) il-kontroparti tikkonforma mal-miżuri restrittivi applikabbli kollha (komunement imsejħa “sanzjonijiet”) adottati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u/jew tan-Nazzjonijiet Uniti, jew imposti minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.”;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Awwissu 2022.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida 2008/596/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2008/5) (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 63).


ANNESS

L-Anness I għal-Linja Gwida 2008/596/KE (BĊE/2008/5) huwa sostitwit minn dan li ġej:

ANNESS BĊE

1.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom ikunu termini u kundizzjonijiet supplimentari li japplikaw għal [isem il-ftehim standard li għalih japplika dan l-Anness] datat [id-data tal-ftehim] (il-“Ftehim”) bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (il-“BĊE”) u [isem tal-kontroparti] (il-“Kontroparti”). Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom ikunu annessi ma’, inkorporati fi u jiffurmaw parti integrali mill-Ftehim. Jekk u sa fejn xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim (minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness) jew il-Ftehim Master tan-Netting tal-BĊE datat minn [data] (il-“Ftehim Master tan-Netting”) bejn il-BĊE u l-Kontroparti, inkluż kwalunkwe termini u kundizzjonijiet supplimentari, anness jew skeda mal-Ftehim, ikun fihom dispożizzjonijiet inkonsistenti ma’ jew bl-istess effett jew simili għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom jipprevalu u japplikaw minflok dawk id-dispożizzjonijiet.

2.

Ħlief kif meħtieġ mil-liġi jew regolament, il-Kontroparti taqbel li għandha żżomm kunfidenzjali, u taħt l-ebda ċirkostanza ma tiżvela lil parti terza, kwalunkwe informazzjoni jew parir fornuti mill-BĊE jew kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna l-BĊE miksuba mill-Kontroparti bħala riżultat li tkun parti mill-Ftehim, inkluż mingħajr limitazzjoni informazzjoni dwar l-eżistenza jew it-termini tal-Ftehim (inkluż dan l-Anness) jew ir-relazzjoni bejn il-Kontroparti u l-BĊE maħluqa b’dan, u lanqas il-Kontroparti m’għandha tuża l-isem tal-BĊE fi kwalunkwe reklamar jew materjal promozzjonali.

3.

Il-Kontroparti taqbel li tinnotifika lill-BĊE bil-miktub malajr kemm jista’ jkun raġonevoli dwar: (i) kwalunkwe konsolidazzjoni jew amalgamazzjoni ma’, jew għaqda ma’ jew fi, jew trasferiment tal-assi kollha tagħha jew sostanzjalment kollha lil, entità oħra; (ii) il-ħatra ta’ xi likwidatur, riċevitur, amministratur jew uffiċjal analogu jew il-bidu ta’ xi proċedura għall-istralċ jew riorganizzazzjoni tal-Kontroparti jew kwalunkwe proċedura analoga oħra; jew (iii) bidla fl-isem tal-Kontroparti.

4.

M’għandu jkun hemm ebda rinunzja mill-BĊE ta’ immunità minn kawżi jew ġurisdizzjoni ta’ xi qorti, jew kwalunkwe eżenzjoni kontra l-BĊE permezz ta’ inġunzjoni, ordni għal eżekuzzjoni speċifika jew għall-irkupru ta’ kwalunkwe proprjetà tal-BĊE jew sekwestru tal-assi tiegħu (kemm jekk qabel jew wara s-sentenza), f’kull każ sal-limitu massimu permess mil-liġi applikabbli.

5.

M’għandux japplika fir-rigward tal-BĊE xi avveniment ta’ inadempjenza jew dispożizzjoni oħra ta’ kwalunkwe tip li fiha ssir referenza għall-falliment, insolvenza jew avveniment ieħor analogu tal-BĊE.

6.

Il-Kontroparti taqbel li daħlet fil-Ftehim (inkluż dan l-Anness) bħala prinċipali u mhux bħala aġent għal kwalunkwe entità oħra u li għandha tidħol fit-tranżazzjonijiet kollha bħala prinċipali”.