|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1308
tas-26 ta' Lulju 2022
li jimplimenta Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 2016/44. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irreveda l-listi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrata għal persuna waħda, li mietet, jenħtieġ li titħassar u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għal żewġ persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
ANNESS
Fl-Anness III (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)) għar-Regolament (UE) 2016/44, il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:
|
(a) |
l-entrata 20 (dwar AL-WERFALLI, Mahmoud Mustafa Busayf) titħassar; |
|
(b) |
l-entrata 15 (dwar AL QADHAFI, Quren Salih) tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(c) |
l-entrata 22 (dwar PRIGOZHIN, Yevgeniy Viktorovich) tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1309
tas-26 ta’ Lulju 2022
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna u mis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 iddaħħlu 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw mill-pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dak l-Anness jinkludi l-ġeneru Malus Mill. |
|
(4) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2019, l-Ukrajna ressqet talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ salvaġġ ta’ bejn sena u tliet snin u pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li huma inattivi u bl-għeruq mikxufin. Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
|
(5) |
Fit-30 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica mill-Ukrajna (4). L-Awtorità identifikat il-Lopholeucaspis japonica, l-Eotetranychus prunicola, il-virus tar-ringspot tat-tabakk u l-Erwinia amylovora bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil. |
|
(6) |
L-Awtorità evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier għal-Lopholeucaspis japonica, l-Eotetranychus prunicola u l-virus tar-ringspot tat-tabakk u stmat il-probabbiltà tal-ħelsien tal-komodità minn dawk il-pesti. Fir-rigward tal-Erwinia amylovora, l-Awtorità evalwat jekk ir-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti speċifikati, elenkati fil-punt 9 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5), tal-pjanti Malus Mill., għajr il-frott u ż-żrieragħ, humiex issodisfati. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, ir-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin u ta’ pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna jitqies aċċettabbli, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-importazzjoni speċjali rispettivi stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u mar-rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti stabbiliti fil-punt 9 tal-Anness X tiegħu. |
|
(8) |
Il-Lopholeucapsis japonica u l-virus tar-ringspot tat-tabakk huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Erwinia amylovora hija elenkata bħala pest ta’ kwarantina f’żona protetta u bħala pest irregolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness III u fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rispettivament, u fil-punt 9 tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament huma stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tad-dħul u t-tixrid tal-pest fiż-żoni protetti speċifikati. |
|
(9) |
L-Eotetranychus prunicola għadha mhijiex inkluża fil-lista tal-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni. Madankollu, abbażi tal-evidenza pprovduta mill-Istati Membri, l-impatt ta’ dak il-pest fuq il-pjanti ospitanti tiegħu fl-Unjoni mhuwiex sinifikanti. Għaldaqstant, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest. |
|
(10) |
Għalhekk, jixraq li s-salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, u l-pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 (6) emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 billi jispeċifika li huwa pprojbit li tiġi introdotta fl-Unjoni l-Malus Mill., għajr il-pjanti ta’ sena sa sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi u mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja. Madankollu, permezz ta’ ommissjoni, dak ir-Regolament ma jispeċifikax li dawk il-pjanti għat-tħawwil jenħtieġ li jkunu mingħajr weraq, f’konformità mal-opinjoni xjentifika rilevanti tal-EFSA (7). Għalhekk, jenħtieġ li dik l-ommissjoni tiġi kkoreġuta. |
|
(12) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(13) |
Jenħtieġ li sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (8), l-importazzjoni ta’ salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, u ta’ pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna tissokta fl-iqsar żmien possibbli. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus domestica plants from Ukraine. EFSA Journal 2021;19(11):6909, 58 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6909.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 tat-30 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti tal-Malus domestica għat-tħawwil li joriġinaw mis-Serbja, u ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand (ĠU L 317, 1.10.2020, p. 1).
(7) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2020. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus domestica plants from Serbia. EFSA Journal 2020;18(5):6109, 53 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6109.
(8) Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (Ftehim SPS) (adottat fil-15 ta’ April 1994, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995; volum 1867 tal-UNTS, p. 493); L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, https://www.wto.org/english/tratop_e/sps_e/spsagr_e.htm.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “ Malus Mill., għajr pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, imlaqqmin tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
“ Malus Mill., għajr:
|
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1310
tas-26 ta’ Lulju 2022
li jagħti bidu għal investigazzjoni li tikkonċerna ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja minn importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija u kemm jekk le, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan u biex tagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija u kemm jekk le, soġġetti għal reġistrazzjoni. |
|
(2) |
It-talba tressqet fis-17 ta’ Ġunju 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar — “EUROFER” (“l-applikant”). |
B. PRODOTT
|
(3) |
Il-prodott ikkonċernat miċ-ċirkomvenzjoni possibbli huwa prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jinħadmux aktar wara li jiġu llaminati bis-sħana u bl-esklużjoni ta’ prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u bi ħxuna li taqbeż 10 mm, ikklassifikati fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 (2) taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12 u li joriġinaw mill-Indoneżja (“il-prodott ikkonċernat”). Dan huwa l-prodott li għalih japplikaw il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa. |
|
(4) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12, iżda kkonsenjat mit-Turkija, kemm jekk iddikjarat li joriġina mit-Turkija u kemm jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7219110010, 7219121010, 7219129010, 7219131010, 7219139010, 7219141010, 7219149010, 7219221010, 7219229010, 7219230010, 7219240010 7220110010, u 7220120010) (“il-prodott investigat”). |
C. MIŻURI EŻISTENTI
|
(5) |
Il-miżuri li huma fis-seħħ attwalment u li possibbilment qiegħed ikun hemm ċirkomvenzjoni tagħhom huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 (“il-miżuri eżistenti”). |
D. RAĠUNIJIET
|
(6) |
It-talba fiha provi biżżejjed li qiegħed ikun hemm ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat. |
|
(7) |
L-evidenza fit-talba turi dan li ġej. |
|
(8) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, seħħet bidla fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjonijiet mill-Indoneżja u mit-Turkija lejn l-Unjoni. Id-data pprovduta fit-talba wriet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet ta’ ċangaturi tal-azzar inossidabbli, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott investigat, mill-Indoneżja lejn it-Turkija u żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat mit-Turkija lejn l-Unjoni. |
|
(9) |
Jidher li din il-bidla ġejja mill-konsenja tal-prodott ikkonċernat li jgħaddi mit-Turkija fi triqtu lejn l-Unjoni wara li jiġi sottopost għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew ta’ tlestija fit-Turkija. L-evidenza provduta mill-applikant ixxaqleb lejn l-indikazzjoni li l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew tlestija bdew fiż-żmien tal-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping li wasslet għall-miżuri eżistenti, u li ma hemmx biżżejjed raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju għall-bidla apparenti fix-xejra tal-kummerċ. |
|
(10) |
Iċ-ċangaturi tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indoneżja jikkostitwixxu aktar minn 60 % tal-valur totali tal-prodott assemblat, u l-valur miżjud matul l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew ta’ tlestija huwa inqas minn 25 % tal-kost tal-manifattura. Barra minn hekk, l-applikant ippreżenta evidenza li xxaqleb lejn l-indikazzjoni li ma hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott investigat fit-Turkija, għajr permezz ta’ proċessar ulterjuri taċ-ċangaturi tal-azzar inossidabbli importati mill-Indoneżja. |
|
(11) |
Apparti minn hekk, l-evidenza tissuġġerixxi li minħabba dawn il-prattiki deskritti hawn fuq, l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Jidher li fis-suq tal-Unjoni daħlu volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li xxaqleb lejn l-indikazzjoni li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qegħdin isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. |
|
(12) |
Fl-aħħar nett, l-evidenza xxaqleb lejn l-indikazzjoni li l-prezzijiet tal-prodott investigat huma oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat. |
|
(13) |
Fl-eventwalità li l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dik imsemmija hawn fuq, jiġu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri dawn il-prattiki wkoll. |
E. PROĊEDURA
|
(14) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat soġġetti għal reġistrazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(15) |
Sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għal din l-investigazzjoni, jenħtieġ li l-partijiet interessati kollha jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. Jekk ikun meħtieġ, tista’ wkoll tintalab informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(16) |
L-awtoritajiet tat-Turkija u tal-Indoneżja se jiġu notifikati bil-bidu tal-investigazzjoni. |
(a) Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza
|
(17) |
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni li tkun soġġetta għal drittijiet tal-awtur ta’ terzi, il-partijiet interessati jridu jitolbu permess speċifiku mingħand id-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti espliċitament (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) li tingħata l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermetti li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom. |
|
(18) |
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittivi) (3). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistednin jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali. |
|
(19) |
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. |
|
(20) |
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfornix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta. |
|
(21) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. |
|
(22) |
Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jkollhom bżonn kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed jirreġistra u juża TRON.tdi jinsabu hawnhekk: https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf. |
|
(23) |
Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qegħdin jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. |
|
(24) |
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq. L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi Posta elettronika: TRADE-R778-SSHR-AC@ec.europa.eu |
(b) Ġbir ta’ informazzjoni u seduti ta’ smigħ
|
(25) |
Il-partijiet interessati kollha inkluż l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u kwalunkwe assoċjazzjoni rilevanti huma mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dment li dawn il-preżentazzjonijiet isiru sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 3(2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dment li jippreżentaw talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jenħtieġ li jinstemgħu. |
(c) Talbiet għal eżenzjonijiet
|
(26) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi ċirkomvenzjoni. |
|
(27) |
Peress li ċ-ċirkomvenzjoni possibbli sseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodott investigat fit-Turkija li jistgħu juru li mhumiex involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikolu 13, il-paragrafi (1) u (2) tar-Regolament bażiku. Jekk ikun hemm produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni, jenħtieġ li dawn jippreżentaw ruħhom sal-limitu ta’ żmien indikat fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament. Kopji tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi fl-Indoneżja, il-kwestjonarju tal-formola tat-talba għal eżenzjoni għall-produtturi esportaturi fit-Turkija u l-kwestjonarji għall-importaturi fl-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2621. Il-kwestjonarji għandhom jiġu ppreżentati sal-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. |
F. REĠISTRAZZJONI
|
(28) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk mill-investigazzjoni jirriżulta li tkun ikkonstatata ċirkomvenzjoni, ikun jista’ jiġi impost ammont xieraq ta’ dazji anti-dumping, li ma jaqbiżx id-dazju “għall-kumpaniji l-oħra kolla” fl-Indoneżja impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 (17,3 %), mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta’ tali l-importazzjonijiet. |
G. LIMITI TA’ ŻMIEN
|
(29) |
Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li jiġu ddikjarati l-limiti taż-żmien li fihom:
|
|
(30) |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-partijiet jippreżentaw lilhom infushom fil-limiti taż-żmien indikati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(31) |
Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni ma għandhiex titqies u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u, għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
I. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(34) |
L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
J. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(35) |
Ta’ min jinnota li kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(36) |
Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni hija disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/. |
K. UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(37) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għall-proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u ta’ terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment. |
|
(38) |
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fiż-żmien debitu. |
|
(39) |
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u bla dewmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta malajr kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti jiġu ppreżentati barra mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet li minħabba fihom dawn it-talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li debitament iqis l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni. |
|
(40) |
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ KUMMERĊ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qiegħda tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jinħadmux aktar wara li jiġu llaminati bis-sħana u bl-esklużjoni ta’ prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u bi ħxuna li taqbeż 10 mm, li bħalissa huma ikklassifikati taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12, ikkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija u kemm jekk le, (il-kodiċijiet TARIC 7219110010, 7219121010, 7219129010, 7219131010, 7219139010, 7219141010, 7219149010, 7219221010, 7219229010, 7219230010, 7219240010 7220110010, u 7220120010) humiex qegħdin jiċċirkomvenzjaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408.
Artikolu 2
1. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, it-talbiet għal eżenzjonijiet, jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta’ 37 jum. Għas-seduti dwar l-istadju tal-bidu tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26).
(3) Dokument “ Sensitive ” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
DEĊIŻJONIJIET
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1311
tas-17 ta’ Ġunju 2022
li tawtorizza l-l-ftuħ ta’ negozjati mar-Renju tan-Norveġja għall-emenda tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-qafas ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) (“il-Ftehim”) wera eżitu pożittiv ħafna, kif muri fit-tieni laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim, li saret f’Oslo fil-25 ta’ Novembru 2021. |
|
(2) |
L-Istati Membri jibbenefikaw minn kooperazzjoni amministrattiva aktar effettiva man-Norveġja jekk tali kooperazzjoni tissaħħaħ permezz ta’ żieda ta’ għodda ġodda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ segwitu tal-Eurofisc. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bejn l-Unjoni u ir-Renju tan-Norveġja bil-ħsieb għall-emendar tal-Ftehim. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni hija wkoll il-bażi għall-pożizzjonijiet li għandhomn jiġu adottati f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim għall-finijiet tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(5) tiegħu u f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stipulati fl-addendum għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ in-negozjati, f’isem l-Unjoni, mar-Renju tan-Norveġja sabiex jiġi emendat il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi tan-negozjati tal-Kunsill stipulati fl-addendum għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Kwistjonijiet ta’ Taxxa.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1312 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-20 ta’ Lulju 2022
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawk il-karigi għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028. |
|
(2) |
Ġie propost li l-mandati tas-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS, is-Sur Gerhard HESSE u s-Sur Tihamér TÓTH bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali jiġġeddu. |
|
(3) |
Is-Sa Elisabeth TICHY-FISSLBERGER ġiet proposta għall-ewwel mandat tagħha bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:
|
— |
Is-Sur Ioannis DIMITRAKOPOULOS, |
|
— |
Is-Sur Gerhard HESSE, |
|
— |
Is-Sa Elisabeth TICHY-FISSLBERGER, |
|
— |
Is-Sur Tihamér TÓTH. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2022.
Il-President
E. HRDÁ
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1313
tal-25 ta' Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b'reazzjoni għall-azzjonijiet kontinwi tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, il-Kunsill iqis li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2023.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1314
tas-26 ta' Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta' Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta' Lulju 2022. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu mġedda sal-31 ta' Lulju 2023. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2023 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277I, 2.8.2021, p. 16).
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1315
tas-26 ta' Lulju 2022
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrata għal persuna waħda, li mietet, jenħtieġ li titħassar u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal żewġ persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
ANNESS
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness IV (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:
|
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1316
tal-25 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali
(notifikata bid-dokument C(2022) 4341)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16f tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Achillea millefolium L., herba tista’ titqies bħala sustanza erbali, bħala preparazzjoni erbali jew bħala taħlita ta’ dawn bit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Għalhekk jixraq li l-Achillea millefolium L., herba tiddaħħal fil-lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2). |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE tal-21 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42).
ANNESS
L-Anness I u II għad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal qabel Calendula officinalis L: “Achillea millefolium L., herba (Ħaxixa tal-morliti)” |
|
(2) |
Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal qabel DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR CALENDULA OFFICINALIS L: “ DAĦLA FIL-LISTA TAL-UNJONI DWAR ACHILLEA MILLEFOLIUM L., HERBA Isem xjentifiku tal-pjanta Achillea millefolium L. Familja botanika Asteraceae Sustanza erbali Millefolii herba Isem komuni tas-sustanza erbali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
Preparazzjoni(jiet) erbali Sustanza erbali mitħuna Estratt niexef (DER 6-9:1), ilma ta’ solvent ta’ estrazzjoni Estratt niexef (DER 5-10:1), ilma ta’ solvent ta’ estrazzjoni Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea Ħaxixa tal-morliti - Millefolii herba (07/2014:1382) Indikazzjonijiet Indikazzjoni (1) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali użat biex jgħin kontra t-telf temporanju tal-aptit. Indikazzjoni (2) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatiku ta’ lmenti gastro-intestinali ħfief, spażmodiċi inkluż nefħa u gass. Indikazzjoni (3) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ spażmi żgħar assoċjati maċ-ċiklu mestrwali. Indikazzjoni (4) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għat-trattament ta’ ġrieħi żgħar superfiċjali. Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati msejsa esklużivament fuq użu fit-tul. Tip ta’ tradizzjoni Ewropea Dożaġġ speċifikat Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”. Pożoloġija speċifikata Adolexxenti, adulti u anzjani Doża singola Indikazzjonijiet (1) u (2) Te tal-ħxejjex: 1,5-4 g tas-sustanza erbali mitħuna f’150-250 ml ilma jagħli bħala infużjoni erbali 3-4 darbiet kuljum bejn l-ikliet. Doża ta’ kuljum: 4,5 sa 16 g Għall-indikazzjoni (1), il-preparazzjonijiet likwidi għandhom jittieħdu 30 minuta qabel l-ikliet. Indikazzjoni (2) Estratt niexef (DER 6-9:1), ilma ta’ solvent ta’ estrazzjoni: 334 mg estratt niexef 3-4 darbiet kuljum. Doża ta’ kuljum: 1,002–1,336 g Indikazzjoni (3) Te tal-ħxejjex: 1-2 g tas-sustanza erbali mitħuna f’250 ml ilma jagħli bħala infużjoni erbali 2-3 darbiet kuljum. Doża ta’ kuljum: 2-6 g Estratt niexef (DER 5-10:1), ilma ta’ solvent ta’ estrazzjoni: 250 mg estratt niexef 2-3 darbiet kuljum. Doża ta’ kuljum: 0,50-0,75 g Indikazzjoni (4) Sustanza erbali mitħuna għall-preparazzjoni tal-infużjoni għall-użu fuq il-ġilda: 3-4 g tas-sustanza erbali mitħuna f’250 ml ilma jagħli 2-3 darbiet kuljum. Doża ta’ kuljum: 6-12 g L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex irrakkomandat (ara t-taqsima “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”). Rotta ta’ amministrazzjoni Indikazzjonijiet (1), (2) u (3) Użu orali. Indikazzjoni (4) Użu fuq il-ġilda: għandha tiġi applikata bħala garża imxappa fuq il-parti affettwata. Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu Indikazzjonijiet (1) u (2) Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ġimagħtejn matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Indikazzjonijiet (3) u (4) Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ġimgħa matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-użu sikur Kontraindikazzjonijiet Ipersensittività għas-sustanzi attivi jew għal pjanti oħra tal-familja Asteraceae (Compositae). Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu L-użu fit-tfal ta’ taħt it-12-il sena għadu mhux stabbilit minħabba nuqqas ta’ data adegwata. Indikazzjonijiet (1), (2) u (3) Jekk is-sintomi jaggravaw matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Indikazzjoni (4) Jekk jiġu osservati sinjali ta’ infezzjoni tal-ġilda, għandu jintalab parir mediku. Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata. Fertilità, tqala u treddigħ Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u l-irdigħ. Fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u l-irdigħ mhuwiex irrakkomandat. L-ebda data dwar il-fertilità disponibbli. Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni. Effetti mhux mixtieqa Ġew irrapportati reazzjonijiet ipersensittivi tal-ġilda. Il-frekwenza mhijiex magħrufa. Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Doża eċċessiva Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva. Tagħrif farmaċewtiku Mhux applikabbli Effetti farmakoloġiċi jew effikaċja plawżibbli abbażi tal-użu fit-tul u tal-esperjenza. Mhux applikabbli.” |