ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
21 ta' Lulju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1273 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1274 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1275 tal-21 ta' Lulju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1276 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

11

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1277 tal-21 ta’ Lulju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

15

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1273

tal-21 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fil-21 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1272 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li permezz tagħha introduċa deroga ulterjuri mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati sabiex avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent jiġi evitat jew mitigat b’mod urġenti.

(3)

Fid-dawl tal-pożizzjoni determinata tal-Unjoni li tevita u tiġġieled l-insigurtà tal-ikel madwar id-dinja, u sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kanali ta’ pagament għal prodotti agrikoli, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1272 tintroduċi wkoll deroga mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-banek magħżula.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1272 tintroduċi wkoll deroga mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għall-istralċ ordnat ta’ operazzjonijiet, inkluż relazzjonijiet bankarji korrispondenti, ma’ bank wieħed magħżul.

(5)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, u minħabba l-kumplessità dejjem akbar tal-iskemi għall-evażjoni tas-sanzjonijiet, li jostakolaw tali implimentazzjoni, huwa neċessarju li persuni u entitajiet deżinjati b’assi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jiġu obbligati jirrappurtaw dawn l-assi u jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fil-verifika ta’ dan ir-rappurtar. Huwa xieraq ukoll li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ rappurtar għall-operaturi tal-Unjoni, bil-ħsieb tal-prevenzjoni tal-ksur u ċ-ċirkomvenzjoni tal-iffriżar tal-assi.In-nuqqas li jiġi rispettat dan l-obbligu jikkostitwixxi ċirkomvenzjoni tal-iffriżar tal-assi u jkun soġġett għal penali jekk il-kondizzjonijiet għal tali penali jiġu sodisfatti skont ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali applikabbli.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi applikat f’konformità mad-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll b’mod partikolari d-dover tal-avukati ta’ kunfidenzjalità lill-klijenti tagħhom.

(7)

Dawn l-emendi jaqgħu’ fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6b huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt in-numru tal-entrata 108 fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għat-terminazzjoni sat-22 ta’ Awwissu 2023, ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, inklużi relazzjonijiet bankarji korrispondenti, konklużi ma’ dik l-entità qabel il-21 ta’ Lulju 2022.”;

2b.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 108 fl-Anness I, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu meħtieġa għat-tlestija, sal-31 ta’ Ottubru 2022, ta’ bejgħ u trasferiment li jkun għaddej ta’ drittijiet proprjetarji li jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta’ dik l-entità lil persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fl-Unjoni."

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għall-bejgħ u t-trasferiment mill-31 ta’ Diċembru 2022, jew fi żmien 6 xhur mid-data tal-elenkar fl-Anness I, liema tkun l-aktar drittijiet ta’ proprjetà riċenti f’persuna, entità jew korp fiżiċi stabbiliti fl-Unjoni fejn dawk id-drittijiet ta’ proprjetà huma sjieda diretta jew indiretta ta’ persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness I; u,”;

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 6d

“1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li:

(a)

ir-rilaxx ta’ tali riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew tal-ambjent; kif ukoll

(b)

ir-rikavati li jirriżultaw mir-rilaxx ta’ tali riżorsi ekonomiċi jiġu ffriżati.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1, fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6e

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati taħt in-numri tal-entrata 53, 54, 55, 79, 80, 81, 82 u 108 fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-entitajiet skont dawk il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni ta’ prodotti agrikoli u alimentari, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1, fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”;

(3)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Minkejja r-regoli applikabbli dwar ir-rapportar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, entitajiet u korpi fiżiċi u ġuridiċi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2 jew informazzjoni miżmuma dwar fondi u riżorsi ekonomiċi fit-territorju tal-Unjoni li jappartjenu, huma sjieda, jinżammu jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I u li għadhom ma ġewx trattati bħala ffriżati mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi obbligati li jagħmlu dan, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrażmettu tali informazzjoni lill-Kummissjoni direttament jew permezz tal-Istat Membru; kif ukoll

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar u l-amministraturi tar-reġistri uffiċjali li fihom ikunu rreġistrati persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw informazzjoni, inkluż data personali, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni.

5.   Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jsir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) 2016/679 (*1) u (UE) 2018/1725 (*2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biss sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad- Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39). ”;"

(4)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Il-parteċipazzjoni b’mod konxju u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ipprojbita.

2.   Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I, għandhom:

(a)

jirrappurtaw qabel l-1 ta’ Settembru 2022 jew fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema jiġi l-aħħar, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu, huma l-proprjetà, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi; u

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b’kull mod.

3.   In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.

4.   L-Istat Membru kkonċernt għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bl-informazzjoni li jkun irċieva skont il-paragrafu 2(a).

5.   L-obbligu fil-paragrafu 2(a) ma għandux japplika sal-1 ta’ Jannar 2023 fir-rigward ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li jinsabu fi Stat Membru li kien stabbilixxa obbligu ta’ rapportar simili skont il-liġi nazzjonali qabel il-21 ta’ Lulju 2022.

6.   Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.

7.   Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u safejn ikun neċessarju biss għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is- sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1272 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 193, 21.7.2022).


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1274

tal-21 ta’ Lulju 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Ir-reġim Sirjan jipprovdi appoġġ, inkluż appoġġ militari, lill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu sitt individwi u entità waħda involuti fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien ma’ truppi Russi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1176.

Muhammad AL-SALTI (Muhamad AL-SALTI, Akram Muhammad AL-SALTI, Muhammad SALTI) - محمد السلطي, أكرم السلطي, أكرم محمد السلطي, محمد

Nazzjonalità: Sirjana

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-’’Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina’’

Sess: raġel

Muhammad AL-SALTI huwa l-Kap Kmandant tal-“Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina”, involut fir-reklutaġġ tal-Palestinjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1177.

Abu Hani SHAMMOUT (Abu Hani SHAMOUT, Abu SHAMMOUT, Hani SHAMMOUT) - أبو هاني شموط, أبو شموط, هاني شموط

Sess: raġel

Abu Hani SHAMMOUT huwa eks uffiċjal militari Sirjan u mexxej tal-fazzjoni ‘‘al-Ahdat al-Omariya’’, responsabbli, flimkien ma’ reklutaturi Russi, għar-reġistrazzjoni ta’ merċenarji Sirjani minn Yalda, Babila u Beit Sahem, fin-Nofsinhar ta’ Damasku, destinati li jiġġieldu għall-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Huwa ġie inkarigat direttament mill-Grupp Wagner biex jissorvelja r-reklutaġġ tal-veterani. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1178.

Nabeul AL-ABDULLAH (Nabel AL-ABDULLAH, Nabel AL-ABDALLAH, Nabel ABDALLAH, Nabel ABDULLAH) - نابل عبدالله, نابل العبدالله

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah

Sess: raġel

Nabeul AL-ABDULLAH huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah. Ilu jissorvelja r-reklutaġġ tal-merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1179.

Simon AL WAKIL (Simon WAKIL, Simon Al WAQIL, Simon WAQIL, Simon AL WAKEEL, Simon WAKEEL) - سيمون الوكيل, سيمون

Pożizzjoni: kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda

Sess: raġel

Simon AL WAKIL huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda (Hama). Huwa jikkollabora direttament mal-kmand tal-forzi Russi fis-Sirja, u huwa rilej attiv tal-operazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni biex wieħed jiġġieled fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1180.

Fawaz Mikhail GERGES - فواز ميخائيل جرجس

Pożizzjoni: negozjant, CEO ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services

Sess: raġel

Fawaz Mikhail Gerges huwa d-direttur ta’ Al Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar ta’ siti taż-żejt). Huwa responsabbli għar-reklutaġġ tal-merċenarji għall-benefiċċju tal-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1181.

Yasar Hussein IBRAHIM (Yassar Hussein IBRAHIM, Yassar IBRAHIM) - ياسر حسين ابراهيم

Nazzjonalità: Sirjana

Data tat-twelid: 9.4.1983

Post tat-twelid: Damasku

Sess: raġel

Yasar Hussein Ibrahim huwa l-koproprjetarju ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk Yasar Hussein Ibrahim huwa responsabbli biex jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“102.

Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd (aka “ISIS Hunters”) - شركة الصياد لخدمات الحراسة والحماية

Data tal-ħolqien: 2017

Kwartieri Ġenerali: AL Suqaylabiya (reġjun ta’ Hama)

Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd hija kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija, li topera bl-isem ‘‘ISIS Hunters’’, hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċinarji Sirjani għal-Libja u l-Ukrajna. Għalhekk, il-kumpannija hija responsabbli biex tappoġġa jew timplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022”


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1275

tal-21 ta' Lulju 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Il-Kunsill jibqa' mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn għaxar snin, il-kunflitt fis-Sirja għadu ferm 'il bogħod milli jintemm u r-reġim Sirjan qed ikompli jsegwi l-politika tiegħu ta' repressjoni. Barra minn hekk, ir-reġim Sirjan jipprovdi appoġġ, inkluż appoġġ militari, lill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jinżdiedu erba' persuni u entità waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni):

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“323.

Saleh AL-ABDULLAH

(صالح عبدالله )

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Safita, Tartous, Sirja

Pożizzjoni: Brigadier Ġeneral

Sess: raġel

Saleh AL-ABDULLAH huwa l-kmandant tas-16-il Brigata affiljata mal-kmand tal-forzi Russi fis-Sirja mill-2020. Qabel kien id-deputat tal-Brigadier Ġeneral Suhail al-Hassan, fil-25 Diviżjoni tal-Armata Sirjana. Huwa involut fir-reklutaġġ ta' membri fis-16-il Brigata biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja.

F'din il-kapaċità, Saleh AL-ABDULLAH huwa membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' ‘kurunell’ u l-ekwivalenti jew ogħla fil-kariga wara Mejju 2011.

21.7.2022

324.

Ahmed KHALIL KHALIL

(magħruf ukoll bħala Ahmed KHALIL)

(احمد خليل خليل)

Sess: raġel

Ahmed KHALIL KHALIL huwa l-koproprjetarju ta' Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta' merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna.

Għaldaqstant, Ahmed KHALIL KHALIL jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

325.

Nasser Deeb DEEB

(magħruf ukoll bħala Nasser Dhib, Nasser Dib, Nasser Deeb)

(ناصر ديب )

Sess: raġel

Nasser Deeb DEEB huwa l-koproprjetarju ta' Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, huwa wkoll koproprjetarju tal-kumpanija Ella Services flimkien ma' Khodr Ali Taher.

F'din il-kapaċità, Nasser Deeb DEEB jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

326.

Issam SHAMMOUT

(magħruf ukoll bħala Mohammed Issam Shammout, Mohamed Essam Shammout, Muhammad Issam Shammout, Muhammad Essam Shammout)

(محمد عصام شموط)

Data tat-twelid: 1971

Post tat-twelid: Damasku, Sirja

Sess: raġel

Issam SHAMMOUT huwa s-sid u l-president tal-bord tad-diretturi tal-linja tal-ajru ‘Cham Wings’ u l-kap ta' Shammout Group, attiv fis-setturi tal-karozzi, tal-azzar, tal-avjazzjoni, tat-trasportazzjoni tal-merkanzija, tal-kostruzzjoni, u tal-proprjetà immobbli.

F'din il-kapaċità, Issam SHAMMOUT huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja.

21.7.2022”

(2)

L-entrata li ġejja tinżdied mal-lista li tinsab fit-Taqsima B (Entitajiet):

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“82.

Sanad Protection and Security Services

(شركة سند للحرسات والخدمات الأمنية)

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Data tal-ħolqien: 22 ta' Ottubru 2017

Kwartieri Ġenerali: Damasku

Sanad Protection and Security Services hija kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta' merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għaldaqstant, il-kumpanija tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.

21.7.2022”


DEĊIŻJONIJIET

21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1276

tal-21 ta’ Lulju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Ir-reġim Sirjan jipprovdi appoġġ, inkluż appoġġ militari, għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li sitt individwi u entità waħda involuti fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mat-truppi Russi, jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

‘‘1176.

Muhammad AL-SALTI (Muhamad AL-SALTI, Akram Muhammad AL-SALTI, Muhammad SALTI) - محمد السلطي, أكرم السلطي, أكرم محمد السلطي, محمد

Nazzjonalità: Sirjana

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-’’Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina’’

Sess: raġel

Muhammad AL-SALTI huwa l-Kap Kmandant tal-“Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina”, involut fir-reklutaġġ tal-Palestinjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1177.

Abu Hani SHAMMOUT (Abu Hani SHAMOUT, Abu SHAMMOUT, Hani SHAMMOUT) - أبو هاني شموط, أبو شموط, هاني شموط

Sess: raġel

Abu Hani SHAMMOUT huwa eks uffiċjal militari Sirjan u mexxej tal-fazzjoni ‘‘al-Ahdat al-Omariya’’, responsabbli, flimkien ma’ reklutaturi Russi, għar-reġistrazzjoni ta’ merċenarji Sirjani minn Yalda, Babila u Beit Sahem, fin-Nofsinhar ta’ Damasku, destinati li jiġġieldu għall-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Huwa ġie inkarigat direttament mill-Grupp Wagner biex jissorvelja r-reklutaġġ tal-veterani. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1178.

Nabeul AL-ABDULLAH (Nabel AL-ABDULLAH, Nabel AL-ABDALLAH, Nabel ABDALLAH, Nabel ABDULLAH) - نابل عبدالله, نابل العبدالله

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah

Sess: raġel

Nabeul AL-ABDULLAH huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah. Ilu jissorvelja r-reklutaġġ tal-merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1179.

Simon AL WAKIL (Simon WAKIL, Simon Al WAQIL, Simon WAQIL, Simon AL WAKEEL, Simon WAKEEL) - سيمون الوكيل, سيمون

Pożizzjoni: kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda

Sess: raġel

Simon AL WAKIL huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda (Hama). Huwa jikkollabora direttament mal-kmand tal-forzi Russi fis-Sirja, u huwa rilej attiv tal-operazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni biex wieħed jiġġieled fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1180.

Fawaz Mikhail GERGES - فواز ميخائيل جرجس

Pożizzjoni: negozjant, CEO ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services

Sess: raġel

Fawaz Mikhail Gerges huwa d-direttur ta’ Al Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar ta’ siti taż-żejt). Huwa responsabbli għar-reklutaġġ tal-merċenarji għall-benefiċċju tal-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1181.

Yasar Hussein IBRAHIM (Yassar Hussein IBRAHIM, Yassar IBRAHIM) - ياسر حسين ابراهيم

Nazzjonalità: Sirjana

Data tat-twelid: 9.4.1983

Post tat-twelid: Damasku

Sess: raġel

Yasar Hussein Ibrahim huwa l-koproprjetarju ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk Yasar Hussein Ibrahim huwa responsabbli biex jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022’’

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“102.

Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd (aka “ISIS Hunters”) - شركة الصياد لخدمات الحراسة والحماية

Data tal-ħolqien: 2017

Kwartieri Ġenerali: AL Suqaylabiya (reġjun ta’ Hama)

Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd hija kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija, li topera bl-isem ‘‘ISIS Hunters’’, hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċinarji Sirjani għal-Libja u l-Ukrajna. Għalhekk, il-kumpannija hija responsabbli biex tappoġġa jew timplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022”


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1277

tal-21 ta’ Lulju 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Il-Kunsill jibqa’ mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn għaxar snin, il-kunflitt fis-Sirja għadu ‘l bogħod milli jintemm u r-reġim Sirjan qed ikompli jsegwi l-politika tiegħu ta’ repressjoni. Barra minn hekk, ir-reġim Sirjan jipprovdi appoġġ, inkluż appoġġ militari, lill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.

(3)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li erba’ persuni u entità waħda jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni):

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“323.

Saleh AL-ABDULLAH

(صالح عبدالله )

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Safita, Tartous, Sirja

Pożizzjoni: Brigadier Ġeneral

Sess: raġel

Saleh AL-ABDULLAH huwa l-kmandant tas-16-il Brigata affiljata mal-kmand tal-forzi Russi fis-Sirja mill-2020. Qabel kien id-deputat tal-Brigadier Ġeneral Suhail al-Hassan, fil-25 Diviżjoni tal-Armata Sirjana. Huwa involut fir-reklutaġġ ta’ membri fis-16-il Brigata biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja.

F’din il-kapaċità, Saleh AL-ABDULLAH huwa membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ “kurunell” u l-ekwivalenti jew ogħla fil-kariga wara Mejju 2011.

21.7.2022

324.

Ahmed KHALIL KHALIL

(magħruf ukoll bħala Ahmed KHALIL)

(احمد خليل خليل)

Sess: raġel

Ahmed KHALIL KHALIL huwa l-koproprjetarju ta’ Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna.

Għaldaqstant, Ahmed KHALIL KHALIL jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

325.

Nasser Deeb DEEB

(magħruf ukoll bħala Nasser Dhib, Nasser Dib, Nasser Deeb)

(ناصر ديب )

Sess: raġel

Nasser Deeb DEEB huwa l-koproprjetarju ta’ Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, huwa wkoll koproprjetarju tal-kumpanija Ella Services flimkien ma’ Khodr Ali Taher.

F’din il-kapaċità, Nasser Deeb DEEB jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

326.

Issam SHAMMOUT

(magħruf ukoll bħala Mohammed Issam Shammout, Mohamed Essam Shammout, Muhammad Issam Shammout, Muhammad Essam Shammout)

(محمد عصام شموط)

Data tat-twelid: 1971

Post tat-twelid: Damasku, Sirja

Sess: raġel

Issam SHAMMOUT huwa s-sid u l-president tal-bord tad-diretturi tal-linja tal-ajru “Cham Wings” u l-kap ta’ Shammout Group, attiv fis-setturi tal-karozzi, tal-azzar, tal-avjazzjoni, tat-trasportazzjoni tal-merkanzija, tal-kostruzzjoni, u tal-proprjetà immobbli.

F’din il-kapaċità, Issam SHAMMOUT huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja.

21.7.2022”

(2)

L-entrata li ġejja tinżdied mal-lista li tinsab fit-Taqsima B (Entitajiet):

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“82.

Sanad Protection and Security Services

(شركة سند للحرسات والخدمات الأمنية)

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Data tal-ħolqien: 22 ta’ Ottubru 2017

Kwartieri Ġenerali: Damasku

Sanad Protection and Security Services hija kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għaldaqstant, il-kumpanija tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.

21.7.2022”