ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
21 ta' Lulju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1264 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fludiossonil f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1265 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi miżuri kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus Rose Rosette fit-territorju tal-Unjoni

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1266 tal-20 ta’ Lulju 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

21

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 051/22/COL tas-16 ta’ Frar 2022 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022–2027 (l-Iżlanda) [2022/1268]

23

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/892 tal-1 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( ĠU L 155, 8.6.2022 )

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1264

tal-20 ta’ Lulju 2022

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fludiossonil f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-fludiossonil ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Tressqet applikazzjoni għat-tolleranzi għall-importazzjoni skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-fludiossonil użat fuq l-għeruq tal-pitravi taz-zokkor fl-Istati Uniti, u fuq il-banana fil-Gwatemala, il-Honduras u l-Kolombja. L-applikant jiddikjara li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq dawk l-għelejjel f’dawk il-pajjiżi jwassal biex il-livelli tar-residwi jkunu ogħla mill-MRLs previsti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li huma meħtieġa MRLs aktar għoljin biex ma jkunx hemm ostakoli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta’ evalwazzjoni tressaq lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (2). Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha rigward il-kompletezza tas-sottomissjoni tad-data u li l-modifiki lill-MRLs mitluba mill-applikant kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp Ewropew speċifiku tal-konsumaturi. B’din il-konklużjoni, l-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanza. L-esponiment tul il-ħajja għas-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom din is-sustanza wera li ma hemm l-ebda riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-istabbiliment ta’ doża akuta ta’ referenza mhuwiex meħtieġ minħabba l-profil baxx tat-tossiċità akuta tas-sustanza.

(6)

Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki proposti lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Reasoned opinion on the setting of import tolerances for fludioxonil in sugar beet roots and bananas. EFSA Journal 2021;19(11):6919. Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-fludiossonil hija sostitwita b’dan li ġej:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

In-numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Fludiossonil (R) (F)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

10

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

0,01  (*1)

0120020

Ġewż tal-Brażil

0,01  (*1)

0120030

Ġewż tal-anakardju

0,01  (*1)

0120040

Qastan

0,01  (*1)

0120050

Ġewż tal-Indi

0,01  (*1)

0120060

Ġellewż/ġellewż Ewropew

0,01  (*1)

0120070

Macadamia

0,01  (*1)

0120080

Ġewż Amerikan

0,01  (*1)

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

0,01  (*1)

0120100

Pistaċċi

0,2

0120110

Ġewż

0,01  (*1)

0120990

Oħrajn

0,01  (*1)

0130000

Pomu

5

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

5

0140020

Ċiras (ħelu)

5

0140030

Ħawħ

10

0140040

Għanbaqar

5

0140990

Oħrajn

0,01  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

5

0151020

Għeneb għall-inbid

4

0152000

(b)

frawli

4

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

5

0153010

Tut

 

0153020

Ċawsli iswed [Dewberries]

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

frott żgħir ieħor u berries

 

0154010

Mirtill

4

0154020

Cranberries

4

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

4

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

4

0154050

Warda skoċċiża

0,01  (*1)

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,01  (*1)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,01  (*1)

0154080

Frott tas-sebuqa

4

0154990

Oħrajn

0,01  (*1)

0160000

Frott - diversi bi

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

0,01  (*1)

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Jambolan

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

15

0162020

Liċċi

0,01  (*1)

0162030

Frotta tal-passjoni

0,01  (*1)

0162040

Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus

0,01  (*1)

0162050

Tuffieħ stilla

0,01  (*1)

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

0,01  (*1)

0162990

Oħrajn

0,01  (*1)

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbar

 

0163010

Avokado

1,5

0163020

Banana

2

0163030

Mango

2

0163040

Papaja

0,01  (*1)

0163050

Rummien

3

0163060

Ċerimoja

0,01  (*1)

0163070

Gwava

0,5

0163080

Ananas

7

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,01  (*1)

0163100

Durjan

0,01  (*1)

0163110

Il-frotta tal-annona

0,01  (*1)

0163990

Oħrajn

0,01  (*1)

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

0211000

(a)

patata

5

0212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

0,01  (*1)

0212020

Patata ħelwa

10

0212030

Jammijiet

10

0212040

Ararut

0,01  (*1)

0212990

Oħrajn

0,01  (*1)

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

1

0213020

Zunnarija

1

0213030

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

0,2

0213040

Għerq tal-mustarda

1

0213050

Artiċokks

0,01  (*1)

0213060

Zunnarija bajda

1

0213070

Tursin tuberuż

1

0213080

Ravanell

0,3

0213090

Sassefrika

1

0213100

Swedes

0,01  (*1)

0213110

Kromb

0,01  (*1)

0213990

Oħrajn

0,01  (*1)

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,5

0220020

Basal

0,5

0220030

Xalotti

0,5

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

5

0220990

Oħrajn

0,5

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

3

0231020

Bżar ħelu (kapsikum)

1

0231030

Brunġiel

0,4

0231040

Okra

0,01  (*1)

0231990

Oħrajn

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra kommestibbli

0,4

0232010

Ħjar

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

0232030

Qargħabagħli

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

0,3

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qargħa aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

qamħirrum

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li twarrad

 

0241010

Brokkli

0,7

0241020

Pastard

0,01  (*1)

0241990

Oħrajn

0,01  (*1)

0242000

(b)

brassika bir-ras

 

0242010

Brussels sprouts

0,01  (*1)

0242020

Kaboċċa bir-ras

2

0242990

Oħrajn

0,01  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

10

0243020

Kale

0,01  (*1)

0243990

Oħrajn

0,01  (*1)

0244000

(d)

ġdur

0,01  (*1)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

20

0251020

Ħass

40

0251030

Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

20

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

20

0251050

Krexxuni tal-art

20

0251060

Aruka

20

0251070

Mustarda ħamra

20

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' brassika)

20

0251990

Oħrajn

20

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

30

0252020

Burdlieq

20

0252030

Weraq tal-pitravi

20

0252990

Oħrajn

20

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

10

0255000

(e)

ċikwejra

0,02

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

20

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri tiegħu li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stragun

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bil-miżwed)

1

0260020

Fażola (bla miżwed)

0,4

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

1

0260040

Piżelli (bla miżwed)

0,3

0260050

Għads

0,05

0260990

Oħrajn

0,01  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Asparagu

0,01  (*1)

0270020

Kardun

0,01  (*1)

0270030

Krafes

1,5

0270040

Bużbież ta' Firenze

1,5

0270050

Qaqoċċ

0,01  (*1)

0270060

Kurrat

0,01  (*1)

0270070

Rabarbru

0,7

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,01  (*1)

0270090

Qlub tal-palm

0,01  (*1)

0270990

Oħrajn

0,01  (*1)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

 

0300010

Fażola

0,5

0300020

Għads

0,4

0300030

Piżelli

0,4

0300040

Lupini

0,4

0300990

Oħrajn

0,4

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ żejtnija

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,3

0401020

Karawett

0,01  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,3

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-kolza

0,3

0401070

Fażola tas-sojja

0,2

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,3

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,01  (*1)

0401100

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,3

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,3

0401140

Qannebusa

0,3

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloż oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,05  (*1)

0620000

Żrieragħ tal-kafè

0,05  (*1)

0630000

Infusjonijiet erbali minn

 

0631000

(a)

fjuri

0,05  (*1)

0631010

Kamomilla

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

0,05  (*1)

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

1

0633020

Ġinseng

4

0633990

Oħrajn

1

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

0,05  (*1)

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05  (*1)

0650000

Grupp Ħarrub

0,05  (*1)

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda/kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

1

0840020

Ġinġer

 

0840030

Żagħfran tal-Indja

1

0840040

Għerq tal-mustarda

 

0840990

Oħrajn

1

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Pitravi taz-zokkor

4

0900020

Kannamieli

0,01  (*1)

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

0,01  (*1)

0900990

Oħrajn

0,01  (*1)

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TAL-ART

 

1010000

Tessuti minn

 

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,02

1011020

Tessut xaħmi

0,02

1011030

Fwied

0,1

1011040

Kliewi

0,1

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1011990

Oħrajn

0,02

1012000

(b)

bovini

 

1012010

Muskoli

0,02

1012020

Tessut xaħmi

0,02

1012030

Fwied

0,1

1012040

Kliewi

0,1

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1012990

Oħrajn

0,02

1013000

(c)

ngħaġ

 

1013010

Muskoli

0,02

1013020

Tessut xaħmi

0,02

1013030

Fwied

0,1

1013040

Kliewi

0,1

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1013990

Oħrajn

0,02

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,02

1014020

Tessut xaħmi

0,02

1014030

Fwied

0,1

1014040

Kliewi

0,1

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1014990

Oħrajn

0,02

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskoli

0,02

1015020

Tessut xaħmi

0,02

1015030

Fwied

0,1

1015040

Kliewi

0,1

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1015990

Oħrajn

0,02

1016000

(f)

pollam

 

1016010

Muskoli

0,01  (*1)

1016020

Tessut xaħmi

0,01  (*1)

1016030

Fwied

0,1

1016040

Kliewi

0,1

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1016990

Oħrajn

0,01  (*1)

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn imrobbijin

 

1017010

Muskoli

0,02

1017020

Tessut xaħmi

0,02

1017030

Fwied

0,1

1017040

Kliewi

0,1

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1017990

Oħrajn

0,02

1020000

Ħalib

0,04

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tat-tjur

0,02

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,02

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Fludiossonil (R) (F)

(R)

Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: Fludiossonil - kodiċi 1000000 għajr 1040000 : l-ammont totali ta' fludiossonil u l-metaboliti tiegħu ossidizzati għall-metabolit 2,2-difluworo-benżo[1,3]diossol-4 aċidu karbossiliku, espress bħala fludiossonil

(F)

Solubbli fix-xaħam”


(*1)  Jindika l-limitu l-aktar baxx tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1265

tal-20 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi miżuri kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus Rose Rosette fit-territorju tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1),

Billi:

(1)

Il-virus tar-Rose Rosette (“il-pest speċifikat”) u l-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus bħalissa mhumiex elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II, u lanqas bħala pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2). Il-pest speċifikat u l-vettur tiegħu mhumiex magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

L-analiżi tar-riskju fitosanitarju mwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) (3) fl-2018, uriet li l-pest speċifikat u l-effetti ta’ ħsara tiegħu jistgħu jkunu ta’ tħassib sinifikanti għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-produzzjoni tat-tipi kollha ta’ ward.

(3)

Minħabba t-tħassib sinifikanti għas-saħħa tal-pjanti kkawżat mill-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1739 (4), li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti, għajr żrieragħ, ta’ Rosa spp. (“il-pjanti speċifikati”) li joriġinaw minn pajjiżi terzi, fejn ikun magħruf li jeżisti l-pest speċifikat (il-Kanada, l-Indja u l-Istati Uniti), kif ukoll għal kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fl-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni. Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tipprevedi projbizzjoni għall-introduzzjoni tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, sottomissjoni immedjata ta’ informazzjoni dwar il-preżenza suspettata tal-pest speċifikat u tal-vettur speċifikat tiegħu fl-Unjoni u regoli għal stħarriġiet dwar il-preżenza tiegħu fit-territorju tal-Unjoni.

(4)

Mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, ma ġiet irrapportata l-ebda interċettazzjoni tal-pjanti speċifikati infettati, matul l-introduzzjoni jew il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, il-pest speċifikat kompla jinfirex fil-Kanada, fl-Indja u fl-Istati Uniti.

(5)

Il-konklużjonijiet tal-analiżi tal-EPPO għadhom validi sal-lum. Dik l-analiżi indikat li l-probabbiltà ta’ dħul u stabbiliment tal-pest speċifikat, tad-daqs tat-tixrid u tal-impatt tiegħu fl-Unjoni, u tar-riskju fitosanitarju għat-territorju tal-Unjoni hija meqjusa bħala għolja.

(6)

Barra minn hekk, it-tħassib dwar is-saħħa tal-pjanti indikat fl-analiżi tal-EPPO żdied mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1739, minħabba li l-pjanti speċifikati huma importati fl-Unjoni f’volumi dejjem aktar għoljin minn pajjiżi terzi fejn il-preżenza tal-pest speċifikat qed tespandi.

(7)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pest speċifikat jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 fl-Anness I, tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(8)

Abbażi ta’ dawk il-fatti, huwa stmat li hemm periklu imminenti għad-dħul u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-pest speċifikat, sakemm il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1739, li japplikaw sal-31 ta’ Lulju 2022 u li wrew li huma effettivi fil-prevenzjoni tad-dħul tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, ma jinżammux.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu previsti dawk il-miżuri f’dan ir-Regolament li jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2022 biex tiġi żgurata protezzjoni kontinwa tat-territorju tal-Unjoni mill-pest speċifikat.

(10)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sal-31 ta’ Lulju 2024. Tali perjodu ta’ applikazzjoni huwa meħtieġ għal valutazzjoni tar-riskju sħiħa sabiex jiġi ddeterminat l-istatus tal-pest speċifikat.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pest speċifikat” tfisser il-Virus Rose Rosette;

(b)

“pjanti speċifikati” tfisser pjanti, għajr żrieragħ, ta’ Rosa spp. li joriġinaw fil-Kanada, fl-Indja jew fl-Istati Uniti;

(c)

“vettur speċifikat” tfisser Phyllocoptes fructiphilus.

Artikolu 2

Projbizzjoni dwar il-pest speċifikat

Il-pest speċifikat ma għandux jiġi introdott, imċaqlaq, miżmum, immultiplikat jew rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 3

Informazzjoni dwar il-preżenza suspettata tal-pest speċifikat jew tal-vettur speċifikat tiegħu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna fit-territorju tal-Unjoni f’pussess tagħha jkollha pjanti li jistgħu jkunu infettati bil-pest speċifikat jew bil-vettur speċifikat tiegħu, tiġi avżata minnufih bil-preżenza jew bil-preżenza suspettata tal-pest speċifikat jew tal-vettur speċifikat tiegħu, bil-konsegwenzi u r-riskji possibbli u dwar il-miżuri rispettivi li jridu jittieħdu.

Artikolu 4

Stħarriġiet

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat u għall-vettur speċifikat tiegħu fuq il-pjanti ospitanti fit-territorju tagħhom.

Dawn l-istħarriġiet għandhom jinkludu kampjunar u ttestjar u għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajbin fir-rigward tal-possibbiltà li jinstabu l-pest speċifikat u l-vettur speċifikat.

Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-istħarriġiet li twettqu fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni

1.   Il-pjanti speċifikati għandhom jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, stqarrija uffiċjali li jkun fiha waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-pjanti speċifikati ġew prodotti f’żona ħielsa mill-pest speċifikat, irreġistrata u ssorveljata mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-pajjiż terz ta’ oriġini, bl-indikazzjoni tal-isem taż-żona taħt l-intestatura “Post tal-oriġini”;

(b)

fil-każ tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil, li:

(i)

ġew prodotti f’post tal-produzzjoni fejn la s-sintomi tal-pest speċifikat u lanqas tal-vettur speċifikat ma ġew osservati waqt spezzjonijiet uffiċjali mill-bidu tal-aħħar staġun ta’ tkabbir, u

(ii)

ġew ikkampjunati u ttestjati għall-pest speċifikat qabel l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u, abbażi ta’ dawk it-testijiet, instabu li huma ħielsa minnu;

(c)

fil-każ tal-pjanti speċifikati, għajr il-pjanti għat-tħawwil, li:

(i)

ġew prodotti f’post tal-produzzjoni fejn la s-sintomi tal-pest speċifikat u lanqas tal-vettur speċifikat ma ġew osservati waqt spezzjonijiet uffiċjali mill-bidu tal-aħħar staġun ta’ tkabbir; u

(ii)

ġew spezzjonati u, f’każ tal-preżenza tal-vettur speċifikat jew tas-sintomi tal-pest speċifikat, ikunu ttieħdu kampjuni minnhom u ġew ittestjati qabel l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u abbażi ta’ dawk it-testijiet instabu li huma ħielsa mill-pest speċifikat;

(d)

fil-każ tal-pjanti speċifikati f’kultura tat-tessuti li ma joriġinawx f’żona ħielsa mill-pest speċifikat, ġew prodotti minn pjanti omm li ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat.

2.   Il-pjanti speċifikati għandhom jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni biss jekk jiġu mmanipulati, ippakkjati u ttrasportati b’mod li jimpedixxi l-infestazzjoni mill-vettur speċifikat.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  EPPO (2018) Pest risk analysis for Rose rosette virus and its vector Phyllocoptes fructiphilus. EPPO, Pariġi. Disponibbli fuq https://gd.eppo.int/taxon/RRV000/documents.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1739 tas-16 ta’ Ottubru 2019 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus Rose Rosette fl-Unjoni (ĠU L 265, 18.10.2019, p. 12).


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1266

tal-20 ta’ Lulju 2022

dwar l-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”.

(4)

L-applikant talab li l-addittiv jiġi awtorizzat ukoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għaldaqstant, l-użu tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 fl-ilma tax-xorb jenħtieġ li ma jkunx permess.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv mhux tossiku meta jinġibed man-nifs, mhux irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn u mhux sensitizzatur dermali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-glutamat tal-monosodju huwa effikaċi biex jikkontribwixxi għat-togħma tal-għalf. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż dan il-kontenut, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni.

(8)

Il-fatt li l-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187 mhuwiex awtorizzat biex jintuża bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost li jingħata mal-ilma.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2021;19(12):6982.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b621i

Glutamat tal-monosodju

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Glutamat tal-monosodju

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

L-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80187

Purità: ≥ 99 %

Formula kimika:

C5H8NaNO4 •H2O

Numru CAS: 6106-04-03

Numru EINECS: 205-538-1

Metodu analitiku  (1):

 

Għall-identifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

Il-Codex tal-Kimiki tal-Ikel “Monografija tal-L-glutamat tal-monosodju”

 

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

 

Għall-kwantifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fit-taħlitiet lesti minn qabel:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F) (2)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

10.8.2032


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1267

tal-20 ta’ Lulju 2022

li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Wieħed mill-objettivi tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni huwa li jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq fl-attivitajiet tagħhom billi jikkontribwixxu għat-titjib tal-kapaċità tal-laboratorji għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma’ kategorija ta’ prodotti. Il-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw b’mod partikolari li l-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jiġu deżinjati fejn ikun hemm skarsezzi tal-kapaċità tal-ittestjar laboratorju.

(2)

Biex tkun evitata skarsezza ta’ kapaċità laboratorja, jenħtieġ jingħata aċċess wiesa’ għad-deżinjazzjoni. Biex jingħata dan l-aċċess u tkun żgurata t-trasparenza fil-proċess li jwassal għad-deżinjazzjoni, jenħtieġ li jiġi ddeterminat liema faċilitajiet tal-ittestjar pubbliku tal-Istati Membri jridu jiġu deżinjati bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni wara sejħiet għal espressjoni ta’ interess.

(3)

Id-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Kummissjoni bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jenħtieġ li ssir b’appuntar dirett mill-Kummissjoni.

(4)

Minħabba l-għadd kbir ta’ kategoriji ta’ prodotti u ta’ riskji speċifiċi relatati ma’ kategorija ta’ prodotti, jenħtieġ li jiġi kkonsultat in-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 biex tkun żgurata l-prijoritizzazzjoni korretta ta’ dawn il-kategoriji u r-riskji speċifiċi.

(5)

Id-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi rieżaminata b’mod regolari biex jiġi vverifikat li dawn jiżguraw livell konsistentement għoli ta’ ttestjar tal-prodotti, u li jipprovdu konsulenza teknika u xjentifika ta’ kwalità għolja.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni

1.   Il-faċilitajiet tal-ittestjar pubbliku tal-Istati Membri għandhom jiġu ddeżinjati bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni wara sejħa għal espressjoni ta’ interess li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tagħhom.

2.   Il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Kummissjoni għandhom jiġu deżinjati bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni b’appuntar dirett mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tagħhom.

3.   Qabel id-deżinjazzjoni, in-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 (in-“Network”) għandu jiġi kkonsultat dwar dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

il-kategoriji speċifiċi ta’ prodotti u dwar ir-riskji speċifiċi relatati ma’ kategorija ta’ prodotti li għalihom jeħtieġ jiġu deżinjati l-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni;

(b)

il-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni, biex ikunu żgurati livell konsistentement għoli ta’ ttestjar tal-prodotti u pariri tekniċi u xjentifiċi ta’ livell għoli.

Artikolu 2

Rieżami tad-deżinjazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni man-Network, għandha tirrevedi d-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni b’mod regolari biex taċċerta li l-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tagħhom u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 21(3), 21(5) u 21(6) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   Fid-deċiżjoni biex tiġi ddeżinjata l-faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għar-rieżami tad-deżinjazzjoni tal-faċilità tal-ittestjar.

3.   Meta faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tagħha u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 21(3), 21(5) u 21(6) tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Network, għandha, meta xieraq, tirtira d-deżinjazzjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/23


Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 051/22/COL

tas-16 ta’ Frar 2022

dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022–2027 (l-Iżlanda) [2022/1268]

1.   SOMMARJU

(1)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (EFTA Surveillance Authority, “ESA”) tixtieq tinforma lill-Iżlanda li, wara li vvalutat il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022-2027, l-ESA tqisha kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (Regional Aid Guidelines, “RAG”) (1).

(2)

Din id-deċiżjoni tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-ESA tal-mappa tal-għajnuna reġjonali skont il-paragrafu 190 tar-RAG. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mir-RAG (2). Il-mappa tal-għajnuna reġjonali nnifisha ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat u ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex tingħata din l-għajnuna.

(3)

L-ESA bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

2.   PROĊEDURA

(4)

Fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-ESA adottat ir-RAG il-ġodda tagħha. Ir-RAG il-ġodda stabbilew kundizzjonijiet li skonthom l-għajnuna reġjonali notifikabbli tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (3). Jistabbilixxu wkoll kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (4), l-hekk imsejjħa ż-żoni “a” u “c”.

(5)

Skont il-paragrafu 150 tar-RAG, iż-żoni li l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” iridu jiġu identifikati f’mappa tal-għajnuna reġjonali.

(6)

Skont il-paragrafu 189 tar-RAG, jenħtieġ li kull Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE jinnotifika lill-ESA dwar il-mappa unika tal-għajnuna reġjonali applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2027. L-awtoritajiet tal-Iżlanda nnotifikaw dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022-2027 fis-27 ta’ Jannar 2022. (5)

3.   ŻONI ELIĠIBBLI DDEŻINJATI MILL-AWTORITAJIET TAL-IŻLANDA

(7)

Ġiet stabbilita klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika fl-UE. Din il-klassifikazzjoni tissejjaħ NUTS. Il-klassifikazzjoni NUTS topera bi tliet livelli ġerarkiċi nnumerati minn 1 sa 3. NUTS 1 huwa magħmul mill-akbar unitajiet, filwaqt li NUTS 3 ikopri l-iżgħar unitajiet (6).

(8)

Kif innutat fin-nota 30 f’qiegħ il-paġna tar-RAG, reġjuni statistiċi simili għall-klassifikazzjoni NUTS ġew definiti fl-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE. Għaldaqstant, filwaqt li l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna reġjonali (7) jirreferu għall-klassifikazzjoni NUTS, ir-RAG jużaw it-terminu reġjuni statistiċi. Il-klassifikazzjoni NUTS u r-reġjuni statistiċi fl-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jinsabu fil-paġni web tal-Eurostat (8).

(9)

L-Iżlanda kollha taqa’ f’reġjun statistiku wieħed fil-livell 2 (Ísland). Fil-livell 3, l-Iżlanda hija maqsuma aktar f’żewġ reġjuni statistiċi. Dawn huma rispettivament ir-reġjun kapitali (Höfuðborgarsvæði) u l-Iżlanda barra mir-reġjun kapitali (Landsbyggð(9).

(10)

Iż-żoni ddeżinjati fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022-2027 huma dawk li jinkludu r-reġjun tal-livell 3 ta’ Landsbyggð (10).

(11)

Fuq il-bażi tad-data dwar il-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2018, id-densità tal-popolazzjoni tal-Iżlanda hija 3,48 abitant kull km2. Landsbyggð għandha popolazzjoni ferm inqas densa minn Höfuðborgarsvæði. Id-densitajiet tal-popolazzjoni f’Landsbyggð u Höfuðborgarsvæði huma rispettivament 1,27 u 225,87 abitanti kull km2 ibbażati fuq id-data dwar il-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2018 (11).

(12)

Landsbyggð tkopri żoni ta’ 99 258 km2. Fuq il-bażi tal-aktar data reċenti minn Statistics Iceland (Hagstofan), il-popolazzjoni residenti kienet ta’ 132 264 abitant fl-1 ta’ Jannar 2021. Dan huwa ekwivalenti għal densità ta’ popolazzjoni ta’ 1,33 abitanti kull km2 (12).

(13)

L-illustrazzjoni grafika mehmuża bħala l-Anness I ta’ din id-deċiżjoni turi lil Landsbyggð. L-Anness II fih ukoll lista ta’ dawk l-unitajiet iżgħar li jiffurmaw dan ir-reġjun tal-livell 3 (13).

4.   VALUTAZZJONI

(14)

Il-kopertura tal-għajnuna reġjonali disponibbli għall-perjodu 2022-2027 hija stabbilita għal kull Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE fl-Anness I tar-RAG. L-Iżlanda kollha hija identifikata fl-Anness I bħala żona “c” predefinita.

(15)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jistgħu jużaw din l-allokazzjoni biex jiddeżinjaw żoni “c” fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tagħhom. Ir-regoli li jirregolaw din id-deżinjazzjoni jinsabu fil-paragrafi 168 u 169 tar-RAG.

(16)

Skont il-paragrafu 168 tar-RAG, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni “c” predefiniti. Il-paragrafu 169 jippermetti wkoll approċċ flessibbli fejn jiġu inklużi oqsma oħra. Billi l-Iżlanda kollha hija allokata fl-Anness I bħala żona “c” predefinita, l-awtoritajiet Iżlandiżi setgħu jiddeżinjaw l-Iżlanda kollha bħala żona “c” fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tagħhom.

(17)

Kif stabbilit fil-paragrafu (9) hawn fuq, l-Iżlanda taqa’ f’reġjun statistiku wieħed fil-livell 2 (Ísland). Fil-livell 3, l-Iżlanda hija maqsuma aktar f’żewġ reġjuni statistiċi. Dawn huma rispettivament ir-reġjun kapitali (Höfuðborgarsvæði) u l-Iżlanda barra mir-reġjun kapitali (Landsbyggð).

(18)

Meta ddeżinjaw iż-żoni eliġibbli fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022–2027, l-awtoritajiet Iżlandiżi inkludew ir-reġjun tal-livell 3 ta’ Landsbyggð u eskludew ir-reġjun tal-livell 3 ta’ Höfuðborgarsvæði. Billi r-reġjun tal-livell 3 inkluż ta’ Landsbyggð jaqa’ f’dawn iż-żoni “c” predefiniti stabbiliti fl-Anness I tar-RAG, l-ESA ssib li d-deżinjazzjoni ta’ Landsbyggð bħala żoni “c” fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022-2027 hija konformi mar-RAG.

(19)

Skont in-nota 65 f’qiegħ il-paġna tar-RAG, żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna jenħtieġ li jiġu identifikati fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali. “Żoni skarsament popolati ħafna” huma definiti fil-paragrafu 19 (32) bħala “reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2 jew partijiet minn tali reġjuni statistiċi ddeżinjati mill-Istat tal-EFTA membri taż-ŻEE kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 169”. Landsbyggð għalhekk tikkwalifika bħala b’popolazzjoni baxxa ħafna.

5.   INTENSITAJIET TAL-GĦAJNUNA

(20)

Skont il-paragrafu 151 tar-RAG, il-mappa tal-għajnuna reġjonali trid tispeċifika l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata.

(21)

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fil-mappa japplikaw għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. L-intensitajiet massimi permessi għal din l-għajnuna skont ir-RAG huma stabbiliti fit-Taqsima 7.4 tagħhom.

(22)

Il-paragrafu 182(1) tar-RAG jistipula li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż l-20 % f’żoni skarsament popolati. Mill-paragrafu 186 jirriżulta wkoll li l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu sa 20 punt perċentwali għal impriżi żgħar jew sa 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju. Kif speċifikat fin-nota 85 f’qiegħ il-paġna tar-RAG, madankollu, iż-żieda fl-intensitajiet tal-għajnuna għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mhux se tapplika għal għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment (14).

(23)

L-awtoritajiet Iżlandiżi nnotifikaw intensità ta’ għajnuna massima għal intrapriżi kbar ta’ 20 %. L-intensitajiet massimi jiżdiedu b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju. Dawn l-intensitajiet akbar tal-għajnuna, madankollu, ma japplikawx għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment (15).

(24)

Il-limiti fl-intensitajiet tal-għajnuna definiti mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, kif deskritti fil-paragrafu (23), huma konformi mad-dispożizzjonijiet deskritti fil-paragrafu (22). Għalhekk huma konformi mar-RAG.

6.   GĦAL KEMM ŻMIEN U RIEŻAMI

(25)

F’konformità mal-paragrafu 189 tar-RAG, l-awtoritajiet Iżlandiżi nnotifikaw mappa ta’ għajnuna reġjonali unika, applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(26)

Mill-paragrafu 194 tar-RAG jirriżulta li fl-2023 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali. L-ESA se tikkomunika d-dettalji dwar ir-rieżami sa Ġunju 2023.

7.   KONKLUŻJONI

(27)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA ssib li l-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2022-2027 hija kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fir-RAG. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mir-RAG.

(28)

L-Annessi I u II jiffurmaw parti integrali minn din id-deċiżjoni.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,

Arne RØKSUND

President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Árni PÁLL ÁRNASON

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 269/21/COL tal-1 ta’ Diċembru 2021 li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022–2027 [2022/1047] (ġu l 173, 30.6.2022, P. 79).

(2)  Ir-RAG, il-paragrafu 190.

(3)  Ir-RAG, il-paragrafu 2.

(4)  Ibid.

(5)  In-notifika hija ppreżentata bħala d-Dokument Nru 1265806. Iż-żewġ Annessi tiegħu huma ppreżentati bħala d-Dokumenti Nri 1265808 u 1265810.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1).

(7)  Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1)

(8)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/nuts/nuts-maps. Dan il-web-link iddaħħal, u ġie ċċekkjat l-aħħar, fit-8 ta’ Frar 2022.

(9)  Id-Dokument Nru 1265806, p. 2.

(10)  Ibid.

(11)  Ibid.

(12)  Id-Dokument Nru 1265806, p. 3 u 4.

(13)  L-Annessi huma bbażati fuq id-Dokumenti Nri 1265808 u 1265810.

(14)  It-terminu “proġett kbir ta’ investiment” huwa definit fil-paragrafu 19(18) bħala investiment inizjali bi spejjeż eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun.

(15)  Id-Dokument Nru 1265806, p. 3.


ANNESS I

Illustrazzjoni grafika

Image 1


ANNESS II

Lista ta’ unitajiet iżgħar

Akrahreppur

5 706

Akraneskaupstaður

3 000

Akureyrarbær

6 000

Árneshreppur

4 901

Ásahreppur

8 610

Bláskógabyggð

8 721

Blönduósbær

5 604

Bolungarvíkurkaupstaður

4 100

Borgarbyggð

3 609

Dalabyggð

3 811

Dalvíkurbyggð

6 400

Eyja- og Miklaholtshreppur

3 713

Eyjafjarðarsveit

6 513

Fjallabyggð

6 250

Fjarðabyggð

7 300

Fljótsdalshreppur

7 505

Flóahreppur

8 722

Grindavíkurbær

2 300

Grímsnes- og Grafningshreppur

8 719

Grundarfjarðarbær

3 709

Grýtubethreppur

6 602

Helgafellssveit

3 710

Hrunamannahreppur

8 710

Húnavatnshreppur

5 612

Húnahing vestra

5 508

Hvalfjarðarsveit

3 511

Hveragerðisbær

8 716

Hörgársveit

6 515

Ísafjarðarbær

4 200

Kaldrananeshreppur

4 902

Kjósarhreppur

1 606

Langanesbyggð

6 709

Múlaiing

7 400

Mýrdalshreppur

8 508

Norðuriing

6 100

Rangárjing eystra

8 613

Rangárjing ytra

8 614

Reykhólahreppur

4 502

Reykjanesbær

2 000

Skaftárhreppur

8 509

Skagabyggð

5 611

Skeiða- og Gnúpverjahreppur

8 720

Skorradalshreppur

3 506

Skútustaðahreppur

6 607

Snæfellsbær

3 714

Strandabyggð

4 911

Stykkishólmsbær

3 711

Suðurnesjabær

2 510

Súðavíkurhreppur

4 803

Svalbarðshreppur

6 706

Svalbarðsstrandarhreppur

6 601

Sveitarfélagið Árborg

8 200

Sveitarfélagið Hornafjörður

8 401

Sveitarfélagið Skagafjörður

5 200

Sveitarfélagið Skagaströnd

5 609

Sveitarfélagið Vogar

2 506

Sveitarfélagið Ölfus

8 717

Tálknafjarðarhreppur

4 604

Tjörneshreppur

6 611

Vestmannaeyjabær

8 000

Vesturbyggð

4 607

Vopnafjarðarhreppur

7 502

Ingeyjarsveit

6 612


Rettifika

21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/30


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/892 tal-1 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 155 tat-8 ta’ Ġunju 2022 )

F’paġna 12, fl-Artikolu 10a(4),

minflok:

“Anness VI”,

aqra:

“Anness VII”;

F’paġna 13, fl-Artikolu 10b(4),

minflok:

“Anness VII”,

aqra:

“Anness VIII”.