|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1206
tat-12 ta’ Lulju 2022
dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża taħt l-awspiċi tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fit-2 ta’ Lulju 2019. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-aċċess għall-ġustizzja globalment permezz ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali msaħħa. B’mod partikolari, il-Konvenzjoni għandha l-għan li tnaqqas ir-riskji u l-ispejjeż assoċjati mal-litigazzjoni transfruntiera u r-riżoluzzjoni tat-tilwim u, b’riżultat ta’ dan, li tiffaċilita l-kummerċ, l-investiment u l-mobbiltà internazzjonali. |
|
(3) |
L-Unjoni ħadet sehem attiv fin-negozjati li wasslu għall-adozzjoni tal-Konvenzjoni u tikkondividi l-għanijiet tagħha. |
|
(4) |
Bħalissa, iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni li jixtiequ li sentenza mogħtija fl-Unjoni tiġi rikonoxxuta u eżegwita f’pajjiż mhux tal-Unjoni qed iħabbtu wiċċhom ma’ xenarju legali mifrux minħabba n-nuqqas ta’ qafas internazzjonali komprensiv għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. It-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali u l-flussi tal-investiment żied iżidu ir-riskji legali għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata permezz ta’ sistema prevedibbli ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni transfruntieri ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali. Dawk l-objettivi jistgħu jinkisbu biss billi tinżamm sistema ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni reċiproċi ta’ sentenzi fost l-Istati, bħal dik adottata fil-Konvenzjoni. Fl-istess ħin, il-Konvenzjoni tkun tippermetti r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni biss meta l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni jiġu rrispettati. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni, l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li għandhom kompetenza fuq xi wħud mill-kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni jew fuq kollha kemm huma, bħall-Unjoni, jistgħu jiffirmaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni jew jaderixxu magħha. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha l-kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Il-Konvenzjoni taffettwa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fil-kwistjonijiet kollha rregolati mill-Konvenzjoni. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni, l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tista’ sseħħ qabel ma tidħol fis-seħħ. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Unjoni taderixxi għall-Konvenzjoni. |
|
(10) |
Mal-adeżjoni mal-Konvenzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tiddikjara f’konformità mal-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni, li hija għandha kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha rregolati mill-Konvenzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri jkunu marbutin bil-Konvenzjoni bis-saħħa tal-adeżjoni tal-Unjoni. |
|
(11) |
F’każijiet li jinvolvu kirjiet mhux residenzjali, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jagħti ġuriżdizzjoni esklużiva lill-qrati fl-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Il-Konvenzjoni ma tinkludix tali regoli ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva għall-kirjiet mhux residenzjali. Għalhekk, meta taderixxi mal-Konvenzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni, li mhix ser tapplika l-Konvenzjoni għall-kirjiet mhux residenzjali ta’ proprjetajiet immobbli li jkunu jinsabu fl-Unjoni. |
|
(12) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna/i bis-setgħa li tiddepożita, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ adeżjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) tal-Konvenzjoni (l-“istrument”).
Artikolu 3
Meta tiddepożita l-istrument, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 27(1) tal-Konvenzjoni:
“L-Unjoni Ewropea tiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 27(1) tal-Konvenzjoni, li hija għandha kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha rregolati minn din il-Konvenzjoni. L-Istati Membri tagħha mhumiex ser jiffirmaw, jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni, iżda għandhom ikunu marbuta bil-Konvenzjoni bis-saħħa tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea.
Għall-finijiet ta’ din id-dikjarazzjoni, it-terminu ‘Unjoni Ewropea’ ma jinkludix ir-Renju tad-Danimarka bis-saħħa tal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”.
Artikolu 4
Meta tiddepożita l-istrument, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni, rigward il-kirjiet mhux residenzjali ta’ proprjetajiet immobbli:
“L-Unjoni Ewropea tiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni, li mhix ser tapplika l-Konvenzjoni għal kirjiet mhux residenzjali ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu fl-Unjoni Ewropea.”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (4).
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) Approvazzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(3) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/4 |
TRADUZZJONI
KONVENZJONI DWAR IR-RIKONOXXIMENT U L-EŻEKUZZJONI TA’ SENTENZI BARRANIN FI KWISTJONIJIET ĊIVILI JEW KUMMERĊJALI
Il-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni,
Billi jixtiequ jippromovu aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd u jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment multilaterali bbażati fuq ir-regoli, u l-mobbiltà, permezz tal-kooperazzjoni ġudizzjarja,
Billi jemmnu li tali kooperazzjoni tista’ tissaħħaħ permezz tal-ħolqien ta’ sett uniformi ta’ regoli ewlenin dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, biex jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni effettivi ta’ tali sentenzi,
Konvinti li tali kooperazzjoni ġudizzjarja msaħħa teħtieġ, b’mod partikolari, sistema legali internazzjonali li tipprovdi prevedibbiltà u ċertezza akbar fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni globali tas-sentenzi barranin, u li tkun komplementari għall-Konvenzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum,
Iddeċidew li jikkonkludu din il-Konvenzjoni għal dan il-għan u ftiehmu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin –
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali. M’għandhiex tapplika, b’mod partikolari, fi kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi.
2. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fi Stat Kontraenti wieħed ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti ieħor.
Artikolu 2
Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni
1. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika għall-kwistjonijiet li ġejjin –
|
(a) |
l-istatus u l-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi; |
|
(b) |
l-obbligi ta’ manteniment; |
|
(c) |
kwistjonijiet oħra tal-liġi tal-familja, inkluż is-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin u drittijiet u obbligi oħrajn li jirriżultaw miż-żwieġ jew minn relazzjonijiet simili; |
|
(d) |
it-testmenti u s-suċċessjoni; |
|
(e) |
l-insolvenza, il-kompożizzjoni, ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, u kwistjonijiet analogi; |
|
(f) |
it-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija; |
|
(g) |
it-tniġġis transkonfinali tal-baħar, it-tniġġis tal-baħar f’żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali, it-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-bastimenti, il-limitazzjoni tar-responsabbiltà għal talbiet marittimi, u l-avarija ġenerali; |
|
(h) |
ir-responsabbiltà għal dannu nukleari; |
|
(i) |
il-validità, in-nullità, jew ix-xoljiment ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u l-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħhom; |
|
(j) |
il-validità tal-entrati fir-reġistri pubbliċi; |
|
(k) |
il-malafama; |
|
(l) |
il-privatezza; |
|
(m) |
il-proprjetà intellettwali; |
|
(n) |
l-attivitajiet tal-forzi armati, inkluż l-attivitajiet tal-persunal tagħhom fl-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom; |
|
(o) |
l-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-attivitajiet tal-persunal tal-infurzar tal-liġi fl-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom; |
|
(p) |
kwistjonijiet ta’ antitrust (kompetizzjoni), ħlief meta s-sentenza tkun ibbażata fuq imġiba li tikkostitwixxi ftehim anti-kompetittiv jew prattika miftiehma fost il-kompetituri attwali jew potenzjali biex jiffissaw il-prezzijiet, jagħmlu offerti kollużivi, jistabbilixxu restrizzjonijiet jew kwoti fuq il-produzzjoni, jew jaqsmu s-swieq billi jallokaw klijenti, fornituri, territorji jew linji tal-kummerċ, u fejn tali mġiba u l-effett tagħha jkunu seħħew it-tnejn fl-Istat tal-oriġini; |
|
(q) |
ir-ristrutturar tad-dejn sovran permezz ta’ miżuri unilaterali tal-Istat. |
2. Sentenza ma tiġix eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni meta kwistjoni li għaliha ma tapplikax din il-Konvenzjoni tkun tqajmet biss bħala domanda preliminari fil-proċedimenti li fihom tkun ingħatat is-sentenza, u mhux bħala suġġett tal-proċedimenti. B’mod partikolari, is-sempliċi fatt li tali kwistjoni tkun tqajmet bħala difiża ma teskludix sentenza mill-Konvenzjoni, jekk dik il-kwistjoni ma kinitx is-suġġett tal-proċedimenti.
3. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika għall-arbitraġġ u għal proċedimenti relatati.
4. Sentenza ma tiġix eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni minħabba s-sempliċi fatt li Stat, inkluż gvern, aġenzija governattiva jew kwalunkwe persuna li taġixxi għal Stat, kien parti fil-proċedimenti.
5. Ma hemm xejn f’din il-Konvenzjoni li għandu jaffettwa l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Istati jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, fir-rigward tagħhom stess jew tal-proprjetà tagħhom.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. F’din il-Konvenzjoni –
|
(a) |
“konvenut” tfisser persuna li kontriha tkun tressqet it-talba jew il-kontrotalba fl-Istat tal-oriġini; |
|
(b) |
“sentenza” tfisser kwalunkwe deċiżjoni dwar il-merti mogħtija minn qorti, tissejjaħ kif tissejjaħ dik id-deċiżjoni, inkluż digriet jew ordni, u d-determinazzjoni tal-kostijiet u l-ispejjeż tal-proċedimenti mill-qorti (inkluż uffiċjal ġudizzjarju), sakemm id-determinazzjoni tkun relatata ma’ deċiżjoni dwar il-merti li tista’ tkun rikonoxxuta jew eżegwita skont din il-Konvenzjoni. Miżura provviżorja ta’ protezzjoni mhijiex sentenza. |
2. Entità jew persuna li mhijiex persuna fiżika għandha titqies li hija abitwalment residenti fl-Istat –
|
(a) |
fejn għandha s-sede statutorja; |
|
(b) |
li permezz tal-liġi tiegħu ġiet inkorporata jew iffurmata; |
|
(c) |
fejn għandha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha; jew |
|
(d) |
fejn għandha l-post prinċipali tan-negozju. |
KAPITOLU II
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti (l-Istat tal-oriġini) għandha tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Kontraenti ieħor (l-Istat rikjest) f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tista’ tiġi rrifjutata biss għar-raġunijiet speċifikati f’din il-Konvenzjoni.
2. M’għandu jkun hemm l-ebda rieżami tal-merti tas-sentenza fl-Istat rikjest. Jista’ jkun hemm biss tali kunsiderazzjoni kif meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.
3. Sentenza għandha tkun rikonoxxuta biss jekk ikollha effett fl-Istat tal-oriġini, u għandha tkun eżegwita biss jekk tkun eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini.
4. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tista’ tiġi posposta jew irrifjutata jekk is-sentenza msemmija fil-paragrafu 3 tkun soġġetta għal rieżami fl-Istat tal-oriġini jew jekk it-terminu biex jintalab rieżami ordinarju ma jkunx skada. Rifjut ma jipprevjenix talba sussegwenti għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza.
Artikolu 5
Bażijiet għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
1. Sentenza tkun eliġibbli għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni jekk wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jiġi ssodisfat –
|
(a) |
il-persuna li kontriha jintalab ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni kienet abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini fiż-żmien li dik il-persuna saret parti fil-proċedimenti fil-qorti tal-oriġini; |
|
(b) |
il-persuna fiżika li kontriha jintalab ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni kellha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fl-Istat tal-oriġini fiż-żmien li dik il-persuna saret parti fil-proċedimenti fil-qorti tal-oriġini u t-talba li fuqha tkun ibbażata s-sentenza rriżultat mill-attivitajiet ta’ dak in-negozju; |
|
(c) |
il-persuna li kontriha jintalab ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tkun il-persuna li ressqet it-talba, minbarra kontrotalba, li fuqha tkun ibbażata s-sentenza; |
|
(d) |
il-konvenut kellu fergħa, aġenzija, jew stabbiliment ieħor mingħajr personalità ġuridika separata fl-Istat tal-oriġini fiż-żmien li dik il-persuna saret parti fil-proċedimenti fil-qorti tal-oriġini, u t-talba li fuqha tkun ibbażata s-sentenza rriżultat mill-attivitajiet ta’ dik il-fergħa, dik l-aġenzija jew dak l-istabbiliment; |
|
(e) |
il-konvenut ikun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-oriġini matul il-proċedimenti li fihom tkun ingħatat is-sentenza; |
|
(f) |
il-konvenut argumenta dwar il-merti quddiem il-qorti tal-oriġini mingħajr ma kkontesta l-ġuriżdizzjoni fil-perijodu ta’ żmien previst mil-liġi tal-Istat tal-oriġini, sakemm ma jkunx evidenti li oġġezzjoni għall-ġuriżdizzjoni jew għall-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni ma kinitx tirnexxi skont dik il-liġi; |
|
(g) |
is-sentenza ddeċidiet fuq obbligu kuntrattwali u ngħatat minn qorti tal-Istat li fih seħħ jew kellu jseħħ it-twettiq ta’ dak l-obbligu, f’konformità ma’
sakemm l-attivitajiet tal-konvenut fir-rigward tat-tranżazzjoni ma kinux jikkostitwixxu b’mod ċar konnessjoni bi skop u sostanzjali ma’ dak l-Istat; |
|
(h) |
is-sentenza ddeċidiet fuq kiri ta’ proprjetà immobbli u ngħatat minn qorti tal-Istat li fih tinsab il-proprjetà; |
|
(i) |
is-sentenza ddeċidiet kontra l-konvenut dwar obbligu kuntrattwali garantit minn dritt in rem fuq proprjetà immobbli li tinsab fl-Istat tal-oriġini, jekk it-talba kuntrattwali tressqet flimkien ma’ talba kontra l-istess konvenut relatata ma’ dak id-dritt in rem; |
|
(j) |
is-sentenza ddeċidiet dwar obbligu mhux kuntrattwali li jirriżulta minn mewt, korriment fiżiku, dannu jew telf ta’ proprjetà tanġibbli, u l-att jew l-ommissjoni li kkawżat direttament tali dannu tkun seħħet fl-Istat tal-oriġini, irrispettivament minn fejn ikun seħħ dak id-dannu; |
|
(k) |
is-sentenza tikkonċerna l-validità, il-kostruzzjoni, l-effetti, l-amministrazzjoni jew il-varjazzjoni ta’ trust maħluq volontarjament u ddokumentat bil-miktub, u –
Dan is-subparagrafu japplika biss għal sentenzi rigward aspetti interni ta’ trust bejn persuni li jkunu jew li kienu fir-relazzjoni ta’ trust; |
|
(l) |
is-sentenza ddeċidiet fuq kontrotalba –
|
|
(m) |
is-sentenza ngħatat minn qorti indikata fi ftehim konkluż jew dokumentat bil-miktub jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni li jagħmel l-informazzjoni aċċessibbli sabiex tkun tista’ tintuża għal referenza sussegwenti, għajr ftehim esklussiv dwar l-għażla tal-forum. |
Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, “ftehim dwar l-għażla esklussiva tal-forum” tfisser ftehim konkluż bejn żewġ partijiet jew aktar li jindika, għall-fini li jiġi deċiż tilwim li jinqala’ jew li jista’ jinqala’ b’rabta ma’ relazzjoni legali partikolari, il-qrati ta’ Stat jew qorti speċifika waħda jew aktar ta’ Stat bl-esklużjoni tal-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe qorti oħra.
2. Jekk ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tintalab kontra persuna fiżika li taġixxi primarjament għal finijiet personali, familjari jew domestiċi (konsumatur) fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt tal-konsumatur, jew kontra impjegat fi kwistjonijiet relatati mal-kuntratt tal-impjieg tal-impjegat –
|
(a) |
il-paragrafu 1(e) japplika biss jekk il-kunsens ikun ġie indirizzat lill-qorti, bil-fomm jew bil-miktub; |
|
(b) |
il-paragrafu 1(f), (g) u (m) ma japplikawx. |
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal sentenza li ddeċidiet dwar kiri ta’ proprjetà immobbli għal użu residenzjali jew li ddeċidiet dwar ir-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli. Tali sentenza tkun eliġibbli għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni biss jekk tkun ingħatat minn qorti tal-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà.
Artikolu 6
Bażi esklussiva għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
Minkejja l-Artikolu 5, sentenza li ddeċidiet dwar id-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli għandha tiġi rikonoxxuta u eżegwita biss jekk il-proprjetà tkun tinsab fl-Istat tal-oriġini.
Artikolu 7
Rifjut tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
1. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tista’ tiġi rrifjutata jekk –
|
(a) |
id-dokument li nieda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti, inkluża dikjarazzjoni tal-elementi essenzjali tat-talba –
|
|
(b) |
is-sentenza tkun inkisbet permezz ta’ frodi; |
|
(c) |
ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tkun inkompatibbli biċ-ċar mal-ordni pubbliku tal-Istat rikjest, inklużi sitwazzjonijiet fejn il-proċedimenti speċifiċi li wasslu għas-sentenza kienu inkompatibbli mal-prinċipji fundamentali ta’ ġustizzja proċedurali ta’ dak l-Istat u sitwazzjonijiet li jinvolvu ksur tas-sigurtà jew tas-sovranità ta’ dak l-Istat; |
|
(d) |
il-proċedimenti fil-qorti tal-oriġini kienu jmorru kontra ftehim, jew indikazzjoni fi strument tat-trust, li permezz tiegħu t-tilwima inkwistjoni kellha tiġi deċiża f’qorti ta’ Stat għajr l-Istat tal-oriġini; |
|
(e) |
is-sentenza tkun inkonsistenti ma’ sentenza mogħtija minn qorti tal-Istat rikjest f’tilwima bejn l-istess partijiet; jew |
|
(f) |
is-sentenza tkun inkonsistenti ma’ sentenza preċedenti mogħtija minn qorti ta’ Stat ieħor bejn l-istess partijiet dwar l-istess suġġett tal-kawża, dment li s-sentenza preċedenti tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat rikjest. |
2. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tista’ tiġi posposta jew irrifjutata jekk il-proċedimenti bejn l-istess partijiet dwar l-istess suġġett tal-kawża jkunu pendenti quddiem qorti tal-Istat rikjest, meta –
|
(a) |
il-qorti tal-Istat rikjest tkun ġiet adita qabel il-qorti tal-oriġini; u |
|
(b) |
ikun hemm konnessjoni mill-qrib bejn it-tilwima u l-Istat rikjest. |
Rifjut skont dan il-paragrafu ma jipprevjenix talba sussegwenti għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza.
Artikolu 8
Domandi preliminari
1. Deċiżjoni dwar domanda preliminari m’għandhiex tiġi rikonoxxuta jew eżegwita skont din il-Konvenzjoni jekk id-deċiżjoni tkun dwar kwistjoni li għaliha din il-Konvenzjoni ma tapplikax jew dwar kwistjoni msemmija fl-Artikolu 6 li dwarha kienet iddeċidiet qorti ta’ Stat għajr l-Istat imsemmi f’dak l-Artikolu.
2. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tista’ tiġi rrifjutata jekk, u sa fejn, is-sentenza kienet ibbażata fuq deċiżjoni dwar kwistjoni li għaliha din il-Konvenzjoni ma tapplikax, jew dwar kwistjoni msemmija fl-Artikolu 6 li dwarha tkun iddeċidiet qorti ta’ Stat għajr l-Istat imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 9
Separabbiltà
Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ parti separabbli ta’ sentenza għandha tingħata meta jiġi mitlub ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ dik il-parti, jew meta parti biss mis-sentenza tista’ tkun rikonoxxuta jew eżegwita skont din il-Konvenzjoni.
Artikolu 10
Danni
1. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tista’ tiġi rrifjutata jekk, u sa fejn, is-sentenza tagħti kumpens għal danni, inklużi danni eżemplari jew punittivi, li ma jikkumpensawx lil parti għat-telf jew għad-dannu reali mġarrab.
2. Il-qorti indirizzata għandha tqis jekk u sa fejn il-kumpens mogħti mill-qorti tal-oriġini jservi biex ikopri l-kostijiet u l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti.
Artikolu 11
Tranżazzjonijiet ġudizzjarji (transactions judiciaires)
It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji (transactions judiciaires) li jkunu ġew approvati minn qorti ta’ Stat Kontraenti, jew li ġew konklużi quddiem qorti ta’ Stat Kontraenti matul il-proċedimenti, u li huma eżegwibbli bl-istess mod bħal sentenza fl-Istat tal-oriġini, għandhom jiġu eżegwiti skont din il-Konvenzjoni bl-istess mod bħal sentenza.
Artikolu 12
Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati
1. Il-parti li tkun qed titlob rikonoxximent jew li tkun qed tapplika għall-eżekuzzjoni għandha tippreżenta –
|
(a) |
kopja sħiħa u ċċertifikata tas-sentenza; |
|
(b) |
jekk is-sentenza tkun ingħatat fil-kontumaċja, l-oriġinal jew kopja ċċertifikata ta’ dokument li juri li d-dokument li nieda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti ġie nnotifikat lill-parti kontumaċi; |
|
(c) |
kwalunkwe dokument meħtieġ biex jiġi stabbilit li s-sentenza hija effettiva jew, fejn applikabbli, hija eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini; |
|
(d) |
fil-każ imsemmi fl-Artikolu 11, ċertifikat ta’ qorti (inkluż ta’ uffiċjal ġudizzjarju) tal-Istat tal-oriġini li juri li t-tranżazzjoni ġudizzjarja (transaction judiciaire) jew parti minnha tista’ tiġi eżegwibbli bl-istess mod bħal sentenza fl-Istat tal-oriġini. |
2. Jekk it-termini tas-sentenza ma jippermettux lill-qorti indirizzata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ġewx issodisfati, dik il-qorti tista’ teħtieġ kwalunkwe dokument li jkun meħtieġ.
3. Talba għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn dokument relatat mas-sentenza, maħruġ minn qorti (inkluż uffiċjal ġudizzjarju) tal-Istat tal-oriġini, fil-forma rakkomandata u pubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
4. Jekk id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu ma jkunux f’lingwa uffiċjali tal-Istat rikjest, dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata f’lingwa uffiċjali, sakemm il-liġi tal-Istat rikjest ma tipprovdix mod ieħor.
Artikolu 13
Proċedura
1. Il-proċedura għar-rikonoxximent, id-dikjarazzjoni tal-eżegwibilità jew ir-reġistrazzjoni għall-eżekuzzjoni, u l-eżekuzzjoni tas-sentenza, huma rregolati mil-liġi tal-Istat rikjest sakemm din il-Konvenzjoni ma tipprovdix mod ieħor. Il-qorti tal-Istat rikjest għandha taġixxi malajr.
2. Il-qorti tal-Istat rikjest m’għandhiex tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza skont din il-Konvenzjoni għar-raġuni li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għandha tintalab fi Stat ieħor.
Artikolu 14
Spejjeż tal-proċedimenti
1. L-ebda garanzija, obbligu jew depożitu, irrispettivament minn kif ikun deskritt, m’għandu jkun meħtieġ minn parti li f’wieħed mill-Istati Kontraenti tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti ieħor għar-raġuni biss li din il-parti tkun ċittadin barrani jew ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat li fih tintalab l-eżekuzzjoni.
2. Ordni għall-ħlas tal-kostijiet jew l-ispejjeż tal-proċedimenti, magħmula fi Stat Kontraenti kontra kwalunkwe persuna eżentata mir-rekwiżiti rigward garanziji, obbligi jew depożiti bis-saħħa tal-paragrafu 1 jew tal-liġi tal-Istat fejn ikunu nbdew il-proċedimenti, għandha, fuq it-talba tal-persuna intitolata għall-benefiċċju tal-ordni, issir eżegwibbli fi kwalunkwe Stat Kontraenti ieħor.
3. Stat jista’ jiddikjara li m’għandux japplika l-paragrafu 1 jew jindika permezz ta’ dikjarazzjoni liema mill-qrati tiegħu m’għandhomx japplikaw il-paragrafu 1.
Artikolu 15
Rikonoxximent u eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali
Soġġett għall-Artikolu 6, din il-Konvenzjoni ma timpedixxix ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi skont il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU III
KLAWŻOLI ĠENERALI
Artikolu 16
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jekk, fiż-żmien li jkunu nbdew il-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini, il-Konvenzjoni kellha effett bejn dak l-Istat u l-Istat rikjest.
Artikolu 17
Dikjarazzjonijiet li jillimitaw ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
Stat jista’ jiddikjara li l-qrati tiegħu jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew jeżegwixxu sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti ieħor jekk il-partijiet kienu residenti fl-Istat rikjest u r-relazzjoni tal-partijiet u l-elementi l-oħra kollha rilevanti għat-tilwima, għajr il-post tal-qorti tal-oriġini, kienu konnessi biss mal-Istat rikjest.
Artikolu 18
Dikjarazzjonijiet rigward kwistjonijiet speċifiċi
1. Meta Stat ikollu interess qawwi li ma japplikax din il-Konvenzjoni għal kwistjoni speċifika, dak l-Istat jista’ jiddikjara li mhux se japplika l-Konvenzjoni għal dik il-kwistjoni. L-Istat li jagħmel dikjarazzjoni bħal din għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ma tkunx aktar wiesgħa milli hu neċessarju u li l-kwistjoni speċifika eskluża tkun definita b’mod ċar u preċiż.
2. Fir-rigward ta’ dik il-kwistjoni, il-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika –
|
(a) |
fl-Istat Kontraenti li għamel id-dikjarazzjoni; |
|
(b) |
fi Stati Kontraenti oħra, fejn jintalab ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti li jkun għamel id-dikjarazzjoni. |
Artikolu 19
Dikjarazzjonijiet fir-rigward ta’ sentenzi li jappartjenu għal Stat
1. Stat jista’ jiddikjara li m’għandux japplika din il-Konvenzjoni għal sentenzi li jirriżultaw minn proċedimenti li għalihom ikun parti xi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin –
|
(a) |
dak l-Istat, jew persuna fiżika li taġixxi għal dak l-Istat; jew |
|
(b) |
aġenzija tal-gvern ta’ dak l-Istat, jew persuna fiżika li taġixxi għal tali aġenzija tal-gvern. |
L-Istat li jagħmel dikjarazzjoni bħal din għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ma tkunx aktar wiesgħa milli hu neċessarju u li l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tkun definita b’mod ċar u preċiż. Id-dikjarazzjoni m’għandhiex tiddistingwi bejn is-sentenzi fejn l-Istat, aġenzija tal-gvern ta’ dak l-Istat jew persuna fiżika li taġixxi għal wieħed jew waħda minnhom tkun konvenut jew attur fil-proċedimenti quddiem il-qorti tal-oriġini.
2. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat li jkun għamel dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ tiġi rrifjutata jekk is-sentenza tkun irriżultat minn proċedimenti li għalihom l-Istat li jkun għamel id-dikjarazzjoni jew l-Istat rikjest, waħda mill-aġenziji tal-gvern tagħhom jew persuna fiżika li taġixxi għal wieħed jew waħda minnhom tkun parti, sal-istess punt kif speċifikat fid-dikjarazzjoni.
Artikolu 20
Interpretazzjoni uniformi
Fl-interpretazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-karattru internazzjonali tagħha u l-ħtieġa li tiġi promossa l-uniformità fl-applikazzjoni tagħha.
Artikolu 21
Rieżami tat-tħaddim tal-Konvenzjoni
Is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat għandu jagħmel arranġamenti f’intervalli regolari għar-rieżami tat-tħaddim ta’ din il-Konvenzjoni, inkluża kwalunkwe dikjarazzjoni, u għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u l-Politika.
Artikolu 22
Sistemi legali mhux unifikati
1. Fir-rigward ta’ Stat Kontraenti fejn żewġ sistemi legali jew aktar japplikaw f’unitajiet territorjali differenti fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni trattata f’din il-Konvenzjoni –
|
(a) |
kwalunkwe referenza għal-liġi jew għall-proċedura ta’ Stat għandha tinftiehem bħala li tirreferi, fejn ikun xieraq, għal-liġi jew għall-proċedura fis-seħħ fl-unità territorjali rilevanti; |
|
(b) |
kwalunkwe referenza għall-qorti jew għall-qrati ta’ Stat għandha tinftiehem bħala li tirreferi, fejn ikun xieraq, għall-qorti jew għall-qrati fl-unità territorjali rilevanti; |
|
(c) |
kwalunkwe referenza għal konnessjoni ma’ Stat għandha tinftiehem bħala li tirreferi, fejn ikun xieraq, għal konnessjoni mal-unità territorjali rilevanti; |
|
(d) |
kwalunkwe referenza għal fattur ta’ konnessjoni b’rabta ma’ Stat għandha tinftiehem bħala li tirreferi, fejn ikun xieraq, għal dak il-fattur ta’ konnessjoni b’rabta mal-unità territorjali rilevanti. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, Stat Kontraenti b’żewġ unitajiet territorjali jew aktar fejn japplikaw sistemi legali differenti m’għandux ikun marbut li japplika din il-Konvenzjoni għal sitwazzjonijiet li jinvolvu biss tali unitajiet territorjali differenti.
3. Qorti f’unità territorjali ta’ Stat Kontraenti b’żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom japplikaw sistemi legali differenti m’għandhiex tkun marbuta li tirrikonoxxi jew teżegwixxi sentenza minn Stat Kontraenti ieħor abbażi tal-fatt uniku li s-sentenza ġiet rikonoxxuta jew eżegwita f’unità territorjali oħra tal-istess Stat Kontraenti skont din il-Konvenzjoni.
4. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika.
Artikolu 23
Relazzjoni ma’ strumenti internazzjonali oħra
1. Sa fejn hu possibbli, din il-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata bħala kompattibbli ma’ trattati oħra fis-seħħ fl-Istati Kontraenti, kemm jekk konklużi qabel kif ukoll wara din il-Konvenzjoni.
2. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni minn Stat Kontraenti ta’ trattat li jkun ġie konkluż qabel din il-Konvenzjoni.
3. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni minn Stat Kontraenti ta’ trattat konkluż wara din il-Konvenzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti li jkun ukoll Parti għal dak it-trattat. Xejn fit-trattat l-ieħor m’għandu jaffettwa l-obbligi skont l-Artikolu 6 lejn l-Istati Kontraenti li ma jkunux Partijiet għal dak it-trattat.
4. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li tkun Parti għal din il-Konvenzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti li jkun ukoll Stat Membru tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika meta –
|
(a) |
ir-regoli jkunu ġew adottati qabel ma ġiet konkluża din il-Konvenzjoni; jew |
|
(b) |
ir-regoli jkunu ġew adottati wara li ġiet konkluża din il-Konvenzjoni, sal-punt li ma jaffettwawx l-obbligi skont l-Artikolu 6 lejn l-Istati Kontraenti li ma jkunux Stati Membri tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika. |
KAPITOLU IV
KLAWŻOLI FINALI
Artikolu 24
Iffirmar, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni
1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-iffirmar mill-Istati kollha.
2. Din il-Konvenzjoni hija soġġetta għar-ratifika, għall-aċċettazzjoni jew għall-approvazzjoni mill-Istati firmatarji.
3. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni mill-Istati kollha.
4. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju tan-Netherlands, depożitarju tal-Konvenzjoni.
Artikolu 25
Dikjarazzjonijiet fir-rigward ta’ sistemi legali mhux unifikati
1. Jekk Stat ikollu żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom japplikaw sistemi legali differenti b’rabta ma’ kwistjonijiet trattati f’din il-Konvenzjoni, dan jista’ jiddikjara li l-Konvenzjoni għandha tkun estiża għall-unitajiet territorjali kollha tiegħu jew għal unità waħda biss jew aktar minnhom. Tali dikjarazzjoni għandha tiddikjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom tapplika l-Konvenzjoni.
2. Jekk Stat ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni skont dan l-Artikolu, il-Konvenzjoni għandha tkun estiża għall-unitajiet territorjali kollha ta’ dak l-Istat.
3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika.
Artikolu 26
Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika
1. Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li tkun kostitwita unikament minn Stati sovrani u li jkollha kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha li huma regolati minn din il-Konvenzjoni jew fuq xi wħud minnhom tista’ tiffirma, taċċetta, tapprova din il-Konvenzjoni jew taderixxi magħha. F’dak il-każ, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandu jkollha d-drittijiet u l-obbligi ta’ Stat Kontraenti, sa fejn l-Organizzazzjoni jkollha kompetenza fuq kwistjonijiet regolati minn din il-Konvenzjoni.
2. L-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandha, fil-mument tal-iffirmar, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, tinnotifika lid-depożitarju bil-miktub dwar il-kwistjonijiet regolati minn din il-Konvenzjoni li fir-rigward tagħhom tkun ġiet ittrasferita l-kompetenza lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha. L-Organizzazzjoni għandha tinnotifika minnufih lid-depożitarju bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet rigward il-kompetenza tagħha kif speċifikat fl-avviż l-aktar reċenti mogħti skont dan il-paragrafu.
3. Għall-finijiet tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, l-ebda strument iddepożitat minn Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika m’għandu jgħodd sakemm l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali ma tkunx iddikjarat f’konformità mal-Artikolu 27(1) li l-Istati Membri tagħha mhux se jkunu Partijiet għal din il-Konvenzjoni.
4. Kwalunkwe referenza għal “Stat Kontraenti” jew “Stat” f’din il-Konvenzjoni għandha tapplika b’mod ugwali, fejn ikun xieraq, għal Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika.
Artikolu 27
Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika bħala Parti Kontraenti mingħajr l-Istati Membri tagħha
1. Fil-mument tal-iffirmar, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni, Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika tista’ tiddikjara li hija teżerċita kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha regolati minn din il-Konvenzjoni u li l-Istati Membri tagħha mhux se jkunu Partijiet għal din il-Konvenzjoni iżda għandhom ikunu marbuta permezz tal-iffirmar, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni tal-Organizzazzjoni.
2. Fil-każ li Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika tagħmel dikjarazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, kwalunkwe referenza għal “Stat Kontraenti” jew “Stat” f’din il-Konvenzjoni għandha tapplika b’mod ugwali, fejn ikun xieraq, għall-Istati Membri tal-Organizzazzjoni.
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza tal-perijodu li matulu tista’ ssir notifika f’konformità mal-Artikolu 29(2) fir-rigward tat-tieni Stat li jkun iddepożita l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 24.
2. Wara dan, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ –
|
(a) |
għal kull Stat li sussegwentement jirratifikaha, jaċċettaha, japprovaha jew jaderixxi magħha, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tal-perijodu li matulu jistgħu jsiru n-notifiki f’konformità mal-Artikolu 29(2) fir-rigward ta’ dak l-Istat; |
|
(b) |
għal unità territorjali li għaliha tkun ġiet estiża din il-Konvenzjoni f’konformità mal-Artikolu 25 wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ għall-Istat li jagħmel id-dikjarazzjoni, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ tliet xhur minn notifika tad-dikjarazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu. |
Artikolu 29
Stabbiliment ta’ relazzjonijiet skont il-Konvenzjoni
1. Din il-Konvenzjoni għandu jkollha effett bejn żewġ Stati Kontraenti biss jekk l-ebda wieħed minnhom ma jkun innotifika lid-depożitarju rigward l-ieħor f’konformità mal-paragrafu 2 jew 3. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, il-Konvenzjoni jkollha effett bejn żewġ Stati Kontraenti mill-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tal-perijodu li matulu jistgħu jsiru n-notifiki.
2. Stat Kontraenti jista’ jinnotifika lid-depożitarju, fi żmien 12-il xahar wara d-data tan-notifika mid-depożitarju msemmija fl-Artikolu 32(a), li r-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni ta’ Stat ieħor m’għandux ikollha l-effett li tistabbilixxi relazzjonijiet bejn iż-żewġ Stati skont din il-Konvenzjoni.
3. Stat jista’ jinnotifika lid-depożitarju, mad-depożitu tal-istrument tiegħu skont l-Artikolu 24(4), li r-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tiegħu m’għandux ikollha l-effett li tistabbilixxi relazzjonijiet ma’ Stat Kontraenti skont din il-Konvenzjoni.
4. Stat Kontraenti jista’ fi kwalunkwe ħin jirtira notifika li jkun għamel skont il-paragrafu 2 jew 3. Tali rtirar għandu jsir effettiv fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ tliet xhur wara d-data tan-notifika.
Artikolu 30
Dikjarazzjonijiet
1. Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 14, 17, 18, 19 u 25 jistgħu jsiru fil-mument tal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew fi kwalunkwe ħin wara dan, u jistgħu jiġu modifikati jew irtirati fi kwalunkwe ħin.
2. Id-dikjarazzjonijiet, il-modifiki u l-irtirar għandhom jiġu nnotifikati lid-depożitarju.
3. Dikjarazzjoni magħmula fil-mument tal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandha ssir effettiva simultanjament mad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni għall-Istat ikkonċernat.
4. Dikjarazzjoni magħmula fi żmien sussegwenti, u kwalunkwe modifika jew irtirar ta’ dikjarazzjoni, għandhom isiru effettivi fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ tliet xhur mid-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika.
5. L-ebda dikjarazzjoni magħmula fi żmien sussegwenti, u l-ebda modifika jew irtirar ta’ dikjarazzjoni, m’għandhom japplikaw għal sentenzi li jirriżultaw minn proċedimenti li jkunu diġà nbdew quddiem il-qorti tal-oriġini meta d-dikjarazzjoni ssir effettiva.
Artikolu 31
Denunzja
1. Stat Kontraenti għal din il-Konvenzjoni jista’ jiddenunzjaha permezz ta’ notifika bil-miktub indirizzata lid-depożitarju. Id-denunzja tista’ tkun limitata għal xi unitajiet territorjali ta’ sistema legali mhux unifikata li għalihom tapplika din il-Konvenzjoni.
2. Id-denunzja għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza ta’ 12-il xahar mid-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika. Meta fin-notifika jiġi speċifikat perijodu itwal sabiex id-denunzja ssir effettiva, id-denunzja għandha ssir effettiva mal-iskadenza ta’ dan il-perijodu itwal wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika.
Artikolu 32
Notifiki mid-depożitarju
Id-depożitarju għandu jinnotifika lill-Istati Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, u Stati u Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika oħrajn li jkunu ffirmaw, irratifikaw, aċċettaw, approvaw din il-Konvenzjoni jew aderew magħha f’konformità mal-Artikoli 24, 26 u 27 b’dan li ġej –
|
(a) |
il-firem, ir-ratifiki, l-aċċettazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u l-adeżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 26 u 27; |
|
(b) |
id-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 28; |
|
(c) |
in-notifiki, id-dikjarazzjonijiet, il-modifiki u l-irtirar imsemmija fl-Artikoli 26, 27, 29 u 30; u |
|
(d) |
id-denunzji msemmija fl-Artikolu 31. |
B’xhieda ta’ dan, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati li jagħmlu dan, iffirmaw din il-Konvenzjoni.
Magħmul f’The Hague, fit-2 ta’ Lulju 2019, bil-lingwa Ingliża u dik Franċiża, iż-żewġ testi li huma awtentiċi bl-istess mod, f’kopja unika li għandha tiġi ddepożitata fl-arkivji tal-Gvern tar-Renju tan-Netherlands, u li tagħha għandha tintbagħat kopja ċċertifikata, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, lil kull Membru tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fid-data tat-Tnejn u Għoxrin Sessjoni tagħha u lil kull wieħed mill-Istati l-oħrajn li pparteċipaw f’dik is-Sessjoni.
REGOLAMENTI
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/16 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1207
tat-12 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 140(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (2) jipprevedi s-sostituzzjoni tal-euro għall-muniti tal-Istati Membri li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fiż-żmien meta l-Komunità tkun daħlet fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012, il-Kroazja hija Stat Membru b’deroga, kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (3), il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga rigward il-Kroazja għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(4) |
L-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja teħtieġ l-estensjoni għall-Kroazja tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni tal-euro li huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 974/98. |
|
(5) |
Il-Pjan Nazzjonali tal-Kroazja għall-Bidla għall-Euro jispeċifika li l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro għandhom isiru valuta legali f’dak l-Istat Membru fil-jum tal-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, jwnħtieġ li d-data tal-adozzjoni tal-euro u d-data ta’ bidla fil-munita tkun l-1 ta’ Jannar 2023. Jenħtieġ li ma japplika l-ebda perjodu ta’ “eliminazzjoni gradwali”. |
|
(6) |
Jenħtieġ għalhekk, li r-Regolament (KE) Nru 974/98 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98, tiddaħħal l-entrata li ġejja bejn l-entrata għal Franza u l-entrata għall-Irlanda:
|
“il-Kroazja |
L-1 ta’ Jannar 2023 |
L-1 ta’ Jannar 2023 |
Le” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) Opinjoni tat-4 ta’ Lulju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (ara l-paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/18 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1208
tat-12 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għall-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 (2) jiddetermina r-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro mill-1 ta’ Jannar 1999. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012, il-Kroazja hija Stat Membru b’deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (3) dwar l-adozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2023 tal-euro mill-Kroazja, il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Kroazja titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(4) |
L-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata tal-konverżjoni bejn l-euro u l-kuna Kroata. Jenħtieġ li din ir-rata tal-konverżjoni tiġi ffissata għal 7,53450 kuni għal kull euro, li jikkorrispondi għar-rata ċentrali kurrenti tal-kuna fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2866/98 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati tal-konverżjoni applikabbli għall-frank Franċiż u l-lira Irlandiża:
“= 7,53450 kuni Kroati”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) L-Opinjoni tal-4 ta’ Lulju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni mill-Kroazja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2023 (ara paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/19 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1209
tal-5 ta’ Mejju 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura għall-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi u l-metodi għall-kalkolu u l-ġbir tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deċiżjoni li tiġi imposta multa amministrattiva fuq operatur ekonomiku b’appoġġ għal miżuri korrettivi u restrittivi f’konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) 2018/858 jenħtieġ li tittieħed mill-Kummissjoni bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati u tal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti skont l-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/858 u jenħtieġ li tiġi riflessa fid-deċiżjoni li jiġu imposti miżuri korrettivi u restrittivi. |
|
(2) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti passi proċedurali meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li timponi multi amministrattivi b’appoġġ għal miżuri korrettivi u restrittivi, abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/858. Huwa partikolarment importanti li jiġi ggarantit id-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt li wieħed ikollu aċċess għall-fajl billi l-operatur ekonomiku jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti u d-dritt li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu flimkien mal-evidenza meħtieġa biex isostni dawn l-osservazzjonijiet fir-rigward tal-impożizzjoni maħsuba ta’ multa amministrattiva. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw protezzjoni xierqa tad-data li l-operaturi ekonomiċi jqisu kunfidenzjali. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jiġi stabbilit metodu għall-kalkolu tal-multi amministrattivi skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-metodu jenħtieġ li jkun magħruf minn qabel mill-operaturi ekonomiċi. Il-multi amministrattivi jenħtieġ li jkunu dissważivi biex jiskoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi milli jiksru r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/858 u li jkunu proporzjonati skont is-serjetà tal-ksur. Peress li l-multi amministrattivi jridu jiġu imposti għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi, il-kriterji għall-kalkolu tal-multa jenħtieġ li jiġu kkunsidrati kif xieraq. Il-kalkolu tal-multi amministrattivi jenħtieġ li jqis kwalunkwe vantaġġ ekonomiku mhux dovut miksub permezz tal-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta’ vettura mhux konformi li jista’ jfixkel il-kompetizzjoni vis-à-vis operaturi ekonomiċi oħra li jirrispettaw ir-regoli. Kwalunkwe telf imġarrab mill-konsumaturi, inkluż it-tibdil tal-prestazzjoni tal-vettura, li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità jenħtieġ li jitqies ukoll fil-valutazzjoni tas-serjetà tal-ksur peress li tali nuqqas ta’ konformità jista’ jdgħajjef il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi li jrid jikseb dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-ammont tal-multi amministrattivi jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-għadd ta’ vetturi mhux konformi rreġistrati fl-Unjoni, jew mal-għadd ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mqiegħda għad-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni. |
|
(4) |
Jenħtieġ li jitqiesu b’mod xieraq is-serjetà u l-effetti tal-ksur, kif ukoll kwalunkwe fattur aggravanti u ta’ mitigazzjoni, fil-kalkolu tal-multi amministrattivi, li jenħtieġ li jitqiesu bħala deterrenti, proporzjonati u ta’ tpaċija tal-benefiċċji tan-nuqqas ta’ konformità. Il-fatturi aggravanti jenħtieġ li jinkludu l-impatt fuq is-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent peress li l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent huma determinati bħala objettiv tar-Regolament (UE) 2018/858. L-istabbiliment ta’ skema ta’ penali robusta fil-livell tal-Unjoni li taġixxi bħala deterrent permezz ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità li jaffettwa b’mod negattiv is-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u ta’ utenti oħra tat-triq u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Il-grad ta’ kooperazzjoni tal-operatur ekonomiku inklużi l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-operatur ekonomiku jridu jitqiesu bħala elementi ta’ mitigazzjoni meta tiġi kkalkulata l-multa amministrattiva. |
|
(5) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas tal-multi amministrattivi, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit metodu għall-ġbir tagħhom. Il-ġbir ta’ dawk il-multi jenħtieġ li jsir f’konformità mar-regoli għall-irkupru ta’ multi, penali oħra jew sanzjonijiet imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Proċedura
1. Qabel ma timponi multa amministrattiva skont l-Artikolu 85(1) flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/858 fuq operatur ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tinnotifika bil-miktub lill-operatur ekonomiku u lill-Istati Membri kkonċernati bl-intenzjoni tagħha li timponi multa amministrattiva, u tiddikjara r-raġunijiet għaliex biħsiebha tagħmel dan.
2. L-operatur ekonomiku u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jingħataw perjodu ta’ mhux inqas minn 30 jum wara n-notifika skont il-paragrafu 1 biex jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni bil-miktub. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-osservazzjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ma għandhomx jitqiesu.
3. L-operatur ekonomiku u l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom lill-Kummissjoni, jehmżu kwalunkwe evidenza biex isostnu l-osservazzjonijiet tagħhom.
4. Wara l-osservazzjonijiet bil-miktub mill-operatur ekonomiku u mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ talba motivata, titlob aktar informazzjoni f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit fit-talba ta’ mhux inqas minn 15-il jum.
5. F’każijiet eċċezzjonali, fejn il-Kummissjoni teħtieġ aktar informazzjoni, tista’ tistieden lill-operatur ekonomiku u lill-Istati Membri kkonċernati biex jesprimu l-pożizzjoni tagħhom bil-fomm f’laqgħa wara t-tlestija tal-fażi bil-miktub tal-proċedura skont il-paragrafi 1 sa 4.
Artikolu 2
Kunfidenzjalità
1. L-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1 għandhom jidentifikaw kwalunkwe informazzjoni ppreżentata minnhom li huma jqisu kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu raġunijiet, u, fejn meħtieġ, jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali separata tad-dokument li jkun fiha dik l-informazzjoni sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.
2. Fejn l-operatur ekonomiku ma jkun identifika l-ebda informazzjoni bħala kunfidenzjali, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-informazzjoni sottomessa ma fihiex informazzjoni kunfidenzjali.
3. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tuża l-informazzjoni sottomessa bħala prova tan-nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 3
Metodu għall-kalkolu tal-multi amministrattivi
1. Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont tal-multi amministrattivi, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-ammonti li ġejjin:
|
(a) |
il-vantaġġ ekonomiku jew vantaġġ ieħor miksub mill-operatur bħala riżultat tan-nuqqas ta’ konformità; |
|
(b) |
fejn possibbli, it-telf għall-konsumaturi bħala riżultat tan-nuqqas ta’ konformità. |
Il-vantaġġi u t-telf ivvalutati b’dan il-mod għandhom jiffurmaw il-bażi għall-kalkolu tal-multi amministrattivi. Fejn vantaġġ għall-operatur ekonomiku jikkostitwixxi wkoll telf għall-konsumaturi, dan għandu jitqies darba biss.
Abbażi tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b), il-multi amministrattivi għandhom jiġu kkalkulati wara li jiġi kkunsidrat l-għadd ta’ vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni jew l-għadd ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi rilevanti mqiegħda għad-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni.
2. Meta tikkalkula l-ammont tal-multi amministrattivi, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe fattur aggravanti jew ta’ mitigazzjoni u fatturi oħra.
3. Il-fatturi aggravanti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-impatt fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew l-impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba t-tnaqqis tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ta’ vettura; |
|
(b) |
il-grad ta’ negliġenza jew intenzjoni tal-operatur ekonomiku inkluż kwalunkwe tentattiv mill-operatur ekonomiku li jaħbi jew jostor informazzjoni rilevanti għall-istabbiliment tan-nuqqas ta’ konformità; |
|
(c) |
kwalunkwe rifjut mhux ġustifikat mill-operatur ekonomiku li jipprovdi informazzjoni jew evidenza mitluba mill-Kummissjoni. |
4. Il-fatturi ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-isforzi u l-kooperazzjoni tal-operatur ekonomiku fl-identifikazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità; |
|
(b) |
kwalunkwe azzjoni korrettiva mibdija mill-operatur ekonomiku stess inkluża l-prontezza tagħhom; |
|
(c) |
kwalunkwe fattur ta’ mitigazzjoni raġonevoli u rilevanti ieħor muri b’evidenza xierqa mill-operatur ekonomiku. |
5. Il-fatturi l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu r-ripetizzjoni, il-frekwenza jew id-durata tan-nuqqas ta’ konformità, u sanzjonijiet oħra imposti fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE matul l-10 snin qabel l-istabbiliment tan-nuqqas ta’ konformità.
6. Il-multa amministrattiva finali espressa f’EUR għandha tiġi stabbilita f’livell li jiżgura l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tagħha.
Artikolu 4
Metodi għall-ġbir tal-multi amministrattivi
Il-multi amministrattivi jridu jitħallsu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha d-debitur ikun ġie nnotifikat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tal-ittra ta’ notifika. Dawn il-multi jinġabru f’konformità mal-Artikoli 107 u 108 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jista’ jingħata żmien addizzjonali għall-ħlas f’konformità mal-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1210
tat-13 ta’ Lulju 2022
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u l-aġġornamenti tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq), emendat bir-Regolament (UE) 2019/2115 fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs, u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b’mod partikolari s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 18(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(9)tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljaturi tal-irkanti, jew kull persuna oħra li taġixxi f’isimhom jew għall-kont tagħhom huma obbligati jfasslu listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u jżommuhom aġġornati skont format preċiż. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ format preċiż, inkluż l-użu ta’ mudelli standard, jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżit li jitfasslu u jiġu aġġornati listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompitu li jipproteġu l-integrità tas-swieq finanzjarji u jinvestigaw abbużi possibbli tas-suq. |
|
(3) |
Billi jista’ jkun hemm varjetà ta’ informazzjoni privileġġata f’entità fl-istess ħin, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jidentifikaw preċiżament l-informazzjoni privileġġata speċifika li l-persuni li jaħdmu għall-entità kellhom aċċess għaliha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jispeċifikaw liema hi l-informazzjoni privileġġata speċifika (li tista’ tinkludi informazzjoni rigward negozju, proġett, avveniment – inkluż dawk korporattivi jew finanzjarji –, pubblikazzjoni ta’ rapporti finanzjarji jew twissijiet dwar il-qligħ). Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jinqasmu f’taqsimiet b’taqsimiet separati għal kull biċċa informazzjoni privileġġata. Jenħtieġ li kull taqsima telenka lill-persuni kollha li jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni privileġġata speċifika. |
|
(4) |
Sabiex jiġu evitati entrati multipli fir-rigward tad-dettalji personali tal-istess individwi f’taqsimiet differenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, jenħtieġ li jkun possibbli li dawk id-dettalji personali jiġu elenkati fit-taqsima separata fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, imsejħa t-taqsima tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, li ma tkunx relatata mal-informazzjoni privileġġata speċifika. Jenħtieġ li t-taqsima tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tinkludi biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha fl-entità l-ħin kollu. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jintroduċi rekwiżiti inqas strinġenti għall-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom ikunu ammessi għan-negozjar fuq suq tat-tkabbir tal-SMEs (emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs), billi jillimita l-persuni elenkati għal dawk li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom fl-emittent, ikollhom aċċess għal informazzjoni privileġġata. |
|
(6) |
B’deroga minn dik id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs jinkludu fil-listi tagħhom ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Madankollu, meta jitqiesu r-riżorsi umani u finanzjarji ġeneralment iżgħar tal-SMEs, tqies proporzjonat għalihom li jużaw format li jirrappreżenta piż amministrattiv eħfef meta mqabbel mal-format tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata stabbiliti skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, u li l-kontenut tal-listi jiġi limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-individwi rilevanti. Jenħtieġ li n-nuqqas ta’ ħtieġa li l-emittenti jżommu fil-listi tagħhom id-dettalji ta’ kuntatt personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata tagħhom jagħti lill-emittenti eżenzjoni mill-ġbir u l-aġġornament ta’ data minn persuni b’informazzjoni privileġġata filwaqt li ma jċaħħdux lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn għodda biex jidentifikaw persuni li jittrattaw l-informazzjoni privileġġata u jilħquhom fil-kuntatt professjonali tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-emittenti jkollhom ukoll il-possibbiltà li jelenkaw id-dettalji tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata minflok ma jżidu d-dettalji personali li jikkonċernaw lil dawn il-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti f’kull lista speċifika għan-negozju jew ibbażata fuq l-avveniment. Jenħtieġ ukoll li l-kontenut ta’ tali taqsimiet ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-individwi rilevanti. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkun fiha d-data personali meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni b’informazzjoni privileġġata. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-listi tal-persuni b’informazzjoni privileġġata jkun fihom ukoll data li tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-investigazzjonijiet u tgħinhom janalizzaw b’mod rapidu l-imġiba tan-negozjar tal-persuni b’informazzjoni privileġġata, biex jiġu stabbiliti konnessjonijiet bejn il-persuni b’informazzjoni privileġġata u l-persuni involuti f’negozjar suspettuż, u biex jiġu identifikati kuntatti bejniethom f’ħinijiet kritiċi. F’dan ir-rigward, in-numri tat-telefon huma essenzjali billi jippermettu li l-awtorità kompetenti taġixxi malajr u titlob rekords tat-traffiku tad-data, jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li din id-data tkun ipprovduta mill-bidu, sabiex l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa għaliex l-awtorità kompetenti jkollha, waqt investigazzjoni, tikkuntattja lill-emittent, lill-parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, lill-pjattaforma tal-irkanti, lill-irkantatur, lis-sorveljatur tal-irkanti jew lill-persuna b’informazzjoni privileġġata b’aktar talbiet għal informazzjoni. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, fuq talba tagħha, u sabiex ikunu jistgħu jiġu aġġornati f’kull ħin mingħajr dewmien, jenħtieġ li l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tinżamm f’forma elettronika. Jenħtieġ li l-forma elettronika tiżgura li l-informazzjoni inkluża fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata tinżamm kunfidenzjali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-emittenti tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs, dawn jistgħu jżommu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata f’forma elettronika iżda jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax għal dawk l-emittenti sakemm tiġi żgurata l-kompletezza, il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni. |
|
(10) |
Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għas-sottomissjoni tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, jenħtieġ li l-mezzi elettroniċi speċifiċi għat-trażmissjoni jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti nfushom, bil-kundizzjoni li dawk il-mezzi elettroniċi jippermettu li l-listi jinżammu kunfidenzjali. |
|
(11) |
Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, trasparenza u ċertezza legali, jenħtieġ li l-formati tal-listi kollha ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jiġu kkonsolidati f’att legali wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih kemm il-format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 kif ukoll il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) ta’ dak ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 (4) jitħassar. |
|
(12) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2021. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
|
(14) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014
1. Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandu jkun fihom taqsima speċifika għal kull biċċa informazzjoni privileġġata u għandhom jitfasslu bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 1 fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. Id-dettalji personali tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu jistgħu jiġu elenkati separatament fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata. Dik it-taqsima għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 2 fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Meta titfassal it-taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, id-dettalji personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti ma għandhomx jiġu inklużi fit-taqsimiet speċifiċi tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandhom jinżammu f’forma elettronika li, f’kull ħin, tiżgura li:
|
(a) |
l-aċċess għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkun ristrett għal persuni identifikati b’mod ċar li jeħtieġu dak l-aċċess minħabba n-natura tal-funzjoni jew il-pożizzjoni tagħhom; |
|
(b) |
l-informazzjoni inkluża tkun preċiża; |
|
(c) |
il-verżjonijiet preċedenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jkunu aċċessibbli. |
4. Fuq is-sit web tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-mezzi elettroniċi li permezz tagħhom il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.
Artikolu 2
Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014
1. Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tista’ tinkludi biss id-dettalji personali ta’ persuni li jkollhom aċċess regolari għal informazzjoni privileġġata. Dik il-lista għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fl-Anness II.
2. Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata meħtieġa mill-Istati Membri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandu jkun fihom taqsima speċifika għal kull biċċa informazzjoni privileġġata, u għandhom jitfasslu bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 1 fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Id-dettalji tal-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjoni jew pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata kollha l-ħin kollu jistgħu jiġu elenkati separatament fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata. Dik it-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti għandha titfassal bl-użu tal-format stabbilit fil-Mudell 2 fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Meta titfassal it-taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti, id-data personali tal-persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti ma għandhiex tiġi inkluża f’kull taqsima tal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata li tikkorrispondi għal kull informazzjoni privileġġata msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
3. Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu fi kwalunkwe forma li tiżgura li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża f’dawk il-listi jinżammu l-ħin kollu matul it-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 3
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/347 jitħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs (ĠU L 320, 11.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 tal-10 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 49).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
MUDELL 1
Format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 1(1)
Deskrizzjoni tas-sors tal-informazzjoni privileġġata speċifika [:
Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima (jiġifieri meta l-informazzjoni privileġġata speċifika ġiet identifikata): [ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]
|
L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti) |
In-numru/numri tat-telefon professjonali (linja tat-telefon diretta tax-xogħol u numri tal-mobile tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għall-informazzjoni privileġġata) |
Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata) |
Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Data tat-twelid |
Numri tat-telefon personali (in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali) |
Indirizz tad-dar sħiħ: isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) |
|
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant,/irkantatur/sorveljatur tal-irkant jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew test] |
[ssss-xx-jj] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Test] |
MUDELL 2
Format għat-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti msemmija fl-Artikolu 1(2)
Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]
|
L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti) |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Inklużjoni (id-data u l-ħin li fihom il-persuna ġiet inkluża fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti) |
Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Data Tat-Twelid |
Indirizz tad-dar personali sħiħ (isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti) |
Numri tat-telefon personali (in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali) |
|
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Indirizz tal-emittent jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew test] |
ssss-xx-jj għad-data tat-twelid] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
ANNESS II
Format għal-lista tad-data personali ta’ persuni li jkollhom aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 2(1)
Data u ħin tal-ħolqien ta’ din il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]
|
L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata mat-twelid (jekk differenti) |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata) |
Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess regolari għall-informazzjoni privileġġata) |
Numru Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni (jekk applikabbli) jew inkella Data Tat-Twelid |
Indirizz tad-dar personali sħiħ (isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti) |
Numri tat-telefon personali (in-numri tat-telefon tad-dar u tal-mobile personali) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti) |
|
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Indirizz tal-emittent] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata/] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
ANNESS III
MUDELL 1
Format għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu
Deskrizzjoni tas-sors tal-informazzjoni privileġġata speċifika:
Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima (jiġifieri meta l-informazzjoni privileġġata speċifika ġiet identifikata): [ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ssss-xx-jj]
|
L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
|
In-numru/numri tat-telefon professjonali (linja tat-telefon diretta tax-xogħol u numri tal-mobile tax-xogħol) |
Funzjoni jew raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għall-informazzjoni privileġġata) |
Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqax ikollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata) |
Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (jekk applikabbli) Jew inkella Data tat-Twelid |
|
[Test] |
[Test] |
|
[Numri (ebda spazju)] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u/jew ir-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid] |
MUDELL 2
Format għat-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti msemmija fl-Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu
Data u ħin tal-ħolqien ta’ din it-taqsima: [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat)]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj]
|
L-isem/ismijiet tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Il-kunjom(ijiet) tal-persuna b’informazzjoni privileġġata |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mobile tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Inklużjoni (id-data u l-ħin li fihom il-persuna ġiet inkluża fit-taqsima ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata permanenti) |
Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (jekk applikabbli) Jew inkella Data tat-Twelid |
|
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Indirizz tal-emittent jew tal-persuna li taġixxi f’isimhom jew akkont tagħhom] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f’din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid] |
DEĊIŻJONIJIET
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1211
tat-12 ta’ Lulju 2022
dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidra r-rapport mill-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (3),
Wara li kkunsidra d-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (4),
Billi:
|
(1) |
It-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (“UEM”) beda fl-1 ta’ Jannar 1999. Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fit-3 ta’ Mejju 1998 fil-kompożizzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern, iddeċieda li l-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 1999 (5). |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2000/427/KE (6) il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2001. Permezz tad-Deċiżjoni 2006/495/KE (7), il-Kunsill iddeċieda li s-Slovenja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2007. Permezz tad-Deċiżjonijiet 2007/503/KE (8) u 2007/504/KE (9), il-Kunsill iddeċieda li Ċipru u Malta ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2008. Permezz tad-Deċiżjoni 2008/608/KE (10), il-Kunsill iddeċieda li s-Slovakkja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2010/416/UE (11), il-Kunsill iddeċieda li l-Estonja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/387/UE (12), il-Kunsill iddeċieda li l-Latvja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2014/509/UE (13), il-Kunsill iddeċieda li l-Litwanja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. |
|
(3) |
F’konformità mal-punt 1 tal-Protokoll Nru 16 dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mad-Deċiżjoni meħuda mill-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern f’Edinburgu f’Diċembru 1992, id-Danimarka nnotifikat lill-Kunsill li ma kinitx ser tieħu sehem fit-tielet fażi tal-UEM. Id-Danimarka ma talbitx li tinbeda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni 98/317/KE, l-Iżvezja huwa Stat Membru b’deroga skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) TFUE. F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (14), ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja huma lkoll Stati Membri b’deroga skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) TFUE. F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 (15), il-Bulgarija u r-Rumanija huma t-tnejn Stati Membri b’deroga skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) TFUE. F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 (16), il-Kroazja huwa Stat Membru b’deroga skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) TFUE. |
|
(5) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ġie stabbilit fl-1 ta’ Lulju 1998. Is-Sistema Monetarja Ewropea ġiet sostitwita minn mekkaniżmu tar-rati tal-kambju, li t-twaqqif tiegħu ġie miftiehem permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja tas-16 ta’ Ġunju 1997 (17). Il-proċeduri għal mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) ġew stabbiliti fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-Żona tal-Euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (18). |
|
(6) |
L-Artikolu 140(2) TFUE jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħassir tad-derogi tal-Istati Membri kkonċernati. Mill-inqas darba kull sentejn, jew b’talba ta’ Stat Membru b’deroga, il-Kummissjoni u l-BĊE iridu jirrappurtaw lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(1) TFUE. |
|
(7) |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri, inkluż l-istatuti tal-banek ċentrali nazzjonali, għandha tiġi adattata skont il-ħtieġa bil-għan li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-Artikoli 130 u 131 TFUE u mal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (“Statut tas-SEBĊ u tal-BĊE”). Ir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE jipprovdu valutazzjoni dettaljata tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Kroazja mal-Artikoli 130 u 131 tat-Trattat u mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 13 dwar il-kriterji ta’ konverġenza anness mat-TFUE, il-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE ifisser li l-prestazzjoni ta’ Stat Membru fir-rigward tal-prezzijiet tkun sostenibbli u li r-rata ta’ inflazzjoni tiegħu tkun medja, osservata matul perjodu ta’ sena qabel l-analiżi, li ma tkunx taqbeż b’iżjed minn punt perċentwali u nofs dik ta’ mhux aktar mit-tliet Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni fl-istabbiltà tal-prezzijiet. Għall-finijiet tal-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni titkejjel permezz tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (harmonised index of consumer prices, HICPs) definit fir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Għall-valutazzjoni tal-kriterju tal-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni ta’ Stat Membru titkejjel permezz tal-bidla perċentwali fil-medja aritmetika ta’ 12-il indiċi mensili relattivament għall-medja aritmetika ta’ 12-il indiċi mensili mill-perjodu ta’ qabel. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE ntuża valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja aritmetika sempliċi tar-rati ta’ inflazzjoni tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’dik li hija l-istabbiltà tal-prezzijiet, bl-addizzjoni ta’ 1,5 punti perċentwali. Fil-perjodu ta’ sena li jagħlaq f’April 2022, il-valur referenzjarju tal-inflazzjoni ġie kkalkulat li kien 4,9 %, bi Franza, il-Finlandja u l-Greċja bħala t-tliet Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni f’dik li hi l-istabbiltà ta’ prezzijiet, b’rati ta’ inflazzjoni ta’ 3,2 %, 3,3 %u 3,6 %, rispettivament. Huwa ġustifikat li jiġu esklużi mil-lista tal-pajjiżi bl-aħjar riżultati dawk il-pajjiżi li r-rati ta’ inflazzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu meqjusa bħala valur referenzjarju sinifikanti għal Stati Membri oħra. Fil-passat tali pajjiżi kienu identifikati fir-Rapporti dwar il-Konverġenza tal-2004, l-2010, l-2013, l-2014 u l-2016. Bħalissa huwa ġustifikat li Malta u l-Portugall jiġu esklużi mill-pajjiżi bl-aħjar prestazzjoni — f’April 2022, ir-rata ta’ inflazzjoni medja fuq 12-il xahar ta’ Malta u l-Portugall kienu 2,1 % u 2,6 % rispettivament u dik taż-żona tal-euro 4,4 %. Għall-kalkolu tal-valur ta’ referenza, Malta u l-Portugall huma sostitwiti mill-Finlandja u l-Greċja, l-Istati Membri b’rati ta’ inflazzjoni medja li jmiss l-aktar baxxi. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-pożizzjoni baġitarja tal-gvern imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE ifisser li meta ssir l-analiżi, l-Istat Membru ma jkunx is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) TFUE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv. |
|
(10) |
F’konformità l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea li jissemma fit-tielet inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE jeħtieġ li Stat Membru jkun irrispetta l-marġnijiet normali ta’ fluttwazzjoni previsti mill-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju (exchange-rate mechanism, ERM) tas-Sistema Monetarja Ewropea, mingħajr tensjonijiet severi għal tal-anqas l-aħħar sentejn qabel l-analiżi. B’mod partikolari, l-Istat Membru ma jridx ikun żvaluta r-rata bilaterali ċentrali tal-munita tiegħu kontra l-euro fuq inizjattiva tiegħu stess għall-istess perjodu. Mill-1 ta’ Jannar 1999, l-ERM II jipprovdi l-qafas għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterju tar-rata tal-kambju. Fl-evalwazzjoni tas-sodisfar ta’ dan il-kriterju fir-rapporti tagħhom, il-Kummissjoni u l-BĊE eżaminaw il-perjodu ta’ sentejn li ntemm fit-18 ta’ Mejju 2022. |
|
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju ta’ konverġenza tar-rati ta’ imgħax li jissemma fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE ifisser li, fuq osservazzjoni matul perjodu ta’ sena qabel l-analiżi, Stat Membru kellu medja tar-rati ta’ imgħax nominali fuq perjodu fit-tul li ma taqbiżx b’aktar minn żewġ punti perċentwali dik ta’, l-aktar, it-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’termini ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Il-kriterju użat biex tiġi vvalutata l-konverġenza tar-rati tal-imgħax kien kumparabbli fuq bonds tal-gvern ta’ referenza ta’ għaxar snin. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE, sabiex jiġi vvalutat it-twettiq tal-kriterju tar-rati ta’ interess, tqies il-valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja aritmetika sempliċi tar-rati ta’ interessi nominali fuq perjodu fit-tul tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’dik li hija l-istabbiltà tal-prezzijiet, bl-addizzjoni ta’ żewġ punti perċentwali. Il-valur referenzjarju huwa bbażat fuq ir-rati tal-imgħax fuq perjodu fit-tul fi Franza (0,3 %), il-Finlandja (0,2 %) u l-Greċja (1,4 %) u fil-perjodu ta’ sena li ntemm f’April 2022 kien ta’ 2,6 %. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 13, id-data użata fil-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji ta’ konverġenza kienet pprovduta mill-Kummissjoni.Il-Kummissjoni tat data baġitarja wara li l-Istati Membri rrappurtaw qabel l-1 ta’ April 2022, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (20). |
|
(13) |
Fuq il-bażi tar-rapporti li ġew ippreżentati mill-Kummissjoni u l-BĊE dwar il-progress li sar mill-Kroazja fl-issodisfar tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-ksib tal-unjoni ekonomika u monetarja, ġie konkluż li fil-Kroazja, il-leġiżlazzjoni nazzjonali, inkluż l-Istatut tal-bank ċentrali nazzjonali, hija kompatibbli mal-Artikoli 130 u 131 tat-Trattat u mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
|
(14) |
Fuq il-bażi tar-rapporti li ġew ippreżentati mill-Kummissjoni u l-BĊE dwar il-progress li sar mill-Kroazja fl-issodisfar tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-ksib tal-unjoni ekonomika u monetarja, ġie konkluż li, fir-rigward tal-issodisfar, min-naħa tal-Kroazja, tal-kriterji ta’ konverġenza msemmija fl-erba’ inċiżi tal-Artikolu 140(1) TFUE: ir-rata medja tal-inflazzjoni fil-Kroazja fis-sena li għalqet f’April 2022 kienet ta’ 4,7 %, li hija aktar baxxa mill-valur referenzjarju, u x’aktarx tibqa’ taħt il-valur referenzjarju fix-xhur li ġejjin; il-Kroazja mhijiex is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv; il-Kroazja ilha membru tal-ERM II mill-10 ta’ Lulju 2020 u matul is-sentejn ta’ qabel il-valutazzjoni, ir-rata tal-kambju tal-kuna (HRK) ma kinitx soġġetta għal tensjonijiet serji u l-Kroazja ma żvalutatx ir-rata ċentrali bilaterali tal-HRK meta mqabbla mal-euro b’inizjattiva tagħha stess; u fis-sena li għalqet f’April 2022, ir-rata tal-imgħax fit-tul fil-Kroazja kienet, fil-medja, 0,8 %, li huwa ferm taħt il-valur referenzjarju. |
|
(15) |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà legali u tal-issodisfar tal-kriterji ta’ konverġenza kif ukoll il-fatturi addizzjonali, il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Id-deroga msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) Ir-Rapport tal-1 ta’ Ġunju 2022 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Rapport tal-1 ta’ Ġunju 2022 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni tal-5 ta’ Lulju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU C 238, 21.6.2022, p. 1.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/317/KE tat-3 ta’ Mejju 1998 f’konformità mal-Artikolu 109j(4) tat-Trattat (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 30).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/427/KE tad-19 ta’ Ġunju 2000 f’konformità mal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2001 min-naħa tal-Greċja (ĠU L 167, 7.7.2000, p. 19).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta’ Lulju 2006 f’konformità mal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2007 min-naħa tas-Slovenja (ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE tal-10 ta’ Lulju 2007 f’konformità mal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE tal-10 ta’ Lulju 2007 f’konformità mal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 f’konformità mal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 f’konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011, ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).
(14) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(15) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.
(16) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.
(17) ĠU C 236, 2.8.1997, p. 5.
(18) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(19) Ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 11).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1212
tat-12 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Mejju 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (BĊE/2022/24) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal, Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji mill-2022 sal-2026. |
|
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel lil PriceWaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas Lda bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2022 sal-2026. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PriceWaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda jinħatru bħala awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2022 sal-2026. |
|
(5) |
B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“10. PriceWaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2022 sal-2026.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmula fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) ĠU C 210, 25.5.2022, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/37 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 276/21/COL
tat-8 ta’ Diċembru 2021
fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 (In-Norveġja) [2022/1213]
1 SOMMARJU
|
(1) |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (EFTA Surveillance Authority, “ESA”) tixtieq tinforma lill-awtoritajiet Norveġiżi li, wara li vvalutat il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027, l-ESA tqisha kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (Regional Aid Guidelines, “RAG”) (1). |
|
(2) |
Din id-deċiżjoni tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-ESA tal-mappa tal-għajnuna reġjonali skont il-paragrafu 190 tal-Linji Gwida. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida (2). Il-mappa tal-għajnuna reġjonali nnifisha ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat u ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex tingħata din l-għajnuna. |
|
(3) |
L-ESA bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. |
2 PROĊEDURA
|
(4) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2021, l-ESA adottat il-Linji Gwida l-ġodda tagħha bid-Deċiżjoni Nru 269/21/COL. Il-Linji Gwida l-ġodda stabbilew kundizzjonijiet li skonthom l-għajnuna reġjonali notifikabbli tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (3). Jistabbilixxu wkoll kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE (4). |
|
(5) |
Skont il-paragrafu 150 tal-Linji Gwida, iż-żoni li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” iridu jiġu identifikati f’mappa tal-għajnuna reġjonali. Skont il-paragrafu 189 tal-Linji Gwida, jenħtieġ li kull Stat taż-ŻEE-EFTA jinnotifika mappa unika tal-għajnuna reġjonali lill-ESA, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. F’dan l-ispirtu, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 permezz ta’ ittra bid-data tat-2 ta’ Diċembru 2021 (5). |
3 ŻONI ELIĠIBBLI DDEŻINJATI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI
3.1 Sfond
|
(6) |
Il-kopertura tal-għajnuna reġjonali disponibbli għall-perjodu 2022–2027 hija stabbilita għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA fl-Anness I tal-Linji Gwida. L-allokazzjoni tan-Norveġja tikkonsisti f’żoni “c” predefiniti u mhux predefiniti. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Norveġiżi jistgħu jużaw din l-allokazzjoni biex jiddeżinjaw żoni “c” predefiniti u mhux predefiniti. Il-prinċipji li jirregolaw din id-deżinjazzjoni jinsabu rispettivament fil-paragrafi 168 u 169, u fil-paragrafu 175, tal-Linji Gwida. |
3.2 Żoni “c” predefiniti
3.2.1 Introduzzjoni
|
(8) |
Skont il-paragrafu 168 tal-Linji Gwida, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166 bħala żoni “c”. Dawn l-oqsma huma identifikati fl-Anness I tal-Linji Gwida. |
|
(9) |
Il-paragrafu 169 jippermetti approċċ flessibbli fejn żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, għajr dawk predefiniti bħala eliġibbli, jistgħu jiġu ddeżinjati skont ċerti kundizzjonijiet. |
|
(10) |
Fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni skarsament popolati. Iż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ma ġewx identifikati (6). Minflok, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja li kienet kontinġenti fuq il-limitazzjoni għal żoni bħal dawn (7). |
|
(11) |
In-nota 65 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida fiha speċifikazzjoni ġdida fejn jenħtieġ li żoni skarsiament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jiġu identifikati fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali. Abbażi ta’ dan, l-awtoritajiet Norveġiżi, fin-notifika tagħhom, inkludew identifikazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati, ekwivalenti għal dik li saret qabel fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja. |
|
(12) |
Għaldaqstant, l-ESA l-ewwel se tivvaluta d-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati tal-awtoritajiet Norveġiżi. Imbagħad, l-ESA se tivvaluta d-deżinjazzjoni ta’ żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna tal-awtoritajiet Norveġiżi f’dawn iż-żoni. Kif meħtieġ mill-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, l-ESA se tqis il-popolazzjoni kemm fiż-żoni skarsament popolati kif ukoll fiż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meta tivvaluta l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni. |
|
(13) |
Mid-definizzjoni fil-paragrafu 19(30) tal-Linji Gwida jirriżulta li ż-żoni kollha ddeżinjati abbażi tal-paragrafu 169 huma skarsament popolati. F’konformità ma’ dan, meta tivvaluta l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni, l-ESA se tgħodd il-popolazzjoni f’dawk iż-żoni li huma kemm skarsament popolati kif ukoll li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna darba biss. |
3.2.2 Żoni skarsament popolati
3.2.2.1
|
(14) |
L-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistipulaw li, “[f]il-prinċipju, fil-każ ta’ żoni skarsament popolati, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn tmien abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5[-il] abitant għal kull km2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 .” |
|
(15) |
Fin-Norveġja, ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 jikkonsistu f’kontej, filwaqt li r-reġjuni statistiċi fil-livell 2 jikkonsistu f’reġjuni akbar (8). |
|
(16) |
Il-kontej ta’ Troms og Finnmark u Nordland huma inklużi fl-intier tagħhom. Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020 (9), id-densitajiet tal-popolazzjoni f’dawn il-kontej huma 3,4 u 6,7 abitanti għal kull km2, rispettivament (10). Abbażi tal-istess data tal-popolazzjoni, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni tammonta għal 484 546 abitant (11). |
3.2.2.2
|
(17) |
It-tieni sentenza tal-paragrafu 169 tipprevedi l-possibbiltà tad-deżinjazzjoni ta’ partijiet ta’ reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2, jew żoni kontigwi oħra maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Għaldaqstant, il-possibbiltà li jiġu inklużi (swap in) żoni kontigwi hija riflessa mill-possibbiltà li jiġu esklużi (swap out) żoni fir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. |
|
(18) |
F’konformità ma’ dan, partijiet mir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Innlandet u Trøndelag huma esklużi mill-mappa tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li żoni f’reġjuni oħra tal-livell 3 huma inklużi (12). |
3.2.2.3
|
(19) |
It-Tabella 1 ta’ hawn taħt telenka ż-żoni fir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Innlandet u Trøndelag li huma esklużi (13): Tabella 1 Żoni iżgħar li huma esklużi
|
|
(20) |
Abbażi tad-data tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, dawn iż-żoni esklużi għandhom popolazzjoni totali ta’ 504 560 (14). |
3.2.2.4
|
(21) |
It-Tabella 2 ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn iż-żoni iżgħar b’densitajiet tal-popolazzjoni aktar baxxi minn 12,5-il abitant għal kull km2 li ġew inklużi (15): Tabella 2 Żoni iżgħar li huma inklużi
|
|
(22) |
Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, dawn iż-żoni inklużi għandhom popolazzjoni totali ta’ 528 360 (16). |
3.2.2.5
|
(23) |
Il-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistabbilixxi tliet rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi żoni iżgħar minn reġjun statistiku fil-livell 3 fejn dan ir-reġjun fl-intier tiegħu jkollu densità ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 12,5-il abitant għal kull km2. |
|
(24) |
L-ewwel nett, dawn iż-żoni iżgħar irid ikollhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. |
|
(25) |
Fil-prattika preċedenti, kemm l-ESA (17) kif ukoll il-Kummissjoni (18) vvalutaw id-densitajiet tal-popolazzjoni għaż-żoni skarsament popolati inklużi għal kull reġjun tal-livell 3 (reġjuni statistiċi fir-reġjuni tal-livell 3 / reġjuni ta’ NUTS 3). Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 li jeħtieġ interpretazzjoni differenti. Konsegwentement, l-ESA se ssegwi l-istess approċċ skont il-Linji Gwida l-ġodda. |
|
(26) |
Mid-data ppreżentata fit-Tabella 2 ta’ hawn fuq jirriżulta li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi għandhom inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2, meta vvalutati flimkien fil-livell tar-reġjun statistiku tagħhom fil-livell 3. Għaldaqstant, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat għal dawk iż-żoni inklużi. |
|
(27) |
It-tieni, iż-żoni iżgħar inklużi jridu jkunu żoni kontigwi maġenb ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 b’densità tal-popolazzjoni ta’ inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Abbażi tal-fruntieri taż-żoni kkonċernati, kif muri mill-mappa grafika mehmuża bħala l-Anness III (a) ta’ din id-deċiżjoni, l-ESA tikkonkludi li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat. |
|
(28) |
It-tielet, l-eżerċizzju ta’ inklużjoni jew esklużjoni ma jridx iwassal biex tinqabeż l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida. Skont l-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, il-popolazzjoni taż-żoni skarsament popolati u dik taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jridu jitqiesu flimkien għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni. Madankollu, kif iċċarat fil-paragrafu (13), il-popolazzjoni f’dawk iż-żoni li huma kemm skarsament popolati u li għandhom ukoll popolazzjoni baxxa ħafna, se tingħadd darba biss meta tiġi vvalutata l-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni. |
|
(29) |
Skont l-Anness I tal-Linji Gwida, l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” għan-Norveġja hija ta’ 25,14 % tal-popolazzjoni nazzjonali. Fil-prattika preċedenti, kemm l-ESA (19) kif ukoll il-Kummissjoni (20) aċċettaw l-użu ta’ data reċenti dwar il-popolazzjoni nazzjonali meta vvalutaw il-konformità mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni. Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida li jfisser li dan l-approċċ mhuwiex kompatibbli bl-istess mod mal-Linji Gwida l-ġodda. Għaldaqstant, l-ESA tqis li l-użu tad-data dwar il-popolazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi mill-1 ta’ Jannar 2020 huwa aċċettabbli. |
|
(30) |
Abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni tan-Norveġja hija ta’ 5 368 283 (21). Għaldaqstant, iż-żoni skarsament popolati u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati jistgħu jkopru mhux aktar minn 1 349 586 abitant, ikkalkulati abbażi ta’ dawn iċ-ċifri. |
|
(31) |
Il-popolazzjoni fiż-żoni skarsament popolati ddeżinjati tammonta għal 1 348 649 abitant (22). Dan huwa inqas mill-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” għan-Norveġja. |
3.2.3 Żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna
3.2.3.1
|
(32) |
F’din it-taqsima, l-ESA se tivvaluta d-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet Norveġiżi ta’ żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna. Minħabba l-ġeografija u x-xejra tal-popolazzjoni tan-Norveġja, ħafna miż-żoni skarsament popolati jikkwalifikaw, u huma indikati mill-awtoritajiet Norveġiżi, bħala żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna. |
3.2.3.2
|
(33) |
It-tielet sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida tistipula li, “[g]ħal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2, dment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn tmien abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167.” |
|
(34) |
Żewġ reġjuni statistiċi fil-livell 2 fin-Norveġja jissodisfaw il-kriterju tad-densità tal-popolazzjoni ta’ tmien abitanti għal kull km2. Dawn huma n-Norveġja ta’ Fuq (23) u Innlandet (24). Ir-reġjun tal-livell 2 tan-Norveġja ta’ Fuq għandu densità tal-popolazzjoni ta’ 4,5 abitanti għal kull km2 (25), filwaqt li r-reġjun tal-livell 2 ta’ Innlandet għandu densità tal-popolazzjoni ta’ 7,5 abitanti għal kull km2 (26). |
|
(35) |
L-awtoritajiet Norveġiżi iddeżinjaw ir-reġjun tal-livell 2 tan-Norveġja ta’ Fuq bħala eliġibbli fl-intier tiegħu. Għaldaqstant, iż-żoni kollha fin-Norveġja ta’ Fuq għandhom jitqiesu li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna għall-finijiet tal-Linji Gwida. |
|
(36) |
Kif imsemmi fil-paragrafu (16) ta’ hawn fuq, abbażi taċ-ċifri mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni tammonta għal 484 546 abitant. |
3.2.3.3
|
(37) |
Il-formulazzjoni tal-kliem tat-tielet sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida tippermetti d-deżinjazzjoni ta’ żoni kontigwi iżgħar maġenb dawk ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Filwaqt li dan mhuwiex iddikjarat b’mod espliċitu, il-possibbiltà li jiġu inklużi żoni kontigwi bħal dawn loġikament trid tiġi riflessa mill-possibbiltà li jiġu esklużi żoni fir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Din l-interpretazzjoni hija wkoll konformi mal-prattika preċedenti (27). |
|
(38) |
F’konformità ma’ dan, ir-reġjun tal-livell 2 ta’ Innlandet huwa biss iddeżinjat parzjalment bħala żona b’popolazzjoni baxxa ħafna. It-Tabella 3 ta’ hawn taħt tippreżenta ż-żoni inklużi f’Innlandet, u d-densità tal-popolazzjoni f’din iż-żona (28): Tabella 3 Żoni inklużi f’Innlandet
|
|
(39) |
Abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 143 115 abitant (29). |
3.2.3.4
|
(40) |
Iż-żoni maġenb in-Norveġja ta’ Fuq jinsabu kollha fir-reġjun tal-livell 3 ta’ Trøndelag. |
|
(41) |
It-Tabella 4 ta’ hawn taħt tippreżenta ż-żoni inklużi fi Trøndelag u d-densità tal-popolazzjoni f’din iż-żona (30): Tabella 4 Żoni kontigwi inklużi fin-Norveġja ta’ Fuq
|
|
(42) |
Il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 73 683 abitant meta kkalkulata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020 (31). |
3.2.3.5
|
(43) |
Iż-żoni maġenb Innlandet jinsabu fir-reġjuni tal-livell 3 ta’ Trøndelag, Møre og Romsdal, Vestland, Rogaland, Agder, Vestfold og Telemark, u Viken. Dawn iż-żoni huma ppreżentati fit-Tabella 5 ta’ hawn taħt (32). Tabella 5 Żoni kontigwi inklużi ma’ Innlandet
|
|
(44) |
Il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni hija ta’ 301 848 abitant meta kkalkulata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020 (33). |
3.2.3.6
|
(45) |
Il-paragrafu 169 tal-Linji Gwida jistabbilixxi tliet rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi żoni minn reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’densità tal-popolazzjoni ta’ aktar minn tmien abitanti għal kull km2. |
|
(46) |
L-ewwel nett, dawn iż-żoni jrid ikollhom inqas minn tmien abitanti għal kull km2. |
|
(47) |
Kif stabbilit fil-paragrafu (27) ta’ hawn fuq, kemm l-ESA (34) kif ukoll il-Kummissjoni (35) preċedentement ivvalutaw flimkien id-densitajiet tal-popolazzjoni ta’ żoni skarsament popolati inklużi, skont ir-reġjun rispettiv tagħhom tal-livell 3 (reġjuni statistiċi fir-reġjuni tal-livell 3 / reġjuni ta’ NUTS 3). Għal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna ddeżinjati fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna operatorja, l-ESA ma vvalutatx id-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni kkonċernati f’livell ta’ unità iżgħar mil-livell 3 (36). |
|
(48) |
Ma hemm xejn ġdid fil-formulazzjoni tal-kliem tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida li jirrikjedi devjazzjoni minn din il-prattika stabbilita. Għaldaqstant, l-ESA se ssegwi l-istess approċċ skont il-Linji Gwida l-ġodda. |
|
(49) |
Mid-data ppreżentata fit-Tabelli 4 u 5 ta’ hawn fuq jirriżulta li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi huma inqas minn tmien abitanti għal kull km2 meta ż-żoni li jinsabu fl-istess reġjun statistiku fil-livell 3 jiġu vvalutati flimkien. Peress li r-reġjuni statistiċi fil-livell 3 huma parti mir-reġjuni akbar fil-livell 2, dan ifisser li d-densitajiet tal-popolazzjoni fiż-żoni inklużi wkoll huma taħt il-limitu ta’ tmien abitanti għal kull km2 jekk jiġu vvalutati fil-livell taż-żoni inklużi f’kull reġjun fil-livell 2. |
|
(50) |
Għaldaqstant, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat għal dawk iż-żoni inklużi. Kif stabbilit fit-Tabella 3, ir-rekwiżit tad-densità tal-popolazzjoni huwa ssodisfat ukoll għaż-żoni deżinjati f’Innlandet ivvalutati flimkien. |
|
(51) |
It-tieni, iż-żoni inklużi jridu jkunu żoni kontigwi maġenb ir-reġjuni statistiċi fil-livell 2 b’densità tal-popolazzjoni ta’ inqas minn tmien abitanti għal kull km2. Abbażi tal-fruntieri bejn iż-żoni kkonċernati, kif muri mill-mappa grafika mehmuża bħala l-Anness III(b) ta’ din id-deċiżjoni, l-ESA tikkonkludi li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat. |
|
(52) |
It-tielet, l-eżerċizzju ta’ inklużjoni jew esklużjoni ma jridx iwassal biex tinqabeż l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida. Skont l-aħħar sentenza tal-paragrafu 169 tal-Linji Gwida, għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna trid titqies flimkien ma’ dik taż-żoni li huma biss skarsament popolati. |
|
(53) |
Il-popolazzjoni fiż-żoni ddeżinjati b’popolazzjoni baxxa ħafna tammonta għal 1 003 192 abitant (37). Din il-popolazzjoni ġiet inkluża meta ġiet ivvalutata l-konformità tad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati mal-limitu massimu tal-kopertura tal-popolazzjoni fil-paragrafu (31) ta’ hawn fuq. Abbażi ta’ dan, l-ESA tikkonkludi li l-kopertura tal-popolazzjoni tal-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 167 tal-Linji Gwida. |
3.2.4 Rimarki konklużivi dwar id-deżinjazzjoni ta’ żoni “c” predefiniti
|
(54) |
Fil-mappa tal-għajnuna reġjonali 2022–2027, l-awtoritajiet Norveġiżi ddeżinjaw żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA tqis li din id-deżinjazzjoni saret f’konformità mal-Linji Gwida. |
3.3 Żoni “c” mhux predefiniti
3.3.1 Introduzzjoni
|
(55) |
Skont l-Anness I tal-Linji Gwida, l-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita għan-Norveġja hija ta’ 6,87 % tal-popolazzjoni nazzjonali. In-Norveġja tista’ tuża din il-kopertura biex tiddeżinja żoni “c” mhux predefiniti skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 175 tal-Linji Gwida. |
3.3.2 Żoni inklużi
|
(56) |
Iż-żoni ddeżinjati mill-awtoritajiet Norveġiżi bħala żoni “c” mhux predefiniti, huma ppreżentati fit-Tabella 6 ta’ hawn taħt (38). Tabella 6 Żoni “c” mhux predefiniti
|
|
(57) |
Għaldaqstant, abbażi tal-aktar ċifri reċenti tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020, il-popolazzjoni fiż-żoni ddeżinjati bħala żoni “c” mhux predefiniti hija ta’ 4 224 abitant. |
3.3.3 Valutazzjoni
|
(58) |
Skont il-paragrafu 175(3)(iii) tal-Linji Gwida, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw gżejjer li għandhom inqas minn 5 000 abitant bħala żoni “c” mhux predefiniti. |
|
(59) |
Kif jirriżulta miċ-ċifri ppreżentati fit-Tabella 6 ta’ hawn fuq, il-popolazzjoni fuq kull waħda mill-gżejjer ta’ Utsira, Kvitsøy u Aukra hija inqas minn 5 000 abitant. Għaldaqstant, il-kundizzjoni fil-paragrafu 175(3)(iii) tal-Linji Gwida hija ssodisfata. |
|
(60) |
Barra minn hekk, abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni fit-Tabella 6 ta’ hawn fuq, il-popolazzjoni f’dawn iż-żoni ddeżinjati tammonta għal 0,08 % tal-popolazzjoni totali. Dan huwa ferm inqas mill-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita għan-Norveġja ta’ 6,87 % fl-Anness I tal-Linji Gwida. |
|
(61) |
Abbażi ta’ dan, l-ESA tikkonkludi li d-deżinjazzjoni ta’ żoni “c” mhux predefiniti fil-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 hija f’konformità mal-Linji Gwida. |
3.4 Ħarsa ġenerali lejn iż-żoni koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali
|
(62) |
Lista taż-żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali, inkluż l-istatus tagħhom bħala żoni “c” b’popolazzjoni baxxa ħafna, skarsament popolati jew mhux predefiniti, hija inkluża bħala l-Anness I ta’ din id-deċiżjoni. L-Anness II fih informazzjoni aktar dettaljata dwar l-unitajiet statistiċi f’dawk il-muniċipalitajiet li nqasmu meta ġew iddeżinjati żoni eliġibbli. |
4 INTENSITAJIET TAL-GHAJNUNA
|
(63) |
Mill-paragrafu 151 tal-Linji Gwida jirriżulta li l-mappa tal-għajnuna reġjonali trid tispeċifika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata. |
|
(64) |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fil-mappa japplikaw għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. L-intensitajiet massimi permessi għal din l-għajnuna skont il-Linji Gwida huma stabbiliti fit-taqsima 7.4 tagħhom. |
|
(65) |
Kif speċifikat fit-Tabella 7 ta’ hawn taħt, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw intensitajiet massimi tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ta’ 20 % u ta’ 10 % f’żoni “c” predefiniti u żoni “c” mhux predefiniti, rispettivament. L-intensitajiet massimi jiżdiedu b’20 punt perċentwali għal impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal impriżi ta’ daqs medju (39). Tabella 7 Intensitajiet massimi tal-għajnuna
|
|
(66) |
Fir-rigward tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” predefiniti, il-paragrafu 182(1) tal-Linji Gwida jistipula li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż l-20 % f’żoni skarsament popolati. Peress li ż-żoni kollha ddeżinjati taħt il-kwota għal żoni “c” predefiniti huma skarsament popolati, l-intensità massima tal-għajnuna stipulata mill-awtoritajiet Norveġiżi għal dawn iż-żoni hija f’konformità mal-Linji Gwida. |
|
(67) |
Iż-żidiet permessi għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju f’żoni “c” predefiniti wkoll huma f’konformità mal-Linji Gwida. Mill-paragrafu 186 tal-Linji Gwida jirriżulta li l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu sa 20 punt perċentwali għal impriżi żgħar jew sa 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju. |
|
(68) |
Fir-rigward tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” mhux predefiniti, il-paragrafu 182(3) tal-Linji Gwida jistipula li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż l-10 % f’żoni “c” mhux predefiniti li għandhom PDG per capita ogħla mill-100 % tal-medja taż-ŻEE u rata ta’ qgħad taħt il-100 % tal-medja taż-ŻEE. Peress li ż-żoni “c” mhux predefiniti ddeżinjati jaqgħu f’din il-kategorija, l-awtoritajiet Norveġiżi stabbilew l-intensità massima tal-għajnuna bħala 10 %. |
|
(69) |
Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 186 tal-Linji Gwida għaż-żieda tal-intensitajiet tal-għajnuna għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju japplika wkoll għal żoni “c” mhux predefiniti. Għaldaqstant, iż-żidiet fl-intensità massima tal-għajnuna f’dawn iż-żoni, kif ippreżentati fit-Tabella 7 ta’ hawn fuq, huma wkoll f’konformità mal-Linji Gwida. |
5 DURATA U RIEZAMI
|
(70) |
F’konformità mal-paragrafu 189 tal-Linji Gwida, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw mappa ta’ għajnuna reġjonali unikua, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(71) |
Mill-paragrafu 194 tal-Linji Gwida jirriżulta li fl-2023 se jitwettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali. L-ESA se tikkomunika d-dettalji dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu sa Ġunju 2023. |
6 KONKLUZJONI
|
(72) |
Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-ESA ssib li l-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2022–2027 hija kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fl-Linji Gwida. Il-mappa approvata tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida. |
|
(73) |
L-Annessi I, II, u III(a) u (b), jiffurmaw parti integrali minn din id-deċiżjoni. |
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,
Bente ANGELL-HANSEN
President
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Högni S. KRISTJÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ
Stefan BARRIGA
Membru tal-Kulleġġ
Melpo-Menie Joséphidès
Kontrofirmatarju bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat ġew adottati fl-1 ta’ Diċembru 2021 bid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 269/21/COL, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(2) Il-Linji Gwida, il-paragrafu 190.
(3) Il-Linji Gwida, il-paragrafu 2.
(4) Ibid.
(5) Id-Dokumenti Nri 1252726, 1252724, 1252722, 1252736, 1252734, 1252728, 12527 u 1252732.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 91/14/COL tas-26 ta’ Frar 2014 fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020 (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 52, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 12.6.2014, p. 18).
(7) Ara l-paragrafi 79–81 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 225/14/COL tat-18 ta’ Ġunju 2014 dwar Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali differenzjata reġjonalment 2014–2020 (ĠU C 344, 2.10.2014, p. 14, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 2.10.2014, p. 4).
(8) Il-mapep PDF tar-reġjuni statistiċi tan-Norveġja huma disponibbli fuq il-paġni web tal-Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/web/nuts/nuts-maps.
(9) Għall-fini tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali, l-awtoritajiet Norveġiżi użaw iċ-ċifri tal-popolazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2020. Dawn iċ-ċifri ġew akkwistati mingħand Statistics Norway (SSB). Fir-rigward taċ-ċifri tal-erja tal-art, dawn ukoll huma mill-1 ta’ Jannar 2020, u ġew akkwistati mingħand l-SSB (Statistikkbanken). Madankollu, f’ċerti każijiet, id-data nġabret minn snin preċedenti biex tinkiseb data għal dawk il-muniċipalitajiet li issa ġew maqsuma jew amalgamati. Dan jirrigwarda b’mod partikolari d-data dwar l-erja tal-art.
(10) In-Notifika, p. 3.
(11) It-Tabella 4, p. 5 tan-notifika.
(12) In-Notifika, pp. 3 u 4.
(13) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 2, p. 4 tan-notifika.
(14) It-Tabella 1, p. 3 tan-notifika.
(15) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 3, p. 4 tan-notifika.
(16) It-Tabella 1, p. 3 tan-notifika.
(17) Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ hawn fuq, il-paragrafu 18.
(18) Ara l-paragrafi 7 u 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, SA37985 (2014/N), (ĠU C 210, 4.7.2014, p. 20).
(19) Ara l-paragrafu 9 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 170/14/COL tal-24 ta’ April 2014 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Iżlandiża 2014–2020 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 33).
(20) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, imsemmija fin-nota 18 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna, il-paragrafu 10, u l-paragrafi 13–15.
(21) In-Notifika, p. 3.
(22) In-Notifika, p. 3.
(23) Dan ir-reġjun jinkludi r-reġjuni statistiċi fil-livell 3 li ġejjin: Troms og Finnmark u Nordland.
(24) Innlandet huwa wkoll reġjun statistiku fil-livell 3.
(25) It-Tabella 7a, p. 8 tan-notifika.
(26) In-Notifika, p. 8.
(27) Ara d-Deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjati 2014–2020, imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, il-paragrafi 79 sa 81.
(28) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7b u 8b, pp. 8-9 tan-notifika.
(29) It-Tabella 7b, p. 8 tan-notifika.
(30) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7a u 8a, pp. 8–9 tan-notifika.
(31) It-Tabella 7a, p. 8 tan-notifika.
(32) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabelli 7b u 8b, pp. 8–9 tan-notifika.
(33) It-Tabella 7b, p. 8 tan-notifika.
(34) Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża 2014–2020, imsemmija fin-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, il-paragrafu 18.
(35) Ara d-Deċiżjoni dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Żvediża 2014–2020, imsemmija fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq, il-paragrafi 7 u 15.
(36) Ara l-paragrafi 79–81 tad-Deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjati 2014–2020, imsemmija fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.
(37) In-Notifika, p. 10.
(38) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 9, p. 11 tan-notifika.
(39) It-tabella hija bbażata fuq it-Tabella 10, fil-paġna 11 tan-notifika.
ANNESS I
Ħarsa ġenerali lejn iż-żoni koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali
1 ŻONI “C” PREDEFINITI
1.1 Żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna
|
Reġjun ta’ Livell 3 |
Muniċipalitajiet |
|
Troms og Finnmark |
Tromsø, Harstad-Hárstták, Alta, Vardø, Vadsø, Hammerfest, Kvæfjord, Tjeldsund, Ibestad, Gratangen, Loabák-Lavangen, Bardu, Salangen, Målselv, Sørreisa, Dyrøy, Senja, Balsfjord, Karlsøy, Lyngen, Storfjord-Omasvuotna-Omasvuono, Gáivuotna-Kåfjord-Kaivuono, Skjervøy, Nordreisa, Kvænangen, Guovdageaidnu-Kautokeino, Loppa, Hasvik, Måsøy, Nordkapp, Porsanger-Porsáŋgu-Porsanki, Kárášjohka-Karasjok, Lebesby, Gamvik, Berlevåg, Deatnu-Tana, Unjárga-Nesseby, Båtsfjord, u Sør-Varanger |
|
Nordland |
Bodø, Narvik, Bindal, Sømna, Brønnøy, Vega, Vevelstad, Herøy, Alstahaug, Leirfjord, Vefsn, Grane, Hattfjelldal, Dønna, Nesna, Hemnes, Rana, Lurøy, Træna, Rødøy, Meløy, Gildeskål, Beiarn, Saltdal, Fauske-Fuossko, Sørfold, Steigen, Lødingen, Evenes, Røst, Værøy, Flakstad, Vestvågøy, Vågan, Hadsel, Bø, Øksnes, Sortland, Andøy, Moskenes, u Hamarøy-Hábmer |
|
Trøndelag |
Il-parti ta’ Steinkjer li qabel kienet Verran, Namsos, Osen, Snåase-Snåsa, Lierne, Raarvihke-Røyrvik, Namsskogan, Grong, Høylandet, Overhalla, Flatanger, Leka, Inderøy, Indre Fosen, Ørland, Åfjord, Nærøysund, Hitra, Frøya, Oppdal, Rennebu, Røros, Holtålen, Tydal, Meråker, Heim, Rindal, u l-partijiet ta’ Orkland li qabel kienu Agdenes, Meldal u partijiet mill-muniċipalità ta’ Snillfjord |
|
Møre og Romsdal |
Vanylven, Sande, Stranda, Sykkylven, Vestnes, Rauma, Tingvoll, Sunndal, Surnadal, Smøla, Aure, Fjord, il-parti ta’ Volda li qabel kienet Hornindal, il-partijiet ta’ Molde li qabel kienu Nesset u Midsund, u l-parti ta’ Ålesund li qabel kienet Sandøy |
|
Vestland |
Tysnes, Kvinnherad, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Modalen, Fedje, Masfjorden, Gulen, Solund, Hyllestad, Høyanger, Vik, Aurland, Lærdal, Årdal, Luster, Askvoll, Fjaler, Bremanger, Stad, Gloppen, Stryn, il-parti ta’ Voss li qabel kienet Granvin, il-parti ta’ Kinn li qabel kienet Vågsøy, il-partijiet ta’ Sogndal li qabel kienu Leikanger u Balestrand, u l-partijiet ta’ Sunnfjord li qabel kienu Gaular, Jølster u Naustdal |
|
Rogaland |
Hjelmeland, Suldal u Sauda |
|
Agder |
Risør, Gjerstad, Åmli, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle, u Åseral |
|
Vestfold og Telemark |
Drangedal, Nome, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, u Vinje |
|
Innlandet |
Kongsvinger, Nord-Odal, Sør-Odal, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot, Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os, Dovre, Lesja, Skjåk, Lom, Vågå, Nord-Fron, Sel, Sør-Fron, Ringebu, Søndre Land, Nordre Land, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, u Vang |
|
Viken |
Flå, Nesbyen, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Rollag, u Nore og Uvdal |
1.2 Żoni skarsament popolati
|
Reġjun ta’ Livell 3 |
Muniċipalitajiet |
|
Trøndelag |
Il-parti ta’ Steinkjer li qabel kienet Steinkjer (jiġifieri l-parti li ma kinitx Verran), Midtre Gauldal, Selbu, Frosta, u Verdal |
|
Møre og Romsdal |
Il-parti ta’ Ålesund li qabel kienet Haram, Hareid, il-parti ta’ Volda li qabel kienet Volda (jiġifieri l-parti li ma kinitx Hornindal), Ørsta, Averøy, Gjemnes, u Hustadvika |
|
Vestland |
Il-parti ta’ Voss li qabel kienet Voss (jiġifieri l-parti li ma kinitx Granvin), il-parti ta’ Kinn li qabel kienet Flora, il-parti ta’ Sogndal li qabel kienet Sogndal (jiġifieri l-parti li ma kinitx Balestrand u Leikanger), il-parti ta’ Sunnfjord li qabel kienet Førde, Etne, Bømlo, Fitjar, Kvam, Samnanger, Vaksdal, u Austrheim |
|
Rogaland |
Sokndal, Lund, u Bjerkreim |
|
Agder |
Il-parti ta’ Lindesnes li qabel kienet Marnardal, il-parti ta’ Lyngdal li qabel kienet Audnedal, Farsund, Flekkefjord, Vegårshei, Tvedestrand, Iveland, Hægebostad, Kvinesdal, u Sirdal |
|
Vestfold og Telemark |
Notodden, Bamble, Kragerø, u Midt-Telemark |
|
Innlandet |
Øyer, Gausdal, u Vestre Toten |
|
Viken |
Aremark, Marker, Aurskog-Høland, Sigdal, Krødsherad, u Flesberg |
2 ŻONI “C” MHUX PREDEFINITI
|
Reġjun ta’ Livell 3 |
Muniċipalitajiet |
|
Rogaland |
Utsira u Kvitsøy |
|
Møre og Romsdal |
Aukra |
ANNESS II
Unitajiet Statistiċi Bażiċi Eliġibbli ( Basic Statistical Units, BSUs) f’muniċipalitajiet maqsuma
|
Kodiċi tal-Muniċipalità (LAU) |
Isem il-muniċipalità |
Dik li qabel kienet il-muniċipalità |
Kodiċi BSU |
Isem il-BSU |
|
4205 |
Lindesnes |
Marnardal |
42051001 |
Øyslebø |
|
|
|
|
42051002 |
Skjævesland |
|
|
|
|
42051003 |
Birkeland |
|
|
|
|
42051004 |
Støa |
|
|
|
|
42051005 |
Gangså |
|
|
|
|
42051006 |
Finnsdal |
|
|
|
|
42051007 |
Tjomsland - Lindland |
|
|
|
|
42051008 |
Laudal Nedre |
|
|
|
|
42051009 |
Laudal Øvre |
|
|
|
|
42051010 |
Tisland |
|
|
|
|
42051011 |
Åkset |
|
|
|
|
42051012 |
Bruskeland |
|
|
|
|
42051013 |
Rydlende |
|
|
|
|
42051014 |
Trygsland |
|
|
|
|
42051015 |
Stedjan |
|
|
|
|
42051016 |
Koland |
|
4225 |
Lyngdal |
Audnedal |
42250401 |
Brastad |
|
|
|
|
42250402 |
Viblemo |
|
|
|
|
42250403 |
Konsmo |
|
|
|
|
42250404 |
Audnedal |
|
|
|
|
42250405 |
Ågedalstø |
|
|
|
|
42250406 |
Øydna |
|
|
|
|
42250407 |
Byremo |
|
|
|
|
42250408 |
Håland - Sveindal |
|
4621 |
Voss |
1234 Granvin |
46211001 |
Lussand - Kvandal |
|
|
|
|
46211002 |
Folkedal |
|
|
|
|
46211003 |
Hamre |
|
|
|
|
46211004 |
Eide |
|
|
|
|
46211005 |
Selland - Kjerland |
|
|
|
|
46211006 |
Kyrkjestrandi |
|
|
|
|
46211007 |
Seim - Nesheim |
|
|
|
|
46211008 |
Spildo |
|
|
|
|
46211009 |
Tjoflot |
|
|
|
|
46211010 |
Djønno |
|
4602 |
Kinn |
1439 Vågsøy |
46020401 |
Silda |
|
|
|
|
46020402 |
Vedvik |
|
|
|
|
46020403 |
Halsør |
|
|
|
|
46020404 |
Røysa |
|
|
|
|
46020405 |
Raudeberg |
|
|
|
|
46020406 |
Kapellneset |
|
|
|
|
46020407 |
Refvik |
|
|
|
|
46020408 |
Kvalheim |
|
|
|
|
46020501 |
Ulvesund |
|
|
|
|
46020502 |
Degnepoll |
|
|
|
|
46020503 |
Kulen |
|
|
|
|
46020504 |
Blålid |
|
|
|
|
46020505 |
Skavøypoll |
|
|
|
|
46020506 |
Sørpoll |
|
|
|
|
46020507 |
Almenning |
|
|
|
|
46020601 |
Våge - Oppedal |
|
|
|
|
46020602 |
Holvik |
|
|
|
|
46020603 |
Sæternes |
|
|
|
|
46020604 |
Ellingskaret |
|
|
|
|
46020605 |
Skram Øvre |
|
|
|
|
46020606 |
Skram Nedre |
|
|
|
|
46020607 |
Midtgård Søndre |
|
|
|
|
46020608 |
Midtgård Nordre |
|
|
|
|
46020609 |
Gotteberg |
|
|
|
|
46020610 |
Øyane i Sør |
|
4640 |
Sogndal |
1419 Leikanger |
46400501 |
Njøs |
|
|
|
|
46400502 |
Hermansverk |
|
|
|
|
46400503 |
Henjum |
|
|
|
|
46400504 |
Leitet |
|
|
|
|
46400505 |
Leikanger |
|
|
|
|
46400506 |
Hamre - Fosse |
|
|
|
|
46400507 |
Grinde |
|
|
|
|
46400508 |
Eitorn |
|
4640 |
Sogndal |
1418 Balestrand |
46400604 |
Vetlefjord |
|
|
|
|
46400605 |
Sværefjorden |
|
|
|
|
46400606 |
Esefjorden |
|
|
|
|
46400607 |
Balestrand |
|
|
|
|
46400608 |
Thue |
|
|
|
|
46400609 |
Kvamsøy |
|
4647 |
Sunnfjord |
1430 Gaular |
46470601 |
Øvrebotten |
|
|
|
|
46470602 |
Eldal - Mjell |
|
|
|
|
46470603 |
Viken |
|
|
|
|
46470604 |
Hestadgrend |
|
|
|
|
46470605 |
Skudal |
|
|
|
|
46470606 |
Senneseth |
|
|
|
|
46470607 |
Steien |
|
|
|
|
46470608 |
Sande |
|
|
|
|
46470609 |
Sygna |
|
|
|
|
46470610 |
Lunde |
|
|
|
|
46470611 |
Skilbrei - Hjelmeland |
|
|
|
|
46470612 |
Lien |
|
|
|
|
46470613 |
Kvamme |
|
|
|
|
46470614 |
Osen |
|
|
|
|
46470615 |
Birkeland |
|
|
|
|
46470616 |
Kårstad |
|
|
|
|
46470617 |
Hestad |
|
4647 |
Sunnfjord |
1431 Jølster |
46470401 |
Eikås |
|
|
|
|
46470402 |
Langhaugane |
|
|
|
|
46470403 |
Hjellbrekke |
|
|
|
|
46470404 |
Vassenden Nord |
|
|
|
|
46470405 |
Vassenden Sør |
|
|
|
|
46470406 |
Sanddal |
|
|
|
|
46470407 |
Svidal |
|
|
|
|
46470408 |
Ålhus |
|
|
|
|
46470501 |
Myklebost |
|
|
|
|
46470502 |
Årdal |
|
|
|
|
46470503 |
Helgheim |
|
|
|
|
46470504 |
Fugle |
|
|
|
|
46470505 |
Skei |
|
|
|
|
46470506 |
Kjøsnesfjorden |
|
|
|
|
46470507 |
Førde |
|
|
|
|
46470508 |
Klakegg |
|
|
|
|
46470509 |
Veiteberg |
|
|
|
|
46470510 |
Åmot |
|
4647 |
Sunnfjord |
1433 Naustdal |
46470701 |
Kvellestad |
|
|
|
|
46470702 |
Vevring |
|
|
|
|
46470703 |
Redal |
|
|
|
|
46470704 |
Helle |
|
|
|
|
46470705 |
Frammarsvik |
|
|
|
|
46470706 |
Naustdal Vest |
|
|
|
|
46470707 |
Naustdal Aust |
|
|
|
|
46470708 |
Åse |
|
|
|
|
46470709 |
Horstad Vest |
|
|
|
|
46470710 |
Horstad Aust |
|
|
|
|
46470711 |
Ullaland Nord |
|
|
|
|
46470712 |
Ullaland Sør |
|
|
|
|
46470713 |
Fimland |
|
1577 |
Volda |
1444 Hornindal |
15770601 |
Haugen |
|
|
|
|
15770602 |
Kirkhorn |
|
|
|
|
15770603 |
Grodås |
|
|
|
|
15770605 |
Otterdal |
|
|
|
|
15770606 |
Lødemel |
|
|
|
|
15770607 |
Rygg |
|
|
|
|
15770608 |
Kjøs |
|
1506 |
Molde |
1543 Nesset |
15060801 |
Ranvik |
|
|
|
|
15060802 |
Tjelle |
|
|
|
|
15060803 |
Rød |
|
|
|
|
15060804 |
Høvik |
|
|
|
|
15060805 |
Hammervoll |
|
|
|
|
15060806 |
Eidsvåg Sentrum |
|
|
|
|
15060807 |
Aasen |
|
|
|
|
15060808 |
Stubø |
|
|
|
|
15060809 |
Vorpenes |
|
|
|
|
15060810 |
Raudsand |
|
|
|
|
15060811 |
Bersås |
|
|
|
|
15060812 |
Eidsøra |
|
|
|
|
15060813 |
Meisalstranda |
|
|
|
|
15060814 |
Bugge |
|
|
|
|
15060901 |
Myklebostad |
|
|
|
|
15060902 |
Nerland |
|
|
|
|
15060903 |
Sira |
|
|
|
|
15060904 |
Slenes |
|
|
|
|
15060905 |
Eikesdal |
|
|
|
|
15060906 |
Aursjøen |
|
|
|
1545 Midsund |
15061001 |
Søre Midøy |
|
|
|
|
15061002 |
Nordre Midøy |
|
|
|
|
15061003 |
Midsund Ytre |
|
|
|
|
15061004 |
Ugelvik |
|
|
|
|
15061005 |
Nerland |
|
|
|
|
15061006 |
Raknes |
|
|
|
|
15061007 |
Rakvåg |
|
|
|
|
15061008 |
Ræstad |
|
|
|
|
15061009 |
Nord - Heggdal - Tutra |
|
|
|
|
15061010 |
Sør - Heggdal |
|
|
|
|
15061011 |
Midsund Indre |
|
1507 |
Ålesund |
1534 Haram |
15071101 |
Fjørtoft |
|
|
|
|
15071102 |
Otterlei |
|
|
|
|
15071103 |
Rogne |
|
|
|
|
15071104 |
Longva |
|
|
|
|
15071105 |
Flema |
|
|
|
|
15071106 |
Ulla |
|
|
|
|
15071107 |
Austnes |
|
|
|
|
15071108 |
Haram |
|
|
|
|
15071109 |
Kjerstad |
|
|
|
|
15071110 |
Farstad |
|
|
|
|
15071201 |
Hurla |
|
|
|
|
15071202 |
Alvestad |
|
|
|
|
15071203 |
Brattvåg |
|
|
|
|
15071204 |
Aksla - Håvik |
|
|
|
|
15071301 |
Samfjord |
|
|
|
|
15071302 |
Strand |
|
|
|
|
15071303 |
Slyngstad |
|
|
|
|
15071304 |
Tennfjord |
|
|
|
|
15071305 |
Vatne |
|
|
|
|
15071306 |
Ulvestad - Vatne |
|
|
|
|
15071307 |
Hellestranda |
|
|
|
|
15071308 |
Vestrefjord |
|
|
|
|
15071401 |
Bjørnøy - Kalvøy |
|
|
|
|
15071402 |
Søvik - Gamlem |
|
|
|
|
15071403 |
Grytastrand - Hamsund |
|
|
|
1546 Sandøy |
15071701 |
Myklebost |
|
|
|
|
15071702 |
Røsok |
|
|
|
|
15071703 |
Bruvoll - Morsund |
|
|
|
|
15071704 |
Steinshamn - Harnes |
|
|
|
|
15071705 |
Huse |
|
|
|
|
15071706 |
Finnøy |
|
|
|
|
15071708 |
Sandøy |
|
|
|
|
15071709 |
Ona - Husøy |
|
5006 |
Steinkjer |
Verran |
50060801 |
Vada |
|
|
|
|
50060802 |
Nordberg |
|
|
|
|
50060803 |
Kirkreit |
|
|
|
|
50060804 |
Bratreit |
|
|
|
|
50060805 |
Holdåsen |
|
|
|
|
50060806 |
Malmo |
|
|
|
|
50060807 |
Fossdalen |
|
|
|
|
50060808 |
Ressem |
|
|
|
|
50060809 |
Sundbygda |
|
|
|
|
50060810 |
Tverås |
|
|
|
|
50060811 |
Folladalen - Ystmark |
|
|
|
|
50060812 |
Holden - Langvatnet |
|
|
|
|
50060901 |
Sela |
|
|
|
|
50060902 |
Follafoss Østre |
|
|
|
|
50060903 |
Follafoss Vestre - Tua |
|
|
|
|
50060904 |
Skjelstad |
|
|
|
|
50060905 |
Verrastranda |
|
5059 |
Orkland |
5023 Meldal |
50590501 |
Midtskog |
|
|
|
|
50590502 |
Løvby |
|
|
|
|
50590503 |
Løkken Vest |
|
|
|
|
50590504 |
Bjørnli |
|
|
|
|
50590505 |
Løkken Øst |
|
|
|
|
50590601 |
Laksøybygda |
|
|
|
|
50590602 |
Drogsetmoen |
|
|
|
|
50590603 |
Lo |
|
|
|
|
50590604 |
Storås Vest |
|
|
|
|
50590605 |
Fossen |
|
|
|
|
50590606 |
Syrstad |
|
|
|
|
50590607 |
Grefstad |
|
|
|
|
50590608 |
Grøta |
|
|
|
|
50590609 |
Hilstad |
|
|
|
|
50590610 |
Jerpstad |
|
|
|
|
50590611 |
Ree |
|
|
|
|
50590612 |
Grut |
|
|
|
|
50590613 |
Ilfjellet |
|
|
|
|
50590614 |
Resdalen |
|
|
|
5016 Agdenes |
50590801 |
Selven |
|
|
|
|
50590802 |
Lysheim |
|
|
|
|
50590803 |
Sletvik |
|
|
|
|
50590804 |
Fjorden |
|
|
|
|
50590806 |
Leksa |
|
|
|
|
50590807 |
Ingdalen |
|
|
|
|
50590808 |
Hamna |
|
|
|
|
50590809 |
Singstad |
|
|
|
|
50590810 |
Sterten |
|
|
|
|
50590811 |
Stranda |
|
|
|
Partijiet ta’ 5012 Snillfjord |
50590901 |
Aa |
|
|
|
|
50590902 |
Vuttudal - Skårild |
|
|
|
|
50590904 |
Tannvik |
|
|
|
|
50590905 |
Åstfjorden |
|
|
|
|
50590906 |
Heggstad |
|
|
|
|
50590911 |
Imsterfjorden Indre |
|
|
|
|
50590912 |
Moldtun |
ANNESS III(a) u (b)
L-illustrazzjonijiet grafiċi taż-żoni eliġibbli
Rettifika
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/58 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195 tas-27 ta’ Lulju 2010 )
Fil-paġna 50, Anness I, Parti A, it-titolu,
minflok:
“Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi”,
aqra:
“Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi”.
|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/59 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2003 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trasmissibli fl-annimali ovini u kaprini
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 tal-20 ta’ Diċembru 2003 )
(Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 41)
F’paġna 418, fl-Anness, fl-emendi tat-titolu tal-Anness III, tat-titolu tal-Kapitolu A u tal-punt I, is-subpunt 1 tal-Kapitolu A tar-Regolament (KE) Nru 999/2001,
minflok:
“ANNEX III
MONITORING SYSTEM
CHAPTER A
I. MONITORING IN BOVINE ANIMALS
1. General
Monitoring in bovine animals shall be carried out in accordance with the laboratory methods laid down in Annex X, Chapter C, point 3(1)(b).”,
aqra:
“ANNESS III
SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ
KAPITOLU A
I. MONITORAĠĠ TAL-ANNIMALI BOVINI
1. Ġenerali
Il-monitoraġġ tal-annimali bovini għandu jitwettaq f’konformità mal-metodi tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3(1)(b).”;
F’paġna 418, fl-Anness, fl-emenda tal-Kapitolu A, il-punt I, is-subpunt 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001,
minflok:
|
“3. |
Monitoring in animals not slaughtered for human consumption
|
aqra:
|
“3. |
Monitoraġġ tal-annimali li mhumiex imbiċċra għall-konsum mill-bniedem
|
F’paġna 419, fl-Anness, fl-emenda tal-Kapitolu A, il-punt I, is-subpunt 5 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001,
minflok:
|
“5. |
Monitoring in other animals In addition to the testing referred to in points 2 to 4, Member States may on a voluntary basis decide to test other bovine animals on their territory, in particular where those animals originate from countries with indigenous BSE, have consumed potentially contaminated feedingstuffs or were born or derived from BSE infected dams”, |
aqra:
|
“5. |
Monitoraġġ tal-annimali l-oħra Barra mill-ittestjar imsemmi fil-punti 2 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi volontarja, li jittestjaw annimali bovini oħra fit-territorju tagħhom, b’mod partikolari meta dawk l-annimali joriġinaw minn pajjiżi b’BSE indiġena, ikunu ikkunsmaw għalf potenzjalment kontaminat jew ikunu twieldu jew tnisslu minn ommijiet infettati bil-BSE.”. |