|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/991 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) twaqqfet permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sabiex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b’theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. It-terroristi u kriminali oħra jisfruttaw it-trasformazzjoni diġitali u t-teknoloġiji l-ġodda, b’mod partikolari kemm l-interkonnettività u ċ-ċajpir tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali, pereżempju billi jaħbu r-reati kriminaliu l-identitajiet tagħhom bl-użu ta’ tekniki dejjem aktar sofistikati. It-terroristi u kriminali oħra wrew li għandhom il-ħila jadattaw il-modi ta’ kif joperaw u li jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda fi żminijiet ta’ kriżi, inkluż billi jisfruttaw għodod imħaddma bit-teknoloġija biex ikattru u jwessgħu il-firxa u l-iskala tal-attivitajiet kriminali tagħhom. It-terroriżmu jibqa’ theddida sinifikanti għal-libertà u l-mod tal-għajxien taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(3) |
Theddidiet kumplessi u li qed jevolvu jinfirxu lil hinn mill-fruntieri, ikopru varjetà ta’ reati kriminali li huma jiffaċilitaw, u jidhru fi gruppi tal-kriminalità organizzata polikriminali li jieħdu sehem f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet kriminali. Peress li l-azzjoni fil-livell nazzjonali u l-kooperazzjoni transkonfinali mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw dawk it-theddid tranżnazzjonali tas-sigurtà, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri qed jużaw dejjem aktar l-appoġġ u l-għarfien espert li toffri l-Europol għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Minn meta sar applikabbli r-Regolament (UE) 2016/794, l-importanza operazzjonali tal-kompiti tal-Europol żdiedet b’mod sostanzjali. Barra minn hekk, l-ambjent il-ġdid tat-theddidiet jibdel l-ambitu u t-tip ta’ appoġġ li l-Istati Membri jeħtieġu u jistennew mill-Europol sabiex iżommu liċ-ċittadini sikuri. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li kompiti addizzjonali jingħataw lill-Europol minn dan ir-Regolament sabiex jippermettu lill-Europol tappoġġa aħjar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri filwaqt li jiġu ppreservati bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali stipulati fl-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Jenħtieġ li l-mandat rinfurzat tal-Europol ikun ibbilanċjat b’salvagwardji msaħħa fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u aktar akkontabbiltà, responsabbiltà u sorveljanza, inkluż sorveljanza parlamentari u sorveljanza permezz tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol (“il-Bord ta’ Amministrazzjoni”). Sabiex il-Europol tkun tista’ twettaq il-mandat rinfurzat tagħha, jenħtieġ li hija tingħata riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex tkun tista’ tappoġġa l-kompiti addizzjonali tagħha. |
|
(5) |
Hekk kif l-Unjoni qed taffaċċja theddidiet dejjem akbar minn gruppi ta’ kriminalità organizzata u minn attakki terroristiċi, rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jrid jinkludi d-disponibbiltà ta’ unitajiet ta’ intervent speċjali interoperabbli mħarrġa tajjeb speċjalizzati fil-kontroll ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi maħluqin mill-bniedem. Fl-Unjoni, l-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri jikkooperaw abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI (3). Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tappoġġa dawk l-unitajiet ta’ intervent speċjali billi tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju, li jikkomplementa l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri. |
|
(6) |
F’dawn l-aħħar snin, attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, inkluż attakki li oriġinaw f’pajjiżi terzi, kellhom fil-mira tagħhom entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati f’ħafna ġuriżdizzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, u affettwaw diversi setturi inklużi s-servizzi tat-trasport, tas-saħħa u dawk finanzjarji. Il-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ tali attakki ċibernetiċi huma sostnuti mill-koordinazzjoni u mill-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti, inkluż l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) l-awtoritajiet kompetenti dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (awtoritajiet tal-NIS) fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u partijiet privati. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-attakki ċibernetiċi u t-theddidiet ċibernetiċi, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-ENISA b’mod partikolari, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
|
(7) |
Il-kriminali ta’ riskju għoli għandhom rwol ewlieni fin-networks kriminali u l-attivitajiet kriminali tagħhom jippreżentaw riskju għoli għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Sabiex jiġu miġġielda gruppi ta’ kriminalità organizzata b’riskju għoli u l-membri ewlenin tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fl-iffokar tar-rispons investigattiv tagħhom fuq l-identifikazzjoni tal-membri u tal-membri ewlenin ta’ dawk in-networks, l-attivitajiet kriminali u l-assi finanzjarji tagħhom. |
|
(8) |
It-theddidiet ikkawżati minn kriminalità serja jeħtieġu rispons koordinat, koerenti, multidixxiplinari u li jinvolvi diversi aġenziji. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tiffaċilita u tappoġġa inizjattivi ta’ sigurtà mmexxija mill-Istati Membri mmexxija mill-intelligence li għandhom l-għan li jidentifikaw, jipprijoritizzaw u jindirizzaw theddid serju ta’ kriminalità, bħalma hija l-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT). Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipprovdi appoġġ amministrattiv, loġistiku, finanzjarju u operazzjonali għal tali inizjattivi. |
|
(9) |
Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), stabbilita fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali permezz tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), hija għodda essenzjali biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Europol, bħala ċentru għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-Unjoni, tirċievi u żżomm informazzjoni siewja mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni ssuspettati li jkunu involuti f’reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol. Fil-qafas tal-objettivi tagħha u l-kompitu tagħha li tappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, jenħtieġ li l-Europol tappoġġa lill-Istati Membri fl-ipproċessar ta’ data fornita minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali lilha billi tipproponi d-dħul possibbli mill-Istati Membri ta’ allerti fis-SIS taħt kategorija ġdida ta’ allerti ta’ informazzjoni fl-interess tal-Unjoni (“allerti ta’ informazzjoni”), sabiex tagħmel dawk l-allerti ta’ informazzjoni disponibbli għall-utenti aħħarin tas-SIS. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtar perjodiku sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-Europol ikunu infurmati dwar ir-riżultat tal-verifika u tal-analiżi ta’ dik id-data u dwar jekk l-informazzjoni ġietx imdaħħla fis-SIS. Jenħtieġ li l-modalitajiet għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri għall-ipproċessar ta’ tali data u d-dħul ta’ allerti fis-SIS, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, ikunu soġġetti għal koordinazzjoni kontinwa fost l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Bord tal-Amministrazzjoni jispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom jenħtieġ li jkun possibbli għall-Europol li toħroġ proposti għad-dħul ta’ tali allerti ta’ informazzjoni fis-SIS. |
|
(10) |
Il-Europol għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (7). Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol, fuq talba tal-Istati Membri, tikkontribwixxi bl-għarfien espert, l-analiżi, ir-rapporti u informazzjoni rilevanti oħra tagħha għall-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen. |
|
(11) |
Il-valutazzjonijiet tar-riskju jgħinu sabiex jiġu antiċipati xejriet ġodda u sabiex jiġu indirizzati theddidiet ġodda li ġejjin mill-kriminalità serja u fit-terroriżmu. Sabiex tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet effettivi tar-riskju, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri analiżi tal-valutazzjoni tat-theddid bbażata fuq l-informazzjoni li jkollha dwar fenomeni u xejriet kriminali, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju doganali. |
|
(12) |
Sabiex il-finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka dwar is-sigurtà ikun jista’ jikseb l-għan tiegħu li jiżgura li dik ir-riċerka tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha u tindirizza l-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka u fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u għall-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol. Fejn ikun rilevanti, jenħtieġ li jkun possibbli biex il-Europol ixxerred ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni bħala parti mill-kontribut tagħha għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-korpi rilevanti tal-Unjoni. Meta tfassal u tikkunċettwalizza l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’, fejn xieraq, tikkonsulta liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Europol tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta’ interess. Jenħtieġ li l-Europol ma tirċevix finanzjament minn programm qafas tal-Unjoni partikolari fejn hija tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka u fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm. Huwa importanti li l-Europol tkun tista’ tiddependi fuq il-forniment ta’ finanzjament adegwat sabiex tkun tista’ tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-qasam ta’ riċerka u innovazzjoni. |
|
(13) |
Huwa possibbli li l-Unjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri restrittivi relatati mal-investiment dirett barrani għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ta’ ordni pubbliku. Għal dak il-għan, ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni. L-investimenti diretti barranin f’teknoloġiji emerġenti jistħoqqilhom attenzjoni partikolari għax jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti għas-sigurtà u l-ordni pubbliku, b’mod partikolari meta tali teknoloġiji jiġu użati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Minħabba l-involviment tal-Europol fil-monitoraġġ ta’ teknoloġiji emerġenti u l-involviment tagħha fl-iżvilupp ta’ modi ġodda ta’ użu ta’ dawk it-teknoloġiji għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, b’mod partikolari permezz tal-Laboratorju tal-Innovazzjoni tagħha u permezz taċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni tal-UE għas-Sigurta’ Interna, il-Europol għandha għarfien estensiv dwar l-opportunitajiet offruti minn tali teknoloġiji kif ukoll ir-riskji assoċjati mal-użu tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fl-iskrinjar ta’ investimenti diretti barranin fl-Unjoni u fir-riskji relatati mas-sigurta’ li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji, inkluż software, użat mill-Europol għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali li jaqgħu fl-objettivi tal-Europol jew teknoloġiji kritiċi li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw it-terroriżmu. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-għarfien espert tal-Europol jappoġġa l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin u r-riskji għas-sigurtà relatati. Jenħtieġ li jitqies b’mod partikolari jekk l-investitur barrani kienx diġà involut f’attivitajiet li jaffettwaw is-sigurtà, jekk ikunx hemm riskju serju li l-investitur barrani jinvolvi ruħu f’attivitajiet illegali jew kriminali u jekk l-investitur barrani jkunx ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern ta’ pajjiż terz, inkluż permezz ta’ sussidji. |
|
(14) |
Il-Europol tipprovdi għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Jenħtieġ li, fuq talba ta’ Stat Membru, il-persunal tal-Europol ikun jista’ jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’operazzjonijiet u investigazzjonijiet, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni u jipprovdi appoġġ forensiku u tekniku f’operazzjonijiet u investigazzjonijiet, inkluż fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti. Jenħtieġ li, fuq talba ta’ Stat Membru, il-persunal tal-Europol ikollu d-dritt ikun preżenti matul l-eżekuzzjoni tal-miżuri investigattivi f’dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ma jkollux is-setgħa li jeżegwixxi miżuri investigattivi. |
|
(15) |
Wieħed mill-objettivi tal-Europol huwa li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Biex jissaħħaħ dak l-appoġġ, jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol (“id-Direttur Eżekuttiv”) ikun jista’ jipproponi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li huma jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw l-investigazzjoni kriminali ta’ reat li jikkonċerna lil dak l-Istat Membru biss iżda jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-Eurojust u, fejn ikun rilevanti, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9), dwar kwalunkwe proposta bħal din. |
|
(16) |
Il-pubblikazzjoni tal-identità u ta’ ċerta data personali ta’ persuni suspettati jew misjuba ħatja li jkunu mfittxija fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali żżid il-possibbiltajiet li l-Istati Membri jillokalizzaw u jarrestaw dawn l-individwi. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fil-lokalizzazzjoni u fl-arrest ta’ dawn l-individwi, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar l-aktar persuni maħruba mfittxija fl-Ewropa fir-rigward tar-reati kriminali li jaqgħu fl-objettivi tal-Europol. Għall-istess għan, il-Europol jeħtieġ tiffaċilita l-għoti mill-pubbliku ta’ informazzjoni lill-Istati Membri u l-Europol dwar dawk l-individwi. |
|
(17) |
Ladarba l-Europol taċċerta li data personali li hija tirċievi taqa’ fl-objettivi tagħha, jenħtieġ li hija tkun tista’ tipproċessa dik id-data personali fl-erba’ sitwazzjonijiet li ġejjin. Fl-ewwel sitwazzjoni, id-data personali riċevuta tirrigwarda kwalunkwe mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794 (“Anness II”). Fit-tieni sitwazzjoni, id-data personali riċevuta tikkonsisti f’data investigattiva li tinkludi data li ma tirrelatax ma’ kwalunkwe mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II iżda li ġew provvduti, wara talba għall-appoġġ tal-Europol għall-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali, minn Stat Membru, l-UPPE, l-Eurojust jew pajjiż terz, dment li l-Istat Membru, l-UPPE, l-Eurojust jew dak il-pajjiż terz huma awtorizzati jipproċessaw tali data investigattiva f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali tagħhom. F’dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa dik id-data investigattiva sakemm tibqa’ tappoġġa dik l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali. Fit-tielet sitwazzjoni, id-data personali riċevuta tista’ ma tkunx relatata mal-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II u ma tkunx ipprovduta wara talba għal appoġġ tal-Europol f’investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali. F’dik il-sitwazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Europol tivverifika jekk dik id-data personali tirrigwardax kwalunkwe waħda minn dawk il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data. Fir-raba’ sitwazzjoni, id-data personali riċevuta ġiet ippreżentata għal finijiet ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni u ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. |
|
(18) |
F’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), fejn ikun japplika u sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-Europol tagħmel distinzjoni ċara bejn id-data personali li tirrigwarda l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. |
|
(19) |
Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall-iskambju ta’ data personali dwar reati kriminali li ma jaqgħux fl-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol ma jkollhiex aċċess għal dik id-data u li hija titqies bħala “proċessur” skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2018/1725. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa id-data li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall-iskambju ta’ data personali dwar reati kriminali li jaqgħu fl-objettivi tal-Europol u meta jagħtu aċċess lill-Europol għal dik id-data, jenħtieġ li r-rekwiżiti marbuta mal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II japplikaw għal kwalunkwe pproċessar ieħor ta’ dik id-data mill-Europol. |
|
(20) |
Jenħtieġ li, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data, il-Europol tkun tista’ tivverifika jekk id-data personali riċevuta fil-kuntest tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali li jaqgħu fl-objettivi tagħha tirrigwardax xi waħda mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ twettaq preanaliżi tad-data personali riċevuta bl-uniku skop li tiddetermina jekk tali data tirrigwardax kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data billi tivverifika dik id-data personali mad-data li diġà jkollha, mingħajr ma tanalizza d-data aktar dik id-data personali. Jenħtieġ li tali preanaliżi ssir qabel, u separatament minn, l-ipproċessar tad-data tal-Europol għall-kontroverifika, l-analiżi strateġika, l-analiżi operazzjonali jew l-iskambju ta’ informazzjoni, u wara li l-Europol tkun stabbiliet li d-data inkwistjoni hija rilevanti u meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Ladarba l-Europol tikkonferma li dik id-data personali tirrigwarda il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa dik id-data personali għall-kontroverifika, l-analiżi strateġika, l-analiżi operazzjonali jew l-iskambju ta’ informazzjoni. Jekk il-Europol tikkonkludi li dik id-data personali ma tirrigwardax kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II, jenħtieġ li hija tħassar dik id-data. |
|
(21) |
Il-kategorizzazzjoni tad-data personali f’sett ta’ data partikolari tista’ tinbidel maż-żmien b’riżultat ta’ informazzjoni ġdida li ssir disponibbli fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali, pereżempju rigward suspettati addizzjonali. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Europol titħalla tipproċessa data personali fejn dan ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għall-iskop li jiġu determinati l-kategoriji tas-suġġetti tad-data li magħhom tkun tirrelata d-data inkwistjoni għal perijodu ta’ mhux iktar minn tmintax-il xahar mill-mument li fih il-Europol taċċerta li dik id-data taqa’ taħt l-objettivi tagħha. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ testendi dak il-perijodu sa tliet snin f’każijiet debitament ġustifikati u dment li tali estensjoni tkun meħtieġa u proporzjonata. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) jiġi infurmat bl-estensjoni. Meta l-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġu determinati l-kategoriji tas-suġġetti tad-data ma jibqax meħtieġ u ġustifikat u, fi kwalunkwe każ, wara tmiem il-perijodu massimu għall-ipproċessar, jenħtieġ li l-Europol tħassar id-data personali. |
|
(22) |
L-ammont tad-data miġbura f’investigazzjonijiet kriminali qed tiżdied fid-daqs u settijiet ta’ data saru aktar kumplessi. L-Istati Membri jippreżentaw settijiet ta’ data kbar u kumplessi lill-Europol, u jitolbu l-analiżi operazzjonali tal-Europol biex jiġu identifikati rabtiet ma’ reati kriminali għajr dak ir-reat kriminali soġġett tal-investigazzjoni li fil-kuntest tiegħu jkunu nġabru u ma’ persuni kriminali fi Stati Membri oħra u barra l-Unjoni. Peress li l-Europol tista’ tiskopri rabtiet transkonfinali bħal dawn b’mod aktar effettiv milli l-Istati Membri billi tanalizza d-data hija stess, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tappoġġa l-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri billi tipproċessa settijiet ta’ data kbar u kumplessi sabiex tidentifika tali rabtiet transkonfinali, dment li, r-rekwiżiti stretti u s-salvagwardji stipulati f’dan ir-Regolament ikunu sodisfatti. Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi appoġġata investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja fi Stat Membru b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa data investigattiva li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu awtorizzati jipproċessaw f’dik l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi nazzjonali tagħhom u sussegwentement mibgħuta lill-Europol. Dak jenħtieġ li jinkludi data personali f’każijiet fejn Stat Membru ma jkunx irnexxielu jaċċerta jekk dik id-data tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. Meta Stat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu lill-Europol b’data investigattiva u jitolbu l-appoġġ tal-Europol għal investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa dik id-data sakemm tibqa’ tappoġġa dik l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali, f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar ta’ data imwettqa fil-kuntest f’investigazzjoni kriminali jkun meħtieġ u proporzjonat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali meta jressqu data investigattiva lill-Europol. Jenħtieġ li l-Istati Membri, meta jressqu data investigattiva lill-Europol biex jitolbu l-appoġġ tal-Europol għal investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali, jikkunsidraw l-iskala u l-kumplessità tal-ipproċessar tad-data involut u t-tip u l-importanza tal-investigazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Europol meta, skont ir-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi nazzjonali tagħhom, huma ma jibqgħux awtorizzati jipproċessaw data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja inkwistjoni. Jenħtieġ li l-Europol tipproċessa biss data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta hija tivvaluta li mhuwhiex possibli li tappoġġa investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja mingħajr ma tipproċessa dik id-data personali. Jenħtieġ li l-Europol tiddokumenta dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li l-Europol iżżomm tali data b’mod funzjonalment separata minn data oħra u jenħtieġ li tipproċessaha biss meta jkun hemm bżonn għall-appoġġ tagħha għall-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja inkwistjoni, bħal fil-każ ta’ spunt ġdid fl-investigazzjoni. |
|
(24) |
Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista’ tipproċessa data personali li tkun meħtieġa għall-appoġġ tagħha għal investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar fejn dik id-data hija fornita minn pajjiż terz, dment li: il-pajjiż terz ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (deċiżjoni ta’ adegwatezza); ftehim internazzjonali ma’ dak il-pajjiż terz ġie konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jinkludi t-trasferiment ta’ data personali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi (“ftehim internazzjonali”); ftehim ta’ kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta’ data personali ġie konkluż bejn il-Europol u l-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/794 (“ftehim ta’ kooperazzjoni”); jew huma previsti fi strument legalment vinkolanti salvagwardji adatti fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali jew l-Europol tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li jirrigwardaw it-trasferiment ta’ data personali, li dawk is-salvagwardji jeżistu f’dak il-pajjiż terz u dment li dak il-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta’ investigazzjoni kriminali f’konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu. Jenħtieġ li, meta pajjiż terz jagħti data investigattiva lill-Europol, il-Europol tivverifika li l-ammont ta’ data personali ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li l-Europol tappoġġa fl-Istat Membru kkonċernat, u li, kemm jista’ jkun, ma jkun hemm ebda indikazzjoni oġġettiva li d-data investigattiva nġabret fil-pajjiż terz bi ksur ovvju tad-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li, meta l-Europol tikkonkludi li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, hija ma tipproċessax id-data u jenħtieġ li tħassarha. Meta pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol, jenħtieġ li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Europol ikun jista’ jinnotifika lill-KEPD, fejn ikun xieraq. |
|
(25) |
Sabiex jiġi żgurat li Stat Membru jkun jista’ juża r-rapporti analitiċi tal-Europol fil-kuntest tal-proċedimenti ġudizzjarji wara investigazzjoni kriminali, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ taħżen id-data investigattiva relatata fuq talba minn dak l-Istat Membru, tal-UPPE jew tal-Eurojust, bl-għan li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess tal-intelligence kriminali. Jenħtieġ li l-Europol iżżomm tali data b’mod funzjonalment separata minn data oħra u għal mhux aktar miż-żmien li l-proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ dik l-investigazzjoni kriminali jkunu għaddejjin fl-Istat Membru. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kif ukoll id-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess tal-persuni suspettati jew akkużati jew tal-avukati tagħhom għall-materjal tal-każ. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tirreġistra l-evidenza kollha u l-metodi li bihom dik l-evidenza tkun ġiet prodotta jew inkisbet mill-Europol biex ikun jista’ jsir skrutinju effettiv tal-evidenza mid-difiża. |
|
(26) |
Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa data personali li tkun irċeviet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, f’żewġ sitwazzjonijiet. Fl-ewwel sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa tali data personali b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali jew biex tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-arranġamenti tranżizzjonali dwar l-ipproċessar ta’ data personali riċevuta b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali jiġu ssodisfatti. Fit-tieni sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tivverifika wkoll jekk tali data personali tirrigwardax waħda mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II billi twettaq preanaliżi ta’ dik id-data personali f’perijodu ta’ mhux iktar minn 18-il xahar mid-data li fiha d-data kienet waslet għall-ewwel darba, jew f’każijiet ġustifikati u b’awtorizzazzjoni minn qabel tal-KEPD, għal perijodu itwal. Jenħtieġ li l-perijodu massimu ta’ pproċessar ta’ data personali għall-fini ta’ tali preanaliżi ma jaqbiżx tliet snin mid-data li fiha d-data tkun waslet għall-ewwel darba l-Europol. |
|
(27) |
Każijiet transkonfinali ta’ kriminalità serja jew ta’ terroriżmu jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-Europol tipprovdi għodod sabiex issostni din il-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni. Sabiex tissaħħaħ aktar din il-kooperazzjoni f’investigazzjonijiet speċifiċi ta’ reat kriminali permezz ta’ analiżi operazzjonali konġunta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lil Stati Membri oħra jaċċessaw direttament l-informazzjoni li huma pprovdew lill-Europol, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni ġenerali jew speċifika li huma indikaw fuq l-aċċess għal dik l-informazzjoni. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri f’analiżi operazzjonali konġunta jenħtieġ li jsir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva (UE) 2016/680. |
|
(28) |
Jenħtieġ li l-Europol u l-UPPE jikkonkludu arranġament ta’ ħidma li jiddefinixxi l-modalitajiet għall-kooperazzjoni tagħhom, b’kont debitu meħud tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Europol taħdem mill-qrib mal-UPPE u tappoġġa b’mod attiv l-investigazzjonijiet tal-UPPE fuq talba tiegħu, inkluż billi tipprovdi appoġġ analitiku u informazzjoni rilevanti. Jentieġ li l-Europol tikkoopera wkoll mal-UPPE mill-mument meta reat suspettat jiġi rrappurtat lill-UPPE sal-mument meta l-UPPE jiddetermina jekk iwettaqx prosekuzzjoni jew inkella jwaqqax il-każ. Jenħtieġ li l-Europol, mingħajr dewmien żejjed, tirrapporta lill-UPPE kwalunkwe imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Europol u l-UPPE, jenħtieġ li l-Europol tippermetti lill-UPPE jkollu aċċess għad-data miżmuma mill-Europol, abbażi ta’ sistema ta’ hit/no hit li tinnotifika biss lill-Europol f’każ ta’ hit, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-fornitur li pprovda l-informazzjoni lill-Europol. Jekk l-informazzjoni tkun koperta minn restrizzjoni indikata minn Stat Membru, jenħtieġ li l-Europol tirreferi l-kwistjoni lil dak l-Istat Membru, sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2017/1939. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat sussegwentement jinforma lill-UPPE skont il-proċedura nazzjonali tiegħu. Jenħtieġ li r-regoli stipulati f’dan ir-Regolament li jirrigwardaw it-trażmissjoni tad-data personali lill-korpi tal-Unjoni japplikaw għall-kooperazzjoni tal-Europol mal-UPPE. Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista’ tappoġġa l-investigazzjonijiet tal-UPPE permezz ta’ analiżi ta’ settijiet ta’ data kbar u kumplessi f’konformità mas-salvagwardji u l-garanziji tal-protezzjoni tad-data previsti f’dan ir-Regolament. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex jiġu skoperti frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Europol tittrażmetti mingħajr dewmien żejjed lill-OLAF kwalunkwe informazzjoni li fir-rigward tagħha l-OLAF jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trażmissjoni ta’ data personali lill-korpi tal-Unjoni, stabbiliti f’dan ir-Regolament, japplikaw għall-kooperazzjoni tal-Europol mal-OLAF. |
|
(30) |
Il-kriminalità serja u t-terroriżmu spiss ikollhom rabtiet ’il barra mill-Unjoni. Il-Europol tista’ tiskambja data personali ma’ pajjiżi terzi filwaqt li tissalvagwardja l-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Fejn ikun essenzjali għall-investigazzjoni dwar reat kriminali speċifiku li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jitħalla, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizza kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi meta dik il-kategorija ta’ trasferimenti tkun tirrigwarda l-istess sitwazzjoni speċifika, tikkonsisti mill-istess kategoriji ta’ data personali u l-istess kategoriji ta’ suġġetti tad-data, tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet ta’ investigazzjoni tar-reat kriminali speċifiku u tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli għal trasferimenti individwali koperti minn kategorija ta’ trasferimenti biex jinkludu biss uħud mill-kategoriji ta’ data personali u kategoriji ta’ suġġetti tad-data li t-trasferiment tagħhom huwa awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tiġi awtorizzata kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali fis-sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin: fejn it-trasferiment ta’ data personali jkun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra; fejn it-trasferiment ta’ data personali jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; fejn il-fini tat-trasferiment ta’ data personali hija s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew, f’każijiet individwali, hija għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni kriminali speċifika. |
|
(31) |
Jenħtieġ li trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv, deċiżjoni ta’ adegwatezza, ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kooperazzjoni jkunu permessi biss fejn salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali ġew previsti fi strument legalment vinkolanti jew fejn il-Europol tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha rigward it-trasferiment tad-data personali, li dawk is-salvagwardji jeżistu. Għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tieħu kont ta’ ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li jippermettu l-iskambju ta’ data personali, u jekk it-trasferiment ta’ data personali għandux ikun soġġett għal obbligi ta’ kunfidenzjalità u għall-prinċipju ta’ speċifiċità, filwaqt li jiġi żgurat li d-data ma tiġix ipproċessata għal skopijiet oħrajn għajr għat-trasferiment. Barra minn hekk, huwa importanti li l-Europol tqis jekk id-data personali tistax tintuża biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla ta’ trattament krudili u inuman. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ titlob salvagwardji addizzjonali. |
|
(32) |
Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni ma’ partijiet privati meta dawk il-partijiet privati jkollhom informazzjoni rilevanti għall-prevenzjoni tal-kriminalità serja u t-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tirċievi data personali minn partijiet privati u, f’każijiet speċifiċi fejn meħtieġ u proporzjonat, tiskambja data personali ma’ partijiet privati. |
|
(33) |
Il-kriminali saru jużaw dejjem aktar is-servizzi offruti minn partijiet privati biex jikkomunikaw u jwettqu attivitajiet illegali. L-awturi ta’ reati sesswali jisfruttaw lit-tfal u jikkondividu stampi u filmati li jikkostitwixxu materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal madwar id-dinja fuq pjattaformi online jew ma’ pari permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri. It-terroristi jużaw is-servizzi offruti minn fornituri ta’ servizzi online biex jirreklutaw voluntiera, jippjanaw u jikkoordinaw attakki, u jxerrdu propaganda. Iċ-ċiberkriminali japprofittaw mid-diġitalizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna u min-nuqqas ta’ kompetenza diġitali u ħiliet diġitali oħra tal-pubbliku ġenerali billi jużaw il-phishing u l-inġinerija soċjali biex iwettqu tipi oħra ta’ ċiberkriminalità bħal pereżempju online scams, attakki bi programmi ta’ riskatt jew frodi fil-pagamenti. B’riżultat taż-żieda fl-użu tas-servizzi online minn kriminali, partijiet privati għandhom ammonti dejjem akbar ta’ data personali, inkluż data dwar abbonati, traffiku u kontenut, li hija potenzjalment rilevanti għal investigazzjonijiet kriminali. |
|
(34) |
Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-Internet, huwa possibbli li l-fornitur ta’ servizzi online u l-infrastruttura diġitali fejn tinħażen id-data personali jkunu kull wieħed minnhom soġġetti għal ġuriżdizzjonijiet nazzjonali differenti, jew fl-Unjoni jew lil hinn minnha. Għaldaqstant, partijiet privati jista’ jkollhom settijiet ta’ data li huma rilevanti għall-infurzar tal-liġi u li jkun fihom data personali li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ ġuriżdizzjonijiet multipli kif ukoll data personali li ma tkunx tista’ tiġi attribwita faċilment lil kwalunkwe ġuriżdizzjoni speċifika. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jsibuha diffiċli biex janalizzaw b’mod effettiv permezz ta’ soluzzjonijiet nazzjonali tali settijiet ta’ data multiġuriżdizzjonali jew mhux attribwibbli. Barra minn hekk, bħalissa ma hemm l-ebda punt uniku ta’ kuntatt għall-partijiet privati li jiddeċiedu li jikkondividu b’mod legali u volontarju settijiet ta’ data mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-Europol jenħtieġ li jkollha miżuri fis-seħħ biex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ partijiet privati, inkluż fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni. |
|
(35) |
Biex jiġi żgurat li partijiet privati jkollhom punt ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni biex jipprovdu b’mod legali u volontarju settijiet ta’ data multiġuriżdizzjonali jew settijiet ta’ data li ma jistgħux jiġu attribwiti faċilment lil ġuriżdizzjoni speċifika waħda jew aktar, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tirċievi data personali direttament minn partijiet privati għall-fini li tipprovdi lill-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa biex jistabbilixxu ġuriżdizzjoni u jinvestigaw ir-reati kriminali taħt il-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi rapporti relatati ma’ kontenut moderat li jista’ raġonevolment ikun preżunt li huwa marbut mal-attivitajiet kriminali fi jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol. |
|
(36) |
Biex ikun żgurat li l-Istati Membri jirċievu l-informazzjoni meħtieġa biex jibdew investigazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kriminalità serja u t-terroriżmu u għall-ġlieda kontrihom mingħajr dewmien żejjed, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipproċessa u tanalizza data personali sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati u tgħaddi lil dawk l-unitajiet nazzjonali d-data personali u kwalunkwe riżultat tal-analiżi u l-verifika tagħha ta’ tali data li huwa rilevanti għall-finijiet li tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni u li jiġu investigati r-reati kriminali kkonċernati skont il-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ wkoll tgħaddi d-data personali u r-riżultati rilevanti tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta’ tali data li huma rilevanti għall-finijiet li tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni lill-punti ta’ kuntatt jew awtoritajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati li huma s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, jew li magħhom ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kooperazzjoni ġie konkluż, jew fejn ikunu previsti salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali fi strument legalment vinkolanti jew Europol tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha rigward it-trasferiment tad-data personali, li dawk is-salvagwardji jeżistu f’dawk il-pajjiżi terzi. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew mhux parti għal ftehim internazzjonali jew għal ftehim ta’ kooperazzjoni jew fin-nuqqas ta’ strument legalment vinkolanti, jew fejn il-Europol ma tikkonkludix li salvagwardji xierqa jeżistu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u l-verifika tagħha ta’ tali data lill-pajjiż terz ikkonċernat f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
(37) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, f’ċerti każijiet u soġġett għal kundizzjonijiet, jista’ jkun meħtieġ u proporzjonat li l-Europol tittrasferixxi data personali lil partijiet privati li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew li miegħu ġie konkluż ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kooperazzjoni, jew fejn ma humiex previsti salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali fi strument legalment vinkolanti jew il-Europol ma kkonkludietx li jeżistu salvagwardji xierqa. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li t-trasferiment ikun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv. |
|
(38) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Europol tkun tista’ tidentifika l-unitajiet nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, jenħtieġ li hija tkun tista’ tinforma lil partijiet privati fil-każ li l-informazzjoni li huma jipprovdu ma tkunx biżżejjed sabiex tippermetti lill-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Dan ikun jippermetti lil dawk il-partijiet privati jiddeċiedu jekk ikunx fl-interess tagħhom li jikkondividu informazzjoni addizzjonali mal-Europol u jekk jistgħux jagħmlu dan b’rispett tal-liġi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tinforma lil partijiet privati dwar informazzjoni nieqsa, sakemm din tkun strettament meħtieġa għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Jenħtieġ li japplikaw salvagwardji speċjali għal trasferimenti tal-informazzjoni mill-Europol lill-partijiet privati fejn il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż terz li huwa suġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew li miegħu ġie konkluż ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kooperazzjoni, jew fejn ma humiex previsti salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali fi strument legalment vinkolanti jew il-Europol ma kkonkludietx li jeżistu salvagwardji xierqa. |
|
(39) |
Fejn l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew partijiet privati jikkondividu mal-Europol settijiet ta’ data multiġuriżdizzjonali jew settijiet ta’ data li ma jistgħux jiġu attribwiti lil ġuriżdizzjoni speċifika waħda jew aktar, huwa possibbli li dawk is-settijiet ta’ data jkunu marbuta ma’ data personali miżmuma minn partijiet privati. F’tali sitwazzjonijiet, jenħtieġ li jkun possibbli sabiex il-Europol tibgħat talba lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, biex tikseb id-data personali miżmuma minn partijiet privati li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri. Tali talba jenħtieġ li ssir biss fejn il-ksib ta’ informazzjoni addizzjonali minn tali partijiet privati huwa neċessarju biex jidentifikaw l-unitajiet nazzjonali kkonċernati. It-talba jenħtieġ li tkun motivata u preċiża kemm jista’ jkun. Id-data personali rilevanti, li jenħtieġ li tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li jiġu identifikati l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-Europol f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Istati Membri kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jivvalutaw it-talba tal-Europol u jiddeċiedu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom jekk jaderixxux magħha. Kwalunkwe pproċessar tad-data minn partijiet privati li jitwettaq meta jiġu pproċessati tali talbiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jenħtieġ li jibqa’ soġġett għal-liġi applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Il-partijiet privati jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bid-data mitluba għat-trażmissjoni ulterjuri tagħha lill-Europol. F’ħafna każijiet, huwa possibbli li l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jistabbilixxu rabta mal-ġuriżdizzjoni tagħhom ħlief il-fatt li l-parti privata li jkollha d-data rilevanti tkun stabbilita jew tkun irrappreżentata legalment fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħhom fir-rigward tar-reat kriminali speċifiku, jenħtieġ li l-Istati Membri fi kwalunkwe każ jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jiksbu data personali mingħand partijiet privati għall-fini li jipprovdu lill-Europol l-informazzjoni meħtieġa sabiex tikseb l-objettivi tagħha, f’konformità sħiħa mal-garanziji proċedurali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. |
|
(40) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Europol ma żżommx id-data personali rċevuta direttament minn partijiet privati aktar milli jkun meħtieġ sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, jenħtieġ li japplikaw limiti ta’ żmien għall-ħażna ta’ data personali mill-Europol. Ladarba l-Europol tkun eżawriet il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, u raġonevolment ma tkunx tista’ tistenna li tidentifika unitajiet nazzjonali oħra kkonċernati, il-ħżin ta’ dik id-data personali ma jibqax meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Jenħtieġ li l-Europol tħassar id-data personali fi żmien erba’ xhur wara l-aħħar trażmissjoni tagħha, l-aħħar trasferiment tagħha lil unità nazzjonali jew l-aħħar trasferiment tagħha lill-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz jew awtorità ta’ pajjiż terz, sakemm, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, unità nazzjonali, punt ta’ kuntatt jew awtorità kkonċernata ma jkunux issottomettew mill-ġdid id-data personali bħala d-data tagħhom lill-Europol f’dak il-perijodu. Jekk id-data personali ppreżentata mill-ġdid kienet parti minn sett akbar ta’ data personali, jenħtieġ li l-Europol iżżomm biss dik id-data personali li tkun ġiet ippreżentata mill-ġdid minn unità nazzjonali, punt ta’ kuntatt jew awtorità kkonċernata. |
|
(41) |
Kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati jenħtieġ li la tiddupplika u lanqas tinterferixxi mal-attivitajiet tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), u jenħtieġ li tikkonċerna biss informazzjoni li mhux diġà għandha tkun ipprovduta lill-UIFs f’konformità ma’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Europol tkompli tikkoopera mal-UIF b’mod partikolari permezz tal-unitajiet nazzjonali. |
|
(42) |
Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jinteraġixxu ma’ partijiet privati, b’mod partikolari billi tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għal tali interazzjoni, pereżempju, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jirreferu kontenut terroristiku online, jibagħtu ordnijiet ta’ tneħħija dwar tali kontenut lil fornituri ta’ servizzi online skont ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew jiskambjaw informazzjoni ma’ partijiet privati fil-kuntest ta’ attakki ċibernetiċi. Meta l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għal skambji ta’ data personali dwar reati kriminali li ma jaqgħux taħt l-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol ma jkollhiex aċċess għal dik id-data. Jenħtieġ li l-Europol tiżgura b’mezzi tekniċi li l-infrastruttura tagħha tkun strettament limitata għall-provvista ta’ mezz għal tali interazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u parti privata, u li l-Europol tipprevedi s-salvagwardji kollha meħtieġa kontra l-aċċess minn parti privata għal kwalunkwe informazzjoni oħra fis-sistemi tal-Europol, li mhijiex relatata mal-iskambju ma’ dik il-parti privata. |
|
(43) |
L-attakki terroristiċi jirriżultaw fid-disseminazzjonifuq skala kbira ta’ kontenut terroristiku permezz ta’ pjattaformi online li juri ħsara lill-ħajja jew lill-integrità fiżika, jew li jitolbu ħsara imminenti lill-ħajja jew lill-integrità fiżika, u b’hekk jippermettu l-glorifikazzjoni u l-għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu, u eventwalment ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta’ individwi oħra. Barra minn hekk, iż-żieda fl-użu tal-Internet biex jiġi rreġistrat jew kondiviż materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal tipperpetwa l-ħsara għall-vittmi, peress li l-materjal jista’ jiġi mmultiplikat u ċċirkolat faċilment. Sabiex tipprevjeni u tiġġieled ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar effettiv tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi online li jirriżultaw minn avvenimenti attwali jew reċenti fid-dinja reali, u d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, u tappoġġa l-azzjonijiet tal-fornituri ta’ servizzi online f’konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni kif ukoll fl-azzjonijiet volontarji tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tiskambja data personali rilevanti, inkluż firem diġitali uniċi, mhux konvertibbli mill-ġdid (“hashes”), indirizzi IP jew URLs relatati ma’ tali kontenut, ma’ partijiet privati stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz li jkun is-soġġett ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, jew, fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, ma’ liema ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kooperazzjoni jkun ġie konkluż jew fejn salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali jkunu previsti fi strument legalment vinkolanti jew l-Europol tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data personali, li dawk is-salvagwardji jeżistu f’dak il-pajjiż terz. Tali skambji ta’ data personali jenħtieġ li jseħħu biss sabiex jitneħħa kontenut terroristiku u materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, b’mod partikolari fejn il-multiplikazzjoni u viralità esponenzjali ta’ dak il-kontenut u materjal fost diversi fornituri ta’ servizzi online huma antiċipati. Jenħtieġ li xejn f’dan ir-Regolament ma jinftiehem li jipprekludi lil Stat Membru milli juża ordnijiet ta’ tneħħija previsti fir-Regolament (UE) 2021/784 bħala strument biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku online. |
|
(44) |
Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-isforzi u l-interferenza possibbli fl-investigazzjonijiet u biex jiġi minimizzat il-piż fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting affettwati, jenħtieġ li l-Europol tassisti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjonijiet u t-trasferimenti ta’ data personali lil partijiet privati biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kriżi online u d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online. |
|
(45) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2018/1725 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva mill-Europol li mhijiex relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali, bħal data tal-persunal, l-Artikolu 3, punt (2), u l-Kapitolu IX ta’ dak ir-Regolament, li jirregola l-ipproċessar ta’ data personali, attwalment ma japplikawx għall-Europol. Sabiex tiġi żgurata il-protezzjoni uniformi u konsistenti tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 japplika għall-Europol f’konformità mal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament, u jenħtieġ li jkun ikkomplementat minn dispożizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar speċifiċi li l-Europol jenħtieġ li twettaq sabiex teżegwixxi l-kompiti tagħha. Għalhekk, is-setgħat superviżorji tal-KEPD fuq l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-Europol jenħtieġ li jissaħħu, f’konformità mas-setgħat rilevanti applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva li japplikaw għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni skont il-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għal dak il-għan, fejn il-Europol tipproċessa data personali għal finijiet operazzjonali, il-KEPD jenħtieġ li jkun jista’ jordna lill-Europol biex iġġib l-operazzjonijiet ta’ pproċessar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u jordna s-sospensjoni tal-flussi ta’ data lil riċevitur fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali, u jenħtieġ li jkun jista’ jimponi multa amministrattiva f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Europol. |
|
(46) |
L-ipproċessar tad-data għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista’ jinvolvi l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kif stipulat fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ ritratti ma jitqiesx sistematikament bħala pproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali peress li r-ritratti huma koperti bid-definizzjoni ta’ data bijometrika taħt l-Artikolu 3, punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1725 biss meta jiġu pproċessati b’mezzi tekniċi speċifiċi li jippermettu l-identifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni unika ta’ persuna fiżika. |
|
(47) |
Il-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni minn qabel li jinvolvi l-KEPD previst fir-Regolament (UE) 2018/1725 huwa salvagwardja importanti għal tipi ġodda ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar. Madankollu, dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li ma japplikax għal attivitajiet operazzjonali individwali speċifiċi, bħall-proġetti ta’ analiżi operazzjonali, iżda għall-użu ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) ġodda għall-ipproċessar ta’ data personali u kwalunkwe bidla sostanzjali ta’ dawk is-sistemi li jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Il-perijodu li fih l-KEPD jenħtieġ li jipprovdi parir bil-miktub dwar tali konsultazzjonijiet jenħtieġ li ma jkunx jista’ jiġi sospiż. Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ pproċessar ta’ sinifikat sostanzjali għat-twettiq tal-kompiti mill-Europol, li huma partikolarment urġenti, jenħtieġ li jkun possibbli għal-l-Europol, fuq bażi eċċezzjonali, li tibda diġa’ bl-ipproċessar wara li tkun tnediet il-konsultazzjoni minn qabel, anki jekk il-limitu ta’ żmien għall-għoti ta’ parir bil-miktub mill-KEPD ikun għadu ma skadiex. Tali urġenza tista’ tinħoloq f’sitwazzjonijiet ta’ sinifikat sostanzjali għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra theddida immedjata ta’ reat kriminali li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol u sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Europol jenħtieġ li jkun involut fil-valutazzjoni tal-urġenza u l-ħtieġa ta’ tali pproċessar qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien biex il-KEPD iwieġeb għal konsultazzjoni minn qabel. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Europol jenħtieġ li jissorvelja l-ipproċessar. Il-KEPD jenħtieġ li jkun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu fir-rigward ta’ tali pproċessar. |
|
(48) |
Minħabba l-isfidi li jirriżultaw mill-iżvilupp teknoloġiku rapidu u l-isfruttament ta’ teknoloġiji ġodda minn terroristi u kriminali oħra għas-sigurtà tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jsaħħu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom biex jidentifikaw, jiżguraw u janalizzaw id-data meħtieġa biex jinvestigaw ir-reati kriminali. Il-Europol jenħtieġ li tkun tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu tat-teknoloġiji emerġenti, fl-esplorazzjoni ta’ approċċi ġodda u fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi komuni biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevjenu u jiġġieldu aħjar ir-reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Europol tiżgura li l-iżvilupp, l-użu u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda jkunu ggwidati mill-prinċipji ta’ trasparenza, spjegabbiltà, ekwità u akkontabbiltà, ma jdgħajfux id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u huma konformi mal-liġi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ twettaq proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti mill-Bord ta’ Amministrazzjoni f’dokument vinkolanti. Jenħtieġ li tali dokument jiġi aġġornat fejn xieraq u jsir disponibbli għall-KEPD. Jenħtieġ li jkun possibbli għal dawk il-proġetti biex jinkludu l-ipproċessar ta’ data personali biss meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri li l-ipproċessar ta’ data personali jkun strettament meħtieġ, l-objettiv tal-proġett rilevanti ma jkunx jista’ jinkisbu permezz tal-użu ta’ data mhux personali, bħal data sintetika jew anonima, u li r-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari n-nondiskriminazzjoni, jiġi żgurat. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li jkun permess biss fejn ikun strettament meħtieġ. Minħabba s-sensittività ta’ tali pproċessar, jenħtieġ li japplikaw salvagwardji addizzjonali xierqa, inkluż il-psewdonimizzazzjoni. Sabiex jiġi evitat preġudizzju fit-teħid ta’ deċiżjonijiet algoritmiċi, jenħtieġ li l-Europol titħalla tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II. Jenħtieġ li l-Europol iżżomm reġistri tal-ipproċessar tad-data personali kollu mwettaq fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha biss għall-fini tal-verifika tal-preċiżjoni tal-eżitu tal-ipproċessar tad-data u biss sakemm ikun meħtieġ għal dik il-verifika. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ għodod ġodda mill-Europol ma jikkostitwixxux bażi ġuridika għall-varar tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali. Biex tixpruna l-innovazzjoni u ssaħħaħ is-sinerġiji tal-proġetti fir-riċerka u l-innovazzjoni, huwa importanti li l-Europol iżżid il-kooperazzjoni tagħha man-networks rilevanti tal-prattikanti tal-Istati Membri u ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom f’dak il-qasam, u tappoġġa forom ta’ kooperazzjoni relatati oħra bħall-appoġġ segretarjali għaċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni tal-UE għas-Sigurtà Interna bħala network kollaborattiv ta’ laboratorji tal-innovazzjoni. |
|
(49) |
Jenħtieġ li l-Europol ikollha rwol ewlieni biex tassisti lill-Istati Membri biex jiżviluppaw soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali li huma rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Europol, li jibbenefikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri madwar l-Unjoni. Dik l-assistenza jenħtieġ li tingħata filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż in-nondiskriminazzjoni. L-Europol jenħtieġ li jkollha rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali etika, affidabbli u ċċentrata fuq il-bniedem li tkun soġġetta għal salvagwardji b’saħħithom f’termini ta’ sigurtà, sikurezza, trasparenza, spjegabbiltà u drittijiet fundamentali. |
|
(50) |
Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-KEPD qabel it-tnedija tal-proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tagħha li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali. Jenħtieġ li l-Europol jew tinforma jew tikkonsulta lill-Bord ta’ Amministrazzjoni tagħha, skont kriterji speċifiċi li jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-linji gwida rilevanti. Jenħtieġ li l-Europol ma tipproċessax data għall-finijiet ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mingħajr il-kunsens tal-Istat Membru, tal-korp tal-Unjoni, tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali li tkun issottomettiet id-data lill-Europol, sakemm dak l-Istat Membru, il-korp tal-Unjoni, il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux taw l-awtorizzazzjoni tagħhom minn qabel għal tali pproċessar għal tali fini. Għal kull proġett, il-Europol jenħtieġ li twettaq, qabel l-ipproċessar, valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex tiżgura rispett sħiħ għad-dritt għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali l-oħra kollha tas-suġġetti tad-data. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tad-data personali li għandha tiġi pproċessata għall-fini speċifiku tal-proġett, inkluż ir-rekwiżit tal-minimizzazzjoni tad-data u valutazzjoni ta’ kwalunkwe preġudizzju potenzjali fl-eżitu u fid-data personali li għandha tiġi pproċessata għall-fini speċifiku tal-proġett kif ukoll il-miżuri previsti biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji. Jenħtieġ li l-iżvilupp ta’ għodod ġodda mill-Europol ikun mingħajr preġudizzju għall-bażi ġuridika, li tinkludi r-raġunijiet għall-ipproċessar tad-data personali kkonċernata, li sussegwentement tkun meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali. |
|
(51) |
L-għoti lill-Europol ta’ għodod u ta’ kapaċitajiet addizzjonali jeħtieġ it-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika u tal-akkontabilità tal-Europol. L-iskrutinju parlamentari konġunt jikkostitwixxi element importanti ta’ monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol. Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ politiku effettiv tal-mod kif il-Europol tuża għodod u kapaċitajiet addizzjonali pprovduti lilha skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi informazzjoni annwali ddettaljata lill-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt (JPSG) u lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp, l-użu u l-effettività ta’ dawk l-għodod u l-kapaċitajiet u r-riżultat mill-użu tagħhom, b’mod partikolari dwar proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni kif ukoll dwar attivitajiet ġodda jew l-istabbiliment ta’ kwalunkwe ċentru speċjalizzat ġdid fi ħdan il-Europol. Barra minn hekk, jenħtieġ li żewġ rappreżentanti tal-JPSG, wieħed għall-Parlament Ewropew u wieħed għall-parlamenti nazzjonali, biex tiġi riflessa l-kostitwenza doppja tal-JPSG, jiġu mistiedna għal mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji tal-Bord ta’ Amministrazzjoni fis-sena biex jindirizzaw lill-Bord ta’ Amministrazzjoni f’isem il-JPSG u biex jiddiskutu r-rapport konsolidat tal-attività annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni u l-baġit annwali, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet bil-miktub tal-JPSG, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni u s-sħubijiet, filwaqt li jiġu rrispettati r-rwoli u r-responsabbiltajiet differenti tal-Bord ta’ Amministrazzjoni u tal-JPSG f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, flimkien mar-rappreżentanti tal-JPSG, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw kwistjonijiet oħra ta’ interess politiku li għandhom jiġu diskussi. F’konformità mar-rwol ta’ sorveljanza tal-JPSG, jenħtieġ li ż-żewġ rappreżentanti tal-JPSG ma jkollhomx id-drittijiet tal-vot fil-Bord ta’ Amministrazzjoni. L-attivitajiet ippjanati ta’ riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li jitniżżlu fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta’ ħidma annwali tal-Europol u jiġu trażmessi lill-JPSG. |
|
(52) |
Jenħtieġ li, wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta’ Amministrazzjoni jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li jenħtieġ li jkun responsabbli biex jappoġġa lill-Europol fis-salvagwardja tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet u l-kompiti kollha tagħha, b’mod partikolari l-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol u l-iskambju tad-data personali ma’ partijiet privati. Jenħtieġ li jkun possibbli li jinħatar membru tal-persunal eżistenti tal-Europol li jkun irċieva taħriġ speċjali fil-liġi u l-prattika tad-drittijiet fundamentali bħala l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jista’ jkun. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jikkoopera mill-qrib mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li, sa fejn huma kkonċernati l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà sħiħa tkun tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. |
|
(53) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba n-natura transkonfinali tal-kriminalità serja u tat-terroriżmu u l-ħtieġa għal rispons koordinat għal theddidiet relatati mas-sigurtà, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(54) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-TUE u t-TFUE, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(55) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(56) |
Il-KEPD ġie kkonsultat, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, u ta l-opinjoni tiegħu fit-8 ta’ Marzu 2021 (15). |
|
(57) |
Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali kif previsti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll fl-Artikolu 16 TFUE. Minħabba l-importanza tal-ipproċessar ta’ data personali għall-ħidma tal-infurzar tal-liġi b’mod ġenerali, u għall-appoġġ ipprovdut mill-Europol b’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi salvagwardji msaħħa, sorveljanza demokratika u mekkaniżmi ta’ akkontabbiltà, biex jiġi żgurat li l-attivitajiet u l-kompiti tal-Europol jitwettqu f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta, b’mod partikolari d-drittijiet għall-ugwaljanza quddiem il-liġi, għan-nondiskriminazzjoni, u għal rimedju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, u soġġett għal kundizzjonijiet ċari, għal rekwiżiti stretti u għal superviżjoni effettiva mill-KEPD. |
|
(58) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2016/794 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(59) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2016/794 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “8. Kull Stati Membru għandu jiżgura li l-UIF tiegħu, fil-limiti tal-mandat u l-kompetenza tiegħu u soġġett għal salvagwardji proċedurali nazzjonali, ikun intitolat iwieġeb għal talbiet debitament ġustifikati magħmula mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 rigward informazzjoni finanzjarja u analiżi finanzjarji, jew permezz tal-unità nazzjonali tagħha jew, jekk jitħalla minn dak l-Istat Membru, b’kuntatt dirett bejn l-UIF u l-Europol.”; |
|
(5) |
L-Artikolu 11(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “4. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot. Żewġ rappreżentanti tal-JPSG għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu żewġ laqgħat ordinarji tal-Bord ta’ Amministrazzjoni kull sena bħala osservaturi mingħajr dritt tal-vot biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin ta’ interess politiku:
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, flimkien mar-rappreżentanti tal-JPSG, jista’ jiddetermina kwistjonijiet oħra ta’ interess politiku li għandhom jiġu diskussi fil-laqgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.”; |
|
(8) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 18a Ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali 1. Meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ ta’ investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol tista’ tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta:
Ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jiġu rreġistrati u jintbagħtu lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. 2. Fejn l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ma għadux awtorizzat biex jipproċessa d-data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali skont il-liġi nazzjonali applikabbli tiegħu, huwa għandu jinforma lill-Europol. Fejn l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu data investigattiva lill-Europol u huma ma għadhomx awtorizzati li jipproċessaw id-data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, huma għandhom jinformaw lill-Europol. 3. Il-Europol tista’ tipproċessa data investigattiva f’konformità mal-Artikolu 18(2) sakemm din tkun tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja li għaliha d-data investigattiva tkun ġiet ipprovduta f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, u biss għall-fini ta’ appoġġ ta’ dik l-investigazzjoni. 4. Il-Europol tista’ taħżen dik id-data investigattiva pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-eżitu tal-ipproċessar ta’ dik id-data lil hinn mill-perijodu ta’ pproċessar stipulat fil-paragrafu 3, fuq talba tal-fornitur ta’ dik id-data investigattiva, għall-fini li tiġi żgurata l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm jkunu għaddejjin il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li għalih dik id-data ġiet ipprovduta. Il-fornituri tad-data investigattiva msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (a), jew, bi qbil magħhom, Stat Membru li fih jkunu għaddejjin proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali, jistgħu jitolbu lill-Europol biex taħżen id-data investigattiva u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali ta’ dik id-data lil hinn mill-perijodu ta’ pproċessar stipulat fil-paragrafu 3 għall-fini li tiġi żgurata l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm jkunu għaddejjin il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali f’dak l-Istat Membru ieħor. 5. Mingħajr preġudizzju għall-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 18(6a), id-data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II għandha tkun maħżuna b’mod funzjonalment separata minn data oħra u għandha tkun ipproċessata biss fejn proporzjonat u meħtieġ għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jispeċifika il-kundizzjonijiet relatati mal-għoti u l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafi 3 u 4. 6. Il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll meta data personali tkun ipprovduta lill-Europol minn pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a), u dak il-pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol għal analiżi operazzjonali li tikkontribwixxi għall-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa, dment li l-pajjiż terz jkun kiseb id-data fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ reat kriminali f’konformità mar-rekwiżiti proċedurali u s-salvagwardji applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu. Fejn pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fejn rilevanti, jinnotifika lill-KEPD b’dan. Il-Europol għandha tivverifika li l-ammont ta’ data personali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Europol tikkonkludi li jkun hemm indikazzjoni li tali data tkun manifestament sproporzjonata jew miġbura bi ksur ovvju tad-drittijiet fundamentali, il-Europol ma għandhiex tipproċessa id-data u għandha tħassarha. Id-data personali pproċessata skont dan il-paragrafu għandha tiġi aċċessata mill-Europol biss meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li għaliha ġiet ipprovduta. Dik id-data personali għandha tiġi kondiviża biss fi ħdan l-Unjoni.”; |
|
(11) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafi 1 u 2 jiġu ssostitwi b’dawn li ġejjin: “1. Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalih dik l-informazzjoni għandha tiġi pproċessata, f’konformità mal-Artikolu 18. Fejn fornitur ta’ informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx ikkonforma ma’ dak is-subparagrafu, il-Europol, bi qbil mal-fornitur ta’ informazzjoni kkonċernata, għandha tipproċessa l-informazzjoni sabiex tiddetermina r-rilevanza ta’ tali informazzjoni kif ukoll il-fini jew il-finijiet għall-ipproċessar ulterjuri tagħha. Il-Europol għandha tipproċessa informazzjoni għal fini differenti minn dak li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk tkun awtorizzata li tagħmel dan mill-fornitur tal-informazzjoni biss. L-informazzjoni pprovduta għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (a) sa (d), tista’ tiġi pproċessata wkoll mill-Europol għall-fini tal-Artikolu 18(2), il-punt (e), f’konformità mal-Artikolu 33a. 2. L-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument meta jipprovdu informazzjoni lill-Europol, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew l-użu li għandu jsir minnha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-trasferiment, it-trażmissjoni it-tħassir jew il-qerda tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara li tiġi pprovduta l-informazzjoni, huma għandhom jinformaw lill-Europol b’dan. Il-Europol għandha tikkonforma ma’ dawn ir-restrizzjonijiet.”; |
|
(12) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 20a Relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew 1. Il-Europol għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni mill-qrib mal-UPPE. Fil-qafas ta’ dik ir-relazzjoni, il-Europol u l-UPPE għandhom jaġixxu fi ħdan il-mandat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom. Għal dan l-għan, huma għandhom jikkonkludu arranġament ta’ ħidma li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom. 2. Fuq talba mill-UPPE f’konformità mal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Europol għandha tappoġġa l-investigazzjonijiet tal-UPPE u tikkoopera miegħu, billi tipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku, sakemm il-UPPE jiddetermina jekk ikomplix bil-prosekuzzjoni jew inkella jwaqqax il-każ. 3. Sabiex tipprovdi informazzjoni lill-UPPE skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex l-UPPE ikun jista’ jkollu aċċess indirett abbażi ta’ sistema ‘hit/no hit’ għal data relatata ma’ reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, ipprovduta għall-finijiet tal-Artikolu 18(2), il-punti (a), (b) u (c). Dik is-sistema ‘hit/no hit’ għandha tinnotifika biss lill-Europol f’każ ta’ ‘hit’ u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) mill-fornituri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1). F’każ ta’ ‘hit’, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-‘hit’ tkun tista’ tiġi kondiviża, f’konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1), u biss sa fejn id-data li ġġenerat il-‘hit’ hija rilevanti għat-talba ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-Europol, mingħajr dewmien żejjed, għandha tirrapporta lill-UPPE kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament mill-fornitur tal-informazzjoni. Fejn il-Europol tirrapporta lill-UPPE taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Fejn l-informazzjoni dwar imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu tkun ġiet ipprovduta lill-Europol minn Stat Membru li indika restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Europol għandha tinnotifika lill-UPPE bl-eżistenza ta’ dawk ir-restrizzjonijiet u tirreferi l-kwistjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħdem direttament mal-UPPE sabiex jikkonforma mal-Artikolu 24(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1939.” |
|
(14) |
fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej: “8. Jekk, matul l-ipproċessar ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ investigazzjoni kriminali speċifika jew proġett speċifiku, il-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha tipprovdi lill-OLAF mingħajr dewmien dik l-informazzjoni mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) mill-Istat Membru li jkun ipprovda l-informazzjoni. Fejn il-Europol tipprovdi lill-OLAF bl-informazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.”; |
|
(15) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “7. It-trasferimenti ulterjuri ta’ data personali miżmuma mill-Europol mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew partijiet privati għandhom ikunu pprojbiti, sakemm il-Europol ma tkunx tat minn qabel l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha.”; |
|
(16) |
it-titolu tat-Taqsima 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “ ”; |
|
(17) |
L-Artikolu 24 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 24 Trażmissjoni ta’ data personali lill-korpi tal-Unjoni 1. Il-Europol għandha tittrażmetti biss data personali lil korp tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament, jekk dik id-data tkun meħtieġa u proporzjonata għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tal-korp riċevitur tal-Unjoni. 2. Wara talba għat-trażmissjoni ta’ data personali minn korp ieħor tal-Unjoni, il-Europol għandha tivverifika l-kompetenza tal-korp l-ieħor tal-Unjoni. Fejn il-Europol ma tkunx tista’ tikkonferma li t-trażmissjoni tad-data personali hija meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-Europol għandha tfittex aktar informazzjoni mingħand il-korp rikjedenti tal-Unjoni. Il-korp rikjedenti tal-Unjoni għandu jiżgura li n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali tkun tista’ tiġi vverifikata. 3. Il-korp riċevitur tal-Unjoni għandu jipproċessa d-data personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.”; |
|
(18) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
l-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu: “Artikolu 26a Skambji ta’ data personali ma’ partijiet privati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi online 1. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi online, il-Europol tista’ tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18. 2. Fejn il-Europol tirċievi data personali minn parti privata stabbilita f’pajjiż terz, il-Europol għandha tgħaddi dik id-data u r-riżultati tal-analiżi u ta’ verifika tagħha ta’ dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat kif imsemmi fl- Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a). Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6). 3. Il-Europol tista’ tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, skont il-każ, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ tali data jkun strettament meħtieġ biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet online, u d-drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jeħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita. 4. Fejn il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a) it-trasferiment għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv. 5. Il-Europol għandha tassisti, tagħmel skambju ta’ informazzjoni u tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali lil partijiet privati skont il-paragrafu 3 jew 4, b’mod partikolari biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, tissaħħaħ il-koordinazzjoni u tiġi evitata l-interferenza fl-investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti. 6. Il-Europol tista’ titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, biex jiksbu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, data personali minn partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, għall-fini tal-kondiviżjoni ta’ dik id-data mal-Europol. Tali talbiet għandhom ikunu motivati u kemm jista’ jkun preċiżi. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li jippermettu li l-Europol tkun tista’ tappoġġa l-Istati Membri biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi online. Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha. 7. Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta’ data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jinżammu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fuq talba mill-KEPD, il-Europol għandha tagħmel disponibbli dawk ir-rekords lill-KEPD skont l-Artikolu 39a. 8. Jekk id-data personali li tkun waslet jew ġiet ittrasferita taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 26b Skambju ta’ data personali ma’ partijiet privati biex jiġi indirizzat id-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online 1. Il-Europol tista’ tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18 sabiex tindirizza d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (y). 2. Fejn il-Europol tirċievi data personali minn parti privata stabbilita f’pajjiż terz, il-Europol għandha tgħaddi dik id-data u r-riżultati tal-analiżi u ta’ verifika tagħha ta’ dik id-data biss lil Stat Membru, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a). Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultati tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6). 3. Il-Europol tista’ tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, skont il-każ, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ tali data jkun strettament meħtieġ biex jiġi indirizzat id-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (y), u d-drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jenħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita. 4. Fejn il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a), it-trasferiment għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv. 5. Il-Europol għandha tassisti, tagħmel skambju ta’ informazzjoni u tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali lil partijiet privati skont il-paragrafi 3 jew 4, b’mod partikolari biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, tissaħħaħ il-koordinazzjoni u tiġi evitata l-interferenza fl-investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti. 6. Il-Europol tista’ titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, jiksbu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, data personali minn partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, għall-fini tal-kondiviżjoni ta’ dik id-data mal-Europol. Tali talbiet għandhom ikunu motivati u kemm jista’ jkun preċiżi. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li jippermetti lill-Europol tindirizza d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), punt (y). Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha. 7. Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta’ data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jinżammu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fuq talba tal-KEPD, il-Europol għandha tagħmel disponibbli dawk ir-rekords lill-KEPD skont l-Artikolu 39a. 8. Jekk id-data personali riċevuta jew li tkun ser tiġi ttrasferita taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, il-Europol għandha tinforma minnufih lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.”; |
|
(21) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “1. Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista’ tirċievi u tipproċessa informazzjoni li toriġina minn persuni privati. Data personali li toriġina minn persuni privati għandha tiġi pproċessata mill-Europol dment li din tasal permezz ta’:
2. Fejn il-Europol tirċievi informazzjoni, inkluż data personali, minn persuna privata residenti f’pajjiż terz li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punti (a) jew (b), jew fl-Artikolu 25(4a), il-Europol għandha tgħaddi dik l-informazzjoni biss lil Stat Membru jew lil tali pajjiż terz.”; |
|
(22) |
it-titolu tal-Kapitolu VI huwa sostitwit b’dan li ġej: “PROTEZZJONI TAD-DATA”; |
|
(23) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal: “Artikolu 27a Ipproċessar ta’ data personali mill-Europol 1. Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol. Ir-Regolament (UE) 2018/1725, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu IX, għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva mill-Europol. 2. Ir-referenzi għal ‘data personali’ f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal ‘data personali operazzjonali’ kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1725, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament. 3. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli biex jiddetermina l-limiti ta’ żmien għall-ħżin ta’ data personali amministrattiva”. |
|
(24) |
jitħassar l-Artikolu 28; |
|
(25) |
l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
L-Artikolu 32 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 32 Sigurtà tal-ipproċessar Mekkaniżmi sabiex jiżguraw li miżuri ta’ sigurtà, jiġu indirizzati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha għandhom jiġu stabbiliti mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/680.”; |
|
(27) |
jitħassar l-Artikolu 33; |
|
(28) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 33a L-ipproċessar ta’ data personali għar-riċerka u għall-innovazzjoni 1. Il-Europol tista’ tipproċessa data personali għall-fini tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha, dment li l-ipproċessar ta’ dik id-data personali:
L-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol fil-kuntest ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji ta’ trasparenza, spjegabbiltà, ekwità u akkontabbiltà. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol, għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:
3. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jistabbilixxi f’dokument vinkolanti l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali għall-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni. Tali dokument għandu jiġi aġġornat meta xieraq u jsir disponibbli għall-KEPD għall-fini tas-superviżorju tiegħu. 4. Il-Europol għandha żżomm dokument li fih deskrizzjoni dettaljata tal-proċess u tar-raġunament wara t-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi biex tiżgura t-trasparenza tal-proċess u tal-algoritmi, inkluż il-konformità tagħhom mas-salvagwardji previsti f’dan l-Artikolu, u biex tippermetti l-verifika tal-preċiżjoni tar-riżultati abbażi tal-użu ta’ tali algoritmi. Fuq talba, il-Europol għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli għall-partijiet interessati, inkluż l-Istati Membri u l-JPSG. 5. Jekk id-data li għandha tiġi pproċessata għal proġett ta’ riċerka u innovazzjoni tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, il-Europol għandha titlob għall-kunsens minn dak il-fornitur tad-data f’konformità mal-Artikolu 19(2), sakemm il-fornitur tad-data ma jkunx ta l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal tali pproċessar għall-fini tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Il-Europol ma għandhiex tipproċessa data għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mingħajr il-kunsens tal-fornitur tad-data. Tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument.”; |
|
(29) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(32) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
|
(33) |
L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
|
(34) |
L-Artikolu 39 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 39 Il-konsultazzjoni minn qabel 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD ma għandhiex tapplika għal attivitajiet operazzjonali individwali speċifiċi li ma jinkludu l-ebda tip ġdid ta’ pproċessar li jkun jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. 2. Il-Europol tista’ tagħti bidu għal operazzjonijiet ta’ pproċessar li jkunu soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel mal-KEPD skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 sakemm il-KEPD ma jkunx ipprovda parir bil-miktub skont l-Artikolu 90(4) ta’ dak ir-Regolament fi ħdan il-perijodi pprovduti f’dik id-dispożizzjoni, li jibdew fid-data fejn tasal it-talba inizjali għall-konsultazzjoni u li ma għandhomx jiġu sospiżi. 3. Fejn l-operazzjonijiet ta’ ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkollhom sinifikat sostanzjali għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol u jkunu partikolarment urġenti u meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra theddida immedjata ta’ reat kriminali li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol jew biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, il-Europol tista’ b’mod eċċezzjonali tagħti bidu għall-ipproċessar wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD ipprovduta fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u qabel ma jkun skada l-perijodu pprovdut fl-Artikolu 90(4) ta’ dak ir-Regolament. F’dak il-każ, il-Europol għandha tinforma lill-KEPD qabel il-bidu tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar. Il-parir bil-miktub tal-KEPD skont l-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu jitqies b’mod retrospettiv, u l-mod kif jitwettaq l-ipproċessar għandu jiġi aġġustat kif xieraq. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun involut fil-valutazzjoni tal-urġenza ta’ tali operazzjonijiet ta’ pproċessar qabel jiskadi l-perjodu pprovdut fl-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandu jissorvelja l-ipproċessar inkwistjoni. 4. Il-KEPD għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet ta’ proċessar kollha li jkunu ġew notifikati lilu jew lilha skont il-paragrafu 1. Ir-reġistru ma għandux isir pubbliku.”; |
|
(35) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 39a Rekords tal-kategoriji ta’ attivitajiet ta’ pproċessar 1. Il-Europol għandha żżomm rekords tal-kategoriji kollha ta’ attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dak ir-rekord għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
2. Ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun bil-miktub, inkluż f’forma elettronika. 3. Il-Europol għandha tagħmel ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 disponibbli għall-KEPD fuq talba.”; |
|
(36) |
L-Artikolu 40 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 40 Reġistrazzjoni 1. F’konformità mal-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Europol għandha żżomm reġistri tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha. Ma għandux ikun possibbli li r-reġistri jiġu mmodifikati. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jekk meħtieġ minn unita’ nazzjonali għall-investigazzjoni speċifika relatata mal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lil dik l-unità nazzjonali.” |
|
(37) |
L-Artikolu 41 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 41 Ħatra tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data 1. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jaħtar membru tal-persunal tal-Europol bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun maħtur għal dik il-pożizzjoni unikament. 2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel abbażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data, u l-ħila li jaqdi l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 41b ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2018/1725. 3. L-għażla tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandhiex tirriżulta f’kunflitt ta’ interess bejn id-dmir tiegħu bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor li jista’ jkollu, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 4. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandux jitkeċċa jew jiġi ppenalizzat mill-Bord ta’ Amministrazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. 5. Il-Europol għandha tippubblika d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tikkomunikahom lill-KEPD.”; |
|
(38) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 41a Pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data 1. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ data personali. 2. Il-Europol għandha tappoġġa lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 41b billi tipprovdilu r-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex iwettaq dawk il-kompiti u billi tipprovdi aċċess għad-data personali u għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar, u sabiex iżomm l-għarfien espert tiegħu. Sabiex l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiġi appoġġat fil-qadi tal-kompiti tiegħu, membru tal-persunal tal-Europol jista’ jinħatar bħala assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. 3. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jaġixxi b’mod indipendenti u ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar il-qadi tal-kompiti tiegħu. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. 4. Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ipproċessar ta’ data personali tagħhom u mal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) 2018/1725. Ħadd ma għandu jġarrab preġudizzju minħabba kwistjoni miġjuba għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li tallega li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) 2018/1725. 5. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari l-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, it-tkeċċija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu, u s-salvagwardji għall-indipendenza tiegħu. 6. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-persunal tiegħu għandhom ikunu marbuta bl-obbligu ta’ kunfidenzjalità f’konformità mal-Artikolu 67(1). 7. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal mandat ta’ erba’ snin u għandu jkun eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid. 8. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-Bord ta’ Amministrazzjoni jekk huwa ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu u biss bil-kunsens tal-KEPD. 9. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom jiġu rreġistrati mal-KEPD mill-Bord ta’ Amministrazzjoni. 10. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Artikolu 41b Kompiti tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data 1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu, b’mod partikolari, ikollu l-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali:
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta’ Amministrazzjoni għat-titjib prattiku tal-protezzjoni tad-data u jagħti pariri fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bord ta’ Amministrazzjoni jew ta’ kwalunkwe individwu, jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi relatati direttament mal-kompiti tiegħu li jsir jaf bihom,u jirrapporta lura lill-persuna li tkun talbet l-investigazzjoni jew lill- Bord ta’ Amministrazzjoni r-riżultati ta’ dik l-investigazzjoni. 3. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tad-data personali amministrattiva. 4. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-membri tal-persunal tal-Europol li jassistu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq ta’ dmirijietu għandu jkollhom aċċess għad-data kollha pproċessata mill-Europol u għall-bini kollu tal-Europol. 5. Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jqis li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar l-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva, jew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tal-Artikolu 3 u tal-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar l-ipproċessar ta’ data personali, ma jkunux ġew irrispettati, huwa għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u għandu jitolbu li jsolvi n-nuqqas ta’ konformità fi ħdan perjodu speċifikat. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jwieġeb fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat miftiehem mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk il-Bord ta’ Amministrazzjoni ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirriferi l-kwistjoni lill-KEPD. Artikolu 41c Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali 1. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jista’ jkun membru tal-persunal eżistenti tal-Europol li jkun irċieva taħriġ speċjali fil-liġi u l-prattika tad-drittijiet fundamentali. 2. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
3. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar l-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu. 4. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta direttament lid-Direttur Eżekuttiv u jipprepara rapporti annwali dwar l-attivitajiet tiegħu, inkluż dwar kemm l-attivitajiet tal-Europol jirrispettaw id-drittijiet fundamentali. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-Bord ta’ Amministrazzjoni. Artikolu 41d Taħriġ dwar id-Drittijiet Fundamentali Il-persunal kollu tal-Europol involut f’kompiti operazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għandu jirċievi taħriġ obbligatorju dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Dak it-taħriġ għandu jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (*12), u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13). (*12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1)." (*13) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).”;" |
|
(39) |
fl-Artikolu 42, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandu jkollhom aċċess, fl-unità nazzjonali jew fil-bini tal-uffiċjali ta’ kollegament, għad-data sottomessa mill-Istat Membru tagħhom lill-Europol f’konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti u għar-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament. 2. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-uffiċċji u għad-dokumenti tal-uffiċjali ta’ kollegament rispettivi tagħhom fil-Europol.”; |
|
(40) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(42) |
Jitħassru l-Artikoli 45 u 46; |
|
(43) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(44) |
l-Artikolu 50 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 50 Dritt għal kumpens 1. Kwalunkwe persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2016/680. 2. Kwalunkwe tilwima bejn il-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà aħħarija għal kumpens mogħti lill-persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rreferita lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. ll-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi dwar dik ir-responsabbiltà b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kontestazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.”; |
|
(45) |
l-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
|
|
(46) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal: “Artikolu 52a Forum Konsultattiv 1. Il-JPSG għandu jistabbilixxi forum konsultattiv sabiex jassistih, fuq talba, billi, jagħtih parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali. Il-JPSG u d-Direttur Eżekuttiv jistgħu jikkonsultaw lill-forum konsultattiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet fundamentali. 2. Il-JPSG għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-forum konsultattiv, il-metodi ta’ ħidma tiegħu u l-mod kif l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-forum konsultattiv.”; |
|
(47) |
fl-Artikolu 58, il-paragrafu 9 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “9. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/715 għandu japplika għal kwalunkwe proġett ta’ kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Europol.”; |
|
(48) |
l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:
|
|
(49) |
l-Artikolu 61 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 61 Regoli finanzjarji 1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715, sakemm tali devjazzjoni ma tkunx mitluba speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel. 2. Il-Europol tista’ tagħti għotjiet relatati mal-kisba tal-objettivi u mat-twettiq tal-kompiti tagħha. 3. Il-Europol tista’ tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-objettivi u l-kompiti tal-Europol. 4. Fejn debitament ġustifikat għal finijiet operazzjonali, wara awtorizzazzjoni mill-Bord ta’ Amministrazzjoni, l-appoġġ finanzjarju jista’ jkopri l-kostijiet ta’ investiment kollha tat-tagħmir u l-infrastruttura. Ir-regoli finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jispeċifikaw il-kriterji li taħthom l-appoġġ finanzjarju jista’ jkopri l-ispejjeż kollha tal-investiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 5. Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata lill-attivitajiet tat-timijiet ta’ investigazzjoni konġunti, il-Europol u l-Eurojust għandhom jistabbilixxu b’mod konġunt ir-regoli u l-kundizzjonijiet li bihom l-applikazzjonijiet għal tali appoġġ għandhom jiġu pproċessati.”; |
|
(50) |
L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:
|
|
(51) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 74a Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja 1. Meta Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ikunu pprovdew data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a meta:
Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali relatata. 2. Fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ma jikkonformawx ma wieħed jew iktar mir-rekwiżiti stipulati fil -paragrafu 1, punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tad-data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II li huma pprovdew lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, jew fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ma jikkonformawx mal-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, il-Europol ma għandhiex tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a, iżda għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(5) u l-Artikolu 74b, tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022. 3. Meta pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 18a(6) ikun ipprovda data personali li ma tirrigwardawx il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a(6) meta:
4. Fejn pajjiż terz ma jikkonformax mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3, punt (c) ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’ data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II li huwa pprovda lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, jew fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti l-oħra stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati, il-Europol ma għandhiex tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a(6), iżda għandha mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(5) u l-Artikolu 74b, tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022. 5. Fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ipprovdew data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, huma jistgħu jitolbu lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, biex taħżen dik id-data u l-eżitu tal-ipproċessar mill-Europol ta’ dik id-data fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali. Il-Europol għandha żżomm data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II b’mod funzjonalment separata minn data oħra u għandha tipproċessa biss tali data għall-fini li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li għaliha dik id-data ġiet ipprovduta, ikunu għadhom għaddejjin. 6. Fejn il-Europol irċeviet data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol ma għandhiex taħżen dik id-data għall-fini li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali sakemm ma tintalabx li tagħmel dan f’konformità mal-paragrafu 5. Fl-assenza ta’ tali talba, il-Europol għandha tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022. Artikolu 74b Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali miżmuma mill-Europol Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 74a, għad-data personali li l-Europol tkun irċeviet qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tivverifika jekk dik id-data personali tirrigwardax waħda mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data stipulati fl-Anness II. Għal dak il-għan, il-Europol tista’ twettaq preanaliżi ta’ dik id-data personali għal perijodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-data li fiha d-data tkun waslet għall-ewwel darba jew, f’każijiet ġustifikati u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-KEPD, għal perjodu itwal. Il-perijodu massimu ta’ pproċessar tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta’ tliet snin mill-jum meta l-Europol tirċievi d-data.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2022.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 73).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(11) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(12) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE(ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
|
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/43 |
REGOLAMENT (UE) 2022/992 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tal-estensjoni tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet essenzjali dwar l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi ċertu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati f’atti delegati. L-Artikolu 55(2) ta’ dak ir-Regolament ta dik is-setgħa lill-Kummissjoni għal perjodu limitat ta’ ħames snin. Dak il-perjodu skada fis-6 ta’ Ottubru 2021. Hemm il-ħtieġa li xi wħud minn dawk l-atti delegati jiġu aġġornati biex jitqies il-progress tekniku u biex jiġu introdotti emendi oħra f’konformità mal-għoti ta’ setgħa, inkluż fir-rigward ta’ att delegat li jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-monitoraġġ fis-servizz għall-magni b’kombustjoni interna installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġu adottati atti delegati ġodda skont l-għoti tas-setgħa. Għalhekk, is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati jenħtieġ li tiġi estiża u jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà ta’ estensjonijiet ulterjuri. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1628 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/1628, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(11), l-Artikolu 25(4), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 34(9), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 43(5) u l-Artikolu 48 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ għaxar snin mis-6 ta’ Ottubru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard mis-6 ta’ Jannar 2026 u disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ħames snin sussegwenti. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Opinjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2022.
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
DIRETTIVI
|
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/45 |
DIRETTIVA (UE) 2022/993 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2022
dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara
(kodifikazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Sabiex jinżamm, u bl-għan li jittejjeb, il-livell għoli ta’ sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar, huwa essenzjali li jinżamm u possibbilment li jittejjeb il-livell tal-għarfien u tal-ħiliet tal-baħħara tal-Unjoni bl-iżvilupp tat-taħriġ marittimu u taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mar-regoli internazzjonali u l-progress teknoloġiku, kif ukoll li tittieħed azzjoni ulterjuri biex tissaħħaħ il-bażi tal-ħiliet marittimi Ewropej. |
|
(3) |
It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huma regolati fuq livell internazzjonali mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tal-1978 (il-Konvenzjoni STCW), li ġiet suġġetta għal reviżjoni kbira fil- Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li saret f’Manila fl-2010 (l-emendi ta’ Manila). Fl-2015 u fl-2016 ġew adottati emendi ulterjuri għall-Konvenzjoni STCW. |
|
(4) |
Din id-Direttiva tinkorpora l-Konvenzjoni STCW fil-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri kollha huma firmatarji tal-Konvenzjoni STCW u għalhekk trid tinkiseb implimentazzjoni armonizzata tal-impenji internazzjonali tagħhom permezz tal-allinjament mal-Konvenzjoni STCW tar-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. |
|
(5) |
Is-settur marittimu tal-Unjoni għandu kompetenza esperta marittima ta’ kwalità għolja li tgħin biex tiżgura l-kompetittività tiegħu. Il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara hija importanti għall-kompetittività tas-settur u biex jiġu mħajjra ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-professjonijiet marittimi. |
|
(6) |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards ogħla mill-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni STCW u f’din id-Direttiva. |
|
(7) |
Ir-Regolamenti tal-Konvenzjoni STCW annessi ma’ din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (Kodiċi STCW). Il-Parti B tal-Kodiċi STCW fiha gwida rakkomandata maħsuba biex tassisti lill-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW, u lil dawk involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-infurzar tal-miżuri tagħha, biex jagħtu lill-Konvenzjoni effett sħiħ u komplet b’mod uniformi. |
|
(8) |
Wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport fil-qasam tat-trasport marittimu huwa li jiġi ffaċilitat il-moviment tal-baħħara fi ħdan l-Unjoni. Dan il-moviment jikkontribwixxi, fost affarijiet oħra, sabiex is-settur tat-trasport marittimu tal-Unjoni jsir aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-cluster marittimu Ewropew iħabbat wiċċu ma’ skarsezza ta’ persunal kompetenti bit-taħlita ġusta ta’ ħiliet u kompetenzi. Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri huwa essenzjali biex jiffaċilita l-moviment liberu tal-baħħara. Fid-dawl tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil baħħara minn Stati Membri oħra għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ċertifikati nazzjonali ta’ kompetenza jkunu bbażati fuq raġunijiet li jistgħu jiġu aċċertati mill-baħħara kkonċernati. |
|
(9) |
It-taħriġ għall-baħħara jenħtieġ li jkopri taħriġ teoretiku u prattiku adatt sabiex jiġi żgurat li l-baħħara jkunu kwalifikati biex jissodisfaw standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza u jkunu kapaċi jirrispondu għal perikli u emerġenzi. |
|
(10) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw prattiki qarrieqa marbuta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-IMO sabiex jintlaħqu strumenti ta’ ftehim stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra dawk il-prattiki. |
|
(11) |
Jenħtieġ li jiġu żviluppati u implimentati standards tal-kwalità u sistemi ta’ standards tal-kwalità filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (5) u miżuri relatati adottati mill-Istati Membri. |
|
(12) |
Għat-titjib fis-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa skont il-Konvenzjoni STCW. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu applikati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE (6). |
|
(13) |
Is-sħab soċjali Ewropej qablu dwar is-sigħat minimi ta’ mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva 1999/63/KE bil-ħsieb li jiġi implimentat dak il-ftehim. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll il-possibilità li jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-baħħara. Madankollu, il-possibilità ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet jenħtieġ li tiġi limitata f’termini tat- tul massimu, frekwenza u ambitu. L-emendi ta’ Manila kienu mmirati, fost affarijiet oħrajn, biex jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bil-ħsieb li tiġi evitata l-għeja. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tirrifletti l-emendi ta’ Manila b’mod li jiżgura koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE. |
|
(14) |
Sabiex tiġi mtejba s-sikurezza marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis marittimu, jenħtieġ li tiġi żgurata l-komunikazzjoni fost membri tal-ekwipaġġ abbord vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-Unjoni. |
|
(15) |
Il-persunal abbord vapuri tal-passiġġieri maħtur sabiex jassisti lill-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jenħtieġ li jkun jista’ jikkomunika mal-passiġġieri. |
|
(16) |
L-ekwipaġġi fuq tankers li jġorru tagħbija li tagħmel ħsara għas-saħħa jew li tniġġes jenħtieġ li jkunu jistgħu jlaħqu b’mod effettiv mal-prevenzjoni ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huwa tal-akbar importanza li tiġi stabbilita rabta ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin, li tkopri r-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva. |
|
(17) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat li baħħara li jkollom ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi u li jservu fuq vapuri fl-Unjoni jkollhom livell ta’ kompetenza ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi proċeduri u kriterji komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, ibbażat fuq ir-rekwiżiti tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni kif sar qbil fuqhom fl-istruttura tal-Konvenzjoni STCW. |
|
(18) |
Fl-interessi tas-sikurezza fuq il-baħar, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikonoxxu kwalifiki li jagħtu prova tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ biss fejn dawn ikunu maħruġa minn jew f’isem Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li jkunu ġew identifikati mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-IMO bħala li jkunu jidhru li taw, u li għadhom jagħtu, effett sħiħ għall-istandards stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Biex jimtela ż-żmien sakemm l-MSC ikun jista’ jagħmel din l-identifikazzjoni, hemm bżonn ta’ proċedura għar-rikonoxximent preliminari ta’ ċertifikati. |
|
(19) |
Din id-Direttiva fiha wkoll sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Sabiex jintużaw ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli b’mod effiċjenti, il-proċedura għar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħtieġa għal tali rikonoxximent, li tinkludi iżda mhux limitata biss għal indikazzjoni tan-numru stmat ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz li x’aktarx li jkunu jservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dik l-analiżi tintbagħat għall-eżami lill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS). |
|
(20) |
Sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-baħħara kollha għal impjieg deċenti u sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, għar- rikonoxximent futur ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqies jekk dawk il-pajjiżi terzi rratifikawx il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006. |
|
(21) |
Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li titwettaq rivalutazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta’ baħħara għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, f’intervalli ta’ għaxar snin. Dan il-perijodu twil ta’ rivalutazzjoni tas-sistema ta’ dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat ma’ kriterji ta’ prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta’ effiċjenza b’mekkaniżmu effikaċi ta’ salvagwardja f’każ ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti. |
|
(22) |
Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jiġu spezzjonati l-istituti marittimi, il-programmi ta’ taħriġ u l-korsijiet marittimi. Jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti kriterji ta’ spezzjoni. |
|
(23) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li tassisti lill-Kummissjoni fil-verifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(24) |
Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża għal finijiet ta’ statistika u t-tfassil tal-politika, b’mod partikolari għall-fini ta’ titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li r-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi li ma pprovdewx baħħara għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri għal perijodu ta’ mill-inqas tmien snin jiġi rieżaminat. Jenħtieġ li l-proċess ta’ rieżami jkopri l-possibbiltà taż-żamma jew l-irtirar tar-rikonoxximent tal-pajjiż terz rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lill-valutazzjoni mil-ġdid tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti. |
|
(25) |
L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa li jtejjbu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ilmijiet tal-Unjoni permezz ta’ spezzjonijiet ta’ prijorità ta’ bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz li ma jkunx irratifika il-Konvenzjoni STCW, u b’hekk jiżguraw li bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz ma jirċevux trattament aktar favorevoli. |
|
(26) |
Id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ma kinux applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE. Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kienet tirregola r-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri. Madankollu, id-definizzjonijiet taċ-ċertifikati tal-baħħara msemmija fid-Direttiva 2005/45/KE saru obsoleti wara l-emendi tal-2010 għall-Konvenzjoni STCW. Għalhekk, l-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li tiġi regolata sabiex tirrifletti emendi internazzjonali. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati mediċi tal-baħħara maħruġa taħt l-awtorità tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità u riskju ta’ inkonsistenza bejn id-Direttivi 2005/45/KE u din id-Direttiva, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara jenħtieġ li jiġi regolat b’din id- Direttiva biss. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li tiddaħħal sistema elettronika għall-preżentazzjoni tal-kwalifiki tal-baħħara ladarba jkunu ġew adottati l-emendi rilevanti għall-Konvenzjoni STCW. |
|
(27) |
Id-diġitalizzazzjoni tad-data hija parti integrali mill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data bil-ħsieb li tgħin biex l-ispejjeż jitnaqqsu u biex ir-riżorsi umani jintużaw b’ effiċjenza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra miżuri sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kontroll mill-Istat tal-port, inkluż, fost l-oħrajn, evalwazzjoni tal-fattibbiltà u l-valur miżjud tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ bażi tad-data ċentrali taċ-ċertifikati tal-baħħara li tkun kollegata mal-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u li l-Istati Membri kollha jkunu konnessi magħha. Jenħtieġ li dik il-bażi tad-data ċentrali jkun fiha l-informazzjoni kollha, stabbilita fl-Anness III għal din id- Direttiva, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u l-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi djalogu mas-sħab soċjali u l-Istati Membri biex jiżviluppaw inizjattivi ta’ taħriġ addizzjonali għal-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara maqbul fuq livell internazzjonali, u li jistgħu jiġu reċiprokament rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala Diplomi Marittimi ta’ Eċċellenza Ewropej. Dawk l-inizjattivi jenħtieġ li jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-proġetti pilota attwali u l-istrateġiji stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet, u jiġu żviluppati f’konformità magħhom. |
|
(29) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u biex jiġi żgurat l-adattament f’waqtu ta’ regoli tal-Unjoni għal dawk l-iżviluppi, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-emendi tal-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara u bl-allinjament tad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva fir-rigward taċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara. B’mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni indaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(30) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll fir-rigward tad-data tal-istatistika dwar il-baħħara li tiġi provduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, jenħtieġ li setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(31) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-allinjament tar-regoli tal-Unjoni ma’ regoli internazzjonali dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(32) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika għall-baħħara msemmija f’din id-Direttiva li jservu fuq vapuri tat-tbaħħir li jtajru bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’:
|
(a) |
vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu il-proprjetà jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-Gvern; |
|
(b) |
dgħajjes tas-sajd; |
|
(c) |
dgħajjes tal-pjaċir mhux użati fil-kummerċ; |
|
(d) |
vapuri tal-injam ta’ struttura primittiva. |
2. L-Artikolu 6 japplika għall-baħħara fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ minn Stat Membru, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“kaptan” tfisser il-persuna li għandha l-kmand ta’ vapur; |
|
(2) |
“uffiċjal” tfisser membru tal-ekwipaġġ, minbarra l-kaptan, nominat hekk bil-liġi jew b’regolamenti nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ din in-nomina, bi ftehim kollettiv jew drawwa; |
|
(3) |
“uffiċjal tal-gverta” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness I; |
|
(4) |
“chief mate” tfisser l-uffiċjal fil-grad ta’ wara l-kaptan u li fuqu jaqa’ l-kmand tal-vapur fil-każ tal-inkapaċità tal-kaptan; |
|
(5) |
“uffiċjal tal-inġinerija” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness I; |
|
(6) |
“uffiċjal kap tal-inġinerija” tfisser l-uffiċjal superjuri tal-inġinerija responsabbli mill-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-istallazzjonijiet mekkaniċi jew tal-elettriku tal-vapur; |
|
(7) |
“it-tieni uffiċjal tal-inġinerija” tfisser l-uffiċjal tal-inġinerija fil-grad ta’ wara l-uffiċjal kap tal-inġinerija u li fuqu taqa’ r-responsabbiltà għall-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-installazzjonijiet mekkaniċi jew tal-elettriku tal-vapur fil-każ tal-inkapaċità tal-uffiċjal kap tal-inġinerija; |
|
(8) |
“assistent uffiċjal tal-inġinerija” tfisser persuna li qed titħarreġ biex tilħaq uffiċjal tal-inġinerija u nominata hekk mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali; |
|
(9) |
“operatur tar-radju” tfisser persuna li għandha ċertifikat xieraq maħruġ jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju; |
|
(10) |
“baħri” tfisser membru tal-ekwipaġġ ta’ vapur minbarra l-kaptan jew l-uffiċjali; |
|
(11) |
“vapur li jbaħħar” tfisser vapur għajr dawk li jbaħħru b’mod esklussiv f’ilmijiet interni jew f’ilmijiet ġewwa jew viċin ta’ ilmijiet jew żoni milqugħin fejn jgħoddu r-regolamenti tal-port; |
|
(12) |
“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur irreġistrat fi u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru skont il-leġislazzjoni tiegħu; vapur li ma jikkorrispondix ma’ din id-definizzjoni għandu jiġi meqjus bħala vapur li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz; |
|
(13) |
“vjaġġi qrib ix-xatt” tfisser vjaġġi fil-viċinanza ta’ Stat Membru kif definit minn dak l-Istat Membru; |
|
(14) |
“qawwa ta’ propulsjoni” tfisser il-qawwa ta’ output b’rata kontinwa massima totali mfissra f’kilowatts tal-magni prinċipali ta’ propulsjoni kollha tal-vapur li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vapur jew fuq kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor; |
|
(15) |
“tanker taż-żejt” tfisser vapur mibni u użat għat-trasport taż-żejt u prodotti taż-żejt fi kwantitajiet kbar; |
|
(16) |
“tanker ta’ sustanzi kimiċi” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Kimika fi Kwantità, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
|
(17) |
“tanker ta’ gass likwifikat” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta’ Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
|
(18) |
“Regolamenti dwar ir-Radju” tfisser ir-regolamenti dwar ir-radju annessi, jew meqjusin li huma annessi għall-Konvenzjoni dwar it-Telekomunikazzjoni Internazzjonali, kif emendata; |
|
(19) |
“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment kif definit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), kif emendata, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO); |
|
(20) |
“bastiment tas-sajd” tfisser bastiment użat għall-qbid ta’ ħut jew ta’ riżorsi ħajjin oħra tal-baħar; |
|
(21) |
“Konvenzjoni STCW” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal Baħħara tal-1978, kif tapplika għal materji kkonċernati filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u inklużi, fejn ikun xieraq, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; |
|
(22) |
“xogħlijiet tar-radju” tinkludi, skont kif ikun xieraq, l-għassa u l-manutenzjoni teknika u t-tiswijiet imwettqa skont ir-Regolamenti tar-Radju, SOLAS 74 u, fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IMO, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; |
|
(23) |
“vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fis-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
|
(24) |
“Kodiċi STCW” tfisser il-Kodiċi tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-1995 tal-Partijiet tal-Konvenzjoni STCW, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
|
(25) |
“funzjoni” tfisser grupp ta’ xogħlijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet, kif speċifikat fil-Kodiċi STCW, meħtieġa għat-tħaddim tal-vapur, is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar jew il-protezzjoni tal-ambjent marittimu; |
|
(26) |
“kumpanija” tfisser is-sid ta’ vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand is-sid tal-vapur u li, meta jkun ħa din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jimxi mal-obbligi u r-responsabbiltajiet imposti fuq il-kumpanija b’din id-Direttiva; |
|
(27) |
“Servizz ta’ tbaħħir” tfisser servizz abbord bastiment rilevanti għall-ħruġ jew il-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, ċertifikat ta’ profiċjenza jew kwalifiki oħra; |
|
(28) |
“approvat” tfisser approvat mill-Istat Membru skont din id-Direttiva; |
|
(29) |
“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż li ma jkunx Stat Membru; |
|
(30) |
“xahar” tfisser xahar tal-kalendarju jew 30 ġurnata magħmulin minn perijodi ta’ inqas minn xahar; |
|
(31) |
“operatur tar-radju GMDSS” tfisser persuna kkwalifikata skont il-Kapitolu IV tal-Anness I; |
|
(32) |
“Kodiċi ISPS” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta’ Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet adottat fit-12 ta’ Diċembru 2002, permezz tar-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għas-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
|
(33) |
“uffiċjal tas-sigurtà tal-bastiment” tfisser persuna abbord bastiment, li twieġeb għall-kaptan, maħtura mill-kumpannija bħala responsabbli għas-sigurtà tal-bastiment inklużi l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-pjan ta’ sigurtà tal-bastiment u l-kollegament mal-uffiċjal tas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjali tas-sigurtà tal-faċilità tal-port; |
|
(34) |
“kompiti tas-sigurtà” jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tas-SOLAS 74, kif emendata, u mill-Kodiċi ISPS; |
|
(35) |
“ċertifikat ta’ kompetenza” tfisser ċertifikat maħruġ u approvat għall-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju GMDSS skont il-Kapitoli II, III, IV, V jew VII tal-Anness I u li jintitola d-detentur legali tiegħu iservi fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikat fih; |
|
(36) |
“ċertifikat ta’ profiċjenza” tfisser ċertifikat minbarra ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ lil baħħar li jiddikjara li r-rekwiżiti rilevanti dwar it-taħriġ, il-kompetenzi jew is-servizz tat-tbaħħir f’din id-Direttiva ġew sodisfatti; |
|
(37) |
“evidenza dokumentarja” tfisser dokumentazzjoni, minbarra ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, użata biex tistabbilixxi li r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva ġew sodisfatti; |
|
(38) |
“uffiċjal elettrotekniku” tfisser uffiċjal kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I; |
|
(39) |
“baħħar awtorizzat tal-gverta” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu II tal-Anness I; |
|
(40) |
“baħħar awtorizzat tal-magni” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I; |
|
(41) |
“baħri elettrotekniku” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I; |
|
(42) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih il-baħħara jfittxu aċċettazzjoni jew rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza, iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza jew il-prova dokumentata tagħhom; |
|
(43) |
“Kodiċi tal-IGF” tfisser il-Kodiċi Internazzjoni tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti b’Punt ta’ Fjammabilità Baxx, kif definit fir-Regolament II-1/2.29 tas-SOLAS 74; |
|
(44) |
“Kodiċi Polari” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għal Vapuri li Joperaw f’Ibħra Polari, kif definit fir-Regolament XIV/1.1 tas-SOLAS 74; |
|
(45) |
“Ibħra polari” tfisser l-ibħra Artiċi u/jew iż-żona tal-Antartiku, kif definit fir-Regolamenti XIV/1.2, XIV/1.3 u XIV/1.4 tas-SOLAS 74. |
Artikolu 3
Taħriġ u ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 1 ikunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (35) u (36), u/jew evidenza dokumentata kif definit fl-Artikolu 2, punt (37).
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-membri tal-ekwipaġġ li għandhom ikunu ċċertifikati skont ir-Regolament III/10.4 tas-SOLAS 74 jiġu mħarrġa u ċċertifikati skont din id-Direttiva.
Artikolu 4
Ċertifikati ta’ kompetenza, ċertifikati ta’ profiċjenza u approvazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
2. Iċ-ċertifikati ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru kif previst f’dan l-Artikolu.
3. Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 3 tar-Regolament I/2, tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.
4. Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri, wara verifika tal-awtentiċità u l-validità ta’ kwalunkwe evidenza dokumentata meħtieġa u skont dan l-Artikolu.
5. Fir-rigward ta’ operaturi tar-radju, l-Istati Membri jistgħu:
|
(a) |
jinkludu l-għarfien żejjed meħtieġ mir-regolamenti rilevanti fl-eżami għall-ħruġ ta’ ċertifikat konformi mar-Regolamenti tar-Radju; jew |
|
(b) |
joħorġu ċertifikat separat li jindika li d-detentur għandu l-għarfien addizzjonali meħtieġ mir-regolamenti rilevanti. |
6. Fuq id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru, l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu inkorporati fil-format taċ-ċertifikati maħruġa kif previst fit-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW. Jekk ikunu inkorporati b’dak il-mod, il-format użat għandu jkun dak stabbilit fit-Taqsima A-I/2 paragrafu 1. Jekk maħruġa b’mod ieħor, il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dik it-Taqsima. L-approvazzjonijiet għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu VI tal-Konvenzjoni STCW.
L-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jattestaw ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għandhom jinħarġu biss jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u ta’ din id-Direttiva.
7. Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ kompetenza, jew ċertifikat ta’ profiċjenza, maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-Direttiva għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jiddikkjara r-rikonoxximent tiegħu biss wara li jiżgura l-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikat. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fit-Taqsima A-I/2, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.
8. L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 u 7:
|
(a) |
jistgħu jinħarġu bħala dokumenti separati; |
|
(b) |
għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri; |
|
(c) |
kull wieħed minnhom għandu jiġi assenjat numru uniku, ħlief għall-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, li jistgħu jiġu assenjati l-istess numru bħal dak taċ-ċertifikat ta’ kompetenza konċernat, sakemm dak in-numru ikun uniku; |
|
(d) |
għandu jiskadi kull wieħed minnhom malli ċ-ċertifikat approvat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza approvat maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW jiskadi jew jiġi rtirat, sospiż jew ikkanċellat mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz li ħarġu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. |
9. Il-kapaċità li fiha d-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat biex iservi għandha tkun identifikata f’forma ta’ approvazzjoni f’termini identiċi għal dawk użati fir-rekwiżiti applikabbli għat-tgħammir sikur tal-Istat Membru kkonċernat.
10. Stat Membru jista’ juża format li jkun differenti mill-format stabbilit fit-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW, bil-kondizzjoni li, bħala minimu, l-informazzjoni meħtieġa tkun provduta f’karattri Rumani u figuri Għarab, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet permessi skont it-Taqsima A-I/2.
11. Soġġett għall-Artikolu 20(7), kwalunkwe ċertifikat meħtieġ b’din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu, f’forma stampata jew f’format diġitali, li l-awtentiċità u l-validità tiegħu jistgħu jiġu verifikati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 13, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
12. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu prova sodisfaċenti:
|
(a) |
tal-identità tagħhom; |
|
(b) |
li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik preskritta fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li tkun saret applikazzjoni għalih; |
|
(c) |
li huma jissodisfaw l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW; |
|
(d) |
li huma jkunu kkompletaw is-servizz tat-tbaħħir u kwalunkwe taħriġ obbligatorju relatat preskritt fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew għaċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li għalih tkun saret applikazzjoni; |
|
(e) |
li huma jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza preskritti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ kompetenza. |
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għa r- rikonoxximent ta’ approvazzjonijiet skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW.
13. Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu biex:
|
(a) |
iżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, fejn applikabbli, għall-baħrin, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati bħala mitlufa jew meqruda kif ukoll ta’ dispensi maħruġa; |
|
(b) |
jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċertifikati ta’ kompetenza, approvazzjonijiet u dispensi lil Stati Membri oħra jew lil Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW u l-kumpaniji li jitolbu verifika tal-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew iċ-ċertifikati maħruġa lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness 1 mogħtija lilhom mill-baħħara li jfittxu rikonoxximent, skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW, jew impjieg abbord bastiment. |
14. Meta emendi rilevanti għall-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW relatati maċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara jidħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex temenda din id-Direttiva billi tallinja d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tagħha ma’ dawk l-emendi għall-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW sabiex iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet tal-baħħara jiġu diġitalizzati.
Artikolu 5
Informazzjoni lill-Kummissjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 22(2) u esklużivament għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil tal-politika u għal finijiet ta’ statistika, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni elenkata fl-Anness III għal din id-Direttiva dwar ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza. Jistgħu jipprovdu wkoll, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil baħrin f’konformità mal-Kapitoli II, III, u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħall-informazzjoni indikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.
Artikolu 6
Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza u l-prova dokumentata maħruġa minn Stat Membru ieħor, jew taħt l-awtorità tiegħu, f’forma stampata jew f’format diġitali, bl-iskop li jkun possibbli li l-baħħara jservu fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu.
2. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn Stat Membru ieħor jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa minn Stat Membru ieħor lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għal din id-Direttiva, billi japprova dawk iċ-ċertifikati biex jaffermaw ir-rikonoxximent tagħhom. L-approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent għandha tkun limitata għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta’ kompetenza jew profiċjenza preskritti fihom. L-approvazzjoni għandha tinħareġ biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW, skont ir-Regolament I/2, il-paragrafu 7 tal-Konvenzjoni STCW. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fit-Taqsima A-I/2il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.
3. Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċertifikati mediċi maħruġa taħt l-awtorità ta’ Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 12 sabiex il-baħħara jkunu jistgħu jservu fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu.
4. L-Istati Membri ospitanti għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jinħarġu fi żmien raġonevoli. L-Istati Membri ospitanti għandhom jiżguraw ukoll li l-baħħara jkollhom id-dritt għal appell kontra kwalunkwe ċaħda ta’ approvazzjoni jew aċċettazzjoni ta’ ċertifikat validu, jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe risposta, skont il-leġislazzjoni u l-proċeduri nazzjonali, u li l-baħħara jiġu pprovduti b’konsulenza u għajnuna adegwata fir-rigward ta’ appelli bħal dawn f’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali stabbiliti.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jimponu iktar limitazzjonijiet fuq il-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta’ kompetenza jew profiċjenza marbuta ma’ vjaġġi qrib ix-xatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8, jew fuq ċertifikati alternattivi maħruġa skont ir-Regolament VII/1 tal-Anness I.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, Stat Membru ospitanti jista’, fejn ikun hemm bżonn, jippermetti li baħħar iservi għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, fuq vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, filwaqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat minn Stat Membru ieħor, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti konċernat.
Għandu jkun hemm faċilment disponibbli prova dokumentata li applikazzjoni għall-approvazzjoni tressqet lill-awtoritajiet kompetenti.
7. Stat Membru ospitanti għandu jiżgura li baħħara li jippreżentaw għar-rikonoxximent ċertifikati għal funzjonijiet fil-livell maniġerjali jkollhom għarfien xieraq tal-leġiżlazzjoni marittima ta’ dak l-Istat Membru li tkun rilevanti għall-funzjonijiet li huma jkunu permessi li jwettqu.
Artikolu 7
Rekwiżiti tat-taħriġ
It-taħriġ meħtieġ skont l-Artikolu 3 għandu jkun f’forma xierqa għall-għarfien teoretiku u l-abilitajiet prattiċi meħtieġa mill-Anness I, b’mod partikolari l-użu ta’ tagħmir li jsalva l-ħajja u ta’ tifi tan-nar, u approvat mill-awtorità jew organizzazzjoni kompetenti nnominata minn kull Stat Membru.
Artikolu 8
Prinċipji li jirregolaw vjaġġi qrib ix-xatt
1. Meta jiddefinixxu vjaġġi qrib ix-xatt, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza jew ċertifikazzjoni fuq baħħara li jagħtu servizz abbord vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW u li jkunu involuti fi vjaġġi bħal dawn b’mod li jirriżultaw f’rekwiżiti aktar stretti għal dawk il-baħħara milli għal baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li huma intitolati li jtajjru l-bandiera tagħhom stess. Fl-ebda każ ma jista’ Stat Membru jimponi rekwiżiti fir-rigward ta’ baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW li jkunu aktar minn dawk ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt.
2. Stat Membru, li fir-rigward ta’ bastimenti mogħtija l-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi qrib ix-xatt tal-Konvenzjoni STCW, jinkludi vjaġġi qrib ix-xtut ta’ Stati Membri jew ta’ Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW fil-limiti tad-definizzjoni tiegħu ta’ vjaġġi qrib ix-xatt, għandu jilħaq ftehim mal-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati li jispeċifika kemm id-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u dispożizzjonijiet oħra rilevanti.
3. Fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru involuti b’mod regolari fi vjaġġi qrib ix-xatt ’il barra mix-xtut ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW, l-Istat Membru li tiegħu il-vapur ikun intitolat itajjar il-bandiera għandu jippreskrivi rekwiżiti ta’taħriġ,esperjenza u ta’ ċertifikazzjoni għall-baħħara li jagħtu servizz fuq dawk il-vapuri li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Istat Membru jew tal-Parti għall-Konvenzjoni STCW li ’il barra mix-xtut tagħhom ikun involut il-vapur fi vjaġġi qrib ix-xatt, bil-kondizzjoni li ma jisbqux ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. Il-baħħara li jagħtu servizz fuq vapur li jestendi l-vjaġġ tiegħu lil hinn minn dak li huwa ddefinit bħala vjaġġ qrib ix-xatt minn Stat Membru u li jidħol f’ilmijiet mhux koperti minn dik id-definizzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.
4. Stat Membru jista’ jippermetti lil vapur li jkun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu il-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet għal vjaġġi qrib ix-xatt ta’ din id-Direttiva meta dan ikun involut b’mod regolari barra x-xtut ta’ stat li ma jagħmilx Parti mill-Konvenzjoni STCW fi vjaġġi qrib ix-xatt kif definit minn dak l-Istat Membru.
5. Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn Stat Membru jew Parti għall-Konvenzjoni STCW għal-limiti definiti tiegħu tal-vjaġġi qrib ix-xatt jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra għas-servizzi fil-limiti definiti tagħhom ta’ vjaġġi qrib ix-xatt, sakemm l-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati jilħqu ftehim li jispeċifika d-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u kondizzjonijiet oħra rilevanti tagħhom.
6. L-Istati Membri li jiddefinixxu l-vjaġġi qrib ix-xatt, skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, għandhom:
|
(a) |
jissodisfaw il-prinċipji li jirregolaw il-vjaġġi qrib il-xatt speċifikati fit-Taqsima A-I/3 tal-Kodiċi STCW; |
|
(b) |
jinkorporaw il-limiti tal-vjaġġi qrib ix-xatt fl-approvazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 4. |
7. Malli jiddeċiedu dwar id-definizzjoni ta’ vjaġġi qrib ix-xatt u l-kondizzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ meħtieġa minnhom skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tad-dispożizzjonijiet li huma jkunu adottaw.
Artikolu 9
Prevenzjoni ta’ frodi u prattiċi illegali oħra
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri adatti biex jipprevjenu l-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa, u għandhom jipprevedu penali li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikxfu u jiġġieldu l-frodi u prattiki oħra illegali u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.
L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
L-Istati Membri għandhom immedjatament ukoll jinfurmaw lil kwalunkwe pajjiż terz li miegħu jkunu daħlu f’xi ftehim skont ir-Regolament I/10, paragrafu 1.2 tal-Konvenzjoni STCW bid-dettalji ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
3. Fuq talba ta’ Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu konferma jew ċaħda bil-miktub tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-baħħara, tal-approvazzjonijiet korrispondenti jew ta’ kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta’ taħriġ maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor.
Artikolu 10
Penali jew miżuri dixxiplinarji
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe każ ta’ inkompetenza, att, ommissjoni jew ksur ta’ sigurtà li jiġi rappurtat u li jista’ jkun theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew tal-proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jew ta’ approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru marbuta mat-twettiq tagħhom tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom, u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza għal dik il-kawża u għall-prevenzjoni tal-frodi.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw miżuri adatti għall-prevenzjoni tal-frodi u prattiki oħra illegali li jinvolvu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet maħruġin.
3. Għandhom jiġu preskritti u infurzati penali jew miżuri dixxiplinari f’każijiet li fihom:
|
(a) |
kumpanija jew kaptan ikunu ingaġġaw persuna li ma jkollhiex ċertifikat kif meħtieġ b’din id-Direttiva; |
|
(b) |
kaptan ikun ħalla li kwalunkwe funzjoni jew servizz fi kwalunkwe kapaċità li skont din id-Direttiva għandha titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat xieraq, titwettaq minn persuna li ma jkollhiex iċ-ċertifikat meħtieġ, dispensa valida jew li ma jkollhiex evidenza bil-miktub meħtieġa mill-Artikolu 20(7); jew |
|
(c) |
persuna tkun kisbet impjieg bi frodi jew billi ffalsifikat dokumenti biex taqdi kwalunkwe funzjoni jew biex tagħti servizz fi kwalunkwe kapaċità li skont din id-Direttiva għandha ssir jew titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat jew dipensa. |
4. L-Istati Membri li fil-ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab kwalunkwe kumpanija, jew kwalunkwe persuna, li tkun maħsuba għal raġunijiet ċari li kienet responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità apparenti ma’ din id-Direttiva speċifikata fil-paragrafu 3, jew li kienet taf biha, għandhom jestendu l-kooperazzjoni lejn kwalunkwe Stat Membru jew Parti oħra għall-Konvenzjoni STCW li javżahom bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri skont il-ġurisdizzjoni tiegħu.
Artikolu 11
Standards ta’ kwalità
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li:
|
(a) |
l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inkluż ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux governattivi jew entitajiet taħt l-awtorità tagħhom huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex ikun żgurat li jinkisbu għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW; |
|
(b) |
fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu attivitajiet bħal dawn, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW; |
|
(c) |
l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards relatati tal-kwalità tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u li l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet adatti għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW huma identifikati; |
|
(d) |
l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-istandards ta’ kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, il-korsijiet ta’ taħriġ u l-programmi, l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet kollha mwettqa minn jew taħt l-awtorità ta’ kull Stat Membru u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa minn għalliema u assessuri, filwaqt li jitqiesu l-politika, is-sistemi, il-kontrolli u r-reviżjonijiet interni tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti. |
L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li evalwazzjonijiet indipendenti tal-għarfien, il-fehim, l-abbiltajiet u l-kisba tal-kompetenza u attivitajiet ta’ valutazzjoni u tal-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni jiġu mwettqa f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin minn persuni kkwalifikati li ma jkunux huma stess involuti fl-attivitajiet ikkonċernati, sabiex jivverifikaw li:
|
(a) |
il-miżuri interni kollha ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tal-amministrazzjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu jkunu f’konformità mal-arranġamenti ppjanati u l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u li jkunu effettivi biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti; |
|
(b) |
ir-riżultati ta’ kull evalwazzjoni indipendenti jiġu ddokumentati u miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawk responsabbli għaż-żona evalwata; |
|
(c) |
tittieħed azzjoni fil-ħin biex tikkoreġi d-defiċjenzi; |
|
(d) |
id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tal-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW, inklużi l-emendi, huma koperti mis-sistema tal-istandards ta’ kwalità. L-Istati Membri jistgħu wkoll jinkludu f’din is-sistema d-dispożizzjonijiet l-oħra applikabbli ta’ din id-Direttiva. |
3. L-Istat Membru ikkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, rapport relatat ma’ kull evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skont il-format speċifikat fit-Taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW, fi żmien sitt xhur mid-data tal-evalwazzjoni.
Artikolu 12
Standards mediċi
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara, u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW, filwaqt li jittieħed kont, kif xieraq, tat-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk responsabbli għall-valutazzjoni tal-idoneità medika tal-baħħara jkunu professjonisti mediċi rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru għall-fini ta’ eżamijiet mediċi tal-baħħara, skont it-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.
3. Kull baħħar li għandu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li jkun qed iservi fuq il-baħar għandu jkollu wkoll ċertifikat mediku validu maħruġ skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.
4. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom:
|
(a) |
ikollhom mhux inqas minn 16-il sena; |
|
(b) |
jipprovdu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom; |
|
(c) |
jilħqu l-istandards applikabbli tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat. |
5. Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta’ sentejn sakemm il-baħħar ma jkunx ta’ età taħt it-18-il sena, f’liema każ il-perijodu massimu ta’ validità għandu jkun ta’ sena.
6. Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku jiskadi matul vjaġġ, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.
7. F’każijiet urġenti Stat Membru jista’ jippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu. F’dawk il-każijiet, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.
Artikolu 13
Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza
1. Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut skont kwalunkwe Kapitolu tal-Anness I għajr ir-Regolament V/3 tal-Kapitolu VI jew il-Kapitolu VI, li jkun qiegħed iservi fuq il-baħar jew biħsiebu jerġa’ lura fuq il-baħar wara perijodu fuq l-art għandu, sabiex ikompli jikkwalifika għas-servizz fuq il-baħar, ikun meħtieġ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin li:
|
(a) |
jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika preskritti mill-Artikolu 12; |
|
(b) |
jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa skont it-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW. |
2. Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir abbord vapuri li dwarhom ikun sar qbil internazzjonali dwar rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali, kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju għandu jtemm b’suċċess it-taħriġ rilevanti approvat.
3. Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir abbord tankers, kull kaptan u uffiċjal għandu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jkun meħtieġ, f’intervalli li ta’ mhux aktar minn ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għat-tankers skont it-Taqsima A-I/11, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.
4. Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir fuq vapuri li joperaw fl-ibħra polari, kull kaptan u uffiċjal għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandu jkun meħtieġ, f’intervalli ta’ mhux iktar minn ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari skont Taqsima A-I/11, il-paragrafu 4 tal-Kodiċi STCW.
5. Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa sal-1 ta’ Jannar 2017 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza rilevanti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li d-detenturi ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċertifikati ta’ profiċjenza jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni xierqa ta’ tiġdid u ta’ aġġornament.
6. Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kienu meħtieġa minn persuni li servew fuq vapuri mħaddma bil-gass qabel l-1 ta’ Jannar 2017 mal-istandards ta’ kompetenza fit-Taqsima A-V/3 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn, jekk hemmx bżonn, li jirrikjedi li dawk il-persuni jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom.
7. Kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni ma’ dawk ikkonċernati, jifformula jew jippromovi l-formolazzjoni ta’ struttura ta’ korsijiet għal tiġdid jew għal aġġornament kif previst fit-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.
8. Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu, filwaqt li jikkonformaw mal –Artikolu 15(3), il-punt (b), u mal-Artikolu 19.
Artikolu 14
Użu ta’ simulaturi
Għandu jkun hemm konformità mal-istandards ta’ rendiment u dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fit-Taqsima A-I/12 tal-Kodiċi STCW u mar-rekwiżiti l-oħra kif previsti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW għal kwalunkwe ċertifikat ikkonċernat fir-rigward ta’:
|
(a) |
kull taħriġ mandatorju bbażat fuq simulatur; |
|
(b) |
kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetenza meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW, li ssir permezz ta’ simulatur; |
|
(c) |
kwalunkwe wiri, permezz ta’ simulatur, ta’ profiċjenza kontinwa meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
Artikolu 15
Responsabbiltajiet tal-kumpaniji
1. L-Istati Membri għandhom, skont il-paragrafi 2 u 3, iżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-assenjazzjoni tal-baħħara għas-servizz fuq il-vapuri tagħhom skont din id-Direttiva, u għandhom jeħtieġu li kull kumpanija tiżgura li:
|
(a) |
kull baħħar assenjat għal kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha jkollu ċertifikat xieraq skont din id-Direttiva u kif stabbilit mill-Istat Membru; |
|
(b) |
il-vapuri tagħha jkunu mgħammra b’ekwipaġġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur tal-Istat Membru; |
|
(c) |
id-dokumentazzjoni u d-data rilevanti għall-baħħara kollha impjegati fuq il-vapuri tagħha jinżammu u dawn ikunu aċċessibbli faċilment, u jkunu jinkludu dokumentazzjoni u data dwar l-esperjenza, it-taħriġ, is-saħħa medika u l-kompetenza fid-doveri mogħtija lilhom, mingħajr ma jkunu limitati għal dik id-dokumentazzjoni biss; |
|
(d) |
meta jiġu assenjati fuq kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha, il-baħħara jiffamiljarizzaw ruħhom mad-doveri speċifiċi tagħhom u mal-arraġamenti, l-installazzjonijiet, it-tagħmir, il-proċeduri, u mal-karatteristiċi kollha tal-vapur li jkunu rilevanti għar-rutina jew għad-dmirijiet ta’ emerġenza tagħhom; |
|
(e) |
il-kumplament tal-vapur ikun jista’ jikkoordina b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u fit-twettiq ta’ funzjonijiet vitali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni tat-tniġġis; |
|
(f) |
baħħara assenjati lil kwalunkwe mill-bastimenti tagħha jkunu rċevew taħriġ ta’ tiġdid u aġġornament kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW; |
|
(g) |
f’kull ħin abbord il-bastimenti tagħha għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-Kapitolu V tar-Regolament 14, il-paragrafi 3 u 4, tas-SOLAS 74, kif emendata. |
2. Kull kumpanija, kaptan u membru tal-ekwipaġġ għandu jkollu r-responsabbiltà li jiżgura li jingħata effett sħiħ u komplet għall-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u li jittieħdu miżuri oħra bħal dawn skont il-ħtieġa biex jiżguraw li kull membru tal-ekwipaġġ ikun jista’ jagħmel kontribuzzjoni informata għat-tħaddim sigur tal-vapur.
3. Il-kumpanija għandha tipprovdi istruzzjonijiet bil-miktub lill-kaptan ta’ kull vapur li għalih tkun tgħodd din id-Direttiva, li jistabbilixxu l-politika u l-proċeduri li għandhom jiġu mħarsa biex ikun żgurat li l-baħħara kollha li huma impjegati ġodda fuq il-vapur jingħataw opportunità raġonevoli biex isiru familjari mat-tagħmir tal-bastiment, mal-proċeduri ta’ ħidma u ma’ arranġamenti oħra meħtieġa għall-qadi xieraq tad-dmirijiet tagħhom, qabel ma jiġu mogħtija dawk id-dmirijiet. Dik il-politika u dawk il-proċeduri għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-allokazzjoni ta’ perijodu ta’ żmien raġonevoli li fih kull baħħar impjegat ġdid ikollu l-opportunità li jsir familjari:
|
|
(b) |
in-nomina ta’ membru tal-ekwipaġġ espert li jkun responsabbli milli jiżgura li kull baħħar impjegat ġdid ikun mogħti opportunità li jirċievi informazzjoni essenzjali b’lingwa li l-baħħar jifhem. |
4. Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma adatti għall-kariga li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, billi jqisu l-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.
Artikolu 16
Idoneità għall-qadi tad-dmirijiet
1. Għall-fini tal-prevenzjoni tal-għeja, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jistabbilixxu u jinfurzaw perijodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13; |
|
(b) |
jeħtieġu li s-sistemi ta’ għassa jkunu organizzati b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal tal-għassa ma tkunx imdgħajfa mill-għeja u li d-dmirijiet ikunu organizzati b’tali mod li l-ewwel uffiċjal tal-għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-uffiċjali tal-għassa sussegwenti li jbiddlu l-għassa jkunu mistrieħa biżżejjed u idonei għall-qadi ta’ dmirijiethom. |
2. L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż ta’ droga u alkoħol, jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adegwati skont dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-periklu li jiġi mill-għeja tal-baħħara, speċjalment ta’ dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu l-operazzjoni sikura u sigura tal-bastiment.
4. Il-persuni kollha li jkunu assenjati d-dmir ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa jew bħala baħri li jifforma parti mill-għassa, u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, prevenzjoni ta’ tniġġis u sigurtà, għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn:
|
(a) |
10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa; u |
|
(b) |
77 siegħa f’kull perijodu ta’ sebat ijiem. |
5. Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom irid ikun twil mill-inqas 6 sigħat, u l-intervalli bejn perjiodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu aktar minn 14-il siegħa.
6. Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew f’kondizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ bid-dgħajjes u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perijodi ta’ mistrieħ u ma jwasslux għall-għeja.
7. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-iskedi tal-għassa jitpoġġew f’post li huwa aċċessibbli faċilment. L-iskedi għandhom ikunu stabbiliti f’format standard bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol tal-bastimenti u bl-Ingliż.
8. Meta baħħar ikun disponibbli għax-xogħol, bħal meta spazju b’makkinarju jkun mingħajr għassa, il-baħħar għandu jkollu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens adegwat jekk il-perijodu normali ta’ mistrieħ jiġi mfixkel mill-fatt li jiġi msejjaħ għax-xogħol.
9. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jinżammu rekords ta s- sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum tal-baħħara f’format standardizzat, bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol u bl-Ingliż, biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-baħħara għandhom jirċievu kopja tar-rekords li jirrigwardaw lilhom, li għandhom ikunu approvati mill-kaptan, jew minn persuna awtorizzata mill-kaptan, u mill-baħħara.
10. Minkejja r-regoli stipulati fil-paragrafi 3 sa 9, il-kaptan ta’ bastiment għandu jkun intitolat li jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-bastiment, persuni abbord jew merkanzija, jew għall-fini li tingħata assistenza lil bastimenti jew persuni oħra li jkunu f’diffikultà fuq il-baħar. Għaldaqstant, il-kaptan jista’ jissospendi l-iskeda ta’ sigħat ta’ mistrieħ u jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, il-kaptan għandu jiżgura li kwalunkwe baħħar li jkun wettaq xogħol matul perijodu skedat ta’ mistrieħ ikun ipprovdut b’perijodu ta’ mistrieħ adegwat.
11. B’kont meħud tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 1999/63/KE l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali għall-awtorità kompetenti, jawtorizzaw jew jirreġistraw ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b), u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sakemm dak il-perijodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ sebat ijiem u bir-rispett tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti iżda jistgħu jieħdu kont ta’ perijodi ta’ mistrieħ aktar frekwenti jew itwal, jew li jagħtu leave b’kumpens lil baħħara tal-għassa jew baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-gwida rigward il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. M’għandhomx ikunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ previsti fil-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
12. L-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 11 għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa previst fil- paragrafu 4, il-punt (b), ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perijodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas minn darbtejn it-tul tal-eċċezzjoni.
13. Fil-qafas tal-possibilità ta’ eċċezzjonijiet għall-paragrafu 5, imsemmijin fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ f’kwalunkwe perijodu ta’ 24 siegħa previsti fil-paragrafu 4, il-punt (a), jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn tliet perijodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun twil mill-inqas sitt sigħat u l-ebda wieħed miż-żewġ perijodi l-oħra ma għandhom ikunu twal inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perijodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perijodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ sebat ijiem.
14. Għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż tal-alkoħol, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta’ mhux aktar minn 0,05 % ta’ livell ta’ alkoħol fid-demm (BAC) jew 0,25 mg/l ta’ alkoħol fin-nifs jew kwantità ta’ alkoħol li twassal għal tali konċentrazzjoni ta’ alkoħol għall-kaptani, l-uffiċjali u baħħara oħra waqt it-twettiq ta’ dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u li jirrigwardaw l-ambjent tal-baħar.
Artikolu 17
Dispensa
1. F’ċirkostanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk fl-opinjoni tagħhom hija ma tkunx ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, joħorġu dispensa li tippermetti lil baħħar speċifiku jservi f’vapur speċifiku għal perijodu speċifiku ta’ mhux aktar minn sitt xhur f’kapaċità minbarra dik ta’ operatur tar-radju, ħlief kif ipprovdut fir-Regolamenti tar-Radju rilevanti, li għalih ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq, bil-kondizzjoni li l-persuna li għaliha tkun ħarġet id-dispensa tkun ikkwalifikata b’mod addattat sabiex timla’ l-post vakanti b’mod sikur għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, m’għandhomx jingħataw dispensi għal kaptan jew għal uffiċjal kap tal-inġinerija, minbarra f’ċirkostanzi ta’ forza maġġuri u f’dak il-każ biss għall-iqsar perijodu possibbli.
2. Kwalunkwe dispensa mogħtija għal kariga għandha tingħata biss lill-persuna ċċertifikata kif xieraq biex timla l-kariga li tiġi immedjatamet taħtha. Fejn ċertifikazzjoni tal-kariga ta’ taħtha ma tkunx meħtieġa, tista’ tinħareġ dispensa lil persuna li l-kwalifiki u l-esperjenza tagħha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ikunu ta’ ekwivalenza ċara għar-rekwiżiti għall-kariga li għandha timtela, bil-kondizzjoni li, jekk dik il-persuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat xieraq, hija tkun meħtieġa li tgħaddi eżami aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti li jikkonferma li dik id-dispensa tista’ tinħareġ bla periklu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kariga msemmija timtela mid-detentur ta’ ċertifikat xieraq malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 18
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ taħriġ u valutazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi li għandhom:
|
(a) |
jagħtu t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3; |
|
(b) |
jorganizzaw u/jew jissorveljaw l-eżamijiet fejn ikun meħtieġ; |
|
(c) |
joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4; |
|
(d) |
jagħtu d-dispensa prevista fl-Artikolu 17. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
it-taħriġ u l-valutazzjoni kollha tal-baħħara jkunu:
|
|
(b) |
persuni li jmexxu taħriġ jew valutazzjoni waqt ix-xogħol ta’ persuni abbord vapur għandhom jagħmlu dan biss meta dak it-taħriġ jew dik il-valutazzjoni ma jaffetwawx ħażin it-tħaddim normali tal-vapur u jkunu jistgħu jiddedikaw il-ħin u l-attenzjoni tagħhom għat-taħriġ jew għall-valutazzjoni; |
|
(c) |
għalliema, kontrolluri u assessuri jkunu kkwalifikati b’mod xieraq għat-tipi u l-livelli partikolari ta’ taħriġ jew ta’ valutazzjoni tal-kompetenza tal-baħħara sew abbord u sew fuq l-art; |
|
(d) |
kwalunkwe persuna li tkun qiegħda tmexxi taħriġ tal-baħħara waqt ix-xogħol, sew abbord u sew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni skont din id-Direttiva:
|
|
(e) |
kwalunkwe persuna responsabbli mill-kontroll tat-taħriġ ta’ baħħar waqt ix-xogħol intiż biex jiġi użat sabiex jikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni, jkollha fehim sħiħ tal-programm ta’ taħriġ u l-għanijiet speċifiċi għal kull tip ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir; |
|
(f) |
kwalunkwe persuna li tagħmel il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ baħħar waqt ix-xogħol, sew abbord u sew fuq l-art, liema valutazzjoni tkun maħsuba sabiex tintuża biex tikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni skont din id-Direttiva:
|
|
(g) |
meta Stat Membru jirrikonoxxi kors ta’ taħriġ, istituzzjoni ta’ taħriġ, jew kwalifika mogħtija minn istituzzjoni ta’ taħriġ, bħala parti mir-rekwiżiti tiegħu għall-ħruġ ta’ ċertifikat, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-għalliema u tal-assessuri huma koperti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-istandards tal-kwalità tal-Artikolu 11; dawk il-kwalifiki, dik l-esperjenza u l-applikazzjoni tal-istandards tal-kwalità għandhom jinkorporaw taħriġ xieraq f’tekniki ta’ istruzzjoni u metodi ta’ taħriġ u valutazzjoni u prattika u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli tal-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu. |
Artikolu 19
Komunikazzjoni abbord
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (d), f’kull ħin ikun hemm, abbord il-vapuri kollha li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, mezzi għal komunikazzjoni orali effettiva relatata mas-sikurezza bejn il-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-vapur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ reċezzjoni tajba u fil-ħin u l-fehim ta’ messaġġi u istruzzjonijiet; |
|
(b) |
abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru u abbord il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ Stat Membru, sabiex jiżguraw rendiment effettiv tal-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta’ sikurezza, tiġi stabbilita lingwa tax-xogħol u tkun reġistrata fir-reġistru (log book) tal-vapur; il-kumpanija jew il-kaptan, skont kif ikun jixraq, għandhom jistabbilixxu l-lingwa tax-xogħol addattata; kull baħħar għandu jkun meħtieġ li jifhem u, fejn ikun xieraq, jagħti ordnijiet u istruzzjonijiet u jirrapporta lura b’dik il-lingwa; jekk il-lingwa tax-xogħol ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Istat Membru, il-pjani u l-listi kollha li għandhom jitwaħħlu għandhom jinkludu traduzzjonijiet fil-lingwa tax-xogħol; |
|
(c) |
abbord vapuri tal-passiġġieri, il-persunal imsemmi fil-listi tal-ekwipaġġ biex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ikunu jistgħu jiġu identifikati immedjatament u jkollhom abbiltajiet ta’ komunikazzjoni li jkunu suffiċjenti għal dak il-għan, b’konsiderazzjoni ta’ kombinazzjoni xierqa u adegwata ta’ kwalunkwe mill-fatturi li ġejjin:
|
|
(d) |
abbord tankers taż-żejt, tankers ta’ sustanzi kimiċi u tankers tal-gass likwifikat li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa/i komuni tax-xogħol; |
|
(e) |
ikun hemm mezzi adegwati għall-komunikazzjoni bejn il-vapur u l-awtoritajiet fuq l-art; tali komunikazzjonijiet għandhom jitmexxew skont il-Kapitolu V, Regolament 14, paragrafu 4, tas-SOLAS 74; |
|
(f) |
meta jwettqu l-kontroll tal-Istat tal-port skont id-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri jikkontrollaw ukoll li l-vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 20
Rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza
1. Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa mill-Istati Membri jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II għal din id-Direttiva. F’dik l-analiżi preliminari, l-Istat Membru għandu jipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rikonoxximent tal-pajjiż terz, biex jissostanzja t-talba tiegħu.
Wara l-preżentazzjoni ta’ tali talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipproċessa dik it-talba mingħajr dewmien u għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), dwar il-bidu tal-valutazzjoni tas-sistema ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz fi żmien raġonevoli, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Meta tiġi adottata deċiżjoni pożittiva biex tinbeda il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment possibbli tal-Istat Membru li jkun qed iressaq it-talba u kwalunkwe Stat Membru ieħor interessat, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II għal din id-Direttiva u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tkun tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika li l-pajjiż terz ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u li ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta’ ċertifikati qarrieqa, u biex ikun ikkunsidrat jekk irratifikax il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006.
3. Meta, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawk ir-rekwiżiti kollha huma ssodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), fi żmien 24 xahar mill-preżentazzjoni tat-talba minn Stat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun jeħtieġ jimplimenta azzjonijiet korrettivi kbar, inklużi emendi fil-leġiżlazzjoni, fis-sistema tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni tiegħu biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati fi żmien 36 xahar mill-preżentazzjoni tat-talba minn Stat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istat Membru li jippreżenta tali talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz b’mod unilaterali sa ma jiġi adottat att ta’ implimentazzjoni skont dan il-paragrafu. Fil-każ ta’ tali rikonoxximent unilaterali, l-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-għadd ta’ approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent maħruġa b’rabta maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa mill-pajjiż terz sakemm l-att ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz jiġi adottat.
4. Stat Membru jista’ jiddeċiedi, fir-rigward ta’ vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, li japprova ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (4) u (5) tal-Anness II.
5. Ir-rikonoxximenti ta’ ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi rikonoxxuti u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, qabel l-14 ta’ Ġunju 2005 għandhom jibqgħu validi.
Dawk ir-rikonoxximenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx sussegwentement irtirathom skont l-Artikolu 21.
6. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taġġorna lista tal-pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.
7. Minkejja l-Artikolu 4(7), Stat Membru jista’, jekk hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi, jippermetti li baħħar jagħti s-servizz tiegħu f’kariga għajr dik ta’ uffiċjal tar-radju jew operatur tar-radju, ħlief kif previst bir-Regolamenti tar-Radju, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, waqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat kif meħtieġ minn pajjiż terz, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru konċernat sabiex b’hekk irendieħ xieraq għal servizz abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu.
Għandha tinżamm disponibbli evidenza dokumentata li turi li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 21
Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW
1. Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta Stat Membru jqis li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.
Il-Kummissjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31(1) mingħajr dewmien.
2. Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta l-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri minnufih, filwaqt li tagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.
Il-Kummissjoni għandha tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31(1) mingħajr dewmien.
3. Meta Stat Membru jkun bi ħsiebu jirtira l-approvazzjonijiet taċ-ċertifikati kollha maħruġa minn pajjiż terz, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-intenzjoni tiegħu mingħajr dewmien, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.
4. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex tivverifika jekk dak il-pajjiż terz naqasx milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW.
5. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li stabbiliment partikolari ta’ taħriġ marittimu m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż terz ikkonċernat li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż terz se jiġi rtirat fi żmien xahrejn kemm-il darba ma jitteħdux miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW.
6. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentaw id-deċiżjoni.
7. L-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati, maħruġa skont l-Artikolu 4(7) qabel id-data li fiha d-deċiżjoni biex ikun irtirat ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi tkun ittieħdet, għandhom jibqgħu validi. Madankollu, il-baħħara li jkollom tali approvazzjonijiet ma jistgħux jagħmlu pretensjoni għal approvazzjoni li tirikkonoxxi kwalifika ogħla, ħlief jekk dak il-grad ogħla jkun ibbażat biss fuq esperjenza addizzjonali ta’ servizz fuq il-baħar.
8. Jekk ma jkun hemm ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b’rabta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza jew ċertifikati ta’ profiċjenza, imsemmija fl-Artikolu 20(1), maħruġa minn pajjiż terz għal perijodu ta’ aktar minn tmien snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż terz għandu jiġi rieżaminat. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha wara dak ir-rieżami. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), wara li l-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiż terz konċernat jiġu notifikati mill-inqas sitt xhur minn qabel.
Artikolu 22
Valutazzjoni mill-ġdid
1. Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 20(6), għandhom jiġu rivalutati mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull għaxar snin mill-aħħar valutazzjoni, biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk ittieħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ħruġ ta’ ċertifikati qarrieqa.
2. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandha twettaq rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi abbażi tal-kriterji ta’ prijorità. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
data tal-prestazzjoni mill-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 24; |
|
(b) |
l-għadd ta’ approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ kompetenza, jew taċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, maħruġa mill-pajjiż terz; |
|
(c) |
l-għadd ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam marittimu akkreditati mill-pajjiż terz; |
|
(d) |
l-għadd ta’ programmi ta’ taħriġ u żvilupp professjonali għall-baħħara approvati mill-pajjiż terz; |
|
(e) |
id-data tal-aħħar valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pajjiż terz u l-għadd ta’ nuqqasijiet fi proċessi kritiċi identifikati matul dik il-valutazzjoni; |
|
(f) |
kwalunkwe bidla sinifikanti fit-taħriġ marittimu u fis-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-pajjiż terz; |
|
(g) |
l-għadd globali ta’ baħħara ċċertifikati mill-pajjiż terz, li jservu fuq vapuri li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri u l-livell ta’ taħriġ u kwalifiki ta’ dawk il-baħħara; |
|
(h) |
informazzjoni dwar l-istandards ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-pajjiż terz, ipprovduta minn kwalunkwe awtorità kkonċernata jew parti ikkonċernata oħra, jekk tkun disponibbli. |
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, il-valutazzjoni mill-ġdid ta’ dak il-pajjiż terz għandu jkollha prijorità fir-rigward ta’ pajjiżi terzi oħra.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.
Artikolu 23
Kontroll tal-Istat tal-port
1. Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 1, kull bastiment, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata skont il-Konvenzjoni STCW, jkollhom tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata.
2. Meta jeżerċitaw kontroll tal-Istat tal-port skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti u l-proċeduri kollha stabbiliti fid-Direttiva 2009/16/KE.
Artikolu 24
Proċeduri ta’ kontroll tal-Istat tal-port
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/16/KE, il-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 23 għandu jkun limitat għal li ġej:
|
(a) |
verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li huwa meħtieġ li jkollu ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza skont il-Konvenzjoni STCW ikollu tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza, jew jipprovdi prova dokumentata li tkun ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera applikazzjoni għal approvazzjoni li turi r-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ kompetenza; |
|
(b) |
verifika li n-numri u ċ-ċertifikati tal-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom abbord huma skont ir-rekwiżiti ta’ tgħammir sikur tal-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera. |
2. Il-kapaċità tal-baħħara tal-bastiment li jżommu standards ta’ għassa u ta’ sigurtà, kif xieraq, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW, għandha tiġi vvalutata skont il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li dawk l-istandards ma jkunux qed jinżammu minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-vapur kien involut f’ħabta jew inkalja; |
|
(b) |
kien hemm ħruġ ta’ sustanzi mill-vapur waqt il-vjaġġ, waqt l-ankraġġ jew fl-irmiġġ li jkun illegali skont konvenzjoni internazzjonali; |
|
(c) |
il-vapur ikun ġie immanuvrat b’mod erratiku jew perikoluż li bih il-miżuri tar-rotta adottati mill-IMO, jew il-prattiki u l-proċeduri ta’ navigazzjoni sikura ma jkunux ġew osservati; |
|
(d) |
il-bastiment qed jiġi operat b’mod li jippreżenta periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, jew b’tali mod li jikkomprometti s-sigurtà; |
|
(e) |
ċertifikat ikun inkiseb bi frodi jew id-detentur taċ-ċertifikat ma jkunx l-istess persuna li għaliha jkun ġie oriġinarjament maħruġ dak iċ-ċertifikat; |
|
(f) |
il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW, jew għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li jkollu ċertifikat maħruġ minn pajjiż terz li ma jkunx irratifika l-Konvenzjoni STCW. |
3. Minkejja l-verifika taċ-ċertifikat, il-valutazzjoni skont il-paragrafu 2 tista’ teħtieġ li l-baħħar juri l-kompetenza rilevanti fuq il-post tax-xogħol. Din it-turija tista’ tinkludi verifika li r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward ta’ standards ta’ għassa jkunu ġew sodisfatti u li hemm rispons xieraq għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-livell ta’ kompetenza tal-baħħar.
Artikolu 25
Detenzjoni
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/16/KE, id-defiċjenzi li ġejjin, sa fejn ikun ġie stabbilit mill-uffiċjal li jwettaq il-kontroll tal-Istat tal-port li huma ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, għandhom ikunu l-uniċi raġunijiet skont din id-Direttiva li għalihom Stat Membru jista’ jżomm vapur:
|
(a) |
il-baħħara ma jkollhomx ċertifikati, ma jkollhomx ċertifikati xierqa, ma jkollhomx dispensi validi jew ma jipprovdux evidenza dokumentata li tkun saret applikazzjoni għal approvazzjoni li turi li r-rikonoxximent għand l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera; |
|
(b) |
in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur tal-Istat tal-bandiera; |
|
(c) |
in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-arranġamenti tal-għassa għan-navigazzjoni jew għall-inġinerija speċifikati għall-vapur mill-Istat tal-bandiera; |
|
(d) |
in-nuqqas waqt għassa ta’ persuna kkwalifikata sabiex tħaddem tagħmir essenzjali għas-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza tal-komunikazzjonijiet bir-radju jew il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar; |
|
(e) |
in-nuqqas li tiġi ipprovduta prova ta’ profiċjenza professjonali għax-xogħlijiet mogħtija lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis; |
|
(f) |
l-inabilità li jiġu pprovduti persuni għall-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ, u għal għases sussegwenti li jidħlu minflokhom, li jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol. |
Artikolu 26
Monitoraġġ regolari tal-konformità
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivverifika fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin li l-Istati Membri jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti b’din id-Direttiva.
Artikolu 27
Informazzjoni għall-finijiet ta’ statistika
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness III lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 22(2) u għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil tal-politika.
2. Dik l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni rreġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet kollha tal-proprjetà fir-rigward ta’ informazzjoni fil-format tagħha ta’ data mhux ipproċessata. Statistika pproċessata mfassla abbażi ta’ informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.
3. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri għandhom janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali kif indikat fl-Anness III permezz ta’ software pprovdut jew aċċettat mill-Kummissjoni qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tuża biss dik l-informazzjoni anonimizzata.
4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analizzar u t-tixrid ta’ dik l-informazzjoni jkunu mfasslin b’tali mod li jkun possibbli li ssir analiżi bbażata fuq statistika.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati rigward ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tad-data tal-istatistika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).
Artikolu 28
Rapport ta’ evalwazzjoni
Mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni, inkluż suġġerimenti għal azzjonijiet ta’ segwitu li jridu jittieħdu fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni. F’ dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri, u kwalunkwe żvilupp rigward iċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara fil-livell internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll kwalunkwe żvilupp fir-rigward ta’ konsiderazzjoni futura ta’ Diplomi Marittimi Ewropej ta’ Eċċellenza, kif imsejsa mir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-sħab soċjali.
Artikolu 29
Emenda
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jemendaw l-Anness I għal din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet relatati ta’ din id-Direttiva sabiex tallinja dak l-Anness u dawk id-dispożizzjonijiet mal-emendi tal-Konvenzjoni STCW u mal- Parti A tal-Kodiċi STCW.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jemendaw l-Anness III għal din id-Direttiva fir-rigward ta’ kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, kemm-il darba tali atti jkunu limitati sabiex iqisu l-emendi fil-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW u jirrispettaw is-salvagwardji dwar il-protezzjoni tad-data. Dawk l-atti delegati ma għandhomx ibiddlu d-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzazzjoni tad-data stipulati fl-Artikolu 27(3).
Artikolu 30
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(14) u fl-Artikolu 29 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(14) u fl-Artikolu 29 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(14) u l-Artikolu 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 31
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu,tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 32
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 3, 4, 8, 10 sa 16, 18, 19, 20, 23, 24, 25 u l-Anness I, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 33
Komunikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testitad-dispożizzjonijiet kollha li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bihom.
Artikolu 34
Tħassir
Id-Direttiva 2008/106/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija mħassra, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 35
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 36
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 80.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2022.
(3) Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).
(4) Ara l-Anness IV, Parti A.
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(9) Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).
(10) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
1. |
Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma supplimentati bid-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2.
Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament hija wkoll referenza għat-Taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
|
2. |
Il-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa li għandhom juru l-kandidati għall-ħruġ u l-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Sabiex tiġi ċċarata l-konnessjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni alternattivi tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-ħiliet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif adatt taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:
fil-livelli ta’ responsabbiltà li ġejjin:
Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati skont is-sottotitoli fit-tabelli tal-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-Parti A, Kapitoli II, III u IV tal-Kodiċi STCW. |
KAPITOLU II
DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA
Regolament II/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed
|
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment li jbaħħar ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed
Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed
|
1. |
Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross
|
3. |
Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
4. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tan-navigazzjoni u ta’ kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross
Bastimenti mhux impenjati fi vjaġġi qrib ix-xatt
|
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib ix–xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għal bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed. |
|
2. |
Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għas-servizz bħala kaptan fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross. |
Bastimenti impenjati fi vjaġġi qrib ix-xatt
Uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni
|
3. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
4. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib ix-xatt għandu:
|
Kaptan
|
5. |
Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
6. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:
|
Eżenzjonijiet
|
7. |
L-Amministrazzjoni, jekk tqis li d-daqs ta’ bastiment u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġ tiegħu huma tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tat-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW mhux raġonevoli jew imprattikabbli, tista’ sa dak il-punt teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment jew klassi ta’ bastimenti bħal dawn minn uħud mir-rekwiżiti, bil-konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-bastimenti kollha li jistgħu jkunu qed joperaw fl-istess ilmijiet. |
Regolament II/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti mill-għassa tan-navigazzjoni
|
1. |
Kull baħri li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħrin li d-dmirijiet tagħhom matul l-għassa ma jkunux tas-sengħa, għandhom jiġu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tan-navigazzjoni u jinvolvu t-twettiq ta’ dmirijiet imwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-kaptan, tal-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni jew ta’ baħri kwalifikat. |
Regolament II/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin bħala uffiċjali awtorizzati tal-gverta
|
1. |
Kull baħħar awtorizzat tal-gverta li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkun debitament ċertifikat. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ minn baħħara kwalifikati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
KAPITOLU III
DIPARTIMENT TAL-MAGNI
Regolament III/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew inġiniera maħtura biex jaħdmu f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
|
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew uffiċjal inġinier maħtur biex jaħdem f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir li jaħdem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed
|
1. |
Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW
|
1. |
Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 u 3 000 kW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Kull uffiċjal inġinier li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed, jista’ jservi bħala uffiċjal inġinier prinċipali fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ inqas minn 3 000 kW, sakemm iċ-ċertifikat ikun approvat għal dak l-għan. |
Regolament III/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżula biex iwettqu dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
|
1. |
Kull baħri li jifforma parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, minbarra baħrin li qed jitħarrġu u baħrin li d-dmirijiet tagħhom mhumiex tas-sengħa, għandhom ikunu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tal-kamra tal-magni u jinvolvu t-twettiq tad-dmirijiet taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal inġinier kwalifikat jew baħri kwalifikat. |
Regolament III/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin bħala baħħara awtorizzati f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
|
1. |
Kull baħħar awtorizzat tal-magni fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-baħrin fid-dipartiment tal-magni għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
Regolament III/6
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjal elettrotekniku
|
1. |
Kull uffiċjal elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar, għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-uffiċjali elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
|
4. |
Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-punti 1, 2 u 3, persuna kwalifikata kif xieraq tista’ titqies minn Stat Membru li tkun kapaċi li twettaq ċerti funzjonijiet tat-Taqsima A-III/6. |
Regolament III/7
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħri elettrotekniku
|
1. |
Kull baħri elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat. |
|
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-baħrin elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
|
4. |
Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-punti 1, 2 u 3, persuna kwalifikata kif xieraq tista’ titqies minn Stat Membru li tkun kapaċi li twettaq ċertu funzjonijiet tat-Taqsima A-III/7. |
KAPITOLU IV
KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U OPERATURI TAR-RADJU
Nota ta’ spjegazzjoni
Id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mal-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti dwar ir-Radju u f’SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti f’SOLAS 74, kif emendata, u fil-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
Regolament IV/1
Applikazzjoni
|
1. |
Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw għall-operaturi tar-radju fuq bastimenti li joperaw fis-Sistema Globali ta’ Salvataġġ u Sikurezza Marittima (GMDSS) kif preskritt mis-SOLAS 74, kif emendata. |
|
2. |
L-operaturi tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawk il-bastimenti, madankollu, huma meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati adatti kif preskritt mir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju. |
Regolament IV/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ operaturi tar-radju tal-GMDSS
|
1. |
Kull persuna responsabbli għal dmirijiet tar-radju jew li twettaqhom fuq bastiment li hija meħtieġa li tipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju. |
|
2. |
Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kompetenza skont dan ir-Regolament għas-servizz fuq bastiment li hu meħtieġ minn SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:
|
KAPITOLU V
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ BASTIMENTI
Regolament V/1-1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers taż-żejt u tal-kimika
|
1. |
L-uffiċjali u l-baħrin assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika. |
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun temm:
|
|
3. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers taż-żejt għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt. |
|
4. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt għandu:
|
|
5. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika. |
|
6. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika għandu:
|
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-paragrafi 2, 4 jew 6 kif xieraq, jew li jiġi debitament approvat ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikati ta’ profiċjenza eżistenti. |
Regolament V/1-2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers tal-gass likwifikat
|
1. |
Uffiċjali u baħrin assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat. |
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun temm:
|
|
3. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat. |
|
4. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu:
|
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-punt 2 jew 4 kif xieraq, jew li jkun debitament approvat ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti. |
Regolament V/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri
|
1. |
Dan ir-Regolament japplika għal kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-applikabilità ta’ dawk ir-rekwiżiti għall-persunal li jservi fuq vapuri tal-passiġġieri impenjat fi vjaġġi domestiċi. |
|
2. |
Qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet fuq il-vapur, il-persuni kollha li jservu fuq il-vapur tal-passiġġieri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A-VI/1, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. |
|
3. |
Kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu t-taħriġ u l-familjarizzazzjoni meħtieġa mill-punti 5 sa 9, skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
|
4. |
Kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jeħtiġilhom ikunu mħarrġin skont il-punti 7, 8 u 9 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jagħmlu taħriġ ta’ aġġornament xieraq jew jintalbu jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta’ kompetenza meħtieġ matul il-ħames snin preċedenti. |
|
5. |
Persunal li jservi fuq vapuri tal-passiġġieri għandu jtemm familjarizzazzjoni mal-emerġenza tal-vapur tal-passiġġieri adatta skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW. |
|
6. |
Persunal li jipprovdi servizz dirett lill-passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri fuq vapuri tal-passiġġieri għandu jtemm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW. |
|
7. |
Kaptani, uffiċjali, baħrin kwalifikati skont il-Kapitoli II, III u VII ta’ dan l-Anness u persunal ieħor innominat fuq il-lista tal-persunal biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu taħriġ ta’ ġestjoni tal-folla fuq vapur tal-passiġġieri, kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW. |
|
8. |
Kaptani, uffiċjali inġiniera prinċipali, chief mates, uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna nominata fuq lista tal-persunal bħala li għandha r-responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu taħriġ approvat fil-ġestjoni ta’ kriżijiet u l-imġiba tal-bnedmin kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW. |
|
9. |
Kaptani, chief mates, uffiċjali inġiniera prinċipali, uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kull persuna assenjata r-responsabbiltà immedjata għall-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, għat-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tal-merkanzija, jew għall-iżbokk tal-buq fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro, għandhom itemmu taħriġ approvat fis-sikurezza tal-passiġġieri, fis-sikurezza tal-merkanzija u fl-integrità tal-buq kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2 il-paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW. |
|
10. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prova dokumentata tat-taħriġ li jkun intemm tinħareġ lil kull persuna li tinsab li hija kwalifikata skont il-punti 6 sa 9. |
Regolament V/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF
|
1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali u l-baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF. |
|
2. |
Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet fuq vapuri soġġetti għall-kodiċi tal-IGF, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mill-punti 4 sa 9 skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
|
3. |
Il-baħħara kollha li jservu fuq bastimenti soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandhom, qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet fuq il-vapur, jirċievu familjarizzazzjoni adattata li tkun speċifika għall-vapur u għat-tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 15(1), il-punt (d), ta’ din id-Direttiva. |
|
4. |
Il-baħħara responsabbli minn dmirijiet assenjati mas-sikurezza assoċjati mal-kura u l-użu ta’, jew fir-rispons għal emerġenza, tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għal-Kodiċi tal-IGF. |
|
5. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għas-servizz fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-V/3, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. |
|
6. |
Il-baħħara responsabbli minn dmirijiet assenjati ta’ sikurezza assoċjati mal-kura u l-użu ta’, jew fir-rispons għal emerġenza, tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF li kkwalifikaw u ġew iċċertifikati skont ir-Regolament V/1-2, il-paragrafi 2 u 5 jew ir-Regolament V/1-2, il-paragrafi 4 u 5, fuq tankers tal-gass likwifikat, għandhom jitqiesu li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati tat-Taqsima A-V/3 il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW għal taħriġ bażiku għas-servizz fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF. |
|
7. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera u l-persunal kollu b’responsabbiltà immedjata għall-kura u l-użu tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF. |
|
8. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu, filwaqt li jkollu ċertifikat ta’ profiċjenza deskritt fil-punt 4, għandu jkun:
|
|
9. |
Kaptani, uffiċjali inġiniera u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għall-kura u l-użu tal-fjuwils fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF li kkwalifikaw u ġew iċċertifikati skont l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-V/1-2 il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW għas-servizz fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom jitqiesu li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima A-V/3, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW għal taħriġ avvanzat għall-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF, bil-kondizzjoni li jkunu wkoll:
|
|
10. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-punt 4 jew 7, kif ikun xieraq. |
|
11. |
Il-baħħara li jkollhom ċertifikati ta’ profiċjenza skont il-punt 4 jew 7 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jieħdu taħriġ ta’ aġġornament xieraq jew jintalbu li jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta’ kompetenza rekwiżit matul il-ħames snin preċedenti. |
Regolament V/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani u uffiċjali tal-gverta fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari
|
1. |
Kaptani, chief mates, u uffiċjali inkarigati mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari, kif meħtieġ mill-Kodiċi Polari. |
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu jkun temm taħriġ bażiku approvat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/4, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. |
|
3. |
Kaptani u chief mates fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari, għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari, kif meħtieġ mill-Kodiċi Polari. |
|
4. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu:
|
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kkwalifikati skont il-punt 2 jew 4, kif ikun xieraq. |
KAPITOLU VI
EMERĠENZA, SIKUREZZA OKKUPAZZJONALI, SIGURTÀ, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA
Regolament VI/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-familjarizzazzjoni mas-sikurezza, it-taħriġ u l-istruzzjoni bażiċi għall-baħħara kollha
|
1. |
Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ jew istruzzjoni bażika skont it-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard xieraq ta’ kompetenza speċifikat fiha. |
|
2. |
Meta t-taħriġ bażiku ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ bażiku. |
Regolament VI/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza fil-mezzi ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ
|
1. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fil-mezzi ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:
|
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:
|
Regolament VI/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat
|
1. |
Il-baħħara maħtura biex jikkontrollaw l-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar għandhom ikunu temmew b’suċċess taħriġ avvanzat fit-tekniki għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiki u l-kmand, skont id-dispożizzjonijiet tal- tat-Taqsima A-VI/3, paragrafi 1 sa 4 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fihom. |
|
2. |
Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat. |
Regolament VI/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji relatati mal-ewwel għajnuna medika u l-kura medika
|
1. |
Il-baħħara maħtura biex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika speċifikat fit-Taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW. |
|
2. |
Il-baħħara maħtura biex ikunu responsabbli għall-kura medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika abbord il-bastimenti speċifikat fil-paragrafi 4, 5 u 6 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW. |
|
3. |
Meta t-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika. |
Regolament VI/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza għall-uffiċjali tas-sigurtà ta’ bastiment
|
1. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment għandu:
|
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tinstab li hija kwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tingħata ċertifikat ta’ profiċjenza. |
Regolament VI/6
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà għall-baħħara kollha
|
1. |
Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni relatata mas-sigurtà u taħriġ jew istruzzjoni fis-sensibilazzjoni dwar is-sigurtà skont it-Taqsima A-VI/6, paragrafi 1 sa 4 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard xieraq ta’ kompetenza speċifikat fiha. |
|
2. |
Meta s-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fis-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà. |
Baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà
|
3. |
Il-baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/6, paragrafi 6, 7 u 8 tal-Kodiċi STCW. |
|
4. |
Meta t-taħriġ fi dmirijiet magħżula tas-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ għal dmirijiet tas-sigurtà magħżula. |
KAPITOLU VII
ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA
Regolament VII/1
Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi
|
1. |
Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk imsemmija fir-Regolamenti ta’ dawk il-Kapitoli, sakemm:
|
|
2. |
L-ebda ċertifikat ma għandu jinħareġ taħt dan il-Kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni. |
Regolament VII/2
Ċertifikazzjoni tal-baħħara
Kull baħħar li jwettaq kwalunkwe funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4 jew A-II/5 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4 jew A-III/5 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal-Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, kif applikabbli.
Regolament VII/3
Prinċipji li jirregolaw il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi
|
1. |
Stat Membru li jagħżel li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:
|
|
2. |
Il-prinċipju ta’ interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:
|
|
3. |
Meta jinħareġ kwalunkwe ċertifikat skont dan il-Kapitolu għandhom jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:
|
|
4. |
Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li tinżamm il-kompetenza kemm tal-uffiċjali tal-gverta kif ukoll tal-uffiċjali inġiniera. |
ANNESS II
KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ PAJJIŻI TERZI LI ĦARĠU ĊERTIFIKAT JEW LI TAĦT L-AWTORITÀ TAGĦHOM INĦAREĠ ĊERTIFIKAT, IMSEMMI FL-ARTIKOLU 20(2)
|
1. |
Il-pajjiż terz jenħtieġ li jkun Parti għall-Konvenzjoni STCW. |
|
2. |
Il-pajjiż terz jenħtieġ li jkun ġie identifikat mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima bħala wieħed li jkun wera li jkun attwa kompletament id-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW. |
|
3. |
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru konċernat, tkun ikkonfermat, permezz ta’ evalwazzjoni ta’ dik il-Parti, li tista’ tinkludi l- ispezzjoni tal-faċilitajiet u l-proċeduri, li hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW fir-rigward tal-istandards tal-kompetenza, tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni u l-istandards tal-kwalità. |
|
4. |
L-Istat Membru ikun fil-proċess li jilħaq ftehim dwar impenn mal-pajjiż terz ikkonċernat biex tingħata notifika minnufih ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-arranġamenti għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni pprovduti skont il-Konvenzjoni STCW. |
|
5. |
L-Istat Membru jkun daħħal miżuri biex jassigura li baħħara li jippreżentaw ċertifikati ta’ rikonoxximent għal dmirijiet f’livell maniġerjali jkollhom għarfien xieraq tal-leġislazzjoni marittima tal-Istat Membru li tikkonċerna d-dmirijiet li huma għandhom permess iwettqu. |
|
6. |
Jekk Stat Membru jkun jixtieq jissupplementa l-valutazzjoni ta’ konformità ta’ xi pajjiż terz billi jevalwa ċerti istituzzjonijiet ta’ taħriġ marittimu, għandu jipproċedi skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-I/6 tal-Kodiċi STCW. |
ANNESS III
TIP TA’ INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI GĦAL FINIJIET STATISTIĊI
|
1. |
Meta ssir referenza għal dan l-Anness, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja speċifikata fil-paragrafu 9 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom u għall- approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra u fejn indikat b’(*) għandha tingħata f’forma anonimizzata kif meħtieġ mill-Artikolu 27(3) ta’ din id-Direttiva:
|
|
2. |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza (CoP) maħruġa lil baħrin skont il-Kapitoli II, III u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħal:
|
ANNESS IV
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista bl-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 34)
|
Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
|
Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
|
Direttiva (UE) 2019/1159 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
l-Artikolu 1 u l-Anness biss |
Parti B
Limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 34)
|
Direttiva |
Skadenza għat-trasposizzjoni |
|
2012/35/UE |
4 ta’ Lulju 2014, minbarra l-punt 5 tal-Artikolu 1 4 ta’ Jannar 2015 fir-rigward tal-punt 5 tal-Artikolu 1 |
|
(UE) 2019/1159 |
fit-2 ta’ Awwissu 2021 |
ANNESS V
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2008/106/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
|
Artikolu 1, punti 1 sa 26 |
Artikolu 2, punti 1 sa 26 |
|
Artikolu 1, punt 28 |
Artikolu 2, punt 27 |
|
Artikolu 1, punt 29 |
Artikolu 2, punt 28 |
|
Artikolu 1, punt 30 |
Artikolu 2, punt 29 |
|
Artikolu 1, punt 31 |
Artikolu 2, punt 30 |
|
Artikolu 1, punt 32 |
Artikolu 2, punt 31 |
|
Artikolu 1, punt 33 |
Artikolu 2, punt 32 |
|
Artikolu 1, punt 34 |
Artikolu 2, punt 33 |
|
Artikolu 1, punt 35 |
Artikolu 2, punt 34 |
|
Artikolu 1, punt 36 |
Artikolu 2, punt 35 |
|
Artikolu 1, punt 37 |
Artikolu 2, punt 36 |
|
Artikolu 1, punt 38 |
Artikolu 2, punt 37 |
|
Artikolu 1, punt 39 |
Artikolu 2, punt 38 |
|
Artikolu 1, punt 40 |
Artikolu 2, punt 39 |
|
Artikolu 1, punt 41 |
Artikolu 2, punt 40 |
|
Artikolu 1, punt 42 |
Artikolu 2, punt 41 |
|
Artikolu 1, punt 43 |
Artikolu 2, punt 42 |
|
Artikolu 1, punt 44 |
Artikolu 2, punt 43 |
|
Artikolu 1, punt 45 |
Artikolu 2, punt 44 |
|
Artikolu 1, punt 46 |
Artikolu 2, punt 45 |
|
Artikoli 2 u 3 |
Artikoli 1 u 3 |
|
Artikolu 5(1), (2) u (3) |
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 5(3a) |
Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 5(5) |
Artikolu 4(6) |
|
Artikolu 5(6) |
Artikolu 4(7) |
|
Artikolu 5(7) |
Artikolu 4(8) |
|
Artikolu 5(8) |
Artikolu 4(9) |
|
Artikolu 5(9) |
Artikolu 4(10) |
|
Artikolu 5(10) |
Artikolu 4(11) |
|
Artikolu 5(11) |
Artikolu 4(12) |
|
Artikolu 5(12) |
Artikolu 4(13) |
|
Artikolu 5(13) |
Artikolu 4(14) |
|
Artikolu 5a |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5b |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 7(1a) |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 7(3a) |
Artikolu 8(5) |
|
Artikolu 7(3b) |
Artikolu 8(6) |
|
Artikolu 7(4) |
Artikolu 8(7) |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 13(1) |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 12(2a) |
Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 12(2b) |
Artikolu 13(4) |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 13(5) |
|
Artikolu 12(3a) |
Artikolu 13(6) |
|
Artikolu 12(4) |
Artikolu 13(7) |
|
Artikolu 12(5) |
Artikolu 13(8) |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 25a |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 27a |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 28(1) |
Artikolu 31(1) |
|
Artikolu 28(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 31(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 28(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 30 |
— |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 34 |
|
— |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 36 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
Anness III |
Anness IV |
|
Anness IV |
Anness V |
|
Anness V |
Anness III |