ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
17 ta' Ġunju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/930 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/931 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/932 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ kontaminanti fl-ikel, dwar kontenut addizzjonali speċifiku ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u arranġamenti addizzjonali speċifiċi għat-tħejjija tagħhom ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/933 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/934 tas-16 ta’ Ġunju 2022 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk soġġetti għar-reġistrazzjoni

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/935 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/936 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) fir-rigward tal-modifika tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għat-trasport tal-merkanzija u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi, u fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tar-Regoli Uniformi tal-ATMF

35

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/937 tas-16 ta’ Ġunju 2022 li tħassar id-Deċiżjoni 2006/563/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien b’rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/930

tal-10 ta’ Marzu 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 38n(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba d-dimensjoni transfruntiera tat-trattament tad-data tas-suq, il-kwalità tad-data u l-ħtieġa li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, u biex jiġi evitat l-impatt negattiv tad-diverġenzi potenzjali kemm fuq il-kwalità tad-data kif ukoll fuq il-kompitu tal-fornituri ta’ rapportar tad-data, ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ittrasferixxa s-setgħat ta’ awtorizzazzjoni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data (“DRSPs”) fl-Unjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”).

(2)

Huwa importanti li jiġu speċifikati t-tariffi li l-ESMA tista’ timponi fir-rigward tal-applikazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data.

(3)

It-tariffi imposti fuq id-DRSPs huma mmirati lejn l-irkupru sħiħ tal-kostijiet li jkunu saru mill-ESMA fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni tad-DRSPs. L-attivitajiet superviżorji jinkludu l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-korp maniġerjali, is-superviżjoni tal-konformità mid-DRSPs mar-rekwiżiti organizzazzjonali, l-eżerċitar tas-setgħat li tintalab informazzjoni, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet u ta’ spezzjonijiet fuq il-post u l-impożizzjoni ta’ miżuri superviżorji. L-ESMA tivvaluta l-baġit tagħha fuq bażi annwali.

(4)

It-tariffi imposti għall-attivitajiet tal-ESMA relatati mad-DRSPs jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni sinifikanti ta’ defiċit jew ta’ surplus. Meta jkun hemm surplus jew defiċit sinifikanti rikorrenti, il-livell tat-tariffi jenħtieġ li jiġi rivedut.

(5)

DRSP jenħtieġ li jressaq l-applikazzjoni tiegħu quddiem l-ESMA sabiex jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-kriterji tad-deroga. Matul l-ewwel fażi tal-applikazzjoni, l-ESMA jenħtieġ li tiddetermina jekk DRSP ikunx eliġibbli għal deroga mis-superviżjoni mill-ESMA. Jekk il-kriterji għad-deroga japplikaw, l-ESMA jenħtieġ li tgħaddi l-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. F’dan il-każ jenħtieġ li ma tiġi imposta l-ebda tariffa mill-ESMA. It-tariffi fissi relatati mal-awtorizzazzjoni mill-ESMA jenħtieġ li jinqasmu bejn tariffa għall-applikazzjoni, li jenħtieġ li tkun relatata mal-valutazzjoni tal-kompletezza ta’ applikazzjoni u tariffa għall-awtorizzazzjoni. Il-proċess ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li jitlesta fi żmien sitt xhur.

(6)

L-ESMA għandha tivvaluta jekk id-DRSPs li diġà jkunu awtorizzati fil-livell nazzjonali mill-1 ta’ Jannar 2022 jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni mill-ESMA u għandha tinforma lid-DRSPs rispettivi. Id-DRSPs li diġà jkunu awtorizzati fil-livell nazzjonali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-ġdid mill-ESMA. Dawn id-DRSPs diġà jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għad-DRSPs u jenħtieġ li ma jiġux imposti għal duplikazzjoni tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni mill-ESMA.

(7)

It-tariffi annwali imposti mill-ESMA jenħtieġ li jkopru l-attivitajiet kollha relatati mad-DRSPs. L-ESMA jenħtieġ li tivvaluta kull sena l-baġit superviżorju tagħha relatat ma’ kull tip ta’ DRSP u timponi tariffa lil kull DRSP individwali li tkun proporzjonata għad-dħul tiegħu meta mqabbla mad-dħul totali tad-DRSPs kollha tal-istess tip. Id-dħul relatat ma’ attivitajiet anċillari direttament għas-servizzi ewlenin tad-DRSPs jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkolu tal-fatturat applikabbli safejn dan x’aktarx li jkollu impatt fuq is-superviżjoni mill-ESMA tad-DRSP u ma jkunx diġà kopert minn attivitajiet ta’ superviżjoni separati. Tariffa minima għall-Arranġamenti ta’ Pubblikazzjoni Approvati (APAs) u Mekkaniżmi ta’ Rappurtar Approvati (ARMs) tkopri l-kostijiet fissi relatati ma’ talbiet għal informazzjoni, monitoraġġ kontinwu u, investigazzjonijiet. It-tariffa annwali tapplika għal kull sena kalendarja.

(8)

L-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’liema każ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jiġu rimborżati mill-ESMA għall-kostijiet imġarrba tagħhom.

(9)

Peress li huwa diffiċli li tinġabar informazzjoni dwar is-superviżjoni bbażata fuq il-kost għas-superviżjoni fl-2022, huwa essenzjali li tiġi prevista dispożizzjoni tranżizzjonali b’metodu ta’ kalkolu għal tariffa fissa li tapplika matul l-ewwel sena ta’ superviżjoni mill-ESMA u li tkun ibbażata fuq data oġġettiva u li tkun tista’ tinkiseb faċilment. Sabiex jiġi ssodisfat il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn id-DRSPs billi jintuża l-għadd ta’ tranżazzjonijiet bħala indikatur għar-rilevanza tad-DRSP individwali fir-rigward tad-DRSPs kollha. Il-kalkolu biex tiġi ddeterminata t-tariffa superviżorja għal kull DRSP għall-2022 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar it-tranżazzjonijiet ippubblikati jew irrapportati mill-APAs u mill-ARMs matul l-ewwel nofs tal-2021 u jenħtieġ li jiddistingwi bejn DRSPs akbar u iżgħar.

(10)

Il-kontijiet awditjati għad-DRSPs se jkunu meħtieġa biss wara li l-ESMA tkun ħadet f’idejha s-superviżjoni tad-DRSP. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi prevista dispożizzjoni tranżizzjonali biex taġġusta l-metodu tal-kalkolu tad-dħul għall-2023, li skontu l-pagament tat-tariffa superviżorja annwali għall-2023 l-ewwel darba jkun ibbażat fuq informazzjoni dwar kontijiet mhux awditjati mill-ewwel sitt xhur tal-2022. Fit-tieni stadju, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni biex it-tariffa tkun ibbażata fuq kontijiet awditjati tas-sena kollha tal-2022.

(11)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas superviżorju l-ġdid għad-DRSPs, kif introdott fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2175, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data”, jew “DRSP”, tfisser arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat jew mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fl-Artikolu 2(1)(34) u fl-Artikolu 2(1)(36) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 2

Tariffi fuq l-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni

Meta DRSP japplika għal awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta’ rapportar tad-data, dan għandu jħallas:

(a)

għall-APAs u l-ARMs tariffa tal-applikazzjoni ta’ EUR 20 000 għall-ewwel applikazzjoni u EUR 10 000 għal kull applikazzjoni sussegwenti għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi addizzjonali ta’ rapportar tad-data f’każ li l-applikant ma jkollux deroga f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 dwar il-kriterji tad-deroga (3);

(b)

għall-APAs u l-ARMs tariffa ta’ awtorizzazzjoni ta’ EUR 80 000 għall-ewwel awtorizzazzjoni u EUR 40 000 kull darba wara l-awtorizzazzjoni ta’ servizzi addizzjonali ta’ rapportar tad-data, f’każ li l-applikant ma jkollux deroga f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2022/466.

Artikolu 3

Tariffi superviżorji annwali

1.   DRSP li jkun soġġett għas-superviżjoni mill-ESMA għandu jiġi impost tariffa superviżorja annwali.

2.   It-tariffa superviżorja annwali totali u t-tariffa superviżorja annwali għal DRSP partikolari għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

(a)

it-tariffa superviżorja annwali totali għal sena partikolari (n) għandha tkun l-istima tan-nefqa relatata mas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif inkluż fil-baġit tal-ESMA għal dik is-sena;

(b)

tariffa superviżorja annwali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data għal sena partikolari (n) għandha tkun it-tariffa superviżorja annwali totali ddeterminata skont il-punt (a) diviża bejn il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data awtorizzati fis-sena (n), fi proporzjon mal-fatturat applikabbli tagħhom ikkalkolat skont l-Artikolu 4.

3.   APA jew ARM awtorizzat mill-ESMA ma għandu fl-ebda każ iħallas tariffa superviżorja annwali ta’ inqas minn EUR 30 000.

F’każ li entità tkun soġġetta għal tariffi superviżorji minimi għal aktar minn servizz wieħed ta’ rapportar tad-data, din għandha tħallas it-tariffa superviżorja minima għal kull servizz ipprovdut.

4.   B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, it-tariffa tal-ewwel sena għandha tiġi kkalkolata billi titnaqqas it-tariffa fuq l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) b’fattur li jkun ugwali għall-jiem bejn l-awtorizzazzjoni u t-tmiem tas-sena diviż bl-għadd totali ta’ jiem f’dik is-sena. Għalhekk, din għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

tariffa tal-ewwel sena ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data = Min (Tariffa fuq l-awtorizzazzjoni, Tariffa fuq l-awtorizzazzjoni * Koeffiċjent)

Image 1L1622022MT3110120220613MT0006.0001331342ABBOZZRAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-Eġittuta’...dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra,Billi:(1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.(2)L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.(3)Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u biex jaraw li jinkisbu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.(4)Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta’ involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta’ sjieda miż-żewġ naħat.(5)L-Unjoni Ewropew u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta’ prijoritajiet għall-perjodu 2021-2027 (il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027) bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu u li jippromwovu interessi konġunti.(6)Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027, li ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b’mod komuni,B’DAN JIRRAKKOMANDA:Artikolu 1Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet tal-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 kif stipulati fl-Anness ta’ din ir-RakkomandazzjoniDelegazzjonijiet: araw id-dokument ST 8663/2022 ADD1..Artikolu 2Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 jissostitwixxu l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu li l-implimentazzjoni tagħhom kienet irrakkomandata permezz tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ AssoċjazzjoniIr-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26)..Artikolu 3Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.Magħmul fi ..., ....Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-EġittuIl-President

Meta DRSP ikun awtorizzat matul ix-xahar ta’ Diċembru, dan ma għandux iħallas it-tariffa superviżorja tal-ewwel sena.

5.   B’deroga mill-paragrafu 2 u 3, meta r-rivalutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/466 tirriżulta fid-deroga tas-superviżjoni mill-ESMA ta’ DRSP, it-tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha tapplika d-deroga għandha tiġi kkalkolata biss għall-ħames xhur f’dik is-sena li matulhom l-ESMA tibqa’ s-superviżur tad-DRSP f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/466.

Artikolu 4

Fatturat applikabbli

1.   Id-DRSPs għandhom iżommu kontijiet awditjati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament li jiddistingwu bejn mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

dħul iġġenerat minn servizzi tal-ARMs;

(b)

dħul iġġenerat minn servizzi tal-APAs;

(c)

dħul iġġenerat minn servizzi anċillari għal attivitajiet tal-ARMs;

(d)

dħul iġġenerat minn servizzi anċillari għal attivitajiet tal-APAs.

2.   Il-fatturat applikabbli ta’ DRSP għal sena partikolari (n) għandu jkun is-somma ta’:

(a)

id-dħul tagħha ġġenerat mill-funzjonijiet ewlenin tal-forniment ta’ servizzi tal-ARMs jew tal-APAs abbażi tal-kontijiet awditjati tas-sena (n-2), jew, jekk dawn ikunu għadhom ma humiex disponibbli tas-sena ta’ qabel dik (n-3) u

(b)

id-dħul applikabbli tagħha minn servizzi anċillari abbażi ta’ kontijiet awditjati tas-sena (n-2), jew, jekk dawn ikunu għadhom ma humiex disponibbli tas-sena ta’ qabel dik (n-3),

diviż bis-somma ta’:

(c)

id-dħul totali tal-ARMs jew tal-APAs awtorizzati kollha ġġenerat mill-funzjonijiet ewlenin tal-forniment ta’ servizzi tal-ARMs jew tal-APAs abbażi tal-kont awditjat matul is-sena (n-2), jew, jekk ikunu għadhom ma humiex disponibbli tas-sena ta’ qabel dik (n-3) u

(d)

id-dħul totali applikabbli minn servizzi anċillari tal-ARMs jew tal-APAs kollha abbażi ta’ kontijiet awditjati matul is-sena (n-2), jew, jekk dawn ikunu għadhom ma humiex disponibbli tas-sena ta’ qabel dik (n-3).

3.   Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data ma jkunx opera matul is-sena sħiħa (n-2), il-fatturat applikabbli tiegħu għandu jiġi stmat skont il-formula stabbilita fil-paragrafu 2 billi jiġu estrapolati għall-fornitur tas-servizzi ta’ rapportar tad-data l-valuri kkalkolati għall-għadd ta’ xhur li matulhom il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data opera fis-sena (n-2) għas-sena kollha (n-2).

4.   Id-DRSPs għandhom jipprovdu lill-ESMA, fuq bażi annwali, b’kontijiet awditjati kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-dokumenti għandhom jitressqu lill-ESMA b’mezzi elettroniċi mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena (n-1). Fil-każ ta’ DRSP awtorizzat wara t-30 ta’ Settembru, dan għandu jipprovdi ċ-ċifri immedjatament mal-awtorizzazzjoni u sa tmiem is-sena tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

Modalitajiet ġenerali ta’ pagament

1.   It-tariffi kollha għandhom jitħallsu f’euro. Dawn għandhom jitħallsu kif speċifikat fl-Artikoli 6 u 7.

2.   Kwalunkwe pagament tard għandu jġarrab l-imgħax ta’ inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 6

Pagament tat-tariffi fuq l-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni

1.   It-tariffi għall-applikazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu dovuti fiż-żmien li japplika d-DRSP u għandhom jitħallsu kollha fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ tal-fattura tal-ESMA.

2.   Meta DRSP jiddeċiedi li jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni qabel l-ESMA tadotta d-deċiżjoni motivata tagħha li tawtorizza jew li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, it-tariffi fuq l-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ma għandhomx jiġu rimborżati.

Artikolu 7

Pagament tat-tariffi superviżorji annwali

1.   It-tariffa superviżorja annwali msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkun dovuta fil-bidu ta’ kull sena kalendarja u titħallas kollha lill-ESMA fl-ewwel tliet xhur ta’ dik is-sena. L-ESMA għandha tressaq fattura li tispeċifika l-ammont sħiħ tat-tariffa superviżorja mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data tal-aħħar pagament. It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli għat-tariffi annwali.

2.   Meta DRSP jiddeċiedi li jirtira l-awtorizzazzjoni tiegħu, it-tariffa superviżorja annwali ma għandhiex tiġi rimborżata.

Artikolu 8

Rimborż tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.   Fil-każ ta’ delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex tirkupra l-kostijiet imġarrba waqt it-twettiq tal-kompiti superviżorji delegati mill-ESMA direttament mid-DRSP.

2.   L-ESMA għandha tirrimborża awtorità kompetenti għall-kostijiet proprji li jkunu ġġarrbu bħala riżultat tat-twettiq ta’ ħidma skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti skont l-Artikolu 38o tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3.   L-ESMA għandha tiżgura li l-kostijiet li għandhom jiġu rimborżati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jenħtieġ li jiġu miftiehma minn qabel bejn l-ESMA u l-NCA;

(b)

dawn jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-fatturat tad-DRSP rilevanti; u

(c)

dawn jenħtieġ li ma jkunux akbar mill-ammont totali ta’ tariffi superviżorji mħallsa mid-DRSP rilevanti.

4.   Kwalunkwe delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha tiġi ddeterminata fuq bażi indipendenti, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin u ma għandhiex ikollha impatt fuq l-ammont ta’ tariffi imposti fuq DRSP partikolari.

Artikolu 9

Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-2022

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali applikabbli għad-DRSPs taħt is-superviżjoni tal-ESMA għas-sena 2022, l-ESMA għandha tiġbor tariffa fissa, ibbażata fuq il-kalkoli li ġejjin:

(a)

EUR 350 000 għall-APAs li ppubblikaw tranżazzjonijiet li ammontaw għal aktar minn 10 % tal-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati tal-APAs awtorizzati kollha għal strumenti ta’ ekwità jew mhux ta’ ekwità, fl-ewwel sitt xhur tal-2021, kif irrappurtat mill-awtorità kompetenti kkonċernata;

(b)

EUR 50 000 għall-APAs li ppubblikaw tranżazzjonijiet li ammontaw għal aktar minn 10 % tal-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati tal-APAs awtorizzati kollha għal strumenti ta’ ekwità jew mhux ta’ ekwità, fl-ewwel sitt xhur tal-2021, kif irrappurtat mill-awtorità kompetenti kkonċernata;

(c)

EUR 650 000 għall-ARMs li ppreżentaw rapporti ta’ tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti li ammontaw għal aktar minn 10 % tal-għadd totali ta’ rapporti dwar it-tranżazzjonijiet ippreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mill-ARMs awtorizzati kollha fl-ewwel sitt xhur tal-2021, kif irrapportat mill-awtorità kompetenti kkonċernata;

(d)

EUR 50 000 għall-ARMs li ppreżentaw rapporti ta’ tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti li ammontaw għal aktar minn 10 % tal-għadd totali ta’ rapporti dwar it-tranżazzjonijiet ippreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mill-ARMs awtorizzati kollha fl-ewwel sitt xhur tal-2021, kif irrapportat mill-awtorità kompetenti kkonċernata;

2.   L-ESMA għandha tipprovdi lill-APAs u l-ARMs ikkonċernati b’fattura li tispeċifika l-ammont sħiħ tat-tariffi għall-2022 malajr kemm jista’ jkun prattikament possibbli wara li dan ir-Regolament ikun beda japplika, u mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data tal-aħħar pagament.

Artikolu 10

Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-2023

1.   Id-DRSPs taħt superviżjoni mill-ESMA mill-1 ta’ Jannar 2023 għandhom jiġu debitati tariffa superviżorja annwali għall-2023 ikkalkulata skont l-Artikolu 3. Madankollu, għall-finijiet tal-Artikolu 4(2), il-fatturat applikabbli tad-DRSPs għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fatturat applikabbli ta’ DRSP għandu jkun is-somma ta’:

(a)

id-dħul tad-DRSP iġġenerat mill-funzjonijiet ewlenin tal-forniment ta’ servizzi tal-ARM jew tal-APA fl-ewwel sitt xhur tal-2022 u

(b)

id-dħul tad-DRSP iġġenerat minn servizzi anċillari għall-attivitajiet tal-ARM jew tal-APA fl-ewwel sitt xhur tal-2022,

diviża bis-somma ta’:

(c)

id-dħul totali tal-ARMs jew tal-APAs awtorizzati kollha ġġenerati mill-funzjonijiet ewlenin tal-forniment ta’ servizzi tal-ARM jew tal-APA fl-ewwel sitt xhur tal-2022 u

(d)

id-dħul totali ġġenerat minn servizzi anċillari għall-attivitajiet tal-ARM jew tal-APA tal-ARMs jew tal-APAs kollha fl-ewwel sitt xhur tal-2022.

Sat-30 ta’ Settembru 2022, id-DRSPs għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar l-ammont ta’ dħul iġġenerat mill-funzjonijiet ewlenin tal-forniment ta’ servizzi tal-ARM jew tal-APA fl-ewwel sitt xhur tal-2022 u dwar l-ammont tad-dħul minn servizzi anċillari għall-attivitajiet tal-ARM jew tal-APA fl-ewwel sitt xhur tal-2022.

3.   Hekk kif il-kontijiet awditjati għas-sena 2022 isiru disponibbli, id-DRSPs imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw minnufih dawk il-kontijiet awditjati lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 4(1).

4.   L-ESMA għandha tikkalkula jekk hemmx xi differenza bejn it-tariffa superviżorja annwali għall-2023 imħallsa mid-DRSP f’konformità mal-paragrafu 2 u t-tariffa superviżorja annwali dovuta għall-2023 ikkalkulata abbażi tal-kontijiet awditjati riċevuti f’konformità mal-paragrafu 3.

5.   L-ESMA għandha tipprovdi lid-DRSPs l-ewwel fattura li tispeċifika l-ammont tat-tariffa superviżorja għall-2023 kif imsemmi fil-paragrafu 2 mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data tal-aħħar pagament.

Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun disponibbli għad-DRSPs kollha, l-ESMA għandha tipprovdi lid-DRSPs it-tieni fattura li tispeċifika l-ammont finali tat-tariffa superviżorja għall-2023 abbażi tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 4. L-ESMA għandha tipprovdi lid-DRSPs dik il-fattura sa mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data tal-aħħar pagament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deroga tal-prinċipju li l-arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u l-mekkaniżmi approvati tar-rapportar huma taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/931

tat-23 ta’ Marzu 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2), il-punt (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel. L-Artikolu 109 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll (“MANCP”). Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/625 jispeċifika l-kontenut ġenerali tal-MANCP, jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu fil-MANCP tagħhom kontrolli uffiċjali fuq kontaminanti fl-ikel u, f’dan ir-rigward, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, inkluż, fejn xieraq, il-firxa ta’ kampjuni u l-istadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni fejn għandhom jittieħdu l-kampjuni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 ħassar id-Direttiva tal-Kunsill96/23/KE (2), li pprovdiet miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi, inklużi kontaminanti, f’annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali u speċifikament stabbilixxa rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri għad-detezzjoni ta’ residwi jew sustanzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2017/625 ma jinkorporax il-miżuri kollha previsti f’dik id-Direttiva jew fl-atti adottati mill-Kummissjoni abbażi tagħha. Għalhekk, dan ir-Regolament flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/932 (3) għandu l-għan li jiżgura l-kontinwità tar-regoli tad-Direttiva 96/23/KE dwar il-kontenut tal-MANCP u t-tħejjija tiegħu, kif ukoll il-firxa ta’ kampjuni u l-istadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni fejn il-kampjuni għandhom jittieħdu fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel, fil-qafas tar-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jirreferi b’mod komprensiv għall-kontaminanti fl-ikel, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontrolli uffiċjali meħtieġa biex tiġi identifikata l-preżenza tal-kontaminanti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (4). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontrolli uffiċjali meħtieġa biex tiġi identifikata l-preżenza fl-ikel ta’ kontaminanti li għalihom il-livelli massimi jew livelli regolatorji oħra li jirrikjedu jew jiskattaw azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti huma stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Il-preżenza tal-merkurju fl-ikel tista’ titqies li sseħħ minħabba l-kontaminazzjoni ambjentali peress li l-pestiċidi li fihom il-merkurju issa ilhom ipprojbiti fl-Unjoni għal aktar minn tletin sena. Kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-livelli massimi ta’ komposti tal-merkurju kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva tal-Kummissjoni2006/125/KE (6), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (7) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 (8) ikunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament minflok ir-regoli speċifiċi dwar il-kontrolli għar-residwi tal-pestiċidi.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jkunu mmirati b’mod effiċjenti fl-Istati Membri kollha, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew gruppi ta’ kontaminanti u gruppi ta’ komoditajiet li minnhom l-Istati Membri jridu jieħdu kampjuni u l-istrateġija tat-teħid tal-kampjuni, inklużi l-kriterji li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tal-kontenut tal-pjanijiet tagħhom u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali relatati.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi ssupplimentat l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 billi jiġu stabbiliti regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel.

(7)

L-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi perjodu tranżitorju li jobbliga lill-Istati Membri jwettqu kontrolli uffiċjali f’konformità mad-Direttiva 96/23/KE sal-14 ta’ Diċembru 2022. L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel u l-ikel kif ukoll is-sikurezza tal-għalf u l-għalf għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali fuq sustanzi rilevanti inklużi sustanzi li jintużaw f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, kontaminanti, sustanzi mhux awtorizzati, ipprojbiti u mhux mixtieqa li l-użu jew il-preżenza tagħhom fuq l-għelejjel jew l-annimali jew għall-produzzjoni jew għall-ipproċessar tal-ikel jew tal-għalf jistgħu jirriżultaw f’residwi ta’ dawk is-sustanzi fl-ikel jew fl-għalf. Madankollu, peress li l-aħħar pjanijiet ta’ monitoraġġ adottati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 96/23/KE se japplikaw għas-sena 2022, u għalhekk lil hinn mill-14 ta’ Diċembru 2022, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2023,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni ta’ “kontaminant” fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-preżenza ta’ kontaminanti fl-ikel skont l-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jadottaw strateġija ta’ teħid tal-kampjuni skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/932 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ kontaminanti fl-ikel, dwar kontenut addizzjonali speċifiku ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u arranġamenti addizzjonali speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ara paġna 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).


ANNESS I

Regoli għall-għażla ta’ kombinazzjoni speċifika ta’ kontaminanti jew gruppi ta’ kontaminanti u gruppi ta’ komoditajiet

(1)   

L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-kombinazzjonijiet li ġejjin ta’ kontaminanti jew gruppi ta’ kontaminanti fil-gruppi ta’ komoditajiet li ġejjin

Gruppi ta’ komoditajiet

Pollutanti organiċi persistenti aloġenati

Metalli

Mikotossini

Kontaminanti oħrajn

Laħam mhux ipproċessat tal-bovini, tal-ovini u tal-kaprini (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

x

x

 

x

Laħam tal-porċini mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

x

x

 

x

Laħam tal-ekwini mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

 

x

 

x

Laħam tat-tjur mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

x

x

 

x

Laħam mhux ipproċessat minn annimali terrestri mrobbija oħrajn  (*) (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

 

x

 

 

Ħalib mhux ipproċessat tal-bovini, tal-ovini u tal-kaprini

x

x

x

x

Bajd tat-tiġieġ frisk u bajd ieħor

x

x

 

x

Għasel

 

x

 

x

Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati  (**) (minbarra l-krustaċji)

x

x

 

x

Krustaċji u molluski bivalvi

x

x

 

x

Xaħmijiet u żjut tal-annimali u tal-baħar

x

x

 

x

Prodotti ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali (***)

x

x

 

x

(2)   

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kombinazzjonijiet kollha ta’ kontaminanti jew gruppi ta’ kontaminanti u gruppi ta’ komoditajiet ta’ ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li għalihom il-livelli massimi jew livelli regolatorji oħra huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)   

Kull Stat Membru għandu jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla ta’ kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ kontaminanti jew gruppi ta’ kontaminanti u gruppi ta’ komoditajiet li għandhom jiġu kkontrollati:

(a)

il-frekwenza tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità fil-kampjuni tal-Istat Membru, fil-kampjuni ta’ Stati Membri oħra jew fil-kampjuni ta’ pajjiżi terzi, speċjalment meta rrappurtati taħt is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf jew is-Sistema ta’ Assistenza u Kooperazzjoni Amministrattiva;

(b)

id-disponibbiltà ta’ metodi tal-laboratorju u standards analitiċi xierqa;

(c)

ir-riskju possibbli għall-konsumaturi jew għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni li jirriżulta mill-konsum ta’ kontaminanti preżenti fl-ikel, b’kont meħud tal-informazzjoni rilevanti disponibbli mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, jew fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, sorsi oħra ta’ informazzjoni bħal pubblikazzjonijiet xjentifiċi jew valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali;

(d)

id-data dwar il-konsum (xejriet ta’ esponiment djetetiku);

(e)

fir-rigward tal-ikel li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għall-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni kif deskritt fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2022/932, għandhom jitqiesu wkoll il-kriterji li ġejjin, fejn disponibbli:

(i)

l-eżitu tal-kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi

(ii)

kwalunkwe informazzjoni li titfa’ dubju fuq l-affidabbiltà tal-garanziji dwar il-konformità tal-ikel importat mar-regoli tal-Unjoni;

(iii)

informazzjoni dwar żieda fil-viġilanza.


(*)  Annimali terrestri mrobbija oħrajn kif definiti fl-entrata 1017000 fil-Parti A tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(**)  Prodotti tas-sajd kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(***)  “Prodotti pproċessati” kif definit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS II

Kriterji għall-istrateġija tat-teħid tal-kampjuni

(1)   

Għal kull operatur ta’ negozju tal-ikel li għandu jiġi kkontrollat, l-Istat Membru għandu jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla tat-tip ta’ ikel li għandu jiġi kkontrollat:

(a)

nuqqas ta’ konformità fil-passat;

(b)

nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-Analiżi tal-Perikli u l-Punt Kritiku ta’ Kontroll u l-awtokontrolli relatati;

(c)

nuqqasijiet fiż-żamma tar-rekords li jindirizzaw ir-rekwiżiti kif definiti fit-Taqsima III, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(d)

teħid tal-kampjuni rappreżentattiv irrispettivament mid-daqs tal-operatur tan-negozju tal-ikel;

(e)

sitwazzjonijiet emerġenti (bidliet fix-xejriet tal-konsum, diżastri naturali jew problemi ekonomiċi li jikkawżaw bidliet fil-ktajjen tal-kummerċ tal-ikel eċċ.).

(2)   

Kull Stat Membru għandu jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla ta’ biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ, stabbilimenti għall-produzzjoni tal-ħalib, stabbilimenti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u prodotti tal-akkwakultura, stabbilimenti tal-produzzjoni tal-għasel u tal-bajd u ċentri tal-imballaġġ tal-bajd:

(a)

il-kriterji elenkati taħt il-punt (3) tal-Anness I u taħt il-punt (1) ta’ dan l-Anness;

(b)

is-sehem tal-istabbilimenti rispettivi tal-volum totali tal-produzzjoni tal-Istati Membri tal-biċċeriji, tal-impjanti tat-tqattigħ, tal-istabbilimenti għall-produzzjoni tal-ħalib, tal-istabbilimenti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u prodotti tal-akkwakultura, tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-għasel u tal-bajd u ċentri tal-imballaġġ tal-bajd:

(c)

l-oriġini rilevanti tal-annimali maqtula, tal-ħalib, tal-prodotti tal-akkwakultura, tal-għasel u tal-bajd.

(3)   

Meta jittieħdu l-kampjuni, għandhom isiru sforzi biex jiġi evitat teħid ta’ kampjuni multiplu minn operatur wieħed tan-negozju tal-ikel, sakemm l-operatur ma jkunx ġie identifikat abbażi tal-kriterji inklużi fil-punt (1) jew ma tkunx ingħatat ġustifikazzjoni xierqa fil-pjan ta’ kontroll. Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-frekwenza ppjanata tal-verifiki.

(4)   

Fir-rigward tal-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għall-ikel imqiegħed fis-suq tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/932, it-teħid ta’ kampjuni għandu jsir fuq ikel imqiegħed fis-suq u fuq ikel maħsub għat-tqegħid fis-suq (stadju primarju, trobbija fil-beraħ, biċċeriji, matul l-ipproċessar, il-ħżin jew il-bejgħ tal-ikel, eċċ.).


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/932

tad-9 ta’ Ġunju 2022

dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ kontaminanti fl-ikel, dwar kontenut addizzjonali speċifiku ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u arranġamenti addizzjonali speċifiċi għat-tħejjija tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ikel u tas-sikurezza alimentari. L-Artikolu 109 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-obbligu li l-Istati Membri jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll (“MANCP”). Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/625 jispeċifika l-kontenut ġenerali tal-MANCP, jirrikjedi li fil-MANCP tagħhom l-Istati Membri jipprevedu l-kontrolli uffiċjali fuq il-kontaminanti fl-ikel u f’dan ir-rigward jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi kontenut addizzjonali speċifiku fl-MANCP u arranġamenti addizzjonali speċifiċi għall-preparazzjoni tiegħu, kif ukoll frekwenza minima uniformi tal-kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu l-perikli u r-riskji relatati mas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 ħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2), li kienet tipprevedi miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi, fosthom il-kontaminanti, fl-annimali ħajjin u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li kienet stabbiliet b’mod speċifiku r-rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri għad-detezzjoni tar-residwi jew tas-sustanzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2017/625 ma jinkorporax il-miżuri kollha previsti f’dik id-Direttiva jew fl-atti adottati mill-Kummissjoni abbażi tagħha. Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, ir-Regolament (UE) 2017/625 ippreveda li l-awtoritajiet kompetenti kellhom ikomplu jwettqu l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Annessi tad-Direttiva 96/23/KE sal-14 ta’ Diċembru 2022 jew sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament flimkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/931 (3) għandu l-għan li jiżgura l-kontinwità tar-regoli tad-Direttiva 96/23/KE dwar il-kontenut tal-MANCP u t-tħejjija tiegħu, kif ukoll il-frekwenza minima tal-kontrolli uffiċjali, fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel, fil-qafas tar-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali tal-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, stabbiliti bl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2017/625, jixraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu żewġ pjanijiet differenti għall-kontroll tal-kontaminanti fl-ikel fil-MANCPs tagħhom, wieħed għal tali ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni u l-ieħor għal kwalunkwe ikel ieħor imqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

(4)

Jenħtieġ li l-pjan għall-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni ikun jinkludi l-kontrolli uffiċjali dwar dan l-ikel kollu maħsub biex jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, iżda jinkludi wkoll il-kontrolli uffiċjali dwar il-prodotti tas-sajd li jridu jitwettqu fuq il-bastimenti meta dawn jidħlu f’port ta’ Stat Membru, f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (4), peress li dawk il-bastimenti jridu jitqiesu bħala simili għall-punti ta’ kontroll fil-fruntiera, irrispettivament mill-bandiera.

(5)

Jenħtieġ li l-pjan għall-ikel imqiegħed fis-suq tal-Unjoni jikkonċerna kull ikel ieħor, partikolarment, il-produzzjoni alimentari nazzjonali ta’ kull Stat Membru, l-ikel introdott minn Stati Membri oħrajn, u l-ikel li ma joriġinax mill-annimali li jidħol fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-pjan jikkonċerna wkoll prodotti komposti fit-tifsira tar-Regolament Delegat tal-Kummiaajoni (UE) 2019/625 (5), anki dawk li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, peress li xi wħud minn dawk il-prodotti ma għandhomx għalfejn jiġu kkontrollati fil-punti ta’ kontroll fil-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.

(6)

Barra mir-regoli dwar il-kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti ta’ kampjuni li jridu jittieħdu mill-Istati Membri u l-istrateġija tal-kampjunar inklużi l-kriterji li jridu jużaw biex jiddefinixxu l-kontenut tal-pjanijiet tagħhom u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali relatati stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/931, jenħtieġ li jiġu stabbiliti frekwenzi minimi ta’ kontroll f’dan ir-Regolament għal kull wieħed mill-pjanijiet, sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli jitwettqu fuq il-prodotti kollha mill-inqas sa ċertu punt fl-Unjoni kollha. Madankollu, sabiex jiġi żgurat il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li dawk il-frekwenzi minimi ta’ kontrolli annwali jiġu stabbiliti, skont il-prodotti, b’referenza għad-data ta’ produzzjoni tal-Istati Membri u għad-daqs tal-popolazzjoni tal-Istati Membri, iżda b’ammont minimu raġonevoli, u għall-għadd ta’ kunsinni importati. Għall-istess raġuni, u b’mod partikolari sabiex jiġu evitati piż u kostijiet eċċessivi, jixraq li l-Istati Membri jitħallew ma jwettqux kontrolli uffiċjali kull sena fuq ċerti kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti u prodotti, dment li l-MANCPs jiġġustifikaw din l-għażla. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kunsinni importati, il-prodotti tal-ikel importati minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2129 (6), li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ ekwivalenza għall-verifiki fiżiċi, jenħtieġ li ma jingħaddux mal-għadd ta’ kunsinni importati, peress li l-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tagħhom b’rata ta’ frekwenza, kif previst f’dawk il-ftehimiet.

(7)

Sabiex jiġi żgurat kontenut komprensiv tal-MANCPs dwar il-preżenza tal-kontaminanti fl-ikel, jenħtieġ li l-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jinkludu fil-MANCPs tagħhom fir-rigward tal-għażliet li jkunu għamlu fil-pjanijiet tagħhom tiġi ddefinita.

(8)

Biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jixraq li l-Istati Membri jintalbu jissottomettu l-pjanijiet ta’ kontroll tagħhom għall-evalwazzjoni għall-evalwazzjoni lill-Kummissjoni fuq bażi annwali u jintalbu jipprovdu proċedura għal dik l-evalwazzjoni.

(9)

Id-data li tinġabar mill-Istati Membri permezz ta’ kontrolli uffiċjali għall-preżenza ta’ kontaminanti fl-ikel trid tiġi trażmessa wkoll lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Sabiex ikun jista’ jsir il-monitoraġġ tad-data reċenti dwar l-okkorrenza, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jissottomettu d-data fuq bażi regolari u sal-istess data.

(10)

L-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi perjodu tranżitorju li jobbliga lill-Istati Membri jwettqu l-kontrolli uffiċjali f’konformità mad-Direttiva 96/23/KE sal-14 ta’ Diċembru 2022. L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-ikel u dwar is-sikurezza tal-ikel kif ukoll dwar l-għalf u s-sikurezza tal-għalf għandhom jinkludu l-kontrolli uffiċjali fuq is-sustanzi rilevanti, inklużi s-sustanzi li jintużaw f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, fuq il-kontaminanti, fuq sustanzi mhux awtorizzati, ipprojbiti u mhux mixtieqa li l-użu jew il-preżenza tagħhom fuq l-għelejjel jew fuq l-annimali jew fil-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-ikel jew tal-għalf jistgħu jirriżultaw f’residwi ta’ dawk is-sustanzi fl-ikel jew fl-għalf. Madankollu, peress li l-aħħar pjanijiet ta’ monitoraġġ adottati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 96/23/KE se japplikaw għas-sena 2022, u għalhekk lil hinn mill-14 ta’ Diċembru 2022, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali dwar il-preżenza ta’ kontaminanti fl-ikel, fir-rigward:

(a)

tal-frekwenza minima uniformi għat-twettiq annwali ta’ dawn il-kontrolli uffiċjali; u

(b)

tal-arranġamenti speċifiċi u l-kontenut speċifiku għall-MANCPs tal-Istati Membri, minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (8), fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE (12), fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/644 (13) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 (14).

KAPITOLU II

KONTENUT TAL-MANCP

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti tal-MANCP li tikkonċerna t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali dwar il-preżenza ta’ kontaminanti fl-ikel tinkludi dan li ġej:

(a)

“pjan ta’ kontroll għall-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni” kif previst fl-Artikolu 4; u

(b)

“pjan ta’ kontroll għall-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni” kif previst fl-Artikolu 5.

Artikolu 4

Pjan ta’ kontroll għall-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jippreparaw pjan ta’ kontroll li jikkonċerna l-preżenza tal-kontaminanti jew tal-gruppi ta’ kontaminanti dwar l-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, għajr ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni. Dan il-pjan għandu jkopri l-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni alimentari nazzjonali ta’ kull Stat Membru, fuq l-ikel introdott minn Stati Membri oħrajn, fuq ikel li ma joriġinax mill-annimali li jidħol fl-Unjoni, u fuq il-prodotti komposti, anki dawk li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

2.   Il-pjan ta’ kontroll għall-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għandu jistabbilixxi:

(a)

il-lista ta’ kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti li jridu jiġu kkontrollati kif deċiż mill-Istat Membru f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931;

(b)

l-istrateġija tal-kampjunar kif deċiża mill-Istat Membru f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931; u

(c)

il-frekwenzi reali tal-kontrolli kif ikun deċiż mill-Istat Membru li jkun qies il-frekwenzi minimi annwali tal-kontrolli stabbiliti fl-Anness I.

3.   Fil-pjanijiet ta’ kontrolli, l-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-kontrolli fir-rigward tal-kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom il-livelli massimi nazzjonali jew livelli regolatorji oħra jkunu stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 5

Pjan tal-kontrolli għall-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jippreparaw pjan ta’ kontroll li jikkonċerna l-preżenza tal-kontaminanti jew tal-gruppi ta’ kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni u hu maħsub għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni. Dan il-pjan għandu jkopri l-kontrolli uffiċjali dwar l-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni u maħsub biex jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni u dwar il-prodotti tas-sajd li jridu jitwettqu fuq il-bastimenti meta dawn jidħlu f’port ta’ Stat Membru.

2.   Il-pjan ta’ kontroll għall-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni għandu jistabbilixxi:

(a)

il-lista ta’ kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti li jridu jiġu kkontrollati kif deċiż mill-Istat Membru f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931;

(b)

l-istrateġija tal-kampjunar kif deċiża mill-Istat Membru f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931; u

(c)

il-frekwenzi reali tal-kontrolli kif ikun deċiż mill-Istat Membru li jkun qies il-frekwenzi minimi annwali tal-kontrolli stabbiliti fl-Anness II.

3.   Fil-pjanijiet ta’ kontrolli, l-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-kontrolli fir-rigward tal-kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom il-livelli massimi nazzjonali jew livelli regolatorji oħra jkunu stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 6

Rekwiżiti komuni għall-pjanijiet ta’ kontroll

Il-pjanijiet ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 3 għandhom, addizzjonalment, jispeċifikaw:

(a)

ġustifikazzjoni għal kombinazzjonijiet magħżula ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti, inkluża spjegazzjoni dwar kif il-kriterji elenkati fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931 ittieħdu inkonsiderazzjoni, anki jekk ma tkun saret l-ebda bidla meta mqabbel mal-pjan tas-sena preċedenti;

(b)

f’każ li l-pjan jipprevedi li l-kontrolli uffiċjali ta’ ċerti kombinazzjonijiet ta’ kontaminanti jew ta’ gruppi ta’ kontaminanti u ta’ gruppi ta’ prodotti ma jitwettqux annwalment iżda f’ċertu perjodu ta’ żmien, ġustifikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni; u

(c)

informazzjoni dwar l-awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet.

KAPITOLU III

SOTTOMISSJONI U EVALWAZZJONI TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL U S-SOTTOMISSJONI TAD-DATA MILL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 7

Sottomissjoni u evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontroll

Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu b’mod elettroniku lill-Kummissjoni, il-pjanijiet ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 3 għas-sena attwali.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet ta’ kontroll abbażi ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament Delegat (UE) 2022/931 u għandha tikkomunika l-evalwazzjoni tagħha lill-Kull Stat Membru, fejn meħtieġ.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kummenti tal-Kummissjoni meta jimplimentaw il-pjanijiet ta’ kontroll tagħhom u meta jkunu qed iħejju s-sottomissjoni tal-pjanijiet tagħhom li jmiss skont dan l-Artikolu. Madankollu, meta l-Kummissjoni tidentifika nuqqas ta’ konformità kbira ta’ pjan, tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti pjan aġġornat f’data aktar kmieni mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jaġġornax il-pjanijiet ta’ kontroll tiegħu abbażi tal-kummenti tal-Kummissjoni, għandu jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu.

Artikolu 8

Sottomissjoni tad-data mill-Istati Membri

Sat-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data kollha miġbura skont il-pjanijiet ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 3 lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”).

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/931 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi r-regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel (ara l-paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2129 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 122).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat- 8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/165/UE tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar il-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 12).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/644 tal-5 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 589/2014 (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 9).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal-20 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 24).


ANNESS I

Frekwenza minima għall-kontrolli ta’ kull Stat Membru fil-pjan ta’ kontroll għall-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni

1.   Ikel li joriġina mill-annimali

(a)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-frekwenzi minimi ta’ kontroll fil-pjan ta’ kontroll għall-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni:

 

Frekwenza tal-kontrolli

Laħam taċ-ċanga mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

Minimu ta’ 0,02 % tan-numru totali ta’ annimali maqtula

Laħam tal-ovini u tal-kaprini mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

Minimu ta’ 0,004 % tan-numru totali ta’ annimali maqtula

Laħam tal-porċini mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

Minimu ta’ 0,003 % tan-numru totali ta’ annimali maqtula

Laħam tal-ekwini mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Laħam tat-tjur mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

Għal kull kategorija ta’ tjur ikkunsidrata (tiġieġ tas-simna, tiġieġ eżawriti, dundjani u tjur oħrajn), minimu ta’ kampjun għal kull 3 000 tunnellata ta’ produzzjoni annwali (piż mejjet)

Laħam mhux ipproċessat minn annimali terrestri mrobbija oħrajn  (*1) (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Ħalib tal-bovini mhux ipproċessat

Minimu ta’ kampjun għal kull 110 000 tunnellata ta’ produzzjoni annwali ta’ ħalib

Ħalib tal-ovini u tal-kaprini mhux ipproċessat

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Bajd tat-tiġieġ u bajd ieħor frisk

Minimu ta’ kampjun għal kull 3 700 tunnellata ta’ produzzjoni annwali ta’ bajd

Għasel

Minimu ta’ kampjun għal kull 1 300 tunnellata ta’ produzzjoni annwali

Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati  (*2) (minbarra l-krustaċji)

Minimu ta’ kampjun għal kull 700 tunnellata ta’ produzzjoni annwali tal-akkwakultura għall-ewwel 60 000 tunnellata ta’ produzzjoni u mbagħad kampjun għal kull 2 000 tunnellata addizzjonali

Għall-prodotti tas-sajd selvaġġi, in-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Krustaċji u molluski bivalvi

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Xaħmijiet u żjut tal-annimali u tal-baħar

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

Prodotti ipproċessati li joriġinaw mill-annimali (*3)

In-numru tal-kampjuni jrid jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont il-livell tal-produzzjoni u l-problemi identifikati

(b)

Kull sena, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli għall-“metalli” f’minimu ta’ 10 % tal-kampjuni li jkunu ttieħdu għal kull grupp ta’ prodotti f’konformità mat-tabella ta’ dan l-Anness, bl-eċċezzjoni tal-gruppi ta’ prodotti “krustaċji u molluski bivalvi”, “xaħmijiet u żjut tal-annimali u tal-baħar” u “prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali”.

(c)

Kull sena, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli għall-“mikotossini” f’minimu ta’ 10 % tal-kampjuni li jkunu ttieħdu għall-grupp ta’ prodotti “ħalib tal-bovini mhux ipproċessat” u “ħalib tal-ovini u tal-kaprini mhux ipproċessat” f’konformità mat-tabella ta’ dan l-Anness.

(d)

Fil-grupp tal-prodotti “laħam tal-bovini, tal-ovini u tal-kaprini mhux ipproċessat” (inkluż il-ġewwieni li jittiekel), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-kampjuni mill-ispeċijiet kollha, filwaqt li jqisu l-volum tal-produzzjoni relattiv tagħhom.

(e)

Fil-grupp tal-prodotti “laħam tat-tjur mhux ipproċessat (inkluż il-ġewwieni li jittiekel)”, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-kampjuni mill-ispeċijiet kollha, filwaqt li jqisu l-volum ta’ produzzjoni relattiv tagħhom.

(f)

Biex jiġi ddeterminat in-numru ta’ kampjuni għall-prodotti tas-sajd u għall-molluski bivalvi, l-Istati Membru għandhom iqisu wkoll l-aspetti ġeografiċi, il-volumi tal-ħatt/tal-produzzjoni u x-xejriet speċifiċi ta’ kontaminazzjoni fiż-żoni li minnhom ikunu ġew maħsuda.

(g)

Għall-kalkolu tal-frekwenzi minimi tal-kontrolli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti disponibbli dwar il-produzzjoni, tal-inqas dik tas-sena ta’ qabel jew, l-iżjed l-iżjed dik tas-sena ta’ qabel tal-aħħar, aġġustata, jekk rilevanti, biex tirrifletti l-evoluzzjonijiet magħrufa fil-produzzjoni minn meta d-data tkun saret disponibbli.

(h)

F’każ li l-frekwenza tal-kontrolli kkalkulata f’konformità ma’ dan l-Anness tkun tirrappreżenta inqas minn ħames kampjuni fis-sena, il-kampjunar jista’ jitwettaq darba kull sentejn.

(i)

F’każ li f’perjodu ta’ tliet snin, il-produzzjoni li tikkorrispondi ma’ minimu ta’ kampjun wieħed ma tintlaħaqx, l-Istati Membri għandhom janalizzaw minimu ta’ żewġ kampjuni darba kull tliet snin dment li l-produzzjoni titwettaq għal dak il-prodott fit-territorju tagħhom.

(j)

Il-kampjuni li jittieħdu għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ kontroll oħrajn li jkunu rilevanti għall-analiżi dwar il-kontaminanti (eż. dwar sustanzi farmakoloġikament attivi u r-residwi tagħhom, dwar ir-residwi tal-pestiċidi), jistgħu jintużaw ukoll għall-kontrolli għall-kontaminanti dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontrolli għall-kontaminanti.

2.   Ikel li ma joriġinax mill-annimali (1)

L-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas 100 sa 2 000 kampjun fis-sena skont id-daqs tal-popolazzjoni tagħhom. Madankollu, fejn ikun iġġustifikat minħabba r-riskju, għandhom jittieħdu aktar kampjuni biex jiġi żgurat li l-kontrolli jibqgħu effettivi.

Il-kampjunar għandu jkun rappreżentattiv għall-kontaminanti diversi, li jistgħu jkunu preżenti fi prodotti diversi fis-suq tal-Istat Membru, filwaqt li jqisu wkoll xejriet differenti tal-kontaminanti fi prodotti li joriġinaw minn reġjuni diversi u n-numri u d-daqsijiet diversi tal-operaturi tan-negozji tal-ikel.


(*1)  Annimali terrestri mrobbijin oħrajn kif iddefiniti fl-entrata 1017000 fil-Parti A tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(*2)  Prodotti tas-sajd kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(*3)  Prodotti pproċessati kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(1)  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji rilevanti għall-ikel li ma joriġinax mill-annimali għandhom japplikaw għall-prodotti komposti.


ANNESS II

Frekwenza minima ta’ kontrolli għal kull Stat Membru fil-pjan tal-kontrolli tal-ikel li joriġina mill-annimali li jidħol fl-Unjoni

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-frekwenza minima ta’ kontrolli kif stabbilita fit-tabella hawn taħt.

Il-kontrolli mwettqa skont l-Artikoli 47(1)(d) (verifiki msaħħa) u 47(1)(e) (miżuri ta’ salvagwardja) tar-Regolament (UE) 2017/625, ma għandhomx jingħaddu għall-kisba tal-frekwenzi minimi tal-kontrolli ta’ dan l-Anness.

Il-kontrolli mwettqa skont il-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti u l-kontrolli uffiċjali intensifikati, abbażi tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, ma għandhomx jingħaddu għall-kisba tal-frekwenzi minimi tal-kontrolli ta’ dan l-Anness.

Il-kontrolli tal-prodotti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2129, li bihom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ ekwivalenza għall-verifiki fiżiċi, ma għandhomx jingħaddu għall-kisba tal-frekwenzi minimi tal-kontrolli ta’ dan l-Anness.

Għall-kontrolli tal-prodotti tas-sajd imwettqa f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2019/627, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aspetti ġeografiċi, il-volumi tal-ħatt/tal-produzzjoni u x-xejriet speċifiċi ta’ kontaminazzjoni fiż-żoni li minnhom ikunu nħasdu.

 

Frekwenza tal-kontrolli

Bovini (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-laħam separat mekkanikament, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Ovini/kaprini (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-laħam separat mekkanikament, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Porċini (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-laħam separat mekkanikament, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Ekwini (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-laħam separat mekkanikament, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Tjur (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Il-laħam ta’ annimali terrestri mrobbija oħrajn (*1) (inkluż il-laħam, l-ikkapuljat, il-ġewwieni li jittiekel, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Ħalib (inkluż il-ħalib mhux ipproċessat, il-prodotti tal-ħalib, il-kolostru u l-prodotti bbażati fuq il-kolostru tal-ispeċijiet kollha)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Bajd (inkluż il-bajd u l-prodotti tal-bajd mill-ispeċijiet tal-għasafar kollha)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Għasel (inkluż l-għasel u prodotti tal-apikultura oħrajn)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati  (*2) minbarra l-krustaċji

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Krustaċji u molluski bivalvi (inkluż il-laħam tal-muskoli u l-prodotti tal-laħam tal-muskoli)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Xaħmijiet u żjut tal-annimali u tal-baħar mhux ipproċessati  (*3)

Minimu ta’ 1 % tal-kunsinni importati

Dispożizzjonijiet addizzjonali:

1.

Il-frekwenza tal-kontrolli tal-prodotti pproċessati oħrajn li joriġinaw mill-annimali, bħall-ġelatina u l-kollaġen, għandhom jiġu ddeterminati minn kull Stat Membru li jqis in-numru ta’ kunsinni importati u l-problemi identifikati.

2.

Għall-kalkolu tal-frekwenzi minimi tal-kontrolli elenkati f’dan l-Anness, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti tan-numru ta’ kunsinni li jidħlu fl-Unjoni permezz tal-postijiet ta’ kontroll mal-fruntiera tagħhom, tal-inqas mis-sena ta’ qabel jew l-iżjed l-iżjed mis-sena ta’ qabel tal-aħħar.

3.

F’każ li n-numru ta’ kunsinni tal-ikel li jidħol fl-Unjoni u jkun maħsub għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jkun inqas min-numru ta’ kunsinni li jikkorrispondu ma’ kampjun wieħed, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-kampjunar darba kull sentejn jew kull tliet snin. F’każ li n-numru ta’ kunsinni importati fuq perjodu ta’ tliet snin ikun aktar baxx min-numru ta’ kunsinni li jikkorrispondu ma’ kampjun wieħed, l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas kampjun wieħed kull tliet snin.

4.

Il-kampjuni li jittieħdu għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ kontroll oħrajn li jkunu rilevanti għall-analiżi dwar il-kontaminanti (eż. dwar sustanzi farmakoloġikament attivi u r-residwi tagħhom, dwar ir-residwi tal-pestiċidi eċċ.), jistgħu jintużaw ukoll għall-kontrolli għall-kontaminanti dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontrolli għall-kontaminanti.


(*1)  Annimali terrestri mrobbijin oħrajn kif iddefiniti fl-entrata 1017000 fil-Parti A tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(*2)  Prodotti tas-sajd kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(*3)  Prodotti pproċessati kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004.


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/933

tat-13 ta’ Ġunju 2022

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Tliet oġġetti ppreżentati flimkien għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludu:

(a)

oġġett tal-ilbies innittjat mingħajr kmiem (hekk imsejjaħ flokk tal-ġiri) (93 % fibri sintetiċi u 7 % elastan) li jgħatti l-parti ta’ fuq tal-ġisem, u jasal sal-qadd. Il-parti ta’ quddiem għandha għonq forma ta’ V, u tinfetaħ kompletament minn quddiem b’żipp, mingħajr ma titrikkeb meta tingħalaq. Fil-parti ta’ quddiem tal-oġġett tal-ilbies, hemm żewġ bwiet rettangolari miftuħa fuq is-sider b’daqs ta’ madwar 19-il cm × 8 cm u żewġ bwiet rettangolari miftuħa fuq il-qadd b’daqs ta’ madwar 12-il cm x 14-il cm.

Fuq wara, hemm but wieħed b’ċineg tal-lastiku li huma mfassla biex jitwaħħlu, pereżempju, bsaten tal-mixi li jintwew.

(b)

żewġ fliexken rotob, b’qiegħ ċatt, b’volum ta’ 500 ml kull wieħed, li jidħlu fil-bwiet tas-sider ta’ quddiem, magħmula mill-poliuretan u b’għatu tal-plastik b’żennuna li tinġibed ’il barra.

Ara l-istampi (*).

 

Il-klassifikazzjoni hija determinata skont ir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR).

It-tliet oġġetti kif ippreżentati flimkien huma tliet oġġetti separati. Mhumiex oġġetti komposti, peress li flimkien ma jiffurmawx ħaġa waħda, li kieku, normalment ma jiġux offruti għall-bejgħ f’partijiet separati. Mhumiex oġġetti ppreżentati f’settijiet għall-bejgħ bl-imnut skont it-tifsira tal-GIR 3(b), peress li mhumiex ippreżentati flimkien biex jissodisfaw ħtieġa partikolari jew biex iwettqu attività speċifika, speċjalment minħabba li d-disinn tal-bwiet ma jillimitax l-użu tagħhom għall-ġarr ta’ prodotti speċifiċi għal ħtiġijiet jew attivitajiet speċifiċi. L-oġġetti huma oġġetti individwali li jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin. L-attivitajiet li tilbes u tixrob huma differenti, u ma jissodisfawx l-istess ħtieġa speċifika (l-oġġett tal-ilbies jgħatti l-parti ta’ fuq tal-ġisem u l-fliexken huma għax-xorb).

Jekk wieħed mill-oġġetti jew aktar ta’ “sett” ma jissodisfawx l-istess ħtieġa partikolari jew ma jkunux imfassla biex iwettqu l-istess attività speċifika, kull oġġett irid jiġi kklassifikat separatament (ara wkoll il-Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda ta’ oġġetti ppreżentati f’settijiet għall-bejgħ bl-imnut, il-Parti B (II) (1) (1).

Għaldaqstant, l-oġġetti jridu jiġu kklassifikati separatament.

L-oġġetti individwali, kif imsemmija fid-deskrizzjoni tal-oġġetti, iridu jiġu kklassifikati kif ġej:

 

6110 30 99

(a)

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata min-Nota 9, it-tieni paragrafu, tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 6110 , 6110 30 u 6110 30 99 .

 

 

Abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-flokk huwa lbies tal-intestatura 6110 . L-intestatura tkopri kategorija ta’ oġġetti nnittjati jew maħdumin bil-ganċ, imfassla biex jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem (ġersijiet, pullovers, kardigans, sdieri u oġġetti simili) (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 6110 , l-ewwel paragrafu).

L-oġġetti tal-ilbies ta’ dik l-intestatura huma maħsuba biex jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, bil-kmiem jew mingħajrhom, u b’kull tip ta’ skollatura, bl-għonq jew mingħajru, bil-bwiet jew mingħajrhom. Jista’ jkun magħmul minn kwalunkwe tip ta’ materjal innittjat jew maħdum bil-ganċ, inklużi drappijiet ħfief jew maħdumin bil-labar fin, ta’ kwalunkwe fibra tat-tessut (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-intestatura 6110 ).

Il-flokk ma jistax jiġi identifikat bħala magħmul għal sess imma mhux għal ieħor. Il-flokk irid jiġi kklassifikat bħala ġersi, pullover, kardigan, sidrija u oġġetti simili għan-nisa jew għall-bniet, innittjat jew maħdum bil-ganċ, ta’ fibri magħmula mill-bniedem.

 

3924 90 00

(b)

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3924 u 3924 90 00 .

Il-fliexken iridu jiġu kklassifikati bħala oġġetti oħra tad-dar u oġġetti iġjeniċi jew tat-twaletta, tal-plastik.

Image 2L1622022MT3110120220613MT0006.0001331342ABBOZZRAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-Eġittuta’...dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra,Billi:(1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.(2)L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.(3)Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u biex jaraw li jinkisbu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.(4)Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta’ involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta’ sjieda miż-żewġ naħat.(5)L-Unjoni Ewropew u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta’ prijoritajiet għall-perjodu 2021-2027 (il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027) bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu u li jippromwovu interessi konġunti.(6)Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027, li ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b’mod komuni,B’DAN JIRRAKKOMANDA:Artikolu 1Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet tal-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 kif stipulati fl-Anness ta’ din ir-RakkomandazzjoniDelegazzjonijiet: araw id-dokument ST 8663/2022 ADD1..Artikolu 2Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 jissostitwixxu l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu li l-implimentazzjoni tagħhom kienet irrakkomandata permezz tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ AssoċjazzjoniIr-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26)..Artikolu 3Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.Magħmul fi ..., ....Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-EġittuIl-President


(1)  ĠU C 105, 11.4.2013, p. 1.

(*)  L-istampi huma purament għall-informazzjoni.


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/934

tas-16 ta’ Ġunju 2022

li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 14(5a) tiegħu,

Wara li informat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk wara lment mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Ewropej tar-Roti (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq.

1.   PRODOTT SOĠĠETT GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(2)

Il-prodott soġġett għal din ir-reġistrazzjoni huwa roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm jekk mgħammra bit-tajers kif ukoll jekk le, li joriġinaw mill-Marokk (“il-prodott ikkonċernat”).

(3)

Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċijiet TARIC: 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss. L-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa soġġett għad-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat kif imsemmi hawn fuq.

2.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(4)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ tali reġistrazzjoni, sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 10(4)(c) jew l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma jkunux issodisfati.

(5)

Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-importaturi kinux akkonoxxenti, jew jekk kellhomx ikunu akkonoxxenti, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Hija analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta seħħet u l-volum u ċirkostanzi oħra, x'aktarx imminat serjament l-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping definittiv li għandu jiġi applikat.

(6)

Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat l-evidenza li għandha għad-dispożizzjoni tagħha fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qagħdet, fost l-oħrajn, fuq id-data tal-importazzjonijiet kif indikat fit-Tabella 1.

2.1.   Il-konoxxenza tal-importaturi dwar id-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat

(7)

Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Marokk qed ikunu iddampjati.

(8)

L-avviż ta’ bidu għal dan il-proċediment ippubblikat fis-17 ta’ Novembru 2021 enfasizza li l-marġni ta’ dumping ikkalkulat huwa sinifikanti, jiġifieri 14 %. L-evidenza fl-ilment tipprovdi biżżejjed appoġġ f’dan l-istadju li l-produtturi esportaturi jipprattikaw id-dumping.

(9)

L-ilment ipprovda wkoll biżżejjed evidenza ta' dannu allegat lill-industrija tal-Unjoni, inkluż tnaqqis fis-sehem mis-suq u żvilupp negattiv ta' indikaturi ewlenin oħra tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(10)

Permezz tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, in-notifika ta' bidu hija dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha. Barra minn hekk, bħala partijiet interessati fl-investigazzjoni, l-importaturi għandhom aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment u l-fajl mhux kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li, fuq din il-bażi, l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu konxji, tal-prattiki allegati ta' dumping, il-portata tagħhom u d-dannu allegat.

(11)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li r-rekwiżit tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament bażiku ma ntlaħaqx.

2.2.   Żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet

(12)

Abbażi tad-data statistika miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 hawn taħt, il-Kummissjoni sabet li l-għadd ta’ roti tal-aluminju tat-triq importati mill-Marokk lejn l-Unjoni żdied bi 43 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ April 2022, jiġifieri wara l-bidu tal-każ, meta mqabbel mal-perjodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2020 sat-30 ta’ April 2021, jiġifieri l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel u parti mill-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu tal-investigazzjoni huwa mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021). Barra minn hekk, il-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar mill-Marokk lejn l-Unjoni fil-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ April 2022 kien 92 300 unità ogħla mill-volum medju ta’ importazzjonijiet fix-xahar lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(13)

Għalhekk, fid-dawl ta' din iż-żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li dan ir-rekwiżit ma ġiex issodisfat.

Tabella 1

 

1 ta’ Diċembru 2020 - 30 ta’ April 2021

1 ta’ Diċembru 2021 - 30 ta' April 2022

Δ

Medja ta’ kull xahar mill-1 ta’ Diċembru 2020 - 30 ta’ April 2021

Medja ta’ kull xahar mill-1 ta’ Diċembru 2021 - 30 ta' April 2022

Volumi ta’ importazzjoni (f’biċċiet)

1 068 018

1 529 755

+43 %

213 604

305 951

Sors: Il-bażi tad-data ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni għal April 2022 u l-bażi tad-data tal-Eurostat Comext għal xhur oħra. Proporzjon ta’ konverżjoni bejn kg u unità: 11,3 kg/unità.

2.3.   Imminar tal-effett rimedjali tad-dazju

(14)

Kif ġie konkluż fit-taqsima 2.2, kien hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-bidu tal-investigazzjoni attwali. Din iż-żieda tirrappreżenta aktar minn 92 300 rota tal-aluminju addizzjonali fuq bażi ta’ kull xahar meta mqabbla mal-għadd ta’ roti tal-aluminju importati mill-Marokk matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda waħedha tirrappreżenta madwar 2 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(15)

Skont id-data tal-importazzjoni miġbura fil-qosor fit-tabella 2 hawn taħt, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat għal kull rota matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ April 2022 kien 14.8 % ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-Marokk osservat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Madankollu, jeħtieġ li jitqies li l-aluminju primarju jikkostitwixxi madwar 50 % tal-kost tal-produzzjoni ta’ ARW u li l-prezz tal-bejgħ huwa indiċjat mal-prezz tal-aluminju tal-London Metal Exchange. Il-Kummissjoni nnotat li l-prezz medju tal-aluminju żdied b’50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-perjodu Diċembru 2021 - April 2022. Għalhekk, jidher li ż-żieda fil-prezz ta’ 14.8 % irriflettiet biss parzjalment iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u, għalhekk, l-importazzjonijiet għadhom kapaċi jagħmlu pressjoni fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 2

 

Perjodu ta’ investigazzjoni

Diċembru 2021 - April 2022

Δ

Prezz medju tal-importazzjonijiet (EUR/unità)

44,7

51,3

+14,8 %

Sors: Il-bażi tad-data ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni għal April 2022 u l-bażi tad-data tal-Eurostat Comext għal xhur oħra.

(16)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-evidenza fil-fajl ma wrietx li dan ir-rekwiżit ma ġiex issodisfat.

2.4.   Konklużjoni

(17)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda evidenza konklużiva li turi li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' żvelar minn qabel mhijiex ġustifikata f'dan il-każ. Sa mill-pubblikazzjoni tan-notifika ta' bidu, meta l-produtturi esportaturi kienu konxji jew kellhom ikunu konxji bid-dumping u l-ħsara allegata, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat komplew jiżdiedu b'mod li jista' jimmina b'mod serju l-effett rimedjali tad-dazji antidumping matul il-perjodu ta' qabel l-iżvelar ukoll.

(18)

Għalhekk f’konformità mal-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tirreġistra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ żvelar minn qabel.

3.   PROĊEDURA

(19)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dment li jippreżentaw talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn jenħtieġ li jinstemgħu.

4.   REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ żvelar minn qabel skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(4)(c) u (d) mhumiex issodisfati.

(21)

Kull responsabbiltà għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet definittivi ta' din l-investigazzjoni antidumping. L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob il-bidu tal-investigazzjoni jistmaw marġnijiet ta’ dumping ta’ madwar 14 % u livell medju ta’ eliminazzjoni tad-dannu sa 43 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-futur huwa stmat f’dawk il-livelli fuq il-bażi tal-ilment, jiġifieri 14 % bħala proporzjon tal-valur tal-importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

5.   IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(22)

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm jekk mgħammra b’tajers kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċijiet TARIC: 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050) u li joriġinaw fil-Marokk.

2.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi erba’ ġimgħat wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 464, 17.11.2021, p. 19.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


DEĊIŻJONIJIET

17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/935

tat-13 ta’ Ġunju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

Skont il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit minnu (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu”) għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

Bil-ħsieb li tissaħħaħ aktar ir-relazzjoni solida u multidimensjonali bejn iż-żewġt isħab, ġew identifikati l-prijoritajiet tas-sħubija biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u biex jiggwidaw u jinformaw is-sħubija bejn l-UE u l-Eġittu għall-perjodu 2021-2027 (“il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027”).

(4)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu għandu jadotta rakkomandazzjoni dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 matul id-disa’ laqgħa tiegħu.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu, peress li r-rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 ser ikollha effetti legali fuq l-Unjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mehmuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul id-disa’ laqgħa tal-Kunsill ta’Assoċjazzjoni UE-Eġittu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FESNEAU


(1)  Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39).


ABBOZZ

RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-Eġittu

ta’...

dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u biex jaraw li jinkisbu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.

(4)

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta’ involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta’ sjieda miż-żewġ naħat.

(5)

L-Unjoni Ewropew u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta’ prijoritajiet għall-perjodu 2021-2027 (“il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027”) bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu u li jippromwovu interessi konġunti.

(6)

Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027, li ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b’mod komuni,

B’DAN JIRRAKKOMANDA:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet tal-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 kif stipulati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni (+).

Artikolu 2

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 jissostitwixxu l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu li l-implimentazzjoni tagħhom kienet irrakkomandata permezz tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (1).

Artikolu 3

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi ..., ....

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu

Il-President


(+)  Delegazzjonijiet: araw id-dokument ST 8663/2022 ADD1.

(1)  Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26).


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/936

tat-13 ta’ Ġunju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) fir-rigward tal-modifika tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għat-trasport tal-merkanzija u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi, u fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tar-Regoli Uniformi tal-ATMF

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni ssieħbet fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (COTIF) permezz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (1).

(2)

Skont l-Artikolu 13 § 1, il-punt f), tal-COTIF, ġie stabbilit il-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi (“CTE”) tal-OTIF.

(3)

Skont l-Artikolu 20 § 1, il-punt b), tal-COTIF, u f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Appendiċi F tal-COTIF dwar ir-Regoli Uniformi dwar il-Validazzjoni tal-Istandards Tekniċi u l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi applikabbli għall-Materjal Ferrovjarju maħsub biex jintuża fit-Traffiku Internazzjonali, is-CTE huwa kompetenti biex jadotta jew jemenda, inter alia, il-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi (“UTP”) dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (“UTP TAF”).

(4)

F’konformità mal-Artikolu 20 § 1, il-punt e), tal-COTIF u l-Artikoli 7a u 21 tal-Appendiċi G tal-COTIF dwar Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta’ Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali (“ir-Regoli Uniformi tal-ATMF”), is-CTE huwa kompetenti biex jadotta jew jemenda l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP.

(5)

Is-CTE inkluda, fl-aġenda għall-14-il sessjoni tiegħu, li se ssir fl-14 u l-15 ta’ Ġunju 2022, proposta għal deċiżjonijiet biex tiġi emendata l-UTP TAF u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP.

(6)

L-objettivi tad-deċiżjoni tas-CTE previsti huma li jallinjaw il-UTP TAF mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/541 (2) u li jallinjaw l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Il-Kumitat ta’ Reviżjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 13§ 1, il-punt c), tal-COTIF (il-“Kumitat ta’ Reviżjoni”), huwa mistenni li jwettaq proċedura bil-miktub biex jiddeċiedi dwar l-emenda tal-Artikolu 3a § 5 u l-Artikolu 15 § 2 tar-Regoli Uniformi tal-ATMF.

(8)

L-objettiv tad-deċiżjoni prevista tal-Kumitat ta’ Reviżjoni huwa li jallinja r-Regoli Uniformi tal-ATMF mad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(9)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CTE u, fir-rigward tar-reviżjoni tar-Regoli Uniformi tal-ATMF, fil-Kumitat ta’ Reviżjoni, peress li d-deċiżjonijiet proposti se jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni.

(10)

Id-deċiżjonijiet previsti tal-OTIF huma f’konformità mal-liġi u mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, billi jikkontribwixxu għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-OTIF mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-liġi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-14-il sessjoni tas-CTE tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tal-UTP TAF u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF fir-rigward tad-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP għandha tkun kif ġej:

(1)

li ssir votazzjoni favur il-proposta tas-CTE biex tiġi aġġornata l-UTP TAF (dokument ta’ ħidma tas-CTE TECH-22004-CTE14);

(2)

li ssir votazzjoni favur il-proposta tas-CTE biex jiġi aġġornat l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP (dokument ta’ ħidma tas-CTE TECH-22005-CTE14).

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni fir-rigward tar-reviżjoni parzjali tar-Regoli Uniformi tal-ATMF għandha tkun li tivvota favur il-proposta tas-CTE li għandhom jiġu emendati l-Artikolu 3a § 5 u l-Artikolu 15 § 2 tar-Regoli Uniformi tal-ATMF (dokument ta’ ħidma TECH-22019-CTE14-7).

Artikolu 3

Ladarba jiġu adottati, id-deċiżjonijiet tas-CTE u tal-Kumitat ta’ Reviżjoni għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi indikata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FESNEAU


(1)  ĠU L 51, 23.2.2013, p. 8.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/541 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2014 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-kalkolu u l-iskambju tad-data u l-aġġornament tal-proċess tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil (ĠU L 108, 29.3.2021, p. 19).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).


17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/937

tas-16 ta’ Ġunju 2022

li tħassar id-Deċiżjoni 2006/563/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien b’rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri speċjali għall-kontroll tal-mard fil-qafas tal-kontroll tat-tifqigħat tal-mard elenkat kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, meta l-miżuri għall-kontroll tal-mard li kienu diġà meħuda mhumiex adatti għas-sitwazzjoni epidemjoloġika.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2) jikkategorizza l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) bħala marda elenkata kif imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ ħarsien li jridu jiġu applikati f’każijiet meta l-HPAI kkawżata mill-virus tal-influwenza A tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 tkun instabet u n-newraminidażi tat-tip N1 (H5N1) tkun issuspettata jew ikkonfermata fl-għasafar selvaġġi. Il-bażi ġuridika ta’ din id-Deċiżjoni tinkludi l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE (4) u l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (5). Dawk id-Direttivi tħassru fl-14 ta’ Diċembru 2019 bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, l-Artikolu 164(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet irregolati bir-Regolament (UE) 2016/429 sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Ir-Regolament (UE) 2016/429 beda japplika fil-21 ta’ April 2021.

(4)

Barra minn hekk, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/563/KE, mhumiex adatti għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/563/KE titħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/563/KE titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien b’rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/115/KE (ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).