ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
16 ta' Ġunju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/926 tal-15 ta’ Ġunju 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/927 tal-15 ta’ Ġunju 2022 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/928 tal-15 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

67

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 292/21/COL tal-15 ta’ Diċembru 2021 li temenda r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju [2022/929]

81

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 ( ĠU L 170, 25.6.2019 )

121

 

*

Rettifika tar-Regolament Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (Test b’relevanza ghaż-ŻEE) ( ĠU L 129, 29.4.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 8, p. 74)

122

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-Programm l-UE għas- Saħħa) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ( ĠU L 107, 26.3.2021 )

123

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 ( ĠU L 153, 3.5.2021 )

124

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 ( ĠU L 156, 5.5.2021 )

125

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 ( ĠU L 156, 5.5.2021 )

126

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 ( ĠU L 166, 11.5.2021 )

127

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 ( ĠU L 170, 12.5.2021 )

128

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 ( ĠU L 170, 12.5.2021 )

129

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1323 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f’ċerti oġġetti tal-ikel ( ĠU L 288, 11.8.2021 )

130

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/926

tal-15 ta’ Ġunju 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Id-dazju anti-dumping impost varja minn 0 % għal Electrosteel Castings Ltd għal 14,1 % għal Jindal Saw Limited u “l-kumpaniji l-oħra kollha”.

(3)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/387 (3), il-Kummissjoni imponiet ukoll dazju kompensatorju definittiv fuq l-istess prodott. Id-dazju kompensatorju impost varja minn 8,7 % għal Jindal Saw Limited għal 9 % għal Electrosteel Castings Ltd u “l-kumpaniji l-oħra kollha”.

(4)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16 u T-301/16 (4), il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżbalji li nstabu mill-Qrati Ġenerali meta ġie kkalkolat id-dazju anti-dumping u kompensatorju għal Jindal Saw Limited. Permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/526 (5) u (UE) 2020/527 (6), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping u kompensatorju definittiv ġdid għal Jindal Saw Limited, bir-rata ta’ 3 % u 6 % rispettivament.

(5)

Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ huma b’rati li jvarjaw bejn 0 % għal Electrosteel Castings Ltd, 3 % għal Jindal Saw Limited u 14,1 % għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Id-dazji kompensatorji attwalment fis-seħħ huma ta’ 6 % għal Jindal Saw Limited u 9 % għal Electrosteel Castings Ltd u “l-kumpaniji l-oħra kollha”.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (7), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(7)

It-talba għal rieżami ta’ skadenza ġiet ippreżentata fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Saint-Gobain PAM, Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH u Saint-Gobain PAM España S.A. (“l-applikanti”), f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(8)

Wara li ddeterminat li kienu jeżistu raġunijiet biżżejjed għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni bdiet, fis-17 ta’ Marzu 2021, rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(9)

Fl-istess data, il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kompensatorji fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott (9).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kunsidrat

(10)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(11)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fl-Indja u lill-awtoritajiet tal-Indja, lill-importaturi, l-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet meqjusa bħala kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u stednithom jieħdu sehem.

(12)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta’ smigħ.

(a)    Kampjunar

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun mill-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(14)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Dawn il-produtturi tal-Unjoni huma parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, jiġifieri bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Il-kampjun definittiv tal-produtturi tal-Unjoni kien jirrappreżenta [70-85] % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u [70-85] % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili, u żgura wkoll firxa ġeografika tajba.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun provviżorju għalhekk ġie kkonfermat u tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi li ma humiex relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Madankollu, peress li l-ebda importatur li ma huwiex relatat ma ppreżenta ruħu, il-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar ta’ produtturi fl-Indja

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fl-Indja sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Gvern tal-Indja biex jidentifika u/jew jikkuntattja lil produtturi oħra, f’każ li kien hemm, li setgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(18)

Billi tliet produtturi biss ipprovdew tweġiba għall-kampjunar fil-limitu ta’ żmien previst, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(b)    Kwestjonarji

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-grupp ta’ tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lit-tliet produtturi esportaturi li kienu pprovdew tweġiba għall-kampjunar. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (10) fil-jum tal-bidu.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u minn wieħed mill-produtturi esportaturi, Tata Metaliks Limited (“TML”). Għalkemm ippreżentaw tweġibiet għall-kampjunar, iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra sussegwentement ma ppreżentawx tweġiba għall-kwestjonarju u, għalhekk, ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(c)    Verifika

(21)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment stabbiliti minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-produttur esportatur. Minflok, il-Kummissjoni kkontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjonijiet tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (11). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-produttur esportatur li ġej:

Tata Metaliks Limited

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin u ta’ entità tal-bejgħ relatata fl-Italja:

Saint-Gobain PAM, Pont-à-Mousson, Franza

Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH, Saarbrücken, il-Ġermanja

Saint-Gobain PAM Italia S.P.A., Milan, l-Italja

1.6.   Proċedura sussegwenti

(23)

Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji antidumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(24)

Tata Metaliks Limited biss ippreżentat kummenti sal-iskadenza. Il-kummenti diġà tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħed kont tagħhom, fejn xieraq. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.7.   Kummenti dwar il-bidu

(25)

Utent wieħed, jiġifieri Hydro Mat Benelux, u produttur esportatur wieħed, jiġifieri Tata Metaliks Limited, ippreżentaw kummenti dwar il-bidu.

(26)

Il-Kummissjoni nnotat li Tata Metaliks Limited ippreżentat il-kummenti tagħha dwar il-bidu fis-17 ta’ Frar 2022, aktar minn 9 xhur wara l-iskadenza ta’ 37 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu kif definit fil-punt 5.2 tan-Notifika ta’ Bidu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx din il-preżentazzjoni.

(27)

Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li ppreżentat kummenti dwar il-bidu, Hydro Mat Benelux ma kkooperatx bis-sħiħ fl-investigazzjoni. B’mod partikolari, il-kumpanija ma mlietx il-kwestjonarju stabbilit għall-utenti li seta’ jintuża għall-kontroverifika ta’ xi wħud mid-dikjarazzjonijiet elenkati hawn taħt, jiġifieri, pereżempju, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi jew id-dokumenti relatati mal-akkwist pubbliku.

(28)

L-ewwel nett, Hydro Mat Benelux sostniet li l-proċediment jenħtieġ li jintemm peress li t-talba ma ġietx ippreżentata fi żmien tliet xhur qabel id-data tal-iskadenza, imsemmija fin-Notifika ta’ skadenza imminenti (12).

(29)

Il-Kummissjoni ċċarat li d-data ta’ preżentazzjoni msemmija fin-Notifika ta’ Bidu ma kinitx tikkorrispondi mad-data li fiha ġiet ippreżentata t-talba. Kif jidher fil-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali mis-17 ta’ Marzu 2021, u li hija aċċessibbli mill-partijiet interessati kollha, it-talba ġiet ippreżentata kif xieraq fit-18 ta’ Diċembru 2020, li huwa fil-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(30)

It-tieni, Hydro Mat Benelux sostniet li hemm użu eċċessiv ta’ kunfidenzjalità fit-talba. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni indiċizzat l-indikaturi kollha li jikkonċernaw il-prestazzjoni ekonomika tagħha. Il-parti rreferiet għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 (13) fejn il-Kummissjoni żvelat id-data mikroekonomika ta’ produttur uniku tal-Unjoni.

(31)

Il-Kummissjoni nnotat li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 il-mikroindikaturi kollha (il-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ, il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-kostijiet lavorattivi, l-istokks tal-għeluq, il-profittabbiltà, eċċ.) ġew ipprovduti f’firxiet jew f’indiċijiet.

(32)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni tat-talba għal rieżami ta’ skadenza li tpoġġiet fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data mmarkata bħala kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu kummenti sinifikanti u jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment.

(33)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(34)

It-tielet, il-parti sostniet li l-ewwel nofs tal-2020 ma kienx jirrifletti ċ-ċirkostanzi ekonomiċi normali u qieset li l-perjodu ma kienx rappreżentattiv biex issir valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-konsegwenzi tal-iskadenza tal-miżuri li qed jiġu diskussi. Il-parti sostniet li l-prestazzjoni negattiva tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel nofs tal-2020 kienet ikkawżata mill-impatti ekonomiċi negattivi minħabba l-COVID-19 u miż-żieda fil-kost tal-materja prima fis-swieq dinjija li ma setgħetx tiġi mgħoddija lill-konsumaturi downstream. Barra minn hekk, din sostniet li għall-perjodu bejn l-2017 u l-2019 l-indikaturi prinċipali ma wrewx vulnerabbiltà iżda pjuttost industrija tal-Unjoni b’saħħitha, b’mod partikolari meta analizzat il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-inventarji, l-investimenti, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà.

(35)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li t-talba għal rieżami ta’ skadenza għandu jkun fiha raġunijiet biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu. F’dan il-każ, l-analiżi speċifika tad-dannu fit-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza li tindika penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-UE mill-importazzjonijiet Indjani li saru bi prezzijiet li jwaqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-Unjoni u jwasslu għal bejgħ taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li t-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha raġunijiet biżżejjed ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu u ċaħdet l-affermazzjoni.

(36)

Ir-raba’, il-parti analizzat il-perjodu bejn l-2017 u l-2020 u argumentat li d-data disponibbli dwar l-importazzjoni ma tappoġġax l-affermazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. Barra minn hekk, il-parti sostniet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ikkalkolati mill-applikant ma kinux affidabbli peress li l-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu jirriflettu l-prezz tat-trasferiment bejn il-partijiet relatati, jiġifieri l-produtturi Indjani u s-sussidjarji relatati tagħhom. Fl-aħħar nett, il-parti sostniet li l-produtturi Indjani żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom sabiex ilaħħqu mas-suq domestiku Indjan li qed jikber u li l-produtturi esportaturi prinċipali Indjani ma ppjanawx li jestendu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom.

(37)

Il-Kummissjoni qieset li l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma ċaħdet il-konklużjoni li kien hemm raġunijiet biżżejjed għall-bidu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami anti-dumping. Tabilħaqq, it-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha raġunijiet biżżejjed li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping kellhom impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-applikanti pprovdew mhux biss kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fil-livell tal-fruntiera iżda wkoll fil-livell tal-konsenja fil-bini tal-klijenti li juru twaqqigħ tal-prezz ta’ mhux inqas minn 14,9 %. L-analiżi tad-dannu speċifika tat-talba għal rieżami ta’ skadenza wriet żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-UE (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) mill-importazzjonijiet mill-Indja li saru bi prezzijiet li waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan jidher li kellu impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, muri pereżempju minn tnaqqis fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq jew minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(38)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li ż-żieda fil-produzzjoni Indjana se tkun diretta biss lejn is-suq Indjan, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(39)

Il-ħames, il-parti sostniet li l-kwistjonijiet ġenerali dwar il-kompetittività jenħtieġ li ma jiġġustifikawx sejba ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu. Il-parti elenkat diversi entrati bħall-fatt li l-konsum tal-Unjoni naqas mill-kriżi taż-żona tal-euro bi tnaqqis fl-infiq pubbliku, u b’hekk kellu impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni tal-pajpijiet tal-plastik, id-diffikultà li jiġu attirati l-impjiegi, iż-żamma ta’ pożizzjoni dominanti, il-pressjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi orħos fuq il-proċess tas-sejħa għall-offerti.

(40)

Din l-affermazzjoni hija indirizzata hawn taħt fil-premessa (155).

(41)

Wara l-iżvelar, Tata Metaliks Limited sostniet li d-data fit-talba għal rieżami relatata mad-data u l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kopriet il-perjodu minn Lulju 2019 sa Ġunju 2020. Madankollu, in-Notifika ta’ Bidu ddefiniet il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020. Fil-fehma tal-kumpanija, l-applikanti kellhom jaġġornaw it-talba għal rieżami ta’ skadenza abbażi tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ddefinit fin-Notifika ta’ Bidu, u din id-data kellha tkun disponibbli għall-partijiet. Billi ma ċċirkolatx din it-talba aġġornata għal rieżami lill-partijiet, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 6.1.2 u l-Artikolu 6.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping.

(42)

L-ewwel nett, hija l-prattika komuni tal-Kummissjoni li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aktar data riċenti disponibbli. Din id-data mhux neċessarjament tikkorrispondi għall-perjodu ddefinit fit-talba għal rieżami ta’ skadenza peress li setgħet ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta ġiet ippreżentata t-talba għal rieżami. Il-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping ma fih l-ebda dispożizzjoni li tirrikjedi li l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-istess perjodu kif iddefinit fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. It-tieni, il-partijiet kollha kellhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar is-sejbiet u l-evidenza li kienu relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ddefinit fin-Notifika ta’ Bidu matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kisret l-ebda dritt proċedurali jew il-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping, u ċaħdet l-affermazzjoni.

(43)

Tata Metaliks Limited rreferiet ukoll għall-fatt li l-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti tagħha dwar il-bidu minħabba li dawn saru wara l-iskadenza prevista fin-Notifika ta’ Bidu (ara l-premessa (26)). Fil-fehma tagħha, l-iskadenza tapplika biss wara l-wasla tad-data riveduta mill-applikanti li tkun relatata mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, kif definit fin-Notifika ta’ Bidu. Tata Metaliks Limited argumentat ukoll li huwa “prinċipju stabbilit tal-ġustizzja naturali” u “pożizzjoni stabbilita tal-liġi fil-ġuriżdizzjonijiet kollha” li l-preżentazzjonijiet rigward kwistjonijiet ta’ liġi jistgħu jitqajmu wara l-iskadenzi.

(44)

Kif spjegat fil-premessa (42), il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien relatat mal-aktar perjodu riċenti li għalih kienet disponibbli d-data, u dan il-perjodu mhux dejjem jikkorrispondi mal-valutazzjoni preliminari tat-talba għal rieżami. Barra minn hekk, l-iskadenza fin-Notifika ta’ Bidu kienet relatata b’mod espliċitu mad-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika, u mhux ma’ xi data oħra bħall-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni minn parti. L-iskadenza fin-Notifika ta’ Bidu ma tagħmilx distinzjoni bejn kwistjonijiet ta’ liġi u ta’ fatt, u tapplika bl-istess mod għat-tnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(45)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess wieħed bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) (“pajpijiet duttili”), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet mikxufin”), li joriġinaw mill-Indja, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 (kodiċi TARIC 7303001010) u ex 7303 00 90 (kodiċi TARIC 7303009010) (“il-prodott ikkonċernat”).

(46)

Il-pajpijiet duttili jintużaw għall-provvista tal-ilma tax-xorb, għar-rimi ta’ drenaġġ u għat-tisqija ta’ art agrikola. It-trasport tal-ilma permezz ta’ pajpijiet duttili jista’ jsir permezz tal-pressa jew tal-gravità biss. Il-pajpijiet ivarjaw bejn 60 mm u 2 000 mm u huma twal 5,5, 6,7 jew 8 metri. Dawn normalment ikunu miksija minn ġewwa bis-siment jew materjali oħra u minn barra biż-żingu, biż-żebgħa, jew bit-tejp. L-utenti finali prinċipali huma l-kumpaniji tal-utilità pubblika.

2.2.   Prodott simili

(47)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(48)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

(49)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti għandhiex probabilità li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk id-dumping fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (“RIP”) kompliex (it-Taqsima 3.1) u t-tieni, jekk hemmx probabbiltà li se jkompli jew jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jiskadu (it-Taqsima 3.2).

3.1.   Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami

3.1.1.   Evoluzzjoni tal-importazzjonijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri

(50)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (14), l-Indja esportat lejn l-Unjoni [80 000 – 100 000] tunnellata tal-prodott ikkonċernat (abbażi tal-EU27) (15). Bejn l-2016 u l-2018, wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi f’Marzu 2016, l-importazzjonijiet naqsu u varjaw bejn 38 000 u 55 000 tunnellata fis-sena. Fl-2019, l-importazzjonijiet mill-Indja reġgħu żdiedu għal [64 000 – 75 000] tunnellata.

(51)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat naqsu għal [44 000 – 52 000] tunnellata. Fl-2021, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu għal-livell tal-2019.

(52)

B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja baqgħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’livell importanti u kienu jirrappreżentaw madwar [10 – 14] % tas-suq tal-Unjoni, meta mqabbla ma’ [15 - 20] % tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani rrappreżentati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

3.1.2.   Kooperazzjoni tal-produtturi Indjani u bażi għas-sejbiet

(53)

Tliet produtturi Indjani inizjalment qablu li jikkooperaw. Madankollu, tnejn minn dawn il-kumpaniji/gruppi ta’ kumpaniji aktar tard irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom (ara t-Taqsima 1.5). L-unika kumpanija li kkooperat, Tata Metaliks Limited, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami biegħet il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku. Il-volum totali tal-esportazzjoni ddikjarat tagħha lejn l-Unjoni kien insinifikanti, li jikkorrispondi għal [< 1 %] tal-volumi tal-importazzjoni totali tal-prodott ikkonċernat mill-Indja lejn l-Unjoni (16). Fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ħafna li Tata Metaliks Limited esportat lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni ma qisitx li l-esportazzjonijiet ta’ Tata Metaliks Limited jistgħu jikkostitwixxu bażi affidabbli biex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni komplewx ikunu oġġett ta’ dumping.

(54)

Billi l-esportazzjonijiet globali tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami baqgħu relattivament għoljin (ara l-premessa (51), il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-kontinwazzjoni tad-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni fuq l-aħjar fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, din ibbażat is-sejbiet tagħha fuq id-data statistika dwar l-importazzjoni kif irreġistrata mill-Eurostat.

3.1.3.   Valur normali

(55)

Sabiex tiddetermina l-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat id-data ppreżentata mill-uniku produttur li kkoopera, Tata Metaliks Limited. Fl-RIP, il-kumpanija biegħet kwantitajiet importanti tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku. Tata Metaliks Limited irreġistrat il-prezzijiet domestiċi fis-sistema kontabilistika tagħha fuq bażi ta’ metri lineari. Għad-determinazzjonijiet tad-dumping, Tata Metaliks Limited kkonvertiet il-prezzijiet bl-użu ta’ proporzjon ta’ konverżjoni minn metri għal kg. L-investigazzjoni żvelat li l-metodu ma kienx jirrifletti b’mod korrett il-piż reali tal-prodott, u għalhekk il-prezzijiet li jirriżultaw għal kull kg ma kinux rappreżentattivi tal-prezzijiet tal-bejgħ reali. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tużax l-informazzjoni ppreżentata minn Tata Metaliks Limited biex tiddetermina l-valur normali, u minflok tiddependi fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(56)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited sostniet li l-metodoloġija li adottat għall-konverżjoni tal-unità ta’ kejl għall-bejgħ domestiku mit-tul għall-piż ma kinitx korretta. B’hekk, din talbet lill-Kummissjoni biex tqis din id-data biex tiddetermina l-valur normali.

(57)

Il-Kummissjoni nnotat li minbarra l-affermazzjoni ġenerali, Tata Metaliks Limited ma ressqet l-ebda argument speċifiku dwar il-preċiżjoni tad-data ppreżentata mill-kumpanija. Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni minn Tata Metaliks Limited, il-Kummissjoni sabet, matul il-kontroverifika mill-bogħod (ara l-premessa (21) hawn fuq), diskrepanzi sinifikanti bejn il-piż irrapportat u dak reali tal-prodotti mibjugħa. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-fehma tagħha li d-data ta’ Tata Metaliks Limited biex jiġi ddeterminat il-valur normali ma setgħetx tintuża.

(58)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur ieħor fl-Indja, il-Kummissjoni b’hekk stabbiliet il-valur normali fuq il-fatti disponibbli, u b’mod partikolari fuq l-informazzjoni fit-talba għal rieżami. Dik l-informazzjoni kienet tinkludi l-prezzijiet offruti, miftiehma u mħallsa għal kwantitajiet, dijametri u tipi multipli tal-prodott ikkonċernat f’diversi Stati u muniċipalitajiet differenti.

3.1.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(59)

Minħabba li l-Kummissjoni qieset li l-kwantitajiet baxxi ta’ esportazzjoni ta’ Tata Metaliks Limited (ara l-premessa (53)) ma kinux rappreżentattivi tal-esportazzjonijiet globali tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kwalunkwe produttur ieħor fl-Indja, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi tad-data CIF tal-Eurostat aġġustata għal-livell mill-fabbrika.

(60)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited sostniet li l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni kienet inġusta u skorretta peress li Tata Metaliks Limited se tiġi penalizzata għal kwalunkwe dumping mill-produtturi esportaturi, filwaqt li dawk il-produtturi se jkomplu jiksbu l-benefiċċju tar-rati antidumping individwali assenjati lilhom.

(61)

Il-Kummissjoni fakkret li billi Tata Metaliks Limited, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, esportat kwantitajiet limitati ħafna lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-data tagħha biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kwalunkwe produttur esportatur ieħor, din ma kellha l-ebda għażla ħlief li tiddependi fuq id-data statistika. Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ u kif spjegat aktar fid-dettall fil-premessa (193), taħt ir-rieżami attwali, il-Kummissjoni tikkonkludi biss jekk il-miżuri humiex meħtieġa jew le. Għalhekk, ir-rati tad-dazju stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali ma humiex se jiġu emendati. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

3.1.5.   Tqabbil

(62)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi mill-fabbrika, iddeterminat kif imsemmi hawn fuq fit-Taqsimiet 3.1.3 u 3.1.4.

(63)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, mingħajr dazju imħallas, kien ta’ 12 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

3.1.6.   Konklużjoni

(64)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-produtturi Indjani komplew jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

3.2.   Probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu

(65)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu. Il-Kummissjoni analizzat b’mod partikolari l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, il-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tas-suq.

3.2.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja u l-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi

(66)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-produzzjoni totali stmata tal-produtturi Indjani tal-prodott ikkonċernat kienet ta’ madwar 2 miljun tunnellata fis-sena. Il-kapaċità tal-produzzjoni stmata kienet tammonta għal madwar 2,5 miljun tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva kienet tirrappreżenta madwar 500 000 tunnellata fis-sena, li taqbeż il-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li kien jammonta għal [388 000 sa 454 000] tunnellata.

(67)

Abbażi tal-evidenza ppreżentata mill-applikant u kkonfermata mill-informazzjoni mill-produttur li kkoopera, Tata Metaliks Limited, għadd ta’ produtturi Indjani, inkluż Tata Metaliks Limited (17), qed jippjanaw li jinvestu f’żidiet ulterjuri fil-kapaċità (18). Il-kapaċitajiet addizzjonali totali li għandhom jiġu installati fil-ftit snin li ġejjin huma stmati għal madwar 1,5 miljun tunnellata.

(68)

It-tkabbir mistenni fil-kapaċitajiet jikkorrispondi għat-tkabbir stmat tad-domanda fis-suq Indjan. Madankollu, il-produtturi ewlenin magħrufa qed jippjanaw ukoll li jiffokaw fuq is-swieq tal-esportazzjoni (19). Pereżempju, il-kumpanija ESL Steel Limited (parti minn Vedanta Group) semmiet b’mod espliċitu, fi studju ta’ fattibbiltà, li l-faċilità l-ġdida tagħha kienet tinsab qrib port, li jsaħħaħ iċ-ċans tagħha ta’ esportazzjoni. Ir-rapport semma b’mod partikolari potenzjal kbir ta’ esportazzjonijiet lejn l-Ewropa tal-Lvant (20). Pjanijiet għall-espansjoni lejn is-suq tal-Unjoni fil-futur issemmew ukoll mill-kumpanija li kkooperat, Tata Metaliks Limited, matul il-kontroverifika mill-bogħod tat-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju.

(69)

Barra minn hekk, skont wieħed mill-atturi ewlenin, il-kumpanija Srikalahasthi Pipes Limited (“SPL”), fuq perjodu ta’ żmien medju u twil (minn 7 sa 10 snin), minħabba li l-proġetti tal-ilma mormi u tal-ilma se jiġu ffinalizzati, se jkun hemm aktar provvista minn domanda fis-suq Indjan. Konsegwentement, dan se jirrappreżenta inċentiv ulterjuri tal-produtturi Indjani biex jiffokaw aktar u aktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(70)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Indjani għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużawha biex jipproduċu l-prodott ikkonċernat għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu, u li din il-kapaċità ta’ riżerva hija mistennija li tikber aktar.

(71)

Fir-rigward tal-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni eżaminathom abbażi tal-istatistika dwar l-esportazzjoni fl-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) fil-livell tal-kodiċi NM, jiġifieri 7303 00 30. Abbażi ta’ din l-istatistika, il-Kummissjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu peress li huwa bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Indjani tal-pajpijiet duttili, li jirrappreżenta 40 % tal-esportazzjonijiet totali tagħhom. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma 25 darba ogħla mill-esportazzjonijiet lejn it-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni tal-Indja, li huwa l-Qatar. Dan tal-aħħar jammonta biss għal 2 % tal-esportazzjonijiet totali Indjani. Fl-aħħar nett, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani lejn is-suq tal-Unjoni kienu kemxejn ogħla minn dawk lejn pajjiżi oħra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Konsegwentement, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi jkollhom inċentiv biex iżidu aktar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni.

3.2.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet fis-suq tal-Unjoni

(72)

Is-suq tal-pajpijiet duttili fl-Unjoni huwa importanti ([388 000 – 454 000] tunnellata, ara l-premessa (66)). L-applikanti jistennew li s-suq ikompli jikber fil-ħames snin li ġejjin (21).

(73)

Fl-RIP, il-prezz medju għal kull tunnellata fis-suq tal-Unjoni kien ta’ EUR [1 020 – 1 200]. Fl-istess perjodu, il-prezz fis-suq domestiku Indjan kien ta’ EUR 595 għal kull tunnellata (mill-fabbrika). Għalhekk, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu madwar darbtejn ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(74)

Għalhekk, f’termini tad-daqs u tal-prezzijiet, is-suq tal-Unjoni baqa’ suq attraenti għall-produtturi Indjani. Dan huwa appoġġat ukoll mill-fatt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sehem mis-suq tal-produttur esportatur Indjan baqa’ importanti (ara t-Tabella 2) u li, kif spjegat fil-premessa (71) hawn fuq, is-suq tal-Unjoni kien jikkostitwixxi 40 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Indja tal-prodott ikkonċernat.

3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(75)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-esportazzjonijiet Indjani komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

(76)

Il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku li d-dumping x’aktarx ikompli f’każ li l-miżuri jiskadu. Il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet appoġġat il-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Indjani u l-kapaċità ta’ riżerva jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jiskadu. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mill-Indja lejn l-Unjoni.

(77)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(78)

Fl-Unjoni, ħames kumpaniji jipproduċu l-prodott konċernat. Tlieta minn dawn il-kumpaniji huma parti mill-istess grupp. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mit-talba, ma hemm l-ebda produttur ieħor fl-Unjoni li jipproduċi l-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Għalhekk, huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(79)

Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet primarjament idderivata mill-istess grupp ta’ produtturi, kif imsemmi fil-premessa (14), iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu huma mogħtija f’firxiet jew f’indiċi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(80)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ġiet stabbilita għal madwar [372 000 – 436 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal data makro pprovduta mill-applikant u d-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul l-investigazzjoni.

4.2.   konsum tal-Unjoni

(81)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, il-produzzjoni ristretta abbażi tad-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u stimi għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni pprovduti mill-applikant, flimkien mat-total tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha lejn l-Unjoni kif irrapportat mill-Eurostat (il-bażi tad-data Comext).

(82)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (f’1 000 tunnellata)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Konsum Totali tal-Unjoni

[376 - 440 ]

[389 - 455 ]

[420 - 492 ]

[388 - 454 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

103

111

103

Suq kaptiv

[15 - 17 ]

[13 - 16 ]

[10 - 12 ]

[2 - 3 ]

Indiċi

100

91

68

18

Suq ħieles

[361 - 423 ]

[375 - 439 ]

[410 - 479 ]

[385 - 450 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

103

113

106

Sors: Comext tal-Eurostat.

(83)

Il-konsum tal-Unjoni varja matul il-perjodu kunsidrat. B’mod ġenerali, huwa żdied bi ftit bi 3 % fl-2018, żdied bi 8 % fl-2019 u naqas bi 8 % fl-2020. B’riżultat ta’ dan, il-konsum żdied bi 3 % matul il-perjodu kunsidrat.

(84)

L-użu ta’ pajpijiet tal-ħadid duttili huwa min-natura tiegħu marbut mal-investiment fl-infrastruttura fir-rigward tat-trattament tal-ilma, il-kumpaniji tal-provvista tal-ilma u tat-trattament tal-ilma, kemm jekk pubbliċi kif ukoll privati, jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tad-domanda għall-pajpijiet tal-ħadid duttili fl-Unjoni. Il-pajpijiet duttili jintużaw l-aktar fi proġetti infrastrutturali kbar. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni ma wrietx impatt kbir minħabba l-pandemija tal-COVID-19 peress li t-titjib tan-networks tal-ilma għandu prijorità kostanti għall-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni tirrifletti l-evoluzzjoni tal-investiment fl-infrastruttura.

(85)

L-industrija tal-Unjoni rrapportat użu kaptiv tal-prodott ikkonċernat, li fl-2017 kien jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-konsum totali tal-Unjoni, u naqas matul il-perjodu kunsidrat, biex ġie jirrappreżenta inqas minn 1 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-użu kaptiv ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-analiżi tad-dannu.

4.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(86)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat (il-bażi tad-data Comext). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-konsum tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (81).

(87)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum tal-importazzjoni (f’1 000 tunnellata) u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet mill-Indja

[45 - 52 ]

[38 - 45 ]

[64 - 75 ]

[44 - 52 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

86

143

98

Sehem mis-suq (f’%)

11 /15

9 /13

14 /18

10 /14

Indiċi (2017 = 100)

100

83

128

95

Sors: Comext tal-Eurostat.

(88)

Matul il-perjodu kunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni Indjani varjaw b’mod sinifikanti: fl-2018, l-importazzjonijiet naqsu b’14 %, fl-2019 żdiedu bi 68 %, u fl-aħħar nett, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami naqsu b’31 %.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

(89)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Comext tal-Eurostat.

(90)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

L-Indja

553

562

586

585

Indiċi (2017 = 100)

100

101

105

105

Sors: Comext tal-Eurostat.

(91)

Fl-2017-2018, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu pjuttost stabbli. Mill-2019 ’l hawn, il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b’5 % u baqgħu stabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.3.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(92)

Kif imsemmi fil-premessa (53), produttur Indjan wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni. Dan il-produttur iddikjara kwantità negliġibbli esportata lejn l-Unjoni, li kienet tikkorrispondi għal inqas minn 1 % tal-volumi totali tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Indja lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dan il-volum ta’ esportazzjoni ma kienx rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u ddeċidiet li tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz abbażi tal-fatti disponibbli.

(93)

Il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjoni CIF Indjani, aġġustati għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, mal-prezz medju ponderat tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’madwar [30 - 45] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja

(94)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja u s-sehem mis-suq tagħhom kienu jammontaw rispettivament għal [8 700-20 200] tunnellata u [2-4] % tal-konsum tal-Unjoni. Matul il-perjodu kunsidrat, il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien f’livell komparabbli mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2017-2018, u madwar 25 % inqas għall-perjodu 2019-2020 (ara t-Tabella 8). Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied bi ftit, jiġifieri bi 2 %, l-oriġini tal-pajpijiet duttili importati ma kinitx stabbli matul il-perjodu kunsidrat. Pereżempju, fl-2017, l-importazzjonijiet prinċipali minn pajjiżi terzi ġew miċ-Ċina, mir-Russja u mill-Iżvizzera, filwaqt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-importaturi prinċipali kienu t-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda.

(95)

Il-volum aggregat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-tubi u l-pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn

Pajjiż

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

[2 900 – 3 400 ]

[1 400 – 1 700 ]

[3 900 – 4 600 ]

[200 - 400 ]

Indiċi

100

50

133

10

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 2 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

48

119

9

Prezz medju (EUR/tunnellata)

701

933

738

833

Indiċi (2017 = 100)

100

133

105

118

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

[2 000 – 2 500 ]

[1 400 – 1 600 ]

[2 900 – 3 600 ]

[1 200 – 1 600 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

67

147

63

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

65

132

61

Prezz medju (EUR/tunnellata)

568

697

735

698

Indiċi (2017 = 100)

100

122

129

122

L-Iżvizzera

Volum (tunnellati)

[3 400 – 4 400 ]

[1 800 – 2 200 ]

[1 600 – 2 000 ]

[800 – 1 000 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

52

47

23

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

51

42

23

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 604

1 656

1 714

1 817

Indiċi (2017 = 100)

100

103

106

113

It-Turkija

Volum (tunnellati)

[10 - 20 ]

[10 - 20 ]

[3 100 - 3 650 ]

[4 200 – 5 000 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

115

25 750

35 070

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[1 - 2 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

111

23 065

34 035

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 136

1 750

838

1 007

Indiċi (2017 = 100)

100

153

73

88

L-Emirati Għarab Magħquda

Volum (tunnellati)

[460 - 590 ]

[3 700 – 4 400 ]

[4 800 – 5 600 ]

[6 400 – 7 600 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

766

988

1 322

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[1 - 2 ]

[1 - 2 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

741

884

1 282

Prezz medju (EUR/tunnellata)

712

786

722

705

Indiċi (2017 = 100)

100

110

101

99

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

[10 -20 ]

[150 - 200 ]

[10 -50 ]

[150 - 300 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

994

200

1 457

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

962

179

1 414

Prezz medju

508

1 422

1 980

897

Indiċi (2017 = 100)

100

279

389

176

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr l-Indja

Volum (tunnellati)

[8 700 – 11 200 ]

[8 800 – 10 500 ]

[16 000 – 19 600 ]

[13 500 – 15 800 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

94

180

145

Sehem mis-suq (f’%)

[1 - 3 ]

[1 - 3 ]

[3 - 5 ]

[3 - 5 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

91

161

141

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 033

1 004

856

879

Indiċi (2017 = 100)

100

97

82

85

Sors: il-bażi tad-data Comext tal-Eurostat.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(96)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kunsidrat.

(97)

Kif imsemmi fil-premessa (13), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(98)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, inkluża fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(99)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(100)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(101)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-produzzjoni (1 000 tunnellata)

[408 - 478 ]

[452 - 530 ]

[436 - 510 ]

[372 - 436 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

110

106

91

Kapaċità tal-produzzjoni (f’1 000 tunnellata)

[824 - 965 ]

[824 - 965 ]

[824 - 965 ]

[743 - 870 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

100

100

90

Użu tal-kapaċità (f’%)

[47 - 51 ]

[52 - 56 ]

[50 - 54 ]

[48 - 51 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

110

106

101

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(102)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’9 % matul il-perjodu kunsidrat wara żieda ta’ 10 % fl-2018.

(103)

Il-kapaċità tal-produzzjoni segwiet xejra simili billi naqset b’10 % matul il-perjodu kunsidrat.

(104)

L-użu tal-kapaċità baqa’ stabbli hekk kif it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni segwa t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni.

(105)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-importazzjonijiet mill-Indja ma setgħux kienu raġuni biex l-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha iżda pjuttost it-tnaqqis fid-domanda meta mqabbla mal-2019.

(106)

Id-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha saret qabel il-kriżi tal-COVID-19 u għalhekk id-deċiżjoni ma kellha l-ebda rabta mat-tnaqqis fil-konsum bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(107)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (f’1 000 tunnellata)

[321 - 376 ]

[341 - 399 ]

[338 - 396 ]

[329 - 386 ]

Indiċi

100

106

105

102

Sehem mis-suq (f’%)

[82 - 88 ]

[84 - 90 ]

[77 - 83 ]

[81 - 87 ]

Indiċi

100

102

94

99

Bejgħ fis-suq kaptiv (f’1 000 tunnellata)

[15 - 17 ]

[13 - 16 ]

[10 - 12 ]

[2 - 3 ]

Indiċi

100

91

68

18

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq kaptiv (f’%)

[3 - 4 ]

[3 - 4 ]

[2 - 3 ]

[0 - 1 ]

Indiċi

100

88

61

18

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(108)

Il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kunsidrat u s-sehem mis-suq ma segwewx iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni, għajr għall-2019. B’mod partikolari, fl-2019 l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx miż-żieda fil-konsum, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(109)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli f’madwar 85 %, u żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mas-snin preċedenti. Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni kien ukoll konsistentement ogħla mis-sena 2017. Il-volum fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami seta’ kien ogħla mingħajr l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19. Il-parti qieset li l-konklużjoni tal-Kummissjoni ma kinitx tirrifletti s-sitwazzjoni fattwali.

(110)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx minn sehem mis-suq għoli. Kif spjegat fil-premessa (133), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed jagħmlu telf matul il-perjodu kollu kunsidrat, minħabba l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Indjani (ara l-premessa (151)). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (108), is-sehem mis-suq tal-Unjoni ma segwiex iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mill-Indja, il-bejgħ tal-Unjoni ma bbenefikax miż-żieda fil-konsum fl-2019. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.2.3.   Tkabbir

(111)

Matul il-perjodu kunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 3 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 2 %. Konsegwentement, minkejja ż-żieda fil-konsum, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi ftit matul il-perjodu kunsidrat.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(112)

Matul il-perjodu kunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Għadd ta’ impjegati

[1 820 – 2 540 ]

[1 820 – 2 540 ]

[1 810 – 2 530 ]

[1 700 – 2 390 ]

Indiċi

100

100

99

93

Produttività (tunnellata/impjegat)

[162 - 226 ]

[179 - 250 ]

[173 - 242 ]

[157 - 220 ]

Indiċi

100

110

107

97

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(113)

L-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni involuti fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat baqa’ stabbli matul il-perjodu bejn l-2017u l-2018 u naqas b’madwar 6 % matul il-perjodu bejn l-2019 u l-2020.

(114)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, żdiedet b’10 % matul il-perjodu bejn l-2017 u l-2018 u naqset bi 13 % matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020. Dan jista’ jiġi spjegat bħala l-effett ikkombinat ta’:

Waqfa tal-produzzjoni fis-sit tal-produzzjoni ta’ produttur prinċipali partikolari tal-Unjoni, li wasslet għal produzzjoni aktar baxxa minn Diċembru 2019 sa Frar 2020, u;

Inqas produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni matul it-tieni trimestru tal-2020, b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 li ma ġietx imqabbla mal-għadd ta’ impjegati li ngħataw is-sensja.

4.4.2.5.   Kobor tad-dumping u rkupru minn dumping tal-imgħoddi

(115)

Kif spjegat fil-premessa (92), kien hemm kooperazzjoni limitata mill-produtturi esportaturi mill-Indja.

(116)

L-indikaturi tad-dannu juru li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ mill-2016, li rriżultaw f’xi mitigazzjoni u fi prestazzjoni mtejba inizjalment, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni baqgħet dannuża. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru mid-dumping tal-passat.

(117)

Id-dumping kien ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(118)

Il-prezzijiet mhux ġusti kontinwi mill-esportaturi mill-Indja għamluha impossibbli wkoll li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki tal-passat ta’ dumping.

(119)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li ma hemm l-ebda żieda assoluta fil-volum tal-importazzjonijiet Indjani u dawn l-importazzjonijiet kellhom biss sehem mis-suq ta’ madwar 15 %. Barra minn hekk, il-parti interessata indikat li l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet wara l-impożizzjoni tal-miżuri inizjali u naqset minn hemm ’il quddiem. Għalhekk, l-importazzjonijiet Indjani ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(120)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti interessata ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha li l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet wara l-impożizzjoni tal-miżuri inizjali. Kif imsemmi fil-premessa (133), il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu kollu kunsidrat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li affettwaw il-prezzijiet

(121)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ unitarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost unitarju

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

[950 – 1 110 ]

[960 – 1 130 ]

[1 020 – 1 190 ]

[1 020 - 1 200 ]

Indiċi

100

101

107

107

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

[1 000 - 1 100 ]

[900 - 1 100 ]

[1 000 - 1 100 ]

[1 000 - 1 200 ]

Indiċi

100

97

101

105

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(122)

Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kunsidrat, li jirrifletti ż-żieda tal-kost unitarju tal-produzzjoni (5 %).

(123)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li t-tnaqqis allegat fil-prezzijiet totali tal-produzzjoni wera li l-importazzjonijiet ma humiex qed jikkawżaw l-ebda soppressjoni jew depressjoni tal-prezzijiet.

(124)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti interessata ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha kif il-prezzijiet totali tal-produzzjoni, li waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’madwar 40 %, matul il-perjodu kunsidrat ma kkawżaw l-ebda soppressjoni jew depressjoni tal-prezzijiet lill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(125)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

[56 000 – 66 000 ]

[57 000 – 66 000 ]

[57 000 – 67 000 ]

[53 000 – 62 000 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

100

101

94

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(126)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu stabbli sal-2019 u naqsu b’6 % matul il-perjodu kunsidrat. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat naqsu hekk kif l-Istat Franċiż iffinanzja l-qgħad minħabba l-għeluq tal-COVID-19.

(127)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited innotat li ma hemm l-ebda dannu għall-industrija tal-Unjoni taħt dan il-parametru.

(128)

Il-Kummissjoni fakkret li kif spjegat fil-premessa (126) hawn fuq, it-tnaqqis fil-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kien dovut għal finanzjament straordinarju riċevut mill-Istat Franċiż fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.3.   Inventarji

(129)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Stokks tal-għeluq (f’1 000 tunnellata)

[87 - 102 ]

[77 - 90 ]

[84 - 98 ]

[68 - 79 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

88

95

77

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni f’%)

[20 - 25 ]

[15 - 17 ]

[18 - 20 ]

[18 - 20 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

79

89

85

(130)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqa’ stabbli fir-rigward tal-produzzjoni.

(131)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-inventarju naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, u dan juri li l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq it-tnaqqis tal-produzzjoni tagħha. Il-parti interessata sostniet li l-inventarju kellu jiżdied minflok, kieku ġie affettwat mill-importazzjonijiet mill-Indja.

(132)

Kif jidher fil-premessa (102), it-tnaqqis fl-inventarju osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami mill-parti kien akkumpanjat mit-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda korrelazzjoni bejn it-tnaqqis fl-inventarju osservat prinċipalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u l-importazzjonijiet mill-Indja, peress li l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indja ġie osservat mhux biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami iżda matul il-perjodu kollu kunsidrat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.4.   Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(133)

Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (f’% tal-bejgħ)

[-5 - -9 ]

[-1 - -5 ]

[-1 - -5 ]

[-3 - -7 ]

Indiċi (2017 = 100)

- 100

-33

-36

-69

Fluss ta’ flus (miljun EUR)

[-31 - -37 ]

[-46 - -54 ]

[-73 - -85 ]

[-43 - -51 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

- 145

- 231

- 138

Investimenti (miljun EUR)

[20 - 24 ]

[30 - 36 ]

[33 - 39 ]

[15 - 18 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

149

161

73

Redditu fuq l-investimenti (f’%)

[-6 - -8 ]

[-7 --9 ]

[-10 - -12 ]

[-5 - -7 ]

Indiċi (2017 = 100)

- 100

- 131

- 194

- 106

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(134)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu kunsidrat, u nbidlet minn madwar -5/-9 % fl-2017 għal -3/-7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(135)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppata baqgħet negattiva matul il-perjodu kollu kunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2018.

(136)

L-investimenti (iffokati prinċipalment fuq l-aġġornamenti tat-tagħmir tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kwalità, il-produttività u l-flessibbiltà fil-proċess tal-produzzjoni) żdiedu matul il-perjodu bejn l-2017 u l-2019 u naqsu għall-inqas livell tagħhom fl-2020.

(137)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Huwa żviluppa xejra simili bħall-profittabbiltà, naqas drastikament fl-2019 u mbagħad tjieb marġinalment fl-2020. Huwa baqa’ negattiv u mar għall-agħar bi 53 % matul il-perjodu kunsidrat.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(138)

Minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet Indjani tal-pajpijiet duttili baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq stabbli bejn [9 % u 18 %] matul il-perjodu kunsidrat. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sehem mis-suq kien bejn [10-14] %. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet urew xejra ta’ tnaqqis u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni bi [30-45] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji.

(139)

L-iżvilupp tal-indikaturi makroekonomiċi, b’mod partikolari l-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività, urew xejriet stabbli jew li qed jonqsu kemxejn. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u laħaq livell simili bħal tal-2017. Iż-żieda fis-sehem mis-suq fl-2018, minkejja l-volum tal-bejgħ relattivament stabbli hija dovuta għat-tnaqqis fil-konsum matul l-istess perjodu. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm fil-biċċa l-kbira l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, dan kien għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn kif spjegat fil-premessa li ġejja.

(140)

Minkejja li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kunsidrat, li kien ogħla miż-żieda b’5 % tal-kost tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni xorta ma rnexxilhiex tikseb marġnijiet ta’ profitt sostenibbli. Minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri l-kost medju tal-produzzjoni u għalhekk, kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu kunsidrat (bl-eċċezzjoni tal-2018 fejn kienet viċin ta’ ekwilibriju). B’hekk, l-importazzjonijiet Indjani eżerċitaw ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fuq il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Indikaturi finanzjarji oħra (fluss ta’ flus, redditu fuq l-investiment) segwew xejra simili għall-profittabbiltà, u wrew valuri negattivi jew baxxi matul il-perjodu kunsidrat. L-investimenti, għalkemm urew xi żieda fl-2017 u fl-2018, kienu f’livelli ġeneralment baxxi wkoll.

(141)

Minħabba dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali.

(142)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li t-tnaqqis fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kien dovut għal fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping.

(143)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti ma ppreżentatx elementi ġodda li jistgħu jreġġgħu l-konklużjoni tagħha. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(144)

Tata Metaliks Limited sostniet ukoll li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u l-livell ta’ telf irrapportat mill-industrija tal-Unjoni, u għalhekk ma kien hemm l-ebda rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet u l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(145)

Kif imsemmi fil-premessa (93), il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-parti ma ressqet l-ebda evidenza li turi li fatturi oħra kellhom impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(146)

Barra minn hekk, Tata Metaliks Limited sostniet li ma setgħetx teżamina l-korrelazzjoni bejn it-twaqqigħ tal-prezz u l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni peress li l-Kummissjoni ma żvelatx il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu kkunsidrat.

(147)

Il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz ġiet ipprovduta lill-parti. Fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sejbiet fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz ġew stabbiliti fil-premessi (92) u (93) hawn fuq. Għas-snin 2017, 2018 u 2019, il-premessa (91) ipprovdiet il-prezzijiet ta’ unità għall-importazzjonijiet mill-Indja u l-premessa (121) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati. Għalhekk, il-parti kellha l-informazzjoni kollha, li abbażi tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(148)

Fl-aħħar nett, il-parti sostniet li l-volumi tal-importazzjoni naqsu bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-parti kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda effett ta’ volum.

(149)

Il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet mill-Indja fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami marru lura għal-livelli tal-2017. Barra minn hekk, l-impatt ewlieni tal-importazzjonijiet mill-Indja nstab fil-livell tal-prezzijiet baxxi, li rriżulta fi pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

5.   KAWŻALITÀ

(150)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma:

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(151)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(152)

L-importazzjonijiet Indjani ta’ pajpijiet duttili baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu kollu kunsidrat u b’livelli baxxi ta’ prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Minħabba l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Indjani, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi lill-klijenti tagħha ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom li wasslet għal telf matul il-perjodu kollu kunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li qed jiġu investigati jikkawżaw dannu materjali.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

(153)

Il-volumi importati minn pajjiżi terzi oħra kienu jirrappreżentaw biss bejn [2- 4] % tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Kif jidher fit-tabella 4, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezz medju tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi kien 50 % ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-Indja.

(154)

Kif indikat fil-premessa (40), parti waħda sostniet li l-kwistjonijiet ġenerali dwar il-kompetittività jenħtieġ li jiġġustifikaw sejba ta’ waqfien jew ta’ nuqqas ta’ rikorrenza ta’ dannu. Il-parti elenkat diversi fatturi, bħat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ta’ pajpijiet duttili li naqas mill-kriżi tal-euro li rriżulta fi tnaqqis fl-infiq pubbliku, diffikultajiet biex jiġi attirat il-persunal, iż-żamma tal-pożizzjoni dominanti, il-pressjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi orħos fuq il-proċess ta’ offerti għall-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-parti sostniet li l-pajpijiet tal-plastik huma l-ewwel kompetitur tal-industrija tal-Unjoni peress li jiswew inqas u b’hekk jattiraw parti sinifikanti mis-sejħiet għall-offerti pubbliċi.

(155)

Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-parti, il-konsum tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdiedu, filwaqt li l-impjiegi baqgħu stabbli matul il-perjodu kunsidrat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-pajpijiet tal-plastik kisbu ishma mis-suq kontra l-pajpijiet duttili matul il-perjodu kunsidrat. Ta’ min jinnota li l-pajpijiet tal-plastik ma humiex f’kompetizzjoni mal-pajpijiet b’dijametri kbar. Konsegwentement, dawn il-fatturi ma kkontribwewx għad-dannu li nstab. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi saru bi prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Indjani, u f’volumi ferm aktar baxxi. Fl-aħħar nett, il-parti naqset milli tispeċifika kif il-pożizzjoni dominanti, jekk kien hemm, setgħet ikkawżat dannu. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(156)

Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volumi tal-esportazzjonijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 12

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-esportazzjonijiet (f’1 000 tunnellata)

[119 - 140 ]

[147 - 172 ]

[102 - 119 ]

[66 - 77 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

122

85

55

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[760 - 890 ]

[750 - 880 ]

[840 - 980 ]

[890 - 1 040 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

99

110

117

Sors: l-applikant għall-volum u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju għall-valuri.

(157)

Matul il-perjodu kunsidrat, il-volumi niżlu bin-nofs. Għalkemm il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet żdiedu bi 17 %, dan ma kienx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu kunsidrat kif jidher fit-Tabella 8 hawn fuq. Għalhekk, l-esportazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja u d-dannu li nstab.

(158)

Ġew eżaminati wkoll fatturi oħrajn possibbli, bħall-kriżi tal-COVID-19, iżda l-ebda wieħed minnhom ma seta’ jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(159)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-2020. Il-parti ddikjarat li l-lockdowns inizjali imposti għall-miżuri tas-saħħa pubblika wasslu biex ħafna proġetti ta’ kostruzzjoni jieqfu.

(160)

Kif deskritt hawn fuq, is-suq tal-Unjoni għall-pajpijiet duttili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ma kienx affettwat b’mod sinifikanti mil-lockdowns minħabba l-kriżi tal-COVID-19. Il-konsum totali tal-Unjoni ta’ dik is-sena kien simili għas-sena 2018. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(161)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li fatturi oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar b’mod partikolari fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, fl-użu tal-kapaċità, fil-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, fis-sehem mis-suq, fil-produttività, fil-profittabilità u fir-redditu fuq l-investimenti.

6.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DANNU F’KAŻ LI L-MIŻURI JITĦASSRU

(162)

Il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa (141), li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(163)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet Indjani; l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mill-Indja fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu.

6.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(164)

Kif diġà deskritt fil-premessi (66) sa (71), il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fl-Indja kienet tirrappreżenta madwar 500 000 tunnellata fis-sena, li jaqbeż il-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien jammonta għal [388 000 sa 454 000] tunnellata. Barra minn hekk, il-produtturi Indjani ppjanaw li jinvestu f’kapaċità tal-produzzjoni ġdida. B’hekk, għas-snin li ġejjin se jkun hemm eċċess tal-provvista fuq id-domanda fis-suq Indjan. Konsegwentement, dan se jirrappreżenta inċentiv ulterjuri tal-produtturi Indjani biex jiffokaw aktar u aktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(165)

Il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli u futura tal-produtturi esportaturi Indjani tista’ tintuża biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat biex jiġi esportat lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(166)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ riżerva allegata fl-Indja se tintuża neċessarjament għall-produzzjoni ta’ pajpijiet duttili u se tiġi esportata b’riżultat ta’ aktar provvista milli domanda fl-Indja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma eżaminatx l-attraenza ta’ swieq oħra tal-esportazzjoni u ma analizzat l-ebda data tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ wara r-rieżami. Fl-aħħar nett, il-parti sostniet li kwalunkwe determinazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u dannu għandha tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva (22). Għalhekk, il-parti kkonkludiet li l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ma kinitx korretta.

(167)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti kkonfermat l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fl-Indja. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (66) sa (70) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità ta’ riżerva inkwistjoni speċifikament għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, kif spjegat fl-istess premessi, il-Kummissjoni stabbiliet li fit-tul, id-domanda fis-suq Indjan se tonqos filwaqt li l-parti nnifisha rrikonoxxiet li kellha pjanijiet biex tespandi l-bejgħ tagħha lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fit-Taqsima 6.2 ta’ hawn taħt, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus attraenti għall-produtturi Indjani, u għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fl-Indja jintużaw biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, tal-inqas parzjalment. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(168)

Fir-rigward tal-evidenza pożittiva meħtieġa skont il-ġuriżprudenza msemmija, il-Kummissjoni qieset li hija kienet konformi mar-rekwiżiti kollha tal-ġuriżprudenza eżistenti u l-valutazzjoni u l-konklużjoni tagħha tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u dannu kienu bbażati fuq evidenza pożittiva, miġbura matul l-investigazzjoni. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(169)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk tkompli taggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

6.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(170)

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. Kif imsemmi fil-premessa (71), huwa bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Indjani tal-pajpijiet duttili, li jirrappreżenta 40 % tal-esportazzjonijiet totali tagħhom. L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma 25 darba ogħla mill-esportazzjonijiet lejn it-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni tagħha, li huwa l-Qatar, li jirrappreżenta 2 % tal-esportazzjonijiet Indjani tal-pajpijiet duttili. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani lejn is-suq tal-Unjoni kienu ftit ogħla minn dawk lejn pajjiżi oħra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li għamlu s-suq tal-Unjoni ftit aktar profittabbli minn swieq oħra.

(171)

Minkejja l-miżuri eżistenti, il-produtturi esportaturi Indjani biegħu lill-Unjoni volum sostanzjali ta’ pajpijiet duttili matul il-perjodu kunsidrat u xorta kellhom sehem mis-suq konsiderevoli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (qrib l-[10- 14] %). Dawn inbiegħu bi prezz li, anki bl-inklużjoni ta’ dazji anti-dumping, waqqa’ b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(172)

Għalhekk, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus attraenti għall-produtturi Indjani, u jista’ jiġi konkluż li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fl-Indja jintużaw biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, tal-inqas parzjalment. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani kien f’livelli għoljin [17–19] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri qabel l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping.

6.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dannu

(173)

Fuq din il-bażi, u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni dannuża tal-passat u dik attwali tal-industrija tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja bi prezzijiet dannużi, li twassal għal telf saħansitra ogħla għall-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, dan x’aktarx iwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja bi prezzijiet dannużi u li aktarx id-dannu materjali jkompli.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(174)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-interessi tal-ordni pubbliku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kif inkorporat fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) (“id-Direttiva dwar l-Ekodisinn”) u r-Regolamenti speċifiċi għall-prodott tagħha. F’konformità mat-tielet sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, ingħatat kunsiderazzjoni speċjali għall-ħtieġa li l-industrija tiġi protetta mill-effetti negattivi ta’ dumping dannuż.

(175)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(176)

L-industrija tal-Unjoni tinsab fi tliet Stati Membri (Franza, il-Ġermanja u Spanja), u timpjega direttament madwar 2 200 impjegat fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(177)

Il-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma waqqfux l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(178)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż f’każ li l-miżuri jiskadu. L-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(179)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-industrija tal-Unjoni kienet protetta għal aktar minn sitt snin filwaqt li kellha sehem mis-suq ta’ 85 %. Għalhekk, ma huwiex probabbli li l-industrija tal-Unjoni tiġi affettwata f’każ li l-miżuri eżistenti jitħassru. F’każ li l-Unjoni tiġi affettwata, tista’ titlob lill-Kummissjoni tibda investigazzjoni ġdida.

(180)

Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni magħmula mill-parti interessata, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni għadha qed iġġarrab dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja, abbażi tal-analiżi tal-indikaturi rilevanti kollha tad-dannu, inkluż l-iżvilupp tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu x’aktarx li jkompli u jiddeterjora f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(181)

B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra l-Indja hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi, ta’ negozjanti u ta’ utenti mhux relatati

(182)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

(183)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment li jindika li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u l-utenti, li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(184)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(185)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-kontinwazzjoni tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili mill-Indja.

(186)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited argumentat li kontinwazzjoni tal-miżuri jenħtieġ li titqies bħala eċċezzjoni u mhux in-norma. Din irreferiet b’mod partikolari għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku anti-dumping, li jiddikjara li miżura anti-dumping għandha tibqa’ fis-seħħ biss sakemm tkun meħtieġa u għandha tiskadi ħames snin mill-impożizzjoni tagħha. Peress li d-dazji ġew estiżi sakemm isir dan ir-rieżami, hija argumentat li sa meta dan ir-rieżami x’aktarx li jiġi konkluż, id-dazji diġà se jkunu ilhom fis-seħħ għal aktar minn seba’ snin. Għal din ir-raġuni, din talbet lill-Kummissjoni ttemm l-investigazzjoni.

(187)

Il-Kummissjoni fakkret li f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku “Miżura anti-dumping definittiva għandha tiskadi ħames snin mill-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni tal-iktar reviżjoni riċenti li tkun kopriet kemm id-dumping kif ukoll id-dannu, sakemm ma jiġix determinat f’reviżjoni li l-iskadenza probabbilment twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu”. Id-deċiżjoni li jitkomplew il-miżuri hija bbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-fatti kollha li nstabu matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri la kienet awtomatika u lanqas ma kienet tikkostitwixxi “norma”. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li l-miżuri jenħtieġ li jintemmu.

(188)

Sabiex jiġu minimizzati kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(189)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(190)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(191)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja u li huwa manifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(192)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited talbet lill-Kummissjoni biex tassenjalha marġni tad-dumping individwali. Alternattivament, hija qieset li l-Kummissjoni jenħtieġ li tal-anqas tikkunsidra li testendi r-rati anti-dumping individwali assenjati lill-produtturi kooperattivi l-oħra tal-prodott ikkonċernat mill-Indja fl-investigazzjoni oriġinali lilha, fid-dawl tal-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza.

(193)

Il-Kummissjoni fakkret li l-objettiv ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku huwa biss li jiġi ddeterminat jekk il-miżuri eżistenti għadhomx meħtieġa. Dan it-tip ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ma jippermettix l-istabbiliment ta’ rati tad-dazju individwali għall-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali. Rata tad-dazju anti-dumping individwali tista’ tiġi ddeterminata biss wara investigazzjonijiet ta’ rieżami skont l-Artikolu 11(3) jew 11(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(194)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (24). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla tal-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(195)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), meta jkollu jiġi rrimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jrid jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(196)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili mingħajr kisi minn ġewwa u minn barra (“pajpijiet mikxufin”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex ex 7303 00 10 (kodiċi TARIC 7303001010) u ex ex 7303 00 90 (kodiċi TARIC 7303009010) u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jindal Saw Limited

3  %

C054

Electrosteel Castings Ltd

0  %

C055

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,1  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fl-Indja. Jien niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs il-Kummissjoni Ewropea, T-301/16, ECLI:EU:T:2019:234 u T-300/16, ECLI:EU:T:2019:235.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/526 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16 (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/527 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-301/16 (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 14).

(7)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 210, 24.6.2020, p. 29).

(8)  Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 19).

(9)  Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 8).

(10)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?ref=ong&id=2521&sta=1&en=20&page=1&c_order=date&c_order_dir=Down.

(11)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(12)  ĠU C 210, 24.6.2020, p. 29.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1), il-premessi (442) u (460-471).

(14)  Mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014.

(15)  Iċ-ċifri fl-investigazzjoni oriġinali ntwerew f’firxiet jew f’indiċijiet minħabba l-kunfidenzjalità.

(16)  Il-kwantitajiet esportati rrappreżentati fl-RIP inqas minn [< 1 %] f’termini ta’ fatturat tal-prodott ikkonċernat.

(17)  https://www.tatametaliks.com/tata-metalik-ir-20-21/focus-on-downstream.html#:~:text = Tata%20Metaliks%20had%20foreseen%20the,in%20H1 %20FY%202022 %2D23.

(18)  L-intenzjoni li jsir investiment fiż-żieda fil-kapaċità saret pubblika mill-produtturi ewlenin tal-prodott ikkonċernat fl-Indja bħal Vedanda.

(19)  Talba għal rieżami, l-Anness 17.

(20)  Talba għal rieżami, l-Anness 17.

(21)  Talba għal rieżami, it-Taqsima 5.1.6.

(22)  L-Istati Uniti – Sunset reviews of Anti-dumping Measures on Oil Country Tubular Goods From Argentina (WT/DS/268/AB/R).

(23)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-Ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10. Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn hija implimentata permezz ta’ Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li japplikaw direttament fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn ikopri r-rekwiżiti l-ġodda dwar l-Ekodisinn fir-rigward ta’ transformers tal-potenza żgħar, medji u kbar. Il-Grad 1 tar-Regolament dwar l-Ekodisinn daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, u l-Grad 2 fl-1 ta’ Lulju 2021. Ir-rekwiżiti tal-Grad 2 huma aktar stretti minn dawk tal-Grad 1. Għalkemm l-effetti sħaħ għadhom ma jistgħux jiġu vvalutati fuq perjodu ta’ żmien daqshekk qasir mid-dħul fis-seħħ tal-Grad 2, huwa ġeneralment mifhum li dawn ir-rekwiżiti tal-Grad 2 se jeħtieġu t-tipi tal-ogħla kwalità ta’ GOES għad-disinn u l-manifattura tat-transformers b’mod kosteffiċjenti u fi ħdan il-limitazzjonijiet tal-ispazju meħtieġa.

(24)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(25)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/927

tal-15 ta’ Ġunju 2022

li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/387 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju kompensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Id-dazju kompensatorju impost varja minn 8,7 % għal Jindal Saw Limited għal 9 % għal Electrosteel Castings Ltd u “l-kumpaniji l-oħra kollha”.

(3)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 (3), il-Kummissjoni imponiet ukoll dazju anti-dumping definittiv fuq l-istess prodott. Id-dazju anti-dumping impost varja minn 0 % għal Electrosteel Castings Ltd għal 14,1 % għal Jindal Saw Limited u “l-kumpaniji l-oħra kollha”.

(4)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16 u T-301/16 (4), il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżbalji li nstabu mill-Qorti Ġenerali meta ġie kkalkolat id-dazju anti-dumping u kompensatorju għal Jindal Saw Limited. Permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/526 (5) u (UE) 2020/527 (6), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping u kompensatorju definittiv ġdid għal Jindal Saw Limited, bir-rati ta’ 3 % u 6 % rispettivament.

(5)

Id-dazji kompensatorji attwalment fis-seħħ huma ta’ 6 % għal Jindal Saw Limited u 9 % għal Electrosteel Castings Ltd u “l-kumpaniji l-oħra kollha”. Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ huma b’rati li jvarjaw bejn 0 % għal Electrosteel Castings Ltd, 3 % għal Jindal u 14,1 % għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (7), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(7)

It-talba għal rieżami ta’ skadenza ġiet ippreżentata fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Saint-Gobain PAM, Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH u Saint-Gobain PAM España S.A. (“l-applikanti”), f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ sussidjar u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Indja (“GOI”) qabel il-bidu tal-proċediment li kienet irċeviet talba għal rieżami dokumentata kif xieraq. Il-Kummissjoni stiednet lill-Indja għal konsultazzjonijiet bl-għan li s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tat-talba għal rieżami tiġi ċċarata u biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GOI aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet li saru sussegwentement fl-10 ta’ Marzu 2021. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(9)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fis-17 ta’ Marzu 2021, bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(10)

Fl-istess data, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott (10).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu ta’ analiżi

(11)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu ta’ analiżi”).

1.5.   Partijiet interessati

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fl-Indja u lill-awtoritajiet tal-Indja, lill-importaturi, l-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet meqjusa bħala kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u stednithom jieħdu sehem.

(13)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta’ smigħ.

(a)    Kampjunar

(14)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(15)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Dawn il-produtturi tal-Unjoni huma parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, jiġifieri bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Il-kampjun definittiv tal-produtturi tal-Unjoni kien jirrappreżenta [70-85] % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u [70-85] % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili, u dan żgura wkoll firxa ġeografika tajba.

(16)

F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun provviżorju għalhekk ġie kkonfermat u tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Madankollu, peress li l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu, il-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar ta’ produtturi fl-Indja

(18)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fl-Indja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Gvern tal-Indja biex jidentifika u/jew jikkuntattja lil produtturi oħrajn, f’każ li kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Billi tliet produtturi biss ipprovdew tweġiba għall-kampjunar fil-limitu ta’ żmien previst, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(b)    Kwestjonarji

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-GOI, lill-grupp tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lit-tliet produtturi esportaturi li kienu pprovdew tweġiba għall-kampjunar. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (11) fil-jum tal-bidu.

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni, mill-GOI u minn wieħed biss mill-produtturi fl-Indja, Tata Metaliks Limited (“TML”). Għalkemm ippreżentaw it-tweġibiet għall-kampjunar, iż-żewġ produtturi l-oħra fl-Indja sussegwentement ma ppreżentawx tweġiba għall-kwestjonarju u, għalhekk, ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(c)    Verifika

(22)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment stabbiliti minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-produttur esportatur u fil-bini tal-GOI. Minflok, il-Kummissjoni kkontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjonijiet tagħha f’konformità mal-Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (12). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-produttur esportatur li ġej:

Tata Metaliks Limited

(23)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-investigazzjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin u ta’ entità tal-bejgħ relatata fl-Italja:

Saint-Gobain PAM, Pont-à-Mousson, Franza

Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH, Saarbrücken, il-Ġermanja

Saint-Gobain PAM Italia S.p.A., Milan, l-Italja

(d)    Proċedura sussegwenti

(24)

Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(25)

Tata Metaliks Limited biss ippreżentat kummenti sal-iskadenza. Il-kummenti li għamlet Tata Metaliks Limited ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Barra minn hekk, il-GOI ppreżenta kummenti, iżda dawn ġew ippreżentati aktar minn għaxart ijiem wara li l-iskadenza għall-kummenti kienet skadiet.

(26)

Sabiex titlesta l-investigazzjoni sal-iskadenzi obbligatorji, il-punt 7 tan-Notifika ta’ Bidu jistipula li l-Kummissjoni mhux se taċċetta preżentazzjonijiet mill-partijiet interessati wara l-iskadenza biex jiġu pprovduti kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx tqis il-kummenti tal-GOI. Madankollu, din innotat li l-preżentazzjoni tagħha ma ressqet l-ebda element ġdid li l-Kummissjoni ma kinitx qieset matul l-investigazzjoni. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(27)

Utent wieħed, jiġifieri Hydro Mat Benelux, u produttur esportatur wieħed, jiġifieri Tata Metaliks Limited, ippreżentaw kummenti dwar il-bidu.

(28)

Il-Kummissjoni nnotat li Tata Metaliks Limited ippreżentat il-kummenti tagħha dwar il-bidu fis-17 ta’ Frar 2022, aktar minn disa’ xhur wara l-iskadenza ta’ 37 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu kif definit fil-punt 5.2 tan-Notifika ta’ Bidu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx din il-preżentazzjoni.

(29)

Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li ppreżentat kummenti dwar il-bidu, Hydro Mat Benelux ma kkooperatx bis-sħiħ fl-investigazzjoni. B’mod partikolari, il-kumpanija ma mlietx il-kwestjonarju stabbilit għall-utenti li seta’ jintuża għall-kontroverifika ta’ xi wħud mid-dikjarazzjonijiet elenkati hawn taħt, jiġifieri, pereżempju, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi jew id-dokumenti relatati mal-akkwist pubbliku.

(30)

L-ewwel nett, Hydro Mat Benelux sostniet li l-proċediment jenħtieġ li jintemm peress li t-talba ma ġietx ippreżentata fi żmien tliet xhur qabel id-data tal-iskadenza, imsemmija fin-Notifika ta’ skadenza imminenti. (13)

(31)

Il-Kummissjoni ċċarat li d-data ta’ preżentazzjoni msemmija fin-Notifika ta’ Bidu ma kinitx tikkorrispondi mad-data li fiha ġiet ippreżentata t-talba. Kif jidher fil-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami, disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali mis-17 ta’ Marzu 2021, u li hija aċċessibbli mill-partijiet interessati kollha, it-talba ġiet ippreżentata kif xieraq fit-18 ta’ Diċembru 2020, li huwa fil-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(32)

It-tieni, Hydro Mat Benelux sostniet li hemm użu eċċessiv ta’ kunfidenzjalità fit-talba. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni indiċizzat l-indikaturi kollha li jikkonċernaw il-prestazzjoni ekonomika tagħha. Il-parti rreferiet għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 fejn il-Kummissjoni żvelat id-data mikroekonomika ta’ produttur uniku tal-Unjoni. (14)

(33)

Il-Kummissjoni nnotat li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1336 il-mikroindikaturi kollha (il-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ, il-kost unitarju tal-produzzjoni, il-kostijiet lavorattivi, l-istokks tal-għeluq, il-profittabbiltà, eċċ.), ġew ipprovduti f’firxiet jew f’indiċijiet.

(34)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni tat-talba għal rieżami ta’ skadenza li tpoġġiet fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data mmarkata bħala kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu kummenti sinifikanti u jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment.

(35)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollu effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(36)

It-tielet, Hydro Mat Benelux sostniet li l-ewwel nofs tal-2020 ma kienx jirrifletti ċirkostanzi ekonomiċi normali u qieset li dak il-perjodu ma kienx rappreżentattiv biex issir valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-konsegwenzi tal-iskadenza tal-miżuri li qed jiġu diskussi. Hydro Mat Benelux sostniet li l-prestazzjoni negattiva tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel nofs tal-2020 kienet ikkawżata mill-impatti ekonomiċi negattivi minħabba l-COVID-19 u miż-żieda fil-kost tal-materja prima fis-swieq dinjija li ma setgħetx tiġi mgħoddija lill-konsumaturi downstream. Barra minn hekk, din sostniet li għall-perjodu bejn l-2017 u l-2019 l-indikaturi prinċipali ma wrewx vulnerabbiltà iżda pjuttost industrija tal-Unjoni b’saħħitha, b’mod partikolari meta ġew analizzati l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-inventarji, l-investimenti, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà.

(37)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jirrikjedi li t-talba għal rieżami ta’ skadenza għandu jkun fiha raġunijiet biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu. F’dan il-każ, l-analiżi speċifika tad-dannu fit-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza li tindika penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-Unjoni mill-importazzjonijiet Indjani magħmula bi prezzijiet li sostanzjalment iwaqqgħu l-prezz u li jwasslu għal bejgħ taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li t-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza biżżejjed ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu u ċaħdet l-affermazzjoni.

(38)

Ir-raba’, Hydro Mat Benelux analizzat il-perjodu bejn l-2017 u l-2020 u argumentat li d-data disponibbli dwar l-importazzjonijiet ma tappoġġax l-affermazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. Barra minn hekk, Hydro Mat Benelux sostniet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ikkalkolati mill-applikant ma kinux affidabbli peress li l-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu jirriflettu l-prezz tat-trasferiment bejn il-partijiet relatati, jiġifieri l-produtturi Indjani u s-sussidjarji relatati tagħhom. Fl-aħħar nett, Hydro Mat Benelux sostniet li l-produtturi Indjani żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom sabiex ilaħħqu mas-suq domestiku Indjan li qed jikber u li l-produtturi esportaturi prinċipali Indjani ma ppjanawx li jestendu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom.

(39)

Il-Kummissjoni qieset li l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma ċaħdet il-konklużjoni li kien hemm evidenza biżżejjed għall-bidu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami antisussidji. Tabilħaqq, it-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza biżżejjed li l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-applikanti pprovdew mhux biss kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni, iżda wkoll fil-livell tal-konsenja fil-bini tal-klijenti li juru twaqqigħ tal-prezz ta’ mhux inqas minn 14,9 %. L-analiżi tad-dannu speċifika tat-talba għal rieżami ta’ skadenza wriet żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-Unjoni (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) mill-importazzjonijiet mill-Indja magħmula bi prezzijiet li waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan jidher li kkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni, li jidher, pereżempju, minn tnaqqis fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq, u minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(40)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li ż-żieda fil-produzzjoni Indjana se tkun diretta biss lejn is-suq Indjan, Hydro Mat Benelux ma pprovdiet l-ebda evidenza. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(41)

Il-ħames, Hydro Mat Benelux sostniet li l-kwistjonijiet ġenerali dwar il-kompetittività jenħtieġ li ma jiġġustifikawx sejba ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu. Hydro Mat Benelux elenkat diversi entrati bħall-fatt li l-konsum tal-Unjoni naqas mill-kriżi taż-żona tal-euro bi tnaqqis fl-infiq pubbliku, u b’hekk kellu impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni tal-pajpijiet tal-plastik, id-diffikultà li jiġu attirati l-impjiegi, iż-żamma ta’ pożizzjoni dominanti, il-pressjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi orħos fuq il-proċess tas-sejħa għall-offerti.

(42)

Din l-affermazzjoni hija indirizzata hawn taħt fil-premessa (256).

(43)

Wara l-iżvelar, Tata Metaliks Limited ippreżentat li d-data fit-talba għal rieżami relatata mad-data u mal-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kopriet il-perjodu minn Lulju 2019 sa Ġunju 2020. Madankollu, in-Notifika ta’ Bidu ddefiniet il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020. Fil-fehma tal-kumpanija, l-applikanti kellhom jaġġornaw it-talba għal rieżami ta’ skadenza abbażi tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ddefinit fin-Notifika ta’ Bidu, u din id-data kellha tkun disponibbli għall-partijiet. Billi ma ċċirkolatx din it-talba aġġornata għal rieżami lill-partijiet, fil-fehma tal-kumpanija, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 12.1.2 u l-Artikolu 12.1.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (“il-Ftehim SCM”).

(44)

L-ewwel nett, hija l-prattika komuni tal-Kummissjoni li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aktar data riċenti disponibbli. Din id-data mhux neċessarjament tikkorrispondi mal-perjodu ddefinit fit-talba għal rieżami ta’ skadenza peress li setgħet ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta ġiet ippreżentata t-talba għal rieżami. Il-Ftehim SCM ma fih l-ebda dispożizzjoni li tirrikjedi li l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-istess perjodu kif iddefinit fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. It-tieni, il-partijiet kollha kellhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar is-sejbiet u l-evidenza li kienu relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ddefinit fin-Notifika ta’ Bidu matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kisret l-ebda dritt proċedurali jew il-Ftehim SCM u ċaħdet l-affermazzjoni.

(45)

Tata Metaliks Limited rreferiet ukoll għall-fatt li l-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti tagħha dwar il-bidu minħabba li dawn saru wara l-iskadenza prevista fin-Notifika ta’ Bidu (ara l-premessa (28). Fil-fehma tagħha, l-iskadenza tapplika biss wara l-wasla tad-data riveduta mill-applikanti li tkun relatata mal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, kif definit fin-Notifika ta’ Bidu. Tata Metaliks Limited argumentat ukoll li huwa “prinċipju stabbilit tal-ġustizzja naturali” u “pożizzjoni stabbilita tal-liġi fil-ġurisdizzjonijiet” kollha li l-preżentazzjonijiet rigward kwistjonijiet ta’ liġi jistgħu jitqajmu wara l-iskadenzi.

(46)

Kif spjegat fil-premessa (44), il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien relatat mal-aktar perjodu riċenti li għalih kienet disponibbli d-data, u dan il-perjodu mhux dejjem jikkorrispondi mal-valutazzjoni preliminari tat-talba għal rieżami. Barra minn hekk, l-iskadenza fin-Notifika ta’ Bidu kienet relatata b’mod espliċitu mad-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika, u mhux ma’ xi data oħra bħall-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni minn parti. L-iskadenza fin-Notifika ta’ Bidu ma tagħmilx distinzjoni bejn kwistjonijiet ta’ liġi u ta’ fatt, u tapplika bl-istess mod għat-tnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(47)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess wieħed bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) (“pajpijiet duttili”), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet mikxufin”), li joriġinaw mill-Indja, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 (kodiċi TARIC 7303001010) u ex 7303 00 90 (kodiċi TARIC 7303009010) (“il-prodott ikkonċernat”).

(48)

Il-pajpijiet duttili jintużaw għall-provvista tal-ilma tax-xorb, ir-rimi ta’ drenaġġ u t-tisqija ta’ art agrikola. It-trasport tal-ilma permezz ta’ pajpijiet duttili jista’ jsir permezz tal-pressa jew tal-gravità biss. Il-pajpijiet ivarjaw bejn 60 mm u 2 000 mm u huma twal 5,5, 6,7 jew 8 metri. Dawn normalment ikunu miksija minn ġewwa bis-siment jew materjali oħra u minn barra biż-żingu, biż-żebgħa, jew bit-tejp. L-utenti finali prinċipali huma l-kumpaniji tal-utilità pubblika.

2.2.   Prodott simili

(49)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(50)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ SUSSIDJAR

(51)

F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti għandhiex probabbiltà li twassal għal kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar.

3.1.   Evoluzzjoni tal-importazzjonijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri

(52)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (15), l-Indja esportat lejn l-Unjoni [80 000 – 100 000] tunnellata tal-prodott ikkonċernat (abbażi tal-EU27) (16). Bejn l-2016 u l-2018, wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi f’Marzu 2016, l-importazzjonijiet naqsu u varjaw bejn 38 000 u 55 000 tunnellata fis-sena. Fl-2019, l-importazzjonijiet mill-Indja reġgħu żdiedu għal [64 000 – 75 000] tunnellata.

(53)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat naqsu għal [44 000 – 52 000] tunnellata. Fl-2021, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu għal-livell tal-2019.

(54)

B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja baqgħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’livelli importanti u kienu jirrappreżentaw madwar [10 – 14] % tas-suq tal-Unjoni, meta mqabbla ma’ [15 - 20] % tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani rrappreżentati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

3.2.   Bażi għas-sejbiet

(55)

Kumpanija waħda biss, Tata Metaliks Limited, ikkooperat fl-investigazzjoni (ara t-Taqsima 1.5). Il-kumpanija bbenefikat mit-tliet skemi ta’ esportazzjoni kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, l-aktar għall-esportazzjoni tagħha lejn pajjiżi terzi. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-kumpanija biegħet il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku (17). Il-produtturi esportaturi Indjani li esportaw lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti ma kkooperawx. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tillimitax ruħha għall-użu tal-informazzjoni ppreżentata minn Tata Metaliks Limited biex tiddetermina l-livell ta’ sussidjar tal-produtturi esportaturi tal-pajpijiet duttili fl-Indja, u minflok tiddependi fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(56)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, għall-analiżi tagħha, il-Kummissjoni użat il-fatti kollha disponibbli għaliha, b’mod partikolari:

It-talba għal rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku;

Is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali;

L-informazzjoni pprovduta mill-GOI;

L-informazzjoni pprovduta minn Tata Metaliks Limited;

Sejbiet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/433 (18).

3.3.   Skemi ta’ sussidju eżaminati fl-investigazzjoni attwali

(57)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm kontinwazzjoni ta’ sussidjar billi analizzat jekk is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali komplewx jibbenefikaw lill-industrija Indjana ta’ pajpijiet u tubi duttili. Fil-każ ta’ skemi ta’ sussidju li ntemmew, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk dawn l-iskemi kinux ġew sostitwiti minn skemi oħra simili u jekk inħolqux skemi ġodda.

(58)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li, fid-dawl tas-sejbiet ta’ din it-Taqsima, li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar fir-rigward tas-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, ma kienx hemm ħtieġa li jiġu investigati s-sussidji l-oħra kollha li l-applikant allega li jeżistu. Ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi li hemm evidenza ta’ sussidjar kontinwat ’il fuq minn de minimis skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont eżatt ta’ sussidjar f’investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza.

(59)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkumpensat l-iskemi li ġejjin:

(1)

Dħul mitluf jew mhux miġbur tal-gvern li normalment kien ikun dovut:

Skemi ta’ Eżenzjonijiet mid-Dazju u ta’ Remissjoni

(a)

Skema ta’ Fokus fuq il-Prodott, sostitwita bi skema bl-isem ta’ “Skema għall-Esportazzjonijiet tal-Merkanzija mill-Indja” (“MEIS”) fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020;

(b)

Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (“EPCGS”);

(c)

Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazju (“DDS”)

(2)

Forniment ta’ oġġetti jew servizzi għal remunerazzjoni mhux adegwata

Forniment ta’ mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata

3.3.1.   Skema ta’ Fokus fuq il-Prodott (“FPS”) sostitwita mill-Iskema għall-Esportazzjonijiet tal-Merkanzija mill-Indja fl-2015-2020

3.3.1.1.   Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali

(60)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Iskema ta’ Fokus fuq il-Prodott, li kienet fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, kienet tipprevedi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din l-iskema kienet ibbażata fuq il-pjan tal-Politika tal-Kummerċ Barrani (“FTP”) għall-2009 sal-2014.

(61)

Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali għall-iskema FPS kienu jvarjaw minn 3,11 % sa 4,35 %.

(62)

Madankollu, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, l-iskema ntemmet u ġiet sostitwita minn skema ġdida bl-isem ta’ “Skema għall-Esportazzjonijiet tal-Merkanzija mill-Indja” (“MEIS”). Il-MEIS issostitwiet għadd ta’ skemi preeżistenti, inkluża l-FPS. Il-MEIS tipprevedi kundizzjonijiet simili għal dawk li l-FPS ikkumpensat fl-investigazzjoni inizjali. Għalhekk, fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet fir-rigward tal-FPS japplikaw ukoll għall-MEIS.

3.3.1.2.   Kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju

(63)

L-iskema MEIS baqgħet fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. L-eżistenza tal-iskema ġiet ikkonfermata wkoll mill-GOI fit-tweġiba għall-kwestjonarju kif ukoll mill-produtturi esportaturi li kkooperaw bħal Tata Metaliks Limited li wkoll ibbenefikat mill-iskema.

(a)    Bażi ġuridika

(64)

Il-MEIS hija bbażata fuq l-Att tal-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI sabiex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti FTP, li normalment jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b’mod regolari.

(65)

Il-MEIS hija deskritta fil-pjan ta’ ħames snin tal-Politika tal-Kummerċ Barrani għall-2015-20 (“FTP 2015-2020”). Il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 2015-2020 huma spjegati f’aktar dettall f’“Handbook of Procedures, 2015-2020” (“HOP 2015-2020”).

(66)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-MEIS tinsab fil-kapitolu 3 tal-FTP 2015-2020 u fil-kapitolu 3 tal-HOP 2015-2020.

(b)    Eliġibbiltà

(67)

Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)    Implimentazzjoni prattika

(68)

Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi, li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fokus”) u l-Grupp C (“Swieq Oħra”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta’ prodotti b’rati ta’ ppremjar korrispondenti huma elenkati fl-Appendiċi 3B tal-HOP aġġornat.

(69)

Il-benefiċċju jieħu l-forma ta’ kreditu ta’ dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. Ir-rata tal-MEIS fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet tammonta għal 3 %.

(70)

Skont il-paragrafu 3.06 tal-FTP 2015-20, ċerti tipi ta’ esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, eż., l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti importati jew ta’ oġġetti trażbordati, l-esportazzjonijiet meqjusin, l-esportazzjonijiet ta’ servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

(71)

Il-krediti tad-dazju skont il-MEIS jistgħu jiġu ttrasferiti liberament u huma validi għal perjodu ta’ 18-il xahar mid-data tal-ħruġ filwaqt li ċ-ċertifikati tal-krediti tad-dazju li nħarġu fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara din id-data għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ skont il-paragrafu 3.13 tal-HOP 2015-2020 aġġornat.

(72)

Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ inputs jew ta’ oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta’ dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta’ inputs jew ta’ oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta’ servizzi. Iċ-ċertifikati jistgħu jinbiegħu wkoll fis-suq.

(73)

Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni online għat-talba tal-benefiċċji skont il-MEIS. Id-dokumentazzjoni rilevanti (poloz ta’ kargu, ċertifikat ta’ realizzazzjoni bankarja u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni online. L-Awtorità Reġjonali rilevanti tal-GOI toħroġ il-kreditu tad-dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-Awtorità Reġjonali ma għandha l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazji.

(d)    Kontribuzzjoni finanzjarja u benefiċċju

(74)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stabbiliet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni skont din l-iskema. Attwalment, il-GOI joħroġ kreditu ta’ dazju, li jitniżżel fil-kotba mill-produttur esportatur bħala dejn pendenti li jista’ jiġi kkumpensat mill-produttur esportatur fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza ta’ kargu tal-esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa xieraq li l-benefiċċju skont il-MEIS jiġi vvalutat bħala s-somma tal-ammonti miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru skont din l-iskema matul il-PI.

(e)    Speċifiċità

(75)

Barra dan, il-MEIS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(f)    Konklużjoni dwar il-MEIS

(76)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-MEIS ipprovdiet sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu ta’ dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi l-kreditu eventwalment jintuża sabiex jikkumpensa d-dazji fuq l-importazzjoni mħallsin fuq l-oġġetti kapitali, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta’ dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, li ma huwiex soġġett għal ħlas ta’ dawk id-dazji fuq l-importazzjoni. Għal kumpanija, li tbigħ ċertifikati tal-MEIS fis-suq, l-iskema tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja diretta.

(77)

Il-Kummissjoni nnotat li l-MEIS skadiet wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, fl-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, sa tmiem l-2021, il-kumpaniji xorta setgħu japplikaw għal ċertifikati tal-MEIS għat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li saru fl-2020. Barra minn hekk, il-kumpaniji xorta jistgħu jużaw iċ-ċertifikati tal-MEIS miksuba fl-2021 sabiex jibbilanċjaw id-dazji tal-importazzjoni dovuti, sal-15 ta’ Settembru 2023. B’hekk, il-benefiċċji skont din l-iskema ġew riċevuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u se jkomplu anke wara l-impożizzjoni tal-miżuri.

(78)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li f’Awwissu 2021, il-GOI ppubblika linji gwida ta’ skema ġdida bl-isem ta’ Skema ta’ Remissjoni tad-Dazji u tat-Taxxi fuq Prodotti Esportati (“RoDTEP”), li tissostitwixxi l-MEIS. L-iskema RoDTEP tissemma bħala mekkaniżmu għar-rimborż ta’ taxxi/dazji/imposti, fil-livell ċentrali, statali u lokali, li bħalissa ma humiex qed jiġu rimborżati taħt l-ebda mekkaniżmu ieħor, iżda li huma mġarrba fil-proċess tal-manifattura u tad-distribuzzjoni tal-prodotti esportati (19). Il-GOI ħabbar rati ta’ rimborż għas-setturi differenti. Dawn ir-rati huma soġġetti għal reviżjoni fi kwalunkwe mument. Għalkemm fiż-żmien tal-investigazzjoni r-rati għall-industrija tal-ħadid u għall-prodott ikkonċernat ma ġewx imħabbra, is-settur talab li jiġi inkluż fl-iskema, kif huwa kkonfermat ukoll mill-produttur li kkoopera, Tata Metaliks Limited, u rata għall-industrija kienet għadha qed tiġi diskussa. (20)

3.3.1.3.   Konklużjoni

(79)

Minħabba li s-sitwazzjoni legali ma nbidlitx b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni qieset li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-MEIS kompliet tkun ta’ benefiċċju għall-industrija tal-pajpijiet duttili. Il-Kummissjoni għamlet l-istess sejbiet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/433.

(80)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat il-livell preċiż ta’ sussidjar ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni rrikorriet għall-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Ir-rata ta’ sussidju fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali fir-rigward tal-FPS ikkumpensat fl-investigazzjoni oriġinali u sostitwita mill-MEIS (li nstab li tagħti benefiċċji simili) varjat bejn 3,11 % u 4,35 % (ara l-premessa (61).

(81)

Peress li r-rata tal-MEIS ammontat għal 3 % FOB meta mqabbla ma’ 5 % FOB skont l-FPS fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, il-benefiċċju riċevut mill-industrija tal-pajpijiet duttili skont il-MEIS fl-RIP naqas kif xieraq. Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/433, il-benefiċċji li nstabu għall-produtturi tal-azzar inossidabbli llaminat fil-kiesaħ kienu 1,87 % u 1,92 % għar-rata tal-MEIS ta’ 2 %. Il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċji għall-produtturi tal-pajpijiet duttili skont il-MEIS għalhekk jammontaw għal ftit inqas minn 3 % u għalhekk, ma jkunux negliġibbli.

(82)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited ippreżentat li l-MEIS ipprevediet ir-rimborż ta’ (a) taxxi indiretti marbuta mal-produzzjoni u mad-distribuzzjoni tal-prodotti esportati, u (b) taxxi indiretti kumulattivi fuq l-inputs ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Din argumentat li skont il-Ftehim SCM, ir-rifużjoni ta’ dawn il-kategoriji ta’ taxxi ma hijiex kompensatorja. Din sostniet ukoll li anki jekk jinstab li l-MEIS kienet kompensatorja, dan il-programm ġie tterminat fil-31 ta’ Diċembru 2020.

(83)

Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. Kif huwa spjegat fil-premessi (60)- (81), il-kumpaniji fl-Indja jiġu rimborżati perċentwal fiss tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet fl-għamla ta’ ċertifikat fuq id-dazju. Il-kundizzjonijiet tal-iskema ma jimponux li l-valur taċ-ċertifikat tad-dazju jrid jikkorrispondi għall-ammont ta’ taxxi li l-kumpaniji ħallsu, lanqas ma dawk l-ammonti jiġu vverifikati. Fir-rigward tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju, kif imsemmi fil-premessa (77), il-kumpaniji xorta jistgħu jużaw, sal-15 ta’ Settembru 2023, iċ-ċertifikat tal-MEIS miksub fl-2021 biex jibbilanċjaw id-dazji fuq l-importazzjoni dovuti. Għalhekk, il-benefiċċji taħt din l-iskema se jkomplu ferm lil hinn mill-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(84)

Tata Metaliks Limited sostniet ukoll li l-RoDTEP ma pprovdietx benefiċċji fiż-żmien tal-preżentazzjoni tagħha (fil-31 ta’ Marzu 2022), u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra l-fatt li l-benefiċċju kien qed jiġi diskuss bħala s-sussidjar probabbli (futur) tal-prodott ikkonċernat.

(85)

Fir-rigward tal-iskema RoDTEP, il-Kummissjoni nnotat li matul il-kontroverifika mill-bogħod, Tata Metaliks Limited innifisha kkunsidrat li għandha tiġi nnegozjata rata ġdida għall-industrija tal-pajpijiet duttili. Il-fatt li r-rata ma ġietx deċiża fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha ma qajjimx dubju dwar il-probabbiltà kbira li r-rata l-ġdida kienet se tiġi stabbilita u s-sussidjar taħt din l-iskema l-ġdida kien se jkompli wara l-2023. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.3.2.   Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali

3.3.2.1.   Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali

(86)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-iskema msemmija Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (“EPCGS”) ipprovdiet sussidju kumpensabbli, u kienet tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI. Din l-iskema kienet għadha applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(a)    Bażi ġuridika

(87)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-FTP 2015-2020 u fil-kapitolu 5 tal-HOP 2015-2020.

(b)    Eliġibbiltà

(88)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)    Implimentazzjoni prattika

(89)

Bil-kundizzjoni ta’ obbligu għall-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda jew użati li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata tad-dazju mnaqqsa. Gћal dan l-gћan, il-GOI joћroġ liċenzja tal-EPCGS wara li ssir applikazzjoni u titħallas miżata. L-iskema tipprevedi rata tad-dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati skont din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP ta’ bejn l-2015 u l-2020 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b’rata tad-dazju ta’ 0 % skont l-EPCGS. L-obbligu għall-esportazzjoni, li jammonta għal sitt darbiet id-dazju ffrankat, irid jiġi ssodisfat fi ħdan perjodu massimu ta’ sitt snin.

(90)

Id-detentur ta’ liċenzja tal-EPCGS jista’ jġib ukoll l-oġġetti kapitali lokalment. F’dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ oġġetti kapitali jista’ japprofitta huwa stess mill-benefiċċju ta’ importazzjoni mingħajr dazju tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ tali oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jiddikjara l-benefiċċju ta’ esportazzjoni preżunta fir-rigward tal-provvista ta’ oġġetti kapitali lil detentur tal-liċenzja tal-EPCGS.

(d)    Konklużjoni dwar l-EPCGS

(91)

L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul tal-GOI mid-dazju, li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(92)

Barra minn dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi tali liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa speċifika u kompensatorja skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

(93)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji b’sostituzzjoni permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali ma humiex koperti mill-ambitu ta’ tali sistemi permissibbli, kif stabbilit fil-punt (I) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(94)

Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie kkalkolat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli, f’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu, li jirrifletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ikkalkolat b’dan il-mod, li huwa attribwibbli għall-PI, ġie aġġustat biż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur taż-żmien globali tal-flus. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan. F’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrbin mill-kumpaniji sabiex jiksbu s-sussidju tnaqqsu mill-ammont totali tas-sussidju fejn ġie affermat.

(95)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni xieraq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali bħala d-denominatur xieraq minħabbba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(96)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat bejn 0,03 % u 0,38 %.

3.3.2.2.   Kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju

(97)

Fit-talba għal rieżami u fl-annessi korrispondenti, l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi tal-pajpijiet duttili fl-Indja komplew jibbenefikaw mill-iskema. L-eżistenza tal-iskema ġiet ikkonfermata wkoll mill-GOI fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li Tata Metaliks Limited użat l-iskema biex timporta oġġetti kapitali użati fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Il-benefiċċju tal-iskema jista’ jiġi allokat għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(98)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm raġunijiet biżżejjed li juru li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-produtturi esportaturi komplew jibbenefikaw mis-sussidji skont l-iskema EPCGS.

(99)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat il-livell preċiż ta’ sussidjar ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni rrikorriet għall-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat bejn 0,03 % u 0,38 % (ara l-premessa (96)).

(100)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell ta’ sussidjar mogħti minn din l-iskema fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ma kienx negliġibbli, u fi kwalunkwe każ ma huwiex taħt il-livelli li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali.

(101)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited argumentat li l-iskema EPCGS kienet tikkostitwixxi sussidju permissibbli peress li kienet tipprevedi l-eżenzjoni tat-taxxi tal-prodotti esportati meta kienu destinati għall-konsum domestiku, u għalhekk ma setgħetx tiġi kkumpensata.

(102)

Kif huwa mfakkar fil-premessa (93), l-oġġetti kapitali ma humiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fil-punt (I) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.3.3.   Skema ta’ Restituzzjoni tad-Dazji

3.3.3.1.   Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali

(103)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat bbenefikaw minn Skema ta’ Restituzzjoni tad-Dazji li tipprovdi rimborż ta’ ċertu perċentwal ta’ valur FOB tal-esportazzjonijiet (“ir-rata tad-DDS”). Ir-rata tad-DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kienet ta’ 1,9 % tal-valur FOB. L-iskema tad-DDS kienet għadha applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(a)    Bażi ġuridika

(104)

Il-bażi ġuridika applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kienet ir-Regoli dwar ir-Restituzzjoni tad-Dazji Doganali u tas-Sisa Ċentrali tal-1995 (“ir-Regoli tad-DDS tal-1995”), kif emendati fl-2006 u mbagħad issostitwiti mir-Regoli dwar ir-Restituzzjoni tad-Dazji Doganali u tas-Sisa Ċentrali tal-2017 (“ir-Regoli tal-2017”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2017. Il-metodu ta’ kalkolu ta’ din l-iskema ta’ restituzzjoni tad-dazji huwa deskritt taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regoli tad-DDS tal-1995. L-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regoli tad-DDS imsemmija jirregola d-Dikjarazzjoni li l-produtturi esportaturi jeħtieġ li jippreżentaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. Dawn ir-Regoli baqgħu identiċi fir-Regoli tad-DDS tal-2017 u jikkorrispondu mal-Artikolu 3(2) u mal-Artikolu 13(1)(a)(ii) rispettivament.

(105)

Barra minn hekk, iċ-Ċirkolari Nru 24/2001 fiha struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati l-Artikolu 3(2) u d-Dikjarazzjoni li l-esportaturi jeħtieġ li jipproduċu skont ir-Regola 12(1)(a)(ii).

(106)

L-Artikolu 4 tar-Regoli tad-DDS tal-1995 jistipula li l-Gvern Ċentrali jista’ jirrevedi l-ammont jew ir-rati iddeterminati skont l-Artikolu 3. Il-GOI għamel għadd ta’ modifiki, bl-aħħar dawk li rrevedew ir-rati li huma n-Notifika Nru 95/2018 – CUSTOMS u n-Notifika Nru 07/2020 – CUSTOMS.

(107)

Ir-rata tad-DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kienet ta’ 1,9 % tal-valur FOB.

(b)    Eliġibbiltà

(108)

Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)    Implimentazzjoni prattika

(109)

Skont din l-iskema, kwalunkwe kumpanija attiva fl-esportazzjoni ta’ prodotti eliġibbli hija intitolata li tirċievi ammont li jikkorrispondi għal perċentwal tal-valur FOB iddikjarat tal-prodott esportat. L-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Restituzzjoni tad-Dazji Doganali u tas-Sisa Ċentrali jispeċifika kif għandu jiġi kkalkulat l-ammont tas-sussidju. L-ammont li jista’ jiġi rimborżat huwa bbażat fuq valuri medji tal-industrija kollha ta’ dazji doganali rilevanti mħallsa fuq materja prima importata u proporzjon ta’ konsum medju tal-industrija miġbur minn dak li l-GOI jqis bħala manifatturi rappreżentattivi tal-prodotti eliġibbli għall-esportazzjoni (l-hekk imsejħa “Rata tal-Industrija Kollha” jew “AIR”). Imbagħad, il-GOI jesprimi l-ammont li għandu jiġi rimborżat bħala perċentwal tal-valur medju ta’ esportazzjoni ta’ prodotti esportati eliġibbli.

(110)

Il-GOI juża dan il-perċentwal sabiex jikkalkula l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji li l-esportaturi eliġibbli kollha huma intitolati li jirċievu. Ir-rata għal din l-iskema hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta’ prodott bi prodott.

(111)

Skont il-GOI, ir-restituzzjoni tad-dazji tista’ tiġi ddeterminata wkoll abbażi tal-inċidenza reali tad-dazju, fil-każ ta’ prodotti, li ma humiex eliġibbli għall-“AIR”, jew fil-każ ta’ kumpaniji, li jsibu li l-“AIR” tagħti lura inqas minn 80 % tal-inċidenza reali tad-dazju/taxxa.

(112)

Sabiex tkun eliġibbli biex tibbenifika minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server doganali, jiġi indikat li l-esportazzjoni tkun qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS jiġi ffissat b’mod irrevokabbli. Wara l-konsenja u wara li l-kumpanija tkun ippreżentat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni u l-uffiċċju doganali jkun qabbel b’mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data tal-polza ta’ kargu, il-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati sabiex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta’ restituzzjoni jew b’pagament dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew b’ċekk.

(113)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta’ realizzazzjoni tar-rikavati mill-esportazzjoni permezz ta’ Dokumentazzjoni Bankarja li Tikkonferma l-Esportazzjoni (“BRC”). Dan id-dokument jista’ jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta’ restituzzjoni. Il-GOI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien skadenza partikolari.

(114)

L-ammont tar-restituzzjoni jista’ jintuża għal kwalunkwe skop u, f’konformità mal-istandards Indjani tal-kontabbiltà, l-ammont jista’ jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu għall-esportazzjoni.

(d)    Konklużjoni dwar id-DDS

(115)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li d-DDS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(I) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta’ restituzzjoni tad-dazji huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI minħabba li jieħu l-forma ta’ trasferiment dirett tal-fondi mill-GOI. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, peress li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(116)

Ir-rata tar-restituzzjoni tad-dazji għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi skont il-prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ restituzzjoni tad-dazji, l-iskema ma għandhiex il-karatteristiċi kollha ta’ sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew ta’ sistema ta’ restituzzjoni b’sostituzzjoni permessibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-iskema lanqas ma tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-entrata (I) tal-Anness I, fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas fi flus kontanti lill-esportatur ma huwiex neċessarjament marbut ma’ ħlasijiet attwali ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u ma huwiex kreditu ta’ dazju sabiex jikkumpensa għad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ materja prima fil-passat jew fil-futur. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ sabiex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u b’liema ammonti. Barra minn hekk, il-GOI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(117)

Il-pagament mill-GOI wara l-esportazzjonijiet li jkun sar minn esportaturi huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u, għalhekk, din l-iskema hija meqjusa bħala speċifika u kompensatorja skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(118)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Konklużjoni kkonkludiet li d-DDS hija kompensatorja.

(e)    Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(119)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidji kumpensabbli f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur (li huwa l-ammont riċevut bħala restituzzjoni tad-dazji), li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni skont din l-iskema. F’dan il-mument, il-GOI jkun obbligat li jħallas l-ammont tar-restituzzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(I) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza ta’ kargu tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont tar-restituzzjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le.

(120)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi ewlenin, kif imsemmi fil-premessa (55), il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk fil-fatt iħallsux dazji tal-importazzjoni għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Li kieku din l-affermazzjoni saret u ġiet ikkonfermata, minkejja n-nuqqas ta’ sistema jew proċedura biex jiġi kkonfermat liema inputs jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati u b’liema ammonti, il-Kummissjoni kienet twettaq verifika tad-dazji doganali mħallsa għall-kalkolu tar-remissjoni żejda f’konformità mal-Anness II (5) tar-Regolament bażiku.

(121)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala s-somma tal-ammonti ta’ restituzzjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b’din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

(122)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti tas-sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(123)

Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali varjaw bejn 1,37 % u 1,66 %.

3.3.3.2.   Kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju

(124)

Fit-talba għal rieżami u fl-annessi korrispondenti, l-applikant ipprovda evidenza li l-industrija tal-pajpijiet duttili kompliet tibbenefika mid-DDS matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, il-GOI kkonferma l-kontinwazzjoni tad-DDS fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-produttur li kkoopera, Tata Metaliks Limited, ukoll ibbenefika mill-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-aktar għall-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi terzi.

(125)

Fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, kemm Tata Metaliks Limited kif ukoll il-GOI ddikjaraw li d-DDS ma kinitx sussidju kumpensabbli. Il-GOI argumenta wkoll li sabiex tikkostitwixxi sussidju, ir-restituzzjoni ta’ taxxi indiretti jew ta’ imposti fuq l-importazzjoni trid tkun ogħla mill-ammont ta’ tali taxxi jew imposti effettivament imposti fuq l-inputs li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Anke f’każijiet bħal dawn, ir-restituzzjoni żejda biss tista’ tkun ikkumpensata, fil-fehma tal-GOI. Biex jappoġġa l-affermazzjoni, il-GOI rrefera għar-Rapport tal-Bord, Unjoni Ewropea – Miżuri kumpensatorji dwar ċertu polietilentereftalat mill-Pakistan, WT/DS486/R.

(126)

Il-GOI sostna wkoll li l-eliġibbiltà fi ħdan l-iskema ma kinitx kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u lanqas limitata għal xi settur, industrija u/jew reġjun. Fil-fehma tiegħu, ir-restituzzjoni tinnewtralizza d-dazji Doganali u tas-Sisa Ċentrali mħallsa kkalkolati fuq il-kwantitajiet medji ta’ inputs rilevanti (importati u domestiċi), li huma osservati bħala normalment użati fil-manifattura tal-klassi ta’ oġġetti esportati. Il-mod differenti ta’ kif jinkisbu l-inputs mill-esportaturi individwali huwa kkunsidrat u bbilanċjat fil-medji. Għalhekk, il-GOI kkunsidra li d-DDS kienet rifużjoni tat-taxxa/tad-dazju u mhux sussidju.

(127)

Kif deskritt fil-premessi (115)-(118), fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni qieset li d-DDS ma kellhiex il-karatteristiċi kollha ta’ sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew ta’ sistema ta’ restituzzjoni b’sostituzzjoni permessibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tal-GOI, il-benefiċċji riċevuti mill-kumpaniji taħt id-DDS ma għandhom l-ebda rabta diretta mad-dazji dovuti fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima użata mill-kumpanija fil-prodotti esportati. Kumpanija esportatriċi tirċievi pagamenti fi flus, li jkunu marbutin biss bil-valur FOB tal-esportazzjonijiet tagħha. Il-kumpaniji ma huma meħtieġa jimportaw l-ebda materja prima.

(128)

Għalhekk, u peress li l-mekkaniżmu tal-iskema ma jipprevedix valutazzjoni skont il-kumpanija ta’ x’inhuma t-taxxi/l-imposti mħallsa għall-inputs tal-produzzjoni kkonsmati, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra l-ammont sħiħ tar-restituzzjoni tad-dazji skont id-DDS bħala sempliċi kumpens għad-dazji/imposti mħallsa mill-kumpaniji fuq il-materja prima kkonsmata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Fl-aħħar nett, fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi ewlenin, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika r-rabtiet speċifiċi tal-każ bejn il-benefiċċju skont id-DDS u d-dazji potenzjali mħallsa fuq l-importazzjoni tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(129)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, id-DDS kompliet tipprovdi benefiċċju għall-produtturi esportaturi tal-pajpijiet duttili fl-Indja. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ produttur esportatur b’volum rappreżentattiv ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpanija li fuqha jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Madankollu, biex tinstab il-kontinwazzjoni ta’ sussidjar li ntlaħqet fir-rieżami tal-iskadenza attwali, il-Kummissjoni ma qisitx li huwa neċessarju li jiġu kkalkolati dawn l-ammonti. Barra minn hekk, għalkemm mill-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali r-rata ta’ restituzzjoni tad-dazji għall-prodott ikkonċernat naqset bi ftit (minn 1,9 % għal 1,8 % u mbagħad għal 1,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami), ir-regoli tad-DDS baqgħu l-istess. Anki jekk it-tnaqqis (ta’ 16 %) tar-rata tad-DDS issarraf fi tnaqqis proporzjonali tal-livelli ta’ sussidjar meta mqabbel mal-livelli li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali (ta’ 1,37 % sa 1,66 %), il-Kummissjoni qieset li dan il-livell ta’ sussidjar skont l-iskema xorta kien mhux negliġibbli.

(130)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-iskema tad-DDS kompliet tipprovdi sussidji lill-produtturi tal-pajpijiet duttili.

(131)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited argumentat li hemm rabta adegwata bejn ir-rati ta’ restituzzjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materjali kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Din semmiet, b’mod partikolari, li sabiex jirċievu r-restituzzjoni tad-dazji, l-esportaturi jeħtiġilhom jippreżentaw il-polza ta’ kargu, filwaqt li jsemmu it-talba għal restituzzjoni tad-dazji applikabbli għall-prodott. Huwa biss wara verifika li d-Dwana Indjana tiġġenera polza ta’ kargu li ssemmi l-ammont ta’ restituzzjoni. Għalhekk, fil-fehma tagħha, ir-restituzzjoni tad-dazji ma kinitx tikkostitwixxi remissjoni żejda.

(132)

Kif diġà ġie spjegat fid-dettall fil-premessa (109), il-Kummissjoni qieset li t-talba għal restituzzjoni tad-dazji hija relatata ma’ perċentwal fiss ta’ ammont li għandu jiġi rimborżat. Din innotat li ammont bħal dan mhux neċessarjament jikkorrispondi ma’ ammont ta’ dazji li kumpanija tħallas għall-inputs ikkonsmati fil-produzzjoni. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-premessa (128), in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi għamilha impossibbli li jiġi vverifikat jekk fil-fatt iħallsux dazji tal-importazzjoni għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

3.3.4.   Forniment ta’ mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata

3.3.4.1.   Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali

(133)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni qieset li permezz ta’ sett ta’ miżuri, il-GOI inkariga lill-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid biex jipprovdu mineral tal-ħadid b’remunerazzjoni mhux adegwata. Dan il-forniment ta’ oġġetti kien jikkostitwixxi benefiċċju finanzjarju għar-riċeventi u nstab li kien speċifiku, u, b’hekk, huwa kompensatorju (21).

(134)

L-ewwel nett, minn Marzu 2007, il-GOI impona taxxi fuq l-esportazzjoni fuq il-mineral tal-ħadid, inizjalment b’rata ta’ 300 INR għal kull tunnellata (li jikkorrispondi għal perċentwal ta’ bejn 12 % u 15 %). F’Marzu 2011, ir-rata żdiedet għal 20 %, u f’Diċembru 2011 kompliet tiżdied għal 30 %. Din il-limitazzjoni tal-esportazzjonijiet permezz ta’ dazji fuq l-esportazzjoni kienet timmira lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-industriji downstream billi tipprovdi lill-industriji downstream domestiċi b’materja prima u b’inputs irħas.

(135)

It-tieni, f’Mejju 2008, il-Ministeru tal-Ferroviji introduċa “Politika Doppja dwar il-Merkanzija” (“DFP”), differenza fl-imposta tal-merkanzija bejn it-trasport tal-mineral tal-ħadid għall-konsum domestiku u dak għall-esportazzjoni. Billi l-merkanzija bil-ferrovija tirrappreżenta parti sinifikanti ħafna mill-kost totali tal-mineral tal-ħadid, id-differenza medja bejn it-trasportazzjoni tal-mineral tal-ħadid għall-konsum domestiku u dak għall-esportazzjoni kienet ta’ tliet darbiet.

(136)

Għalhekk, dawn iż-żewġ miżuri kellhom l-għan li jiskoraġġixxu l-esportazzjonijiet tal-mineral tal-ħadid, u b’hekk jikkostitwixxu sistema ta’ “restrizzjonijiet immirati fuq l-esportazzjoni”, li bażikament ġiet stabbilita fl-2007/2008 u kompliet tespandi f’Marzu u f’Diċembru 2011 biż-żidiet fir-rata tad-dazju fuq l-esportazzjoni fuq il-mineral tal-ħadid.

(137)

Sabiex tiddetermina jekk l-ewwel element ġiex issodisfat, jiġifieri jekk kienx hemm inkarigu jew direzzjoni lill-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid mill-GOI, il-Kummissjoni analizzat jekk l-appoġġ tal-GOI lill-industrija tal-pajpijiet duttili (b’mod partikolari permezz tad-distorsjonijiet fil-prezzijiet li nstabu fuq il-mineral tal-ħadid) kienx effettivament “objettiv” ta’ politika tal-gvern (għall-kuntrarju ta’ “effett sekondarju” biss tal-eżerċitar tas-setgħat regolatorji ġenerali). Il-Kummissjoni nnotat li għadd ta’ dokumenti appoġġaw il-konklużjoni tagħha li l-GOI fittex b’mod espliċitu l-appoġġ tal-industrija tal-pajpijiet duttili bħala objettiv ta’ politika. B’mod partikolari, ir-Rapport Dang tal-2005 kien fih b’mod espliċitu l-benefiċċju tal-produtturi Indjani tal-azzar bħala objettiv ta’ politika (“aċċess żgurat għall-provvisti indiġeni ta’ mineral tal-ħadid bi skont meta mqabbla mal-prezzijiet dinjija) kif ukoll l-indikazzjoni li dan il-vantaġġ kellu jinżamm u jiġi mħeġġeġ. Il-Kummissjoni osservat li, skont l-objettivi ta’ politika stabbiliti f’dak ir-Rapport, il-GOI ħa ċerti miżuri biex jappoġġa b’mod speċifiku l-industrija tiegħu tal-pajpijiet duttili.

(138)

Diversi dokumenti uffiċjali wrew ir-rabta bejn l-objettivi ta’ politika biex tiġi appoġġata l-industrija tal-pajpijiet duttili u l-miżuri relatati meħuda b’suċċess mill-GOI biex jintlaħqu dawk l-objettivi, b’mod partikolari, ir-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Industrija tal-Azzar għat-12-il pjan ta’ ħames snin, maħruġ f’Novembru 2011.

(139)

B’hekk il-Kummissjoni sabet li, bl-impożizzjoni ta’ tali limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet (b’mod partikolari permezz ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u l-politika doppja tal-merkanzija), il-GOI poġġa lill-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid Indjani f’sitwazzjoni ekonomikament irrazzjonali, li sfurzathom ibigħu l-prodotti tagħhom għal prezz aktar baxx minn dak li kienu jiksbu fin-nuqqas ta’ din il-politika. Fil-fatt, il-miżuri meħuda mill-GOI rrestrinġew il-libertà ta’ azzjoni tal-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid billi llimitaw fil-prattika d-deċiżjoni kummerċjali tagħhom dwar fejn ibigħu l-prodott tagħhom u b’liema prezz, u b’hekk wassluhom biex jipprovdu mineral tal-ħadid domestikament għal remunerazzjoni mhux adegwata.

(140)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-GOI “stenna” li l-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid ma jnaqqsux b’mod drastiku l-output domestiku (fid-dawl tal-miżuri restrittivi fuq l-esportazzjoni fis-seħħ) iżda li jżommu provvista stabbli ta’ mineral tal-ħadid domestiku. Tabilħaqq, il-Kummissjoni osservat li kien faċli li jiġi previst ex ante li l-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid ma kinux se jfixklu investimenti inizjali sinifikanti u kostijiet fissi għoljin billi jnaqqsu l-output tal-produzzjoni sempliċiment sabiex jevitaw il-provvista żejda u l-pressjoni sussegwenti ’l isfel fuq il-prezzijiet domestiċi skont il-miżuri tal-GOI. Fi kliem ieħor, meta applika l-limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet, il-GOI kien jaf kif il-produtturi tal-mineral tal-ħadid kienu se jwieġbu għall-miżuri u liema konsegwenzi kienu se jirriżultaw minnhom. Fid-dawl tal-operazzjonijiet kummerċjali u tal-istruttura tal-kostijiet tagħhom, filwaqt li dawn il-produtturi jistgħu jbaxxu l-produzzjoni domestika tagħhom xi ftit biex jirrispondu għal-limitazzjoni tal-esportazzjonijiet, huma ma kinux se jwaqqfuha jew jadattawha għal livell baxx ħafna u, tabilħaqq, id-data wriet dawk l-effetti maħsuba. Fil-perjodu bejn 2012 u l-2013, il-bejgħ f’esportazzjonijiet naqas b’aktar minn 60 % meta mqabbel mal-2011 sal-2012, u kompla jonqos b’mod sinifikanti, sakemm laħaq tnaqqis ta’ 84 % fl-2014 sal-2015, meta mqabbel mal-2011 sal-2012. Fl-istess ħin, il-produzzjoni naqset biss b’24 % bejn l-2011 u l-2012 u bejn l-2014 u l-2015. F’dan is-sens, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi tal-input ġew inkarigati jew ordnati mill-gvern biex jipprovdu oġġetti lill-utenti domestiċi tal-mineral tal-ħadid, jiġifieri l-manifatturi tal-azzar, inklużi l-produtturi tal-pajpijiet duttili, għal remunerazzjoni mhux adegwata. Il-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid ingħataw ir-responsabbiltà li joħolqu suq domestiku artifiċjali, kompartimentalizzat u bi prezz baxx fl-Indja u, f’dan ir-rigward, huma aġixxew bħala indikaturi biex il-GOI iwettaq il-politika tiegħu li jipprovdi mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata lill-industrija tal-pajpijiet duttili.

(141)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza li turi li l-GOI nnifsu rrikonoxxa s-suċċess tal-politika mmirata tiegħu ta’ limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet, li turi li r-riżultat kien maħsub u mhux biss effett sekondarju tal-miżuri regolatorji.

(142)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni sabet li l-GOI kien inkariga lill-kumpaniji tal-estrazzjoni biex iwettqu l-politika tiegħu li jinħoloq suq domestiku kompartimentalizzat u li jipprovdu mineral tal-ħadid lill-industrija domestika tal-ħadid u l-azzar għal remunerazzjoni mhux adegwata. Filwaqt li ma kinux miżura sempliċi biex jiżdied id-dħul, id-dazju fuq l-esportazzjoni u d-DFP ammontaw b’mod ċar għall-azzjonijiet affermattivi meħuda mill-GOI biex iwassal lill-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid biex iwettqu l-objettiv ta’ politika ddikjarat biex jappoġġaw lill-industriji tal-ħadid u tal-azzar, u b’mod partikolari, lill-industrija tal-pajpijiet duttili.

(143)

Il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat it-tieni element, jiġifieri jekk il-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid fl-Indja kinux “korpi privati” inkarigati mill-GOI skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament Bażiku dwar is-CVD. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li ż-żewġ produtturi esportaturi Indjani kienu qed jixtru l-maġġoranza l-kbira tal-mineral tal-ħadid minn impriżi privati, ħlief għal kwantità żgħira ta’ mineral tal-ħadid mixtrija mill-Korporazzjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Minerali (“NMDC”), li hija kumpanija tal-Istat. Irrispettivament min-natura pubblika tal-NMDC (u l-karatterizzazzjoni potenzjali tagħha bħala “korp pubbliku”), il-Kummissjoni qieset lil dawk il-fornituri kollha bħala “korpi privati” inkarigati jew ordnati mill-GOI skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament Bażiku dwar is-CVD biex jipprovdu mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata.

(144)

Fil-pass sussegwenti, il-Kummissjoni vverifikat it-tielet element, jiġifieri jekk il-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid wettqux tabilħaqq il-politika tal-gvern imsemmija hawn fuq li jipprovdu mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjoni laħqu l-għan segwit mill-GOI li jiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet u jżomm il-mineral tal-ħadid disponibbli għall-industrija downstream domestika bi prezzijiet aktar baxxi. Minkejja tnaqqis fil-produzzjoni tal-mineral tal-ħadid minħabba l-għeluq ta’ xi minjieri fid-dawl ta’ raġunijiet ambjentali, is-suq Indjan wera kapaċità żejda kostanti u irrazzjonali meta mqabbla mas-somma tal-konsum domestiku u l-esportazzjonijiet bl-importazzjonijiet imnaqqsa. Dan wassal għal provvista żejda ta’ mineral tal-ħadid fis-suq domestiku kif rikonoxxut u mfittex mill-GOI, fid-dawl tal-impossibbiltajiet naturali għall-kumpaniji tal-estrazzjoni biex jadattaw malajr il-produzzjoni tagħhom għal-limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet.

(145)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt tal-provvista żejda ta’ mineral tal-ħadid minħabba l-limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet tal-GOI fuq il-prezz domestiku tal-mineral tal-ħadid fl-Indja. Filwaqt li ħadet il-prezz tal-importazzjoni tal-mineral tal-ħadid fiċ-Ċina (iċ-Ċina hija l-akbar importatur ta’ mineral tal-ħadid) kif ukoll prezz FOB Awstraljan aġġustat (biex jitneħħew il-kostijiet tal-merkanzija internazzjonali) bħala l-eqreb indikaturi possibbli għal prezz domestiku Indjan mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni sabet li l-interventi tal-GOI fuq il-mineral tal-ħadid (li wasslu għal tnaqqis drastiku fl-esportazzjonijiet tal-mineral tal-ħadid u għal provvista żejda fl-Indja) ukoll kellhom impatt fuq il-prezzijiet domestiċi tal-mineral tal-ħadid. L-ewwel nett, mill-2008, il-prezzijiet domestiċi tal-mineral tal-ħadid fl-Indja kienu dejjem aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali, u t-tieni, filwaqt li l-prezzijiet internazzjonali wrew żieda sinifikanti matul is-snin 2008 sal-2011, li jikkorrispondi għaż-żewġ żminijiet meta ġew introdotti (2007/2008) u msaħħa (2011) il-limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet, ix-xejra tal-prezzijiet domestiċi tal-mineral tal-ħadid fl-Indja kienet pjuttost ċatta, bħallikieku kienet separata u mhux affettwata mis-sitwazzjoni fil-bqija tad-dinja. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, il-limitazzjonijiet immirati tal-GOI tal-esportazzjonijiet laħqu l-objettiv li jagħmlu l-mineral tal-ħadid disponibbli lill-industriji domestiċi għal prezzijiet aktar baxxi billi żammew il-prezz Indjan domestiku stabbli, għalkemm il-prezzijiet tal-mineral tal-ħadid kienu qed jiżdiedu b’mod sinifikanti fis-suq dinji. Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn il-prezzijiet tal-Indja ma kellhomx isegwu x-xejriet tal-prezzijiet internazzjonali, għajr għas-sistema ta’ limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet stabbiliti mill-GOI. Li kieku ma kienx hemm il-limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet, il-produtturi Indjani tal-mineral tal-ħadid kienu jibbenefikaw minn bejgħ aktar profittabbli bi prezzijiet internazzjonali ogħla. Minflok, dawn ġew sfurzati jkomplu l-produzzjoni u jipprovdu mineral tal-ħadid lokalment bi prezzijiet aktar baxxi sabiex jiġu implimentati l-objettivi ta’ politika tal-GOI.

(146)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat l-aħħar żewġ elementi, jiġifieri jekk il-funzjoni li jiġi pprovdut mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata normalment kinitx responsabbiltà tal-GOI, u jekk prattika bħal din, fl-ebda sens ma kienet differenti mill-prattiki normalment segwiti mill-GOI. Il-Kummissjoni sabet li l-forniment ta’ mineral tal-ħadid fl-art Indjana lill-industrija tal-azzar Indjana kien funzjoni li hija normalment kompitu tal-GOI, billi l-GOI ddeċieda, permezz tar-regolamenti tiegħu, kif jipprovdi materja prima li tinsab fl-Indja fl-eżerċitar tas-sovranità tiegħu fuq ir-riżorsi naturali tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju “fl-ebda sens ma tkun differenti”, il-Kummissjoni nnotat li dan il-kriterju jeħtieġ sejba affermattiva li l-forniment ta’ oġġetti mill-korpi privati inkarigati ma tvarjax, fl-ebda sens, mill-ipoteżi li l-gvern kien ipprovda tali oġġetti huwa stess. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li ma hemmx differenza, fl-ebda sens, bejn intervent dirett fis-suq billi jiġi pprovdut mineral tal-ħadid b’sistema ta’ prezzijiet tal-gvern li jinbidlu kontinwament jew billi r-responsabbiltà għall-provvediment tal-mineral tal-ħadid b’remunerazzjoni mhux adegwata tiġi inkarigata lill-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid.

(147)

B’mod kumplessiv, il-Kummissjoni kkonkludiet li bil-limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet, il-GOI sforza lill-kumpaniji domestiċi tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid ibigħu l-mineral tal-ħadid lokalment u inkarigahom jew ordnalhom biex jipprovdu din il-materja prima fl-Indja għal remunerazzjoni mhux adegwata. Il-miżuri inkwistjoni kisbu l-effett mixtieq biex joħolqu distorsjoni fis-suq domestiku tal-mineral tal-ħadid fl-Indja u biex inaqqsu l-prezz għal livell artifiċjalment baxx għall-vantaġġ tal-industrija downstream. Il-funzjoni li jiġi pprovdut mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata hija normalment kompitu tal-gvern, u l-prattika tal-gvern, fl-ebda sens reali, ma tvarja mill-prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GOI pprovda kontribuzzjoni finanzjarja indiretta fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (iii) tar-Regolament Bażiku dwar is-CVD, kif interpretat u applikat f’konformità mal-istandard rilevanti tad-WTO skont l-Artikolu 1.1(a)(iv) u (iii) tal-Ftehim SCM.

3.3.4.2.   Kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju

(148)

Kemm Tata Metaliks Limited kif ukoll il-GOI ddikjaraw li waħda miż-żewġ limitazzjonijiet immirati tal-esportazzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali, id-DFP, intemmet fl-10 ta’ Mejju 2016. Huma ddikjaraw li minn dik id-data, it-trasport tal-mineral tal-ħadid kemm għall-konsum domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni huwa soġġett għall-istess kundizzjonijiet u kostijiet.

(149)

Il-Kummissjoni vvalutat l-evidenza kollha li tinsab fit-talba għal rieżami u l-annessi korrispondenti dwar il-kontinwazzjoni tal-miżura, kif ukoll l-evidenza li nstabet matul l-investigazzjoni. L-investigazzjoni żvelat li, minkejja t-tmiem tad-DFP f’Mejju 2016, permezz tal-inkarigu tal-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid, fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-GOI kompla jipprovdi mineral tal-ħadid għal remunerazzjoni mhux adegwata lill-produtturi Indjani tal-prodott ikkonċernat.

(150)

L-ewwel nett, fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, id-dazju fuq l-esportazzjoni ta’ 30 % fuq il-mineral tal-ħadid ta’ grad għoli kien għadu fis-seħħ. Il-GOI kkonferma li l-aħħar bidla fid-dazji fuq l-esportazzjoni saret permezz ta’ notifika Nru 15/2016-Dwana datata l-1 ta’ Marzu 2016 li biha minerali tal-ħadid ta’ grad baxx (li jkollhom kontenut ta’ ħadid ta’ inqas minn 58 %) kienu eżentati mid-dazju fuq l-esportazzjoni (il-mineral tal-ħadid ta’ grad baxx ma jintużax mill-kumpaniji tal-pajpijiet duttili).

(151)

It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li fil-15 ta’ Jannar 2021, il-GOI adotta politika ġdida dwar it-traffiku tal-mineral tal-ħadid (22). Il-politika (imsejħa “Politika dwar il-Mineral tal-Ħadid, 2021”) tistabbilixxi prijoritizzazzjoni relatata mat-tagħbija u mal-ħatt tal-mineral tal-ħadid abbażi ta’ kategoriji differenti ta’ klijenti fejn it-trasport domestiku tal-mineral tal-ħadid ikollu prijorità fuq it-trasport għall-esportazzjoni. Kif imsemmi b’mod espliċitu, l-għan tal-politika l-ġdida huwa li “tippromwovi l-manifattura domestika tal-azzar”. Għalhekk, b’mod simili għad-DFP preċedenti, din il-politika l-ġdida tikkostitwixxi wkoll b’mod ċar miżura addizzjonali favur l-industrija domestika tal-azzar implimentata mill-GOI li turi l-objettiv intenzjonat tagħha ta’ prezz aktar baxx tal-mineral tal-ħadid għall-benefiċċju tagħha.

(152)

It-tielet, minbarra din il-Politika l-ġdida dwar il-Mineral tal-Ħadid tal-2021, għadd ta’ dokumenti ta’ politika oħra juru, fil-fehma tal-Kummissjoni, li l-GOI kompla bl-isforzi biex jipprovdi lill-industrija domestika b’materja prima orħos mill-investigazzjoni oriġinali u fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(153)

Pereżempju, l-objettiv ta’ politika li tiġi appoġġata l-industrija domestika tal-azzar ġie kkonfermat mill-Politika Nazzjonali tal-Azzar tal-2017, li għadha tapplika llum (23). Din il-Politika tenfasizza l-importanza tal-mineral tal-ħadid disponibbli domestikament bi prezzijiet kompetittivi:

 

“Id-disponibbiltà tal-materja prima b’rati kompetittivi hija essenzjali għat-tkabbir tal-industrija tal-azzar” (24).

 

Il-vantaġġ kompetittiv tal-Indja fil-produzzjoni tal-azzar huwa xprunat, fil-biċċa l-kbira, mid-disponibbiltà indiġena ta’ mineral tal-ħadid ta’ grad għoli u ta’ faħam mhux tal-kokk – iż-żewġ inputs kritiċi tal-produzzjoni tal-azzar" (25).

 

“Missjoni: (…) Il-produzzjoni kosteffiċjenti u d-disponibbiltà domestika tal-mineral tal-ħadid, tal-faħam tal-kokk u tal-gass naturali” (26).

 

“(…) Id-disponibbiltà tal-materja prima se tiġi żgurata billi jiġi ffaċilitat l-irkant tal-faħam mhux tal-kokk esklużivament għas-settur tal-azzar/tal-ħadid b’konsistenza baxxa u billi tiżdied id-disponibbiltà tal-mineral tal-ħadid fis-suq domestiku” (27).

(154)

Id-Dikjarazzjoni tal-Politika tal-Kummerċ Barrani tal-2015-2020 tikkonferma l-politika tal-Indja li tiżgura mineral tal-ħadid downstream irħis domestikament sabiex tesporta prodotti upstream irħas:

It-tneħħija reċenti tal-projbizzjoni fuq l-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid f’xi Stati se tagħti l-libertà lill-attività ta’ estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid. Fl-istess ħin, l-Indja se tibda programm ta’ manifattura li għalih huwa meħtieġ mineral tal-ħadid lokalment” (28).

(155)

Il-Politika Nazzjonali dwar il-Minerali tal-2019 tirrikonoxxi wkoll l-importanza li jkun hemm minerali irħas għall-industriji downstream: “L-iżgurar tal-aċċess għal provvisti suffiċjenti, affidabbli, għall-but ta’ kulħadd, u sostenibbli ta’ minerali qed isir fattur dejjem aktar importanti għall-funzjonament tal-industriji downstream u tal-ekonomija ġenerali” (29).

(156)

Għalhekk, il-fatti disponibbli għall-Kummissjoni u l-elementi l-ġodda fil-fajl urew li s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali għadhom validi, u li b’sett ta’ miżuri, inkluża sistema ta’ limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet, fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-GOI kompla jinkariga l-kumpaniji tal-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid biex jipprovdu mineral tal-ħadid b’remunerazzjoni mhux adegwata. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-GOI kompla jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja indiretta fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (iii) tar-Regolament bażiku, kif interpretat u applikat f’konformità mal-istandard rilevanti tad-WTO skont l-Artikolu 1.1(a)(iv) u (iii) tal-Ftehim SCM.

(157)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat il-livell preċiż ta’ sussidjar ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, u l-Kummissjoni rrikorriet għall-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, u b’mod partikolari t-talba għal rieżami fiha evidenza li l-prezzijiet tal-mineral tal-ħadid fl-Indja baqgħu taħt il-prezzijiet internazzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(158)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell ta’ sussidjar mogħti b’din l-iskema fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ma kienx negliġibbli, u fi kwalunkwe każ mhux taħt il-livelli li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali.

(159)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited sostniet li skont il-liġi tad-WTO, id-dazji fuq l-esportazzjoni ma jistgħux jiġu kkumpensati. Barra minn hekk, hija qieset li l-objettiv tal-Politika l-ġdida tal-2020 dwar il-Mineral tal-Ħadid kien biss biex jiġi ffaċilitat it-trasport rapidu u effiċjenti tal-mineral tal-ħadid madwar il-pajjiż, u li din il-politika ma kienet tipprevedi l-ebda benefiċċju finanzjarju. Għalhekk din qieset li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iskema ma kinux korretti.

(160)

Il-Kummissjoni tenniet li, kif imsemmi fil-premessa (151), il-politika l-ġdida dwar il-mineral tal-ħadid kellha l-objettiv li tippromwovi l-manifattura domestika tal-azzar. Fil-fehma tagħha, il-politika l-ġdida kienet tikkostitwixxi b’mod ċar miżura addizzjonali favur l-industrija domestika tal-azzar implimentata mill-GOI. Għalkemm il-miżura ma kinitx tipprevedi sussidju finanzjarju dirett, il-fatt li t-trasport domestiku tal-mineral tal-ħadid għandu prijorità fuq it-trasport għall-esportazzjoni wera b’mod ċar li kien hemm objettiv intenzjonat li jibbenefika lill-industrija Indjana tal-pajpijiet duttili.

(161)

Fid-dawl tas-sejbiet dettaljati hawn fuq fil-premessi (148)-(158), il-Kummissjoni sostniet li minkejja l-waqfien tad-DFP f’Mejju 2016, id-dazji fuq l-esportazzjoni flimkien mal-politika l-ġdida dwar il-mineral tal-ħadid kienu jikkostitwixxu sistema ta’ “restrizzjonijiet immirati fuq l-esportazzjoni” li permezz tagħhom il-GOI kompla jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja indiretta skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (iii) tar-Regolament bażiku, kif interpretat u applikat f’konformità mal-istandard rilevanti tad-WTO skont l-Artikolu 1.1(a)(iv) u (iii) tal-Ftehim SCM.

3.4.   Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ sussidjar

(162)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-produtturi tal-pajpijiet u tat-tubi duttili fl-Indja kompliet tibbenefika minn sussidji kumpensabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Minkejja t-tnaqqis tal-MEIS u tar-rati tad-DDS, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda indikazzjoni li l-livell ta’ sussidjar kien naqas sostanzjalment meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali. L-evidenza fit-talba għal rieżami u pprovduta mill-produttur Indjan li kkoopera pjuttost ikkonfermat li l-benefiċċji taħt dawk is-sussidji xorta jkunu sinifikanti, fi kwalunkwe każ sostanzjalment ogħla minn de minimis.

(163)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-produtturi esportaturi Indjani komplew jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet sussidjati.

3.5.   Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar f’każ li l-miżuri jiskadu

(164)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ sussidjar kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar f’każ li l-miżuri jiskadu.

(165)

Kif stabbilit fil-premessa (162), ġie stabbilit li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-esportaturi Indjani tal-prodott ikkonċernat komplew jibbenefikaw minn sussidjar kumpensabbli mill-awtoritajiet Indjani.

(166)

Il-programmi ta’ sussidju jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-benefiċċji se jiġu eliminati b’mod gradwali fil-futur prevedibbli, anki jekk l-iskemi infushom jinbidlu ftit. Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi sussidji minn dawn.

(167)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f’volumi sinifikanti jekk jitneħħew il-miżuri. Il-Kummissjoni analizzat b’mod partikolari l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, il-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tas-suq.

3.5.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja u l-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi

(168)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-produzzjoni totali stmata tal-produtturi Indjani tal-prodott ikkonċernat kienet ta’ madwar 2 miljun tunnellati fis-sena. Il-kapaċità tal-produzzjoni stmata kienet tammonta għal madwar 2,5 miljun tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva kienet tirrappreżenta madwar 500 000 tunnellata fis-sena, li taqbeż il-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li kien jammonta għal [388 000 sa 454 000] tunnellata.

(169)

Abbażi tal-evidenza ppreżentata mill-applikant u kkonfermata mill-informazzjoni mill-produttur li kkoopera, Tata Metaliks Limited, għadd ta’ produtturi Indjani, inkluż Tata Metaliks Limited (30), qed jippjanaw li jinvestu f’żidiet ulterjuri fil-kapaċità (31). Il-kapaċitajiet addizzjonali totali li għandhom jiġu installati fil-ftit snin li ġejjin huma stmati għal madwar 1,5 miljun tunnellata.

(170)

It-tkabbir mistenni fil-kapaċitajiet jikkorrispondi mat-tkabbir stmat tad-domanda fis-suq Indjan. Madankollu, il-produtturi magħrufa ewlenin qed jippjanaw ukoll li jiffokaw fuq is-swieq tal-esportazzjoni (32). Pereżempju, il-kumpanija ESL Steel Limited (parti minn Vedanta Group) semmiet b’mod espliċitu, fi studju ta’ fattibbiltà, li l-faċilità l-ġdida tagħha kienet tinsab qrib port, li jsaħħaħ iċ-ċans tagħha ta’ esportazzjoni. Ir-rapport semma b’mod partikolari potenzjal kbir ta’ esportazzjonijiet lejn l-Ewropa tal-Lvant (33). Pjanijiet għall-espansjoni lejn is-suq tal-Unjoni fil-futur issemmew ukoll mill-kumpanija li kkooperat, Tata Metaliks Limited matul il-kontroverifika mill-bogħod tat-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju.

(171)

Barra minn hekk, skont wieħed mill-atturi ewlenin, il-kumpanija Srikalahasthi Pipes Limited, fuq perjodu ta’ żmien medju u twil (seba’ (7) sa 10 snin), minħabba li se jiġu ffinalizzati l-proġetti tal-ilma mormi u tal-ilma, se jkun hemm aktar provvista minn domanda fis-suq Indjan. Konsegwentement, dan se jirrappreżenta inċentiv ulterjuri tal-produtturi Indjani biex jiffokaw aktar u aktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(172)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Indjani għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużawha sabiex jipproduċu l-prodott ikkonċernat għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u li din il-kapaċità ta’ riżerva hija mistennija tikber aktar.

(173)

Fir-rigward tal-prezzijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni eżaminathom abbażi tal-istatistika dwar l-esportazzjoni fl-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) fil-livell tal-kodiċi NM, jiġifieri 7303 00 30. Abbażi ta’ din l-istatistika, il-Kummissjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti f’termini tad-daqs u tal-prezzijiet tiegħu peress li huwa bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Indjani tal-pajpijiet duttili, li jirrappreżenta 40 % tal-esportazzjonijiet totali tagħhom. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma 25 darba ogħla mill-esportazzjonijiet lejn it-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni tal-Indja, li huwa l-Qatar. Dan tal-aħħar jammonta biss għal 2 % tal-esportazzjonijiet totali Indjani. Fl-aħħar nett, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani lejn is-suq tal-Unjoni kienu kemxejn ogħla minn dawk lejn pajjiżi oħra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Konsegwentement, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi jkollhom inċentiv biex iżidu aktar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni.

3.5.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni

(174)

Is-suq tal-pajpijiet duttili fl-Unjoni huwa importanti [minn 388 000 sa 454 000] tunnellata, ara l-premessa (168). L-applikanti jistennew li s-suq ikompli jikber fil-ħames snin li ġejjin (34).

(175)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezz medju għal kull tunnellata fis-suq tal-Unjoni kien ta’ EUR [1 020 – 1 200]. Fl-istess perjodu, il-prezz fis-suq domestiku Indjan kien ta’ EUR 595 għal kull tunnellata (mill-fabbrika). Għalhekk, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu madwar darbtejn ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(176)

Għalhekk, f’termini tad-daqs u l-prezzijiet, is-suq tal-Unjoni baqa’ suq attraenti għall-produtturi esportaturi Indjani. Dan huwa appoġġat ukoll mill-fatt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Indjani fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami baqa’ importanti (ara t-Tabella 2), u li, kif spjegat fil-premessa (173) hawn fuq, is-suq tal-Unjoni kien jikkostitwixxi 40 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Indja tal-prodott ikkonċernat.

3.6.   Konklużjoni ġenerali dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar

(177)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-importazzjonijiet Indjani komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet sussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(178)

Il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza li s-sussidjar x’aktarx li jkompli f’każ li l-miżuri jiskadu. Il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u l-prezzijiet, tappoġġa l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Indjani u l-kapaċità ta’ riżerva jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri kompensatorji x’aktarx tirriżulta f’ridirezzjoni tal-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri kompensatorji x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ sussidjar.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(179)

Fl-Unjoni, ħames kumpaniji jipproduċu l-prodott konċernat. Tlieta minn dawn il-kumpaniji huma parti mill-istess grupp. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mit-talba, ma hemm l-ebda produttur ieħor fl-Unjoni li jipproduċi l-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Għalhekk, huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(180)

Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet primarjament idderivata mill-istess grupp ta’ produtturi, kif imsemmi fil-premessa (15), iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu huma mogħtija f’firxiet jew f’forma ta’ indiċi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(181)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ġiet stabbilita għal madwar [372 000 – 436 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal data makro pprovduta mill-applikanti u data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul l-investigazzjoni.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(182)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, il-produzzjoni kaptiva abbażi tad-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u stimi għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni pprovduti mill-applikanti, flimkien mat-total tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha lejn l-Unjoni kif irrapportat mill-Eurostat (il-bażi tad-data Comext).

(183)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (f’1 000 tunnellata)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Konsum Totali tal-Unjoni

[376 - 440 ]

[389 - 455 ]

[420 - 492 ]

[388 - 454 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

103

111

103

Suq kaptiv

[15 - 17 ]

[13 - 16 ]

[10 - 12 ]

[2 - 3 ]

Indiċi

100

91

68

18

Suq ħieles

[361 - 423 ]

[375 - 439 ]

[410 - 479 ]

[385 - 450 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

103

113

106

Sors:

Comext tal-Eurostat

(184)

Il-konsum tal-Unjoni varja matul il-perjodu ta’ analiżi. B’mod ġenerali, dan żdied bi ftit bi 3 % fl-2018, żdied bi 8 % fl-2019 u naqas bi 8 % fl-2020. B’riżultat ta’ dan, il-konsum żdied bi 3 % matul il-perjodu ta’ analiżi.

(185)

L-użu ta’ pajpijiet tal-ħadid duttili huwa min-natura tiegħu marbut mal-investiment fl-infrastruttura fir-rigward tat-trattament tal-ilma, il-kumpaniji tal-provvista tal-ilma u tat-trattament tal-ilma, kemm jekk pubbliċi kif ukoll privati, jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tad-domanda għall-pajpijiet tal-ħadid duttili fl-Unjoni. Il-pajpijiet duttili jintużaw l-aktar fi proġetti infrastrutturali kbar. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni ma wrietx impatt kbir minħabba l-pandemija tal-COVID-19 peress li t-titjib tan-networks tal-ilma għandu prijorità kostanti għall-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni tirrifletti l-evoluzzjoni tal-investiment fl-infrastruttura.

(186)

L-industrija tal-Unjoni rrapportat użu kaptiv tal-prodott ikkonċernat, li fl-2017 kien jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-konsum totali tal-Unjoni, u naqas matul il-perjodu ta’ analiżi, biex ġie jirrappreżenta inqas minn 1 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-użu ristrett ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-analiżi tad-dannu.

4.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

(187)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat (il-bażi tad-data Comext). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-konsum tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (182).

(188)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernati lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum tal-importazzjonijiet (f’1 000 tunnellata) u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet mill-Indja

[45 - 52 ]

[38 - 45 ]

[64 - 75 ]

[44 - 52 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

86

143

98

Sehem mis-suq (f’%)

[11 - 15 ]

[9 - 13 ]

[14 - 18 ]

[10 - 14 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

83

128

95

Sors:

Comext tal-Eurostat

(189)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-volumi tal-importazzjoni Indjani u s-sehem mis-suq varjaw b’mod sinifikanti: fl-2018, il-volum tal-importazzjonijiet naqas b’14 %, fl-2019 żdied b’68 % u fl-aħħar nett, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, naqas b’31 %.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

(190)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Comext tal-Eurostat.

(191)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

L-Indja

553

562

586

585

Indiċi (2017 = 100)

100

101

105

105

Sors:

Comext tal-Eurostat

(192)

Fl-2017 u l-2018, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu pjuttost stabbli. Mill-2019 ’l hawn, il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b’5 % u baqgħu stabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.3.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(193)

Kif imsemmi fil-premessa (55), produttur esportatur Indjan wieħed biss kkoopera fl-investigazzjoni. Dan il-produttur iddikjara kwantità negliġibbli esportata lejn l-Unjoni, li kienet tikkorrispondi għal inqas minn 1 % tal-volumi totali tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Indja lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dan il-volum ta’ esportazzjoni ma kienx rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u ddeċidiet li tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz abbażi tal-fatti disponibbli.

(194)

Il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjoni CIF Indjani, aġġustati għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, mal-prezz medju ponderat tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’madwar [30 – 45] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja

(195)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja u s-sehem mis-suq tagħhom kienu jammontaw rispettivament għal [8 700 - 20 200] tunnellata u [2 - 4] % tal-konsum tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien f’livelli komparabbli għall-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2017-2018, u madwar 25 % inqas għall-perjodu 2019-2020 (ara t-Tabella 8). Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied bi ftit, jiġifieri bi 2 %, l-oriġini tal-pajpijiet duttili importati ma kinitx stabbli matul il-perjodu ta’ analiżi. Pereżempju, fl-2017, l-importazzjonijiet prinċipali minn pajjiżi terzi ġew miċ-Ċina, mir-Russja u mill-Iżvizzera, filwaqt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami l-importaturi prinċipali kienu t-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda.

(196)

Il-volum aggregat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-tubi u l-pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn

Pajjiż

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

[2 900 – 3 400 ]

[1 400 – 1 700 ]

[3 900 – 4 600 ]

[200 - 400 ]

Indiċi

100

50

133

10

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 2 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

48

119

9

Prezz medju (EUR/tunnellata)

701

933

738

833

Indiċi (2017 = 100)

100

133

105

118

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

[2 000 – 2 500 ]

[1 400 – 1 600 ]

[2 900 – 3 600 ]

[1 200 – 1 600 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

67

147

63

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

65

132

61

Prezz medju (EUR/tunnellata)

568

697

735

698

Indiċi (2017 = 100)

100

122

129

122

L-Iżvizzera

Volum (tunnellati)

[3 400 – 4 400 ]

[1 800 – 2 200 ]

[1 600 – 2 000 ]

[800 – 1 000 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

52

47

23

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

51

42

23

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 604

1 656

1 714

1 817

Indiċi (2017 = 100)

100

103

106

113

It-Turkija

Volum (tunnellati)

[10 - 20 ]

[10 - 20 ]

[3 100 – 3 650 ]

[4 200 – 5 000 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

115

25 750

35 070

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[1 - 2 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

111

23 065

34 035

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 136

1 750

838

1 007

Indiċi (2017 = 100)

100

153

73

88

L-Emirati Għarab Magħquda

Volum (tunnellati)

[460 - 590 ]

[3 700 – 4 400 ]

[4 800 – 5 600 ]

[6 400 – 7 600 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

766

988

1 322

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[1 - 2 ]

[1 - 2 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

741

884

1 282

Prezz medju (EUR/tunnellata)

712

786

722

705

Indiċi (2017 = 100)

100

110

101

99

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

[10 - 20 ]

[150 - 200 ]

[10 - 50 ]

[150 - 300 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

994

200

1 457

Sehem mis-suq (f’%)

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

[0 - 1 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

962

179

1 414

Prezz medju

508

1 422

1 980

897

Indiċi (2017 = 100)

100

279

389

176

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr l-Indja

Volum (tunnellati)

[8 700 – 11 200 ]

[8 800 – 10 500 ]

[16 000 – 19 600 ]

[13 500 – 15 800 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

94

180

145

Sehem mis-suq (f’%)

[1 - 3 ]

[1 - 3 ]

[3 - 5 ]

[3 - 5 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

91

161

141

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 033

1 004

856

879

Indiċi (2017 = 100)

100

97

82

85

Sors:

il-bażi tad-data Comext tal-Eurostat

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(197)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi.

(198)

Kif imsemmi fil-premessa (15), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(199)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, inkluża fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(200)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli, u l-irkupru minn dumping jew sussidjar preċedenti.

(201)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(202)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-produzzjoni (f’1 000 tunnellata)

[408 - 478 ]

[452 - 530 ]

[436 - 510 ]

[372 - 436 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

110

106

91

Kapaċità tal-produzzjoni (f’1 000 tunnellata)

[824 - 965 ]

[824 - 965 ]

[824 - 965 ]

[743 - 870 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

100

100

90

Użu tal-kapaċità (f’%)

[47 - 51 ]

[52 - 56 ]

[50 - 54 ]

[48 - 51 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

110

106

101

Sors:

id-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(203)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’9 % matul il-perjodu ta’ analiżi wara żieda ta’ 10 % fl-2018.

(204)

Il-kapaċità tal-produzzjoni segwiet xejra simili billi naqset b’10 % matul il-perjodu ta’ analiżi.

(205)

L-użu tal-kapaċità baqa’ stabbli hekk kif it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni segwa t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni.

(206)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-importazzjonijiet mill-Indja ma setgħux kienu raġuni biex l-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha iżda pjuttost it-tnaqqis fid-domanda meta mqabbla mal-2019.

(207)

Id-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha saret qabel il-kriżi tal-COVID-19 u għalhekk id-deċiżjoni ma kellha l-ebda rabta mat-tnaqqis fil-konsum bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(208)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (f’1 000 tunnellata)

[321 - 376 ]

[341 - 399 ]

[338 - 396 ]

[329 - 386 ]

Indiċi

100

106

105

102

Sehem mis-suq (f’%)

[82 - 88 ]

[84 - 90 ]

[77 - 83 ]

[81 - 87 ]

Indiċi

100

102

94

99

Bejgħ fis-suq kaptiv f’1 000 tunnellata)

[15 - 17 ]

[13 - 16 ]

[10 - 12 ]

[2 - 3 ]

Indiċi

100

91

68

18

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq kaptiv (f’%)

[3 - 4 ]

[3 - 4 ]

[2 - 3 ]

[0 - 1 ]

Indiċi

100

88

61

18

Sors:

Id-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(209)

Il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi u s-sehem mis-suq ma segwewx iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-2019 l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx miż-żieda fil-konsum, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(210)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli f’madwar 85 %, u żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mas-snin preċedenti. Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni kien ukoll konsistentement ogħla mis-sena 2017. Il-volum fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami seta’ kien ogħla mingħajr l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19. Il-parti qieset li l-konklużjoni tal-Kummissjoni ma kinitx tirrifletti s-sitwazzjoni fattwali.

(211)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx minn sehem mis-suq għoli. Kif spjegat fil-premessa (234), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed jagħmlu telf matul il-perjodu kollu ta’ analiżi, minħabba l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Indjani (ara l-premessa (245)). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (209), is-sehem mis-suq tal-Unjoni ma segwiex iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mill-Indja, il-bejgħ tal-Unjoni ma bbenefikax miż-żieda fil-konsum fl-2019. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.2.3.   Tkabbir

(212)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 3 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 2 %. Konsegwentement, minkejja ż-żieda fil-konsum, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi ftit matul il-perjodu ta’ analiżi.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(213)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżii:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Għadd ta’ impjegati

[1 820 – 2 540 ]

[1 820 – 2 540 ]

[1 810 – 2 530 ]

[1 700 – 2 390 ]

Indiċi

100

100

99

93

Produttività (tunnellata/impjegat)

[162 - 226 ]

[179 - 250 ]

[173 - 242 ]

[157 - 220 ]

Indiċi

100

110

107

97

Sors:

Id-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(214)

L-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni involuti fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat baqa’ stabbli matul il-perjodu bejn l-2017 u l-2018 u naqas b’madwar 6 % matul il-perjodu bejn l-2019 u l-2020.

(215)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, żdiedet b’10 % matul il-perjodu bejn l-2017 u l-2018 u naqset bi 13 % matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020. Dan jista’ jiġi spjegat bħala l-effett ikkombinat ta’:

Waqfa tal-produzzjoni fis-sit tal-produzzjoni ta’ produttur prinċipali partikolari tal-Unjoni, li wasslet għal produzzjoni aktar baxxa minn Diċembru 2019 sa Frar 2020, u;

Inqas produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni matul it-tieni trimestru tal-2020, b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 li ma ġietx imqabbla mal-għadd ta’ impjegati li ngħataw is-sensja.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-ammont ta’ sussidjar u l-irkupru mis-sussidjar preċedenti

(216)

Kif spjegat fil-premessa (193), kien hemm kooperazzjoni limitata mill-produtturi esportaturi mill-Indja.

(217)

L-indikaturi tad-dannu juru li, minkejja l-miżuri antisussidji fis-seħħ mill-2016, li rriżultaw f’xi serħan u fi prestazzjoni mtejba inizjalment, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni baqgħet dannuża. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru mis-sussidjar tal-passat.

(218)

L-ammont ta’ sussidjar kien ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-ammont reali tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(219)

Il-prezzijiet mhux ġusti kontinwi mill-esportaturi mill-Indja għamluha wkoll impossibbli li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki ta’ sussidjar tal-passat.

(220)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li ma hemm l-ebda żieda assoluta fil-volum tal-importazzjonijiet Indjani u dawn l-importazzjonijiet kellhom biss sehem mis-suq ta’ madwar 15 %. Barra minn hekk, il-parti interessata indikat li l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet wara l-impożizzjoni tal-miżuri inizjali u naqset minn hemm ’il quddiem. Għalhekk, l-importazzjonijiet Indjani ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(221)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti interessata ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha li l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet wara l-impożizzjoni tal-miżuri inizjali. Kif imsemmi fil-premessa (234), il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(222)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost unitarju

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

[950 – 1 110 ]

[960 – 1 130 ]

[1 020 – 1 190 ]

[1 020 – 1 200 ]

Indiċi

100

101

107

107

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

[1 000 – 1 100 ]

[900 – 1 100 ]

[1 000 – 1 100 ]

[1 000 – 1 200 ]

Indiċi

100

97

101

105

Sors:

tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(223)

Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu ta’ analiżi, li jirrifletti ż-żieda tal-kost unitarju tal-produzzjoni (5 %).

(224)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li t-tnaqqis allegat fil-prezzijiet tal-iżbark wera li l-importazzjonijiet ma humiex qed jikkawżaw xi soppressjoni jew depressjoni tal-prezzijiet.

(225)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti interessata ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha kif il-prezzijiet tal-iżbark, li waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’madwar 40 %, matul il-perjodu ta’ analiżi ma kkawżaw l-ebda soppressjoni jew depressjoni tal-prezzijiet lill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(226)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

[56 000 – 66 000 ]

[57 000 – 66 000 ]

[57 000 – 67 000 ]

[53 000 – 62 000 ]

Index (2017 = 100)

100

100

101

94

Sors:

tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(227)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu stabbli sal-2019 u naqsu b’6 % matul il-perjodu ta’ analiżi. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat naqsu hekk kif l-Istat Franċiż iffinanzja l-qgħad minħabba l-għeluq b’konsegwenza tal-COVID-19.

(228)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited innotat li ma hemm l-ebda dannu għall-industrija tal-Unjoni taħt dan il-parametru.

(229)

Il-Kummissjoni fakkret li kif spjegat fil-premessa (227) hawn fuq, it-tnaqqis fil-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kien dovut għal finanzjament straordinarju riċevut mill-Istat Franċiż fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.3.   Inventarji

(230)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 10

Inventarji

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Stokks tal-għeluq (f’1 000 tunnellata)

[87 - 102 ]

[77 - 90 ]

[84 - 98 ]

[68 - 79 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

88

95

77

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (f’%)

[20 - 25 ]

[15 - 17 ]

[18 - 20 ]

[18 - 20 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

79

89

85

(231)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqa’ stabbli fir-rigward tal-produzzjoni.

(232)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-inventarju naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, u dan juri li l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq it-tnaqqis tal-produzzjoni tagħha. Il-parti interessata sostniet li l-inventarju kellu jiżdied minflok, kieku ġie affettwat mill-importazzjonijiet mill-Indja.

(233)

Kif jidher fil-premessa (203), it-tnaqqis fl-inventarju osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami mill-parti kien akkumpanjat mit-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda korrelazzjoni bejn it-tnaqqis fl-inventarju osservat prinċipalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u l-importazzjonijiet mill-Indja, peress li l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indja ġie osservat mhux biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami iżda matul il-perjodu kollu ta’ analiżi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.4.3.4.   Profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(234)

Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 11

Profitabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (f’% tal-bejgħ)

[-5 - -9 ]

[-1 - -5 ]

[-1 - -5 ]

[-3 - -7 ]

Indiċi (2017 = 100)

- 100

-33

-36

-69

Fluss ta’ flus (miljuni ta’ EUR)

[-31 - -37 ]

[-46 - -54 ]

[-73 - -85 ]

[-43 - -51 ]

Indiċi (2017 = 100)

- 100

- 145

- 231

- 138

Investiment (miljuni ta’ EUR)

[20 - 24 ]

[30 - 36 ]

[33 - 39 ]

[15 - 18 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

149

161

73

Redditu fuq l-investimenti (f’%)

[-6 - -8 ]

[-7 --9 ]

[-10 --12 ]

[-5 - -7 ]

Indiċi (2017 = 100)

- 100

- 131

- 194

- 106

Sors:

tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(235)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu ta’ analiżi, u nbidlet minn [-5 - -9] % fl-2017 għal [-3 - -7] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(236)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett li żviluppat baqgħet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2018.

(237)

L-investimenti (iffokati prinċipalment fuq l-aġġornamenti tat-tagħmir tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kwalità, il-produttività u l-flessibbiltà fil-proċess tal-produzzjoni) żdiedu matul il-perjodu bejn l-2017 u l-2019 u naqsu għall-inqas livell tagħhom fl-2020.

(238)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa xejra simili bħall-profittabbiltà, naqas drastikament fl-2019 u mbagħad tjieb marġinalment fl-2020. Dan baqa’ negattiv u mar għall-agħar bi 53 % matul il-perjodu ta’ analiżi.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(239)

Minkejja l-miżuri kompensatorji fis-seħħ, l-importazzjonijiet Indjani tal-pajpijiet duttili baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq stabbli bejn madwar [9 % - 18 %] % matul il-perjodu ta’ analiżi. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sehem mis-suq kien ta’ [10 – 14] %. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet urew xejra ta’ tnaqqis u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ [30 – 45] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, minkejja l-eżistenza tal-miżuri kompensatorji u anti-dumping.

(240)

L-iżvilupp tal-indikaturi makroekonomiċi, b’mod partikolari l-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività, urew xejriet stabbli jew li qed jonqsu kemxejn. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u laħaq livell simili bħal tal-2017. Iż-żieda fis-sehem mis-suq fl-2018, minkejja l-volumi tal-bejgħ relattivament stabbli, hija dovuta għat-tnaqqis fil-konsum matul l-istess perjodu. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm fil-biċċa l-kbira l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, dan kien għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn kif spjegat fil-premessa li ġejja.

(241)

Minkejja li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu ta’ analiżi, li kien ogħla miż-żieda b’5 % tal-kost tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni xorta ma rnexxilhiex tikseb marġnijiet ta’ profitt sostenibbli. Minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri l-kost medju tal-produzzjoni u għalhekk, kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu ta’ analiżi (bl-eċċezzjoni tal-2018 fejn kienet viċin ta’ ekwilibriju). B’hekk, l-importazzjonijiet Indjani eżerċitaw ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fuq il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Indikaturi finanzjarji oħra (fluss ta’ flus, redditu fuq l-investiment) segwew xejra simili għall-profittabbiltà, u wrew valuri negattivi jew baxxi matul il-perjodu ta’ analiżi. L-investimenti, għalkemm urew xi żieda fl-2017 u fl-2018, kienu f’livelli ġeneralment baxxi wkoll.

(242)

Minħabba dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali.

5.   KAWŻALITÀ

(243)

F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja tal-prodott ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufin setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja tal-prodott ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet sussidjati

(244)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(245)

L-importazzjonijiet Indjani ta’ pajpijiet duttili baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu kollu ta’ analiżi u b’livelli baxxi ta’ prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, minkejja l-miżuri kompensatorji u anti-dumping fis-seħħ. Minħabba l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Indjani, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi lill-klijenti tagħha l-kostijiet tagħhom tal-produzzjoni, li wassal għal telf matul il-perjodu kollu ta’ analiżi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li qed jiġu investigati kkawżaw dannu materjali.

(246)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li t-tnaqqis fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kien dovut għal fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet allegatament issussidjati.

(247)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti ma ppreżentatx elementi ġodda li jistgħu jreġġgħu l-konklużjoni tagħha. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(248)

Tata Metaliks Limited sostniet ukoll li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u l-livell ta’ telf irrapportat mill-industrija tal-Unjoni, u għalhekk ma kien hemm l-ebda rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet u l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(249)

Kif imsemmi fil-premessa (194), il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-parti ma ressqet l-ebda evidenza li turi li fatturi oħrajn kellhom impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(250)

Barra minn hekk, Tata Metaliks Limited sostniet li ma setgħetx teżamina l-korrelazzjoni bejn it-twaqqigħ tal-prezz u l-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni peress li l-Kummissjoni ma żvelatx il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu ta’ analiżi.

(251)

Il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz ġiet ipprovduta lill-parti. Fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, is-sejbiet fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz ġew stabbiliti fil-premessi (193) u (194) hawn fuq. Għas-snin 2017, 2018 u 2019, il-premessa (191) ipprovdiet il-prezzijiet ta’ unità għall-importazzjonijiet mill-Indja u l-premessa (222) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati. Għalhekk, il-parti kellha l-informazzjoni kollha, li abbażi tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(252)

Fl-aħħar nett, il-parti sostniet li l-volumi tal-importazzjoni naqsu bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-parti kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda effett ta’ volum.

(253)

Il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet mill-Indja fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami marru lura għal-livelli tal-2017. Barra minn hekk, l-impatt ewlieni tal-importazzjonijiet mill-Indja nstab fil-livell tal-prezzijiet baxxi, li rriżulta fi pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

(254)

Il-volumi importati minn pajjiżi terzi oħra kienu jirrappreżentaw biss bejn 2 % - 4 % tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Kif jidher fit-tabella 4, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezz medju tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi kien 50 % ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni mill-Indja.

(255)

Kif indikat fil-premessa (42), parti waħda sostniet li l-kwistjonijiet ġenerali dwar il-kompetittività jenħtieġ li jiġġustifikaw sejba ta’ waqfien jew ta’ nuqqas ta’ rikorrenza ta’ dannu. Il-parti elenkat diversi fatturi, bħat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ta’ pajpijiet duttili li naqas mill-kriżi tal-euro li rriżulta fi tnaqqis fl-infiq pubbliku, diffikultajiet biex jiġi attirat il-persunal, iż-żamma tal-pożizzjoni dominanti, il-pressjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi orħos fuq il-proċess ta’ offerti għall-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-parti sostniet li l-pajpijiet tal-plastik huma l-ewwel kompetitur tal-industrija tal-Unjoni peress li jiswew inqas u b’hekk jattiraw parti sinifikanti mis-sejħiet għall-offerti pubbliċi.

(256)

Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-parti, il-konsum tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdiedu, filwaqt li l-impjiegi baqgħu stabbli matul il-perjodu ta’ analiżi. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-pajpijiet tal-plastik kisbu ishma mis-suq kontra l-pajpijiet duttili matul il-perjodu ta’ analiżi. Ta’ min jinnota wkoll li l-pajpijiet tal-plastik ma humiex f’kompetizzjoni mal-pajpijiet b’dijametri kbar. Konsegwentement, dawn il-fatturi ma kkontribwewx għad-dannu li nstab. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi saru bi prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Indjani, u f’volumi ferm aktar baxxi. Fl-aħħar nett, il-parti naqset milli tispeċifika kif il-pożizzjoni dominanti, jekk kien hemm, setgħet ikkawżat dannu. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(257)

Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volumi tal-esportazzjonijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 12

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Volum tal-esportazzjonijiet (f’1 000 tunnellata)

[119 - 140 ]

[147 - 172 ]

[102 - 119 ]

[66 - 77 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

122

85

55

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[760 - 890 ]

[750 - 880 ]

[840 - 980 ]

[890 – 1 040 ]

Indiċi (2017 = 100)

100

99

110

117

Sors:

l-applikant għall-volum u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju għall-valuri

(258)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-volumi naqsu bin-nofs. Għalkemm il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet żdiedu bi 17 %, dan ma kienx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat kif jidher fit-Tabella 8 hawn fuq. Għalhekk, l-esportazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-esportazzjonijiet sussidjati mill-Indja u d-dannu li nstab.

(259)

Ġew eżaminati wkoll fatturi oħrajn possibbli, bħall-kriżi tal-COVID-19, iżda l-ebda wieħed minnhom ma seta’ jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet issussidjati.

(260)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-2020. Il-parti ddikjarat li l-lockdowns inizjali imposti għall-miżuri tas-saħħa pubblika wasslu biex ħafna proġetti ta’ kostruzzjoni jieqfu.

(261)

Kif deskritt hawn fuq, is-suq tal-Unjoni għall-pajpijiet duttili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ma kienx affettwat b’mod sinifikanti mil-lockdowns minħabba l-kriżi tal-COVID-19. Il-konsum totali tal-Unjoni ta’ dik is-sena kien simili għas-sena 2018. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(262)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li fatturi oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar b’mod partikolari fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, fl-użu tal-kapaċità, fil-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, fis-sehem mis-suq, fil-produttività, fil-profittabbiltà u fir-redditu fuq l-investimenti.

6.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DANNU F’KAŻ LI JITNEĦĦEW IL-MIŻURI

(263)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (242) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(264)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet Indjani; l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali mill-Indja fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jiskadu.

6.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(265)

Kif diġà deskritt fil-premessi (168) sa (172), il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fl-Indja kienet tirrappreżenta madwar 500 000 tunnellata fis-sena, li jaqbeż il-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, li fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kien jammonta għal [388 000 sa 454 000] tunnellata. Barra minn hekk, il-produtturi Indjani ppjanaw li jinvestu f’kapaċità tal-produzzjoni ġdida. B’hekk, għas-snin li ġejjin se jkun hemm eċċess tal-provvista fuq id-domanda fis-suq Indjan. Konsegwentement, dan se jirrappreżenta inċentiv ulterjuri tal-produtturi Indjani biex jiffokaw aktar u aktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(266)

Il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli u futura tal-produtturi esportaturi Indjani tista’ tintuża biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat biex jiġi esportat lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(267)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ riżerva allegata fl-Indja se tintuża neċessarjament għall-produzzjoni ta’ pajpijiet duttili u se tiġi esportata b’riżultat ta’ aktar provvista milli domanda fl-Indja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma eżaminatx l-attraenza ta’ swieq oħra tal-esportazzjoni u ma analizzat l-ebda data tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ wara r-rieżami. Fl-aħħar nett, il-parti sostniet li kwalunkwe determinazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidju u dannu għandha tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva (35). Għalhekk, il-parti kkonkludiet li l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ma kinitx korretta.

(268)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti kkonfermat l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fl-Indja. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (168) sa (172) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità ta’ riżerva inkwistjoni speċifikament għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, kif spjegat fl-istess premessi, il-Kummissjoni stabbiliet li fit-tul, id-domanda fis-suq Indjan se tonqos filwaqt li l-parti nnifisha rrikonoxxiet li kellha pjanijiet biex tespandi l-bejgħ tagħha lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fit-Taqsima 6.2 ta’ hawn taħt, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus attraenti għall-produtturi Indjani, u għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fl-Indja jintużaw biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, tal-inqas parzjalment. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(269)

Fir-rigward tal-evidenza pożittiva meħtieġa skont il-ġuriżprudenza msemmija, il-Kummissjoni qieset li hija kienet konformi mar-rekwiżiti kollha tal-ġuriżprudenza eżistenti u l-valutazzjoni u l-konklużjoni tagħha tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar u dannu kienu bbażati fuq evidenza pożittiva, miġbura matul l-investigazzjoni. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(270)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Indja bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk tkompli taggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

6.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(271)

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. Kif imsemmi fil-premessa (176), huwa bil-bosta l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Indjani tal-pajpijiet duttili, li jirrappreżenta 40 % tal-esportazzjonijiet totali tagħhom. L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma 25 darba ogħla mill-esportazzjonijiet lejn it-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni tagħha, li huwa l-Qatar, li jirrappreżenta 2 % tal-esportazzjonijiet Indjani tal-pajpijiet duttili. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani lejn is-suq tal-Unjoni kienu kemxejn ogħla minn dawk il-pajjiżi l-oħra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(272)

Minkejja l-miżuri eżistenti, il-produtturi esportaturi Indjani biegħu lill-Unjoni volum sostanzjali ta’ pajpijiet duttili matul il-perjodu ta’ analiżi u xorta kellhom sehem mis-suq konsiderevoli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ([10 – 14] %). Dawn inbiegħu bi prezz li, anki bl-inklużjoni tad-dazji kompensatorji, waqqa’ b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(273)

Għalhekk, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus attraenti għall-produtturi Indjani, u jista’ jiġi konkluż li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fl-Indja jintużaw biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, tal-inqas parzjalment. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-Indja kien f’livelli għoljin [17 – 19] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri qabel l-impożizzjoni tad-dazji kompensatorji.

6.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dannu

(274)

Fuq din il-bażi, u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni dannuża tal-passat u dik attwali tal-industrija tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Indja tal-prodott bi prezzijiet dannużi, li twassal għal telf saħansitra ogħla għall-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, dan x’aktarx iwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja bi prezzijiet dannużi, u d-dannu materjali aktarx li jkompli.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(275)

F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-interessi tal-ordni pubbliku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kif inkorporat fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) (“id-Direttiva dwar l-Ekodisinn”) u r-Regolamenti speċifiċi għall-prodott tagħha. F’konformità mat-tielet sentenza tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, ingħatat kunsiderazzjoni speċjali għall-ħtieġa li l-industrija tiġi protetta mill-effetti negattivi ta’ sussidjar dannuż.

(276)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(277)

L-industrija tal-Unjoni tinsab fi tliet Stati Membri (Franza, il-Ġermanja u Spanja), u timpjega direttament aktar minn 2 200 impjegat fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(278)

Il-miżuri antisussidji fis-seħħ ma waqqfux l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(279)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż f’każ li l-miżuri jiskadu. L-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Indja jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(280)

Wara d-divulgazzjoni finali, Tata Metaliks Limited sostniet li l-industrija tal-Unjoni kienet protetta għal aktar minn sitt snin filwaqt li kellha sehem mis-suq ta’ 85 %. Għalhekk, ma huwiex probabbli li l-industrija tal-Unjoni tiġi affettwata f’każ li l-miżuri eżistenti jitħassru. F’każ li l-Unjoni tiġi affettwata, tista’ titlob lill-Kummissjoni tibda investigazzjoni ġdida.

(281)

Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni li saret mill-parti interessata, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni għadha qed iġġarrab dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja, abbażi tal-analiżi tal-indikaturi rilevanti kollha tad-dannu, inkluż l-iżvilupp tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu x’aktarx li jkompli u jiddeterjora f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Konsegwentement, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(282)

B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri antisussidji kontra l-Indja hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi, negozjanti u utenti mhux relatati

(283)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

(284)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment li jindika li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u l-utenti, li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(285)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja.

8.   MIŻURI ANTISUSSIDJI

(286)

Abbażi tal-konklużjonijiet li laħqet il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidju, il-kontinwazzjoni tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) mill-Indja.

(287)

Wara l-iżvelar, Tata Metaliks Limited argumentat li kontinwazzjoni tal-miżuri jenħtieġ li titqies bħala eċċezzjoni u mhux in-norma. Din irreferiet b’mod partikolari għall-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 21.3 tal-Ftehim ASCM, li jiddikjaraw li miżura għandha tibqa’ fis-seħħ biss sakemm tkun meħtieġa u għandha tiskadi ħames snin mill-impożizzjoni tagħha. Peress li d-dazji ġew estiżi sakemm isir dan ir-rieżami, hija argumentat li sa meta dan ir-rieżami x’aktarx li jiġi konkluż, id-dazji diġà se jkunu ilhom fis-seħħ għal aktar minn seba’ snin. Għal din ir-raġuni, din talbet lill-Kummissjoni ttemm l-investigazzjoni.

(288)

Il-Kummissjoni fakkret li d-deċiżjoni li jitkomplew il-miżuri kienet ibbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-fatti kollha li nstabu matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri la kienet awtomatika u lanqas ma kienet tikkostitwixxi “norma”. B’hekk hija ċaħdet l-affermazzjoni li l-miżuri jenħtieġ li jintemmu.

(289)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kompensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kompensatorji individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kompensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(290)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kompensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(291)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(292)

Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja u li jiġi manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kompensatorju.

(293)

Wara d-divulgazzjoni, Tata Metaliks Limited talbet lill-Kummissjoni biex tassenjalha marġni kompensatorju individwali. Alternattivament, hija qieset li l-Kummissjoni jenħtieġ li tal-anqas tikkunsidra li testendi r-rati kompensatorji individwali assenjati lill-produtturi kooperattivi l-oħra tal-prodott ikkonċernat mill-Indja fl-investigazzjoni oriġinali lilha, fid-dawl tal-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza.

(294)

Il-Kummissjoni fakkret li l-objettiv ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku huwa biss li jiġi ddeterminat jekk il-miżuri eżistenti għadhomx meħtieġa u ma jippermettix l-istabbiliment ta’ rati tad-dazju individwali għall-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali. Dawn l-affermazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati biss taħt investigazzjonijiet ta’ rieżami skont l-Artikolu 19(3) jew 19(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(295)

Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kompensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (37). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(296)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), meta jkollu jiġi rimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li għandu jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(297)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju kompensatorju definittiv huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili mingħajr kisi minn ġewwa u minn barra (“pajpijiet mikxufin”), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 (kodiċi TARIC 7303001010) u ex 7303 00 90 (kodiċi TARIC 7303009010), li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju kompensatorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jindal Saw Limited

6,0  %

C054

Electrosteel Castings Ltd

9,0  %

C055

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

9,0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju kompensatorju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fl-Indja. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53).

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs il-Kummissjoni Ewropea, T-301/16, ECLI:EU:T:2019:234 u T-300/16, ECLI:EU:T:2019:235.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/526 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16 (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/527 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-301/16 (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 14).

(7)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri kompensatorji (ĠU C 210, 24.6.2020, p. 28).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

(9)  In-Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 8).

(10)  In-Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 19).

(11)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?ref=ong&id=2521&sta=1&en=20&page=1&c_order=date&c_order_dir=Down.

(12)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(13)  ĠU C 210, 24.6.2020, p. 28.

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1), il-premessi (442) u (460-471).

(15)  Mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014.

(16)  Iċ-ċifri fl-investigazzjoni oriġinali ntwerew f’firxiet jew f’indiċijiet minħabba l-kunfidenzjalità.

(17)  Il-kwantitajiet esportati rrappreżentati fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami huma inqas minn 0,1 % f’termini ta’ fatturat tal-prodott ikkonċernat.

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/433 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU L 88, 16.3.2022, p. 24), il-premessi (190)-(205).

(19)  Linji gwida tal-Iskema RoDtep: https://fieo.org/uploads/files/file/Notification%20No_%2019%20English.pdf u https://commerce.gov.in/press-releases/centre-notifies-rodtep-scheme-guidelines-and-rates/

(20)  https://www.livemint.com/industry/govt-should-include-iron-and-steel-in-rodtep-to-make-exports-competitive-eepc-11640938763351.html.

(21)  Ir-Regolament oriġinali, il-premessi (131) – (278).

(22)  Sit web ta’ Indian Railways, https://indianrailways.gov.in/railwayboard/uploads/directorate/traffic_tran/downloads/2021/Policy-Iron-Ore-Traffic-220121.pdf.

(23)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar tal-2017, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami.

(24)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar tal-2017, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami, p. 24.

(25)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar tal-2017, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami, p. 20.

(26)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar tal-2017, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami, p. 22.

(27)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar l-Azzar tal-2017, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami, p. 29.

(28)  Ara l-Politika tal-Kummerċ Barrani 2015-2020, p. 43-44, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami.

(29)  Ara l-Politika Nazzjonali dwar il-Minerali tal-2019, p. 9, l-Anness 9 tat-Talba għal rieżami.

(30)  Iċ-ċirkolari rilevanti hija ppubblikata fuq is-sit web ta’ Indian Railways, https://indianrailways.gov.in/railwayboard/uploads/directorate/traffic_comm/Freight_Rate_2016/RC_16_16.pdf.

https://www.tatametaliks.com/tata-metalik-ir-20-21/focus-on-downstream.html#:~:text=Tata%20Metaliks%20had%20foreseen%20the,in%20H1%20FY%202022%2D23.

(31)  L-intenzjoni li jsir investiment fiż-żieda fil-kapaċità saret pubblika mill-produtturi ewlenin tal-prodott ikkonċernat fl-Indja bħal Vedanda

(32)  Talba għal rieżami, l-Anness 17.

(33)  Talba għal rieżami, l-Anness 17.

(34)  Talba għal rieżami, it-Taqsima 5.1.6.

(35)  L-Istati Uniti – Sunset reviews of Anti-dumping Measures on Oil Country Tubular Goods From Argentina (WT/DS/268/AB/R).

(36)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-Ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10. Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn hija implimentata permezz ta’ Regolamenti speċifiċi għall-prodotti li japplikaw direttament fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn ikopri r-rekwiżiti l-ġodda dwar l-Ekodisinn fir-rigward ta’ transformers tal-potenza żgħar, medji u kbar. Il-Grad 1 tar-Regolament dwar l-Ekodisinn daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, u l-Grad 2 fl-1 ta’ Lulju 2021. Ir-rekwiżiti tal-Grad 2 huma aktar stretti minn dawk tal-Grad 1. Għalkemm l-effetti sħaħ għadhom ma jistgħux jiġu vvalutati fuq perjodu ta’ żmien daqshekk qasir mid-dħul fis-seħħ tal-Grad 2, huwa ġeneralment mifhum li dawn ir-rekwiżiti tal-Grad 2 se jeħtieġu t-tipi tal-ogħla kwalità ta’ GOES għad-disinn u l-manifattura tat-transformers b’mod kosteffiċjenti u fi ħdan il-limitazzjonijiet tal-ispazju meħtieġa.

(37)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(38)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/67


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/928

tal-15 ta’ Ġunju 2022

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jeżiġi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, mill-kompartimenti tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur, u ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur: tifqigħa waħda fil-provinċja ta’ British Columbia, il-Kanada, u tifqigħa oħra fil-provinċja ta’ Ontario, il-Kanada, li t-tnejn ġew ikkonfermati fit-18 ta’ Mejju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-provinċja tal-British Columbia, il-Kanada, li ġiet ikkonfermata fit-22 ta’ Mejju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Apparti dawn, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fil-provinċja ta’ Saskatchewan, il-Kanada, li ġiet ikkonfermata fis-26 ta’ Mejju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja qrib Ludlow, Ludlow, Shropshire, ir-Renju Unit, li ġiet ikkonfermata fl-1 ta’ Ġunju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(9)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja qrib Ludlow, Ludlow, Shropshire, ir-Renju Unit, li ġiet ikkonfermata fis-7 ta’ Ġunju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(10)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur li jinsabu fl-istat ta’ Pennsylvania, l-Istati Uniti, li ġiet ikkonfermata fit-2 ta’ Ġunju 2022 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(11)

Wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ eradikazzjoni biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(12)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li titwaqqaf l-awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur, ta’ prodotti ġerminali tat-tjur, u ta’ laħam frisk mit-tjur u mill-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja.

(13)

Apparti dan, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu rigward ħames tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tat-tjur: żewġ tifqigħat qrib North Somercotes, East Lindsey, Lincolnshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati fit-28 ta’ Diċembru 2021 u fil-5 ta’ Jannar 2022, żewġ tifqigħat qrib Louth, East Lindsey, Lincolnshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati fil-31 ta’ Diċembru 2021 u fl-10 ta’ Jannar 2022, u tifqigħa waħda qrib Lazonby, Eden, Cumbria, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġiet ikkonfermata fl-4 ta’ Jannar 2022. Ir-Renju Unit ippreżenta wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħa biex jevita aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, ir-Renju Unit implimenta politika ta’ eradikazzjoni biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temm il-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ eradikazzjoni fl-istabbilimenti tat-tjur infettati fit-territorju tiegħu.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit u kkonkludiet li tneħħew it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tat-tjur qrib North Somercotes, East Lindsey, Lincolnshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, qrib Louth, East Lindsey, Lincolnshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit u qrib Lazonby, Eden, Cumbria, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, u li ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur miż-żoni tar-Renju Unit imnejn kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur minħabba dawk it-tifqigħat.

(15)

Għalhekk, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali rigward l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti rigward l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.64 sa CA-2.67 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.63:

CA

Il-Kanada

CA-2.64 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1”

 

18.5.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

18.5.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

18.5.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

18.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

18.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

18.5.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

18.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

18.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

18.5.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

18.5.2022

 

CA-2.65 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

18.5.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

18.5.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

18.5.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

18.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

18.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

18.5.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

18.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

18.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

18.5.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

18.5.2022

 

CA-2.66 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

22.5.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

22.5.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

22.5.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

22.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

22.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

22.5.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

22.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

22.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

22.5.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

22.5.2022

 

CA-2.67 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

26.5.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

26.5.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

26.5.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

26.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

26.5.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

26.5.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

26.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

26.5.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

26.5.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

26.5.2022”;

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.79 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.79 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022”;

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.82 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.82 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022”;

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.85 u GB-2.86 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.85 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

GB-2.86 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022”;

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.88 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.88 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022”;

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.123 u GB-2.124 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.122:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.123 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

1.6.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

1.6.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

1.6.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

1.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

1.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

1.6.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

1.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

1.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

1.6.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

1.6.2022

 

GB-2.124 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

7.6.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

7.6.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

7.6.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

7.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

7.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

7.6.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

7.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

7.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

7.6.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

7.6.2022”;

 

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona US-2.224 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.223:

US

l-Istati Uniti

US-2.224 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u t-tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

2.6.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

2.6.2022

 

Tjur maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

2.6.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

2.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

2.6.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

2.6.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar tat-tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

2.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

2.6.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

2.6.2022

 

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

2.6.2022”;

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.64 sa CA-2.67 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.63:

“Il-Kanada

CA-2.64 Il-Kontea ta’ Norfolk:

British Columbia:

BC-IP9: Latitudni 49.04, Lonġitudni -122.38

BC-IP11: Latitudni 49.04, Lonġitudni -122.39

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3km PZ: Aldergrove, Aberdeen u West Abbotsford

10km SZ: Langley Township, Bradner, Townline Hill, Abbotsford u South Poplar

CA-2.65 Il-Kontea ta’ Norfolk:

Ontario - Latitudni 44.3, Lonġitudni -79.25

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3km PZ: Brighton Beach, Balfour Beach u Orchard Grove

10km SZ: Stroud, Innisfil, Nantyr, Alcona, Georgina, Filey Beach, Baldwin, Keswick, Brown Hill, Ravenshoe, Beverley Isles, Deerhurst, Fennell u Gilford Beach

CA-2.66 Il-Kontea ta’ Norfolk:

British Columbia - Latitudni 49.65, Lonġitudni -120.41

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3km PZ: Bankeir

10km SZ: Jellicoe

CA-2.67

Saskatchewan - Latitudni 50.51, Lonġitudni -103.71

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3km PZ: Dingley

10km SZ: Indian Head u Sintaluta”;

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.123 u GB-2.124 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni għaż-żona GB-2.122:

“Ir-Renju Unit

GB-2.123

Near Ludlow, Ludlow, Shropshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit:

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku b’raġġ ta’ 10 km biċ-ċentru fuq il-koordinati deċimali WGS84 N52.32 u W2.72.

GB-2.124

Near Ludlow, Ludlow, Shropshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit:

Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku b’raġġ ta’ 10 km biċ-ċentru fuq il-koordinati deċimali WGS84 N52.35 u W2.63.”;

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona US-2.224 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.223:

“L-Istati Uniti

US-2.224

L-Istat ta’ Pennsylvania - Berks 10

Il-Kontea ta’ Berks: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 76.1349705°W 40.5745889°N).”;

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.64 sa CA-2.67 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.63:

CA

Il-Kanada

CA-2.64

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

18.5.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

18.5.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

18.5.2022

 

CA-2.65

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

18.5.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

18.5.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

18.5.2022

 

CA-2.66

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

22.5.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

22.5.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

22.5.2022

 

CA-2.67

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

26.5.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

26.5.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

26.5.2022”;

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.79 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.79

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

28.12.2021

8.6.2022

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

28.12.2021

8.6.2022”;

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.82 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.82

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

31.12.2021

8.6.2022

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

31.12.2021

8.6.2022”;

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.85 u GB-2.86 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.85

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

4.1.2022

7.6.2022

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

4.1.2022

7.6.2022

GB-2.86

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

5.1.2022

8.6.2022

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

5.1.2022

8.6.2022”;

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.88 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.88

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

10.1.2022

8.6.2022

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

10.1.2022

8.6.2022”;

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.123 u GB-2.124 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.122:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.123

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

1.6.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

1.6.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

1.6.2022

 

GB-2.124

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

7.6.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

7.6.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

7.6.2022”;

 

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona US-2.224 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.223:

US

l-Istati Uniti

US-2.224

Laħam frisk tat-tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

2.6.2022

 

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

N, P1

 

2.6.2022

 

Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

 

2.6.2022”;

 


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/81


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 292/21/COL

tal-15 ta’ Diċembru 2021

li temenda r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju [2022/929]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (EFTA SURVEILLANCE AUTHORITY, “ESA”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b),

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ("il-Protokoll 3"), b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tal-Parti I,

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA trid iddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA trid toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.

Skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3, l-ESA trid żżomm f’rieżami kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna eżistenti fl-Istati tal-EFTA (1) u tipproponi kwalunkwe miżura xierqa li jeżiġi l-iżvilupp progressiv jew il-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

Fis-6 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (“il-Linji Gwida”) (2).

Il-Linji Gwida huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea (“iż-ŻEE”).

Trid tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-ŻEE kollha kemm hi skont l-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE.

Skont il-Paragrafu II tat-Taqsima Ġenerali tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni, l-ESA trid tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Linji Gwida jistgħu jirreferu għal ċerti strumenti ta’ politika tal-Unjoni Ewropea u għal ċerti atti legali tal-Unjoni Ewropea li ma ġewx inkorporati fil-Ftehim ŻEE. Bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat u kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fiż-ŻEE kollha, l-ESA ġeneralment tapplika l-istess punti ta’ referenza bħall-Kummissjoni Ewropea meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

Wara li kkonsultat il-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat l-Istati tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat huma emendati bl-introduzzjoni ta’ Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investiment ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-Linji Gwida huma annessi ma' din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.

(2)   Il-Linji Gwida jissostitwixxu l-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (3) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 2

L-ESA tapplika l-Linji Gwida bl-adattamenti segwenti fejn applikabbli, inklużi, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

jekk ikun hemm referenza għal “Stat(i) Membru/i”, l-ESA taqraha bħala referenza għal “Stat(i) tal-EFTA” (4), jew fejn xieraq “Stat(i) taż-ŻEE”;

(b)

jekk ikun hemm referenza għall-“Kummissjoni Ewropea”, l-ESA taqraha bħala referenza għall-“Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(c)

jekk ikun hemm referenza għat-“Trattat” jew it- “TFUE”, l-ESA taqraha bħala referenza għall-“Ftehim ŻEE”;

(d)

jekk ikun hemm referenza għall-Artikolu 49 TFUE jew għat-taqsimiet ta’ dak l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(e)

jekk ikun hemm referenza għall-Artikolu 63 TFUE jew għal taqsimiet ta’ dak l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(f)

jekk ikun hemm referenza għall-Artikolu 107 TFUE jew għal taqsimiet ta’ dak l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(g)

jekk ikun hemm referenza għall-Artikolu 108 TFUE jew għal taqsimiet ta’ dak l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 1 tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u t-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(h)

jekk ikun hemm referenza għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (5), l-ESA taqraha bħala referenza għall-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti;

(i)

jekk ikun hemm referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (6), l-ESA taqraha bħala referenza għad-Deċiżjoni 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA;

(j)

jekk ikun hemm referenza għall-kliem “(in-)kompatibbli mas-suq intern”, l-ESA taqraha bħala “(in-)kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE”;

(k)

jekk ikun hemm referenza għall-formulazzjoni “fl-Unjoni (jew barra minnha)”, l-ESA taqraha bħala “fiż-ŻEE (jew barra minnha”);

(l)

jekk ikun hemm referenza għal “kummerċ intra-Unjoni”, l-ESA taqraha bħala referenza għal “kummerċ intra-ŻEE”;

(m)

jekk il-Linji Gwida jistabbilixxu li se jiġu applikati għas-“setturi kollha tal-attività ekonomika”, l-ESA tapplikahom għas-“setturi kollha tal-attività ekonomika jew partijiet mis-setturi tal-attività ekonomika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE”;

(n)

jekk ikun hemm referenza għal Komunikazzjonijiet, Avviżi jew Linji Gwida tal-Kummissjoni, l-ESA taqraha bħala referenza għal-Linji Gwida korrispondenti tal-ESA;

(o)

jekk ikun hemm referenza għal “Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika” jew “NUTS” (7), l-ESA taqraha bħala referenza għal “reġjun statistiku”.

Artikolu 3

L-ESA għandha tapplika l-Linji Gwida bl-adattamenti addizzjonali segwenti:

(a)

in-nota 36 fil-qiegħ tal-paġna tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1), kif inkorporat fil-punt 1ea fl-Anness XV tal-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 98/2014 (ĠU L 310, 30.10.2014, p. 65 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 63, 30.10.2014, p. 56).”;

(b)

il-paragrafu 180 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja f’sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

a)

it-test sħiħ tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna individwali jew tal-iskema ta’ għajnuna approvata u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew ħolqa għalih;

b)

informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 100 000, kif stabbilit fl-Anness ta’ dawn il-Linji Gwida”;

(c)

il-paragrafu 197 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ESA tqis li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal ċerti bidliet fil-prinċipji ta’ valutazzjoni għall-għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju fiż-ŻEE. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESA tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti:

a)

Jenħtieġ li l-Istati tal-EFTA jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi eżistenti tagħhom għall-għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju, sabiex jinġiebu f’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida, sat-30 ta’ Ġunju 2022;

b)

L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u inkondizzjonata tagħhom għall-miżuri proposti sat-28 ta’ Frar 2022. F'każ li ma tingħatax tweġiba, l-ESA tassumi li l-Istat tal-EFTA kkonċernat ma jaqbilx mal-miżuri proposti.”

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Bente ANGELL-HANSEN

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Högni S. KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarja bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  L-Artikolu 1(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jiddikjara li “it-terminu ‘Stati tal-EFTA’ jfisser ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja u, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tal-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, il-Prinċipat tal-Liechtenstein”.

(2)  ĠU C 508, 16.12.2021, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 117/14/COL tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda għall-erbgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat billi tadotta Linji Gwida ġodda biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju u billi ttawwal il-Linji Gwida eżistenti dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' kapital ta' riskju f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 62), u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 74, 11.12.2014, p. 1, emendat bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 302/14/COL tas-16 ta' Lulju 2014 li temenda għad-disgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi timmodifika ċerti Linji Gwida għall-għajnuna mill-istat [2015/95] (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 103), u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 4, 22.1.2015, p. 1, u emendat bid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 90/20/COL tal-15 ta’ Lulju 2020 li temenda, għall-mija u s-seba’ darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, billi temenda u ttawwal ċerti linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat [2020/1576] (ĠU L 359, 29.10.2020, p. 16) u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 68, 29.10.2020, p.4.

(4)  “Stati tal-EFTA” tirreferi għall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju

Werrej

1.

Introduzzjoni 86

2.

kamp ta’ applikazzjoni tal-Linji Gwida u d-definizzjonijiet 91

2.1.

Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida 91

2.2.

Għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju notifikabbli 93

2.3.

Definizzjonijiet 94

3.

Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju 97

3.1.

L-ewwel kundizzjoni: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika 98

3.1.1.

Identifikazzjoni tal-attività ekonomika appoġġata 98

3.1.2.

L-effett ta’ inċentiv 98

3.2.

It-tieni kundizzjoni: L-evitar ta’ effetti avversi fuq il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni 99

3.2.1.

Elementi bażiċi tal-valutazzjoni ex ante li għandhom jiġu sottomessi mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni 99

3.2.2.

Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat 101

3.2.2.1.

Miżuri mmirati lejn kategoriji ta’ impriżi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 102

(a)

Impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja 102

(b)

Impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja 102

(c)

SMEs li jirċievu l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju inizjali meta jkunu ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 103

(d)

Negozji ġodda u SMEs li jeħtieġu investiment ta’ finanzjament ta’ riskju ta’ ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 103

(e)

Pjattaformi ta’ negozjar alternattivi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 103

3.2.2.2.

Miżuri b’parametri ta’ tfassil mhux konformi mar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 104

(a)

Istrumenti finanzjarji b’parteċipazzjoni ta’ investitur privat taħt il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 104

(b)

Istrumenti finanzjarji b’parametri ta’ tfassil ’il fuq mil-limiti massimi previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 104

(c)

Strumenti finanzjarji minbarra garanziji fejn l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom jintgħażlu billi tingħata preferenza lill-protezzjoni minn ċaqliq 'l isfelmilli lill-kondiviżjoni asimmetrika tal-profitti 105

(d)

Inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi, inkluż l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri 105

3.2.3.

Adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna 105

3.2.3.1.

L-adegwatezza meta mqabbla ma’ strumenti ta’ politika oħra u ma’ strumenti ta’ għajnuna oħra 106

3.2.3.2.

Kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji 106

(a)

L-investimenti ta’ ekwità 108

(b)

Strumenti ta’ dejn iffinanzjati: dejn 109

(c)

Strumenti ta’ dejn iffinanzjati: garanziji 109

3.2.3.3.

Il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-inċentivi fiskali 110

3.2.3.4.

Il-kundizzjonijiet għal miżuri li jappoġġaw il-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi 110

3.2.4.

Proporzjonalità tal-għajnuna 111

3.2.4.1.

Il-kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji 111

3.2.4.2.

Il-kundizzjonijiet għall-inċentivi fiskali 112

3.2.4.3.

Il-kundizzjonijiet għall-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi 113

3.2.4.4.

Kumulazzjoni 113

3.2.5.

L-evitar ta’ effetti negattivi mhux dovuti tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 113

3.2.5.1.

L-effetti pożittivi li għandhom jitqiesu 113

3.2.5.2.

L-effetti negattivi li jridu jitqiesu 114

3.2.5.3.

L-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi tal-għajnuna 116

3.2.6.

Trasparenza 116

4.

Evalwazzjoni 117

5.

Dispożizzjonijiet finali 118

5.1.

Applikabbiltà 118

5.2.

Miżuri xierqa 119

5.3.

Rapportar u monitoraġġ 119

5.4.

Reviżjoni 119

1.   INTRODUZZJONI

1.

Abbażi tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għajnuna mill-Istat maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Il-Kummissjoni, storikament irrikonoxxiet l-importanza għall-ekonomiji tal-Istati Membri tas-suq tal-finanzjament ta’ riskju u l-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”), għad-ditti żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (“impriżi b’kapitalizzazzjoni medja”) u għal impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja (1), u l-ħtieġa sussegwenti li jkun hemm sett ta’ linji gwida biex jiġi żgurat approċċ konsistenti fil-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju. B’dan f’moħħha, il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida dwar il-Kapital ta’ Riskju tal-2006 (2) li sussegwentement ġew sostitwiti mil-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju tal-2014 (3) bħala parti mill-pakkett dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (4). Il-Linji Gwida tal-2014 dwar il-Finanzjament ta’ Riskju se jiskadu fi tmiem l-2021. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jaraw il-ħtieġa li jipprovdu għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju, u gwida dwar kif jiġi appoġġat il-finanzjament ta’ riskju f’konformità sħiħa mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tibqa’ meħtieġa.

2.

F’dan ir-rigward, l-SMEs huma l-pedament tal-ekonomiji tal-Istati Membri, kemm f’termini ta’ impjieg kif ukoll f’termini ta’ dinamiżmu u tkabbir ekonomiku, u għalhekk huma wkoll ċentrali għall-iżvilupp ekonomiku r-reżiljenza tal-Unjoni kollha kemm hi. Kif rikonoxxut fl-Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (5), il-25 miljun SME tal-Unjoni jimpjegaw madwar 100 miljun persuna, li jammontaw għal aktar minn nofs il-prodott domestiku gross (PDG) tal-Unjoni u għandhom rwol ewlieni fiż-żieda tal-valur f’kull settur tal-ekonomija. Huma jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu indirizzati sfidi bħat-tibdil fil-klima, l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi u t-telfien tal-koeżjoni soċjali, u jgħinu biex ixerrdu din l-innovazzjoni li tappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u li ssaħħaħ ir-reżiljenza jew is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni. Iżda, biex ikunu jistgħu ikbru u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, l-SMEs għandhom bżonn il-finanzjament. Dan huwa partikolarment minnu fis-setturi ta’ riskju għoli tat-teknoloġija avvanzata, li huma orjentati lejn l-innovazzjoni. Għalhekk, suq ta’ finanzjament ta’ riskju effiċjenti għall-SMEs huwa kruċjali biex il-kumpaniji intraprenditorjali jkun jista’ jkollhom aċċess għall-finanzjament meħtieġ f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom.

3.

Minkejja l-prospetti ta’ tkabbir tagħhom, in-negozji ġodda u l-SMEs spiss isibu diffikultajiet biex jiksbu aċċess għal finanzjament, b’mod partikolari fl-istadji bikrija tal-iżvilupp tagħhom (6) u meta jkunu jeħtieġu finanzjament addizzjonali biex jespandu. Fil-qalba ta’ dawn id-diffikultajiet hemm problema ta’ informazzjoni asimmetrika: in-negozji ġodda u l-SMEs, speċjalment meta jkunu għadhom jibdew jew ikunu f’setturi ġodda jew tat-teknoloġija avvanzata, spiss ma jkunux jistgħu juru lill-investituri u lill-banek l-affidabbiltà kreditizja tagħhom jew li l-pjanijiet kummerċjali tagħhom huma sodi. F’tali ċirkostanzi, it-tip ta’ skrinjar attiv u r-riċerka li jsiru mill-investituri sabiex jipprovdu finanzjament lil kumpaniji akbar jew aktar stabbiliti jistgħu ma jkunux siewja fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs u n-negozji ġodda għax il-kostijiet tal-iskrinjar huma għaljin wisq meta mqabbla mal-valur tal-investiment. Għalhekk, irrispettivament mill-kwalità tal-proġett tagħhom, l-innovazzjoni tat-teknoloġija tagħhom u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom, in-negozji ġodda u l-SMEs x’aktarx li ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-finanzjament meħtieġ sakemm ma jkollhomx rekord ippruvat u biżżejjed kollateral. Dik il-problema tista’ tkun partikolarment qawwija fir-rigward tal-investimenti f’teknoloġiji ekoloġiċi, ta’ teknoloġija avvanzata, diġitali jew ibbażati fuq l-ajruspazju li huma innovattivi jew f’innovazzjonijiet soċjali xprunati minn intraprendituri soċjali (7). Bħala riżultat ta’ din l-informazzjoni asimmetrika, is-swieq ta’ finanzjament għan-negozju jistgħu jonqsu milli jipprovdu l-ekwità jew il-finanzjament b’dejn meħtieġ għan-negozji ġodda u l-SMEs li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u dawk b’potenzjal ta’ innovazzjoni u tkabbir għoli u dan jirriżulta f’falliment persistenti tas-suq kapitali li jipprevjeni l-provvista milli tissodisfa d-domanda bi prezz aċċettabbli għaż-żewġ naħat, li jaffettwa b’mod negattiv il-prospetti ta’ tkabbir tal-SMEs u jdgħajjef it-tkabbir fil-produttività tas-Suq Uniku u r-reżiljenza kumplessiva tal-ekonomija tal-Unjoni. F’ċerti ċirkostanzi, impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja jiffaċċjaw l-istess falliment tas-suq.

4.

Il-konsegwenzi ta’ kumpanija li ma tirċevix finanzjament jistgħu jmorru lil hinn minn dik l-entità individwali, b’mod partikolari minħabba l-esternalitajiet tat-tkabbir. Ħafna setturi ta’ suċċess jixhdu tkabbir tal-produttività mhux minħabba li l-kumpaniji preżenti fis-suq iżidu fil-produttività, iżda minħabba li l-kumpaniji aktar effiċjenti u teknoloġikament avvanzati jikbru għad-detriment ta’ dawk inqas effiċjenti (jew dawk bi prodotti obsoleti). Barra minn hekk, is-setturi ekonomiċi involuti u l-ekonomija ġenerali jibbenefikaw minn esternalitajiet tat-tkabbir pożittivi marbuta mal-akkumulazzjoni tal-għarfien li għandhom id-ditti (kapital organizzazzjonali) jew il-ħaddiema (kapital uman), kif ukoll mill-introduzzjoni ta’ oġġetti ġodda, fil-forma ta’surplus għall-konsumaturi u/jew għad-ditti. Sal-punt li dawn il-proċessi jiġu mfixkla mill-fatt li kumpaniji li potenzjalment jistgħu jirnexxu ma jkunux jistgħu jiksbu finanzjament, il-konsegwenzi usa’ għat-tkabbir tal-produttività x’aktarx ikunu negattivi. Jekk bażi usa’ ta’ kumpaniji jitħallew jidħlu fis-suq u jespandu billi jitneħħew l-ostakli bla bżonn għall-finanzjament, dan jista’ mbagħad jixpruna t-tkabbir.

5.

Għalhekk, l-eżistenza ta’ diskrepanza fil-finanzjament li taffettwa lin-negozji ġodda, l-SMEs, l-impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u l-impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja tista’ tiġġustifika l-użu ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku mill-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ finanzjament ta’ riskju fis-swieq domestiċi tagħhom. Jekk tiġi mmirata kif suppost, l-għajnuna mill-Istat biex issostni l-provvista ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tkun mezz effettiv biex ittaffi l-falliment tas-suq identifikat jew ostaklu rilevanti ieħor fl-aċċess għal finanzjament u biex tingrana l-kapital privat. Fil-kuntest attwali, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu użu minnha biex irawmu l-irkupru mill-kriżi ekonomika kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19.

6.

Minbarra li huwa indispensabbli għall-ekonomiji domestiċi tal-Istati Membri, aċċess imtejjeb għall-finanzjament jista’ jikkontribwixxi b’mod pożittiv għal xi wħud mill-objettivi ta’ politika ċentrali tal-Unjoni. L-aċċess għall-finanzjament jikkostitwixxi għodda b’saħħitha biex tappoġġja l-Patt Ekoloġiku (8) u tagħmel l-Ewropa lesta għall-era diġitali (9), kif ukoll biex tiżgura l-irkupru mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u tinbena Unjoni aktar reżiljenti anki għal kriżijiet futuri.

7.

It-tranżizzjoni ekoloġika hija objettiv ewlieni tal-Unjoni. Skont l-aktar projezzjonijiet reċenti (10), l-ilħuq tal-miri attwali dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 jista’ jirrikjedi sa EUR 417-il biljun ta’ investiment annwali addizzjonali, sfida li għaliha l-ingranaġġ ta’ investiment privat sinifikanti se jkun kruċjali. Il-promozzjoni ta’ finanzjament sostenibbli tirrikjedi li jiġu pprovduti s-sinjali x-xierqa biex il-flussi finanzjarji u kapitali jiġu diretti lejn l-investiment ekoloġiku. Għal dak il-għan, fl-2018 il-Kummissjoni nediet il-Pjan ta’ Finanzjament Sostenibbli (11), li ġie segwit reċentement minn Pakkett ta’ Finanzjament Sostenibbli ġdid (12). Element wieħed għall-promozzjoni tal-finanzjament ekoloġiku huwa t-titjib tad-divulgazzjoni dwar id-data klimatika u ambjentali sabiex l-investituri jkunu infurmati bis-sħiħ dwar is-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom. F’dak il-kuntest, pass ewlieni kien l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li jikklassifika l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli (komunement imsejħa t-"Tassonomija tal-UE").

8.

Fir-rigward tat-tranżizzjoni diġitali, il-Komunikazzjoni tal-2030 dwar il-Kumpass Diġitali (14) tenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-Unjoni ta’ teknoloġiji diġitali kritiċi b’mod li jrawwem it-tkabbir tal-produttività u l-iżvilupp ekonomiku tagħha b’koerenza sħiħa mal-valuri u mal-objettivi tas-soċjetà tagħha. L-infiq nazzjonali mill-Istati Membri huwa kruċjali biex jippermetti żieda enormi fl-investimenti, flimkien ma’ fondi rilevanti tal-Unjoni u investimenti privati, sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

9.

Fir-rigward tal-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, l-irkupru huwa prijorità urġenti u l-momentum għandu jintuża biex jsir progress fit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika u jagħmel l-ekonomija aktar reżiljenti u aktar kompetittiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“RRF”) (15) hija l-ewwel u l-aktar parti importanti tal-Pakkett ta’ Rkupru tal-UE adottat b’reazzjoni għall-kriżi, li tqiegħed EUR 672,5 biljun għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-forma ta’ self u għotjiet bħala appoġġ finanzjarju għall-ewwel snin kruċjali tal-irkupru, wara l-approvazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni identifikat oqsma ewlenin (16), li hija tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, minħabba r-rilevanza tagħhom madwar l-Istati Membri, l-investimenti kbar ħafna meħtieġa, u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir u li jgawdu l-benefiċċji mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

10.

Barra minn hekk, kif ġie ssottolinjat fl-Istrateġija Industrijali aġġornata (17), l-Unjoni jeħtieġ li titgħallem mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-impatt tagħha fuq il-ktajjen tal-valur globali; it-titjib tar-reżiljenza tas-suq uniku tiegħu u l-indirizzar tad-dipendenzi strateġiċi filwaqt li tiġi ssalvagwardjata ekonomija tal-UE miftuħa, kompetittiva, u bbażata fuq il-kummerċ huma l-qofol ta’ dawn l-isforzi.

11.

Minħabba l-importanza ta’ aċċess effettiv għall-finanzjament għall-objettivi ewlenin tal-Unjoni, hemm ħtieġa li jkomplu jiżdiedu l-isforzi li jibnu fuq il-politiki tal-Unjoni mmirati lejn it-titjib ta’ dan l-aċċess, bħall-Unjoni tas-Swieq Kapitali (“CMU”) u l-użu tal-baġit tal-Unjoni.

12.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni adottat l-ewwel pjan ta’ azzjoni tas-CMU (18) fl-2015 sabiex timmobilizza l-kapital fl-Unjoni u twasslu lill-kumpaniji kollha. Wieħed mill-objettivi ewlenin tiegħu kien li jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, b’mod partikolari għall-finanzjament mhux bankarju. Minn dak iż-żmien, l-Unjoni għamlet progress sinifikanti, billi wettqet il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet individwali mħabbra fil-pjan ta’ azzjoni tas-CMU tal-2015 u fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tagħha tal-2017. Ħafna minn dawk l-azzjonijiet kellhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament għall-impriżi kollha irrispettivament mid-daqs jew mill-età, iżda xi wħud minnhom kellhom l-għan fil-biċċa l-kbira li jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq kapitali speċifikament għall-SMEs u l-impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (19). Fl-2020 tnieda pjan ta’ azzjoni tas-CMU ġdid (20) titkompla s-CMU tal-Unjoni fis-snin li ġejjin sabiex ikomplu jiġu żviluppati s-swieq kapitali u biex jiġi żgurat l-aċċess għall-finanzjament mis-suq, b’mod partikolari għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju. F’dan il-kuntest, f’konformità mal-Artikolu 33(9) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Esperti Tekniċi dwar l-SMEs li ngħata l-mandat li jivvaluta l-ostakli li jsibu l-SMEs biex jagħmlu użu mis-swieq pubbliċi.

13.

Fid-dawl tal-importanza li jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, il-Kummissjoni tikkomplementa l-leġiżlazzjoni u l-azzjonijiet ta’ politika tal-Unjoni bil-baġit tal-Unjoni, sabiex tindirizza l-fallimenti strutturali tas-suq li jillimitaw it-tkabbir tan-negozji ġodda u tal-SMEs. Għal dan il-għan, l-użu ta’ strumenti finanzjarji (22) ttejjeb taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (“QFP”) tal-2014-2020. B’mod partikolari, il-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju” (“COSME”)) u (23) r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) (“Orizzont 2020”) ikkontribwew għat-titjib tal-użu tar-riżorsi pubbliċi permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-kondiviżjoni tar-riskji għall-benefiċċju tal-SMEs fil-fażijiet tal-bidu, tat-tkabbir u tat-trasferiment tagħhom, kif ukoll ta’ impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u ta’ impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja, b’enfasi partikolari fuq azzjonijiet imfassla biex jipprovdu appoġġ mingħajr xkiel mill-innovazzjoni sas-suq, inkluż l-implimentazzjoni kummerċjali tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp (“R&Ż”) (25). Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (“EIC”) ilu jappoġġja n-negozji ġodda u l-SMEs mill-2018, taħt il-programm Orizzont 2020, u se jkompli jagħmel dan, kif ukoll jappoġġja l-impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, taħt il-programm ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni Orizzont Ewropea (26), bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tas-suq tal-kapital ta’ riskju tal-Unjoni. It-tnedija tal-Azzjoni ta’ Espansjoni Ewropea għall-Kapital ta’ Riskju (“ESCALAR”) (27), bħala programm pilota mill-Kummissjoni u mill-Fond Ewropew tal-Investiment (“FEI”), kif ukoll il-ħidma fuq il-ħolqien ta’ fond privat-pubbliku (28) biex jgħin fil-finanzjament ta’ offerti pubbliċi inizjali tal-SMEs, tiżvela l-importanza mogħtija lill-iffaċilitar tat-tkabbir tan-negozji ġodda u tal-SMEs kif ukoll il-ħtieġa li tkompli titlesta l-firxa ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku eżistenti fl-istadji kollha ta’ finanzjament. Il-FEI fl-2020 attiva wkoll “fond ta’ fondi”, bl-inizjattiva ISEP (InnovFin Space Equity Pilot), bl-involviment ta’ erba’ investituri ta’ Kapital ta’ Riskju privat biex jiżdied l-investiment fl-ekwità f’kumpaniji Ewropej tal-ajruspazju u tad-difiża. Dan il-mudell qiegħed jiġi esplorat ulterjorment mill-inizjattiva CASSINI u b’mod partikolari mill-Fond għat-Tkabbir ippjanat tagħha. (29) Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni ilha tikkontribwixxi dejjem aktar għall-finanzjament tal-SMEs, inkluż permezz tal-għoti ta’ kapital ta’ riskju, sa mill-bidu tal-2000, u laħqet EUR 10 biljun ta’ appoġġ fi tmiem l-2013 u EUR 15-il biljun addizzjonali ta’ impenji minn 23 Stat Membru sa tmiem l-2020. L-istrumenti finanzjarji taħt il-politika ta’ koeżjoni appoġġaw madwar 365 000 SME madwar l-Ewropa matul l-2020 biss. Finalment, il-Programm il-ġdid InvestEU (30), li se jiġbor flimkien 14-il strument finanzjarju differenti attwalment disponibbli biex jappoġġaw l-investiment fl-UE, kif ukoll fondi kkontribwiti minn ġestjoni kondiviża għall-kompartiment tal-Istati Membri, għandu tieqa speċifika ddedikata għall-finanzjament tan-negozji ż-żgħar filwaqt li t-tliet twieqi l-oħra ta’ InvestEU jistgħu jiffinanzjaw ukoll lill-SMEs fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.

14.

Kemm l-esperjenza tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju (skont il-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju tal-2014 kif ukoll ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (31)), u l-inizjattivi msemmija hawn fuq (ara l-paragrafi 12 u 13) fil-livell tal-Unjoni mmirati lejn it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament, juru li l-aċċess għall-finanzjament għadu prijorità kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-Istati Membri tagħha. F’dan l-isfond, huwa għalhekk kruċjali li l-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju mas-suq intern. Dan huwa muri wkoll mill-evalwazzjoni li saret tal-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju tal-2014 fl-2019 u fl-2020: l-hekk imsejjaħ Kontroll tal-Idoneità (32). Ir-riżultati tal-Kontroll tal-Idoneità juru li bħala regola, il-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju għadhom rilevanti u xierqa għall-iskop tagħhom. Madankollu, hemm bżonn ta’ aktar kjarifika u ta’ simplifikazzjoni ulterjuri tar-regoli. Dawn il-Linji Gwida riveduti dwar il-Finanzjament ta’ Riskju se jiffaċilitaw l-użu ta’ għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju mmirata b’mod adegwat mill-Istati Membri, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni pożittiva ta’ tali għajnuna għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni deskritti hawn fuq (ara l-paragrafi 6 sa 9), flimkien mal-effetti pożittivi tal-għajnuna fl-iżgurar tal-aċċess għall-finanzjament.

15.

Wara l-adozzjoni fl-2016 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna (33) u wara li ġiet ikkunsidrata, b’mod partikolari, it-Taqsima 4.2 tiegħu (34), dawn il-Linji Gwida ma għadhomx jindirizzaw jekk miżura ta’ appoġġ pubbliku tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew le, iżda jiffokaw fuq il-kundizzjonijiet li skonthom miżura ta’ għajnuna mill-Istat tista’ tinstab li hi kompatibbli mas-suq intern.

16.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel ċerti bidliet fil-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju 2014, biex tiċċara r-regoli u twassal simplifikazzjoni amministrattiva sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għajnuna mill-Istat b’appoġġ għall-finanzjament ta’ riskju.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA U D-DEFINIZZJONIJIET

2.1.    Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida

17.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għal miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (“Għajnuna għall-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs”). L-Istat Membru kkonċernat irid jinnotifika dawk il-miżuri (ara t-Taqsima 2.2) f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u l-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni sostantiva tal-kompatibbiltà kif stabbilit fit-Taqsima 3 ta’ dawn il-Linji Gwida.

18.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll li jfasslu miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju b’tali mod li l-miżuri ma jinvolvux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, pereżempju għax jikkonformaw mat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq (35) jew għax jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament de minimis applikabbli (36). Tali każijiet ma għandhomx għalfejn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

19.

Dawn il-Linji Gwida ma jindirizzawx il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’linji gwida, f’oqfsa jew f’regolamenti oħrajn dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġi pprevenut l-użu ta’ dawn il-Linji Gwida biex jiġu segwiti objettivi ta’ politika li huma prinċipalment indirizzati minn oqfsa, linji gwida u regolamenti oħrajn dwar l-għajnuna mill-Istat.

20.

Dawn il-Linji Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ tipi oħra ta’ strumenti finanzjarji minbarra dawk koperti hawnhekk, bħal strumenti li jipprovdu għat-titolizzazzjoni ta’ self eżistenti.

21.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ finanzjament ta’ riskju biss. Dawn ma humiex se jiġu applikati fir-rigward ta’ miżuri ad hoc li jipprovdu għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju lill-impriżi individwali, ħlief fil-każ ta’ miżuri li għandhom l-għan li jappoġġaw pjattaforma ta’ negozjar alternattiva speċifika.

22.

Huwa importanti li jiġi mfakkar li l-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju għandhom jintużaw pemezz ta’ intermedjarji finanzjarji jew permezz ta’ pjattaformi ta’ negozjar alternattivi, għajr għall-inċentivi fiskali fuq investimenti diretti fl-impriżi eliġibbli. Għalhekk, miżura li biha l-Istat Membru jew entità pubblika tagħmel investimenti diretti f’kumpaniji mingħajr l-involviment ta’ tali mezzi intermedjarji ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa u ta’ dawn il-Linji Gwida.

23.

Fid-dawl tar-rekord aktar stabbilit u tal-kollateralizzazzjoni ogħla tagħhom, il-Kummissjoni tqis li bħala regola, l-intrapriżi kbar ma jiffaċċjawx l-istess diffikultajiet biex jaċċessaw il-finanzjament bħan-negozji ġodda u l-SMEs, u għalhekk l-għajnuna lil dawn l-intrapriżi jenħtieġ li ma tkunx koperta minn dawn il-Linji Gwida. B’mod eċċezzjonali, miżura ta’ finanzjament ta’ riskju favur impriżi kbar tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli skont dawn il-Linji Gwida meta tkun immirata lejn impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, f’konformità mat-Taqsima 3.2.2.1, il-punt (a), jew impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja li jwettqu proġetti ta’ riċerka u żvilupp (“R&Ż) u ta’ innovazzjoni f’konformità mat-Taqsima 3.2.2.1, il-punt (b).

24.

Il-Kummissjoni ma hijiex se tapplika l-prinċipji f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju lil kumpaniji elenkati fil-lista uffiċjali ta’ suq regolat, peress li l-fatt li huma elenkati f’suq regolat juri l-kapaċità tagħhom li jattiraw finanzjament privat.

25.

Il-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju mingħajr ebda parteċipazzjoni minn investituri privati indipendenti, ma humiex se jitqiesu kompatibbli skont dawn il-Linji Gwida. F’tali każijiet, l-Istat Membru jenħtieġ li jikkunsidra għażliet ta’ politika alternattivi li jistgħu jkunu aktar xierqa biex jintlaħqu l-istess objettivi u riżultati, bħal għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna tal-bidu permessa taħt ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

26.

Miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fejn ma jittieħed l-ebda riskju apprezzabbli mill-investituri privati indipendenti, jew fejn il-benefiċċji jgħaddu kompletament għal għand l-investituri privati, ma humiex se jitqiesu kompatibbli fuq il-bażi ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-kondiviżjoni tar-riskji u l-gwadanji hija kundizzjoni meħtieġa skont dawn il-Linji Gwida biex tiġi limitata l-iskopertura finanzjarja, u biex jiġi żgurat redditu ġust, lill-Istat.

27.

Bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ kapital ta’ sostituzzjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju koperta minn dawn il-Linji Gwida ma tistax tintuża biex tappoġġa akkwiżizzjonijiet maġġoritarji.

28.

L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju mhijiex se tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern skont dawn il-Linji Gwida jekk tingħata lil:

(a)

impriżi f’diffikultà, kif definiti mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà; (37) madankollu, għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, l-SMEs li ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal mhux aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa li jikkwalifikaw għal investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju wara diliġenza dovuta mill-intermedjarju finanzjarju magħżul, ma jitqisux bħala impriżi f’diffikultà, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedimenti ta’ insolvenza jew jissodisfaw il-kriterji skont il-liġi domestika tagħhom biex jitqiegħdu fi proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħhom

(b)

impriżi li huma soġġetti għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, li tiddikjara għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern.

29.

Il-Kummissjoni ma hijiex se tapplika l-prinċipji f’dawn il-Linji Gwida għal għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u mal-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ kostijiet kurrenti oħra attwali marbuta mal-attività tal-esportazzjoni, kif ukoll għajnuna kontinġenti mal-użu ta’ prodotti domestiċi bi preferenza għal dawk importati.

30.

Il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju ta’ spiss jinvolvu kostruzzjonijiet kumplessi li joħolqu inċentivi għal sett wieħed ta’ operaturi ekonomiċi (investituri) sabiex jipprovdu finanzjament ta’ riskju lil sett ieħor ta’ operaturi (impriżi eliġibbli). Skont it-tfassil tal-miżuri, kif ukoll jekk l-intenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tista’ tkun li jipprovdu benefiċċji lit-tieni grupp biss, l-impriżi f’wieħed mil-livelli jew fit-tnejn li huma jistgħu jibbenifikaw minn għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju normalment jinvolvu intermedjarju finanzjarju wieħed jew aktar li jista’ jkollhom status li jkun separat minn dak tal-investituri u tal-benefiċjarji finali fejn isiru l-investimenti. F’każijiet bħal dawn huwa meħtieġ ukoll li ssir riflessjoni dwar jekk l-intermedjarju finanzjarju jistax jitqies li jibbenefika minn għajnuna mill-Istat. Kwalunkwe għajnuna lill-intermedjarju finanzjarju jenħtieġ li tkun limitata permezz tat-trasferiment tal-vantaġġ lill-benefiċjarji finali kif stabbilit f’dawn il-Linji Gwida. Il-fatt li l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jżidu l-assi tagħhom u l-maniġers tagħhom jistgħu jiksbu fatturat akbar permezz tal-kummissjonijiet tagħhom huwa meqjus li jikkostitwixxi biss effett ekonomiku sekondarju tal-miżura ta’ għajnuna u mhux vantaġġ akkwistat mill-għajnuna lill-intermedjarji finanzjarji jew lill-maniġers. Madankollu, jekk il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju hija mfassla b’tali mod li tidderieġi l-effetti sekondarji tagħha lejn intermedjarji finanzjarji identifikabbli jew lejn gruppi ta’ intermedjarji finanzjarji, dawk l-intermedjarji finanzjarji se jitqiesu bħala li jibbenifikaw minn vantaġġ indirett.

2.2.    Għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju notifikabbli

31.

L-Istati Membri jridu jinnotifikaw, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li: (i) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (b’mod partikolari l-miżuri li ma jikkonformawx mat-test ta’ operatur f’ekonomija tas-suq (38) u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti de minimis (39)), u (ii) ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (“Għajnuna biex l-SMEs ikollhom aċċess għall-finanzjament”). Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ dawk il-miżuri mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Dawn il-Linji Gwida jiffokaw fuq dawk il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li x’aktarx jinstabu li huma kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, soġġetti għal għadd ta’ kundizzjonijiet li se jkunu spjegati f’aktar dettall fit-Taqsima 3 ta’ dawn il-Linji Gwida. Miżuri bħal dawn jaqgħu f’waħda minn żewġ kategoriji.

32.

L-ewwel kategorija tkopri miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jimmiraw lejn l-impriżi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju kif stabbilit fit-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Din il-kategorija tinkludi, b’mod partikolari, miżuri mmirati lejn l-impriżi li ġejjin:

(a)

impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(b)

impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja;

(c)

SMEs li jirċievu l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju inizjali waqt li jkunu ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(d)

in-negozji ġodda u l-SMEs li jeħtieġu investiment ta’ finanzjament ta’ riskju globali ta’ ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(e)

il-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

33.

It-tieni kategorija tikkonsisti f’miżuri li l-parametri tad-disinn tagħhom huma differenti minn dawk stabbiliti fit-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Din il-kategorija tinkludi, b’mod partikolari, il-każijiet li ġejjin:

(a)

l-istrumenti finanzjarji b’parteċipazzjoni ta’ investitur privat taħt il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(b)

l-istrumenti finanzjarji b’parametri ta’ tfassil ’il fuq mil-limiti massimi previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(c)

l-istrumenti finanzjarji għajr il-garanziji fejn l-intermedjarji finanzjarji, l-investituri jew il-maniġers ta’ fondi jintgħażlu billi tingħata preferenza għal protezzjoni kontra telf potenzjali (protezzjoni minn telf possibbli) u mhux lil redditi prijoritizzati mill-profitti (inċentivi pożittivi);

(d)

l-inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi, inkluż l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri.

34.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-Linji Gwida, il-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà applikabbli għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju skont it-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa se jiggwidaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kategoriji ta’ miżuri notifikabbli.

2.3.    Definizzjonijiet

35.

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida:

(1)

“pjattaforma ta’ negozjar alternattiva” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt 22, tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn mill-inqas 50 % tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jinħarġu mill-SMEs;

(2)

“akkwiżizzjoni” tfisser ix-xiri ta’ mill-inqas perċentwal ta’ kontroll ta’ ekwità ta’ kumpanija mill-azzjonisti attwali sabiex jieħdu f’idejhom l-assi u l-operazzjonijiet tagħha;

(3)

“protezzjoni minn telf possibbli” tfisser skopertura mnaqqsa għal telf fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti tat-tranżazzjoni sottostanti meta mqabbla mal-investituri pubbliċi;

(4)

“impriżi eliġibbli” tfisser negozji ġodda, SMEs, impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja;

(5)

“entità fdata” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru huwa azzjonist, istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru li għandha l-għan li tilħaq l-interess pubbliku taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika, korp tal-liġi pubblika, jew korp tal-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku; l-entità fdata tista’ tintgħażel jew tinħatar direttament f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) jew f’konformità mal-Artikolu 38(4)(b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) jew f’konformità mal-Artikolu 59(3)(c) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42);

(6)

“investiment fl-ekwità” tfisser l-għoti ta’ kapital lil impriża, investit direttament jew indirettament, għall-pussess ta’ sehem korrispondenti ta’ dik l-impriża;

(7)

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-inqas l-elementi minimi li ġejjin:

(a)

l-objettivi li jridu jiġu evalwati;

(b)

il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni;

(c)

l-indikaturi tar-riżultati;

(d)

il-metodoloġija li se tintuża biex titwettaq l-evalwazzjoni;

(e)

ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-data;

(f)

it-twaqqit propost tal-evalwazzjoni inkluż id-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali;

(g)

id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li se jwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu;

(h)

l-arranġamenti biex l-evalwazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku;

(8)

“ċessjoni” tfisser il-likwidazzjoni tal-ishma minn intermedjarju finanzjarju jew investitur, inkluż bejgħ ta’ negozju, tħassir, rimborż ta’ ishma/self, bejgħ lil intermedjarju finanzjarju ieħor jew lil investitur ieħor, bejgħ lil istituzzjoni finanzjarja u bejgħ b’offerta pubblika, inkluż offerta pubblika inizjali (IPO);

(9)

“rata ta’ redditu ġust” tfisser ir-rata ta’ redditu interna mistennija ekwivalenti għal rata ta’ skont aġġustata għar-riskju li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment u n-natura u l-volum tal-kapital li għandu jiġi investit mill-investituri privati;

(10)

“benefiċjarju finali” tfisser impriża eliġibbli li tkun irċeviet investiment taħt miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju;

(11)

“intermedjarju finanzjarju” tfisser kull istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-forma u mis-sjieda tagħha, inkluż fond ta’ fondi, fondi ta’ investiment privat, fondi ta’ investiment pubbliku, banek, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament u soċjetajiet ta’ garanzija;

(12)

“l-ewwel bejgħ kummerċjali” tfisser l-ewwel bejgħ minn impriża f’suq ta’ prodotti jew servizzi, minbarra l-bejgħ limitat sabiex jiġi ttestjat is-suq;

(13)

“biċċa mill-ewwel telf” tfisser l-aktar segment subordinat tar-riskju li jġorr l-ogħla riskju ta’ telf, li jinkludi t-telf mistenni tal-portafoll fil-mira;

(14)

“investiment ta’ segwitu” tfisser investiment addizzjonali f’kumpanija wara rawnd ta’ investiment għall-finanzjament ta’ riskju preċedenti wieħed jew aktar;

(15)

“fond ta’ fondi” tfisser fond li jinvesti fi jew li jikkontribwixxi riżorsi għal fondi oħra milli jinvesti direttament f’kumpaniji jew f’assi finanzjarji bħal ishma jew bonds;

(16)

“garanzija” tfisser impenn bil-miktub ta’ assunzjoni tar-responsabbiltà għat-tranżazzjonijiet ta’ self ta’ finanzjament ta’ riskju kollha, jew parti minnhom, oriġinati ġodda, ta’ parti terza, bħal strumenti ta’ debitu jew lokazzjoni, kif ukoll bħala strumenti ta’ kważi-ekwità;

(17)

“limitu massimu tal-garanzija” tfisser l-iskopertura massima ta’ investitur pubbliku espressa bħala perċentwal tal-investimenti totali magħmula f’portafoll garantit;

(18)

“rata ta’ garanzija” tfisser il-perċentwal ta’ kopertura tat-telf minn investitur pubbliku ta’ kull tranżazzjoni eliġibbli taħt il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tal-finanzjament ta’ riskju;

(19)

“investitur privat indipendenti” tfisser investitur privat indipendenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(20)

“innovattiva b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: tissodisfa l-kriterji biex titqies bħala “intrapriża innovattiva” skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa; riċentement ingħatat tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni f’konformita mal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2018-2020 (43) jew mal-Artikolu 2(23) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/695; jew dan l-aħħar irċeviet investiment mill-Fond tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni, bħal investiment fil-kuntest tal-Programm Aċċelleratur kif imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/695; u jew ipparteċipat fi kwalunkwe azzjoni ta’ CASSINI (44) (l-Aċċeleratur tan-Negozju jew is-Servizz ta’ Tqabbil ta’ CASSINI), jew irċeviet investiment mill-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Avvjament u t-Tkabbir ta’ CASSINI, jew ingħatat Premju ta’ CASSINI, filwaqt li ssodisfat il-limiti ta’ evalwazzjoni stabbiliti fih, jew ġiet appoġġjata minn proġetti relatati mal-ispazju ffinanzjati minn Orizzont Ewropa li rriżultaw fil-ħolqien ta’ negozju ġdid;

(21)

“ingranaġġ ta’ riżorsi privati” tfisser il-grad sa fejn l-investiment pubbliku jattira investiment addizzjonali minn sorsi privati;

(22)

“strument ta’ self” tfisser ftehim li jobbliga lis-sellief li jqiegħed ammont ta’ flus maqbul disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu ta’ żmien maqbul u li skontu, il-mutwatarju huwa obbligat iħallas l-ammont lura fil-perjodu maqbul; dan jista’ jieħu l-forma ta’ self, jew strument ieħor ta’ finanzjament, inkluż lokazzjoni, li jipprovdi lis-sellief b’komponent pridominanti ta’ rendiment minimu;

(23)

“impriża b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser impriża li ma hijiex SME u li l-għadd ta’ impjegati tagħha ma jaqbiżx l-1 500, ikkalkulata f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, diversi entitajiet se jitqiesu bħala impriża waħda jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(24)

“persuna fiżika” tfisser persuna għajr entità ġuridika li ma hijiex impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

(25)

“self ġdid” tfisser strument ta’ self mibdi ġdid imfassal biex jiffinanzja investimenti ġodda jew kapital operatorju, bl-esklużjoni ta’ rifinanzjament ta’: (i) self eżistenti jew (ii) forom oħra ta’ finanzjament;

(26)

“investiment ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jikkwalifika bejn ekwità u dejn, li jkollu riskju ogħla minn dejn superjuri u riskju aktar baxx minn ekwità komuni u li r-redditu tiegħu lid-detentur ikun ibbażat fil-biċċa l-kbira fuq il-profitti jew fuq it-telf tal-impriża fil-mira sottostanti u li tipikament ma jkunx garantit f’każ ta’ inadempjenza; l-investimenti ta’ kważi ekwità jistgħu jkunu strutturati bħala dejn, mhux garantit u subordinat, inkluż dejn intermedjarju, u f’xi każijiet jistgħu jiġu kkonvertiti f’ekwità jew bħala ekwità ppreferuta;

(27)

“kapital ta’ sostituzzjoni” tfisser ix-xiri ta’ ishma eżistenti f’kumpanija minn investitur jew minn azzjonist preċedenti;

(28)

“investiment ta’ finanzjament ta’ riskju” tfisser investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità, self (inklużi lokazzjonijiet) u garanziji, jew taħlita tagħhom, lil impriżi eliġibbli sabiex jagħmlu investimenti ġodda, minbarra investimenti kompletament privati pprovduti fuq termini tas-suq u barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura rilevanti ta’ għajnuna mill-Istat;

(29)

“intrapriża żgħira u medja (“SME”) tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(30)

“impriża b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser impriża li ma hijiex SME u li l-għadd ta’ impjegati tagħha ma jaqbiżx l-499, ikkalkulat f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx EUR 100 miljun jew li l-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma taqbiżx EUR 86 miljun. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, bosta entitajiet għandhom jitqiesu bħala impriża waħda jekk tiġi ssodisfata kwalunwke waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

(31)

“negozju ġdid” tfisser kwalunkwe intrapriża żgħira li ma tkunx elenkata sa ħames snin wara r-reġistrazzjoni tagħha, li tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ma tkunx wirtet l-attività ta’ intrapriża oħra; (b) ma tkunx għadha iddistribwiet il-profitti; (c) ma tkunx ġiet iffurmata permezz ta’ fużjoni (45). Għal impriżi eliġibbli li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ ħames snin huwa meqjus li jibda jew mill-mument meta l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew mill-mument li ssir soġġetta għat-taxxa fir-rigward tal-attività ekonomika tagħha, skont liema minnhom tkun l-ewwel;

(32)

“finanzjament totali” tfisser l-ammont ta’ investiment globali li jsir f’impriża eliġibbli permezz ta’ investiment wieħed jew aktar ta’ finanzjament ta’ riskju, inkluż investimenti ta’ segwitu, taħt kwalunkwe miżura ta’ għajnuna mill-Istat tal-finanzjament ta’ riskju, bl-esklużjoni ta’ investimenti kompletament privati pprovduti fuq termini tas-suq u barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tal-finanzjament ta’ riskju;

(33)

‘upside-incentive’ means preferential or prioritised returns from profits compared to the public investors.

3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦALL-FINANZJAMENT TA’ RISKJU

36.

Abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

37.

F’din it-Taqsima, il-Kummissjoni tiċċara kif se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju li huma soġġetti għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. B’mod aktar speċifiku, biex tivvaluta jekk miżura ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tiddetermina jekk il-miżura ta’ għajnuna:

(a)

tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika (l-ewwel kundizzjoni); u

(b)

ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni (it-tieni kundizzjoni).

38.

Meta tiddetermina jekk l-ewwel kundizzjoni hijiex issodisfata, jiġifieri li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, il-Kummissjoni se tqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-attività ekonomika appoġġata (ara t-Taqsima 3.1.1),

(b)

effett ta’ inċentiv: l-għajnuna trid tibdel l-imġiba tal-impriżi kkonċernati b’tali mod li dawn l-impriżi jinvolvu ruħhom f’attivitajiet addizzjonali li kieku ma kinux iwettqu mingħajr l-għajnuna jew li kienu jwettqu b’mod jew b’post aktar restrittiv jew differenti (ara t-Taqsima 3.1.2).

39.

Meta tikkunsidra jekk it-tieni kundizzjoni hijiex issodisfata, jiġifieri li l-għajnuna ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni se tqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat: il-miżura ta’ għajnuna trid twassal għal titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax jikseb, pereżempju billi jsir rimedju għal falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor għall-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju inkluż pereżempju l-inugwaljanzi reġjonali fl-aċċess għall-finanzjament (ara t-Taqsima 3.2.2),

(b)

l-adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna: il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika xieraq biex jintlaħaq l-objettiv tagħha (ara t-Taqsima 3.2.3),

(c)

il-proporzjonalità tal-għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu): l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ biex jiġi indott l-investiment jew biex tiġi indotta l-attività addizzjonali mill-impriża/i ikkonċernata/i (it-Taqsima 3.2.4),

(d)

l-evitar ta’ effetti negattivi mhux dovuti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ: kwalunkwe effett negattiv irid ikun limitat u ma jisboqx l-effetti pożittivi tal-għajnuna (ara t-Taqsima 3.2.5),

(e)

it-trasparenza tal-għajnuna: L-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom (it-Taqsima 3.2.6).

40.

Il-bilanċ globali (ara t-Taqsima 3.2.5.3) ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi ta’ għajnuna jista’ jkun soġġett ukoll għal rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post kif deskritt fit-Taqsima 4. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita t-tul tal-iskemi, bil-possibbiltà li tinnotifika mill-ġdid l-estensjoni sussegwenti tagħhom.

41.

Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha fejn il-metodu ta’ finanzjament jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat), jew l-attività li tiffinanzja tkun tinvolvi ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern (46). Tali ksur jinkludi iżda mhuwiex limitat għal:

(a)

l-għajnuna ssir soġġetta għall-obbligu li jintużaw prodotti li jsiru fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali;

(b)

l-għajnuna ssir soġġetta għall-obbligu tal-intermedjarji finanzjarji, tal-maniġers tagħhom jew tal-benefiċjarji finali li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jew li jċaqilquh lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bi ksur tal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment (47);

(c)

l-impożizzjoni ta’ miżuri li jiksru l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital.

3.1.    L-ewwel kundizzjoni: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

3.1.1.   Identifikazzjoni tal-attività ekonomika appoġġata

42.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju jkopru kumpaniji minn firxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi. Dawk il-miżuri jgħinu biex jiġi żgurat li ċerti SMEs u impriżi b’kapitalizzazzjoni medja jkollhom aċċess għall-ammont u l-forma meħtieġa ta’ finanzjament biex iwettqu jew jiżviluppaw aktar l-attivitajiet ekonomiċi rispettivi tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni se tidentifika t-tip ta’ kumpaniji (SMEs, impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja) u s-setturi koperti mill-miżura ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju.

3.1.2.   L-effett ta’ inċentiv

43.

L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tista’ tinstab kompatibbli mas-suq intern biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Il-Kummissjoni tqis li għajnuna mingħajr effett ta’ inċentiv ma tiffaċilitax l-iżvilupp tal-attività ekonomika kkonċernata.

44.

L-effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna twassal lill-benefiċjarju tal-għajnuna biex ibiddel l-imġiba tiegħu billi jwettaq attivitajiet li kieku ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna jew li kien iwettaq b’mod aktar ristrettiv minħabba l-eżistenza ta’ falliment tas-suq. Fil-livell tal-impriżi eliġibbli, effett ta’ inċentiv huwa preżenti fejn l-għajnuna tippermetti lill-benefiċjarju finali jiġbor finanzjament li altrimenti ma jkunx disponibbli f’termini ta’ forma, ammont jew żmien.

45.

Il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju jridu jinċentivaw lill-investituri tas-suq biex jipprovdu finanzjament lil impriżi eliġibbli potenzjalment vijabbli ’l fuq mil-livelli ta’ finanzjament ipprovduti fin-nuqqas ta’ tali inċentivi jew biex jassumu riskju addizzjonali, jew it-tnejn li huma. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk timmobilizza investimenti mis-sorsi tas-suq sabiex b’hekk il-finanzjament totali pprovdut lill-impriżi eliġibbli jaqbeż il-baġit tal-miżura. Għalhekk, element ewlieni fl-għażla tal-intermedjarji finanzjarji u tal-maniġers ta’ fondi jenħtieġ li jkun il-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw investiment privat addizzjonali.

46.

Jekk l-istrumenti ta’ dejn iffinanzjati jintużaw għall-finanzjament mill-ġdid tas-self eżistenti, dawn ma jitqisux bħala li għandhom effett ta’ inċentiv u kwalunkwe element ta’ għajnuna fi strumenti bħal dawn ma jistax jitqies bħala kompatibbli ma’ dawn il-Linji Gwida.

47.

Il-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv hija marbuta mill-qrib mal-valutazzjoni tal-ħtieġa għal intervent mill-Istat diskussa fit-Taqsima 3.2.2. Barra minn hekk, l-adegwatezza ta’ miżura għall-ingranaġġ ta’ riżorsi privati fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq it-tfassil ta’ dik il-miżura fir-rigward tal-bilanċ tar-riskji u l-benefiċċji bejn il-fornituri ta’ finanzjament pubbliċi u privati, li hija wkoll relatata mill-qrib mal-kwistjoni dwar jekk it-tfassil tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju huwiex xieraq (ara t-Taqsima 3.2.3). Għalhekk, ladarba tkun ġiet identifikata kif xieraq il-ħtieġa għal intervent mill-Istat u l-miżura jkollha tfassil xieraq, ikun jista’ jiġi preżunt li hemm effett ta’ inċentiv preżenti.

3.2.    It-tieni kundizzjoni: L-evitar ta’ effetti avversi fuq il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni

48.

L-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jippermetti lill-Kummissjoni tikkunsidra għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi kompatibbli, iżda biss fejn tali għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interesskomuni.

49.

Il-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq is-suq intern tinvolvi valutazzjonijiet ekonomiċi u soċjali kumplessi. Il-Kummissjoni se tispjega f’din it-Taqsima kif biħsiebha teżerċita d-diskrezzjoni tagħha f’dak ir-rigward.

50.

Min-natura tagħha stess, kwalunkwe miżura ta’ għajnuna mill-Istat tirriżulta f’distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u għandha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi stabbilit jekk l-effetti ta’ distorsjoni tal-għajnuna jkunux limitati għall-minimu, il-Kummissjoni se tivverifika jekk l-għajnuna tkunx meħtieġa (ara t-Taqsima 3.2.2), xierqa (ara t-Taqsima 3.2.3), u proporzjonata (ara t-Taqsima 3.2.4). Sabiex tkun tista’ twettaq dik il-verifika, il-Kummissjoni teħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw evidenza fil-forma ta’ valutazzjoni ex ante kif deskritt fit-Taqsima 3.2.1.

51.

Il-Kummissjoni mbagħad tivvaluta l-effetti negattivi tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju inkwistjoni fuq il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet kummerċjali. B’mod aktar speċifiku, l-għajnuna fil-qasam tal-finanzjament ta’ riskju tista’ twassal għall-eliminazzjoni tal-investituri privati, ikollha effetti ta’ distorsjoni fil-livell ta’ intermedjarji finanzjarji, tikkawża distorsjonijiet speċifiċi fis-suq tal-prodotti u jkollha effetti ta’ delokalizzazzjoni. Il-Kummissjoni se teżamina dawn l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u se twieżinhom kontra l-effetti pożittivi tal-għajnuna (ara t-Taqsima 3.2.5). Jekk l-effetti pożittivi jegħlbu l-effetti negattivi, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-għajnuna bħala kompatibbli.

52.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tiżgura li l-għajnuna tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ trasparenza tagħha (ara t-Taqsima 3.2.6).

3.2.1.   Elementi bażiċi tal-valutazzjoni ex ante li għandhom jiġu sottomessi mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni

53.

L-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk tkun tista’ ġġib żvilupp materjali li s-suq ma jistax jipprovdi waħdu, pereżempju billi tirrimedja falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor għall-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju jew investiment.

54.

L-għajnuna mill-Istat tista’ tkun meħtieġa biex jiżdied l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju f’sitwazzjoni fejn is-suq waħdu jonqos milli jagħti riżultati effiċjenti jew ma jagħtihomx fil-ħin. Il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda falliment tas-suq ġenerali fir-rigward tal-aċċess għall-finanzni għan-negozji ġodda, għall-SMEs jew għall-impriżi b’kapitalizzazzjoni medja, iżda biss falliment relatat ma’ ċerti gruppi ta’ negozji ġodda, SMEs, u xi tipi ta’ impriżi b’kapitalizzazzjoni medja, b’mod partikolari skont il-kuntest ekonomiku speċifiku tal-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll il-qasam tal-attività tagħhom (eż. l-istimi tar-riskji jistgħu jkunu esaġerati f’xi setturi).

55.

It-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju huma preżunti li jindirizzaw falliment tas-suq permezz ta’ mezzi xierqa u proporzjonati, filwaqt li jkollhom effett ta’ inċentiv u jimminimizzaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-miżuri li jikkonformaw ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx għalfejn jiġu nnotifikati u jitqiesu kompatibbli mas-suq intern.

56.

Miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jeħtieġ li jiġu nnotifikati sabiex il-Kummissjoni tkun tista’, fost affarijiet oħra, tivvaluta jekk jeżistix falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor għall-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju. Għalhekk, l-Istati Membri huma meħtieġa jagħtu prova li jeżisti falliment tas-suq speċifiku jew ostaklu rilevanti ieħor lil hinn mill-preżunzjoni legali li fuqha huwa bbażat ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Barra minn hekk, il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju proposta trid tissodisfa l-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida. Għal dawn il-finijiet, l-Istat Membru jenħtieġ li jissottometti lill-Kummissjoni valutazzjoni ex ante fil-fond jew, fejn xieraq, sensiela ta’ valutazzjonijiet.

57.

Il-valutazzjoni ex ante fil-fond trid tkun ibbażata fuq evidenza oġġettiva u aġġornata u fuq l-aħjar prattiki u metodoloġiji disponibbli (bħal riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni, intervisti, stħarriġ online, metodi kwantitattivi xierqa). Sal-limitu possibbli, l-evidenza mbagħad trid tiġi triangolata u użata b’mod li jsaħħaħ b’mod reċiproku biex tappoġġa l-konklużjonijiet mill-valutazzjoni ex ante. Il-valutazzjoni ex ante trid tkun ilha li saret inqas minn tliet snin qabel in-notifika tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju u preferibbilment jenħtieġ li ssir minn espert indipendenti. Il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li tqis ukoll it-tagħlimiet meħuda minn strumenti simili u l-valutazzjonijiet ex ante preċedenti mwettqa mill-Istat Membru. Fl-abbozzar tal-valutazzjoni ex ante, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-korp eżistenti ta’ evidenza, sa fejn ikun rilevanti, biex jagħtu prova tal-falliment tas-suq meta jwettqu l-valutazzjoni ex ante. Il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li tiffoka fuq it-tip speċifiku ta’ finanzjament ta’ riskju (pereżempju, ekwità jew dejn subordinat) li għalih qed tiġi proposta miżura ta’ għajnuna.

58.

Il-miżura ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju proposta jenħtieġ li tkun xierqa biex jintlaħaq l-objettiv maħsub tal-għajnuna. Għalhekk, il-valutazzjoni ex ante trid tanalizza l-azzjonijiet eżistenti u, jekk possibbli, dawk previsti li jimmiraw l-istess falliment tas-suq identifikat jew ostaklu rilevanti ieħor għall-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju, billi tqis l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ għodod oħrajn ta’ politika. L-Istat Membru jrid juri li l-falliment identifikat tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor ma jistax jiġi indirizzat b’mod adegwat b’għodod ta’ politika oħrajn li ma jinvolvux għajnuna mill-Istat jew minn miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

59.

L-għajnuna mill-Istat trid tkun proporzjonata meta mqabbla mal-falliment tas-suq jew mal-ostaklu rilevanti l-ieħor, li hija tkun maħsuba li tindirizza sabiex jintlaħqu l-objettivi rilevanti tal-politika. Għalhekk, l-għajnuna biex jiżdied l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju jenħtieġ li tkun limitata għall-minimu strett meħtieġ biex jiġi indirizzat il-falliment tas-suq jew l-ostaklu rilevanti l-ieħor identifikat fil-valutazzjoni ex ante, mingħajr ma jiġu ġġenerati vantaġġi mhux dovuti għall-benefiċjarju tiegħu. Għal investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit għal kull impriża eliġibbli fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-valutazzjoni ex ante jeħtieġ li turi l-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna f’aktar dettall kif stabbilit fil-paragrafi 64 u 65 ta’ dawn il-Linji Gwida.

60.

Meta l-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tkun iffinanzjata parzjalment mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew jew il-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li juża mill-ġdid il-valutazzjoni ex ante (jew partijiet minnha) mħejjija f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew mal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Imbagħad, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-evidenza sottomessa tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida. Fejn il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tintuża, parzjalment jew kompletament, biex tappoġġja impriżi li riċentement ikunu ngħataw tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza mill-EIC (48), għall-investiment konġunt mal-Fond tal-EIC, jew biex tipprovdi investiment ta’ segwitu fir-rigward tal-Programm tal-Aċċeleratur (49), jew għal impriżi li jew ipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni ta’ CASSINI (l-Aċċeleratur tan-Negozju jew is-Servizz ta’ Tqabbil ta’ CASSINI) u li ssodisfaw il-limiti ta’ evalwazzjoni stabbiliti fiha jew li rċevew investiment mill-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Avvjament u t-Tkabbir ta’ CASSINI, jew li ngħataw Premju ta’ CASSINI, jew ġew appoġġjati minn proġetti relatati mal-ispazju ffinanzjati minn Orizzont Ewropa li rriżultaw fil-ħolqien ta’ negozju ġdid, il-Kummissjoni taċċetta li t-tikketta ta’ kwalità u evidenza oħra mill-proċedura ta’ diliġenza dovuta mwettqa mill-EIC rispettivament mill-proċessi ta’ għażla kompetittivi inkorporati fl-azzjonijiet ta’ CASSINI jintużaw bħala parti mill-valutazzjoni ex ante.

61.

Għal miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-valutazzjoni ex ante trid tiddeskrivi n-natura tal-falliment tas-suq jew l-ostakolu rilevanti l-ieħor u turi l-preżenza tiegħu sa fejn jaffettwa waħda jew aktar milli ġejjin:

(a)

il-kategoriji speċifiċi ta’ impriżi fil-mira li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha tal-eliġibbiltà skont ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara l-paragrafu 32, il-punti (a) sa (d));

(b)

il-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara l-paragrafu 32, il-punt (e));

(c)

l-istrumenti finanzjarji b’parametri ta’ tfassil li jiddevjaw minn dawk deskritti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara l-paragrafu 33, il-punti (a), (b) u (c));

(d)

l-inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi, inkluż intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri (ara l-paragrafu 33, il-punt (d)).

62.

Il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li tidentifika t-tip ta’ impriżi affettwati, b’mod partikolari, f’termini tal-età jew tal-istadju tal-iżvilupp, is-settur ekonomiku, u ż-żona ġeografika tal-attività u turi li tali impriżi huma affettwati mill-preżenza ta’ falliment tas-suq speċifiku jew ostaklu rilevanti ieħor.

63.

Għal miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jikkonċernaw strumenti finanzjarji bil-parteċipazzjoni ta’ investituri privati indipendenti taħt il-proporzjonijiet previsti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara l-paragrafu 33, il-punt (a) ta’ dawn il-Linji Gwida), barra minn hekk, il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li tipprovdi valutazzjoni dettaljata biżżejjed tal-livell u tal-istruttura tal-provvista ta’ finanzjament privat għat-tip ta’ impriża eliġibbli fiż-żona ġeografika rilevanti u turi li l-falliment tas-suq identifikat jew l-ostakolu rilevanti l-ieħor ma jistax jiġi indirizzat b’miżuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa dwar il-parteċipazzjoni privata.

64.

Barra minn hekk, għal investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju ta’ ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit għal kull impriża eliġibbli fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara l-paragrafu 32, il-punt (e) ta’ dawn il-Linji Gwida) il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li tikkwantifika wkoll id-diskrepanza fil-finanzjament (jiġifieri, il-livell ta’ domanda għal finanzjament li bħalissa ma hijiex issodisfata minn impriżi eliġibbli) minħabba l-falliment tas-suq identifikat jew ostaklu rilevanti ieħor. Il-valutazzjoni trid turi li d-diskrepanza fil-finanzjament fil-livell tal-impriżi eliġibbli taqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Tali kwantifikazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-aħjar prattiki u metodoloġiji disponibbli li jippermettu l-istima tal-punt sa fejn ikun hemm domanda mhux issodisfata għall-finanzi, mill-impriżi fil-mira.

65.

Għall-kwantifikazzjoni tal-laguna fil-finanzjament, iridu jiġu analizzati kemm il-problemi strutturali kif ukoll dawk ċikliċi (jiġifieri dawk relatati mal-kriżi) li jwasslu għal livelli subottimali ta’ finanzjament privat. B’mod partikolari, il-valutazzjoni ex ante trid tipprovdi analiżi komprensiva tan-naħa tal-provvista billi tivvaluta s-sorsi ta’ finanzjament disponibbli għall-impriżi eliġibbli, filwaqt li tqis l-għadd ta’ intermedjarji finanzjarji eżistenti li joperaw fiż-żona ġeografika fil-mira irrispettivament mill-Istat Membru fejn ikun inkorporat l-intermedjarju, in-natura pubblika jew privata tagħhom, u l-volumi ta’ investiment immirati għas-segment rilevanti tas-suq. Il-valutazzjoni tan-naħa tad-domanda jenħtieġ li tqis l-għadd ta’ impriżi potenzjalment eliġibbli u l-valuri medji ta’ finanzjament meħtieġ. Din l-analiżi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq data li tkopri l-ħames snin ta’ qabel, in-notifika tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju u fejn possibbli s-sejbiet triangolati billi jitqabblu sorsi ta’ data alternattivi.

66.

Għal skemi mmirati esklussivament lejn negozji ġodda u SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali, il-Kummissjoni se tapplika r-rekwiżiti rigward il-valutazzjoni ex ante b’mod proporzjonat, b’mod partikolari f’termini tal-evidenza mitluba.

3.2.2.   Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat

67.

L-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tkun tista’ ġġib żvilupp materjali li s-suq waħdu ma jistax iġib. Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jintlaħaq ir-riżultat maħsub, l-ewwel huwa meħtieġ li tiġi identifikata l-problema li trid tiġi indirizzata. L-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw kif il-miżura ta’ għajnuna tista’ timmitiga b’mod effettiv l-ostaklu identifikat, u b’mod partikolari, kwalunkwe falliment tas-suq li jfixkel l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju suffiċjent mis-suq waħdu.

68.

Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk tkun immirata lejn il-falliment speċifiku tas-suq jew ostakolu rilevanti ieħor muri fil-valutazzjoni ex ante. Il-Kummissjoni tqis li tali fallimenti tas-suq jew ostakli jistgħu jeżistu b’mod partikolari, iżda mhux esklussivament, għall-SMEs fl-istadji bikrija tagħhom li, minkejja l-prospetti ta’ tkabbir tagħhom, ma jistgħux juru l-affidabbiltà kreditizja tagħhom jew is-solidità tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tagħhom lill-investituri. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali falliment tas-suq jew ostaklu, kemm f’termini tal-kumpaniji affettwati u r-rekwiżit kapitali tagħhom, jista’ jvarja skont is-settur li joperaw fih. Is-setturi li jistgħu jiġu affettwati b’mod partikolari minn tali fallimenti tas-suq u ostakli huma t-teknoloġiji ekoloġiċi jew diġitali innovattivi ta’ teknoloġija avvanzata. Minħabba asimmetriji fl-informazzjoni, is-suq isibha diffiċli li jivvaluta l-profil tar-riskju/redditu ta’ tali negozji ġodda u SMEs u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw redditi aġġustati għar-riskju. Id-diffikultajiet li dawk l-SMEs jesperjenzaw fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-proġett tagħhom, il-grad ta’ riskju perċepit tagħhom u l-affidabbiltà kreditizja dgħajfa tagħhom iwasslu għal kostijiet għoljin ta’ tranżazzjoni u tal-aġenzija u jistgħu jaggravaw l-averżjoni għar-riskju tal-investitur. L-impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u l-impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet simili u għalhekk ikunu affettwati mill-istess falliment tas-suq jew ostaklu.

69.

Għalhekk, il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju trid tiġi mfassla b’mod li tindirizza l-falliment speċifiku tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor identifikat fil-valutazzjoni ex ante, b’mod partikolari fir-rigward tal-impriżi eliġibbli fl-istadju ta’ żvilupp immirat, fiż-żona ġeografika, u, jekk applikabbli, fis-settur ekonomiku.

70.

Biex jiġi żgurat li l-intermedjarji finanzjarji involuti fil-miżura jimmiraw il-fallimenti identifikati tas-suq, irid isir proċess ta’ diliġenza dovuta biex tiġi żgurata strateġija tal-investiment kummerċjalment soda li tiffoka fuq l-objettiv ta’ politika identifikat u li tirrispetta r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u r-restrizzjonijiet ta’ finanzjament definiti. B’mod partikolari, l-Istati Membri jridu jagħżlu l-intermedjarji finanzjarji li jkunu jistgħu juru li l-istrateġija ta’ investiment proposta tagħhom hija kummerċjalment soda u tinkludi politika xierqa għad-diversifikazzjoni tar-riskji mmirata lejn il-kisba tal-vijabbiltà ekonomika u skala effiċjenti f’termini ta’ daqs u ta’ ambitu territorjali tal-investimenti.

3.2.2.1.   Miżuri mmirati lejn kategoriji ta’ impriżi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

71.

Fir-rigward tal-għajnuna għall-aċċess għall-finanzjament, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huwa ristrett għall-SMEs. Madankollu, ċerti impriżi li ma humiex koperti mid-definizzjoni ta’ SME, f’termini ta’ għadd ta’ ħaddiema, jew limiti finanzjarji, jew it-tnejn, jistgħu jiffaċċjaw restrizzjonijiet ta’ finanzjament simili.

(a)   Impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja

72.

L-estensjoni tal-ambitu tal-impriżi eliġibbli taħt miżura ta’ finanzjament ta’ riskju biex jiġu inklużi impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja flimkien mal-SMEs tista’ tiġi ġġustifikata sakemm din tipprovdi inċentiv lill-investituri privati biex jinvestu f’portafoll aktar diversifikat b’possibbiltajiet aħjar ta’ dħul u ta’ ħruġ. L-inklużjoni ta’ impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fil-portafoll x’aktarx li tnaqqas il-grad ta’ riskju fil-livell ta’ portafoll u għalhekk iżżid ir-redditu fuq l-investimenti. Għalhekk, dan jista’ jkun mod partikolarment effettiv biex jiġu attirati investituri istituzzjonali għall-kumpaniji aktar riskjużi li jinsabu fl-istadju bikri.

73.

Għal dawk ir-raġunijiet, u sakemm il-valutazzjoni ex ante jkun fiha evidenza ekonomika adegwata għal dak il-għan, l-appoġġ għal impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jista’ jkun iġġustifikat. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-intensità tax-xogħol u tal-kapital tal-impriżi fil-mira, kif ukoll kriterji oħrajn li jirriflettu l-limitazzjonijiet speċifiċi fuq il-finanzjament li jaffettwaw impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (pereżempju, kollateral suffiċjenti għal self kbir jew il-ħtieġa ta’ kapital estern sinifikanti għall-iżvilupp u l-użu).

(b)   Impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja

74.

F’ċerti ċirkostanzi, l-impriżi b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet ta' finanzjament komparabbli għal dawk li jaffettwaw lill-SMEs. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, għall-impriżi b’kapitalizzazzjoni medja li jwettqu attivitajiet ta’ R&Ż u innovazzjoni flimkien mal-investiment inizjali fil-faċilitajiet tal-produzzjoni, inkluża replikazzjoni tas-suq, u li r-rekord tagħhom ma jippermettix lill-investituri potenzjali jagħmlu s-suppożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-prospetti futuri tas-suq tar-riżultati ta’ tali attivitajiet, peress li dawn is-swieq għadhom qed jiġu żviluppati jew fihom element teknoloġiku avvanzat li r-riskju tiegħu huwa diffiċli li jiġi vvalutat (eż. l-ajruspazju u d-difiża). F’tali każijiet, l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju tista’ tkun meħtieġa għall-impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja biex iżidu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom għal skala sostenibbli minn fejn ikunu jistgħu jattiraw finanzjament privat waħidhom. Barra minn hekk, l-osservazzjoni fit-Taqsima 3.2.2.1., punt (a), hija valida wkoll għal impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja: l-inklużjoni tagħhom f’portafoll ta’ investiment tista’ tkun mezz effettiv biex intermedjarju finanzjarju joffri sett aktar diversifikat ta’ opportunitajiet għall-investiment li jappellaw għal firxa usa’ ta’ investituri potenzjali.

(c)   SMEs li jirċievu l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju inizjali meta jkunu ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

75.

Ċerti tipi ta’ impriżi jistgħu jitqiesu li jkunu għadhom fl-istadji ta’ espansjoni/tkabbir bikri tagħhom jekk, anki jekk ikunu ilhom jeżistu għal ammont konsiderevoli ta’ żmien, dawn ikunu għadhom ma wrewx biżżejjed il-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw redditi u/jew ma għandhomx rekord u kollateral robust biżżejjed. Dan jista’ jkun il-każ f’setturi b’riskju għoli, bħall-industrija tal-bijoteknoloġija, tal-ajruspazju, tad-difiża, l-industriji kulturali u kreattivi, u potenzjalment b’mod aktar ġenerali għall-SMEs innovattivi, inkluż dawk li jiffukaw fuq it-teknoloġiji ekoloġiċi jew diġitali jew SMEs li jsegwu l-innovazzjoni soċjali (50). Barra minn hekk, l-impriżi li għandhom ekwità interna suffiċjenti biex jiffinanzjaw l-attivitajiet inizjali tagħhom jistgħu jkunu jeħtieġu finanzjament estern biss fi stadju aktar tard, pereżempju biex iżidu l-kapaċitajiet tagħhom minn negozju fuq skala żgħira għal wieħed fuq skala akbar. Dan jista’ jirrikjedi ammont ogħla ta’ investiment minn dak li jkunu jistgħu jilħqu huma bir-riżorsi proprji tagħhom.

76.

Għalhekk, jista’ jkun possibbli li jiġu permessi miżuri li bihom l-investiment inizjali jitwettaq wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. F’tali ċirkostanzi, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-miżura tiddefinixxi b’mod ċar il-kategoriji ta’ impriżi eliġibbli, fid-dawl tal-evidenza pprovduta fil-valutazzjoni ex ante dwar l-eżistenza ta’ falliment speċifiku tas-suq li jaffettwa lil tali impriżi.

(d)   Negozji ġodda u SMEs li jeħtieġu investiment ta’ finanzjament ta’ riskju ta’ ammont li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

77.

L-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistabbilixxi ammont totali massimu ta’ finanzjament ta’ riskju għal kull impriża eliġibbli, inklużi investimenti ta’ segwitu. Madankollu, f’ċerti industriji fejn il-kostijiet tar-riċerka jew tal-investiment bil-quddiem ikunu relattivament għoljin, pereżempju fl-ajruspazju, fid-difiża, fix-xjenzi tal-ħajja jew fit-teknoloġija ekoloġika jew fl-enerġija, dak l-ammont jista’ ma jkunx biżżejjed biex jinkisbu ċ-ċikli tal-investiment kollha meħtieġa u biex in-negozju ġdid jew l-SME jistabbilixxu ruħhom fuq mogħdija ta’ tkabbir sostenibbli. Għalhekk, jista’ jiġi ġġustifikat, f’ċerti kundizzjonijiet, li jkun permess ammont ogħla ta’ investiment kumplessiv għall-impriżi eliġibbli.

78.

B’mod aktar speċifiku, il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju jistgħu jipprovdu appoġġ ogħla mill-ammont totali massimu speċifikat fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa dment li l-ammont previst ta’ finanzjament jirrifletti d-daqs u n-natura tad-diskrepanza fil-finanzjament identifikata u kkwantifikata fil-valutazzjoni ex ante fir-rigward tas-setturi jew tat-territorji fil-mira. F’tali każijiet, il-Kummissjoni se tikkunsidra n-natura intensiva fil-kapital tas-setturi fil-mira u/jew il-kostijiet ogħla tal-investimenti f’ċerti żoni ġeografiċi.

(e)   Pjattaformi ta’ negozjar alternattivi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

79.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi huma parti importanti mis-suq tal-finanzjament tal-SMEs minħabba li jattiraw kapital ġdid fl-SMEs kif ukoll jiffaċilitaw il-ħruġ tal-investituri preċedenti (51). Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jirrikonoxxi l-importanza tagħhom billi jiffaċilita l-attività tagħhom jew permezz ta’ inċentivi fiskali mmirati lejn persuni fiżiċi li jinvestu fil-kumpaniji elenkati fuq dawk il-pjattaformi, jew billi jippermetti għajnuna tal-bidu lill-operatur tal-pjattaforma, soġġett għall-kundizzjoni li l-operatur tal-pjattaforma jikkwalifika bħala intrapriża żgħira u sa ċerti limiti minimi.

80.

Madankollu, l-operaturi tal-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi mhux bilfors ikunu intrapriżi żgħar meta jiġu stabbiliti. Bl-istess mod, l-ammont massimu ta’ għajnuna permessibbli bħala għajnuna tal-bidu skont ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jista’ ma jkunx biżżejjed sabiex jappoġġa l-istabbiliment tal-pjattaforma. Barra minn hekk, sabiex jiġu attirati riżorsi suffiċjenti għall-istabbiliment u t-tnedija ta’ pjattaformi ġodda, jista’ jkun meħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi fiskali lill-investituri korporattivi. Finalment, il-pjattaforma mhux biss tista’ telenka l-SMEs, iżda wkoll lill-impriżi li jaqbżu l-limiti minimi stabbiliti fid-definizzjoni ta’ SME.

81.

Għalhekk, skont ċerti kundizzjonijiet, jista’ jiġi ġġustifikat, li jkunu permessi inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi, biex jappoġġaw l-operaturi tal-pjattaforma li ma humiex intrapriżi żgħar, jew li jiġu permessi investimenti għall-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ negozjar alternattivi li l-ammont tagħhom jaqbeż il-limiti previsti għall-għajnuna tal-bidu skont ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jew li tiġi permessa għajnuna lill-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi fejn il-maġġoranza tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jinħarġu mill-SMEs. F’tali każijiet, il-valutazzjoni ex ante trid turi l-eżistenza ta’ falliment speċifiku tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor li jaffettwa tali pjattaformi fis-suq ġeografiku rilevanti.

3.2.2.2.   Miżuri b’parametri ta’ tfassil mhux konformi mar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

(a)   Istrumenti finanzjarji b’parteċipazzjoni ta’ investitur privat taħt il-proporzjonijiet previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

82.

Il-fallimenti tas-suq jew ostakli rilevanti oħra li jaffettwaw lill-intrapriżi f’reġjuni jew fi Stati Membri partikolari jistgħu jkunu aktar qawwija minħabba n-nuqqas ta’ żvilupp relattiv tas-suq tal-finanzi tal-SMEs fi ħdan tali żoni meta mqabbel ma’ reġjuni oħra fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew madwar id-dinja. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari fl-Istati Membri mingħajr il-preżenza stabbilita sew ta’ investituri formali fil-kapital ta’ riskju, fondi ta’ ekwità privata u investituri informali. Fil-każ ta’ miżuri li għandhom l-għan li jegħlbu dawn l-ostakli strutturali, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-parteċipazzjoni ta’ investitur privat indipendenti taħt il-proporzjonijiet previsti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa diment li tiġi osservata l-kundizzjoni fil-paragrafu 25 ta’ dawn il-Linji Gwida.

83.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ taċċetta wkoll miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju bil-parteċipazzjoni ta’ investituri privati taħt il-proporzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa f’każ ta’ falliment tas-suq aktar evidenti jew ostaklu rilevanti ieħor kif muri mill-Istat Membru, b’mod partikolari, meta tali miżuri jkunu mmirati speċifikament lejn l-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju tal-prova tal-kunċett, dment li parti sinifikanti mir-riskji tal-investiment ikunu effettivament imġarrba mill-investituri privati parteċipanti.

(b)   Istrumenti finanzjarji b’parametri ta’ tfassil ’il fuq mil-limiti massimi previsti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

84.

Il-benefiċċju tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huwa riservat għal miżuri li bihom kondiviżjoni tat-telf mhux pari passu bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati tkun imfassla b’tali mod li tillimita l-ewwel telf imġarrab mill-investitur pubbliku. B’mod simili, fil-każ tal-garanziji, l-eżenzjoni ta’ kategorija tistabbilixxi limiti fuq ir-rata ta’ garanzija u fuq it-telf totali mġarrab mill-investitur pubbliku.

85.

Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, billi tittieħed pożizzjoni ta’ finanzjament aktar riskjuża, il-finanzjament pubbliku jista’ jippermetti lill-investituri jew lis-selliefa privati jipprovdu finanzjament addizzjonali. Fil-valutazzjoni tal-miżuri b’parametri ta’ tfassil finanzjarju li jaqbżu l-limiti massimi fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-Kummissjoni se tqis għadd ta’ fatturi kif deskritt fit-Taqsima 3.2.3.2 ta’ dawn il-Linji Gwida.

(c)   Strumenti finanzjarji minbarra garanziji fejn l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom jintgħażlu billi tingħata preferenza lill-protezzjoni minn ċaqliq 'l isfelmilli lill-kondiviżjoni asimmetrika tal-profitti

86.

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, kif ukoll tal-investituri jew tal-maniġers ta’ fondi, trid tkun ibbażata fuq proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju li jistabbilixxi b’mod ċar l-objettivi tal-politika li jridu jintlaħqu permezz tal-miżura u t-tip ta’ parametri finanzjarji mfassla biex jintlaħqu tali objettivi. Dan ifisser li l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom iridu jintgħażlu permezz ta’ proċedura konformi mad-Direttiva 2014/24/UE. Jekk dik id-Direttiva ma hijiex applikabbli, il-proċedura tal-għażla trid tkun b’tali mod li tiżgura l-aktar għażla wiesgħa possibbli fost l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers ta’ fondi kkwalifikati. B’mod partikolari, tali proċedura trid tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat li jqabbel it-termini u l-kundizzjonijiet innegozjati bejn l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers ta’ fondi u l-investituri privati potenzjali sabiex jiġi żgurat li l-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tattira investituri privati bl-inqas għajnuna mill-Istat possibbli, jew bid-diverġenza minima mill-kundizzjonijiet pari passu, fid-dawl ta’ strateġija tal-investiment realistika.

87.

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-kriterji applikabbli għall-għażla tal-maniġers iridu jinkludu rekwiżit li bih, għal strumenti oħra għajr il-garanziji, “il-kondiviżjoni tal-profitti tingħata preferenza fuq il-protezzjoni minn telf possibbli” sabiex jiġi limitat preġudizzju lejn teħid ta’ riskju eċċessiv mill-maniġer li jagħżel l-impriżi fejn isir l-investiment. Dan huwa maħsub biex jiżgura li, tkun xi tkun il-forma tal-istrument finanzjarju previst mill-miżura, kwalunkwe trattament preferenzjali mogħti lill-investituri jew lis-selliefa privati jrid jiġi ppeżat kontra l-interess pubbliku li jikkonsisti fl-iżgurar tan-natura rotatorja tal-kapital pubbliku impenjat u s-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-miżura.

88.

F’ċerti każi, madankollu, jista’ jkun meħtieġ li tingħata preferenza lil protezzjoni minn telf possibbli, prinċipalment fejn il-miżura timmira lejn negozji ġodda jew ċerti setturi li fihom ir-rata ta’ inadempjenza tal-SMEs hija għolja. Dan jista’ jkun il-każ għal miżuri li jimmiraw lejn setturi li jkunu qed jiffaċċaw ostakli teknoloġiċi importanti, jew setturi li fihom il-kumpaniji għandhom dipendenza għolja fuq proġetti uniċi li jeħtieġu investiment kbir bil-quddiem u li jinvolvu espożizzjoni għolja għar-riskju, bħalma huma l-ekosistema tal-ajruspazju u tad-difiża, u l-industriji kulturali u dawk kreattivi. Preferenza għal mekkaniżmi ta’ protezzjoni minn telf possibbli tista’ tkun iġġustifikata wkoll għal miżuri li joperaw permezz ta’ fond ta’ fondi u mmirati biex jattiraw investituri privati f’dak il-livell jew għal miżuri mmirati lejn l-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju ta’ prova tal-kunċett.

(d)   Inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi, inkluż l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri

89.

Filwaqt li r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jkopri inċentivi fiskali mogħtija lil investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tiegħu li jipprovdu finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lin-negozji ġodda u lill-SMEs eliġibbli, l-Istati Membri jistgħu jqisu li huwa xieraq li jistabbilixxu miżuri li japplikaw inċentivi simili għal investituri privati indipendenti li huma investituri korporattivi. Id-differenza qiegħda fil-fatt li l-investituri korporattivi huma impriżi fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. Il-miżura trid għalhekk tkun soġġetta għal restrizzjonijiet speċifiċi (kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.2.3.3 u 3.2.4.2) sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna fil-livell tal-investituri korporattivi tibqa’ proporzjonata u jkollha effett ta’ inċentiv reali.

90.

L-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv fiskali biss sakemm jagixxu bħala koinvestituri jew koselliefa. Ma jista’ jingħata ebda inċentiv fiskali fir-rigward tas-servizzi mogħtija mill-intermedjarju finanzjarju jew mill-maniġers tiegħu għall-implimentazzjoni tal-miżura.

3.2.3.   Adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna

91.

Il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika xieraq biex jintlaħaq l-objettiv maħsub tal-għajnuna, jiġifieri ma jridx ikun hemm strument ta’ politika jew strument ta’ għajnuna f’pożizzjoni aħjar u li joħloq inqas distorsjoni li kapaċi jikseb l-istess eżitu.

3.2.3.1.   L-adegwatezza meta mqabbla ma’ strumenti ta’ politika oħra u ma’ strumenti ta’ għajnuna oħra

92.

Sabiex tindirizza l-falliment tas-suq identifikat jew ostaklu rilevanti ieħor u biex tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika segwiti mill-miżura, il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju proposta trid tkun strument xieraq. L-għażla tal-forma speċifika tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju trid tkun debitament iġġustifikata abbażi tal-evidenza pprovduta mill-Istat Membru fil-valutazzjoni ex ante.

93.

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk u sa liema punt il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ titqies bħala strument xieraq meta mqabbel ma’ strumenti ta’ politika oħrajn immirati biex jinkoraġġixxu l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju lill-impriżi eliġibbli. L-għajnuna mill-Istat mhijiex l-uniku strument ta’ politika disponibbli għall-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-forniment tal-finanzjament ta’ riskju lill-impriżi eliġibbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw għodod ta’ politika komplimentari oħrajn kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll fuq in-naħa tad-domanda, bħal miżuri regolatorji biex jiffaċilitaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, miżuri biex jitjieb l-ambjent tan-negozju, servizzi ta’ konsulenza għall-prontezza tal-investiment jew l-investimenti pubbliċi li jikkonformaw mat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq.

94.

Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk il-miżura proposta hijiex aktar xierqa minn strumenti alternattivi ta’ għajnuna mill-Istat li jindirizzaw l-istess falliment tas-suq jew ostakli rilevanti oħrajn. F’dak ir-rigward, l-istrumenti finanzjarji ġeneralment jitqiesu li joħolqu inqas distorsjoni minn għotjiet diretti u għalhekk jikkostitwixxu strument aktar xieraq. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tingħata f’diversi forom, bħal strumenti fiskali selettivi jew strumenti finanzjarji subkummerċjali, inkluż firxa ta’ strumenti ta’ ekwità, dejn jew garanzija b’karatteristiċi differenti ta’ riskji u gwadanji, kif ukoll diversi modi ta’ għoti u strutturi ta’ finanzjament, li l-adegwatezza tagħhom tiddependi fuq in-natura tal-impriżi fil-mira u d-diskrepanza fil-finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk it-tfassil tal-miżura jipprevedix struttura ta’ finanzjament effiċjenti, filwaqt li tqis l-istrateġija tal-investiment tal-fond, sabiex tiżgura operazzjonijiet sostenibbli.

95.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tħares b’mod pożittiv lejn miżuri li jinvolvu fondi kbar biżżejjed f’termini ta’ daqs tal-portafoll, il-kopertura ġeografika, b’mod partikolari jekk joperaw f’diversi Stati Membri, u d-diversifikazzjoni tal-portafoll, minħabba li tali fondi jistgħu jkunu aktar effiċjenti u għalhekk aktar attraenti għall-investituri privati, meta mqabbla ma’ fondi iżgħar. Ċerti strutturi tal-fond ta’ fondi jistgħu jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet sakemm il-kostijiet globali tal-ġestjoni li jirriżultaw mil-livelli differenti ta’ intermedjazzjoni jiġu paċuti minn gwadanji sostanzjali fl-effiċjenza.

3.2.3.2.   Kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji

96.

Sabiex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji li l-parametri ta’ tfassil tagħhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 97 sa 121 ta’ dawn il-Linji Gwida.

97.

L-ewwel, il-miżura trid timmobilizza l-finanzjament addizzjonali mill-parteċipanti fis-suq. Proporzjonijiet minimi indipendenti ta’ investiment privat inqas minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistgħu jiġu ġġustifikati biss fid-dawl ta’ falliment tas-suq aktar qawwi jew ta’ ostaklu rilevanti ieħor stabbilit fil-valutazzjoni ex ante (ara t-Taqsima 3.2.1). F’dan ir-rigward, il-valutazzjoni ex ante jenħtieġ li, barra minn hekk, tipprovdi valutazzjoni dettaljata biżżejjed tal-livell u tal-istruttura tal-provvista ta’ finanzjament privat għat-tip ta’ impriża eliġibbli fiż-żona ġeografika rilevanti (ara l-paragrafu 63). Barra minn hekk, irid jintwera li l-miżura tingrana riżorsi privati addizzjonali li kieku ma kinux jiġu pprovduti jew li kienu jiġu pprovduti f’forom jew f’ammonti differenti jew b’termini differenti.

98.

Fil-każ ta’ miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju mmirati speċifikament għan-negozji ġodda u l-SMEs li ma kienu qed joperaw f’ebda suq (52), il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-livell meħtieġ ta’ parteċipazzjoni privata indipendenti jkun aktar baxx mill-proporzjonijiet meħtieġa. Alternattivament, għal tali miri tal-investiment, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-parteċipazzjoni privata ma tkunx independenti fin-natura tagħha, jiġifieri, pereżempju tkun ipprovduta mis-sid tal-impriża benefiċjarja. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ taċċetta wkoll livelli ta’ parteċipazzjoni privata aktar baxxi minn dawk stabbiliti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa fir-rigward ta’ impriżi eliġibbli li ilhom joperaw f’suq għal mhux aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, fid-dawl tal-evidenza ekonomika pprovduta fil-valutazzjoni ex ante rigward il-falliment tas-suq rilevanti jew ostaklu rilevanti ieħor.

99.

Miżura ta’ finanzjament ta’ riskju mmirata lejn impriżi eliġibbli li jkunu ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal aktar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa fiż-żmien tal-ewwel investiment ta’ finanzjament ta’ riskju jrid ikun fiha restrizzjonijiet adegwati, kemm f’termini ta’ limiti ta’ żmien jew ta’ kriterji oġġettivi oħrajn ta’ natura kwalitattiva, relatati mal-istadju ta’ żvilupp tal-impriżi fil-mira. Għal tali miri ta’ investiment, il-Kummissjoni normalment tkun tirrikjedi proporzjon minimu ta’ parteċipazzjoni privata ta’ 60 %.

100.

It-tieni, flimkien mal-livell propost ta’ parteċipazzjoni privata, il-Kummissjoni se tqis ukoll il-bilanċ tar-riskji u l-gwadanji bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tqis b’mod pożittiv il-miżuri li bihom it-telf jiġi kondiviż pari passu bejn l-investituri, u fejn l-investituri privati jirċievu biss inċentivi pożittivi. Madankollu, il-Kummissjoni se tqis kif xieraq li l-kondiviżjoni tat-telf fuq bażi mhux pari passu tista’ tkun meħtieġa fid-dawl ta’ fallimenti tas-suq aktar severi. Fil-prinċipju, aktar ma l-kondiviżjoni tar-riskji u tal-gwadanji tkun qrib tal-prattiki kummerċjali reali, aktar ikun probabbli li l-Kummissjoni taċċetta livell aktar baxx ta’ parteċipazzjoni privata.

101.

It-tielet, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-livell tal-istruttura tal-finanzjament li fih il-miżura għandha l-għan li tingrana l-investiment privat. Fil-livell tal-fond ta’ fondi, il-kapaċità li jiġi attirat finanzjament privat tista’ tiddependi fuq użu aktar estensiv ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni minn telf possibbli. Għall-kuntrarju ta’ dan, dipendenza eċċessiva fuq tali mekkaniżmi tista’ toħloq distorsjoni fl-għażla ta’ impriżi eliġibbli u twassal għal eżiti ineffiċjenti fejn l-investituri privati jintervjenu fil-livell tal-investiment fl-impriżi u fuq bażi ta’ tranżazzjoni, tranżazzjoni.

102.

Fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tat-tfassil speċifiku tal-miżura, il-Kummissjoni tista’ tqis l-importanza tar-riskju residwu miżmum mill-investituri privati magħżula meta mqabbel mat-telf mistenni u dak mhux mistenni preżunt mill-investitur pubbliku, kif ukoll il-bilanċ tar-redditi mistennija bejn l-investitur pubbliku u l-investituri privati. Għalhekk, profil differenti tar-riskji u tal-gwadanji jista’ jkun aċċettat jekk dan jimmassimizza l-ammont ta’ investiment privat, mingħajr ma jfixkel il-karattru ġenwin tad-deċiżjonijiet tal-investiment immotivati mill-profitti.

103.

Ir-raba’, in-natura eżatta tal-inċentivi trid tiġi ddeterminata permezz ta’ proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, kif ukoll għall-maniġers ta’ fondi jew għall-investituri. Bl-istess mod, il-maniġers tal-fond ta’ fondi jenħtieġ li jkunu meħtieġa li bħala parti mill-mandat ta’ investiment tagħhom, legalment jimpenjaw ruħhom li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet preferenzjali li jistgħu japplikaw fil-livell tas-subfondi, permezz ta’ proċess kompetittiv għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, tal-maniġers ta’ fondi jew tal-investituri eliġibbli.

104.

Sabiex tingħata prova tal-ħtieġa tal-kundizzjonijiet speċifiċi li huma l-bażi tat-tfassil tal-miżura, l-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa jipproduċu evidenza li turi li, fil-proċess tal-għażla tal-investituri privati, il-parteċipanti kollha fil-proċess kienu qegħdin jitolbu kundizzjonijiet li ma jkunux koperti mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, jew li s-sejħa għall-offerti ma kinitx konklużiva.

105.

Il-ħames, l-intermedjarju finanzjarju jew il-maniġer tal-fond jistgħu jikkoinvestu flimkien mal-Istat Membru, sakemm it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali koinvestiment ikunu tali li jeskludu kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. L-intermedjarju finanzjarju jrid jieħu mill-inqas 10 % tal-biċċa mill-ewwel telf. Tali koinvestiment jista’ jikkontribwixxi biex jiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ investiment ikunu allinjati mal-miri ta’ politika rilevanti. Il-kapaċità tal-maniġer li jipprovdi investiment mir-riżorsi proprji tiegħu tista’ tkun wieħed mill-kriterji tal-għażla.

106.

Is-sitt punt, miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jagħmlu użu minn strumenti ta’ dejn iridu jipprevedu mekkaniżmu li jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jgħaddi l-vantaġġ li jirċievi mill-Istat lill-impriżi benefiċjarji finali, pereżempju fil-forma ta’ rati tal-imgħax aktar baxxi, rekwiżiti tal-kollateral imnaqqsa jew kombinazzjoni tat-tnejn. L-intermedjarju finanzjarju jista’ wkoll jgħaddi l-vantaġġ billi jinvesti f’impriżi li għalkemm huma potenzjalment vijabbli, f’konformità mal-kriterji interni ta’ klassifikazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju, ikunu fi klassi ta’ riskju fejn l-intermedjarju ma jinvestix fin-nuqqas ta’ miżura ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-mekkaniżmu ta’ trasferiment irid jinkludi arranġamenti ta’ monitoraġġ adegwati, kif ukoll mekkaniżmu ta’ rkupru (53) jew mekkaniżmu kuntrattwali ekwivalenti.

107.

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat li l-intermedjarji finanzjarji involuti fil-miżura ta’ finanzjament tar-riskju jwettqu l-objettivi rilevanti, l-istrateġija ta’ investiment tal-intermedjarju finanzjarju trid tiġi allinjata mal-objettivi tal-miżura. Bħala parti mill-proċess tal-għażla, l-intermedjarji finanzjarji jridu juru kif l-istrateġija tal-investiment proposta tagħhom tista’ tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri. Barra minn hekk, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-istrateġija tal-investiment tal-intermedjarji tibqa’ dejjem allinjata mal-miri maqbula, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar xierqa u tal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-investituri pubbliċi fil-korpi ta’ rappreżentanza tal-intermedjarju finanzjarju, bħall-bord superviżorju jew il-bord konsultattiv. L-istruttura ta’ governanza xierqa trid tiżgura li l-bidliet materjali fl-istrateġija tal-investiment ikunu jeħtieġu l-kunsens minn qabel tal-Istat Membru. Biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, l-Istat Membru ma jistax jipparteċipa direttament f’deċiżjonijiet individwali dwar l-investiment u l-iżvestiment.

108.

L-Istati Membri jistgħu jużaw firxa ta’ strumenti finanzjarji bħala parti mill-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, bħal strumenti ta’ investiment ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità, strumenti ta’ self jew garanziji fuq bażi mhux pari passu. Il-paragrafi 109 sa 121 jistabbilixxu l-elementi li l-Kummissjoni se tqis fil-valutazzjoni tagħha ta’ tali strumenti finanzjarji speċifiċi.

(a)   L-investimenti ta’ ekwità

109.

L-istrumenti ta’ investiment ta’ ekwità jistgħu jieħdu l-forma ta’ investimenti ta’ ekwità jew kważi ekwità f’impriża, li permezz tagħhom l-investitur jixtri s-sjieda (parti minnha) ta’ dik l-impriża. (54)

110.

L-istrumenti ta’ ekwità jista’ jkollhom diversi karatteristiċi asimmetriċi, li jipprovdu trattament divrenzjat tal-investituri minħabba li xi wħud jistgħu jipparteċipaw aktar fir-riskji u fil-gwadanji minn oħrajn. Biex ittaffi r-riskji tal-investituri privati, il-miżura tista’ toffri protezzjoni pożittiva (l-investitur pubbliku jċedi parti mir-redditu) jew il-protezzjoni kontra parti mit-telf (limitazzjoni tat-telf għall-investitur privat) jew kombinazzjoni tat-tnejn.

111.

Il-Kummissjoni tqis li inċentivi pożittivi joħolqu allinjament aħjar tal-interessi bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni minn telf possibbli fejn l-investitur pubbliku jista’ jiġi espost għar-riskju ta’ prestazzjoni ħażina, tista’ twassal għal allinjament ħażin tal-interessi u għażla avversa mill-intermedjarji finanzjarji jew l-investituri.

112.

Il-Kummissjoni tqis li l-istrumenti ta’ ekwità b’redditu limitat (55), opzjoni eżerċitabbli (56) u qsim tal-flus minħabba introjtu asimmetriku (57) joffru inċentivi tajba, speċjalment f’sitwazzjonijiet karatterizzati minn falliment tas-suq inqas sever.

113.

L-istrumenti ta’ ekwità b’karatteristiċi ta’ kondiviżjoni tat-telf mhux pari passu li jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jistgħu jiġu ġġustifikati biss għal miżuri li jindirizzaw fallimenti tas-suq severi, pereżempju fis-setturi ta’ teknoloġija avvanzata, jew ostakli rilevanti oħrajn identifikati fil-valutazzjoni ex ante, bħal miżuri mmirati l-aktar għan-negozji ġodda u għall-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju ta’ prova tal-kunċett. Biex tiġi evitata protezzjoni estensiva mir-riskju ta’ telf possibbli, l-ewwel parti tat-telf imġarrba mill-investitur pubbliku trid tkun limitata.

(b)   Strumenti ta’ dejn iffinanzjati: dejn

114.

Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tkopri l-għoti ta’ self fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-benefiċjarji finali.

115.

L-istrumenti ta’ dejn iffinanzjati jistgħu jieħdu forom differenti, inkluż self subordinat u self b’kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll. Is-self subordinat jista’ jingħata lill-intermedjarji finanzjarji biex isaħħu l-istruttura kapitali tagħhom, bil-għan li jkunu jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-impriżi eliġibbli. Is-self b’kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll huwa mfassal biex jipprovdi self lill-intermedjarji finanzjarji li jimpenjaw ruħhom li jikkofinanzjaw portafoll ta’ self ġdid jew lokazzjonijiet lil impriżi eliġibbli sa ċerta rata ta’ kofinanzjament flimkien ma’ kondiviżjoni tar-riskju tal-kreditu tal-portafoll skont is-selfa (jew lokazzjoni). Fiż-żewġ każijiet, l-intermedjarju finanzjarju jaġixxi bħala koinvestitur fl-impriżi eliġibbli iżda jgawdi minn trattament preferenzjali meta mqabbel mal-investitur jew mas-sellief pubbliku minħabba li l-istrument jimmitiga l-iskopertura tiegħu stess għar-riskji ta’ kreditu li tirriżulta mill-portafoll tas-self sottostanti.

116.

B’mod ġenerali, fejn il-karatteristiċi tal-istrument ta’ mitigazzjoni tar-riskju jwasslu lill-investitur/ sellief pubbliku biex jassumi, fir-rigward tal-portafoll tas-self sottostanti, pożizzjoni tal-ewwel telf li taqbeż il-limitu stabbilit mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, il-miżura tista’ tiġi ġġustifikata biss f’każ ta’ miżuri mmirati esklussivament lejn negozju ġodda u SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju tal-prova tal-kunċett jew fil-każ ta’ falliment sever tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor li jrid jiġi identifikat b’mod ċar fil-valutazzjoni ex ante. Il-Kummissjoni se tikkunsidra b’mod pożittiv il-miżuri li jipprovdu limitu massimu espliċitu fuq l-ewwel telf preżunt mill-investitur pubbliku, b’mod partikolari meta tali limitu massimu ma jaqbiżx il-35 %.

117.

L-istrumenti ta’ self b’kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll tas-self jenħtieġ li jiżguraw rata ta’ koinvestiment sostanzjali mill-intermedjarju finanzjarju magħżul. Dan huwa preżunt li huwa l-każ jekk tali rata ma tkunx aktar baxxa minn 30 % tal-valur tal-portafoll tas-self sottostanti.

(c)   Strumenti ta’ dejn iffinanzjati: garanziji

118.

Miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tkopri l-għoti ta’ garanziji jew ta’ kontrogaranziji lill-intermedjarji finanzjarji, jew garanziji lill-benefiċjarji finali, jew kombinazzjoni tat-tnejn. It-tranżazzjonijiet eliġibbli koperti mill-garanzija jridu jkunu tranżazzjonijiet ta’ self ta’ finanzjament ta’ riskju eliġibbli oriġinati reċentement, inklużi strumenti ta’ lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta’ investiment ta’ kważi ekwità, iżda mhux strumenti ta’ ekwità.

119.

Il-garanziji jenħtieġ li jiġu pprovduti fuq bażi tal-portafoll. L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jagħżlu t-tranżazzjonijiet li jixtiequ jinkludu fil-portafoll kopert mill-garanzija, sakemm it-tranżazzjonijiet inklużi jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà kif definiti mill-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-garanziji jenħtieġ li jiġu offruti b’rata li tiżgura livell xieraq ta’ kondiviżjoni tar-riskji u tal-gwadanji mal-intermedjarji finanzjarji. B’mod partikolari, f’każijiet debitament ġustifikati u soġġetta għar-riżultati tal-valutazzjoni ex ante, ir-rata tal-garanzija tista’ tkun ogħla mir-rata massima prevista fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, iżda ma tridx taqbeż id-90 %. Dan jista’ jkun il-każ għall-garanziji fuq is-self jew l-investimenti ta’ kważi ekwità fin-negozji ġodda jew fl-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew fl-istadju tal-prova tal-kunċett.

120.

Fil-każ ta’ garanziji limitati, ir-rata massima jenħtieġ li, fil-prinċipju, tkopri biss it-telf mistenni. Jekk din tkopri wkoll it-telf mhux mistenni, dan tal-aħħar jenħtieġ li jkun ipprezzat f’livell li jirrifletti l-kopertura addizzjonali tar-riskju. B’mod ġenerali, jenħtieġ li r-rata massima ma taqbiżx il-35 %. Garanziji mhux limitati (garanziji b’rata ta’ garanzija, iżda mingħajr rata massima) jistgħu jiġu pprovduti f’każijiet debitament ġustifikati u jiġu pprezzati b’tali mod li jkunu jirriflettu l-kopertura tar-riskju addizzjonali pprovduta mill-garanzija.

121.

Id-durata tal-garanzija jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien, normalment sa massimu ta’ għaxar snin, mingħajr preġudizzju għall-maturità tal-istrumenti ta’ dejn individwali koperti mill-garanzija, li tista’ tkun itwal. Il-garanzija trid titnaqqas jekk l-intermedjarju finanzjarju ma jinkludix ammont minimu ta’ investiment fil-portafoll matul perjodu speċifiku. Iridu jkunu meħtieġa tariffi ta’ impenn għall-ammonti li ma jintużawx. Jistgħu jintużaw metodi bħal tariffi ta’ impenn, avvenimenti ta’ skattar jew avvenimenti importanti sabiex jinċentivaw lill-intermedjarji sabiex jilħqu l-volumi maqbula.

3.2.3.3.   Il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-inċentivi fiskali

122.

Kif indikat fit-Taqsima 3.2.2.2, il-punt (d), it-Taqsima 3 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa hija limitata għal inċentivi fiskali mmirati lejn investituri li huma persuni fiżiċi. Għalhekk, il-miżuri li jużaw inċentivi fiskali sabiex iħeġġu lill-investituri korporattivi jipprovdu finanzjament lill-impriżi eliġibbli, direttament jew indirettament permezz tal-akkwist ta’ ishma f’fond iddedikat jew f’tipi oħrajn ta’ mezzi ta’ investiment li jinvestu f’tali impriżi, huma soġġetti għal notifika lill-Kummissjoni.

123.

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jibbażaw il-miżuri ta’ għajnuna fiskali tagħhom fuq is-sejbiet ta’ falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor fil-valutazzjoni ex ante, u għalhekk jimmiraw l-istrument tagħhom lejn kategorija definita sew ta’ impriżi eliġibbli.

124.

L-inċentivi fiskali biex jiġu inkorprati l-investituri jistgħu jieħdu l-forma ta’ ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu u/jew ħelsien mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali u d-dividendi, inklużi l-krediti tat-taxxa u d-diferimenti. Fil-prattika tal-każijiet tagħha, il-Kummissjoni ġeneralment ikkunsidrat bħala xieraq, ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu li fih limiti speċifiċi fuq il-perċentwal tal-ammont investit li l-investitur jista’ jitlob għall-finijiet tal-ħelsien mit-taxxa, kif ukoll fuq l-ammont ta’ ħelsien mit-taxxa li jista’ jitnaqqas mill-obbligazzjonijiet tat-taxxa tal-investitur. Barra minn hekk, l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali maċ-ċessjoni ta’ ishma tista’ tkun diferita jekk tiġi investita mill-ġdid f’investimenti eliġibbli f’ċertu perjodu, filwaqt li t-telf li jirriżulta mat-trasferiment ta’ tali ishma jista’ jitnaqqas mill-profitti akkumulati minn ishma oħra soġġetti għall-istess taxxa.

125.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-inċentivi fiskali għall-investituri korporattivi huma xierqa jekk l-Istat Membru jista’ jipproduċi evidenza li turi li l-għażla tal-impriżi eleġibbli hija bbażata fuq sett strutturat tajjeb ta’ rekwiżiti ta’ investiment, li jsir pubbliku permezz ta’ pubbliċità xierqa, u li jistabbilixxi l-karatteristiċi tal-impriżi eleġibbli li huma soġġetti għal falliment tas-suq jew għal ostaklu rilevanti ieħor.

126.

Mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-miżura tittawwal, l-iskemi fiskali jrid ikollhom durata massima ta’ għaxar snin. Jekk, l-Istat Membru jipproponi li jestendi miżura għal durata totali ta’ aktar minn għaxar snin (inkluż skemi predeċessuri, jekk ikun hemm), dan irid iwettaq valutazzjoni ex ante ġdida, flimkien ma’ evalwazzjoni tal-effettività tal-iskema matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tagħha.

127.

Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni se tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema fiskali nazzjonali rilevanti u l-inċentivi fiskali li diġà jeżistu fl-Istat Membru, kif ukoll l-interazzjoni bejn dawk l-inċentivi.

128.

Il-vantaġġ fiskali jrid ikun miftuħ għall-investituri kollha li jissodisfaw il-kriterji applikabbli, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-post ta’ stabbiliment tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw pubbliċità adegwata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-parametri tekniċi tal-miżura. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-livelli u l-limiti massimi rilevanti li jiddeterminaw il-vantaġġ massimu li jista’ jieħu kull investitur individwali mill-miżura, kif ukoll l-ammont ta’ investiment massimu li jista’ jsir f’impriżi eliġibbli individwali.

3.2.3.4.   Il-kundizzjonijiet għal miżuri li jappoġġaw il-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi

129.

Fir-rigward ta’ miżuri ta’ għajnuna li jappoġġaw pjattaformi ta’ negozjar alternattivi lil hinn mil-limiti stabbiliti fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-operatur tal-pjattaforma jrid jipprovdi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li juri li l-pjattaforma megħjuna tista’ issir awtosostenibbli f’inqas minn għaxar snin. Barra minn hekk, ix-xenarji kontrofattwali plawżibbli jridu jiġu pprovduti fin-notifika, li tqabbel is-sitwazzjonijiet li fihom jiġu kkonfrontati l-impriżi kummerċjabbli li kieku l-pjattaforma ma kinitx teżisti, f’termini tal-aċċess għall-finanzjament meħtieġ.

130.

Il-Kummissjoni se tħares b’mod favorevoli lejn pjattaformi ta’ negozjar alternattivi stabbiliti minn diversi Stati Membri u li joperaw f’diversi Stati Membri, minħabba li dawn jistgħu jkunu partikolarment effiċjenti u attraenti għall-investituri privati, b’mod partikolari għall-investituri istituzzjonali.

131.

Għall-pjattaformi eżistenti, l-istrateġija ta’ negozju proposta tal-pjattaforma trid turi li, minħabba nuqqas persistenti ta’ elenkar, u għalhekk nuqqas ta’ likwidità, il-pjattaforma kkonċernata jeħtieġ li tiġi appoġġata għal perjodu ta’ żmien qasir, minkejja l-vijabbiltà fit-tul tagħha. Il-Kummissjoni se tqis b’mod pożittiv għajnuna għall-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ negozjar alternattiva fl-Istati Membri fejn ma teżisti l-ebda tali pjattaforma. Fil-każ li l-pjattaforma ta’ negozjar alternattiva li għandha tiġi appoġġata tkun sottopjattaforma jew sussidjarja ta’ Borża eżistenti, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-valutazzjoni dwar in-nuqqas ta’ finanzjament li kieku tiffaċċa tali sottopjattaforma.

3.2.4.   Proporzjonalità tal-għajnuna

132.

L-għajnuna mill-Istat trid tkun proporzjonata meta mqabbla mal-falliment tas-suq jew ma’ ostakli rilevanti oħrajn, li hija tkun maħsuba li tindirizza sabiex jintlaħqu l-objettivi rilevanti tal-politika. Din trid tkun imfassla b’mod kosteffiċjenti, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Għalhekk, sabiex kwalunkwe miżura ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tkun tista’ titqies bħala proporzjonata, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu strett meħtieġ sabiex jiġi attirat il-finanzjament mis-suq biex jingħeleb il-falliment tas-suq jew l-ostaklu rilevanti l-ieħor, mingħajr ma jiġu ġġenerati vantaġġi mhux dovuti.

133.

Bħala regola ġenerali, fil-livell tal-benefiċjarji finali, l-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju titqies bħala proporzjonata jekk l-investiment għall-finanzjament ta’ riskju għal kull benefiċjarju eliġibbli ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa u jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima. Għal miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju fejn l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju għal kull benefiċjarju eliġibbli jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju ogħla għal kull benefiċjarju jrid ikun ukoll proporzjonat għad-daqs tad-diskrepanza fil-finanzjament ikkwantifikata fil-valutazzjoni ex ante (ara l-paragrafu 64).

134.

Fil-livell tal-investituri, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jiġi attirat il-kapital privat bil-għan li jinkiseb l-effett ta’ ingranaġġ minimu tar-riżorsi privati u jiġi indirizzat il-falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor.

3.2.4.1.   Il-kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji

135.

L-intermedjarji finanzjarji għandhom jagħżlu l-benefiċjarji finali eliġibbli abbażi ta’ strateġija tal-investiment kummerċjalment soda (ara l-paragrafu 70) u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju vijabbli li jiġġustifika l-ammont ta’ finanzjament ta’ riskju li għandu jiġi pprovdut. Dawn il-kundizzjonijiet huma salvagwardja ulterjuri biex jiġi żgurat li l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonata.

136.

Il-miżura trid tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-kundizzjonijiet preferenzjali offruti minn strument finanzjarju sabiex jiġi massimizzat l-effett ta’ ingranaġġ tar-riżorsi privati waqt li tindirizza l-falliment tas-suq identifikat jew ta’ ostaklu rilevanti ieħor u l-ħtieġa għall-istrument li jiġġenera redditi finanzjarji suffiċjenti biex jibqa’ operazzjonalment vijabbli.

137.

In-natura eżatta u l-valur tal-inċentivi jridu jiġu determinati permezz ta’ proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, li fil-kuntest tiegħu, l-intermedjarji finanzjarji, kif ukoll il-maniġers ta’ fondi jew l-investituri jintalbu jippreżentaw offerti li jikkompetu.

Rata ġusta ta’ redditu

138.

Il-Kummissjoni tqis li fejn ikunu stabbiliti xi redditi asimmetriċi aġġustati għar-riskju jew kondiviżjoni tat-telf permezz ta’ tali proċess, l-istrument finanzjarju għandu jitqies bħala proporzjonat u li jirrifletti rata ġusta ta’ redditu. Fejn il-maniġers ta’ fondi jintgħażlu permezz ta’ proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju li jeħtieġ li l-applikanti jippreżentaw il-bażi tal-investituri tagħhom bħala parti mill-proċess tal-għażla, l-investituri privati jitqiesu li huma magħżula b’mod dovut.

139.

Fil-każ ta’ koinvestiment minn fond pubbliku ma’ investituri privati li jipparteċipaw skont it-tranżazzjoni, dawn tal-aħħar jenħtieġ li jintgħażlu permezz ta’ proċess kompetittiv xieraq fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni, li huwa l-mod preferut biex tkun stabbilita r-rata ta’ redditu ġusta.

140.

Meta l-investituri privati ma jintgħażlux permezz ta’ proċess tal-għażla xieraq (pereżempju għaliex il-proċedura tal-għażla wriet li ma hijiex effettiva jew ma hijiex konklużiva), ir-rata ġusta ta’ redditu trid tkun stabbilita minn espert indipendenti fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ punti referenzjarji tas-suq u r-riskju tas-suq abbażi ta’ metodoloġija standard u aċċettata b’mod ġenerali bħall-metodoloġija ta’ valwazzjoni tal-fluss tal-flus skontata sabiex jiġi evitat kumpens żejjed tal-investituri. Fuq dik il-bażi, l-espert indipendenti jrid jikkalkula livell minimu ta’ redditu ġust u jżid miegħu marġni xieraq biex jirrifletti r-riskji.

141.

Fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 140, irid ikun hemm fis-seħħ regoli xierqa biex jinħatar l-espert indipendenti. Bħala minimu, l-espert irid ikun liċenzjat biex jipprovdi tali parir, ikun reġistrat mal-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti, jikkonforma mar-regoli deontoloġiċi u professjonali maħruġa minn dawk l-assoċjazzjonijiet, ikun indipendenti u jkun responsabbli għall-preċiżjoni tal-għarfien espert tiegħu. Fil-prinċipju, l-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Is-servizzi tal-istess espert indipendenti ma jistgħux jintużaw darbtejn mill-istess awtorità li tagħti l-għajnuna fi żmien tliet snin għad-determinazzjoni tar-rata ġusta ta’ redditu fil-kuntest tal-miżuri ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju.

142.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, it-tfassil tal-miżura jista’ jinkludi diversi investimenti pubbliċi u privati b’kondiviżjoni tal-profitti assimetrika jew bi twaqqit assimetriku, diment li r-redditi aġġustati għar-riskju mistennija għall-investituri privati jkunu limitati għal rata ġusta ta’ redditu.

L-għażla u r-remunerazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-maniġers tagħhom

143.

Bħala prinċipju ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-allinjament ekonomiku tal-interessi bejn l-Istat Membru u tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-maniġers tagħhom, kif xieraq, jista’ jimminimizza l-għajnuna. L-interessi jridu jkunu allinjati kemm fir-rigward tal-ilħuq tal-miri ta’ politika speċifiċi kif ukoll tal-prestazzjoni finanzjarja tal-investiment pubbliku fl-istrument.

144.

L-intermedjarju finanzjarju jew il-maniġer ta’ fond jista’ jikkoinvesti flimkien mal-Istat Membru, sakemm it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali koinvestiment ikunu tali li jeskludu kull possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interessi. Tali koinvestiment jista’ jinċentiva lill-maniġer biex jallinja d-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu mal-miri ta’ politika stabbiliti. Il-kapaċità tal-maniġer tal-fond li jipprovdi investiment mir-riżorsi proprji tiegħu tista’ tkun wieħed mill-kriterji tal-għażla.

145.

Ir-remunerazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-maniġers tal-fondi, skont it-tip ta’ miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, trid tinkludi tariffa maniġerjali annwali, kif ukoll inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni, bħall-kumpens għal prestazzjoni.

146.

Il-komponent tar-remunerazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni jrid ikun sinifikanti u maħsub biex jippremja l-prestazzjoni finanzjarja, kif ukoll l-ilħuq ta’ miri ta’ politika speċifiċi stabbiliti minn qabel. L-inċentivi relatati mal-politika jridu jkunu bbilanċjati mal-inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni finanzjarja li huma meħtieġa biex jiżguraw għażla effiċjenti ta’ impriżi eliġibbli li fihom isiru l-investimenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqis il-penali possibbli previsti fil-ftehim ta’ finanzjament bejn l-Istat Membru u l-intermedjarju finanzjarju, li japplikaw f’każ li l-miri ta’ politika definiti ma jintlaħqux.

147.

Il-livell ta’ remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni jenħtieġ li jkun iġġustifikat fuq il-bażi tal-prattika tas-suq relevanti. Il-manigers iridu jiġu remunerati mhux biss għall-iżborż b’suċċess u l-ammont ta’ kapital privat miġbur, iżda wkoll għar-redditi fuq l-investiment b’suċċess, bħal irċevuti ta’ introjtu u rċevuti kapitali li jaqbżu ċerta rata minima ta’ redditu jew rata ta’ ostaklu.

148.

It-total tat-tariffi ta’ ġestjoni ma jridx jaqbeż il-kostijiet operazzjonali u dawk ta’ ġestjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-istrument finanzjarju kkonċernat, flimkien ma’ profitt raġonevoli, f’konformità mal-prattika tas-suq. It-tariffi ma jridux jinkludu l-kostijiet tal-investiment.

149.

Minħabba li l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom, kif xieraq, iridu jintgħażlu permezz ta’ proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, l-istruttura globali tat-tariffi tista’ tkun evalwata bħala parti mill-punteġġ ta’ dak il-proċess tal-għażla u r-remunerazzjoni massima tista’ tiġi stabbilita bħala riżultat ta’ tali għażla.

150.

Fil-każ ta’ ħatra diretta lil entità fdata, il-Kummissjoni tqis li t-tariffa annwali għall-ġestjoni jenħtieġ li dejjem tirrifletti l-prattika tas-suq komparabbli u fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż it-3 % tal-kapital li għandu jiġi kkontribwit għall-entità, bl-esklużjoni tal-inċentivi bbażati fuq prestazzjoni.

3.2.4.2.   Il-kundizzjonijiet għall-inċentivi fiskali

151.

L-investiment totali għal kull impriża benefiċjarja ma jridx jaqbeż l-ammont massimu ffissat mill-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa sakemm ammont ogħla ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat fuq il-bażi tal-falliment tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex ante u strument fiskali jkun l-aktar għodda xierqa (ara t-Taqsima 3.2.3.3).

152.

Irrispettivament mit-tip ta’ ħelsien mit-taxxa, l-ishma eliġibbli jridu jkunu ishma b’riskju sħiħ, ordinarji, maħruġin ġodda minn impriża eliġibbli kif definit fil-valutazzjoni ex ante, u jridu jinżammu għal mill-inqas tliet snin. Il-ħelsien jista’ jkun disponibbli biss għall-investituri li huma indipendenti mill-kumpanija li jkun sar l-investiment fiha.

153.

F’każ ta’ ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu, l-investituri li jipprovdu finanzi lil impriżi eliġibbli jistgħu jirċievu ħelsien sa perċentwal raġonevoli tal-ammont investit fl-impriżi eliġibbli, sakemm l-obbligazzjoni massima ta’ taxxa fuq l-introjtu tal-investitur, kif stabbilita qabel il-miżura fiskali, ma tinqabiżx. Il-Kummissjoni tqis li huwa raġonevoli li tillimita l-ħelsien mit-taxxa għal 30 % tal-ammont investit. It-telf li jirriżulta mat-trasferiment tal-ishma jista’ jiġi paċut kontra taxxa fuq l-introjtu.

154.

Fil-każ ta’ ħelsien mit-taxxa fuq id-dividendi, kwalunkwe dividend irċevut fir-rigward tal-ishma kwalifikanti jista’ jkun eżentat kompletament mit-taxxa fuq l-introjtu.

155.

Bl-istess mod, fil-każ ta’ ħelsien mit-taxxa fuq qligħ kapitali, kwalunkwe profitt fuq il-bejgħ ta’ ishma kwalifikanti jista’ jkun kompletament eżenti mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali. Barra minn hekk, l-obbligazzjoni ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali fir-rigward tat-trasferiment tal-ishma kwalifikanti tista’ tiġi differita jekk tiġi investita mill-ġdid f’ishma kwalifikanti ġodda fi żmien sena.

3.2.4.3.   Il-kundizzjonijiet għall-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi

156.

Sabiex tippermetti analiżi xierqa tal-proporzjonalità tal-għajnuna lill-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar alternattiva, l-għajnuna mill-Istat tista’ tingħata biex tkopri sa 50 % tal-kostijiet ta’ investiment imġarrba għall-istabbiliment ta’ tali pjattaforma.

157.

Fil-każ ta’ inċentivi fiskali lill-investituri korporattivi, il-Kummissjoni se tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżura fl-isfond tal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-inċentivi fiskali fit-Taqsima 3.2.4.2.

3.2.4.4.   Kumulazzjoni

158.

L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tista’ tiġi kkumulata ma’ kwalunkwe miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat b’kostijiet eliġibbli li jistgħu jiġu identifikati.

159.

L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tista’ tiġi kumulata ma’ miżuri oħrajn ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr kostijiet eliġibbli li jistgħu jiġu identifikati, jew ma’ għajnuna de minimis, sal-ogħla limitu massimu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’ regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

160.

Finanzjament mill-Unjoni, immaniġġat ċentralment mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, mill-impriżi konġunti jew minn korpi oħra tal-Unjoni, li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istati Membri, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Fejn tali finanzjament mill-Unjoni jiġi kkombinat ma’ għajnuna mill-Istat, l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti fir-rigward tal-istess investiment ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament l-aktar favorevoli stabbilita fir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.

3.2.5.   L-evitar ta’ effetti negattivi mhux dovuti tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

161.

Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u ma jridux jisbqu l-effetti pożittivi tal-għajnuna sa livell li jmur kontra l-interess komuni.

3.2.5.1.   L-effetti pożittivi li għandhom jitqiesu

162.

Kif spjegat fit-Taqsima 1, in-negozji ġodda u l-SMEs għadhom jaqdu rwol kruċjali fl-ekonomiji tal-Istati Membri, kemm f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi kif ukoll ta’ stimolu tad-dinamika ekonomika u tat-tkabbir. L-SMEs jimpjegaw madwar 100 miljun persuna fl-Unjoni u jammontaw għal aktar minn nofs il-PDG tal-Unjoni. Dawn huma essenzjali wkoll għall-kompetittività u għall-prosperità tal-Ewropa, għas-sovranità ekonomika u teknoloġika, u għar-reżiljenza għal xokkijiet esterni. Madankollu, biex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom, u biex iwasslu dawk l-effetti pożittivi, l-SMEs jeħtieġu l-finanzjament. Għalhekk, suq ta’ finanzjament ta’ riskju effiċjenti għall-SMEs huwa kruċjali biex il-kumpaniji intraprenditorjali jkun jista’ jkollhom aċċess għall-finanzjament meħtieġ f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom. Fejn ikun hemm falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor għall-operat effiċjenti ta’ tali finanzjament, tista’ tkun meħtieġa għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju biex jittejjeb l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju lil SMEs vijabbli mill-iżvilupp bikri tagħhom sal-istadji ta’ tkabbir tagħhom (u, f’ċerti ċirkostanzi, għal impriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u impriżi innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja) sabiex jiġi żviluppat suq ta’ finanzjament ta’ riskju kompetittiv fuq medda itwal ta’ żmien. F’dan l-isfond, l-effett pożittiv ewlieni li l-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju għandha l-għan li ġġib, huwa li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-impriżi kkonċernati.

163.

Barra minn hekk, meta tivvaluta l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju li għandha titwieżen kontra l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanza li l-għajnuna tipproduċi effetti pożittivi oħrajn, minbarra l-kontribuzzjoni tagħha għall-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju. Dan jista’ jkun il-każ meta jiġi stabbilit li, minbarra li jippermetti lill-kumpaniji jikbru jew jiżviluppaw attivitajiet ġodda, u jiġġeneraw tkabbar ekonomiku, l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju jikkontribwixxi sostanzjalment b’mod partikolari għat-tranżizzjoni diġitali jew għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ambjentalment sostenibbli, inkluż attivitajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, b’newtralità klimatika jew reżiljenti għall-klima, għal ktajjen ta’ valur reżiljenti, jew għal żvilupp ta’ żoni assistiti. Fil-valutazzjoni tal-effetti pożittivi li għandhom jitqiesu, fejn applikabbli, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, inkluż il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħra (58).

164.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta kif xieraq l-effetti pożittivi mistennija tal-għajnuna f’termini ta’ żvilupp tal-attivitajiet ikkonċernati, l-Istat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi objettiv ċar u speċifiku (jew sensiela ta’ objettivi) li jindirizza l-falliment tas-suq jew ostaklu rilevanti ieħor identifikat mill-valutazzjoni ex ante. Id-daqs u d-durata tal-miżura jenħtieġ li jkunu adegwati għal dawk l-objettivi. Barra minn hekk, l-Istat Membru jrid jiddefinixxi wkoll l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni ex ante biex il-Kummissjoni tkun tista’ tkejjel l-effetti mistennija tal-għajnuna fir-rigward tal-objettivi segwiti. L-indikaturi tal-prestazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)

l-investiment meħtieġ jew previst fis-settur privat;

(b)

l-għadd mistenni ta’ benefiċjarji finali li jsir investiment fihom, inkluż l-għadd ta’ negozji ġodda u SMEs ġodda;

(c)

l-għadd stmat ta’ impriżi ġodda maħluqa matul l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju u b’riżultat tal-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju;

(d)

l-għadd ta’ impjiegi maħluqa fl-impriżi tal-benefiċjarji finali bejn id-data tal-ewwel investiment ta’ finanzjament ta’ riskju taħt il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju u l-ħruġ;

(e)

fejn xieraq, il-proporzjon ta’ investimenti magħmula f’konformità mat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq;

(f)

l-istadji importanti u l-iskadenzi li fihom ċerti ammonti jew perċentwali predefiniti tal-baġit għandhom jiġu investiti;

(g)

ir-redditi jew ir-rendimenti li mistennija jiġu ġġenerati mill-investimenti;

(h)

fejn ikun xieraq, l-applikazzjonijiet għal privattivi li għandhom isiru mill-benefiċjarji finali, matul l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju;

(i)

fejn ikun xieraq, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista kritiċi (eż. is-setturi tas-saħħa, tal-elettronika, tal-ajruspazju, tal-użu doppju u tad-difiża), u t-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku.

165.

L-indikaturi msemmija fil-paragrafu 164 huma rilevanti biex juru li l-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju hija mistennija li tagħti l-effetti pożittivi f’konformità mal-objettivi li ġew stabbiliti. B’mod partikolari, l-indikaturi jippermettu l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżura u l-valutazzjoni tal-validità tal-istrateġiji tal-investiment imfassla mill-intermedjarju finanzjarju fil-kuntest tal-proċess tal-għażla.

166.

Fejn tintuża miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, parzjalment jew kompletament, biex tappoġġa impriżi li reċentement ġew rikonoxxuti/mogħtija premju għall-innovazzjoni f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-attivitajiet ta’ CASSANI jew ingħataw tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza mill-EIC, jew biex tikkoinvesti mal-Fond tal-EIC jew biex tipprovdi investiment ta’ segwitu fir-rigward tal-Aċċeleraturi għall-Bidu ta’ Negozju (59), il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-Istat Membru juża l-istess Indikaturi ta’ Prestazzjoni Ewlenin kif jagħmlu CASSINI jew l-EIC, rispettivament.

3.2.5.2.   L-effetti negattivi li jridu jitqiesu

167.

Il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid titfassal b’tali mod li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fis-suq intern. Fil-każ ta’ miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju, l-effetti negattivi potenzjali għandhom jiġu vvalutati f’kull livell fejn l-għajnuna tista’ tkun preżenti: l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom, u l-benefiċjarji finali.

168.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-effetti x’aktarx negattivi tal-miżura fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-Istat Membru jista’ jippreżenta kwalunkwe studju jew evidenza rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tiegħu, bħal evalwazzjonijiet ex post imwettqa għal skemi simili, f’termini tal-impriżi eliġibbli, l-istrutturi ta’ finanzjament, il-parametri ta’ tfassil u ż-żona ġeografika.

169.

Fil-livell tas-suq għall-għoti tal-finanzjament tar-riskji, l-għajnuna mill-Istat tista’ twassal għall-esklużjoni tal-investituri privati. Dan jista’ jnaqqas l-inċentivi għall-investituri privati biex jipprovdu finanzjament lill-impriżi eliġibbli u jinkoraġġihom jistennew li l-Istat jipprovdi għajnuna għal tali investimenti. Dan ir-riskju jsir aktar rilevanti aktar ma jkun għoli l-ammont tal-finanzjament totali lill-benefiċjarji finali, aktar ma jkun kbir id-daqs ta’ dawk l-impriżi benefiċjarji u aktar ma jkun avvanzat l-istadju ta’ żvilupp tagħhom, hekk kif il-finanzjament privat isir progressivament disponibbli f’dawk iċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-għajnuna mill-Istat ma tiħux post ir-riskju kummerċjali normali tal-investimenti li kieku jagħmlu l-investituri anki fin-nuqqas tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, sakemm il-falliment tas-suq jew l-ostaklu rilevanti l-ieħor ikun ġie definit kif suppost, huwa inqas probabbli li l-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tirriżulta f’tali esklużjoni.

170.

Fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji, l-għajnuna jista’ jkollha effetti ta’ distorsjoni f’termini taż-żieda jew taż-żamma tas-saħħa tal-intermedjarju fis-suq, pereżempju fis-suq ta’ reġjun partikolari. Anki meta l-għajnuna ma ssaħħaħx is-saħħa tal-intermedjarju finanzjarju fis-suq direttament, din tista’ tagħmel dan indirettament, billi tiskoraġġixxi l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti, twassal għall-ħruġ tagħhom jew tiskoraġġixxi d-dħul ta’ kompetituri ġodda.

171.

Il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju jridu jkunu mmirati lejn impriżi orjentati lejn it-tkabbir li ma jistgħux jattiraw livell xieraq ta’ finanzjament minn riżorsi privati iżda li jistgħu jsiru vijabbli b’għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ riskju. Madankollu, fejn miżura tipprevedi l-istabbiliment ta’ fond pubbliku, iżda l-istrateġija ta’ investiment ta’ dak il-fond ma turix biżżejjed il-vijabbiltà potenzjali tal-impriżi eliġibbli, il-miżura x’aktarx li ma tissodisfax it-test tal-ibbilanċjar (ara t-Taqsima 3.2.5.3), peress li f’każ bħal dan, l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju jista’ jammonta għal għotja.

172.

Il-kundizzjonijiet relatati mal-ġestjoni kummerċjali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet orjentati lejn il-profitt stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-għażla tal-impriżi benefiċjarji finali tkun ibbażata fuq loġika kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni se tqis dawk il-kundizzjonijiet meta tivvaluta miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju skont dawn il-Linji Gwida, inkluż fejn il-miżura tinvolvi intermedjarji finanzjarji pubbliċi.

173.

Il-fondi ta’ investiment ta’ skala żgħira, b’fokus reġjonali limitat u mingħajr arranġamenti adegwati ta’ governanza se jiġu analizzati bl-għan li jiġi evitat ir-riskju li jinżammu strutturi tas-suq ineffiċjenti. L-iskemi reġjonali ta’ finanzjament ta’ riskju mhux dejjem jista’ jkollhom skala u ambitu suffiċjenti minħabba nuqqas ta’ diversifikazzjoni marbuta mal-għadd possibbilment baxx ta’ impriżi eliġibbli bħala miri ta’ investiment, li jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza ta’ tali fondi u jirriżultaw fl-għoti ta’ għajnuna lil kumpaniji inqas vijabbli. F’każijiet bħal dawn, l-investimenti jistgħu potenzjalment ifixklu l-kompetizzjoni u jipprovdu vantaġġi mhux dovuti lil ċerti impriżi.

174.

Fil-livell tal-benefiċjarji finali l-miżura jista’ jkollha effetti distorsivi fuq is-swieq tal-prodotti fejn dawk l-impriżi jikkompetu. Pereżempju, il-miżura tista’ tfixkel il-kompetizzjoni jekk hija timmira lejn kumpaniji f’setturi b’sottoprestazzjoni. L-espansjoni sostanzjali fil-kapaċità kkawżata mill-għajnuna mill-Istat f’suq li ma jkunx qed jagħti r-riżultati mistennija, tista’ b’mod partikolari toħloq distorsjoni mhux dovuta fuq il-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma ta’ kapaċità żejda tista’ twassal għal tidjiq tal-marġnijiet tal-profitt, tnaqqis tal-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra l-ħruġ tagħhom mis-suq. Dan jista’ wkoll jimpedixxi lil kumpaniji milli jidħlu fis-suq. Dan kollu jwassal għal strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, jaffettwaw ħażin lill-konsumaturi wkoll. Meta s-suq fis-setturi mmirati jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm inqas raġuni sabiex wieħed jinkwieta li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv l-inċentivi dinamiċi jew li se timpedixxi l-ħruġ jew id-dħul b’mod mhux dovut. Il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ tali distorsjonijiet huwa sostanzjali meta l-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tkun speċifika għas-settur, jew tagħti preferenza lil ċerti setturi fuq oħrajn. F’tali każijiet, il-Kummissjoni se tanalizza l-livell ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni fis-settur partikolari, fid-dawl tad-domanda potenzjali. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tali valutazzjoni, l-Istat Membru jrid jindika fin-notifika tiegħu jekk il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju hijiex speċifika għas-settur, jew jekk tagħtix preferenza lil ċerti setturi fuq oħrajn.

175.

Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll kwalunkwe effett negattiv potenzjali ta’ delokalizzazzjoni peress li dawn jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tanalizza jekk il-fondi reġjonali għandhomx il-probabbiltà li jinċentivaw id-delokalizzazzjoni fi ħdan is-suq intern. Meta l-attivitajiet tal-intermedjarju finanzjarju jkunu ffukati fuq reġjun mhux assistit li jmiss ma’ reġjuni assistiti, jew reġjun b’intensità ta’ għajnuna reġjonali ogħla mir-reġjun fil-mira, ir-riskju ta’ tali distorsjoni huwa aktar qawwi. Miżura ta’ finanzjament ta’ riskju reġjonali li tiffoka biss fuq ċerti setturi jista’ jkollha wkoll effetti negattivi ta’ delokalizzazzjoni.

176.

Finalment, bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, esternalitajiet negattivi tal-attività megħjuna fejn tali esternalitajiet jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri sa punt li jmur kontra l-interess komuni billi joħolqu jew jaggravaw l-ineffiċjenzi tas-suq (60).

3.2.5.3.   L-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi tal-għajnuna

177.

Bħala l-aħħar pass tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni se tibbilanċja l-effetti negattivi identifikati tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri kontra l-effetti pożittivi tal-għajnuna, u se tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern biss jekk l-effetti pożittivi jegħlbu dawk negattivi.

178.

Il-bilanċ kumplessiv ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi ta’ għajnuna jista’ jiġi soġġett ukoll għal rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post kif deskritt fit-Taqsima 4. F’tali każijiet, il-Kummissjoni tista’ tillimita d-durata ta’ dawk l-iskemi, bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tagħhom wara.

3.2.6.   Trasparenza

179.

Bħala salvagwardja ulterjuri kontra distorsjonijiet mhux dovuti, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti u għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom.

180.

L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza (61) tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

it-test sħiħ tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna individwali jew tal-iskema ta’ għajnuna approvata u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew ħolqa għalih;

(b)

informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 100 000, kif stabbilit fl-Anness ta’ dawn il-Linji Gwida.

181.

L-Istati Membri jridu jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, kif imsemmi fil-paragrafu 180, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni trid tiġi ppubblikata f’format ta’ data ta’ spreadsheet nonproprjetarju, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u mniżżla b’mod effettiv u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-pubbliku ġenerali jrid jitħalla jaċċessa s-sit web mingħajr ebda restrizzjoni, inkluż reġistrazzjoni tal-utent minn qabel.

182.

Għall-iskemi fil-forma ta’ inċentivi fiskali, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 180, il-punt (b) se jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

 

0,1-0,5;

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30;

 

30-60;

 

60-100;

 

100-250;

 

250 u aktar.

183.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 180, il-punt (b), trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna jew, għall-għajnuna fil-forma ta’ inċentivi fiskali, fi żmien sena mid-data meta hija dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa (62). Għal għajnuna li hija illegali iżda li sussegwentement tinstab kompatibbli, l-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli. Sabiex tippermetti l-eżekuzzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont it-Trattat, l-informazzjoni trid tibqa’ disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

184.

Il-Kummissjoni se tippubblika fuq is-sit web tagħha l-link għas-siti web dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 180.

4.   Evalwazzjoni

185.

Biex tkompli tiżgura li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ tkun limitata, il-Kummissjoni tista’ titlob li ċerti skemi ta’ għajnuna jkunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet ikunu meħtieġa għal skemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix riveduta fi żmien debitu.

186.

Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għall-iskemi ta’ għajnuna li ġejjin:

(a)

skemi b’baġits ta’ għajnuna kbar;

(b)

skemi b’enfasi reġjonali;

(c)

skemi b’enfasi settorjali stretta;

(d)

skemi li huma mmodifikati, fejn il-modifika taffettwa l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-ammont ta’ investiment jew il-parametri ta’ tfassil finanzjarju;

(e)

skemi li fihom karatteristiċi ġodda;

(f)

skemi li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni titlob dan, fid-dawl tal-effetti negattivi potenzjali tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

187.

Fi kwalunkwe każ, se tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul id-durata totali tagħhom, jiġifieri d-durata kkombinata tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2022. Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, evalwazzjonijiet ex post se jkunu meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li d-durata totali tagħhom taqbeż it-tliet snin, li tibda mill-1 ta’ Jannar 2022.

188.

Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat.

189.

L-għan tal-evalwazzjoni jenħtieġ li jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effikaċja tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi tagħha. Din jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

190.

Għal skemi ta’ għajnuna li fir-rigward tagħhom trid titwettaq evalwazzjoni (ara l-paragrafi 187 u 186) li d-durata totali tagħhom taqbeż it-tliet snin, mill-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li se jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema, kif ġej:

(a)

flimkien mal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit tiegħu għall-għajnuna mill-Istat jaqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew is-EUR 750 miljun tul id-durata kollha tiegħu;

(b)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema;

(c)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali li taqbeż il-EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena;

(d)

wara talba mill-Kummissjoni, u fi kwalunkwe każ qabel l-approvazzjoni tal-iskema, jekk l-iskema taqa’ taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-paragrafu 186, irrispettivament mill-baġit tal-għajnuna mill-Istat tal-iskema.

191.

L-abbozz tal-pjan ta’ valutazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni (63). L-Istati Membri jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.

192.

L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

193.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, biex tkun tista’ tiġi vvalutata kwalunkwe estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tiskadi. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu definiti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

5.1.    Applikabbiltà

194.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju kollha notifikabbli mogħtija jew li hija maħsuba biex tingħata mill-1 ta’ Jannar 2022.

195.

Għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju mogħtija illegalment qabel l-1 ta’ Jannar 2022 se tiġi vvalutata f’konformità mar-regoli fis-seħħ fid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

196.

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-investituri privati, fil-każ ta’ skemi ta’ finanzjament ta’ riskju li jipprevedu l-finanzjament pubbliku għall-appoġġ għall-finanzjament ta’ riskju, id-data tal-impenn tal-finanzjament pubbliku lill-intermedjarji finanzjarji, li hija d-data tal-firma tal-ftehim ta’ finanzjament, tiddetermina l-applikabbiltà tar-regoli għall-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju.

5.2.    Miżuri xierqa

197.

Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal ċerti bidliet fil-prinċipji ta’ valutazzjoni għall-għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju fl-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri dawn il-miżuri xierqa li ġejjin skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat:

(a)

L-Istati Membri jenħtieġ li jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi eżistenti tagħhom tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju, sabiex jinġiebu f’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida, fi żmien sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida;

(b)

L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu l-qbil espliċitu u mingħajr kundizzjoni tagħhom għall-miżuri proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, il-Kummissjoni se tassumi li l-Istat Membru inkwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti.

198.

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-investituri privati, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jieħdu miżuri xierqa fir-rigward ta’ skemi ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju favur l-SMEs meta l-impenn tal-finanzjament pubbliku għall-intermedjarji finanzjarji, li hija d-data tal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament, ikun sar qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u l-ebda kundizzjoni prevista fil-ftehim ta’ finanzjament ma tinbidel. Dawk l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jkomplu joperaw u jinvestu f’konformità mal-istrateġija ta’ investiment oriġinali tagħhom sa tmiem id-durata stabbilita fil-ftehim ta’ finanzjament.

5.3.    Rapportar u monitoraġġ

199.

F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589 (64), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (65), l-Istati Membri jridu jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni.

200.

L-Istati Membri jridu jżommu rekords dettaljati rigward il-miżuri ta’ għajnuna kollha. Tali rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-eliġibbiltà u l-ammonti massimi ta’ investiment ġew issodisfati. Dawn ir-reġistri jridu jinżammu għal għaxar snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u meta jintalbu jridu jiġu pprovduti lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ miżuri ta’ għajnuna li jipprovdu inċentivi fiskali, li skonthom l-għajnuna fiskali tingħata awtomatikament, bħal dawk ibbażati fuq dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-benefiċjarji, u fejn ma jkun hemm l-ebda verifika ex ante li l-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà jiġu ssodisfati għal kull benefiċjarju, l-Istati Membri jridu jivverifikaw regolarment, tal-anqas ex post u fuq bażi ta’ kampjun, li l-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà jiġu ssodisfati, u jisiltu l-konklużjonijiet meħtieġa. L-Istati Membri jridu jżommu rekords dettaljati tal-verifiki għal mill-inqas għaxar snin mid-data tal-kontrolli.

5.4.    Reviżjoni

201.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrieżamina jew li tibdel dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe waqt jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew sabiex jitqiesu politiki tal-Unjoni oħrajn u impenji internazzjonali, żviluppi fis-swieq, jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġġustifikata.

(1)  Id-definizzjonijiet eżatti tal-SMEs, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u l-kumpaniji innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida huma stabbiliti fit-Taqsima 2.3, fil-paragrafu 35.

(2)  Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti tal-kapital ta’ riskju f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).

(4)  Bejn l-2012 u l-2014, il-Kummissjoni wettqet programm ambizzjuż ta’ modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ibbażat fuq tliet objettivi ewlenin, għal aktar dettalji ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM/2012/209 final tat-8.5.2012:

(a)

it-trawwim ta’ tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f’suq intern kompetittiv;

(b)

l-iffukar tal-iskrutinju ex ante tal-Kummissjoni fuq il-każijiet bl-akbar impatt fuq is-suq intern, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri fl-eżekuzzjoni tal-għajnuna mill-Istat;

(c)

is-simplifikazzjoni tar-regoli biex jiġi żgurat proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet aktar rapidu.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali”, COM/2020/103 final tal-10.3.2020.

(6)  Ara ‘Evaluation support study on the EU rules on State aid for access to finance for SMEs’, Unjoni Ewropea (2020), disponibbli:

https://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/risk_finance_study.zip.

(7)  Tali innovazzjonijiet jinkludu pereżempju t-tibdil tal-prattiki soċjali b’appoġġ għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi jew diġitali, jew li l-karrieri fl-ICT isiru aktar aċċessibbli għan-nisa.

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM/2019/640 final tal-11.12.2019.

(9)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa”, COM/2020/67 final tad-19.2.2020.

(10)  Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652, COM (2021)557 final tal-14.7.2021.

(11)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni: Il-finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli”, COM (2018)97 final tat-8.3.2018.

(12)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “It-Tassonomija tal-UE, ir-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà Korporattiva, il-Preferenzi dwar is-Sostenibbiltà u d-Dazji Fiduċjarji: Nidderieġu l-Finanzi lejn il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM (2021)188 final tal-21.4.2021.

(13)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali, COM(2021)118 final tad-9.3.2021.

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(16)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021”, COM/2020/575 final tas-17.9.2020, jidentifika seba’ oqsma ewlenin: l-enerġizzazzjoni – Il-forniment minn qabel ta’ teknoloġiji nodfa u validi għall-futur u l-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; ir-rinnovazzjoni –It-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ bini pubbliku u privat– riċċarġjar u rifjuwilling – Il-promozzjoni ta’ teknoloġiji nodfa u validi għall-futur biex jiġi aċċellerat l-użu ta’ stazzjonijiet tat-trasport, tal-iċċarġjar u tar-riforniment sostenibbli, aċċessibbli u intelliġenti u l-estensjoni tat-trasport pubbliku; il-konnessjoni – l-iskjerament rapidu tas-servizzi tal-broadband rapidu għar-reġjuni u għall-unitajiet domestiċi kollha, inklużi n-networks tal-fibra u tal-5G; il-modernizzazzjoni – id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi, inklużi s-sistemi ġudizzjarji u tal-kura tas-saħħa; l-espansjoni – iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-cloud tad-data industrijali Ewropea u l-iżvilupp tal-aktar proċessuri b’saħħithom, avvanzati u sostenibbli; it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet – l-adattament tas-sistemi edukattivi biex jappoġġaw il-ħiliet diġitali u t-taħriġ edukattiv u vokazzjonali għall-etajiet kollha.

(17)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa”, COM(2021)350 final tal-5.5.2021.

(18)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali”, COM(2015)0468 final tat-30.9.2015.

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1); Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12); Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349) fir-rigward tal-iżvilupp tas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs; Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(20)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid”, COM(2020)590 final tal-24.9.2020.

(21)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(22)  L-istrumenti finanzjarji jkopru strumenti finanzjarji oħrajn li ma jinvolvux għotja, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ strumenti ta’ dejn (self, garanziji) jew strumenti ta’ ekwità (ekwità pura, investimenti ta’ kważi-ekwità jew strumenti oħrajn tal-kondiviżjoni tar-riskju).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 – 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 – 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(25)  Barra minn hekk, sabiex jiġi pprovdut aċċess aħjar għall-finanzjament tas-self, inħoloq Strument speċifiku għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSI) b’mod konġunt mill-Kummissjoni, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew tal-Investiment, taħt is-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka (FP7), ara http://www.eif.org/what_we_do/guarantees/RSI/index.htm. L-RSI jipprovdi garanziji parzjali lill-intermedjarji finanzjarji permezz ta’ mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tar-riskji, b’hekk inaqqas ir-riskji finanzjarji tagħhom u jħeġġiġhom jipprovdu self lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew ta’ innovazzjoni.

(26)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(27)  L-Azzjoni ta’ Espansjoni Ewropea għall-Kapital ta’ Riskju (ESCALAR) hija programm pilota mnedija mill-Kummissjoni Ewropea u ġestita mill-FEI, bl-użu tar-riżorsi tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa biex jiġi indirizzat id-distakk fil-finanzjament esperjenzat minn kumpaniji Ewropej ta’ tkabbir għoli (negozji li qed jespandu). ESCALAR tnediet fl-4 ta’ April 2020 u hija maħsuba biex iżżid b’mod sostanzjali r-riżorsi tal-fondi, u b’hekk tippermetti tickets ta’ investiment akbar u toħloq kapaċità akbar għall-investimenti fin-negozji li qed jespandu.

(28)  Fil-Linji Gwida Politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss tal-2019–2024, il-Kandidata Presidenzjali Von der Leyen ħabbret il-ħolqien ta’ fond pubbliku-privat li jispeċjalizza fl-IPOs tal-SMEs bil-għan li jipprovdi appoġġ pubbliku fil-forma ta’ finanzjament biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs b’potenzjal għoli għas-swieq pubbliċi.

(29)  L-inizjattiva CASSINI, imħabbra għall-ewwel darba fl-“Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” COM(2020)103 final tal-10.3.2020, hija ġabra ta’ azzjonijiet konkreti li l-għanijiet tagħhom jinkludu t-tnaqqis tal-aċċess għall-kapital ta’ riskju għall-SMEs ibbażati fuq l-ispazju biex jiffinanzjaw l-espansjoni tagħhom. Il-Fond għat-Tkabbir CASSINI se jiffunzjona bħala fond ta’ fondi b’mod simili għall-ISEP, billi jinvesti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju li jimpenjaw ruħhom li jaġixxu bħala “fondi tematiċi”, jiġifieri li jinvestu fis-settur spazjali filwaqt li xorta jiddeċiedi b’mod awtonomu f’liema ditti speċifiċi jridu jinvestu. Il-Fond għat-Tkabbir CASSINI se jindirizza n-nuqqas ta’ kapital fl-istadju tal-espansjoni, li huwa magħruf sew li jaffettwa b’mod negattiv lill-SMEs spazjali ġodda fl-Unjoni.

(30)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30). L-għan tal-Programm InvestEU huwa li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-investitur pubbliku u privat f’operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment billi jipprovdi garanziji mill-baġit tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-fallimenti u s-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. Dan jibni fuq is-suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) li tnieda fl-2015 biex inaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-Unjoni wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika.

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.06.2014, p. 1).

(32)  Online disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/fitness_check_en.html.

(33)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(34)  F’dak l-avviż, il-Kummissjoni tiċċara l-fehim tagħha ta’ kif jenħtieġ li jiġi interpretat il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat stabbilit fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. It-Taqsima 4.2 (“It-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq (OES)”) ta’ dak l-avviż tipprovdi gwida fir-rigward ta’ meta miżura ta’ appoġġ pubbliku ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba l-fatt li titwettaq f’kundizzjonijiet normali tas-suq.

(35)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 34.

(36)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Dċiembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

(37)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(38)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 34.

(39)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 36.

(40)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(42)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(43)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)7124 tas-27 ta’ Ottubru 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2018-2020 fil-qafas tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma għall-2018.

(44)  L-objettivi tal-inizjattiva CASSINI jinkludu: 1) li jiżdied l-għadd ta’ negozji ġodda bbażati fuq l-ispazju li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi bl-użu tat-teknoloġiji spazjali tal-Unjoni, 2) ir-rata ta’ suċċess tagħhom fl-istabbiliment ta’ kumpaniji, u 3) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-SMEs ibbażati fuq l-ispazju għall-kapital ta’ riskju. L-azzjonijiet ta’ CASSINI ikopru ċ-ċiklu intraprenditorjali kollu u huma mmirati, mit-tfassil, lejn l-għażla tal-ideat kummerċjali l-aktar innovattivi u kompetittivi (jiġifieri l-kuntratturi esterni japplikaw kriterji ggwidati mis-suq biex jipprovdu mentoraġġ u aċċellerazzjoni, u l-investituri ta’ kapital ta’ riskju li jiġġestixxu l-fondi tematiċi spazjali jiddeċiedu b’mod awtonomu biex jagħżlu l-proġetti li jixtiequ jinvestu fihom). Ara wkoll in-nota f’qiegħ il-paġna 29.

(45)  B’deroga mill-punt (c), l-intrapriżi ffurmati permezz ta’ fużjoni bejn impriżi eliġibbli għall-għajnuna skont dawn il-Linji Gwida għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi eliġibbli sa ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni tal-eqdem intrapriża li tipparteċipa fil-fużjoni.

(46)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni, C-156/98, EU:C:2000:467, il-punt 78; tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne, C-333/07, EU:C:2008:764, il-punti 94 sa 116; tal-15 ta’ April 2008, Nuova Agricast, Kawża C-390/06 EU:C:2008:224, il-punti 50 u 51; u tat-22 ta’ Settembru 2020, Austria v Commission, Kawża C-594/18 P, EU:C:2020:742, il-punt 44.

(47)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit għall-intermedjarji finanzjarji jew għall-maniġers tagħhom li jkollhom il-liċenzja meħtieġa biex iwettqu investiment u attivitajiet ta’ ġestjoni fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-benefiċjarji finali li jkollhom stabbiliment u li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tagħhom.

(48)  F’konformità mal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2018-2020 (ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna) jew mal-Artikoli 2(23) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/695 (ara n-nota 26 f’qiegħ il-paġna).

(49)  F’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/695 (ara n-nota 26 f’qiegħ il-paġna).

(50)  Ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna għal eżempji ta’ innovazzjoni soċjali. Il-karattru innovattiv ta’ SME għandu jiġi evalwat fid-dawl tad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(51)  Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza dejjem akbar tal-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv sabiex jiġi attirat il-finanzjament għall-kumpaniji ġodda. Għalhekk, jekk ikun hemm falliment stabbilit tas-suq u fil-każijiet fejn pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv ikollha operatur li jkun entità ġuridika separata, il-Kummissjoni tista’ tapplika, permezz ta’ analoġija, ir-regoli applikabbli għall-pjattaformi ta’ negozjar alternattivi. Dan japplika bl-istess mod għall-inċentivi fiskali biex isir investiment permezz ta’ tali pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv. Fl-10 ta’ Novembru 2020, daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1). Huwa mistenni li dan se jżid id-disponibbiltà tal-finanzjament kollettiv bħala forma innovattiva ta’ finanzjament.

(52)  Dan jinkludi n-negozji ġodda u l-SMEs kollha li għadhom ma għamlux l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom (kif definit fil-punt 12 tal-paragrafu 35 ta’ dawn il-Linji Gwida).

(53)  Mekkaniżmu ta’ rkupru jew mekkaniżmu kuntrattwali ekwivalenti jfisser arranġament li skontu, intermedjarju jrid jirritorna vantaġġ miksub mill-Istat li jkun naqas milli jgħaddi lill-benefiċjarju finali kif meħtieġ.

(54)  Biex jiġi evitat id-dubju u f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, għall-investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità, mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati tal-intermedjarju finanzjarju u l-kapital impenjat mhux imħallas jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità.

(55)  Redditu massimu għall-investitur pubbliku b’ċerta rata minima definita minn qabel: jekk ir-rata ta’ redditu definita minn qabel tinqabeż, ir-redditi kollha ’l fuq mir-rata jitqassmu lill-investituri privati biss.

(56)  Opzjonijiet eżerċitabbli fuq l-ishma pubbliċi: l-investituri privati jingħataw id-dritt li jeżerċitaw opzjoni eżerċitabbli biex jakkwistaw is-sehem tal-investiment pubbliku bi prezz tal-eżerċitar li jsir qbil dwaru minn qabel.

(57)  Qsim tal-flus minħabba introjtu asimmetriku: il-flus jittieħdu kemm mill-investituri pubbliċi kif ukoll privati fuq bażi ta’ pari passu, iżda r-redditi jiġu kondiviżi, kull meta jirriżultaw, b’mod asimmetriku. L-investituri privati jirċievu sehem akbar tar-rikavat tad-distribuzzjoni minn dak li jenħtieġ li jirċievu skont il-parteċipazzjonii rispettiva tagħhom, sar-rata minima definita minn qabel.

(58)  Għall-miżuri li huma identiċi għal miżuri fi ħdan il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif approvati mill-Kunsill, din il-kundizzjoni titqies bħala ssodisfata, peress li l-konformità tagħhom mal-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” diġà ġiet ivverifikata.

(59)  F’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/695 (ara n-nota 26 f’qiegħ il-paġna).

(60)  Dan jista’ jkun ukoll il-każ fejn l-għajnuna tfixkel it-tħaddim ta’ strumenti ekonomiċi stabbiliti biex jinternalizzaw tali esternalitajiet negattivi (eż. billi taffettwa s-sinjali tal-prezzijiet mogħtija mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jew strument simili).

(61)  “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.

(62)  F’każ li ma jkunx jeżisti rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, għal finijiet ta’ kkowdjar, id-data tal-għoti għandha titqies bħala l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

(63)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Common methodology for State aid evaluation (Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat), SWD(2014) 179 final tat-28.5.2014.

(64)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(65)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

Informazzjoni dwar it-trasparenza

L-informazzjoni dwar l-għotjiet individwali msemmija fil-paragrafu 180, il-punt (b) hija din li ġejja:

L-identità tal-benefiċjarju tal-għajnuna individwali (1):

Isem

L-identifikatur tal-benefiċjarju tal-għajnuna

It-tip ta’ impriża benefiċjarja tal-għajnuna fiż-żmien tal-applikazzjoni:

SME

Intrapriża kbira

Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju tal-għajnuna, fil-livell II tan-NUTS jew inqas

Is-settur jew l-attività prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna għall-għajnuna partikolari, identifikata mill-grupp NACE (kodiċi numeriku bi tliet ċifri) (2)

Element ta’ għajnuna espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali

Meta jkun differenti mill-element ta’ għajnuna, l-ammont nominali tal-għajnuna, espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali (3)

L-istrument għall-għajnuna (4):

Għotja/sussidju fuq ir-rata tal-imgħax/tħassir tad-dejn

Self/self bil-quddiem li jitħallas lura/għotja rimborżabbli

Garanzija

Benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa

Finanzjament ta’ riskju

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Id-data tal-għoti u d-data tal-pubblikazzjoni

Objettiv tal-għajnuna

L-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet awtorizzanti

Fejn applikabbli, l-isem tal-entità fdata, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula

Referenza tal-miżura ta’ għajnuna (5)


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet debitament ġustifikati u soġġett għall-qbil tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2003) 4582 tal-1 ta’ Diċembru 2003 dwar is-segretezza professjonali f’deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Ekwivalenti ta’ għotja gross, jew fejn applikabbli, l-ammont tal-investiment. Fil-każ ta’ għajnuna operatorja, jista’ jingħata l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju. Fil-każ ta’ skemi fiskali dan l-ammont jista’ jingħata skont il-meded stabbiliti fil-paragrafu 182. L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta’ kull sena (eż. fil-kuntest ta’ kreditu ta’ taxxa għandu jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta’ taxxa permess u mhux l-ammont effettiv li jista’ jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u li jista’ jvarja kull sena).

(4)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, għandu jingħata l-ammont tal-għajnuna għal kull strument.

(5)  Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ notifika msemmija fit-Taqsima 2.2.


Rettifika

16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/121


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tal-25 ta' Ġunju 2019 )

Fil-paġna 87, l-Anness IV, il-Parti I, it-Taqsima 1 (APPLIKABBILTÀ TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA (MODULU A)),

Il-punt 1.1.(d) huwa mħassar.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/122


Rettifika tar-Regolament Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (Test b’relevanza ghaż-ŻEE)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 129 tad-29 ta’ April 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 8, p. 74)

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 74,

minflok:

“IR-REGOLAMENT Nru 725/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (Test b’relevanza ghaż-ŻEE)”,

aqra:

“Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE)”;

It-terminu “bastiment” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “vapur” fir-Regolament kollu.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/123


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas- Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tas-26 ta' Marzu 2021 )

Fil-paġna 15, l-Artikolu 7(4), l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri u jistgħu jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri u jistgħu jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/124


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 153 tat-3 ta’ Mejju 2021 )

Fil-paġna 25, Artikolu 6(3), l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/125


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 156 tal-5 ta' Mejju 2021 )

Fil-paġna 14, Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/126


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 156 tal-5 ta’ Mejju 2021 )

Fil-paġna 31, Artikolu 7(3), l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/127


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 166 tal-11 ta' Mejju 2021 )

Fil-paġna 19, Artikolu 14(3), l-ewwel sentenza,

minflok:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“3.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/128


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021 )

Fil-paġna 13, Premessa (84), it-tieni sentenza,

minflok:

“... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-‘Mekkaniżmu’) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE. ...”,

aqra:

“... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa (il-‘Mekkaniżmu’) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE...”;

Fil-paġna 38, Artikolu 37, it-titolu,

minflok:

“Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka”,

aqra:

“Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa”;

Fil-paġna 38, Artikolu 37(1),

minflok:

“1.   B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-‘Mekkaniżmu’) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:”,

aqra:

“1.   B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa (il-‘Mekkaniżmu’) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti mill-benefiċjarji:”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/129


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021 )

Fil-paġna 168, Artikolu 18, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ somom dovuti minn riċevituri, u għandhom jitqiesu li huma garanzija biżżejjed skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”,

aqra:

“Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ somom dovuti minn riċevituri, u għandhom jitqiesu li huma garanzija biżżejjed skont ir-Regolament Finanzjarju. ...”.


16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/130


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1323 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f’ċerti oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 288 tal-11 ta’ Awwissu 2021 )

F’paġna 16, fl-Anness, li jemenda t-Taqsima 3, is-Subtaqsima 3.2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, it-tabella, il-punt 3.2.13.2, it-tieni kolonna “Oġġetti tal-ikel”,

minflok:

“— Ċikkulata b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 50 %; ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 30 %”,

aqra:

“— Ċikkulata b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 50 %; ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw ≥ 30 %”.