ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
31 ta' Mejju 2022

Werrej

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament (UE) 2022/838 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 fir-rigward tal-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin fil-Eurojust ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati

1

*

Regolament (UE) 2022/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-imballaġġ u t-tikkettar ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 ( 1 )

6

II   Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/840 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

8

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/841 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem Bolandin (DOP)

21

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/842 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Abadía Retuerta (DOP)

22

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/843 tal-24 ta’ Mejju 2022 li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta [Colli Berici (DOP)]

23

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/844 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

24

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/845 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

26

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/846 tat-18 ta’ Mejju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022)

38

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/847 tat-30 ta’ Mejju 2022 b’appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fil-Kontinent Amerikan

40

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/848 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi

50

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

52

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1

REGOLAMENT (UE) 2022/838 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 fir-rigward tal-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin fil-Eurojust ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa l-Eurojust u ffissa l-kompiti, il-kompetenza u l-funzjonijiet tagħha.

(2)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727 jipprevedi li l-Eurojust hija kompetenti fir-rigward tal-forom ta’ kriminalita` serja elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament, li jinkludu l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra. Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2018/1727, il-kompetenza tal-Eurojust tkopri wkoll reati kriminali relatati mar-reati kriminali elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Federazzjoni Russa bdiet aggressjoni militari kontra l-Ukrajna. Hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li fl-Ukrajna twettqu u qed jitwettqu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex tiżgura li dawk li jwettqu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fl-Ukrajna jinżammu responsabbli.

(5)

Is-servizzi ta’ prosekuzzjoni f’bosta Stati Membri u fl-Ukrajna bdew investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-avvenimenti relatati mal-gwerra ta' aggressjoni fl-Ukrajna, joqogħdu, fejn jkun xieraq, fuq l-appoġġ tal-Eurojust. Fis-27 ta’ Ġunju 2016, il-Eurojust ikkonkludiet ftehim dwar il-kooperazzjoni mal-Ukrajna. F’konformità ma’ dak il-ftehim, l-Ukrajna stazzjonat prosekutur ta’ kollegament fil-Eurojust biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Ukrajna.

(6)

Skont l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ("QKI") tas-17 ta' Lulju 1998, il-QKI għandha s-setgħa li teżerċita l-ġuriżdizzjoni tagħha fuq persuni responsabbli għall-aktar delitti serji ta’ tħassib internazzjonali, kif imsemmi fih. Il-ġuriżdizzjoni tal-QKI hija komplementari għall-ġuriżdizzjonijiet kriminali nazzjonali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI ħabbar li fetaħ investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

(7)

Minħabba l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali f’bosta Stati Membri u n-natura komplementari tal-ġuriżdizzjoni tal-QKI, huwa importanti li jsiru koordinazzjoni u skambju ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni f’ġuriżdizzjonijiet differenti u mal-QKI jew kwalunkwe qorti, tribunal jew mekkaniżmu ieħor stabbilit għal dak il-għan sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati, inklużi dawk li jista’ jkun li qed jitwettqu fl-Ukrajna fil-kuntest tal-ostilitajiet attwali.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-evidenza u l-aħjar prattiki relatati mal-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, d-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali, jenħtieġ li l-Eurojust issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-qrati u t-tribunali kriminali u l-mekkaniżmi stabbiliti biex jindirizzaw il-ksur tad-dritt internazzjonali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Eurojust tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-QKI u kwalunkwe qorti, tribunal jew mekkaniżmu ieħor li għandu l-għan li jindirizza delitti li jaffettwaw il-paċi u s-sikurezza internazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Eurojust tiffaċilita l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja mill-QKI jew qrati u tribunali kriminali jew mekkaniżmi speċjali li jikkonċernaw evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati.

(9)

Hemm riskju li l-evidenza relatata mal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, d-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati ma tistax tinħażen b’mod sikur fit-territorju fejn iseħħu l-ostilitajiet. Dak huwa wkoll il-każ b’evidenza marbuta mal-ostilitajiet li għaddejjin fl-Ukrajna. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita faċilità ta’ maħżen ċentrali f’post sikur. Faċilità ta’ maħżen ċentrali tista’ tkun ukoll neċessarja għall-evidenza miġbura minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, awtoritajiet internazzjonali jew partijiet terzi bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex dik l-evidenza tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għall-awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali.

(10)

Il-Eurojust għandha l-għarfien espert u l-esperjenza biex tappoġġa l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ delitti transfruntieri, inkluż il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Tali appoġġ jinkludi l-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin tal-evidenza sa fejn tkun ikkonċernata l-ammissibbiltà tagħha quddiem il-qrati u l-affidabbiltà tagħha.

(11)

Billi tippreserva, tanalizza u taħżen evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati u, meta jkun meħtieġ u xieraq, billi tippermetti l-iskambju tagħha, f’konformita` mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli. Il-Eurojust tista’ tappoġġa l-bini ta’ każijiet f’investigazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u tipprovdi appoġġ addizzjonali lill- awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali. Tali analiżi tista’ tkun partikolarment siewja għall-finijiet li tiġi aċċertata l-affidabbiltà tat-testimonjanzi tax-xhieda jew biex tiġi stabbilita kwalunkwe rabta rilevanti. Madankollu, dan ir-Regolament ma jintroduċi ebda obbligu fuq l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkondividu l-evidenza mal-Eurojust.

(12)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita faċilità ġdida ta’ ħżin temporanju li tippermetti l-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin tal-evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Peress li l-ħtieġa li tinħażen tali evidenza hija urġenti, huwa meħtieġ li l-Eurojust taħżinha f’faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data separata mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet stabbilita skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2018/1727 ("faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data"). Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, fiha dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ sistema ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet. Ladarba tiġi stabbilita dik is-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet, id-data operazzjonali proċessata temporanjament fil-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin ta’ data jenħtieġ li tiġi integrata fiha. Ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jenħtieġ li japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1727.

(13)

Il-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin tal-evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati fil-faċilità awtomatizzata għall-ġestjoni u l-ħżin tad-data, u l-aċċessibbiltà ta’ dik l-evidenza, kull meta jkun meħtieġ u xieraq, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mill-awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali, jenħtieġ li jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ ċibersigurtà u protezzjoni tad-data, f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) 2018/1725, partikolarment l-Artikolu 91 tiegħu, u r-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1727.

(14)

Immaġnijiet bis-satellita, ritratti, filmati u awdjoreġistrazzjonijiet jistgħu jkunu utli biex juru t-twettiq ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Eurojust tkun tista’ tipproċessa u taħżen immaġnijiet bis-satellita, ritratti, filmati u awdjoreġistrazzjonijiet għal dak il-fini.

(15)

Jenħtieġ li l-Eurojust u l-Europol jikkooperaw mill-qrib fil-kuntest tal-mandati rispettivi tagħhom, billi jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforz u l-kapaċità operattiva rispettiva tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni fil-kuntest tas-sistema dedikata eżistenti tal-Europol dwar delitti internazzjonali, imsemmija “Proġett ta’ Analiżi Reati Internazzjonali Ewlenin”, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Għalhekk, il-Eurojust jenħtieġ li tkun tista’ titrażmetti lill-Europol l-informazzjoni li tirċievi fit-twettiq tal-funzjonijiet operattivi tagħha, skont ir-Regolament (UE) 2018/1727, li tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tinkludi evalwazzjoni konġunta regolari ta’ kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi.

(16)

Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita faċilità awtomatizzata ta' ġestjoni u ħżin ta' data fil-Eurojust biex tiġi ttrattata l-evidenza relatata ma' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati bil-ħsieb li tiġi żgurata r-responsabbiltà għal tali reati mwettqa fl-Ukrajna, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(17)

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(18)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(19)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti lill-Eurojust tippreserva, tanalizza u taħżen evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati, li jippermetti l-iskambju ta’ tali evidenza u li tistabbilixxi faċilità awtomatizzata ta' ġestjoni u ħżin ta' data separata mis-sistema eżistenti ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(20)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ħareġ opinjoni fit-13 ta’ Mejju 2022.

(21)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex b’mod urġenti jagħmel disponibbli faċilità awtomatizzata ġdida ta' ġestjoni u ħżin tad-data fil-Eurojust li tippermetti l-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati bil-ħsieb li tiġi żgurata r-responsabbiltà għal tali reati mwettqa fl-Ukrajna,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1727

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(j)

tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati, inkluż billi tippreserva, tanalizza u taħżen evidenza relatata ma’ dawk ir-reati u r-reati kriminali relatati, u, tippermetti l-iskambju ta’ tali evidenza ma’, jew inkella tagħmilha direttament disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-Qorti Kriminali Internazzjonali.”;

(2)

fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8   B’deroga mill-Artikolu 23(6), il-Eurojust tista’ tistabbilixxi faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data separata mis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 23 għall-fini tal- ipproċessar tad- data personali operazzjonali għat-twettiq tal-funzjoni operattiv msemmija fl-Artikolu 4(l), il-punt (j) (‘il-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data’).

Il-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data għandha tikkonforma mal-ogħla standards ta’ ċibersigurtà.

Minkejja l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Eurojust għandha tikkonsulta mal-KEPD qabel l-operazzjoni tal- l-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data. Il-KEPD għandu jagħti opinjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievi notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

In-notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data msemmija fit-tielet subparagrafu għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti;

(b)

valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

(c)

il-miżuri previsti biex jindirizzaw ir-riskji msemmija fil punt (b);

(d)

is-salvagwardji, il-miżuri ta’ sigurtà u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ data personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni kkonċernati oħrajn.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-data fil-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data safejn dawn ma jkunux relatati direttament mal-istruttura teknika tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. Id-drittijiet ta’ aċċess u l-limiti ta’ żmien għad-data maħżuna fil-faċilità awtomatizzata ta’ ġestjoni u ħżin tad-data għandhom ikunu skont ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għall-fajls ta’ ħidma temporanji, li d-data tinħażen biex tappoġġahom, u skont il-limiti ta’ żmien rispettivi, partikolarment dawk stabbiliti fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.

Id-deroga prevista f’dan il-paragrafu għandha tapplika sakemm is- sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet komposta minn fajls ta’ ħidma temporanji u minn indiċi, tibqa’ fis- seħħ.”;

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1(n) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(n)

profili tad-DNA stabbiliti mill-parti mhux kodifikattriċi tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’ u, fir-rigward tar-reati u r-reati kriminali relatati msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (j), filmati u awdjoreġistrazzjonijiet.”;

(b)

il-punt 2(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati li jinvolvu lill-persuna kkonċernata, id-data ta’ meta twettqu r-reati u l-post fejn twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati, il-progress tal-investigazzjonijiet u, fir-rigward tar-reati u r-reati kriminali relatati msemmijin fl-Artikolu 4(1), il-punt (j), informazzjoni relatata ma’ mġieba kriminali, inklużi awdjoreġistrazzjonijiet, filmati, immaġnijiet bis-satellita u ritratti;”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE

(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2022.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/6

REGOLAMENT (UE) 2022/839 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-imballaġġ u t-tikkettar ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) beda japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.

(2)

Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u d-detenturi ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati jew reġistrati taħt id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament (UE) 2019/6 sat-28 ta’ Jannar 2022. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex f’pożizzjoni li jipproċessaw il-varjazzjonijiet kollha meħtieġa, kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (39), tar-Regolament (UE) 2019/6, tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004, u b’hekk biex jiżguraw b’mod f’waqtu l-konformità mal-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament (UE) 2019/6.

(3)

Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu previsti regoli tranżizzjonali għall-imballaġġ u t-tikkettar ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa ta’ dawk il-prodotti mediċinali veterinarji fl-Unjoni u biex tiġi stabbilita ċ-ċertezza legali. Ir-regoli tranżizzjonali jenħtieġ li jkunu limitati għall-prodotti mediċinali veterinarji li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-imballaġġ u tat-tikkettar tar-Regolament (UE) 2019/6 iżda jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tar-Regolament (UE) 2019/6.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 ma jistabbilixxix rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u l-imballaġġ. Madankollu, mill-Artikolu 31(1), l-Artikolu 34(1), il-punt (c), l-Artikolu 34(4), il-punt (e), u l-Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, fil-verżjoni applikabbli fis-27 ta’ Jannar 2022, jirriżulta li l-prodotti awtorizzati skont dak ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 58 sa 64 tad-Direttiva 2001/82/KE.

(5)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tranżizzjonali, li jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6, jiġifieri mit-28 ta’ Jannar 2022. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn dik id-data.

(6)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(7)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘prodott mediċinali veterinarju’ tfisser prodott mediċinali veterinarju kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(2)

‘tikkettar’ tfisser tikkettar kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (24), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(3)

‘fuljett ta’ tagħrif’ tfisser fuljett ta’ tagħrif kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(4)

‘tqegħid fis-suq’ tfisser tqegħid fis-suq kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (35), tar-Regolament (UE) 2019/6.

Artikolu 2

Regoli tranżizzjonali

Il-prodotti mediċinali veterinarji li kienu awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u li jikkonformaw mal-Artikoli 58 sa 64 tad-Direttiva 2001/82/KE, fil-verżjoni applikabbli fis-27 ta’ Jannar 2022, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sad-29 ta’ Jannar 2027, anki jekk it-tikkettar tagħhom u, fejn applikabbli, il-fuljett ta’ tagħrif ma jkunux konformi mal-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE

(1)  Opinjoni tat-23 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/840

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri, jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati l-entrati għal 18-il persuna fiżika u 13-il entità fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-entrati għal żewġ persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(4)

L-entrata għal individwu wieħed jenħtieġ li titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 wara sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Marzu 2022.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA

(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (Persuni), jitħassru l-entrati li ġejjin:

40.

Muhammad Bukhaytan;

262.

Salam Tohme;

293.

Abdelkader Sabra;

(2)

fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Ali MAMLUK

(magħruf ukoll bħala Ali Mamlouk; Ali Al-Mamlouk; Abu Ayham)

(علي المملوك; أبو أيهم; علي مملوك)

Data tat-twelid: 19.2.1946;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Passaport diplomatiku Nru 983;

Sess: raġel

Viċi President tar-Repubblika Għarbija Sirjana għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Eks Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana involut fi vjolenza fuq d-dimostranti.

9.5.2011

4.

Atif NAJIB

(magħruf ukoll bħala Atef; Atej Najeeb)

(عاطف نجيب)

Post tat-twelid: Jablah, Syria;

Grad: Brigadier Ġeneral

Sess: raġel

Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f’Dara’a. Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti. Membru tal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar al-Assad.

9.5.2011

28.

Khalid (magħruf ukoll bħala Khaled) QADDUR (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

(خالد قدور)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-industrija tat-telekomunikazzjoni, taż-żejt, tal-plastik u tat-tabakk u għandu relazzjonijiet ta’ negozju mill-qrib ma’ Maher al-Assad. Huwa marbut ma’ attivitajiet ta’ kuntrabandu.

Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Soċju ta’ Maher al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju.

27.1.2015

33.

Ayman JABIR

(magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

(أيمن جابر)

Post tat-twelid: Latakia, Syria;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta’ konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f’dawk il-prodotti. Għandu interessi finanzjarji u/jew karigi eżekuttivi għoljin f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV u Sama Satellite Channel.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jabir iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

Ayman Jabir igawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f’attivitajiet ta’ milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa. Huwa president onorarju ta’ “Wafa lil-Watan” (lealtà lejn art twelidna), li hija assoċjazzjoni li tipprovdi għajnuna lill-familji ta’ suldati u milizzji Sirjani.

Soċju ta’ Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u soċju ta’ Maher al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f’milizzji affiljati mar-reġim.

27.1.2015

48.

Samir HASSAN

(سمير حسن)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’Amir Group u Cham Holding, żewġ konglomerati b’interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. President tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja u għandu rwol sinifikanti fir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Federazzjoni Russa permezz tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma’ persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B’mod partikolari, huwa assoċjat ma’ Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

114.

Emad Abdul-Ghani SABOUNI

(magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

(عماد عبدالغني صابوني)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. Eks Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (PICC). Il-PICC hija aġenzija tal-gvern, affiljata mal-Prim Ministru u tipproduċi, b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ ħames snin li jipprovdu l-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u ta’ żvilupp tal-Gvern.

27.2.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam LUQA

(magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam; Louqa, Louca, Louka, Luka)

(حسام لوقا)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar mill-2018 sal-2020. Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali. Maġġur Ġeneral. Minn April 2012 sat-2 ta’ Diċembru 2018, kien il-kap tal-fergħa ta’ Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (issuċċeda lill-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3 ta’ Diċembru 2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Direttur tad-Dipartiment tal-Intelligence Ġenerali mill-2019. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

203.

George HASWANI

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria;

Tagħrif ieħor: HESCO Engineering and Construction Company Ltd hija rreġistrata fl-istess indirizz ta’ Londra bħad-ditta Brittanika, Savero Ltd.;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

7.3.2015

204.

Emad HAMSHO

(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, حميشو)

(حمشو عماد)

Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street, Damascus, Syria;

Sess: raġel

Jokkupa kariga maniġerjali għolja f’Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f’Hamsho Trading, sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International.

Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma’ negozjanti tar-reġim iddeżinjati bħal Ayman Jabir. L-assi ta’ Hamsho jinkludu Syrian Metal Industries, impjant tal-azzar barra Damasku, li Hamsho forniet bi skrapp tal-metall misruq minn milizzji favur il-gvern matul il-gwerra. Huwa wkoll soċju tal-President Bashar al-Assad.

7.3.2015

245.

Muhammad Yousef HASOURI

(magħruf ukoll bħala Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(محمد يوسف حاصوري)

Grad: Brigadier Ġeneral;

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa kellu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta’ Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u kien involut fil-massakru kimiku f’“Khan Sheikhoun” tal-4 ta’ April 2017. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan AL-MUSA

(magħruf ukoll bħala Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(جايز ريان الموسى)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Hama, Syria;

Grad: Maġġur Ġeneral;

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta’ Hasaka, maħtur mill-President Bashar al-Assad; huwa assoċjat mal-President Bashar al-Assad.

Jokkupa l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta’ attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

271.

Khaled AL-ZUBAIDI

(magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi

(خالد الزبيدي)

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Koproprjetarju ta’ Zubaidi u Qalei LLC; Direttur ta’ Agar Investment Company; Maniġer Ġenerali tal-kumpanija Al Zubaidi u Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company; Direttur u Proprjetarju ta’ Zubaidi Development Company; koproprjetarju ta’ Enjaz Investment Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u li għaliha r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.

Khaled Zubaidi ffirma sponsorizzazzjoni (b’valur ta’ USD 350 000 ) ma’ klabb tal-futbol Sirjan “Wihda FC” permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu “Hijaz Company”. Membru tal-Federazzjoni tal-Kmamar tat-Turiżmu Sirjani mill-2019.

21.1.2019

283.

Mohammed Nazer JAMAL EDDIN

(magħruf ukoll bħala Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine; Jamal Aldiyn)

(محمد ناذر جمال الدين)

Data tat-twelid: 2.1.1962;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Numru tal-identità: 010-30208342 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta’ Apex Development and Projects LLC u fundatur ta’ A’ayan Company for Projects and Equipment;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ kontroll ta’ 90 % f’Apex Development and Projects LLC, li daħal f’impriża konġunta ta’ USD 34,8 miljun għall-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta’ Marota City, Mohammed Nazer Jamal Eddin igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. F’Mejju 2019, Jamal Eddin ħoloq “Trillium Private JSC”, kumpanija SYP ta’ 15-il miljun involuta fil-kummerċ ta’ materjali tal-bini u prodotti elettriċi.

21.1.2019

284.

Mazin AL-TARAZI

(magħruf ukoll bħala

Image 1
; Mazen al-Tarazi)

(مازن الترزي)

Data tat-twelid: Settembru 1962;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Negozjant;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B’mod partikolari, Mazin al-Tarazi kkonkluda ftehim ma’ Damascus Cham Holdings għal investiment ta’ USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja. F’Settembru 2019, huwa ħoloq “al-Dana Group Investments LLC”, kumpanija SYP ta’ 25 miljun involuta fl-esportazzjoni u l-importazzjoni u l-investiment f’faċilitajiet turistiċi u kumplessi kummerċjali.

21.1.2019

285.

Samer FOZ

(magħruf ukoll bħala Samir Foz/Fawz; Samer Zuhair Foz; Samer Foz bin Zuhair)

(سامر فوز)

Data tat-twelid: 20 ta’ Mejju 1973;

Post tat-twelid: Homs, is-Sirja/Latakia, is-Sirja;

Nazzjonalitajiet: Sirjana, Torka;

Numru tal-passaport Tork: U 09471711 (post tal-ħruġ: Turkija; data ta’ skadenza 21.7.2024);

Numru nazzjonali Sirjan: 06010274705

Indirizz: Platinum Tower, office No 2405, Jumeirah Lake Towers, Dubai, UAE;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim Sirjan, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta’ ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz talkummerċ tal-qamħ u proġetti ta’ rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

Samer Foz fetaħ fabbrika tar-raffinar taz-zokkor (“Samer Foz Factory”) fl-2021 b’appoġġ għall-objettiv tar-reġim Sirjan li jżid il-produzzjoni taz-zokkor madwar il-pajjiż.

21.1.2019

287.

Hussam AL QATARJI

(magħruf ukoll bħala Hussam/Hossam Ahmed/Mohammed/Muhammad al-Katerji)

(حسام القطرجي)

Data tat-twelid: 1982;

Post tat-twelid: Raqqa, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: CEO ta’ Katerji Group (magħrufa wkoll bħala Al Qatarji, Al Qatarji Company/Qatirji Company/Khatirji Group/Katerji International Group);

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li huwa wkoll Membru tal-Parlament Sirjan. Al Qatarji jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan billi jippermetti u japprofitta minn ftehimiet kummerċjali mar-reġim fir-rigward taż-żejt u tal-qamħ.

Hussam Al Qatarji, flimkien mal-familja tiegħu, kiseb liċenzja biex joħloq bank ġdid, in-National Islamic Bank. Huma akkwistaw ukoll impjant tas-siment ġdid mill-gvern, permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tagħhom, Nabd Contracting and Construction. Huma espandew ukoll fis-settur tat-turiżmu u ħolqu Arman Hotel and Tourist Management LLC. Huma daħlu wkoll f’impriża konġunta mal-ministeru tat-turiżmu “Bere Aleppo Private JSC". Hussam Al Qatarjiu l-familja tiegħu jmexxu wkoll milizzja f’Aleppo. F’Ottubru 2021, il-BS Company for Oil Services ta’ Qaterji ffirmat ftehim mar-reġim għall-provvista ta’ fjuwil fl-istazzjonijiet tal-gass f’żoni miżmuma mir-reġim.

21.1.2019

290.

Waseem AL-KATTAN

(وسيم القطان)

(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim; Anouar; al-Kattan, al-Katan, al-Qattan, al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)

Data tat-twelid: 4.3.1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: President tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Provinċja tal-Pajsaġġ ta’ Damasku (Rurali);

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Larosa Furnishing/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Sirjani;

Sess: raġel

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Sid ta’ għadd ta’ negozji u kumpaniji azzjonarji b’interessi u attivitajiet f’diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem al-Kattan laħaq malajr negozjant ewlieni billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b’kuntrabandu fil-Lvant ta’ Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f’forom aggressivi ta’ klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.

Fl-2020, Al-Kattan ġie elett membru tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Damasku. F’Novembru 2021, Al-Kattan inħatar segretarju tal-Federazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ Sirjani mill-Gvern Sirjan, minkejja li tilef l-elezzjonijiet.

17.2.2020

294.

Khodr Ali TAHER

(magħruf ukoll bħala خضر علي طاهر)

Data tat-twelid: 1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Direttur u sid ta’ Ella Media Services; sieħeb fundatur ta’ Castle Security and Protection u Jasmine Contracting Company; President u sieħeb fundatur ta’ Syrian Hotel Management Company; Maniġer u sid ta’ Ematel;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Citadel for Protection; Guard and Security Services (Castle Security and protection); Ematel LLC (Ematel Communications); Syrian Hotel Management Company; Jasmine Contracting Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż is-sigurtà privata, il-bejgħ bl-imnut tat-telefowns ċellulari, il-ġestjoni tal-lukandi, is-servizzi ta’ reklamar, it-trasferiment domestiku tal-flus, xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku.

Jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan permezz ta’ kooperazzjoni fl-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u l-involviment tiegħu f’attivitajiet ta’ kuntrabandu u ta’ profitti illegali. Khodr Ali Taher huwa s-sid ta’ għadd ta’ kumpaniji u huwa kofondatur ta’ oħrajn. L-involviment tiegħu f’negozjati kummerċjali mar-reġim jinkludi li daħal f’impriża konġunta mas-Syrian Transport and Tourism Company, li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu sehem ta’ żewġ terzi minnha.

17.2.2020”

(3)

fit-Taqsima B (Entitajiet), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Bena Properties

Cham Holding Building, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Rif Dimashq, Syria, P.O. Box 9525

Miżmuma minn Rami Makhlouf. L-ikbar kumpanija tal-proprjetà immobbli fis-Sirja u l-fergħa tal-proprjetà immobbli u l-investiment ta’ Cham Holding; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF)

(magħruf ukoll bħala Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

P.O. Box 108, Damascus, Syria;

Tel. +963 112110059/963 112110043;

Faks: +963 933333149

Miżmuma minn Rami Makhlouf; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

18.

Syriatel

Syriatel Mobile Telecom Building, Amman Road, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Area, Damascus, Syria, P.O. Box 2900;

Tel. +963 11 61 26 270;

Faks: +963 11 23 73 97 19;

Indirizz Elettroniku: info@syriatel.com.sy;

www.agrobank.org http://syriatel.sy/

Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan: permezz tal-kuntratt ta’ liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % jew aktar tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.9.2011

24.

Mechanical Construction Factory (MCF)

P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damascus, Syria

Tel. +963 011 5810719; +963 11 4474579; +963 11 5810718; +963 11 5810719;

Indirizz elettroniku: info@metallic-sy.com u shaamco@mail.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

25.

Syronics – Syrian Arab Co. for Electronic Industries

Kaboon Street, PO Box 5966, Damascus, Syria;

Tel. +963 11 5111352;

Faks: +963 11 5110117

Indirizz elettroniku: info@syronics.com.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

26.

Handasieh – Organizzazzjoni għall-Industrji tal-Inġenerija

P.O. Box 5966, Abou Bakr Al-Seddeq St., Damascus, Syria

u

P.O. Box 2849, Al-Moutanabi Street, Damascus, Syria

u

P.O. Box 21120, Baramkeh, Damascus, Syria;

Tel. + 96311 2121824; +963 11 2121825; +963 11 2131307;

Indirizz elettroniku: g.o.eng.ind@net.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

34.

Syrian Lebanese Commercial Bank

Syrian Lebanese Commercial Bank Building, 6th Floor, Makdessi Street, Hamra, P.O. Box 11-8701, Beirut, Lebanon;

Fergħa ta’ Hamra: Hamra Street, Darwish and Fakhro Building, P.O. Box 113-5127/11-8701, Beirut, Lebanon

Fergħa ta’ Mar Elias: Mar Elias Street, Fakhani Building, P.O. Box 145 796, Beirut, Lebanon

Tel.+961 1741666;

Faks: +961 1738214;

Sit web: www.slcb.com.lb

Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.1.2012

38.

Central Bank of Syria

Sabah Bahrat Square, Damascus, Syria

Indirizz tal-posta: Altjreda al Maghrebeh Square, Damascus, Syria, P.O. Box: 2254

Tel. +961 011 - 9985

Indirizz elettroniku: info@cb.gov.sy

Sit web: https://www.cb.gov.sy/

Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

27.2.2012

56.

Baniyas Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Banias; Banyas)

Banias Refinery Building, 26 Latkia Main Road, Tartous, P.O. Box 26, Syria;

352, Tripoli Street, PO Box 352, Homs

Kumpanija sussidjarja ta’ General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

57.

The Homs Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Hims, General Company for Homs Refinery)

General Company for Homs Refinery Building, 352 Tripoli Street, Homs, P.O. Box 352, Syria

Tel. 963-3125-16401

Faks: 963-3124-70101

Indirizz elettroniku: homs-refine@mail.sy

67.

Hamsho Trading

(magħrufa wkoll bħala Hamsho Group; Hmisho Trading Group; Hmisho Economic Group)

Hamsho Building, 31 Baghdad Street, Damascus, Syria

Hamsho group, Damascus countryside – northern road-ring, Hamsho for trading and constructions;

Indirizz elettroniku: info@hamsho-group.com;

Tel. 00963 (11) 3227530.

Sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Bħala tali, Hamsho Trading hija assoċjata ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International.

Tappoġġa lir-reġim Sirjan permezz tas-sussidjarji tagħha, inkluż Syria Steel. Permezz tas-sussidjarji tagħha hija assoċjata ma’ gruppi bħall-milizzji Shabiha favur ir-reġim.

7.3.2015

77.

Al Qatarji Company

(magħrufa wkoll bħala Qatarji International Group; Al-Sham u Al-Darwish Company; Qatirji/Khatirji/Katarji/Katerji Group)

(مجموعة/شركة قاطرجي)

Tip ta’ entità: kumpanija privata;

Settur tan-negozju: importazzjoni/esportazzjoni; trasport tal-merkanzija bit-trakkijiet; il-forniment ta’ żejt u komoditajiet;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Hussam Al Qatarji, CEO (deżinjat mill-Kunsill);

Sid benefiċjarju finali: Hussam Al Qatarji (deżinjat mill-Kunsill);

Indirizz reġistrat: Mazzah, Damascus, Syria;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Arvada/Arfada Petroleum Company JSC

Kumpanija ewlenija li topera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Billi tiffaċilita l-kummerċ tal-fjuwil, tal-armi u tal-munizzjon bejn ir-reġim u diversi atturi inkluż l-ISIL (Da’esh) taħt il-pretest ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, tappoġġa lill-milizzji li qed jiġġieldu flimkien mar-reġim u tisfrutta r-rabtiet tagħha mar-reġim biex tespandi l-attività kummerċjali tagħha, Al Qatarji Company – li l-bord tagħha huwa mmexxi minn persuna ddeżinjata, Hussam Al Qatarji, membru tal-Assemblea tal-Poplu Sirjan – tappoġġa r-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.

17.2.2020

78.

Damascus Cham Holding Company

(magħrufa wkoll bħala Cham Private Joint Stock Company)

(القابضة الشام دمشق)

Tip ta’ entità: kumpanija bi sjieda pubblika taħt il-liġi privata;

Settur tan-negozju: żvilupp tal-proprjetà immobbli;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Adel Anwar al-Olabi, President tal-Bord tad-Diretturi u Gvernatur ta’ Damasku (deżinjat mill-Kunsill);

Sid benefiċjarju: Provinċja ta’ Damasku;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Rami Makhlouf (deżinjat mill-Kunsill); Samer Foz (deżinjat mill-Kunsill); Mazen Tarazi (deżinjat mill-Kunsill); Talas Group, proprjetà tan-negozjant Anas Talas (deżinjat mill-Kunsill); Khaled al-Zubaidi (deżinjat mill-Kunsill).

Id-Damascus Cham Holding Company ġiet stabbilita mir-reġim bħala l-fergħa ta’ investiment tal-Provinċja ta’ Damasku sabiex tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta’ Damasku u timplimenta l-proġett ta’ Marota City, proġett immobiljari lussuż ibbażat fuq art esproprjata skont id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10 b’mod partikolari.

Billi tiġġestixxi l-implimentazzjoni ta’ Marota City, Damascus Cham Holding (li l-President tagħha huwa l-Gvernatur ta’ Damasku) tappoġġa r-reġim Sirjan u tibbenifika minnu u tipprovdi benefiċċji lil negozjanti b’rabtiet mill-qrib mar-reġim li nnegozjaw ftehimiet bi qligħ tajjeb ma’ din l-entità permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

17.2.2020”

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/21

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/841

tal-24 ta’ Mejju 2022

li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Bolandin” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Urueña” li ntbagħtitilha minn Spanja u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Bolandin” jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Bolandin” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 504, 14.12.2021, p. 48.

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/22

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/842

tal-24 ta’ Mejju 2022

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Abadía Retuerta” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Abadía Retuerta” li ntbagħtitilha minn Spanja u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Abadía Retuerta” jiġi protett, u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Abadia Retuerta” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 505, 15.12.2021, p. 8.

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/23

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/843

tal-24 ta’ Mejju 2022

li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta [“Colli Berici” (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Colli Berici” li ntbagħtitilha mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Colli Berici” (DOP), huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 497, 10.12.2021, p. 25.

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/24

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/844

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) fiha żball fl-Anness I (Part-FCL), is-Subparti A, il-punt FCL.010, peress li ntuża terminu mhux korrett għal wieħed mill-kunċetti definiti f’dak il-punt. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjonijiet meta jintuża t-terminu rilevanti.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fiha żball minuri addizzjonali fl-Anness I, l-Appendiċi 5, il-punt 14c “Fażi 3 – Taħriġ Intermedju”, l-ewwel inċiż, fir-rigward tat-terminu mhux korrett użat fid-definizzjoni.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat previst fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/26

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/845

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1), 232(1) u 232(3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk mill-pollam u l-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam: tifqigħa minnhom tinsab fl-istat ta’ Idaho, fl-Istati Uniti u t-tifqigħa l-oħra fl-istat ta’ Michigan, fl-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fl-10 ta’ Mejju 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab fl-istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fil-11 ta’ Mejju 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab fl-istat ta’ Wisconsin, fl-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fit-13 ta’ Mejju 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab fl-istat ta’ Pennsylvania, fl-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fl-14 ta’ Mejju 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(9)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(10)

L-Istati Uniti bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat.

(11)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu rigward sitt tifqigħat tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam: żewġ tifqigħat qrib Leeming Bar, Hambleton, North Yorkshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, ikkonfermati fl-14 u l-24 ta’ Novembru 2021, żewġ tifqigħat qrib Willington, South Derbyshire, Derbyshire, l-Ingilterra, fir-Renju Unit, ikkonfermati fid-19 ta’ Novembru 2021 u l-11 ta’ Diċembru 2021, tifqigħa waħda qrib Clitheroe, Ribble Valley, Lancashire, l-Ingilterra, fir-Renju Unit, ikkonfermata fit-28 ta’ Novembru 2021 u tifqigħa waħda qrib Watlington, King’s Lynn u West Norfolk, Norfolk, l-Ingilterra, fir-Renju Unit, ikkonfermata fis-26 ta’ Diċembru 2021. Ir-Renju Unit ukoll ressaq il-miżuri li ħa sabiex jiġi evitat tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, ir-Renju Unit implimenta politika ta qerda sabiex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temm il-miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni rikjesti wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorju tiegħu.

(12)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-HPAI qrib Leeming Bar, Hambleton, North Yorkshire, l-Ingilterra, fir-Renju Unit, qrib Willington, South Derbyshire, Derbyshire, l-Ingilterra, fir-Renju Unit, qrib Clitheroe, Ribble Valley, Lancashire, l-Ingilterra, fir-Renju Unit u qrib Watlington, King’s Lynn u West Norfolk, Norfolk, l-Ingilterra, fir-Renju Unit fl-istabbilimenti tal-pollam tneħħew u ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam miż-żoni tar-Renju Unit li minnhom id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam ġie sospiż minħabba dawn it-tifqigħat.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(14)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.21 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.21

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Inqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Bajd għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

14.11.2021

14.5.2022”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.25 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.25

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

19.11.2021

18.5.2022

18.5.2022”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.31 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.31

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Inqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Bajd għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Inqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

24.11.2021

14.5.2022”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.37 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.37

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

26.11.2021

16.5.2022

16.5.2022”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.58 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.58

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

11.12.2021

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.78 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.78

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

28.12.2021

19.5.2022

19.5.2022”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.205 sa US-2.209 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.204:

“US

l-Istati Uniti

US-2.205

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

10.5.2022

US-2.206

US-2.207

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

11.5.2022

US-2.208

Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

13.5.2022

US-2.209

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej: fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.205 sa US-2.209 jiddaħħlu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.204:

“L-Istati Uniti

US-2.205

L-Istat ta’ Idaho

Il-Kontea Ada: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 116.2942052°W 43.7596877°N)

US-2.206

L-Istat ta’ Michigan

Il-Kontea Muskegon: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 85.9209812°W 43.3395919°N.

US-2.207

L-Istat ta’ Minnesota

Il-Kontea Chisago: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 92.6956363°W 45.5063470°N).

US-2.208

L-Istat ta’ Wisconsin

Barron 07

Il-Kontea Barron: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 91.7498191°W 45.4483193°N).

US-2.209

L-Istat ta’ Pennsylvania

Berks 06

Il-Kontea Berks: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 76.1681315°W 40.4962471°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.21 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.21

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

14.11.2021

14.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

14.11.2021

14.5.2022”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.25 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.25

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

19.11.2021

18.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

19.11.2021

18.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

19.11.2021

18.5.2022”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.31 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.31

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

24.11.2021

14.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

24.11.2021

14.5.2022”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.37 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.37

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

26.11.2021

16.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

26.11.2021

16.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

26.11.2021

16.5.2022”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.58 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.58

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

11.12.2021

18.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

11.12.2021

18.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

11.12.2021

18.5.2022”

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.78 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.78

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

28.12.2021

19.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

28.12.2021

19.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

28.12.2021

19.5.2022”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.205 sa US-2.209 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.204:

US

l-Istati Uniti

US-2.205

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

10.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

10.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

10.5.2022

US-2.206

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

10.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

10.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

10.5.2022

US-2.207

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

11.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

11.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

11.5.2022

US-2.208

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

13.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

13.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

13.5.2022

US-2.209

Laħam frisk ta’ pollam għajr ir-ratiti

POU

N, P1

14.5.2022

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

14.5.2022

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

P1

14.5.2022”

DEĊIŻJONIJIET

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/38

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/846

tat-18 ta’ Mejju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUBAM Libya, inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/59 (2), li taħtar lis-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1009 (3), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1048 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK

(1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/59 tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2021) (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1009 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1048 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2021) (ĠU L 228, 28.6.2021, p. 1).

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/40

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/847

tat-30 ta’ Mejju 2022

b’appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fil-Kontinent Amerikan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti (“SALW”) u l-Munizzjon tagħhom, intitolata “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”), li tistabbilixxi l-linji gwida għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW).

(2)

Fuq livell reġjonali, l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW torbot lill-Unjoni u l-Istati Membri li jipprovdu assistenza lil pajjiżi oħra sabiex itejbu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet miżmuma mill-istat billi jsaħħu l-oqfsa leġiżlattivi u amministrattivi nazzjonali u billi jsaħħu l-istituzzjonijiet li jirregolaw il-provvista leġittima u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon għall-forzi tad-difiża u tas-sigurtà.

(3)

L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tinnota li l-Unjoni ser tfittex li jkun hemm sinerġija mal-istati Amerikani u l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti sabiex jitnaqqsu l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW, bil-għan li jitnaqqsu l-vjolenza bl-armi u l-attività kriminali.

(4)

L-Amerka Latina u l-Karibew ġew milquta serjament mill-proliferazzjoni u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW. L-emisferu Amerikan għadu kklassifikat bħala wieħed mill-aktar reġjuni vjolenti fid-dinja. Skont l-aħħar studju globali dwar l-omiċidji mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) fl-2017, ir-reġjun irreġistra rata ta’ 17,2-il omiċidju għal kull 100 000 abitant, kważi tliet darbiet il-medja globali. Il-maġġoranza l-kbira tal-omiċidji jitwettqu bl-użu ta’ armi tan-nar, u dan iqiegħed il-ġlieda u l-prevenzjoni tal-proliferazzjoni u t-traffikar illeċitu ta’ armi u munizzjon bħala waħda mill-prijoritajiet fuq l-aġenda inter-Amerikana.

(5)

F’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-Unjoni ser issaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet reġjonali li jaħdmu fuq il-kontroll tas-SALW, billi tallinja l-attivitajiet tagħha mal-istrateġiji reġjonali u l-pjanijiet ta’ azzjoni.

(6)

L-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OSA) hija s-Segretarjat għall-Konvenzjoni Inter-Amerikana kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Munizzjon, l-Isplussivi u Materjal Relatat Ieħor (CIFTA), u qed tikkoordina u timplimenta inizjattivi reġjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW fil-Kontinent Amerikan.

(7)

L-Unjoni preċedentement appoġġat l-attivitajiet tal-OSA permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2010 (1) b’appoġġ ta’ attivitajiet għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew. F’dak ir-rigward, l-Unjoni ddeċidiet li tiffinanzja dik l-inizjattiva preċiżament biex jitnaqqsu l-vjolenza bl-armi u l-attività kriminali.

(8)

Fit-30 ta’ Ġunju 2018, it-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rieżami tal-Progress li sar fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU kontra Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti adottat dokument ta’ eżitu li fih l-Istati ġeddu l-impenn tagħhom għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. L-Istati tennew ir-rieda tagħhom li jaħdmu għal kooperazzjoni internazzjonali u li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operazzjonali mtejba, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti, kif ukoll awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll tal-fruntieri u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni.

(9)

L-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli tafferma li huwa neċessarju li jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, inklużi dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4, l-Istati kollha impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi.

(10)

Fl-Aġenda tiegħu għad-Diżarm “Securing our Common Future” (“Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”), li ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti appella biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva u l-kummerċ illeċitu ta’ armi konvenzjonali u biex jingħata appoġġ lill-approċċi għall-armi żgħar fil-livell ta’ pajjiżi.

(11)

It-tieni fażi (Fażi II), bħala kontinwazzjoni tal-isforzi preċedenti tal-Unjoni, iżżomm il-paradigma tal-multilateraliżmu u s-sinerġiji bejn l-Unjoni u l-OSA, u tikkomplementa l-ħidma globali tal-Unjoni f’dan il-qasam billi timmira reġjun milqut serjament mill-proliferazzjoni, l-akkumulazzjoni eċċessiva, u t-traffikar tas-SALW,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiġi indirizzata l-vjolenza bl-armi fil-Kontinent Amerikan. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha tiffinanzja l-proġett deskritt fl-Anness, li l-għan tiegħu huwa li jiġġieled kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar u l-munizzjon, u li jipprevjeni l-involviment tal-armi tan-nar f’komunitajiet milquta ħafna.

2.   Skont il-paragrafu 1, l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tal-Qafas Regolatorju Nazzjonali dwar l-Armi tan-Nar, filwaqt li jitqiesu prattiki internazzjonali normattivi u tajbin;

(b)

it-titjib tal-kapaċità operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali biex jimmarkaw, jittraċċaw, jaħżnu u jeqirdu l-armi tan-nar;

(c)

l-ottimizzazzjoni tal-kontroll tal-armi ta’ kalibru żgħir permezz tal-użu tal-Mekkaniżmu ta’ Komunikazzjoni Reġjonali dwar it-Trasferimenti Leċiti ta’ Armi tan-Nar u Munizzjon (MCTA);

(d)

it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunità għall-vjolenza bl-armi tan-nar u t-tnaqqis tal-aċċess għal armi tan-nar illeċiti u/jew mhux mixtieqa;

(e)

l-iżvilupp ta’ Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar biex il-pajjiżi jiġu mgħammra b’għodda prattika u ta’ ġestjoni permezz ta’ approċċ reġjonali, ikkoordinat u bbażat fuq l-evidenza.

3.   Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq mill-OSA.

3.   L-OSA għandha twettaq il-kompitu tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-OSA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 4 240 906.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim ta’ għotja neċessarju mal-OSA. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula li l-OSA trid tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ għotja msemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti narrattivi regolari mħejjija mill-OSA. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja msemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim matul dak il-perjodu ta’ sitt xhur.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2018 b’appoġġ għall-Ġlieda Kontra l-Proliferazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi Ħfief, ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-Munizzjon u l-Impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjon tagħhom “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 27).

ANNESS

DOKUMENT TA’ PROĠETT

IL-ĠLIEDA KONTRA L-PROLIFERAZZJONI U T-TRAFFIKAR ILLEĊITI TA’ ARMI ĦFIEF, TA’ KALIBRU ŻGĦIR U L-MUNIZZJON U L-IMPATT TAGĦHOM FIL-KONTINENT AMERIKAN

1.   Informazzjoni ġenerali

Il-Kontinent Amerikan huwa wieħed mir-reġjuni fid-dinja l-aktar milquta mill-vjolenza bl-armi: fl-2017, irreġistra l-ogħla rata reġjonali ta’ omiċidji bi 17,2-il omiċidju għal kull 100 000 abitant, meta mqabbla mal-medja globali ta’ 6,1 għal kull 100 000 abitant (1). L-aċċess faċli għall-armi tan-nar u d-disponibbiltà tagħhom f’ħafna mill-pajjiżi huma fatturi ewlenin biex jiġu spjegati dawk ir-rati. Kważi 75 % tal-omiċidji fir-reġjun jitwettqu bl-użu ta’ arma tan-nar (2). Ir-reġjun huwa wkoll wieħed mid-destinazzjonijiet ewlenin tal-armi tan-nar għat-traffikar illeċitu (3).

Fil-biċċa l-kbira minħabba dawk ix-xejriet negattivi, il-proliferazzjoni tal-armi tan-nar u t-traffikar illeċitu saru prijorità fl-aġenda għas-sigurtà taċ-ċittadini tar-reġjun. Il-pajjiżi fil-Kontinent Amerikan enfasizzaw l-importanza tal-koordinazzjoni u l-istrateġiji transkonfinali meta jitqiesu l-kumplessità u l-internazzjonalizzazzjoni dejjem akbar tal-organizzazzjonijiet kriminali. Dak l-impenn ġie tradott fl-iffirmar tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Munizzjon, l-Isplussivi u Materjal Ieħor Relatat (CIFTA) fl-1997, l-ewwel ftehim reġjonali vinkolanti tat-tip tiegħu. Is-CIFTA, li ġiet irratifikata minn 31 mill-34 Stat Membru tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OSA), hija għodda fundamentali biex jiġi indirizzat il-kummerċ illeċitu tal-armi ta’ kalibru żgħir fir-reġjun.

Madankollu, minkejja l-isforzi siewja tal-awtoritajiet nazzjonali, il-pajjiżi għadhom ma jistgħux jimplimentaw is-CIFTA bis-sħiħ. Il-kumplessità tal-kriminalità organizzata li tikkontrolla t-traffikar tal-armi fir-reġjun, inkluż l-ispeċjalizzazzjoni tal-ħidma, l-istrutturi ta’ koordinazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-operazzjonijiet, toħloq sfidi serji għall-kapaċità tal-pajjiżi li jinvestigaw u jħarrku dawn id-delitti. Huma jsibuha diffiċli wkoll biex jikkonformaw ma’ protokolli oħra u biex jimplimentaw strateġiji li jistgħu jnaqqsu l-proliferazzjoni u d-disponibbiltà tal-armi tan-nar. Il-forzi militari u tas-sigurtà ma jimplimentawx b’mod sistematiku protokolli dwar il-ġestjoni tal-ħażniet, u b’hekk iżidu l-probabbiltà ta’ devjazzjoni tal-armi tan-nar u l-munizzjon lejn is-suq illeċitu, kif ukoll ir-riskju ta’ splużjonijiet mhux ippjanati fil-faċilitajiet ta’ ħżin. L-immarkar, iż-żamma ta’ rekords, u t-traċċar tal-armi tan-nar huma inkonsistenti fir-reġjun, li jwassal biex jitwaqqfu investigazzjonijiet kriminali li jistgħu jittraċċaw l-oriġini tal-armi tan-nar, isibu konnessjoni ma’ diversi postijiet tad-delitt, u jikxfu networks ta’ traffikar illeċitu. In-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni domestika li tirrifletti l-obbligi tas-CIFTA u li tagħti mandat lil dawn l-attivitajiet jikkomprometti l-kontinwazzjoni u s-sostenibbiltà ta’ dawn il-prattiki.

Fuq livell ieħor, il-biċċa l-kbira tar-reġjun għadu qed jiffaċċa sfidi biex jippromwovi l-benesseri tal-komunitajiet tiegħu, milquta minn livelli għoljin ta’ faqar, qgħad, u nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi pubbliċi, fost kundizzjonijiet oħra li jpoġġuhom f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà. Il-membri ta’ dawn il-komunitajiet huma aktar probabbli li jkunu vittmi jew awturi ta’ vjolenza bl-armi. Għalhekk, biex jiġu evitati ċikli perpetwi ta’ vjolenza, mhuwiex biżżejjed li tingħata attenzjoni biss fuq politiki ta’ kontroll tal-armi. Jeħtieġ li jiġu indirizzati dawn il-fatturi ta’ riskju u li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-membri tal-komunità. Il-kombinament ta’ politiki repressivi u preventivi huwa fundamentali biex jitnaqqsu l-livelli ta’ vjolenza bl-armi fir-reġjun. Biex iwieġbu għal dawn l-isfidi, fl-2019, l-Istati Membri tal-OSA approvaw l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Emisferiku għall-Gwida tat-Tfassil ta’ Politiki Pubbliċi għall-Prevenzjoni u t-Tnaqqis tal-Omoċidji Intenzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-qafas tal-Programm Inter-Amerikan għall-Prevenzjoni tal-Vjolenza u l-Kriminalità. Il-Pjan ta’ Azzjoni jagħti sensiela ta’ 28 rakkomandazzjoni dwar (1) il-produzzjoni, it-tixrid, u l-użu ta’ informazzjoni u evidenza xjentifika; (2) it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ prevenzjoni, u (3) il-ġustizzja kriminali.

Huwa f’dan il-kuntest li, mill-2007, id-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika tal-OSA (DSP tal-OSA) ipprovda appoġġ lill-pajjiżi tal-Kontinent Amerikan biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi (4) u l-mandati tas-CIFTA stabbiliti għall-prevenzjoni tal-vjolenza u l-kriminalità, speċjalment fost il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli. Wara waqfien ta’ ħames snin, id-DSP tal-OSA reġa’ attiva l-programmi operazzjonali tiegħu fl-2019, b’finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Il-proġett “Il-Ġlieda kontra l-Proliferazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi Ħfief, ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-Munizzjon u l-Impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew”, beda fl-2019 u ntemm fl-2021. Huwa inizjattiva komprensiva għall-kontroll tal-armi implimentata fil-qafas tal-Programm ta’ Assistenza għall-Kontroll ta’ Armi u Munizzjon (PACAM) tad-DSP; u jieħu kont tat-tagħlimiet meħuda minn attivitajiet preċedenti u tibni fuq dawk ir-riżultati ta’ suċċess biex titmexxa ’l quddiem l-implimentazzjoni tas-CIFTA u l-mandati reġjonali għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Madankollu, il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi adottati mill-pajjiżi biex jindirizzawha kellhom impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-proġett, b’mod partikolari dawk l-attivitajiet li jridu jitwettqu fuq il-post, b’taħriġ u superviżjoni diretti tal-uffiċjali (bħall-qerda u l-immarkar tas-SALW). Barra minn hekk, tnaqqset id-disponibbiltà tal-gvernijiet biex jikkollaboraw u jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett, hekk kif l-isforzi ġew iddevjati biex tiġi indirizzata l-kriżi bla preċedent tas-saħħa. B’riżultat ta’ dan, l-ambitu tal-proġett kellu jiġi aġġustat, b’xi impatt fuq ir-riżultati mistennija.

Meta jitqiesu dawk l-isfidi, flimkien mal-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-pajjiżi (li ma kinux mistennija li jiġu indirizzati bis-sħiħ f’inizjattiva ta’ tliet snin), il-Fażi II tal-proġett ser tkompli tipprovdi appoġġ komprensiv lill-pajjiżi, bil-għan li jkun hemm sjieda nazzjonali ta’ dawn il-proċessi. L-esperjenza tad-DSP tal-OSA wriet li huwa meħtieġ appoġġ kontinwu biex jiġu sostnuti l-progress u l-avvanzi f’termini ta’ kontroll tal-armi tan-nar u l-prevenzjoni tal-vjolenza u l-kriminalità bl-armi tan-nar, u, għaldaqstant, din il-fażi l-ġdida ser tieħu kont tal-importanza ta’ strateġiji fit-tul biex tiġi pprovduta bidla sinifikanti u sostenibbli fil-politiki u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà.

2.   Approċċ Tekniku

Matul il-Fażi II, id-DSP tal-OSA ser ikompli jinvesti f’approċċ olistiku li jgħaqqad lentijiet repressivi u preventivi, ma’ attivitajiet normattivi u operazzjonali, biex jindirizza l-kwistjoni kumplessa tal-vjolenza bl-armi u t-traffikar illeċitu fir-reġjun. Kif intwera f’reġjuni oħra, qafas leġiżlattiv modern, koeżiv u armonizzat, f’konformità mal-qafas normattiv internazzjonali, huwa l-pedament għal politiki effettivi ta’ kontroll tal-armi tan-nar. Il-bidliet leġiżlattivi jridu jkunu akkumpanjati minn titjib fil-kapaċitajiet tal-pajjiżi biex joperazzjonalizzaw u jimplimentaw il-liġi. Għalhekk, billi jaħdem f’dawn iż-żewġ sferi, il-proġett ser ikun jista’ jiġi mmirat lejn il-ħtiġijiet tal-pajjiżi u b’mod simultanju jippromwovi bidliet fit-tul u sostenibbli. Dawn l-attivitajiet biex jissaħħaħ il-kontroll tal-armi tan-nar u biex titnaqqas id-disponibbiltà tal-armi tan-nar ser jiġu kkomplementati minn approċċ preventiv biex titnaqqas id-domanda f’komunitajiet li huma milquta ħafna mill-vjolenza bl-armi, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru relatata mal-użu ħażin tal-armi tan-nar. L-azzjonijiet għall-promozzjoni ta’ prattiki sikuri fost iċ-ċittadini tal-komunitajiet, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-assistenza għall-vittmi u s-superstiti ta’ vjolenza, u l-għoti lura volontarju ta’ SALW u munizzjon ifittxu li jtejbu r-reżiljenza tal-komunità għall-vjolenza bl-armi.

Skont il-kunċett propost għal dan il-proġett, id-DSP tal-OSA, permezz tal-PACAM, ser jassumi r-rwol ta’ aġenzija ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni permezz ta’ approċċ kollaborattiv ma’ aġenziji oħra f’dan il-qasam u mal-awtoritajiet nazzjonali. Bl-użu tal-fora politiċi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OSA, id-DSP tal-OSA ser jidentifika l-pajjiżi tar-reġjun li jeħtieġu appoġġ u jaħdem magħhom fil-ftehimiet speċifiċi meħtieġa għall-konsolidazzjoni tal-assistenza. Il-proġett ser jadotta appoġġ speċifiku u mfassal apposta għal kull pajjiż, meta jitqies li jista’ ma jkollhomx l-istess ħtiġijiet u lakuni. Mhux kollha ser jiġu appoġġati fil-komponenti kollha tal-proġett. Minflok, id-DSP tal-OSA ser ikompli juża l-approċċ preċedenti ta’ suċċess tal-PACAM: l-immappjar u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż, l-involviment tal-awtoritajiet u l-ħolqien ta’ pjan ta’ assistenza, u l-użu tal-missjonijiet. Barra minn hekk, meta jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-adattament tal-attivitajiet tal-proġett matul il-pandemija, id-DSP tal-OSA ser ifittex li jottimizza r-riżorsi billi juża l-ambjent virtwali u l-għodod teknoloġiċi, meta jkun possibbli.

Barra minn hekk, meta jitqiesu l-impatti differenti li l-vjolenza bl-armi għandha fuq in-nisa, l-irġiel, il-bniet u s-subien, kif ukoll fuq il-popolazzjonijiet vulnerabbli, il-Fażi II ser tkompli jkollha perspettiva abbażi tal-ġeneru u tad-drittijiet tal-bniedem. Din tinkludi l-inkorporazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-proġett, u l-inkoraġġiment biex ikun hemm sehem aktar ugwali tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-attivitajiet tal-proġett, bħala benefiċjarji tal-interventi. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-vjolenza ser jiffokaw attenzjoni partikolari fuq il-ħtieġa tan-nisa u l-bniet għas-sigurtà u s-sikurezza fil-komunitajiet tagħhom u għall-parteċipazzjoni tagħhom fit-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi, kif ukoll l-inkorporazzjoni ta’ komponenti li jiffokaw esklużivament fuq l-indirizzar tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

3.   Għan Ġenerali

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri tal-OSA biex tiġi indirizzata l-vjolenza bl-armi fir-reġjun billi jiġu appoġġati miżuri għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar u l-munizzjon, u l-prevenzjoni tal-involviment tal-armi tan-nar f’komunitajiet milquta ħafna.

4.   Deskrizzjoni tal-Istrateġiji ta’ Intervent tal-Proġetti

Objettiv 1: It-Tisħiħ tal-Qafas Regolatorju Nazzjonali dwar l-Armi tan-Nar, filwaqt li jitqiesu prattiki internazzjonali normattivi u tajbin

Attivitajiet

L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li għandhom jiġu assistiti bħala kwistjoni ta’ prijorità fir-rieżami leġiżlattiv, abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet u b’kont meħud tal-pajjiżi fil-mira tal-komponenti operazzjonali tal-proġett;

Assistenza teknika lill-pajjiżi biex jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni u l-qafas normattiv filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u l-armonizzazzjoni interna tal-mandati, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ perspettiva abbażi tal-ġeneru;

L-iżvilupp ta’ standards reġjonali dwar is-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet, u dwar il-Qerda tas-SALW u l-Munizzjon;

L-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet reġjonali għall-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru relatata mal-użu ħażin tal-armi tan-nar;

L-iżvilupp ta’ bażi ta’ data elettronika biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-istandards tal-armi tan-nar u linji gwida rilevanti oħra (eż. CIFTA, leġiżlazzjoni mudell, MOSAIC, u IATG) biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal u l-użu tal-istandards għall-oqsma differenti rigward il-kontroll tal-armi tan-nar billi jkun hemm magna tat-tiftix u billi l-istandards jiġu kkategorizzati b’tikketti li jippermettu lill-utenti jsibu malajr ir-regoli relatati kollha għal qasam ta’ interess.

Outputs

Assistenza leġiżlattiva pprovduta biex jitjieb il-qafas normattiv nazzjonali dwar l-armi tan-nar, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u l-perspettiva abbażi tal-ġeneru, lil mill-inqas sitt pajjiżi tar-reġjun;

Standards Reġjonali għas-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet (PSSM) żviluppati u mxerrda lill-Istati Membri kollha tal-OSA;

Standards Reġjonali għall-Qerda tas-SALW u l-Munizzjon żviluppati u mxerrda lill-Istati Membri kollha tal-OSA;

Rakkomandazzjonijiet reġjonali għall-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru relatata mal-użu ħażin tal-armi tan-nar żviluppati u mxerrda lill-Istati Membri kollha tal-OSA;

Bażi ta’ data elettronika tal-istandards u l-linji gwida tas-SALW maħluqa u magħmula disponibbli biex tintuża mill-pajjiżi.

Objettiv 2: It-titjib tal-kapaċità operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali biex jimmarkaw, jittraċċaw, jaħżnu u jeqirdu l-armi tan-nar

Attivitajiet

L-iżvilupp u l-għoti ta’ taħriġ speċjalizzat għall-persunal nazzjonali fil-PSSM, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords, u l-qerda tas-SALW u l-munizzjon. Ser ikun hemm workshops reġjonali ta’ taħriġ, fejn il-persunal ser ikun jista’ jikkondividi wkoll prattiki tajbin u jtejjeb il-kollaborazzjoni, u korsijiet nazzjonali mmirati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż;

Taħriġ avvanzat fit-tneħħija ta’ mezzi esplożivi għal tekniċi minn pajjiżi fi sħubija mal-Ministeru għad-Difiża ta’ Spanja;

Assistenza teknika u riżorsi biex jiġu implimentati pjanijiet nazzjonali biex jinqerdu l-armi, u l-munizzjon obsolet, maqbud jew żejjed;

Assistenza teknika u appoġġ biex jiġu mmarkati l-armi tan-nar, u jinżammu rekords, inkluż il-forniment ta’ tagħmir meħtieġ;

It-tfassil ta’ pjanijiet ta’ sostenibbiltà ma’ pajjiżi li jirċievu appoġġ permezz tal-proġett.

Outputs

Proċessi ta’ qerda tal-armi tan-nar u l-munizzjon imwettqa f’mill-inqas 10 pajjiżi, bil-qerda ta’ mill-inqas 150 tunnellata ta’ munizzjon, u 35 000 SALW maqbuda, obsoleti, mhux sikuri u/jew żejda;

Mill-inqas 200 persunal nazzjonali mħarrġa fil-qerda tas-SALW u l-munizzjon;

Assistenza teknika dwar l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords tal-armi tan-nar ipprovduta lil mill-inqas 12-il pajjiż;

Mill-inqas 150 persunal nazzjonali mħarrġa fl-immarkar u ż-żamma ta’ rekords;

Sistemi Nazzjonali ta’ Reġistrazzjoni tal-Armi tan-Nar aġġornati ta’ mill-inqas tliet pajjiżi;

Is-sigurtà tal-ħażniet istituzzjonali mtejba f’mill-inqas 10 pajjiżi;

Żewġ Seminars Reġjonali dwar Prattiki Tajbin ta’ Sigurtà Fiżika u Ġestjoni tal-Ħażniet implimentati, biċ-ċertifikazzjoni ta’ mill-inqas 80 uffiċjal minn mill-inqas 15-il pajjiż;

Mill-inqas 45 persunal minn 10 pajjiżi ċċertifikati bħala tekniċi tat-tneħħija ta’ mezzi esplożivi għal-livell 3 tal-EOD;

Għodod u linji gwida għall-elaborazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali maħluqa u disponibbli għall-pajjiżi assistiti mill-proġett;

Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali abbozzati u vvalidati mill-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 20 % tal-pajjiżi li jirċievu assistenza.

Objettiv 3: L-ottimizzazzjoni tal-kontroll tal-armi ta’ kalibru żgħir permezz tal-użu ta’ għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni

Attivitajiet

Il-programmazzjoni tas-Sistema Elettronika għall-Mekkaniżmu ta’ Komunikazzjoni Reġjonali dwar it-Trasferimenti Leċiti ta’ Armi tan-Nar u Munizzjon (MCTA), mekkaniżmu reġjonali għan-notifika u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-trasferiment leċitu ta’ armi tan-nar, li l-qafas u r-rekwiżiti tekniċi tiegħu ġew żviluppati matul il-Fażi I. Dan jirrifletti l-esperjenza pożittiva tal-Unjoni Ewropea u ser jippermetti lill-pajjiżi jidentifikaw u jikkomunikaw malajr dwar il-vulnerabbiltajiet u r-riskji ta’ devjazzjoni fil-kummerċ legali internazzjonali tal-armi tan-nar. Meta jitqies li kważi 50 % tal-pajjiżi fir-reġjun m’għandhomx sistema elettronika ta’ liċenzjar nazzjonali, ser tiġi esplorata l-possibbiltà li s-sistema tiġi pprogrammata b’mod li jippermetti lill-pajjiżi jużawha bħala s-sistemi domestiċi tagħhom;

Il-varar tas-Sistema Elettronika tal-MCTA bħala fażi pilota, bit-taħriġ tal-awtoritajiet nazzjonali u l-inkorporazzjoni tal-korrezzjonijiet meħtieġa;

Aġġornament tal-komunità virtwali għall-iskambju ta’ informazzjoni, żviluppata matul il-Fażi I, biex issir Pjattaforma Emisferika ta’ Għarfien dwar l-Armi tan-Nar, b’funzjonalitajiet bħal (i) sottomissjoni awtomatika u traċċar ta’ data dwar is-sistema ta’ kontroll tal-armi tan-nar u l-istatus tal-implimentazzjoni tas-CIFTA; (ii) repożitorju tal-awtoritajiet nazzjonali; (iii) dashboard biex jiġu viżwalizzati l-istatus u l-komprensività tas-sistema ta’ kontroll tal-armi tan-nar;

Aġġornament u espansjoni tas-Software ta’ Kontroll ta’ Inventarji ta’ SALW u Munizzjon għall-pajjiżi fir-reġjun li jistgħu jibbenefikaw minn din is-soluzzjoni tal-IT żviluppata matul il-Fażi I.

Outputs

Sistema Elettronika għall-Mekkaniżmu ta’ Komunikazzjoni Reġjonali dwar it-Trasferimenti Leċiti ta’ Armi tan-Nar u Munizzjon (MCTA) ipprogrammata u implimentata, bħala pilota, f’ħames pajjiżi;

Software ta’ Kontroll ta’ Inventarji ta’ SALW u Munizzjon imtejjeb, abbażi tal-feedback tal-utenti, u implimentat f’mill-inqas erba’ pajjiżi oħra;

Pjattaforma Emisferika ta’ Għarfien dwar l-Armi tan-Nar żviluppata, bir-reġistrazzjoni ta’ punti ta’ kuntatt ta’ mill-inqas 15-il pajjiż;

Il-laqgħat tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali jsiru darbtejn fis-sena biex jiġu stabbiliti d-djalogu u l-kooperazzjoni.

Objettiv 4: It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunità għall-vjolenza bl-armi tan-nar u t-tnaqqis tal-aċċess għal armi tan-nar illeċiti u/jew mhux mixtieqa

Attivitajiet

L-espansjoni tal-metodoloġija tal-programm OASIS għal mill-inqas komunità oħra milquta ħafna mill-vjolenza bl-armi tan-nar. L-OASIS ifittex li jippromwovi mġiba soċjalment responsabbli f’komunitajiet milquta b’mod sever mill-vjolenza bl-armi tan-nar; dan jinkludi valutazzjoni inizjali tal-komunità, u l-mekkaniżmi disponibbli għall-prevenzjoni tal-vjolenza u għall-assistenza lill-vittmi. Il-programm joffri attivitajiet ekstrakurrikulari ta’ kuljum liż-żgħażagħ f’riskju, u taħriġ lil diversi partijiet ikkonċernati lokali fil-komunitajiet dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-assistenza lill-vittmi;

Il-ħolqien ta’ ċentru ta’ referenza bbażat fil-komunità għall-assistenza lill-vittmi, il-familji u x-xhieda ta’ vjolenza u kriminalità mwettqa bl-użu ta’ armi tan-nar biex jiġu interrotti ċ-ċikli ta’ vjolenza;

L-iżvilupp ta’ programm reġjonali ta’ taħriġ edukattiv għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mill-inqas żewġ kampanji komunitarji ta’ ġbir ta’ armi, inkluż strateġiji edukattivi għas-sensibilizzazzjoni tal-popolazzjoni u l-inkoraġġiment tal-għoti lura volontarju tal-armi. Il-kampanji ser jenfasizzaw ir-rabta bejn il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-użu ħażin tal-armi tan-nar, peress li l-biċċa l-kbira tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru ġew intimidati jew maqtula bihom (5);

Appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali fil-ġbir, il-ħżin, it-trasport, u l-qerda tas-SALW u l-munizzjon miġbura. Dan ser isir f’koordinazzjoni mal-attivitajiet imwettqa taħt l-Objettiv 2 tal-proġett biex jiġu ottimizzati r-riżorsi.

Outputs

Kapaċitajiet imtejba ta’ mill-inqas żewġ komunitajiet hotspot biex jappoġġaw liż-żgħażagħ f’riskju, jassistu lill-vittmi u lis-superstiti, u jipprevjenu l-vjolenza bl-armi tan-nar;

Il-ħiliet għall-ħajja ta’ mill-inqas 160 student minn żewġ komunitajiet hotspot imtejba permezz ta’ taħriġ u t-twettiq ta’ kuljum ta’ attivitajiet wara l-ħin tal-iskola;

Mill-inqas 150 persuna li jfasslu l-politika, uffiċjali tal-gvern, fornituri tas-servizzi, mexxejja tal-komunità, għalliema, ġenituri, u membri tas-soċjetà ċivili mħarrġa fil-prevenzjoni u l-interruzzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-assistenza lill-vittmi;

Ċentru ta’ referenza wieħed għas-superstiti tal-vjolenza, il-familji u x-xhieda maħluq u operazzjonali;

Mill-inqas żewġ kampanji komunitarji ta’ ġbir ta’ armi żviluppati u implimentati.

Objettiv 5: L-iżvilupp ta’ Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar biex il-pajjiżi jiġu mgħammra b’għodda prattika u ta’ ġestjoni permezz ta’ approċċ reġjonali, ikkoordinat u bbażat fuq l-evidenza

Attivitajiet

L-elaborazzjoni ta’ metodoloġija għall-iżvilupp tal-Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali, f’konsultazzjoni ma’ esperti fil-qasam u mal-validazzjoni tal-pajjiżi;

L-iżvilupp ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet, f’konsultazzjoni mal-gvernijiet tal-Amerka Ċentrali;

L-iżvilupp ta’ abbozz ta’ Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar, b’kont meħud tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-oqfsa legali internazzjonali u l-prattiki tajbin;

Validazzjoni tal-abbozz tal-Pjan Direzzjonali permezz ta’ ċiklu ta’ konsultazzjonijiet mal-pajjiżi u l-partijiet ikkonċernati; u

Komunikazzjoni esterna u sensibilizzazzjoni biex jiġu mobilizzati s-sħab biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar.

Outputs

Metodoloġija għall-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali elaborat u vvalidat mal-partijiet ikkonċernati;

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet żviluppata biex jiġu ddeterminati t-theddid, il-lakuni, il-vulnerabbiltajiet u l-prijoritajiet prinċipali tal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali;

Żewġ workshops implimentati biex jiġbru kontributi u feedback għall-abbozz tal-Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam;

Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali żviluppat u ppreżentat lill-pajjiżi tar-reġjun;

Kampanja ta’ komunikazzjoni żviluppata biex jinxtered il-Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar, tinkiseb l-approvazzjoni politika tiegħu, u jinġabar l-appoġġ tas-sħab għall-implimentazzjoni tiegħu.

5.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali tal-Fażi II reġjonali komprensiva hu stmat li jkun ta’ 36 xahar.

6.   Entità tal-implimentazzjoni teknika

L-implimentazzjoni teknika ta’ dan il-programm hija fdata lid-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (DSP tal-OSA). Id-DSP tal-OSA għandu pożizzjoni vantaġġuża biex jappoġġa lill-pajjiżi tal-Kontinent Amerikan meta jitqies ir-rwol doppju tiegħu bħala Kosegretarjat Tekniku tas-CIFTA, u bħala l-korp tekniku u operazzjonali tal-OSA f’dan il-qasam. F’dan ir-rwol, id-DSP tal-OSA implimenta proġetti u programmi biex jappoġġa lill-Istati Membri tal-OSA fl-issodisfar tal-obbligi tagħhom li jiżguraw is-sigurtà ta’ ħażniet nazzjonali tal-armi tan-nar, li jimplimentaw miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu l-iffabbrikar illeċitu u t-traffikar tal-armi tan-nar bħala reati kriminali skont il-liġi domestika, li jeħtieġu l-immarkar tal-armi tan-nar, u li jiskambjaw informazzjoni ma’ firmatarji oħra tas-CIFTA fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-traċċar u x-xejriet ta’ traffikar illeċitu. L-ebda organizzazzjoni reġjonali jew subreġjonali oħra li tkopri l-Kontinent Amerikan kollu ma għandha l-influwenza politika, l-għarfien espert tekniku jew il-firxa ġeografika biex tkun tista’ tappoġġa u tassisti lill-istati Amerikani kollha.

Matul il-Fażi II, id-DSP tal-OSA ser ikompli wkoll jikkoordina u jikkollabora ma’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra matul l-eżekuzzjoni tal-proġett. Id-DSP tal-OSA involva għadd minnhom fil-Fażi I u jistenna li jkompli jikkollabora dwar kwistjonijiet speċifiċi biex jippromwovi l-inizjattiva fir-reġjun, inkluż iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerka Latina u l-Karibew (UNLIREC), l-Aġenzija ta’ Implimentazzjoni tal-Komunità tal-Karibew għall-Kriminalità u s-Sigurtà (CARICOM IMPACS), il-Bord ta’ Difiża Inter-Amerikan, it-Tim Konsultattiv għall-Ġestjoni tal-Munizzjon taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal Skopijiet Umanitarji (AMAT-GICHD), il-Fondazzjoni Umanitarja Golden West, l-INTERPOL, id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti u ċ-Ċentru għat-Taħriġ fit-Tneħħija ta’ Mini għal Skopijiet Umanitarji tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti. Id-DSP jiffoka fuq l-istabbiliment ta’ relazzjoni mill-qrib ma’ dawn l-entitajiet l-oħra kollha li jaħdmu wkoll fil-qasam biex jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-azzjoni bl-użu tal-għarfien espert komplementari tal-organizzazzjonijiet. B’mod partikolari, matul il-Fażi II, id-DSP tal-OSA ser jimmira li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet subreġjonali, bħal CARICOM-IMPACS u SICA (Sistema ta’ Integrazzjoni tal-Amerka Ċentrali), biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Karibew għall-Armi tan-Nar, u jiġi kkoordinat l-iżvilupp tal-Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali għall-Armi tan-Nar.

7.   Rilevanza

A.   “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini”: Strateġija tal-UE kontra l-Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjon Tagħhom, adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Novembru 2018

L-objettivi, l-attivitajiet, u l-eżiti mistennija ta’ dan il-proġett huma allinjati mal-għanijiet u l-approċċ tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea "Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini". F’dan ir-rigward, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jiffinanzja l-Fażi I ta’ din l-inizjattiva sabiex irawwem il-multilateraliżmu u s-sinerġiji bejn l-Unjoni Ewropea u l-OSA biex jitnaqqsu l-vjolenza bl-armi u l-attività kriminali, u qies bir-reqqa l-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġija. Il-Fażi II, bħala kontinwazzjoni ta’ dawk l-isforzi, iżżomm din il-paradigma u dan l-approċċ, u tikkomplementa l-ħidma globali tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam billi żżomm fil-mira tagħha reġjun milqut serjament mill-proliferazzjoni, l-akkumulazzjoni eċċessiva u t-traffikar tas-SALW.

B’mod speċifiku, il-Fażi II tirrifletti l-prijoritajiet li ġejjin tal-Istrateġija:

2.1.

It-Tisħiħ tal-Qafas Normattiv: L-attivitajiet tal-Objettiv 1 tal-Azzjoni jfittxu li jiżguraw li l-pajjiżi jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-istandards internazzjonali, u jkollhom għodod disponibbli biex itejbu l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet;

2.2.2

Kontrolli fuq l-esportazzjoni ta’ armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom: L-iżvilupp tal-għodda elettronika tal-MCTA, fl-Objettiv 3, jindirizza l-importanza tal-kontroll tal-kummerċ legali biex jiġu evitati devjazzjonijiet lejn is-suq illeċitu;

2.2.3

Ġestjoni sigura tal-ħażna tas-SALW u l-munizzjon: L-Objettiv 2 għandu sensiela ta’ attivitajiet li jiffokaw fuq il-PSSM, inkluż it-taħriġ ta’ uffiċjali u l-assistenza teknika u materjali għat-titjib ta’ prattiki u faċilitajiet, skont l-istandards internazzjonali tal-MOSAICS u l-IATGs;

2.2.4

Rimi responsabbli ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom: L-Objettiv 2 jinkludi taħriġ, assistenza materjali, superviżjoni u ċertifikazzjoni tal-proċessi ta’ qerda tal-armi tan-nar u l-munizzjon lill-pajjiżi li jeħtieġu dan;

2.2.5

Kwistjonijiet trasversali: L-Objettiv 3 jinkludi sensiela ta’ soluzzjonijiet u għodod tal-IT biex jitrawmu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni madwar il-pajjiżi tar-reġjun.

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ dawk l-attivitajiet, id-DSP tal-OSA ser jappoġġa attivitajiet komplementari inkluż it-tnaqqis tad-domanda għall-armi tan-nar billi jimplimenta azzjonijiet ta’ prevenzjoni u programmi ta’ ġbir, u l-iżvilupp ta’ Pjan Direzzjonali tal-Amerka Ċentrali, bħala għodda konkreta għall-koordinazzjoni u t-titjib tal-isforzi f’dan ir-reġjun.

B.   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE 2011/428/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm biex jiġi implimentat il-Programm ta’ Azzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tippromwovi tliet objettivi prinċipali: (1) l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f’Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu fil-livell globali kif ukoll reġjonali, (2) appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar (ITI), u (3) appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida tekniċi tan-NU għall-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ munizzjon.

Kull wieħed minn dawn l-objettivi huwa konsistenti mal-għanijiet ġenerali tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Munizzjon, l-Isplussivi u Materjal Ieħor Relatat (CIFTA) u l-Korsijiet ta’ Azzjoni tagħha. Is-CIFTA tagħti diversi rakkomandazzjonijiet obbligatorji lill-Istati Partijiet, inkluż l-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni fuq reati kriminali; l-immarkar obbligatorju tal-armi tan-nar; iż-żamma ta’ rekords għat-traċċar; it-titjib tal-kontrolli ta’ trasferiment; u l-kooperazzjoni tranżnazzjonali. Il-Kors ta’ Azzjoni 2018-2022 tas-CIFTA jsaħħaħ l-għanijiet tal-Istati Partijiet għas-CIFTA f’dawn l-oqsma f’konformità mal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU u l-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali.

Id-DSP tal-OSA jkompli jimplimenta programmi operazzjonali biex jappoġġa lill-pajjiżi fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont is-CIFTA. Il-Fażi II tfasslet biex tkompli din l-assistenza b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti mill-Istati Partijiet għas-CIFTA fil-Kors ta’ Azzjoni 2018-2022, b’mod partikolari dawn li ġejjin: 1. L-Immarkar u t-Traċċar tal-Armi tan-Nar; 2. L-Importazzjoni u l-Esportazzjoni; 3. Il-Miżuri Leġiżlattivi; u 4. Il-Ġestjoni u l-Qerda tal-Ħażniet.

8.   Rappurtar

Id-DSP tal-OSA ser iħejji rapporti regolari, f’konformità mal-Ftehim ta’ Delega nnegozjat.

9.   Spiża totali

L-istima totali tal-finanzjament mitlub mill-UE għall-implimentazzjoni tal-Fażi II huwa ta’ EUR madwar EUR 4,2 miljun. Is-Segretarjat Ġenerali tal-OSA ser jipprovdi kontribuzzjonijiet in natura għall-eżekuzzjoni tal-programm u ser ifittex appoġġ in natura ieħor (bħal dak ipprovdut mill-Gvern Spanjol fil-Fażi I).

(1)  UNODC, Global Study on Homicide (Studju Globali dwar l-Omoċidji). 2019. https://www.unodc.org/unodc/en/data-and-analysis/global-study-on-homicide.html

(2)  Ibid.

(3)  Skont il-Global Study of Firearms Trafficking (Studju Globali dwar it-Traffikar tal-Armi tan-Nar), l-Amerka Ċentrali u l-Amerka t’Isfel, flimkien mal-Asja tal-Punent, jammontaw għal 80 % tad-destinazzjonijiet tat-traffikar tal-armi tan-nar (UNODC, 2020).

(4)  Mill-2007 sal-2015, id-DSP tal-OSA implimenta inizjattivi tal-Programm ta’ Assistenza għall-Kontroll ta’ Armi u Munizzjon fir-reġjun (PACAM). Ibbenefikaw il-25 Stat Membru tal-OSA, u dan irriżulta fl-immarkar ta’ aktar minn 290 000 arma tan-nar u l-qerda ta’ 60 000 arma oħra u ta’ aktar minn 1 700 tunnellata ta’ munizzjon fir-reġjun kollu.

(5)  https://unoda-web.s3.amazonaws.com/wp-content/uploads/2019/07/MOSAIC-06.10-2017EV1.0.pdf

(6)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 37.

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/50

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/848

tat-30 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 24 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

Fid-9 ta’ Frar 2022, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA), fil-kapaċità tagħha bħala l-Aġenzija ta’ Implimentazzjoni, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 sa 36 xahar, sat-30 ta’ Novembru 2023, minħabba sfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja.

(4)

BAFA titlob ukoll li tiżdied konferenza addizzjonali għall-pajjiżi sħab b’sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-esportazzjoni, u avveniment addizzjonali ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu.

(5)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464, inkluż iż-żewġ attivitajiet addizzjonali miżjuda permezz ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Novembru 2023.

(6)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464, u s-subtaqsimiet 5.2.5, 5.2.6 u t-taqsima 10 tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2023.”;

(2)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test tas-subtaqsima 5.2.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.2.5

Konferenzi għal pajjiżi sħab b’sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-esportazzjoni

Il-proġett ser jieħu l-forma ta’ żewġ konferenzi fi Brussell li kull waħda minnhom iddum sa jumejn. Kull konferenza ser tipprovdi forum għal diskussjonijiet ta’ livell avvanzat bejn esperti tal-Unjoni u rappreżentanti ta’ livell għoli (fl-oqsma tal-politika, il-liċenzjar u l-infurzar) ta’ pajjiżi benefiċjarji b’sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-esportazzjoni.

Kull konferenza ser tagħti lill-pajjiżi benefiċjarji parteċipanti l-opportunità li:

(a)

jirċievu informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-kummerċ tal-armi (eż. il-kanali attwali tal-akkwist, l-impatt ta’ teknoloġiji ġodda, u kwistjonijiet relatati mal-politika tas-sigurtà bħal theddid ibridu); u

(b)

jiddiskutu u jiskambjaw fehmiet dwar kif il-bidliet reċenti u t-titjib fil-kontrolli tal-kummerċ tal-armi jistgħu jiġu implimentati bħala parti mis-sistema nazzjonali tagħhom stess ta’ kontroll tal-esportazzjoni.”;

(b)

It-test tas-subtaqsima 5.2.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.2.6

Avvenimenti ta’ valutazzjoni

Sabiex jiġi evalwat u rieżaminat l-impatt tal-attivitajiet li jsiru taħt din id-Deċiżjoni, ser jiġu organizzati tliet avvenimenti ta’ valutazzjoni (tnejn f’nofs it-terminu u wieħed finali) fi Brussell, idealment eżatt wara laqgħa regolari tal-COARM.

Iż-żewġ avvenimenti ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu ser ikollhom l-forma ta’ sessjonijiet ta’ ħidma bil-parteċipazzjoni ta’ Stati Membri. Is-sessjonijiet ta’ ħidma jistgħu jdumu l-aktar jum wieħed.

L-avveniment ta’ valutazzjoni finali ser ikollu l-forma ta’ avveniment fi Brussell bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi benefiċjarji u ta’ Stati Membri. Ser jiġu mistiedna jattendu l-avveniment ta’ valutazzjoni finali sa żewġ rappreżentanti (uffiċjali adatti tal-gvern) ta’ kull pajjiż benefiċjarju.”;

(c)

It-test tat-taqsima 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.

Durata

Il-proġett ser jintemm fit-30 ta’ Novembru 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1464 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 3).

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/52

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/849

tat-30 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/855 (2), biex estenda l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta’ Ġunju 2022.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-1 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati l-entrati għal 18-il persuna fiżika u 13-il entità fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-entrati għal żewġ persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(6)

L-entrata ta’ individwu wieħed jenħtieġ li titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK wara sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Marzu 2022.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja”;

(2)

l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2023. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(3)

l-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/855 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 90).

ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (Persuni), jitħassru l-entrati li ġejjin:

40.

Muhammad Bukhaytan;

262.

Salam Tohme;

293.

Abdelkader Sabra;

(2)

fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Ali MAMLUK

(magħruf ukoll bħala Ali Mamlouk; Ali Al-Mamlouk; Abu Ayham )

(علي المملوك; أبو أيهم; علي مملوك)

Data tat-twelid: 19.2.1946;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Passaport diplomatiku Nru 983;

Sess: raġel

Viċi President tar-Repubblika Għarbija Sirjana għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Eks Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana involut fi vjolenza fuq d-dimostranti.

9.5.2011

4.

Atif NAJIB

(magħruf ukoll bħala Atef; Atej Najeeb)

(عاطف نجيب)

Post tat-twelid: Jablah, Syria;

Grad: Brigadier Ġeneral

Sess: raġel

Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f’Dara’a. Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti. Membru tal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar al-Assad.

9.5.2011

28.

Khalid (magħruf ukoll bħala Khaled) QADDUR (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

(خالد قدور)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-industrija tat-telekomunikazzjoni, taż-żejt, tal-plastik u tat-tabakk u għandu relazzjonijiet ta’ negozju mill-qrib ma’ Maher al-Assad. Huwa marbut ma’ attivitajiet ta’ kuntrabandu.

Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Soċju ta’ Maher al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju.

27.1.2015

33.

Ayman JABIR

(magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

(أيمن جابر)

Post tat-twelid: Latakia, Syria;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta’ konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f’dawk il-prodotti. Għandu interessi finanzjarji u/jew karigi eżekuttivi għoljin f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV u Sama Satellite Channel.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jabir iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

Ayman Jabir igawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f’attivitajiet ta’ milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa. Huwa president onorarju ta’ “Wafa lil-Watan” (lealtà lejn art twelidna), li hija assoċjazzjoni li tipprovdi għajnuna lill-familji ta’ suldati u milizzji Sirjani.

Soċju ta’ Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u soċju ta’ Maher al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f’milizzji affiljati mar-reġim.

27.1.2015

48.

Samir HASSAN

(سمير حسن)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’Amir Group u Cham Holding, żewġ konglomerati b’interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. President tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja u għandu rwol sinifikanti fir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Federazzjoni Russa permezz tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma’ persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B’mod partikolari, huwa assoċjat ma’ Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

114.

Emad Abdul-Ghani SABOUNI

(magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

(عماد عبدالغني صابوني)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. Eks Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (PICC). Il-PICC hija aġenzija tal-gvern, affiljata mal-Prim Ministru u tipproduċi, b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ ħames snin li jipprovdu l-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u ta’ żvilupp tal-Gvern.

27.2.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam LUQA

(magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam; Louqa, Louca, Louka, Luka)

(حسام لوقا)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar mill-2018 sal-2020. Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali. Maġġur Ġeneral. Minn April 2012 sat-2 ta’ Diċembru 2018, kien il-kap tal-fergħa ta’ Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (issuċċeda lill-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3 ta’ Diċembru 2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Direttur tad-Dipartiment tal-Intelligence Ġenerali mill-2019. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

203.

George HASWANI

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria;

Tagħrif ieħor: HESCO Engineering and Construction Company Ltd hija rreġistrata fl-istess indirizz ta’ Londra bħad-ditta Brittanika, Savero Ltd.;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

7.3.2015

204.

Emad HAMSHO

(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, حميشو)

(حمشو عماد)

Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street, Damascus, Syria;

Sess: raġel

Jokkupa kariga maniġerjali għolja f’Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f’Hamsho Trading, sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International.

Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma’ negozjanti tar-reġim iddeżinjati bħal Ayman Jabir. L-assi ta’ Hamsho jinkludu Syrian Metal Industries, impjant tal-azzar barra Damasku, li Hamsho forniet bi skrapp tal-metall misruq minn milizzji favur il-gvern matul il-gwerra. Huwa wkoll soċju tal-President Bashar al-Assad.

7.3.2015

245.

Muhammad Yousef HASOURI

(magħruf ukoll bħala Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(محمد يوسف حاصوري)

Grad: Brigadier Ġeneral;

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa kellu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta’ Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u kien involut fil-massakru kimiku f’“Khan Sheikhoun” tal-4 ta’ April 2017. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan AL-MUSA

(magħruf ukoll bħala Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(جايز ريان الموسى)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Hama, Syria;

Grad: Maġġur Ġeneral;

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta’ Hasaka, maħtur mill-President Bashar al-Assad; huwa assoċjat mal-President Bashar al-Assad.

Jokkupa l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta’ attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

271.

Khaled AL-ZUBAIDI

(magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi

(خالد الزبيدي)

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Koproprjetarju ta’ Zubaidi u Qalei LLC; Direttur ta’ Agar Investment Company; Maniġer Ġenerali tal-kumpanija Al Zubaidi u Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company; Direttur u Proprjetarju ta’ Zubaidi Development Company; koproprjetarju ta’ Enjaz Investment Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u li għaliha r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.

Khaled Zubaidi ffirma sponsorizzazzjoni (b’valur ta’ USD 350 000 ) ma’ klabb tal-futbol Sirjan “Wihda FC” permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu “Hijaz Company”. Membru tal-Federazzjoni tal-Kmamar tat-Turiżmu Sirjani mill-2019.

21.1.2019

283.

Mohammed Nazer JAMAL EDDIN

(magħruf ukoll bħala Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine; Jamal Aldiyn)

(محمد ناذر جمال الدين)

Data tat-twelid: 2.1.1962;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Numru tal-identità: 010-30208342 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta’ Apex Development and Projects LLC u fundatur ta’ A’ayan Company for Projects and Equipment;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ kontroll ta’ 90 % f’Apex Development and Projects LLC, li daħal f’impriża konġunta ta’ USD 34,8 miljun għall-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta’ Marota City, Mohammed Nazer Jamal Eddin igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. F’Mejju 2019, Jamal Eddin ħoloq “Trillium Private JSC”, kumpanija SYP ta’ 15-il miljun involuta fil-kummerċ ta’ materjali tal-bini u prodotti elettriċi.

21.1.2019

284.

Mazin AL-TARAZI

(magħruf ukoll bħala

Image 2
; Mazen al-Tarazi)

(مازن الترزي)

Data tat-twelid: Settembru 1962;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Negozjant;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B’mod partikolari, Mazin al-Tarazi kkonkluda ftehim ma’ Damascus Cham Holdings għal investiment ta’ USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja. F’Settembru 2019, huwa ħoloq “al-Dana Group Investments LLC”, kumpanija SYP ta’ 25 miljun involuta fl-esportazzjoni u l-importazzjoni u l-investiment f’faċilitajiet turistiċi u kumplessi kummerċjali.

21.1.2019

285.

Samer FOZ

(magħruf ukoll bħala Samir Foz/Fawz; Samer Zuhair Foz; Samer Foz bin Zuhair)

(سامر فوز)

Data tat-twelid: 20 ta’ Mejju 1973;

Post tat-twelid: Homs, is-Sirja / Latakia, is-Sirja;

Nazzjonalitajiet: Sirjana, Torka;

Numru tal-passaport Tork: U 09471711 (post tal-ħruġ: Turkija; data ta’ skadenza 21.7.2024);

Numru nazzjonali Sirjan: 06010274705

Indirizz: Platinum Tower, office No 2405, Jumeirah Lake Towers, Dubai, UAE;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim Sirjan, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta’ ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz talkummerċ tal-qamħ u proġetti ta’ rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

Samer Foz fetaħ fabbrika tar-raffinar taz-zokkor (“Samer Foz Factory”) fl-2021 b’appoġġ għall-objettiv tar-reġim Sirjan li jżid il-produzzjoni taz-zokkor madwar il-pajjiż.

21.1.2019

287.

Hussam AL QATARJI

(magħruf ukoll bħala Hussam/Hossam Ahmed/Mohammed/Muhammad al-Katerji)

(حسام القطرجي)

Data tat-twelid: 1982;

Post tat-twelid: Raqqa, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: CEO ta’ Katerji Group (magħrufa wkoll bħala Al Qatarji, Al Qatarji Company / Qatirji Company / Khatirji Group / Katerji International Group);

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li huwa wkoll Membru tal-Parlament Sirjan. Al Qatarji jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan billi jippermetti u japprofitta minn ftehimiet kummerċjali mar-reġim fir-rigward taż-żejt u tal-qamħ.

Hussam Al Qatarji, flimkien mal-familja tiegħu, kiseb liċenzja biex joħloq bank ġdid, in-National Islamic Bank. Huma akkwistaw ukoll impjant tas-siment ġdid mill-gvern, permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tagħhom, Nabd Contracting and Construction. Huma espandew ukoll fis-settur tat-turiżmu u ħolqu Arman Hotel and Tourist Management LLC. Huma daħlu wkoll f’impriża konġunta mal-ministeru tat-turiżmu “Bere Aleppo Private JSC”. Hussam Al Qatarjiu l-familja tiegħu jmexxu wkoll milizzja f’Aleppo. F’Ottubru 2021, il-BS Company for Oil Services ta’ Qaterji ffirmat ftehim mar-reġim għall-provvista ta’ fjuwil fl-istazzjonijiet tal-gass f’żoni miżmuma mir-reġim.

21.1.2019

290.

Waseem AL-KATTAN

(وسيم القطان)

(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim; Anouar; al-Kattan, al-Katan, al-Qattan, al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)

Data tat-twelid: 4.3.1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: President tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Provinċja tal-Pajsaġġ ta’ Damasku (Rurali);

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Larosa Furnishing/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Sirjani;

Sess: raġel

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Sid ta’ għadd ta’ negozji u kumpaniji azzjonarji b’interessi u attivitajiet f’diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem al-Kattan laħaq malajr negozjant ewlieni billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b’kuntrabandu fil-Lvant ta’ Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f’forom aggressivi ta’ klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.

Fl-2020, Al-Kattan ġie elett membru tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Damasku. F’Novembru 2021, Al-Kattan inħatar segretarju tal-Federazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ Sirjani mill-Gvern Sirjan, minkejja li tilef l-elezzjonijiet.

17.2.2020

294.

Khodr Ali TAHER

(magħruf ukoll bħala خضر علي طاهر)

Data tat-twelid: 1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Direttur u sid ta’ Ella Media Services; sieħeb fundatur ta’ Castle Security and Protection u Jasmine Contracting Company; President u sieħeb fundatur ta’ Syrian Hotel Management Company; Maniġer u sid ta’ Ematel;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Citadel for Protection; Guard and Security Services (Castle Security and protection); Ematel LLC (Ematel Communications); Syrian Hotel Management Company; Jasmine Contracting Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż is-sigurtà privata, il-bejgħ bl-imnut tat-telefowns ċellulari, il-ġestjoni tal-lukandi, is-servizzi ta’ reklamar, it-trasferiment domestiku tal-flus, xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku.

Jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan permezz ta’ kooperazzjoni fl-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u l-involviment tiegħu f’attivitajiet ta’ kuntrabandu u ta’ profitti illegali. Khodr Ali Taher huwa s-sid ta’ għadd ta’ kumpaniji u huwa kofondatur ta’ oħrajn. L-involviment tiegħu f’negozjati kummerċjali mar-reġim jinkludi li daħal f’impriża konġunta mas-Syrian Transport and Tourism Company, li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu sehem ta’ żewġ terzi minnha.

17.2.2020”

(3)

fit-Taqsima B (Entitajiet), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Bena Properties

Cham Holding Building, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Rif Dimashq, Syria, P.O. Box 9525

Miżmuma minn Rami Makhlouf. L-ikbar kumpanija tal-proprjetà immobbli fis-Sirja u l-fergħa tal-proprjetà immobbli u l-investiment ta’ Cham Holding; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF)

(magħruf ukoll bħala Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

P.O. Box 108, Damascus, Syria;

Tel: +963 112110059 / 963 112110043;

Faks: +963 933333149

Miżmuma minn Rami Makhlouf; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

18.

Syriatel

Syriatel Mobile Telecom Building, Amman Road, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Area, Damascus, Syria, P.O. Box 2900;

Tel: +963 11 61 26 270;

Faks: +963 11 23 73 97 19;

Indirizz Elettroniku: info@syriatel.com.sy;

www.agrobank.org http://syriatel.sy/

Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan: permezz tal-kuntratt ta’ liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % jew aktar tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.9.2011

24.

Mechanical Construction Factory (MCF)

P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damascus, Syria

Tel: +963 011 5810719; +963 11 4474579; +963 11 5810718; +963 11 5810719;

Indirizz elettroniku: info@metallic-sy.com u shaamco@mail.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

25.

Syronics – Syrian Arab Co. for Electronic Industries

Kaboon Street, PO Box 5966, Damascus, Syria;

Tel: +963 11 5111352;

Faks: +963 11 5110117

Indirizz elettroniku: info@syronics.com.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

26.

Handasieh – Organizzazzjoni għall-Industrji tal-Inġenerija

P.O. Box 5966, Abou Bakr Al-Seddeq St., Damascus, Syria

u

P.O. Box 2849, Al-Moutanabi Street, Damascus, Syria

u

P.O. Box 21120, Baramkeh, Damascus, Syria;

Tel: + 96311 2121824; +963 11 2121825; +963 11 2131307;

Indirizz elettroniku: g.o.eng.ind@net.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

34.

Syrian Lebanese Commercial Bank

Syrian Lebanese Commercial Bank Building, 6th Floor, Makdessi Street, Hamra, P.O. Box 11-8701, Beirut, Lebanon;

Fergħa ta’ Hamra: Hamra Street, Darwish and Fakhro Building, P.O. Box 113-5127/11-8701, Beirut, Lebanon

Fergħa ta’ Mar Elias: Mar Elias Street, Fakhani Building, P.O. Box 145 796, Beirut, Lebanon

Tel:+961 1741666;

Faks: +961 1738214;

Sit web: www.slcb.com.lb

Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.1.2012

38.

Central Bank of Syria

Sabah Bahrat Square, Damascus, Syria

Indirizz tal-posta: Altjreda al Maghrebeh Square, Damascus, Syria, P.O. Box: 2254

Tel: +961 011 - 9985

Indirizz elettroniku: info@cb.gov.sy

Sit web: https://www.cb.gov.sy/

Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

27.2.2012

56.

Baniyas Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Banias; Banyas)

Banias Refinery Building, 26 Latkia Main Road, Tartous, P.O. Box 26, Syria;

352, Tripoli Street, PO Box 352, Homs

Kumpanija sussidjarja ta’ General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

57.

The Homs Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Hims, General Company for Homs Refinery)

General Company for Homs Refinery Building, 352 Tripoli Street, Homs, P.O. Box 352, Syria

Tel: 963-3125-16401

Faks: 963-3124-70101

Indirizz elettroniku: homs-refine@mail.sy

Kumpanija sussidjarja ta’ General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

67.

Hamsho Trading

(magħrufa wkoll bħala Hamsho Group; Hmisho Trading Group; Hmisho Economic Group)

Hamsho Building, 31 Baghdad Street, Damascus, Syria

Hamsho group, Damascus countryside – northern road-ring, Hamsho for trading and constructions;

Indirizz elettroniku: info@hamsho-group.com;

Tel: 00963 (11) 3227530.