ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 147

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
30 ta' Mejju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/824 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/825 tas-17 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/826 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jikkoreġi u jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet mill-kaxxa tal-barbun tat-tbajja’

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/827 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Daniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/828 tal-25 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) 2017/2195 li jistabbilixxi gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku ( 1 )

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/829 tal-25 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 31/96 fir-rigward tal-istituzzjonijiet eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/830 tal-20 ta’ Mejju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fir-rigward ta’ ċerti emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/831 tat-23 ta’ Mejju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/832 tal-24 ta’ Mejju 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/833 tal-24 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

44

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/834 tal-25 ta’ Mejju 2022 skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar miżura meħuda minn Franza rigward l-irtirar mis-suq ta’ ċerti ċilindri tal-gass manifatturati minn Xinchang Burong Machinery Co. Ltd qabel il-31 ta’ Ottubru 2019 (notifikata bid-dokument C(2022) 3372)  ( 1 )

46

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/835 tal-25 ta’ Mejju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Primer Stain TIP f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 3379)  ( 1 )

49

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Mejju 2022 ( ĠU L 140, 19.5.2022 )

53

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/824

tal-15 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-paragrafu 3 tar-Rakkomandazzjoni 21-09 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“l-ICCAT”) (2) jipprojbixxi ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art, b’mod sħiħ jew parzjali, tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jinqabad b’rabta mas-sajd tal-ICCAT fl-2022 u fl-2023.

(2)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Rakkomandazzjoni 21-09 u l-liġi tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta’ ħatt l-art fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma jenħtieġx li japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana bħala qabda aċċessorja.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (3) jiġi emendat biex jinkludi d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirriflettu l-kundizzjonijiet għas-sajd stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 21-09 tal-ICCAT.

(4)

Peress li r-Rakkomandazzjoni 21–09 tal-ICCAT tħeġġeġ lill-Partijiet Kontraenti biex jimplimentawh qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu fis-17 ta’ Ġunju 2022, u fid-dawl tal-importanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-preservazzjoni tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana, jenħtieġ li dan l-att delegat japplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li dan l-att delegat jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament Delegat (UE) 2015/98, jiddaħħal l-Artikolu 5b li ġej:

“Artikolu 5b

B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art ebda parti, jew ebda ħuta sħiħa tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana (Isurus oxyrinchus) li jinqabad b’rabta mas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fl-2022 u fl-2023.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  https://www.iccat.int/Documents/Recs/COMPENDIUM_ACTIVE_ENG.pdf

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/825

tas-17 ta’ Marzu 2022

li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi l-lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva u tip ta’ prodott li huma inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi li jeżistu u li jinsabu fil-prodotti bijoċidali tas-6 ta’ Novembru 2018.

(2)

L-identitajiet ta’ ċerti sustanzi attivi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 ġew iddefiniti mill-ġdid skont l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu identifikati b’mod aktar preċiż dawk is-sustanzi attivi u tiġi stabbilità l-identità tas-sustanza l-ġdida korrispondenti.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) ta’ stedina miftuħa biex tieħu f’idejha r-rwol ta’ parteċipanta għal ċerti kombinamenti ta’ sustanza attiva u tip ta’ prodott koperti mill-identità tas-sustanza eżistenti iżda mhux mill-identità l-ġdida tas-sustanza, il-kombinamenti ta’ sustanza/tip ta’ prodott innotifikati skont l-Artikolu 14(1)(b), u li l-Aġenzija sabet li huma konformi mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Wara d-dikjarazzjonijiet li waslu skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, ġiet ippubblikata stedina biex persuni b’xi interess ikunu jistgħu jinnotifikaw is-sustanzi attivi tat-tip ta’ prodott 19 li kienu bbenefikaw mid-deroga għall-ikel u għall-għalf prevista mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (3). Tressqu żewġ notifiki għall-butir tal-karawett u għall-brandy għall-użu tat-tip ta’ prodott 19 skont l-Artikolu 16(5) u l-Aġenzija sabet li huma konformi mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014. Dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li għalhekk jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jixraq li jiġu indikati l-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jkunu l-awtoritajiet kompetenti tal-evalwazzjoni għall-kombinamenti ta’ sustanza attiva u tip ta’ prodott li jridu jiżdiedu mal-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014.

(6)

Is-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ approvazzjoni wara s-6 ta’ Novembru 2018 għal tip ta’ prodott wieħed jew aktar, jew li ġew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament, ma għadhomx fil-programm ta’ rieżami. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi attivi ma jibqgħux inklużi fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 għat-tipi ta’ prodotti kkonċernati.

(7)

Sabiex tkun riflessa s-sitwazzjoni attwali u għal raġunijiet ta’ trasparenza, jixraq li tiġi pprovduta lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva u tip ta’ prodott inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali dakinhar tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).


ANNESS

“ANNESS II

KOMBINAMENTI TA’ SUSTANZA/TIP TA’ PRODOTT INKLUŻI FIL-PROGRAMM TA’ RIEŻAMI FIS-17 TA’MARZU 2022

Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott appoġġati fis-17 ta’Marzu 2022, minbarra kull nanomaterjal ieħor mhux imsemmi b’ mod espliċitu fl-entrata 1017 u minbarra kull ġenerazzjoni in situ tas-sustanza attiva ħlief meta tissemma b’mod espliċitu bir-referenza għall-prekursur(i) appoġġat(i)

Numru tal-entrata

Isem is-sustanza

Stat Membru Relatur

Numru KE

Numru CAS

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

17

18

19

21

22

1

Formaldeid

DE

200-001-8

50-00-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

9

Bronopol

ES

200-143-0

52-51-7

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

x

36

Etanol

EL

200-578-6

64-17-5

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

37

Aċidu formiku

BE

200-579-1

64-18-6

 

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1025

Aċidu performiku ġġenerat mill-aċidu formiku u mill-perossidu tal-idroġenu

BE

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

43

Aċidu saliċiliku

NL

200-712-3

69-72-7

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

52

Ossidu tal-etilen

NO

200-849-9

75-21-8

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

69

Aċidu glikoliku

NL

201-180-5

79-14-1

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1026

Aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina (TAED) u mill-perossidu tal-idroġenu

AT

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1027

Aċidu peraċetiku ġġenerat mill-aċetattal-1,3- diaċetilossipropan-2-il u mill-perossidu tal-idroġenu

AT

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

71

Aċidu L-(+)-lattiku

DE

201-196-2

79-33-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

79

(2R,6aS,12aS)-1,2,6,6a,12,12a-Eżaidro-2-isopropenil-8,9-dimetossikromeno[3,4-b]furo[2,3-h]kromen-6-on (Rotenon)

PL

201-501-9

83-79-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

85

Simklożen

DE

201-782-8

87-90-1

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

92

Bifenil-2-ol

ES

201-993-5

90-43-7

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

113

3-Fenil-propen-2-al (Ċinnamaldeid)

PL

203-213-9

104-55-2

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

117

Ġeranjol

FR

203-377-1

106-24-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

122

Gliossal

FR

203-474-9

107-22-2

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

133

Aċidu eża-2,4-dienojku (Aċidu sorbiku)

DE

203-768-7

110-44-1

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

171

2-Fenossietanol

IT

204-589-7

122-99-6

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

180

Dimetilarsinat tas-sodju (Kakodilat tas-sodju)

PT

204-708-2

124-65-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

185

Tosilklorammid sodiku (Kloramina T)

ES

204-854-7

127-65-1

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

187

Dimetilditijokarbamat tal-potassju

SE

204-875-1

128-03-0

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

188

Dimetilditijokarbamat tas-sodju

SE

204-876-7

128-04-1

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

227

2-Tijażol-4-il-1H-benżojmidażol (Tijabendażol)

ES

205-725-8

148-79-8

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

235

Dijuron

DK

206-354-4

330-54-1

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

239

Ċjanammid

DE

206-992-3

420-04-2

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

283

Terbutrin

SK

212-950-5

886-50-0

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

292

(1,3,4,5,6,7-Eżaidro-1,3-diosso-2H-isoindol-2-il)metil-(1R-trans)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (d-Tetrametrina)

DE

214-619-0

1166-46-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

321

Monolinuron

HU

217-129-5

1746-81-2

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

330

N-(3-Amminopropil)-N-dodeċilpropan-1,3-diammina (Diammina)

PT

219-145-8

2372-82-9

 

x

x

x

 

x

 

x

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

336

2,2’-Ditijobis[N-metilbenżammid] (DTBMA)

PL

219-768-5

2527-58-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

339

1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT)

ES

220-120-9

2634-33-5

 

x

 

 

 

x

 

 

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

341

2-Metil-2H-isotijażol-3-on (MIT)

SI

220-239-6

2682-20-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

346

Dikloroisoċjanurat tas-sodju, diidrat

DE

220-767-7

51580-86-0

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

345

Troklożen sodiku

DE

220-767-7

2893-78-9

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

348

Etilsulfat tal-meċetronju (MES)

PL

221-106-5

3006-10-8

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

359

Formaldeid rilaxxat minn (Etilendiossi)dimetanol (Prodotti tar-reazzjoni tal-etilenglikol mal-paraformaldeid (EGForm))

PL

222-720-6

3586-55-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

365

1-Ossidu tal-Piridina-2-tijo, melħ tas-sodju (Piritijon tas-sodju)

SE

223-296-5

3811-73-2

 

x

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

368

3-Kloroalliloklorur tal-metenammina (CTAC)

PL

223-805-0

4080-31-3

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

377

2,2′,2″-(Eżaidro-1,3,5-triażina-1,3,5-triil)trietanol (HHT)

PL

225-208-0

4719-04-4

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

382

Tetraidro-1,3,4,6-tetrakis(idrossimetil)imidażo[4,5-d]imidażol-2,5(1H,3H)-dijon (TMAD)

ES

226-408-0

5395-50-6

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

392

Ditijoċjanat tal-metilen

FR

228-652-3

6317-18-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

393

1,3-Bis(idrossimetil)-5,5-dimetilimidażolidina-2,4-dijon (DMDMH)

PL

229-222-8

6440-58-0

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

397

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC)

IT

230-525-2

7173-51-5

x

x

 

 

 

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

401

Fidda

SE

231-131-3

7440-22-4

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

405

Diossidu tal-kubrit iġġenerat mill-kubrit bil-kombustjoni

DE

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

424

Bromu attiv iġġenerat mill-bromur tas-sodju u mill-ipoklorit tas-sodju

NL

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1030

Bromu attiv iġġenerat mill-bromur tas-sodju u mill-ipoklorit tal-kalċju

NL

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1031

Bromu attiv iġġenerat mill-bromur tas-sodju u mill-kloru

NL

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1032

Bromu attiv iġġenerat mill-bromur tas-sodju bl-elettroliżi

NL

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1033

Bromu attiv iġġenerat mill-aċidu ipobromuż u mill-urea u l-bromourea

NL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1034

Bromu attiv iġġenerat mill-ipobromit tas-sodju u mill-N-bromosulfamat u mill-aċidu sulfamiku

NL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

434

Tetrametrina

DE

231-711-6

7696-12-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

439

Perossidu tal-idroġenu

FI

231-765-0

7722-84-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1036

Perossidu tal-idroġenu rilaxxat mill-perkarbonat tas-sodju

FI

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

444

7a-Etildiidro-1H,3H,5H-ossażolo[3,4-c]ossażol (EDHO)

PL

231-810-4

7747-35-5

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

450

Nitrat tal-fidda

SE

231-853-9

7761-88-8

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

453

Perossodisulfat tad-disodju

PT

231-892-1

7775-27-1

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

432

Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju

IT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

455

Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tal-kalċju

IT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

457

Kloru attiv rilaxxat mill-kloru

IT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

458

Monoklorammina ġġenerata mis-sulfat tal-ammonju u minn sors tal-kloru

FR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1016

Klorur tal-fidda

SE

232-033-3

7783-90-6

x

x

 

 

 

x

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1076

Klorur tal-fidda-polietilenimmina

SE

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

491

Diossidu tal-kloru

DE

233-162-8

10049-04-4

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1037

Diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorit tas-sodju bl-elettroliżi

PT

 

 

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1038

Diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorit tas-sodju bl-aċidifikazzjoni

PT

 

 

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1039

Diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorit tas-sodju bl-ossidazzjoni

PT

 

 

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1040

Diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorat tas-sodju u mill-perossidu tal-idroġenu fil-preżenza ta’ aċidu qawwi

PT

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

494

2,2-Dibromo-2-ċjanoaċetammid (DBNPA)

DK

233-539-7

10222-01-2

 

x

 

x

 

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

1022

Pentaidrossidu tal-klorur tad-dialuminju

NL

234-933-1

12042-91-0

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1075

Prodotti tar-reazzjoni tat-triidrossidu tal-aluminju u tal-aċidu idrokloriku u tal-aluminju u tal-ilma

NL

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

515

Klorammina attivata bil-bromur (BAC) iġġenerata mill-prekursuri bromur tal-ammonju u ipoklorit tas-sodju

SE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

522

Żingu piritijon

SE

236-671-3

13463-41-7

 

x

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

x

 

524

Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidina

ES

237-030-0

13590-97-1

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

529

Bromu attiv iġġenerat mill-klorur tal-bromu

NL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

531

(Benżilossi)metanol

AT

238-588-8

14548-60-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

550

Aċidu D-glukoniku, kompost bl-N,N-bis(4-klorofenil)-3,12-diimmino-2,4,11,13-tetraażatetradekanediammidina (2:1) (CHDG)

PT

242-354-0

18472-51-0

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

554

p-[(Dijodometil)sulfonil]toluwen

CH

243-468-3

20018-09-1

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

559

Tijoċjanat tal-(benżotijażol-2-iltijo)metil (TCMTB)

NO

244-445-0

21564-17-0

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

562

2-Metil-4-osso-3-(prop-2-inil)ċiklopent-2-en-1-il-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropankarbossilat (Pralletrina)

EL

245-387-9

23031-36-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

566

Prodotti tar-reazzjoni tal-paraformaldeid u tat-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) (HPT)

AT

 

 

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

571

2-Ottil-2H-isotijażol-3-on (OIT)

FR

247-761-7

26530-20-1

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

x

 

x

 

 

 

 

 

577

Klorur tad-dimetilottadeċil[3-(trimetossisilil)-propil]ammonju

ES

248-595-8

27668-52-6

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

588

Bromokloro-5,5-dimetilimidażolidina-2,4-dijon (BCDMH)

NL

251-171-5

32718-18-6

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

590

3-(4-Isopropilfenil)-1,1-dimetilurea (Isoproturon)

DE

251-835-4

34123-59-6

 

 

 

 

 

 

x

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

599

Tijofosfat tal-S-[(6-kloro-2-ossoossażolo[4,5-b]piridina-3(2H)-il)metil] O,O-dimetil (Ażametifos)

IT

252-626-0

35575-96-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

608

Klorur tad-dimetiltetradeċil[3-(trimetossisilil)propil]ammonju

PL

255-451-8

41591-87-1

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1045

Żejt tal-Eucalyptus citriodora, idratat, ċikliżat

CZ

 

1245629-80-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1046

Żejt tas-Cymbopogon winterianus, frazzjonat, idratat, ċikliżat

CZ

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

619

3-Jodo-2-propinilbutilkarbamat (IPBC)

DK

259-627-5

55406-53-6

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

620

Sulfat tat-tetrakis(idrossimetil)fosfonju (2:1) (THPS)

MT

259-709-0

55566-30-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

648

4,5-Dikloro-2-ottilisotijażol-3(2H)-on (4,5-Dikloro- 2-ottil-2H- isotijażol-3-on (DCOIT))

NO

264-843-8

64359-81-5

 

 

 

 

 

 

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

656

Prodotti tar-reazzjoni tal-paraformaldeid u tat-2-idrossipropilammina (proporzjon 3:2) (MBO)

AT

 

 

 

x

 

 

 

x

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

667

Klorur tal-alkil (C12-18) dimetilbenżil ammonju (ADBAC (C12-18))

IT

269-919-4

68391-01-5

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

671

Klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12C16))

IT

270-325-2

68424-85-1

x

x

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

673

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

x

x

x

x

 

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

690

Komposti tal-ammonju kwaternarju, benżil-C12-18-alkildimetil, imlieħ bil-1,2-benżisotijażol-3(2H)-on 1,1-diossidu (1:1) (ADBAS)

MT

273-545-7

68989-01-5

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

691

N-(Idrossimetil)gliċinat tas-sodju

AT

274-357-8

70161-44-3

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

693

Bis(perossimonosulfat)bis(sulfat) tal-pentapotassju (KPMS)

SI

274-778-7

70693-62-8

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

939

Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju bl-elettroliżi

SK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

1049

Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju u mill-bis(perossimonosulfat)bis(sulfat) tal-pentapotassju

SI

 

 

 

x

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1050

Kloru attiv iġġenerat mill-ilma baħar (klorur tas-sodju) bl-elettroliżi

FR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

1051

Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tal-manjeżju eżaidrat u mill-klorur tal-potassju bl-elettroliżi

FR

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1054

Kloru attiv iġġenerat mill-N-klorosulfamat tas-sodju

SI

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

 

 

 

 

701

Bis[monoperossiftalatu(2-)-O1,OO1]manjeżat(2-) tad-diidroġenu (MMPP)

PL

279-013-0

84665-66-7

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1024

Estratt tal-margosa miż-żejt ippressat bil-kiesaħ mill-qlub tal-Azadirachta Indica estratt permezz tad-diossidu tal-karbonju superkritiku

DE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

724

Klorur tal-alkil (C12-C14) dimetilbenżilammonju (ADBAC (C12-C14))

IT

287-089-1

85409-22-9

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

725

Klorur tal-alkil (C12-C14) dimetil(etilbenżil)ammonju (ADEBAC (C12-C14))

IT

287-090-7

85409-23-0

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x

1057

Estratt tal-Chrysanthemum cinerariaefolium minn fjuri miftuħa u maturi tat-Tanacetum cinerariifolium miksuba b’solvent tal-idrokarbur

ES

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

1058

Estratt tal-Chrysanthemum cinerariaefolium minn fjuri miftuħa u maturi tat-Tanacetum cinerariifolium miksuba bid-diossidu tal-karbonju superkritiku

ES

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

 

 

744

Estratt tal-Lavanda, Lavandula hybrida,/Żejt tal-Lavandina

PT

294-470-6

91722-69-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

779

Prodotti tar-reazzjoni tal-: aċidu glutamiku u tal-N-(C12-C14-alkil)propilendiammina (Glukoprotammina)

DE

403-950-8

164907-72-6

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

785

aċidu 6-(Ftalimmido)perossieżanojku (PAP)

IT

410-850-8

128275-31-0

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

791

2-Butil-benżo[d]isotijażol-3-on (BBIT)

CZ

420-590-7

4299-07-4

 

 

 

 

 

x

x

 

x

x

 

 

x

 

 

 

 

 

792

Diossidu tal-kloru ġġenerat minn kumpless tat-tetraklorodekaossidu (TCDO) permezz tal-aċidifikazzjoni

DE

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

811

Fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju

SE

422-570-3

265647-11-8

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

797

Klorur taċ-ċis-1-(3-kloroallil)-3,5,7-triaża-1-ażonjaadamantan (ċis CTAC)

PL

426-020-3

51229-78-8

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

1014

Żeolit tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

152

Prodotti tar-reazzjoni tal-5,5-dimetilidantoina, 5-etil-5-metilidantoina mal-bromu u mal-kloru (DCDMH)

NL

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

459

Massa tar-reazzjoni tad-diossidu tat-titanju u tal-klorur tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

x

x

 

 

 

x

x

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

777

Prodotti tar-reazzjoni bejn il-5,5-dimetilidantoina, il-5-etil-5-metilidantoina ul-kloru (DCEMH)

NL

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

810

Ħġieġ tal-fosfat tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

308069-39-8

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1077

Ħġieġ tal-borofosfat tal-fidda

SE

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1078

Ħġieġ tal-fosfoborat tal-fidda

SE

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

824

Żeolit taż-żingu u tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-20-0

 

x

 

x

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1013

Żeolit tar-ram u tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-19-7

 

 

 

x

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1017

Fidda adsorbita fuq id-diossidu tas-siliċju (bħala nanomaterjal fil-forma ta’ aggregat stabbli b’partikuli primarji fin-nanoskala)

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

854

(RS)-3-Allil-2-metil-4-ossoċiklopent-2-enil-(1R,3R;1R, 3S)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)-ċiklopropankarbossilat (taħlita ta’ 4 iżomeri 1R trans, 1R: 1R trans, 1S: 1R ċis, 1R: 1R ċis, 1S 4:4:1:1) (d-Alletrina)

DE

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

231937-89-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

843

4-Bromo-2-(4-klorofenil)-1-etossimetil-5-trifluworometilpirrol-3-karbonitril (Klorfenapir)

PT

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

122453-73-0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

859

Polimeru tal-N-Metilmetanammina (EINECS 204-697-4) bil-(klorometil)ossiran (EINECS 203-439-8)/Klorur tal-ammonju kwaternarju polimeriku (Polimeru PQ)

HU

Polimeru

25988-97-0

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

869

Poli(ossi-1,2-etanediil),.alfa.-[2-(dideċilmetilammonjo)etil]-.omega.-idrossi-, propanoat (melħ) (Bardap 26)

IT

Polimeru

94667-33-1

 

x

 

x

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

872

Borat tal-N-Dideċil-N-dipolietossiammonju/Borat tad-dideċilpoliossetilammonju (Betaina polimerika)

EL

Polimeru

214710-34-6

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1070

Estratt tal-larinġ ħelu

Estratti u d-derivati tagħhom immodifikati fiżikament bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, eċċ., miksuba minn Citrus sinensis, Rutaceae.

CH

232-433-8

8028-48-6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1071

Estratt tat-tewm

Estratti u d-derivati tagħhom immodifikati fiżikament bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, eċċ., miksuba minn Allium sativum, Liliaceae.

AT

232-371-1

8008-99-9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1072

Brandy

għad irid jiġi deċiż (tbd)

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1073

Butir tal-karawett

BE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

1074

Ram, trab

FR

231-159-6

7440-50-8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/22


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/826

tat-23 ta’ Marzu 2022

li jikkoreġi u jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet mill-kaxxa tal-barbun tat-tbajja’

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi fih żball fil-Parti C tal-Anness V li jrid jiġi kkoreġut.

(2)

Filwaqt li l-premessa 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1160 (2) tirreferi għal “tartaruni Daniżi ankrati”, id-dispożizzjoni korrispondenti fl-anness tirreferi għat-“tartaruni Daniżi” biss. Peress li l-Artikolu 6(18) tar-Regolament (UE) 2019/1241 ma jagħmilx distinzjoni bejn it-tartaruni Daniżi u t-tartaruni Skoċċiżi/“flyshooters”, id-dispożizzjoni fl-Anness V kif inhi tista’ għalhekk tinqara bħala li tapplika b’mod skorrett kemm għat-tartaruni Daniżi ankrati kif ukoll għat-tartaruni Skoċċiżi.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1160 huwa bbażat fuq rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata fid-19 ta’ Ottubru 2020 mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Iżvezja (il-Grupp ta’ Scheveningen), li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. It-Taqsima 3.1.2 tar-rakkomandazzjoni konġunta speċifikament għamlet distinzjoni bejn it-tartarun Daniż li jerfa’ l-irkaptu tas-sajd waqt li l-bastiment ikun ankrat (sajd b’tartarun ankrat) u t-tartarun Skoċċiż, u dan jikkonferma li l-Istati Membri kellhom l-intenzjoni li l-eżenzjoni mitluba tapplika biss għat-tartaruni Daniżi ankrati.

(4)

Il-valutazzjoni tal-STECF, li kkonkludiet li mhux mistenni li l-introduzzjoni tal-eżenzjoni speċifika għat-tartaruni Daniżi jkollha xi effett sinifikanti fuq il-livell ta’ protezzjoni fiż-żona, irreferiet biss għat-“tartarun Daniż ankrat” (kodiċi tal-irkaptu SDN (3)) u mhux għat-tartaruni “Skoċċiżi” jew flyshooter/flydragger seines (kodiċi tal-irkaptu SSC  (3)).

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi kkoreġut biex jiċċara li l-eżenzjoni proposta tapplika biss għal dawk it-tartaruni Daniżi li jerfgħu l-irkaptu tas-sajd waqt li l-bastiment ikun ankrat (tartarun Daniż ankrat (kodiċi tal-irkaptu SDN)).

(6)

Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1160 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kaxxa tal-laċċ ikħal u l-kaxxa tal-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 250, 15.7.2021, p. 4).

(3)  L-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 64).


ANNESS

Il-Parti C tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1241 hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt 2.2(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom taqbeż il-221 kW u li jużaw tartaruni Daniżi li jerfgħu l-irkaptu tas-sajd waqt li l-bastiment ikun ankrat (tartarun Daniż ankrat – SDN), diment li tali bastimenti jikkonformaw mad-daqs tal-malji previst fil-punt 1.1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.”


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/827

tal-20 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Daniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(21) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Daniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 (2) fiha żbalji fl-Artikolu 6(1) u (2) li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Daniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20).


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/828

tal-25 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) 2017/2195 li jistabbilixxi gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 59(1)(c) u l-Artikolu 61(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 (2) fiha żball fl-Artikolu 12(3), il-punt (g) li jbiddel l-għan tal-obbligu tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni biex jippubblikaw informazzjoni u l-iskadenza sabiex jitwettaq dan l-obbligu.

(2)

Jenħtieġ għalhekk li l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) 2017/2195 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Iskambji Transfruntiera tal-Elettriku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6).


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/829

tal-25 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 31/96 fir-rigward tal-istituzzjonijiet eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE ġiet emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 (2), li introduċiet eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazju tas-sisa għall-isforzi tad-difiża mwettqa fi ħdan il-qafas tal-Unjoni.

(2)

L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/96 (3) jipprevedi ċertifikat ta’ eżenzjoni, li jservi biex jikkonferma li ċerta tranżazzjoni tikkwalifika għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/118/KE. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw l-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa għal sforzi ta’ difiża kif stabbilit fl-Artikolu 12(1), il-punt (ba), tad-Direttiva 2008/118/KE, dak iċ-ċertifikat jeħtieġ jiġi emendat.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 31/96 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li l-Artikolu 12(1), il-punt (ba), tad-Direttiva 2008/118/KE japplika mill-1 ta’ Lulju 2022, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għal dik id-data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 31/96 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/96 tal-10 ta’ Jannar 1996 dwar iċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 8, 11.1.1996, p. 11).


ANNESS

Image 1

Image 2

Noti ta’ spjegazzjoni

1.

Għall-magazzinier awtorizzat, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-kunsinni ta’ oġġetti lill-istituzzjonijiet/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12 (1) tad-Direttiva 2008/118/KE. Għaldaqstant, għandu jitfassal ċertifikat wieħed għal kull magazzinier. Barra minn hekk, il-magazzinier jeħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.

(a)

L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru C 164 tal-1.7.164, p. 1.7.1989.

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u jenħtieġ li tkun 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħha.

Iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni għandu jitfassal f’duplikat:

(i)

kopja waħda biex tinżamm mill-konsenjatur,

(ii)

kopja waħda li għandha takkumpanja d-dokument amministrattiv ta’ akkumpanjament

(b)

Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B għandu jiġi maqtugħ b’sing ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)

Id-dokument irid jimtela b’mod li jista’ jinqara u b’tali mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)

Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri li saret f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti, traduzzjoni trid tiġi mehmuża mill-istituzzjoni/individwu eliġibbli.

(e)

Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal f’lingwa għajr waħda rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-magazzinier, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti fil-kaxxa 5.B għandha tinhemeż mill-istituzzjoni/individwu eliġibbli.

(f)

Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li tintuża fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.

Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.

Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni tikkonferma d-dettalji fil-kaxxi 1 u 3(a) tad-dokument u tiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-istituzzjoni.

5.

(a)

Ir-referenza għall-formola tal-ordni tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) irid ikollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni għandha jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tkun ittimbrata wkoll.

(b)

L-indikazzjoni tan-Nru tas-sisa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 389/2012 (1) tal-magazzinier awtorizzat hija fakultattiva.

(c)

Il-muniti jenħtieġ li jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

6.

Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-istituzzjoni/individwu eliġibbli għandha tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq il-qbil minn awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Huwa f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti li takkwista tali qbil.

7.

Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu tal-istituzzjoni eliġibbli li titlob timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. L-istituzzjoni eliġibbli jenħtieġ li jsemmi din id-dispensa fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/830

tal-20 ta’ Mejju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fir-rigward ta’ ċerti emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(5), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-qasam tas-saħħa pubblika, l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tindirizza t-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-evitar tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Tali azzjoni għandha tkopri wkoll il-monitoraġġ, it-twissija bikrija ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih. Għal dak il-għan, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika.

(2)

Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (“IHR”) (2005) ġew adottati mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (“WHO”) fit-23 ta’ Mejju 2005 u daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/451 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea għal ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, kif ukoll emendi komplementari għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (1).

(4)

L-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, waqt il-ħamsa u sebgħin sessjoni tagħha li tibda fit-22 ta’ Mejju 2022, għandha tadotta deċiżjoni dwar l-emendar tal-Artikolu 59 tal-IHR (2005), sabiex jitqassar il-perjodu neċessarju biex jiġu emendati ulterjorment id-dispożizzjonijiet tal-IHR (2005), b’mod partikolari billi l-perjodu għad-dħul fis-seħħ tal-emendi tagħhom jitnaqqas minn erbgħa u għoxrin xahar għal tnax-il xahar, flimkien mal-emendi relatati għall-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1), li huma neċessarji biex dawk l-artikoli jinġiebu f’konformità mal-emendi previsti għall-Artikolu 59 tal-IHR (2005).

(5)

Skont l-Artikolu 60(b) tal-Kostituzzjoni tad-WHO, l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tista’ tadotta deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri tad-WHO preżenti li jkunu qed jivvutaw.

(6)

L-Unjoni tappoġġa l-objettiv li jitqassar il-perjodu neċessarju biex jiġu emendati ulterjorment id-dispożizzjonijiet tal-IHR (2005), u tqis li dawn l-emendi għall-Artikolu 59 tal-IHR (2005), kif ukoll għall-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1) tiegħu, se jippermettu li l-ħtiġijiet li qed jinbiddlu jiġu indirizzati b’mod aktar rapidu fl-oqsma koperti mill-IHR (2005).

(7)

Jixraq li tiġi stabbilita, għal materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fl-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fir-rigward tad-deċiżjoni, li l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa hija mitluba tadotta, bl-għan li jiġi emendat l-Artikolu 59 tal-IHR (2005), kif ukoll l-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1) tal-IHR (2005).

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tad-WHO, li jaġixxu b’mod konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea matul il-ħamsa u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fir-rigward ta’ emendi għall-Artikoli 59 tal-IHR (2005), u emendi relatati għall-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1) tagħhom, għandha tkun f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-aġġustamenti għall-emendi li jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li ma jipperikolawx il-kisba tal-objettiv ta’ dawk l-emendi u li ma jirriżultawx fi tqassir ulterjuri tal-perjodi ġeneralment applikabbli indikati fl-Anness, jistgħu jiġu miftiehma mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 92, 21.3.2022, p. 1.


ANNESS

A.   Amendi għall-Artikolu 59 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)

L-Unjoni tappoġġa l-emendi li ġejjin għall-Artikolu 59 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (it-test imħassar huwa fil-parenteżi kwadri u t-test il-ġdid huwa ssottolinjat):

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ; perjodu għaċ-ċaħda jew għar-riżervi

1.   Il-perjodu previst fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni tad-WHO għaċ-ċaħda ta’ dawn ir-Regolamenti [jew ta’ emenda għalihom,] jew ta’ riżerva għalihom, għandu jkun ta’ 18-il xahar mid-data tan-notifika mid-Direttur Ġenerali, dwar l-adozzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti [jew ta’ emenda għal dawn ir-Regolamenti] mill-Assemblea tas-Saħħa. Kwalunkwe ċaħda jew riżerva li tasal għand id-Direttur Ġenerali wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ma għandu jkollha l-ebda effett.

1bis.   Il-perjodu previst fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni tad-WHO għaċ-ċaħda ta’ emenda għal dawn ir-Regolamenti, jew ta’ riżerva għaliha, għandu jkun ta’ disa’ xhur mid-data tan-notifika mid-Direttur Ġenerali, dwar l-adozzjoni ta’ emenda għal dawn ir-Regolamenti mill-Assemblea tas-Saħħa. Kwalunkwe ċaħda jew riżerva li tasal għand id-Direttur Ġenerali wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ma għandu jkollha l-ebda effett.

2.   Dawn ir-Regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ 24 xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-emendi għal dawn ir-Regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ 12-il xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1bis ta’ dan l-Artikolu, għajr għal:

 

(…)

(b)

Stat li jkun għamel riżerva, li minħabba fiha dawn ir-Regolamenti jew emenda għalihom għandhom jidħlu fis-seħħ kif previst fl-Artikolu 62;

 

(…)

3.   Jekk Stat ma jkunx jista’ jaġġusta l-arranġamenti leġiżlattivi u amministrattivi domestiċi tiegħu kompletament ma’ dawn ir-Regolamenti jew ma’ emenda għalihom fil-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kif applikabbli, dak l-Istat għandu jippreżenta fil-perjodu applikabbli speċifikat fil-paragrafu 1 jew 1bis ta’ dan l-Artikolu, dikjarazzjoni lid-Direttur Ġenerali dwar l-aġġustamenti pendenti u jiksibhom mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti għal dik l-Istat Parti u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ emenda għal dawn ir-Regolamenti għal dak l-Istat Parti.

B.   Emendi għall-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1) tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)

L-Unjoni tappoġġa wkoll l-emendi tekniċi segwenti għall-Artikolu 55(3), l-Artikoli 61 u 62 u l-Artikolu 63(1) tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (it-test imħassar huwa fil-parenteżi kwadri u t-test il-ġdid huwa ssottolinjat):

Artikolu 55

Emendi

(…)

3.   L-emendi għar-Regolamenti adottati mill-Assemblea tas-Saħħa skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ bl-istess termini għall-Istati Partijiet kollha, u jkunu soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi, kif previst fl-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni tad-WHO u fl-Artikolu 59 sa 64 ta’ dawn ir-Regolamenti, soġġett għall-perjodi previsti f’dawk l-Artikoli fir-rigward ta’ emendi għal dawn ir-Regolamenti.

Artikolu 61

Ċaħda

Jekk Stat jinnotifika lid-Direttur Ġenerali dwar iċ-ċaħda tiegħu ta’ dawn ir-Regolamenti jew ta’ emenda għalihom fi żmien il-perjodu applikabbli previst fil-paragrafu1 jew 1bis tal-Artikolu 59, dawn ir-Regolamenti jew l-emenda kkonċernata ma għandhomx jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat. Kwalunkwe ftehim jew regolament internazzjonali dwar is-saħħa elenkat fl-Artikolu 58, li tali Stat diġà jkun parti għalihom għandhom jibqgħu fis-seħħ sa fejn tali Stat ikun ikkonċernat.

Artikolu 62

Riżerva

1.   L-Istati jistgħu jagħmlu riżervi għal dawn ir-Regolamenti jew għal emenda għalihom f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Tali riżervi ma għandhomx ikunu inkompatibbli mal-għan u l-iskop ta’ dawn ir-Regolamenti.

2.   Ir-riżervi għal dawn ir-Regolamenti jew għal emenda għalihom għandhom jiġu nnotifikati lid-Direttur Ġenerali f’konformità mal-paragrafi 1 u 1bis tal-Artikolu 59 u tal-Artikolu 60, mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 63 jew mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 64, skont il-każ. Stat mhux Membru tad-WHO għandu jinnotifika lid-Direttur Ġenerali dwar kwalunkwe riżerva bin-notifika tiegħu dwar l-aċċettazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti. Jenħtieġ li l-Istati li jifformulaw r-riżervi jagħtu r-raġunijiet għar-riżervi lid-Direttur Ġenerali.

3.   Ċaħda parzjali ta’ dawn ir-Regolamenti jew ta’ emenda għalihom għandha titqies bħala riżerva.

4.   Id-Direttur Ġenerali għandu, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 65, joħroġ notifika ta’ kull riżerva li jirċievi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Id-Direttur Ġenerali għandu:

 

(…)

(c)

jekk ir-riżerva tkun saret għal emenda għal dawn ir-Regolamenti, jitlob lill-Istati Partijiet jinnotifikawh fi żmien tliet xhur bi kwalunkwe oġġezzjoni għar-riżerva. L-Istati Partijiet li joġġezzjonaw għal riżerva għal emenda għal dawn ir-Regolamenti jenħtieġ li jagħtu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni lid-Direttur Ġenerali.

L-Istati li joġġezzjonaw għal riżerva jenħtieġ li jagħtu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni lid-Direttur Ġenerali.

5.   Wara dan il-perjodu, id-Direttur Ġenerali għandu jinnotifika lill-Istati Partijiet kollha dwar l-oġġezzjonijiet li jkun irċieva fir-rigward tar-riżervi. Fil-każ li ssir riżerva għal dawn ir-Regolamenti, [S]sakemm ma ssirx oġġezzjoni għal riżerva minn terz tal-Istati msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sa tmiem sitt xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din għandha titqies bħala aċċettata u dawn ir-Regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istat li jagħmel ir-riżerva, soġġett għar-riżerva. Fil-każ li ssir riżerva għal emenda għal dawn ir-Regolamenti, sakemm ma ssirx oġġezzjoni għal riżerva minn terz tal-Istati msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sa tmiem tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din għandha titqies bħala aċċettata u l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Istat li jagħmel ir-riżerva, soġġett għar-riżerva.

6.   Jekk mill-inqas terz tal-Istati msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu joġġezzjonaw għar-riżerva għal dawn ir-Regolamenti sa tmiem sitt xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu[,] jew, fil-każ li ssir riżerva għal emenda għal dawn ir-Regolamenti sa tmiem tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, id-Direttur Ġenerali għandu jinnotifika lill-Istat li jagħmel ir-riżerva bil-ħsieb li dan tal-aħħar jikkunsidra li jirtira r-riżerva fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika mid-Direttur Ġenerali.

(…)

9.   Id-Direttur Ġenerali għandu jippreżenta r-riżerva, u jekk applikabbli, il-fehmiet tal-Kumitat ta’ Reviżjoni, lill-Assemblea tas-Saħħa għall-kunsiderazzjoni tagħha. Jekk l-Assemblea tas-Saħħa, b’vot ta’ maġġoranza, toġġezzjona għar-riżerva għar-raġuni li din tkun inkompatibbli mal-għan u l-iskop ta’ dawn ir-Regolamenti, ir-riżerva ma għandhiex tiġi aċċettata u dawn ir-Regolamenti jew emenda għalihom għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istat li jagħmel ir-riżerva biss wara li dan jirtira r-riżerva tiegħu skont l-Artikolu 63. Jekk l-Assemblea tas-Saħħa taċċetta r-riżerva, dawn ir-Regolamenti jew emenda għalihom għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istat li jagħmel ir-riżerva, soġġett għar-riżerva tiegħu.

Artikolu 63

Irtirar ta’ ċaħda u ta’ riżerva

1.   Ċaħda li ssir skont l-Artikolu 61 tista’, fi kwalunkwe ħin, tiġi rtirata minn Stat billi jinnotifika lid-Direttur Ġenerali. F’tali każijiet, dawn ir-Regolamenti jew emenda għalihom, kif applikabbli, għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat mal-wasla tan-notifika għand id-Direttur Ġenerali, għajr meta l-Istat jagħmel riżerva meta jirtira ċ-ċaħda tiegħu. F’dan il-każ, dawn ir-Regolamenti jew emenda għalihom, kif applikabbli, għandhom jidħlu fis-seħħ kif previst fl-Artikolu 62. Dawn ir-Regolamenti fl-ebda każ ma għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat qabel 24 xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 59 u fl-ebda każ ma għandha tidħol fis-seħħ emenda għal dawn ir-Regolamenti fir-rigward ta’ dak l-Istat qabel 12-il xahar wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1bis tal-Artikolu 59.

(…)


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/831

tat-23 ta’ Mejju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit mill-Ftehim ŻEE (“il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness I għall-Ftehim ŻEE, li fih dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għaldaqstant„ l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda għall-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55).


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/300 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE, li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Din id-Deċiżjoni għaldaqstant ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 59 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:

‘60.

32019 D 0300: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Meta l-Kummissjoni tidentifika sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li fiha Stat tal-EFTA jkun ikkonċernat direttament u jistabbilixxi unità ta’ kriżi f’konformità mal-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-koordinatur(i) ta’ kriżi maħtur(a) mill-Istat tal-EFTA direttament ikkonċernat u l-koordinatur ta’ kriżi maħtur mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-unità ta’ kriżi.”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 47a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011) tal-Kapitolu II:

‘47b.

32019 D 0300: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/300 tad-19 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Meta l-Kummissjoni tidentifika sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li fiha Stat tal-EFTA jkun ikkonċernat direttament u jistabbilixxi unità ta’ kriżi skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-koordinatur(i) ta’ kriżi maħtur(a) mill-Istat tal-EFTA direttament ikkonċernat u l-koordinatur ta’ kriżi maħtur mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-unità ta’ kriżi.”

3.

It-test tal-punti 31 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I u l 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/478/KE) tal-Kapitolu II jitħassar.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/300 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li ser jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […].

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)   ĠU L 50, 21.2.2019, p. 55.

(*)  [Ma huwa indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.]


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/832

tal-24 ta’ Mejju 2022

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar 18-il membru, kif ukoll membri supplenti, għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal perijodu ta’ tliet snin. Għal kull mandat, il-membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kunsill jridu jirrappreżentaw tmintax-il Stat Membru fl-ordni tal-Presidenzi b’rotazzjoni, membru wieħed u membri supplenti wieħed maħtura minn kull Stat Membru kkonċernat.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi wkoll li il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija jinħatru b’tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u firxa wiesgħa ta’ kompetenzi rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jenħtieġ li l-mira tkun rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

(3)

Il-Gvernijiet tal- Ungerija, il-Polonja, id-Danimarka, Ċipru, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovakkja, Malta, l-Estonja, il-Bulgarija, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Finlandja ippreżentaw nomini lill-Kunsill għall-membri u l-membri supplenti li jridu jinħatru fil-Bord ta’ Tmexxija għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bħala membri u membri supplenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025 biex jirrappreżentaw l-Istati Membri kkonċernati:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Membru Supplenti

Ungerija

Is-Sa Brigitta GYEBNÁR

Is-Sa Rita NAGYLAKI

Polonja

Is-Sur Paweł KOSMULSKI

Is-Sa Karolina MICHALCZYK

Danimarka

Is-Sa Kira UITTERDIJK APPEL

Is-Sur Jeppe HOLM NIELSEN

Ċipru

Is-Sur Stavros CHRISTOFI

Is-Sur Alexandros ALEXANDROU

Irlanda

Is-Sa Jane Ann DUFFY

Is-Sa Deirdre NÍ NÉILL

Litwanja

Is-Sa Jolanta SAKALAUSKIENĖ

Is-Sa Greta TUMĖNIENĖ

Greċja

Is-Sa Eleni NTALAKA

Is-Sa Sophia NIKOLAOU

Italja

Is-Sa Laura MENICUCCI

Is-Sur Stefano PIZZICANNELLA

Latvja

Is-Sa Ieva JUHŅĒVIČA

Is-Sa Agnese GAILE

Lussemburgu

Is-Sa Maryse FISCH

Is-Sa Valérie DEBOUCHÉ

Netherlands

Is-Sa Esther VAN DIJK

Is-Sur Michael NINABER VAN EIJBEN

Slovakkja

Is-Sa Zuzana BRIXOVÁ

Is-Sur Ján TOMAŠTÍK

Malta

Is-Sa Annalise DESIRA

Is-Sa Sasha Na Jeong FARRUGIA

Estonja

Is-Sa Lee MARIPUU

Is-Sa Eva Liina KLIIMAN

Bulgarija

Is-Sa Irina IVANOVA

Is-Sa Mila NIKOLOVA

Awstrija

Is-Sa Jacqueline NIAVARANI

Is-Sa Katja GERSTMANN

Rumanija

Is-Sur Dan MOLDOVAN

Is-Sa Maria ULICAN

Finlandja

Is-Sa Tanja AUVINEN

Is-Sa Eeva RAEVAARA

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brusell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FESNEAU


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/833

tal-24 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ April 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2022/16) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2017, Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.

(3)

Il-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2), u Národná banka Slovenska estenda l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. għas-sena finanzjarja 2021.

(4)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 (3). Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022.

(5)

Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. sas-snin finanzjarji 2022 u 2023. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o.

(6)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit s.r.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2022 u 2023.

(7)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (4) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“16.   Deloitte Audit s.r.o. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2022 u 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)   ĠU C 160, 13.4.2022, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 tal-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (ĠU L 255, 16.7.2021, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/834

tal-25 ta’ Mejju 2022

skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar miżura meħuda minn Franza rigward l-irtirar mis-suq ta’ ċerti ċilindri tal-gass manifatturati minn Xinchang Burong Machinery Co. Ltd qabel il-31 ta’ Ottubru 2019

(notifikata bid-dokument C(2022) 3372)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’Awwissu 2019, l-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq investigat il-każ ta’ ċilindru tal-pressjoni manifatturat minn Xinchang Burong Machinery Co. Ltd (iċ-Ċina) bħala parti mis-sorveljanza tas-suq ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr imwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 16 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/35/UE. Iċ-ċilindru ġie importat u mqassam minn VZ Trend Goods GmbH (il-Ġermanja) u minn Alsino GmbH (il-Ġermanja) u mibjugħ online minn www.amazon.fr (Franza) bit-trademark “PARTY FACTORY”.

(2)

L-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq eżaminat il-każ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-manifattura u t-tqegħid fis-suq, kif stabbilit fit-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fl-istandard EN ISO 11118: 2015 u fl-Artikoli 4 u 6 tad-Direttiva 2010/35/UE. L-eżami ħareġ fid-dieher li l-prodott ma saritlu l-ebda valutazzjoni tal-konformità u li wera markatura Pi irregolari. Barra minn hekk, il-manifattur la kellu ċ-ċertifikati għall-ispezzjonijiet u għat-testijiet inizjali u lanqas ma kellu ċ-ċertifikati għas-superviżjoni tal-manifattura meħtieġa skont is-subtaqsimiet 1.8.7.3 u 1.8.7.4 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

(3)

Ċilindru mixtri b’mod anonimu ġie ttestjat mill-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq. Ir-rapport tat-test numru 2019-6-RSPT-XBN-V2 ħareġ fid-dieher għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità, kif ukoll difett fiżiku li seta’ ipperikola saħħet l-utenti u s-sikurezza tagħhom.

(4)

Nuqqas ta’ konformità identifikat mir-rapport tat-test kien marbut mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2010/35/UE, b’mod partikolari, li ċ-ċertifikat tal-konformità tal-prodott ma kienx indika l-isem u l-indirizz fejn l-importatur seta’ jiġi kkuntattjat, u dan b’hekk tellef lid-distributuri milli jikkonformaw mal-obbligu li jqiegħdu fis-suq biss apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr akkumpanjat miċ-ċertifikat ta’ konformità u l-indirizz fejn l-importatur seta’ jiġi kkuntattjat, previst mill-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Nuqqas ta’ konformità ieħor identifikat mir-rapport tat-test kien li ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip taċ-ċilindru, maħruġ mill-korp notifikat Technická inšpekcia (is-Slovakkja) fid-9 ta’ Novembru 2018 bin-numru 602/5/2018, ma inkludiex lista sħiħa tal-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-paragrafu 1.8.7.2.3 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

(6)

Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip numru 602/5/2018 ma indikax l-elju fost il-gassijiet li għalihom kien ġie approvat il-valv taċ-ċilindru. Għalhekk, iċ-ċilindru ma kellux jimtela bl-elju.

(7)

Il-markatura mwaħħla fuq iċ-ċilindru mill-manifattur ma kinitx tikkonforma mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/35/UE fir-rigward tal-forma fiżika tas-simbolu tal-ittra Griega Pi. Lanqas ma kienet konformi mar-rekwiżiti fis-subtaqsima 6.2.2.8 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE jew mal-paragrafu 12.2.2 tal-istandard EN ISO 11118: 2015 dwar l-għoli tas-simbolu Pi u tal-kliem “TERĠAX TIMLA”. Barra minn hekk, il-markatura ma kinitx tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6.2.2.7.2 sa 6.2.2.7.4 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE, jew mal-istandard EN ISO 11118: 2015 dwar l-informazzjoni li trid tintwera. B’mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pressjoni tat-tħaddim kienet nieqsa, u l-istandard tar-referenza u n-numru tal-korp notifikat ġie indikat ħażin. Id-daqs tat-tikketta għal “gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi” kien ukoll iżgħar minn dak stabbilit fil-paragrafu 5.2.2.2.1.1.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE.

(8)

Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet ta’ konformità b’rabta mal-markatura fuq il-pakkett, b’mod partikolari markatura CE, li mhix awtorizzata mid-Direttiva 2010/35/UE, u ppreżentat ukoll numru ħażin tal-korp notifikat.

(9)

Iċ-ċilindru ttestjat kellu xaqq fil-qiegħ tal-għonq, fl-issaldjar. Depożitu ta’ kristalli indika li kien hemm tnixxija.

(10)

L-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq għarrfet lill-importatur u lid-distributur rigward in-nuqqasijiet ta’ konformità osservati matul l-investigazzjoni. Madankollu, ma ngħatat l-ebda tweġiba xierqa minn dawk l-operaturi ekonomiċi.

(11)

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, inħareġ ċertifikat ta’ approvazzjoni ġdid mill-korp notifikat Technická inšpekcia (is-Slovakkja).

(12)

F’konformità mal-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2010/35/UE, l-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq irtirat b’mod provviżorju mis-suq iċ-ċilindri manifatturati qabel il-31 ta’ Ottubru 2019 u notifikat il-miżura lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata fit-3 ta’ Jannar 2020.

(13)

Fit-23 ta’ Jannar 2020, l-Aġenzija Żvediża għall-Kontinġenzi Ċivili oġġezzjonat kontra waħda mis-sejbiet tar-rapport tat-test imfassal mill-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq. L-oġġezzjoni skattat l-applikazzjoni tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2010/35/UE, skont liema l-Kummissjoni trid tadotta deċiżjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

(14)

Fil-15 ta’ April 2021, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri, lill-manifattur u lill-importaturi biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom dwar il-każ, b’mod partikolari rigward l-adegwatezza tal-miżura adottata mill-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq u r-riskju kkawżat mill-prodott.

(15)

Fl-10 ta’ Ġunju 2021, il-każ ġie ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva tal-Awtoritajiet tas-Sorveljanza tas-Suq, stabbilit f’konformità mal-Artikolu 28(b) tad-Direttiva 2010/35/UE. Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat il-każ lill-Grupp ta’ Esperti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi, stabbilit f’konformità mal-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/68/KE.

(16)

Sitt Stati Membri però l-ebda operatur ekonomiku ressqu kontribuzzjonijiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni. L-opinjonijiet imressqa lill-Kummissjoni kkonfermaw li l-prodott jippreżenta nuqqasijiet ta’ konformità fir-rigward tal-imballaġġ, tad-dokumentazzjoni, tal-immarkar u tat-tikkettar, tal-ispezzjoni u tat-test inizjali, u tas-superviżjoni tal-manifattura. Barra minn hekk, iċ-ċilindru ħoloq riskju ċar għas-sikurezza tal-utenti. L-ebda Stat Membru qies li l-miżura adottata mill-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq ma kinitx iġġustifikata.

(17)

L-eżami tal-evidenza pprovduta mill-Awtorità Franċiża tas-Sorveljanza tas-Suq jikkonferma li ċ-ċilindri tal-elju msemmija hawn fuq jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2008/68/KE u fid-Direttiva 2010/35/UE. Għalhekk, dawn iċ-ċilindri tal-elju jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza tal-utenti u jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq.

(18)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda minn Franza, li tikkonsisti fl-irtirar mis-suq taċ-ċilindru tal-gass tat-tip BR1C, manifatturat minn Xinchang Burong Machinery Co. Ltd qabel il-31 ta’ Ottubru 2019 u li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

tip ta’ ċilindru: ma jistax jerġa’ jimtela,

mimli bil-gass: UN 1046 — ELJU, KUMPRESSAT,

pressjoni tat-tħaddim: PW = 12 bar,

test tal-pressjoni idrawlika: PW = 28 bar,

medda tat-temperatura: TS= -20/+60 °C,

volum: V = 0,75 l

hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(3)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/835

tal-25 ta’ Mejju 2022

dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Primer Stain TIP f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 3379)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ April 2016, il-kumpanija Lanxess Deutschland GmbH (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lil Franza għar-rikonoxximent reċiproku b’mod parallel f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-prodott bijoċidali Primer Stain TIP (“il-prodott bijoċidali”). Il-prodott bijoċidali huwa preżervattiv tal-injam tat-tip tal-prodotti 8 maħsub biex jintuża għat-trattament preventiv kontra l-fungi li jiskuluraw l-injam, il-bażidjomiċeti li jeqirdu l-injam u ħanfus li jtaqqab l-injam (larvae). Il-prodott jista’ jiġi applikat permezz ta’ pniezel u rollers jew tat-tgħaddis awtomatizzat, jew ta’ tgħaddis manwali jew ta’ tixrib mekkanizzat u s-sustanzi attivi li fih huma tebukonażol, IPBC u permetrina. Il-Ġermanja hija l-Istat Membru ta’ referenza responsabbli mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fit-28 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Franza rreferiet xi oġġezzjonijiet lill-grupp ta’ koordinazzjoni, li jindikaw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti mill-Ġermanja ma jiżgurawx li l-prodott bijoċidali jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. Franza hija tal-fehma li sabiex jiġi żgurat l-immaniġġar sikur tal-prodott bijoċidali, l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali li jikkonsisti minn ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz ta’ pniezel u rollers u tat-tgħaddis awtomatizzat, l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali li jikkonsisti minn ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u jikkonsisti minn coverall li tkun mill-inqas tat-tip 6, kif speċifikat fl-Istandard Ewropew EN 13034, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz tat-tgħaddis manwali u t-tixrib mekkanizzat, u l-ilbies ta’ ingwanti reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 huwa meħtieġ għall-ipproċessar manwali sussegwenti tal-injam li jkun għadu kif ġie ttrattat. Skont Franza, l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (2), bħala sostituzzjoni possibbli għall-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali ma tiżgurax protezzjoni adegwata jekk dawk il-miżuri ma jkunux speċifikati u evalwati fil-valutazzjoni tal-prodott bijoċidali.

(3)

Il-Ġermanja hija tal-fehma li d-Direttiva 98/24/KE tistabbilixxi l-ordni ta’ preferenza ta’ miżuri diversi ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tipprijoritizza l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi fuq l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali għall-użu tal-prodott bijoċidali. Skont il-Ġermanja, fil-qafas ta’ dik id-Direttiva l-impjegatur irid jiddeċiedi liema miżuri tekniċi u organizzattivi iridu jiġu applikati, u peress li hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri bħal dawn, mhuwiex fattibbli li jiġu deskritti u evalwati l-miżuri fl-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali.

(4)

Billi ma ntlaħaqx qbil mill-grupp ta’ koordinazzjoni, fit-28 ta’ Ottubru 2020 il-Ġermanja rreferiet l-oġġezzjoni mhux riżolta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. B’hekk ipprovdiet dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li tispjega fid-dettall il-kwistjoni li l-Istati Membri ma setgħux jaqblu dwarha u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta’ qbil. Dik id-dikjarazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri kkonċernati u lill-applikant.

(5)

Il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprevedi li dak ir-Regolament irid ikun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (3) u d-Direttiva 98/24/KE.

(6)

Il-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 bħala wieħed mill-kriterji għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni jindika li l-prodott bijoċidali ma jkollu l-ebda effett mhux aċċettabbli hu nnifsu, jew bħala riżultat tar-residwi tiegħu, fuq is-saħħa tal-bniedem.

(7)

Il-punt 9 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jiddikjara li l-applikazzjoni tal-prinċipji komuni stabbiliti f’dak l-Anness għall-evalwazzjoni tad-dossiers għall-prodotti bijoċidali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament, meta jitqiesu flimkien mal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 19 tiegħu, trid twassal lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-Kummissjoni biex jiddeċiedu jekk prodott bijoċidali għandux jiġi awtorizzat jew le. Tali awtorizzazzjoni tista’ tinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu tal-prodott bijoċidali jew kundizzjonijiet oħra.

(8)

Il-punt 18(d) tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jiddikjara li l-valutazzjoni tar-riskju fuq il-prodott issir biex tiddetermina l-miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-bnedmin, l-annimali u l-ambjent, kemm matul l-użu normali propost tal-prodott bijoċidali kif ukoll f’sitwazzjoni realistika tal-agħar każ possibbli.

(9)

Il-punt 56(2) tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jindika li fl-istabbiliment tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament, waħda mill-konklużjonijiet li l-korp ta’ evalwazzjoni irid jagħmel hija li l-prodott bijoċidali jista’ jikkonforma mal-kriterji, soġġett għal kundizzjonijiet/restrizzjonijiet speċifiċi.

(10)

Il-punt 62 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jiddikjara li l-korp ta’ evalwazzjoni irid, fejn ikun il-każ, jikkonkludi li jista’ jkun hemm konformità mal-kriterju taħt il-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament fil-każ biss tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni inkluż it-tfassil ta’ proċessi ta’ ħidma, tal-kontrolli tal-inġinerija, tal-użu ta’ tagħmir u materjali adatti, tal-applikazzjoni ta’ miżuri kollettivi ta’ protezzjoni u, fejn ma jkunx jista’ jiġi prevenut l-esponiment b’mezzi oħra, tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni individwali inkluż l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali bħalma huma r-respiraturi, il-maskri tan-nifs, l-overalls, l-ingwanti u n-nuċċalijiet, sabiex inaqqsu l-esponiment għall-operaturi professjonali.

(11)

Madankollu, il-punt 62 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma jipprevedix li l-valutazzjoni li twassal għall-konklużjoni li l-kriterju fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi rrispettat biss bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni trid issir f’konformità mad-Direttiva 98/24/KE. Lanqas ma jipprevedi b’mod espliċitu li dik id-Direttiva ma tkunx tapplika. Għalhekk, jenħtieġ li minn dawk id-dispożizzjonijiet ma jiġix inferit li d-Direttiva 98/24/KE ma tapplikax. Barra minn hekk, l-obbligi rilevanti skont id-Direttiva 98/24/KE huma imposti fuq l-impjegaturi u mhux fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(12)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/24/KE jipprevedi li għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema li jirriżulta mill-preżenza ta’ aġenti kimiċi, l-impjegaturi għandhom jiksbu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mingħand il-fornitur jew minn sorsi oħra faċilment disponibbli u li fejn xieraq, dik l-informazzjoni trid tinkludi l-valutazzjoni speċifika dwar ir-riskju għall-utenti stabbilita abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-aġenti kimiċi.

(13)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/24/KE jistabbilixxi l-prijoritizzazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-impjegaturi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol. Għandha tingħata prijorità lis-sostituzzjoni tas-sustanza perikoluża u meta dan ma jkunx possibbli, ir-riskju minn aġent kimiku perikoluż għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol jeħtieġ li jitnaqqas kemm jista’ jkun billi jiġu applikati miżuri ta’ protezzjoni u prevenzjoni. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi prevenut l-esponiment għas-sustanza perikoluża b’mezzi oħra, il-protezzjoni tal-ħaddiema trid tiġi żgurata bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni individwali inkluż it-tagħmir protettiv personali.

(14)

Meta tqiesu l-metodi ta’ applikazzjoni tal-prodott bijoċidali u l-informazzjoni disponibbli mill-korp ta’ evalwazzjoni, ma ġew identifikati l-ebda miżuri tekniċi jew organizzattivi ta’ dan it-tip, la fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali u lanqas matul l-evalwazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni.

(15)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prodott bijoċidali jissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dment li l-kundizzjoni li ġejja dwar l-użu tiegħu tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni u fuq it-tikketta tal-prodott bijoċidali: “L-ilbies ta’ ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz ta’ pniezel u rollers u tat-tgħaddis awtomatizzat, l-ilbies ta’ ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u jikkonsisti minn coverall li tkun mill-inqas tat-tip 6, kif speċifikat fl-Istandard Ewropew EN 13034, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz tat-tgħaddis manwali u t-tixrib mekkanizzat, u l-ilbies ta’ ingwanti reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) huwa meħtieġ għall-ipproċessar manwali sussegwenti tal-injam li jkun għadu kif ġie ttrattat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-impjegaturi tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol”.

(16)

Madankollu, jekk l-applikant għall-awtorizzazzjoni jidentifika miżuri tekniċi jew organizzattivi effettivi u l-awtorità tal-awtorizzazzjoni taqbel li miżuri bħal dawn jwasslu għal livell ekwivalenti jew ogħla ta’ tnaqqis tal-esponiment, jew l-awtorità tal-awtorizzazzjoni nifisha tidentifika miżuri li jwasslu għal livell ekwivalenti jew ogħla ta’ tnaqqis tal-esponiment, jenħtieġ li dawk il-miżuri jissostitwixxu l-ilbies ta’ tagħmir protettiv personali u jenħtieġ li jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni u fuq it-tikketta tal-prodott bijoċidali.

(17)

Fil-15 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-applikant li jipprovdi l-kummenti tiegħu bil-miktub f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikant ma ipprovdix kummenti.

(18)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodott bijoċidali identifikat bin-numru tal-każ BC-NF023903-46 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali jissodisfa l-kundizzjoni stipulata fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dment li l-kundizzjoni li ġejja dwar l-użu tiegħu tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni u fuq it-tikketta tal-prodott bijoċidali: “L-ilbies ta’ ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz ta’ pniezel u rollers u tat-tgħaddis awtomatizzat, l-ilbies ta’ ingwanti reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u jikkonsisti minn coverall li tkun mill-inqas tat-tip 6, kif speċifikat fl-Istandard Ewropew EN 13034, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni permezz tat-tgħaddis manwali u t-tixrib mekkanizzat, u l-ilbies ta’ ingwanti reżistenti għall-kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) huwa meħtieġ għall-ipproċessar manwali sussegwenti tal-injam li jkun għadu kif ġie ttrattat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-impjegaturi tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.”

Madankollu, fejn l-applikant għall-awtorizzazzjoni jidentifika miżuri tekniċi jew organizzattivi effettivi u l-awtorità tal-awtorizzazzjoni taqbel li miżuri bħal dawn jiksbu livell ekwivalenti jew ogħla ta’ tnaqqis tal-esponiment ekwivalenti għat-tnaqqis miksub bl-użu ta’ tagħmir protettiv msemmi fl-ewwel paragrafu, jew l-awtorità tal-awtorizzazzjoni nifisha tidentifika li miżuri bħal dawn jwasslu għal livell ekwivalenti jew ogħla ta’ tnaqqis tal-esponiment għat-tnaqqis miksub bl-użu ta’ tagħmir protettiv msemmi fl-ewwel paragrafu, dawk il-miżuri għandhom jintużaw minflok it-tagħmir protettiv personali u għandhom jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni u fuq it-tikketta tal-prodott bijoċidali. F’dak il-każ l-obbligu li tiġi inkluża l-kundizzjoni dwar l-użu tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).


Rettifika

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/53


Rettifika tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Mejju 2022

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 140 tad-19 ta’ Mejju 2022 )

Din il-pubblikazzjoni għandha titqies nulla u bla effett.