ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
24 ta' Mejju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/803 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq rigward il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data  ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/804 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji ( 1 )

7

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/805 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/806 tat-23 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u u li jimponi d-dazji anti-dumping definittivi u d-dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu miġjuba lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/807 tat-23 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/808 tat-23 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak ( 1 )

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/809 tat-23 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/810 tat-23 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

42

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/811 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) għas-sena finanzjarja 2020 (SRB/PS/2022/03)

44

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/803

tas-16 ta’ Frar 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq rigward il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 38k(10),

Billi:

(1)

Minħabba d-dimensjoni transfruntiera tat-trattament tad-data tas-suq, il-kwalità tad-data u l-ħtieġa li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, u biex jiġi evitat l-impatt negattiv tad-diverġenzi potenzjali kemm fuq il-kwalità tad-data kif ukoll fuq il-kompitu tal-fornituri ta’ rapportar tad-data, ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ittrasferixxa s-setgħat ta’ awtorizzazzjoni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data (data reporting services providers, “DRSPs”) fl-Unjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, “ESMA”).

(2)

Huwa xieraq li jiġu speċifikati r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali mill-ESMA fir-rigward tad-DRSPs fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni tagħha. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistabbilixxi li dawk ir-regoli ta’ proċedura jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, il-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali.

(3)

Meta l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji ta’ eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar tar-rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal tal-investigazzjoni indipendenti fl-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. Malli titlesta l-investigazzjoni, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni l-opportunità li tinstema’. Dan ifisser li l-persuna jenħtieġ li jkollha d-dritt li tagħmel kummenti bil-miktub f’limitu ta’ żmien raġonevoli ta’ mhux inqas minn erba’ ġimgħat qabel l-uffiċjal tal-investigazzjoni jippreżenta s-sejbiet tiegħu quddiem l-ESMA. Il-persuna soġġetta għall-investigazzjoni jenħtieġ li titħalla tiġi assistita minn konsulent tal-għażla tagħha. L-uffiċjal tal-investigazzjoni jenħtieġ li jqis, jekk, bħala riżultat tas-sottomissjonijiet li jkunu saru mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni, ikunx meħtieġ li tiġi emendata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet qabel jippreżentaha quddiem l-ESMA.

(4)

L-ESMA jenħtieġ li tivvaluta l-kompletezza tal-fajl ippreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ dokumenti. Biex jiġi żgurat li l-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha b’mod adegwat, qabel tadotta deċiżjoni finali fir-rigward ta’ multi jew miżuri superviżorji, l-ESMA jenħtieġ li tagħtihom id-dritt li jipprovdu aktar kummenti bil-miktub.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuni jikkooperaw ma’ investigazzjoni, l-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tieħu ċerti miżuri koerċittivi. Meta l-ESMA tkun ħadet deċiżjoni li tirrikjedi lil persuna ttemm każ ta’ ksur, jew tkun talbet li tipprovdi informazzjoni kompluta jew li tippreżenta rekords, data jew xi materjal ieħor kompluti, jew tkun ħadet deċiżjoni li tagħmel spezzjoni fil-post, din tista’ timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali biex il-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tiġi mġiegħla tikkonforma mad-deċiżjoni meħuda. Qabel timponi l-pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ESMA jenħtieġ li tagħti lill-persuna l-opportunità li tipprovdi sottomissjonijiet bil-miktub.

(6)

Id-dritt tad-difiża jenħtieġ li jitqies skont il-ħtieġa, f’ċirkostanzi speċifiċi, għal azzjoni urġenti mill-ESMA. Meta azzjoni urġenti skont l-Artikolu 38 l tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun iġġustifikata, id-dritt ta’ difiża tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni jenħtieġ li ma jkunx ta’ impediment għall-ESMA milli tieħu miżuri urġenti. F’każ bħal dan, biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti fis-sistema finanzjarja, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim mingħajr ma tagħti lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni l-opportunità li tagħmel sottomissjonijiet. L-ESMA jenħtieġ li tagħti lill-persuna l-opportunità li tinstema’ mill-aktar fis possibbli wara li tadotta d-deċiżjoni interim u qabel ma tiġi adottata deċiżjoni ta’ konferma. Madankollu, il-proċedura jenħtieġ li tagħti d-dritt tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni li tinstema’ minn qabel mill-uffiċjal tal-investigazzjoni.

(7)

Il-fajls imħejjija mill-ESMA u mill-uffiċjal tal-investigazzjoni fihom informazzjoni li hija indispensabbli għall-persuna kkonċernata fit-tħejjija għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. Wara li persuna soġġetta għal investigazzjoni tkun irċeviet in-notifika ta’ dikjarazzjoni ta’ sejba jew mill-uffiċjal tal-investigazzjoni jew mill-ESMA, il-persuna jenħtieġ li għalhekk tkun intitolata li jkollha aċċess għall-fajl soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. L-użu tad-dokumenti tal-fajl aċċessati jenħtieġ li jkun permess biss għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi fir-rigward ta’ ksur tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(8)

Kemm is-setgħa li jiġu imposti multi kif ukoll pagamenti perjodiċi ta’ penali u s-setgħa li jiġu infurzati multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jkunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u għall-infurzar ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni applikabbli għall-impożizzjoni u għall-infurzar ta’ penali fuq l-entitajiet taħt superviżjoni u l-esperjenza tal-ESMA fl-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.

(9)

Biex l-ESMA tiżgura s-salvagwardjar tal-multi u tal-penali perjodiċi miġbura, l-ESMA jenħtieġ li tiddepożitahom f’kontijiet bl-imgħax li jinfetħu esklużivament għall-fini ta’ multa waħda jew fuq pagamenti perjodiċi ta’ penali mmirati lejn it-tmiem ta’ ksur wieħed. Bħala kwistjoni ta’ prudenza baġitarja, l-ESMA jenħtieġ li tittrasferixxi biss l-ammonti lill-Kummissjoni ladarba d-deċiżjonijiet ikunu finali minħabba li d-drittijiet ta’ appell ikunu ġew eżawriti jew skadew.

(10)

Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas superviżorju l-ġdid għad-DRSPs, kif introdott fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2175, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’mod urġenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data”, jew “DRSP”, tfisser arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat jew mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fl-Artikolu 2(1)(34) u fl-Artikolu 2(1)(36) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 2

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-uffiċjal tal-investigazzjoni

1.   Mat-tlestija ta’ investigazzjoni ta’ ksur potenzjali tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u qabel il-preżentazzjoni tal-fajl quddiem l-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 38k(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jinforma lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni bil-miktub billi jiddikjara s-sejbiet tiegħu u għandu jagħti lill-persuna l-opportunità li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub skont il-paragrafu 3. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) ta’ (UE) Nru 600/2014, inkluż valutazzjoni tan-natura u s-serjetà ta’ dak il-ksur, filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38 g(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli għall-persuna soġġetta għal investigazzjoni biex tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. F’investigazzjonijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 5, dan il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun obbligat iqis sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

3.   Fis-sottomissjonijiet bil-miktub, il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tistabbilixxi l-fatti kollha li jkunu rilevanti għad-difiża tagħha, u għandha, jekk ikun possibbli, tehmeż dokumenti bħala prova tal-fatti stabbiliti. Il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tipproponi li l-uffiċjal tal-investigazzjoni jisma’ persuni oħrajn li jistgħu jikkorroboraw il-fatti stabbiliti fis-sottomissjonijiet tal-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

4.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jistieden persuna soġġetta għal investigazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata dikjarazzjoni tas-sejbiet biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għal investigazzjoni jistgħu jiġu assistiti minn konsulent tal-għażla tagħhom. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

Artikolu 3

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-ESMA fir-rigward tal-multi u l-miżuri superviżorji

1.   Il-fajl komplut li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-ESMA għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

(a)

id-dikjarazzjoni tas-sejbiet u kopja tagħha indirizzata lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni;

(b)

kopja tas-sottomissjonijiet bil-miktub mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni;

(c)

il-minuti ta’ kwalunkwe seduta ta’ smigħ orali.

2.   Meta fajl ma jkunx komplut, l-ESMA għandha tagħmel talba motivata għal dokumenti addizzjonali lill-uffiċjal tal-investigazzjoni.

3.   Meta l-ESMA tqis li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni ma jikkostitwixxux ksur tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, din għandha tiddeċiedi li tagħlaq il-każ u għandha tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

4.   Meta l-ESMA ma taqbilx mas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni, din għandha tippreżenta dikjarazzjoni ġdida tas-sejbiet lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li fih il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tkun tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tadotta deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta’ multa f’konformità mal-Artikoli 38 g u 38h tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

5.   Meta l-ESMA taqbel mas-sejbiet kollha tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jew ma’ xi wħud minnhom, din għandha tinforma lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni dwar dan. Tali komunikazzjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas ġimagħtejn f’każ li l-ESMA taqbel mas-sejbiet kollha, u mill-inqas erba’ ġimgħat f’każ li l-ESMA taqbel ma’ xi wħud mis-sejbiet, f’liema perjodu l-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tadotta deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta’ multa f’konformità mal-Artikoli 38 g u 38h tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

6.   L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata dikjarazzjoni tas-sejbiet biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tiġi assistita minn konsulent tal-għażla tagħha. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

7.   Meta l-ESMA tiddeċiedi li wieħed jew aktar mill-ksur tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ikun sar minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tkun adottat deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-Artikolu 38h ta’ dan ir-regolament, din għandha tinnotifika immedjatament din id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

Artikolu 4

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-ESMA fir-rigward tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikolu 38i tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA għandha tippreżenta dikjarazzjoni tas-sejbiet quddiem il-persuna soġġetta għall-proċedimenti li tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ pagament perjodiku ta’ penali u l-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li fih il-persuna soġġetta għall-proċedimenti tkun tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tiddeċiedi dwar il-pagament perjodiku ta’ penali.

2.   Ladarba d-DRSP jew il-persuna soġġetta għall-proċedimenti jkunu kkonformaw mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 38i(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ma għandux jiġi impost aktar pagament perjodiku ta’ penali.

3.   Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 38i(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandha tindika l-bażi ġuridika u r-raġunijiet għad-deċiżjoni, l-ammont u d-data tal-bidu tal-pagament perjodiku ta’ penali.

4.   L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuna soġġetta għall-proċedimenti tista’ tiġi assistita minn konsulent tal-għażla tagħha. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

Artikolu 5

Regoli ta’ proċedura għal deċiżjonijiet interim dwar miżuri superviżorji

1.   B’deroga mill-Artikolu 3(4), (5) u (6) u mill-Artikolu 4(1) u (4), il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika meta l-ESMA tadotta deċiżjonijiet interim skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38 l(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Meta l-ESMA tiddeċiedi li wieħed jew aktar mill-ksur ta’ rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ikun sar minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tadotta deċiżjoni interim li timponi miżuri superviżorji skont l-Artikolu 38 g tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, din għandha tinnotifika immedjatament dik id-deċiżjoni interim lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim.

L-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li fih il-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim tkun tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub dwar din id-deċiżjoni. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

B’talba, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuni soġġetti għad-deċiżjoni interim. Id-dokumenti tal-fajl aċċessati għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim biex tattendi seduta ta’ smigħ orali. Il-persuni soġġetti għad-deċiżjoni interim jistgħu jiġu assistiti minn konsulent tal-għażla tagħhom. Is-seduti ta’ smigħ orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

3.   L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni finali mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni interim.

Meta l-ESMA tqis, wara li tkun semgħet lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim, li jkun sar ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 mill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim, din għandha tadotta deċiżjoni ta’ konferma li timponi miżura superviżorja waħda jew aktar stabbilita fl-Artikolu 38 g tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-ESMA għandha tinnotifika immedjatament dik id-deċiżjoni lill-persuni soġġetti għad-deċiżjoni interim.

4.   Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni finali li ma tikkonfermax id-deċiżjoni interim, id-deċiżjoni interim għandha titqies li tkun tħassret.

Artikolu 6

Aċċess għall-fajl u użu tad-dokumenti

1.   B’talba, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni li lilha l-uffiċjal tal-investigazzjoni jew l-ESMA jkunu bagħtu dikjarazzjoni tas-sejbiet. L-aċċess għandu jingħata wara n-notifika ta’ xi dikjarazzjoni tas-sejbiet.

2.   Id-dokumenti tal-fajl aċċessati għandhom jintużaw mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biss għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 7

Perjodi ta’ preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq id-DRSPs u persuni oħrajn soġġetti għal investigazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda fil-jum ta’ wara dak li fih jitwettaq il-ksur. Fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, dan il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda mill-jum li fih jieqaf il-ksur.

3.   Kull azzjoni meħuda mill-ESMA, jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti li taġixxi fuq talba tal-ESMA f’konformità mal-Artikolu 38o tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali. Dak il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data li fiha l-azzjoni tiġi nnotifikata lid-DRSP jew lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni fir-rigward ta’ ksur tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 g(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jerġa’ jibda ma’ kull interruzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiskadi mhux aktar tard mill-jum li fih ikun għadda perjodu ugwali għad-doppju tal-perjodu ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-preskrizzjoni tkun sospiża skont il-paragrafu 5.

5.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-ESMA tkun soġġetta għal proċedimenti pendenti quddiem il-Bord tal-Appell imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 38 m tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 8

Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar tal-penali

1.   Is-setgħa tal-ESMA li tinforza d-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 38h u 38i tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda fil-jum wara dak li fih d-deċiżjoni ssir finali.

3.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar tal-penali għandu jiġi interrott minn:

(a)

notifika mill-ESMA lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali;

(b)

kull azzjoni tal-ESMA, jew ta’ awtorità nazzjonali kompetenti li taġixxi b’talba tal-ESMA f’konformità mal-Artikolu 38o tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, imfassla biex tinforza l-pagament jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-pagament tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali.

4.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jerġa’ jibda ma’ kull interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar tal-penali għandu jiġi sospiż sakemm:

(a)

jitħalla żmien sabiex isir il-pagament;

(b)

l-infurzar tal-pagament jiġi sospiż skont deċiżjoni pendenti tal-Bord tal-Appell tal-ESMA f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 38 m tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 9

Ġbir ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   L-ammonti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA għandhom jiġu ddepożitati f’kont bl-imgħax miftuħ mill-ESMA sakemm dawn isiru finali. F’każ ta’ diversi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA b’mod parallel, l-ESMA għandha tiżgura li dawn jiġu ddepożitati f’kontijiet jew f’subkontijiet differenti. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali mħallsa ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit tal-ESMA jew jiġu rreġistrati bħala ammonti baġitarji.

2.   Ladarba l-ESMA tkun stabbilixxiet li l-multi jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jkunu saru finali wara li jkunu ġew eżawriti d-drittijiet kollha ta’ appell, l-ESMA għandha tittrasferixxi dawk l-ammonti u l-imgħax potenzjali dovut lill-Kummissjoni. Imbagħad, dawn l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-baġit tad-Dħul tal-Unjoni.

3.   L-ESMA għandha tirrapporta fuq bażi regolari lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti u l-istatus tagħhom.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/804

tas-16 ta’ Frar 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 48i(10) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 48f u 48 g tar-Regolament (UE) 2016/1011 l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) għandha s-setgħa li timponi multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali taħt ċerti kundizzjonijiet fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji taħt is-superviżjoni tagħha. L-Artikolu 48i(10) tar-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li l-Kummissjoni tispeċifika r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li timponi dawn il-multi jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penali, inkluż id-drittijiet tad-difiża, il-ġbir ta’ multi jew ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ penali.

(2)

Meta l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji ta’ eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/1011 għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji taħt is-superviżjoni tagħha, l-ESMA taħtar uffiċjal tal-investigazzjoni indipendenti fl-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. Mat-tlestija tal-ħidma tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jenħtieġ li jibgħat fajl komplut lill-ESMA. Li wieħed ikun infurmat b’dawn is-sejbiet u li jkollu l-opportunità li jwieġeb għalihom huwa integrali għad-dritt tad-difiża. Għalhekk, il-persuna li tkun qed tiġi investigata jenħtieġ li tiġi infurmata bis-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni, u jenħtieġ li jkollha l-opportunità li twieġeb għal dawn is-sejbiet f’limitu ta’ żmien raġonevoli. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjoni jenħtieġ li jitħallew jiġu megħjuna minn avukat tal-għażla tagħhom. L-uffiċjal tal-investigazzjoni jenħtieġ li jqis, jekk, bħala riżultat tas-sottomissjonijiet magħmula mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni, huwiex meħtieġ li tiġi emendata d-dikjarazzjoni tas-sejbiet qabel ma jissottomettiha lill-ESMA.

(3)

L-ESMA jenħtieġ li tivvaluta l-kompletezza tal-fajl sottomess mill-uffiċjal tal-investigazzjoni abbażi ta’ lista ta’ dokumenti. Sabiex jiġi żgurat li l-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha b’mod adegwat, qabel ma tiġi adottata deċiżjoni finali fir-rigward ta’ multi jew ta’ miżuri superviżorji, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li tingħata l-opportunità li tipprovdi aktar kummenti bil-miktub ulterjuri.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tikkoopera ma’ investigazzjoni, l-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tieħu ċerti miżuri koerċittivi. Meta l-ESMA tkun ħadet deċiżjoni li tirrikjedi li persuna ttemm ksur, jew tkun talbet li tipprovdi informazzjoni kompleta jew li tissottometti rekords, data jew kwalunkwe materjal ieħor b’mod komplet, jew tkun ħadet deċiżjoni biex twettaq spezzjoni fuq il-post, hija tista’ timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex il-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tiġi mġiegħla tikkonforma mad-deċiżjoni meħuda. Qabel ma timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-ESMA jenħtieġ li tipprovdi lill-persuna l-opportunità li tipprovdi sottomissjonijiet bil-miktub.

(5)

Peress li l-uffiċjal tal-investigazzjoni jwettaq il-ħidma tiegħu b’mod indipendenti, l-ESMA jenħtieġ li ma tkunx marbuta bil-fajl li jkun ħejja. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha b’mod adegwat, fejn l-ESMA ma taqbilx, jenħtieġ li l-persuna tiġi infurmata u jenħtieġ li tingħata l-opportunità li twieġeb.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuna soġġetta għall-investigazzjoni tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha b’mod adegwat, jenħtieġ li din tiġi infurmata u jenħtieġ li jkollha l-opportunità li twieġeb fejn l-ESMA taqbel mas-sejbiet kollha tal-uffiċjal tal-investigazzjoni jew ma’ parti minnhom,

(7)

Id-dritt li wieħed jinstema’ jenħtieġ li jiġi ppeżat kontra l-ħtieġa, f’ċirkostanzi speċifiċi, għal azzjoni urġenti mill-ESMA. Meta azzjoni urġenti skont l-Artikolu 48e tar-Regolament (UE) 2016/1011 tkun iġġustifikata, id-dritt li wieħed jinstema’ tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni jenħtieġ li ma jkunx impediment għall-ESMA biex tieħu miżuri urġenti. F’tali każijiet, id-dritt li wieħed jinstema’ tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni jenħtieġ li jiġi żgurat mill-aktar fis possibbli wara li tittieħed id-deċiżjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-proċedura tagħti d-dritt tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni li tinstema’ mill-uffiċjal tal-investigazzjoni.

(8)

Is-setgħa tal-ESMA li timponi pagament perjodiku ta’ penali jenħtieġ li tiġi eżerċitata b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dritt għad-difiża u jenħtieġ li ma tinżammx lil hinn mill-perjodu meħtieġ. Meta l-ESMA tieħu deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali, il-persuna kkonċernata jenħtieġ għalhekk li jkollha l-opportunità li tinstema’ u kwalunkwe pagament ta’ penali jenħtieġ li ma jibqax dovut mill-mument li l-persuna kkonċernata tikkonforma mal-ordni tal-ESMA li jkun relatat magħha.

(9)

Il-fajls ippreparati mill-ESMA u mill-uffiċjal tal-investigazzjoni fihom informazzjoni li hija indispensabbli għall-persuna kkonċernata fit-tħejjija għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. Wara li persuna soġġetta għal investigazzjoni tkun irċeviet in-notifika ta’ dikjarazzjoni tas-sejba jew mill-uffiċjal tal-investigazzjoni jew mill-ESMA, il-persuna jenħtieġ li tkun intitolata li jkollha aċċess għall-fajl soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. L-użu ta’ dokumenti tal-fajl aċċessati jenħtieġ li jkun permess biss għal proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fir-rigward ta’ ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/1011.

(10)

Kemm is-setgħa li jiġu imposti multi kif ukoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u s-setgħa li jiġu infurzati multi u penali perjodiċi jenħtieġ li jiġu eżerċitati fi ħdan żmien raġonevoli, u għalhekk jenħtieġ li jkunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni applikabbli għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ penali fuq entitajiet taħt superviżjoni u l-esperjenza tal-ESMA fl-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni. Sabiex l-ESMA tiżgura s-salvagwardja tal-multi u tal-penali perjodiċi miġbura, jenħtieġ li l-ESMA tiddepożitahom f’kontijiet li jġorru l-imgħax li jinfetħu esklussivament għall-fini ta’ multa unika jew pagamenti perjodiċi ta’ penali li jkollhom l-għan li jtemmu ksur wieħed. Bħala kwistjoni ta’ prudenza baġitarja, l-ESMA jenħtieġ li tittrasferixxi biss l-ammonti lill-Kummissjoni ladarba d-deċiżjonijiet ikunu finali minħabba li d-drittijiet ta’ appell ikunu ġew eżawriti jew skaduti.

(11)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jistgħu jintużaw fl-Unjoni mingħajr il-ħtieġa li l-amministraturi rilevanti jfittxu ekwivalenza, rikonoxximent jew approvazzjoni f’perjodu tranżitorju estiż sal-2023. Matul dan il-perjodu tranżitorju, ir-rikonoxximent fl-Unjoni huwa reġim ta’ inklużjoni fakultattiva għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi, li jindika li l-parametri referenzjarji tagħhom se jibqgħu disponibbli għall-użu fl-Unjoni wara li jintemm il-perjodu tranżitorju. B’konsegwenza ta’ dan, matul tali perjodu, id-dispożizzjonijiet dwar il-multi jenħtieġ li japplikaw biss għall-amministraturi li jinsabu f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw b’mod volontarju għal rikonoxximent qabel l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju introdott mir-Regolament (UE) 2021/168 u fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jew l-ESMA tkun tat rikonoxximent.

(12)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza biex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tas-setgħat superviżorji l-ġodda attribwiti lill-ESMA,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“parametru referenzjarju kritiku” tfisser parametru referenzjarju kritiku skont l-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(2)

“parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz” tfisser parametru referenzjarju li l-amministratur tiegħu jinsab barra mill-Unjoni.

Artikolu 2

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-uffiċjal tal-investigazzjoni

1.   Mat-tlestija ta’ investigazzjoni ta’ ksur potenzjali elenkat fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/1011, u qabel ma jissottometti fajl lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 48i(1) ta’ dak ir-Regolament, għandu jinforma lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni bil-miktub dwar is-sejbiet tiegħu u għandu jagħti l-opportunità lil dik il-persuna li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub skont il-paragrafu 3. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur wieħed jew aktar tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011, inkluża valutazzjoni tan-natura u tas-serjetà ta’ dak il-ksur, filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 48e(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li matulu l-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. F’investigazzjonijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 5, dan il-limitu ta’ żmien għandu jkun mill-inqas erba’ ġimgħat. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun obbligat li jqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

3.   Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tistabbilixxi l-fatti, li hija tqis li huma rilevanti għad-difiża tagħha u għandha, jekk possibbli, tehmeż dokumenti bħala prova tal-fatti stabbiliti. Il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tipproponi li l-uffiċjal tal-investigazzjoni jisma’ lil persuni oħrajn li jistgħu jikkorroboraw il-fatti stabbiliti fis-sottomissjonijiet tal-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

4.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jistieden persuna soġġetta għal investigazzjoni li d-dikjarazzjoni tas-sejbiet kienet indirizzata lilha biex tattendi seduta orali. Il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tiġi megħjuna minn avukat tal-għażla tagħha. Is-seduti orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

Artikolu 3

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-ESMA fir-rigward ta’ multi u miżuri superviżorji

1.   Il-fajl komplet li għandu jiġi sottomess mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-ESMA għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

id-dikjarazzjoni tas-sejba u kopja tagħha indirizzata lill-amministratur tal-parametru referenzjarju jew lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni;

kopja tas-sottomissjoni bil-miktub mill-amministratur tal-parametru referenzjarju jew mill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni;

il-minuti ta’ kwalunkwe seduta orali.

2.   Meta fajl ma jkunx komplut, l-ESMA għandha tagħmel talba motivata għal dokumenti addizzjonali lill-uffiċjal tal-investigazzjoni.

3.   Meta l-ESMA tqis li l-fatti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni ma jikkostitwixxux ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011, din għandha tiddeċiedi li tagħlaq il-każ u għandha tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

4.   Meta l-ESMA ma taqbilx mas-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni din għandha tissottometti dikjarazzjoni ġdida tas-sejbiet lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li fih il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata li tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tadotta deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta’ multa f’konformità mal-Artikolu 48e u 48f tar-Regolament (UE) 2016/1011.

5.   Meta l-ESMA taqbel mas-sejbiet tal-uffiċjal ta’ investigazzjoni kollha jew parti minnhom, hija għandha tinforma lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni kif xieraq. Tali komunikazzjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas ġimagħtejn f’każ li l-ESMA taqbel mas-sejbiet kollha, u mill-inqas erba’ ġimgħat f’każ li l-ESMA taqbel ma’ xi wħud mis-sejbiet, f’liema perjodu l-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata li tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien biex tadotta deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur u dwar miżuri superviżorji u l-impożizzjoni ta’ multa f’konformità mal-Artikoli 48e u 48f tar-Regolament (UE) 2016/1011.

6.   L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni li d-dikjarazzjoni tas-sejbiet kienet indirizzata lilha biex tattendi seduta orali. Il-persuna soġġetta għal investigazzjoni tista’ tiġi megħjuna minn avukat tal-għażla tagħha. Is-seduti orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

7.   Jekk l-ESMA tiddeċiedi li ksur wieħed jew iktar tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011 ikun sar minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tkun adottat deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-Artikolu 48f ta’ dak ir-Regolament, hija għandha tinnotifika immedjatament dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni.

Artikolu 4

Regoli ta’ proċedura fi proċedimenti ta’ ksur quddiem l-ESMA fir-rigward ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikolu 48 g tar-Regolament (UE) 2016/1011, l-ESMA għandha tissottometti dikjarazzjoni tas-sejbiet lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti li tistabbilixxi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ pagament perjodiku ta’ penali u l-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità. Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li matulu l-persuna soġġetta għall-proċediment tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata li tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien sabiex tiddeċiedi dwar il-pagament perjodiku ta’ penali.

2.   Ladarba l-amministratur tal-parametru referenzjarju jew il-persuna soġġetta għall-proċediment imsemmija fl-Artikolu 48b(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tkun ikkonformat mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 48 g(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, ma għandux jibqa’ jiġi impost pagament perjodiku ta’ penali.

3.   Deċiżjoni mill-ESMA li timponi pagament perjodiku ta’ penali għandha tindika l-bażi ġuridika u r-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-ammont u d-data tal-bidu tal-pagament perjodiku ta’ penali.

4.   L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti biex tattendi seduta ta’ seduta orali. Il-persuna soġġetta għall-proċedimenti tista’ tiġi megħjuna minn avukat tal-għażla tagħha. Is-seduti orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

Artikolu 5

Regoli ta’ proċedura għal deċiżjonijiet interim dwar miżuri superviżorji

1.   B’deroga mill-Artikolu 3(4), (5) u (6) u mill-Artikolu 4(1) u (4), il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika meta l-ESMA tadotta deċiżjonijiet interim skont l-Artikolu 48j(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/1011.

2.   Meta l-ESMA tiddeċiedi li ksur ta’ rekwiżit previst fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011 ikun twettaq minn persuna soġġetta għal investigazzjoni u tadotta deċiżjoni interim li timponi miżuri superviżorji skont l-Artikolu 48e tar-Regolament (UE) 2016/1011, hija għandha tinnotifika immedjatament dik id-deċiżjoni interim lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim.

L-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat li fih il-persuna soġġetta għal deċiżjoni interim tista’ tagħmel sottomissjoni bil-miktub dwar id-deċiżjoni interim. L-ESMA ma għandhiex tkun obbligata li tqis sottomissjonijiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

Fuq talba, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għal deċiżjoni interim. Id-dokumenti tal-fajl aċċessati għandhom jintużaw biss għall-iskopijiet tal-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011.

L-ESMA tista’ tistieden lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim biex tattendi seduta orali. Il-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim tista’ tiġi megħjuna minn avukat tal-għażla tagħha. Is-seduti orali ma għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

3.   L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni finali mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni interim.

Meta l-ESMA tqis, wara li tkun semgħet lill-persuna soġġetta għal deċiżjoni interim, li jkun twettaq ksur ta’ rekwiżit stabbilit fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim, din għandha tadotta deċiżjoni ta’ konferma li timponi miżura superviżorja waħda jew aktar stabbilita fl-Artikolu 48e tar-Regolament (UE) 2016/1011. L-ESMA għandha tinnotifika immedjatament dik id-deċiżjoni lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni interim.

4.   Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni finali li ma tikkonfermax id-deċiżjoni interim, għandu jitqies li d-deċiżjoni interim tiġi mħassra.

Artikolu 6

Aċċess għall-fajl u użu ta’ dokumenti

1.   Fuq talba, l-ESMA għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-persuna soġġetta għal investigazzjoni li l-uffiċjal tal-investigazzjoni jew l-ESMA tkun bagħtitilha dikjarazzjoni tas-sejbiet. L-aċċess għandu jingħata wara n-notifika ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni tas-sejbiet.

2.   Id-dokumenti tal-fajl aċċessati għandhom jintużaw mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biss għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1011.

Artikolu 7

Perjodi ta’ preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji u persuni oħrajn soġġetti għal investigazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda fil-jum ta’ wara dak li fih jitwettaq il-ksur. Fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda mill-jum li fih jieqaf il-ksur.

3.   Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-ESMA jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti li taġixxi fuq talba tal-ESMA f’konformità mal-Artikolu 48 m tar-Regolament (UE) 2016/1011 għall-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur skont it-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data li fiha tiġi nnotifikata l-azzjoni lill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew lill-persuna soġġetta għall-investigazzjoni fir-rigward ta’ ksur skont ir-Regolament (UE) 2016/1011.

4.   Kull interruzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandha terġa’ tibda l-perjodu ta’ preskrizzjoni. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jagħlaq mhux aktar tard mill-jum li fih ikun għadda perjodu ugwali għad-doppju tal-perjodu ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-preskrizzjoni tkun sospiża skont il-paragrafu 5.

5.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-ESMA tkun is-suġġett ta’ proċedimenti pendenti quddiem il-Bord tal-Appell, kif imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 48k tar-Regolament (UE) 2016/1011.

Artikolu 8

Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali

1.   Is-setgħa tal-ESMA li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 48e u 48 g tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mill-jum wara dak li fih id-deċiżjoni ssir finali.

3.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi interrott minn:

(a)

notifika mill-ESMA lill-persuna soġġetta għall-proċedimenti ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali;

(b)

kwalunkwe azzjoni tal-ESMA, ta’ awtorità nazzjonali kompetenti li taġixxi fuq talba tal-ESMA f’konformità mal-Artikolu 48 m tar-Regolament (UE) 2016/1011, imfassla biex tinforza ħlas jew termini u kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali.

4.   Kull interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha terġa’ tibda l-perjodu ta’ preskrizzjoni.

5.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm:

(a)

jitħalla żmien sabiex isir il-ħlas;

(b)

l-infurzar ta’ pagament huwa sospiż skont deċiżjoni pendenti tal-Bord tal-Appell tal-ESMA, f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 48k tar-Regolament (UE) 2016/1011.

Artikolu 9

Ġbir ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali

1.   L-ammonti ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali miġbura mill-ESMA għandhom jiġu ddepożitati f’kont bl-imgħax miftuħ mill-ESMA sakemm isiru finali. F’każ li jinġabru diversi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali mill-ESMA b’mod parallel, l-ESMA għandha tiżgura li jiġu ddepożitati f’kontijiet jew f’subkontijiet differenti. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali mħallsa ma għandhomx jiddaħħlu fil-baġit tal-ESMA u ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala ammonti baġitarji.

2.   Ladarba l-ESMA tkun stabbiliet li l-multi jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jkunu saru finali wara l-eżawriment tad-drittijiet kollha tal-appell, dak l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jittrasferixxi dawk l-ammonti u l-imgħax potenzjali li jakkumula lill-Kummissjoni. Dawn l-ammonti għandhom imbagħad jiddaħħlu fil-baġit tad-Dħul tal-unjoni.

3.   L-ESMA għandha tirrapporta fuq bażi regolari lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti u l-istatus tagħhom.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi u l-iffissar ta’ sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 49, 12.2.2021, p. 6).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/14


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/805

tas-16 ta’ Frar 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48 l(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 l tar-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li l-ESMA titlob lill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u lill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 34 u għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament u t-tariffi annwali assoċjati mat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità ma’ dak ir-Regolament fir-rigward ta’ parametri referenzjarji kritiċi u amministraturi ta’ parametri referenzjarji rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi. L-Artikolu 48 l(2) tar-Regolament (UE) 2016/1011 jirrikjedi li tali tariffi jkunu proporzjonati għall-fatturat tal-amministratur tal-parametru referenzjarju kkonċernat u jkopru l-kostijiet kollha mġarrba mill-ESMA għall-awtorizzazzjoni jew għar-rikonoxximent u għat-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u tal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(2)

It-tariffi imposti għall-attivitajiet tal-ESMA relatati mal-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni sinifikanti ta’ defiċit jew surplus. Fejn ikun hemm surplus jew defiċit sinifikanti rikorrenti, il-livell tat-tariffi jenħtieġ li jiġi rivedut.

(3)

It-tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni (“tariffi ta’ awtorizzazzjoni”) u rikonoxximent (“tariffi ta’ rikonoxximent”) jenħtieġ li jiġu imposti fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u ta’ pajjiżi terzi biex ikopru l-kostijiet tal-ESMA għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u rikonoxximent, inkluż il-kostijiet għall-verifika li l-applikazzjonijiet huma kompluti, għat-talba għal informazzjoni addizzjonali, għall-abbozzar ta’ deċiżjonijiet u kostijiet relatati mal-valutazzjoni tal-importanza sistemika ta’ parametri referenzjarji kritiċi kif ukoll il-konformità ta’ amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi.

(4)

Meta wieħed iqis li l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet hija ugwalment intensiva fir-riżorsi kemm jekk tiġi sottomessa minn amministraturi kbar kif ukoll żgħar, it-tariffa ta’ rikonoxximent jenħtieġ li tkun tariffa ta’ rikonoxximent ta’ somma f’daqqa identika għall-amministraturi kollha ta’ pajjiżi terzi.

(5)

Abbażi tal-ammont ta’ xogħol mistenni u l-kost li dan jirrappreżenta għall-ESMA, li għandu jkun kopert bis-sħiħ mit-tariffa ta’ rikonoxximent ta’ darba, il-kost tal-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għal rikonoxximent jenħtieġ li jiġi stabbilit għal EUR 40 000.

(6)

Il-parametri referenzjarji kritiċi huma soġġetti għal skrutinju aktar intens skont ir-Regolament (UE) 2016/1011, u l-amministraturi tagħhom iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti organizzazzjonali aktar stretti. B’riżultat ta’ dan, il-proċess ta’ awtorizzazzjoni jirrappreżenta ammont ta’ xogħol ogħla għall-ESMA. Għalhekk, it-tariffa ta’ awtorizzazzjoni għall-amministratur ta’ parametru referenzjarju kritiku jenħtieġ li tkun ogħla b’mod sinifikanti mit-tariffa għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għal rikonoxximent.

(7)

Sabiex jiġu promossi l-kwalità u l-kompletezza tal-applikazzjonijiet riċevuti u f’konformità mal-approċċ tal-ESMA lejn ir-reġistrazzjoni tal-entitajiet li tissorvelja, it-tariffa ta’ rikonoxximent jenħtieġ li tkun dovuta fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

(8)

It-tariffi annwali għandhom jiġu imposti wkoll fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u ta’ parametru referenzjarju rikonoxxut ta’ pajjiż terz biex ikopru l-kostijiet tal-ESMA għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tas-superviżjoni kontinwa ta’ tali amministraturi. Għal parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi, tali tariffi jenħtieġ li jkopru l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u l-monitoraġġ ta’ żviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiżi terzi. Għal parametri referenzjarji kritiċi, it-tariffi jenħtieġ li jkopru wkoll l-ispejjeż sostnuti mill-ESMA fir-rigward tas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità minn dawk l-amministraturi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48 l u fit-Titoli VI tar-Regolament (UE) 2016/1011, inkluż permezz ta’ konformità komparabbli, fejn tingħata.

(9)

Il-kost tas-superviżjoni kontinwa ta’ parametru referenzjarju kritiku jiddependi fuq jekk dan jirrikjedix li l-ESMA tikkostitwixxi u tippresjedi kulleġġ ta’ superviżuri għal dak il-parametru referenzjarju, li jirrappreżenta ammont ta’ xogħol addizzjonali konsiderevoli. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ każijiet fl-istabbiliment ta’ tariffi ta’ superviżjoni. B’kuntrast ma’ dan, jenħtieġ li fil-kategorija ta’ parametri referenzjarji kritiċi ma jkunx meħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-tariffi ta’ superviżjoni f’konformità mal-fatturat annwali tal-amministratur, peress li l-parametri referenzjarji kritiċi minnhom infushom għandhom impatt sistemiku fl-Unjoni.

(10)

L-applikazzjoni għal rikonoxximent fl-Unjoni hija deċiżjoni li tittieħed mill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi għal raġunijiet kummerċjali, peress li l-offerta tal-parametri referenzjarji tagħhom fl-Unjoni hija mistennija li tiġġenera dħul. Għalhekk, għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi, it-tariffi superviżorji jenħtieġ li jiġu modulati bħala funzjoni tad-dħul li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il-parametri referenzjarji fl-Unjoni. F’każijiet fejn ma jiġi ġġenerat l-ebda dħul, jenħtieġ li tiġi stabbilita tariffa superviżorja minima għal EUR 20 000.

(11)

Sabiex jiġu skoraġġuti applikazzjonijiet ripetuti jew bla bażi, jenħtieġ li t-tariffi ta’ rikonoxximent u ta’ awtorizzazzjoni ma jiġux rimborżati f’każ fejn applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu. Peress li l-ħidma amministrattiva meħtieġa fil-każ ta’ applikazzjoni għal rikonoxximent jew għal awtorizzazzjoni li tiġi rrifjutata hija l-istess bħal dik meħtieġa fil-każ ta’ applikazzjoni li tiġi aċċettata, it-tariffi ta’ rikonoxximent u t-tariffi ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li ma jiġux rimborżati jekk l-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent jiġi rifjutat.

(12)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jistgħu jintużaw fl-Unjoni mingħajr il-ħtieġa li l-amministraturi rilevanti jfittxu ekwivalenza, rikonoxximent jew approvazzjoni f’perjodu tranżitorju estiż sal-2023. Matul dan il-perjodu tranżitorju, ir-rikonoxximent fl-Unjoni huwa reġim ta’ inklużjoni fakultattiva għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi, li jindika li l-parametri referenzjarji tagħhom se jibqgħu disponibbli għall-użu fl-Unjoni wara li jintemm il-perjodu tranżitorju. B’konsegwenza, matul tali perjodu, id-dispożizzjonijiet dwar it-tariffi ta’ rikonoxximent u superviżorji jenħtieġ li japplikaw biss għall-amministraturi li jinsabu f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw b’mod volontarju għal rikonoxximent qabel l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju introdott mir-Regolament (UE) 2021/168 u fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jew l-ESMA tkun tat rikonoxximent.

(13)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza biex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tas-setgħat superviżorji l-ġodda attribwiti lill-ESMA,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tariffi li l-ESMA tista’ timponi fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji fir-rigward tal-awtorizzazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“parametru referenzjarju kritiku” tfisser parametru referenzjarju kritiku skont l-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(2)

“parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz” tfisser parametru referenzjarju li l-amministratur tiegħu jinsab barra mill-Unjoni.

Artikolu 3

Tariffi ta’ rikonoxximent u tariffi ta’ awtorizzazzjoni

1.   Amministratur ta’ parametru referenzjarju stabbilit f’pajjiż terz li japplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandu jħallas tariffa ta’ rikonoxximent ta’ EUR 40 000.

2.   L-amministratur ta’ parametru referenzjarju kritiku li japplika għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandu jħallas tariffa tal-applikazzjoni ta’ EUR 250 000.

3.   It-tariffa tal-awtorizzazzjoni u t-tariffa ta’ rikonoxximent għandhom jitħallsu fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, mal-wasla tan-nota ta’ debitu tal-ESMA.

4.   Fil-każ tal-applikazzjonijiet li jaslu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti wara l-1 ta’ Ottubru 2021 u ttrasferiti lill-ESMA, it-tariffi ta’ rikonoxximent għandhom jitħallsu fil-bidu tal-2022.

5.   It-tariffi ta’ rikonoxximent u t-tariffi ta’ awtorizzazzjoni ma għandhomx jiġu rimborżati.

Artikolu 4

Tariffi superviżorji annwali

1.   L-amministratur ta’ parametru referenzjarju kritiku wieħed jew aktar għandu jħallas tariffa superviżorja annwali:

(a)

ta’ EUR 250 000, f’każijiet fejn l-ESMA jkollha tippresjedi kulleġġ ta’ superviżuri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/1011;

(b)

ta’ EUR 200 000, f’każijiet fejn l-ESMA ma jkollhiex għalfejn tippresjedi kulleġġ ta’ superviżuri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/1011.

2.   Amministratur ta’ parametru referenzjarju stabbilit f’pajjiż terz rikonoxxut mill-ESMA għandu jħallas tariffa superviżorja annwali kkalkulata kif ġej:

(a)

it-tariffa superviżorja annwali għal sena partikolari (n) għandha tkun it-tariffa annwali totali għall-amministraturi rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi aġġustata mill-koeffiċjent tal-fatturat;

(b)

it-tariffa annwali totali għall-amministraturi rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi għal sena partikolari (n) għandha tkun ugwali għall-baġit superviżorju tal-ESMA għar-Regolament (UE) 2016/1011 għal dik is-sena (n) bit-tnaqqis tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jitħallsu lill-ESMA minn amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi għas-sena (n);

(c)

għal kull amministratur ta’ pajjiż terz, il-koeffiċjent tal-fatturat għandu jkun is-sehem tiegħu tal-fatturat applikabbli fil-fatturat aggregat iġġenerat mill-amministraturi rikonoxxuti kollha ta’ pajjiżi terzi

Image 1

(d)

it-tariffa superviżorja annwali minima għall-amministraturi rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi għandha tkun ta’ EUR 20 000, inkluż meta l-fatturat applikabbli tal-amministratur rikonoxxut ta’ pajjiż terz ikun ta’ żero.

3.   L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji għandhom iħallsu t-tariffi superviżorji annwali rilevanti tagħhom lill-ESMA sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li fiha jkunu dovuti. Jekk l-informazzjoni għas-snin kalendarji preċedenti ma tkunx disponibbli, it-tariffi għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli għat-tariffi annwali. It-tariffi annwali mħallsa ma jiġux rimborżati.

Artikolu 5

Tariffi superviżorji annwali fis-sena ta’ rikonoxximent jew awtorizzazzjoni

B’deroga mill-Artikolu 4, it-tariffa superviżorja fl-ewwel sena għall-amministraturi rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi u għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi awtorizzati, b’referenza għas-sena li fiha jkunu ġew rikonoxxuti jew awtorizzati għandhom jiġu kkalkolati billi titnaqqas it-tariffa superviżorja u tiġi aġġustata bil-koeffiċjent li ġej:

Image 2

It-tariffa superviżorja tal-ewwel sena għandha titħallas wara li l-amministratur ikun ġie nnotifikat mill-ESMA li l-applikazzjoni tiegħu tkun irnexxiet u fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu rilevanti tal-ESMA.

B’deroga, meta amministratur ta’ parametru referenzjarju jkun awtorizzat matul ix-xahar ta’ Diċembru, dan ma għandux iħallas tariffa superviżorja tal-ewwel sena.

Artikolu 6

Fatturat applikabbli

Il-fatturat ta’ amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz rikonoxxut għandu jkun id-dħul tiegħu akkumulat fir-rigward tal-użu tal-parametri referenzjarji tiegħu minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni matul is-sena finanzjarja kompluta l-aktar reċenti tal-amministratur ta’ parametru referenzjarju.

Amministratur ta’ parametru referenzjarju rikonoxxut ta’ pajjiż terz għandu jipprovdi lill-ESMA, fuq bażi annwali, b’ċifri awditjati li jikkonfermaw id-dħul tiegħu akkumulat fir-rigward tal-użu tal-parametri referenzjarji tiegħu fl-Unjoni. Iċ-ċifri għandhom jiġu ċċertifikati minn awditu estern u għandhom jiġu sottomessi lill-ESMA b’mezzi elettroniċi qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena. Jekk amministratur ta’ pajjiż terz jiġi rikonoxxut wara t-30 ta’ Settembru ta’ sena kalendarja, dan għandu jipprovdi ċ-ċifri immedjatament mar-rikonoxximent u sa tmiem is-sena kalendarja tar-rikonoxximent. Id-dokumenti li fihom ċifri awditjati għandhom jiġu pprovduti f’lingwa li tintuża mis-servizzi finanzjarji.

Jekk id-dħul rapportat jiġi espress f’munita għajr l-euro, l-ESMA għandha tikkonvertih f’ammont f’euro permezz tar-rata medja tal-kambju tal-euro applikabbli għall-perjodu li matulu ġie rreġistrat id-dħul. Għal dan il-għan, għandha tintuża r-rata ta’ referenza tal-kambju tal-euro ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

L-amministraturi ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti qabel l-1 ta’ Jannar 2022 għandhom jipprovdu lill-ESMA bil-fatturat tagħhom tal-2020 sal-31 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 7

Modalitajiet ġenerali ta’ pagament

1.   It-tariffi kollha għandhom jitħallsu f’euro.

2.   Kwalunkwe ħlas tard għandu jkun soġġett għal penali ta’ kuljum ugwali għal 0,1 % tal-ammont dovut.

Artikolu 8

Ħlas tat-tariffi ta’ applikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni

1.   It-tariffi għall-applikazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu dovuti fiż-żmien li japplika l-amministratur ta’ parametru referenzjarju u għandhom jitħallsu kollha fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ tal-fattura tal-ESMA.

2.   L-ESMA ma għandhiex tirrimborża t-tariffi lil amministratur ta’ parametru referenzjarju li jiddeċiedi li jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni.

Artikolu 9

Ħlas tat-tariffi superviżorji annwali

1.   It-tariffa superviżorja annwali msemmija fl-Artikolu 4 għal sena finanzjarja għandha titħallas lill-ESMA qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja li għaliha tkun dovuta. It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli għat-tariffi annwali.

2.   L-ESMA ma għandhiex tirrimborża t-tariffi superviżorji annwali.

3.   L-ESMA għandha tibgħat il-fattura lill-amministratur tal-parametru referenzjarju mill-inqas 30 jum qabel ma jkun dovut il-ħlas.

Artikolu 10

Rimborż tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.   Fil-każ ta’ delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-ESMA biss għandha timponi t-tariffa ta’ rikonoxximent u t-tariffi superviżorji annwali fuq l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi u dawk kritiċi.

2.   L-ESMA għandha tirrimborża awtorità nazzjonali kompetenti għall-kostijiet attwali mġarrba bħala riżultat tax-xogħol imwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/1011, b’ammont li jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ikun maqbul mill-ESMA u mill-awtorità kompetenti qabel ma ssir id-delega tal-kompiti;

(b)

l-ammont huwa anqas mill-ammont totali ta’ tariffi superviżorji mħallsa lill-ESMA mill-amministraturi rilevanti tal-parametri referenzjarji.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Artikolu 3 ma għandux japplika għal amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi u ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi diġà awtorizzati jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-Artikolu 12(1), f’każ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara t-tielet xahar tal-2022, it-tariffi superviżorji annwali għall-2022 applikabbli għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji taħt is-superviżjoni tal-ESMA għandhom ikunu dovuti fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ tal-fattura tal-ESMA.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu fl-Artikolu 4(2) tat-tariffi superviżorji annwali applikabbli għall-amministraturi ta’ parametri referenzjarji taħt is-superviżjoni tal-ESMA għas-sena 2022, il-fatturat applikabbli għandu, b’deroga mill-Artikolu 4(2)(a)-(d), ikun ibbażat b’mod provviżorju fuq id-dħul iġġenerat fl-2021. Meta l-kontijiet awditjati matul l-2021 isiru disponibbli, l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji għandhom jissottomettuhom lill-ESMA mingħajr dewmien. L-ESMA se tikkalkula mill-ġdid it-tariffi superviżorji annwali matul is-sena 2021 abbażi tal-kontijiet awditjati u se tissottometti fattura finali, għad-differenza, lil kull amministratur ta’ parametru referenzjarju.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi u l-iffissar ta’ sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 49, 12.2.2021, p. 6).


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/806

tat-23 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u u li jimponi d-dazji anti-dumping definittivi u d-dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu miġjuba lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament anti-dumping bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 14a tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (ir-“Regolament antisussidji bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 24a tiegħu,

Billi:

1.   MIŻURI FIS-SEĦĦ U L-BLATA KONTINENTALI/IŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUŻIVA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fis-16 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping definittivi u dazji kumpensatorji definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (Glass Fibre Fabrics, “GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u mill-Eġittu permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 (ir-“Regolament GFF AD”) (3) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 (ir-“Regolament GFF AS”) (4) (“il-miżuri eżistenti”), rispettivament.

1.2.   Blata Kontinentali/Żona Ekonomika Esklużiva

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018 (“Il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI”), introduċa l-Artikoli l-ġodda 14a u 24a fir-Regolament anti-dumping bażiku u fir-Regolament antisussidji bażiku, rispettivament.

(3)

Skont dawn l-Artikoli, dazju anti-dumping jew kumpensatorju jista’ jiġi impost ukoll fuq kwalunkwe prodott oġġett ta’ dumping jew sussidjat miġjub fi kwantitajiet sinifikanti lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew fiż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS (“BK/ŻEE”) (6), fejn dan jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(4)

L-istess Artikoli jipprovdu li l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tiġrib ta’ tali dazji, kif ukoll il-proċeduri relatati man-notifika u d-dikjarazzjoni ta’ tali prodotti u l-ħlas ta’ tali dazji, inkluż l-irkupru, il-ħlas lura u r-remissjoni (“għodda doganali”), u li l-Kummissjoni jenħtieġ li timponi dazji bħal dawn biss mid-data li fiha l-għodda doganali tkun operazzjonali. L-għodda doganali (7) saret applikabbli fit-2 ta’ Novembru 2019.

2.   PROĊEDURA

2.1.   Ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjonijiet

(5)

Fis-27 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż (8) li jiftaħ mill-ġdid l-investigazzjonijiet li jwasslu għall-miżuri anti-dumping u dawk kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu.

(6)

Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat fl-ambitu tal-eżami ta’ jekk il-miżuri għandhomx jiġu applikati għal ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu (“il-pajjiżi kkonċernati”) miġjuba fi kwantitajiet sinifikanti fil-BK/ŻEE peress li l-għodda doganali ma kinitx applikabbli meta nbdew l-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri eżistenti u, għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar jekk l-estensjoni tad-dazji għall-BK/ŻEE kinitx xierqa.

(7)

Il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li GFF li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu kienu qed jinġiebu fi kwantitajiet sinifikanti taħt ir-reġim tal-ipproċessar attiv sabiex jiġu pproċessati fi xfafar eoliċi li mbagħad kienu esportati lejn parks eoliċi lil hinn mill-kosta fil-BK/ŻEE, u li dan jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni. Parti minn din l-evidenza kienet ipprovduta mill-industrija tal-UE. Nota għall-fajl li jkun fih l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni kienet disponibbli għall-partijiet interessati.

2.2.   Partijiet interessati

(8)

Il-Kummissjoni nnotifikat lill-partijiet interessati li kkooperaw fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri eżistenti, jiġifieri l-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Missjoni tal-Eġittu, il-produtturi esportaturi u l-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ u fl-Eġittu, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, u l-utenti fl-Unjoni dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali skont iż-żmien stipulat fir-Regolament dwar l-avviż. Ħadd mill-partijiet interessati ma talab seduta ta’ smigħ la mal-Kummissjoni u lanqas mal-uffiċjal tas-seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

2.3.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-partijiet interessati li kkooperaw fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri eżistenti.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand erba’ produtturi tal-Unjoni, l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u utent wieħed.

(12)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Missjonijiet tar-RPĊ u lill-Eġittu li minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Eġittu, kien beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku antisussidji rispettivament u għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment b’risposta għal din in-notifika.

2.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(13)

Il-perjodu tal-investigazzjoni kien l-istess bħal matul l-investigazzjonijiet oriġinali, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018 (“il-perjodu oriġinali tal-investigazzjoni”).

2.5.   Prodott li qed jiġi investigat

(14)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal fl-investigazzjonijiet li waslu għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti jiġifieri materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħra jew mingħajrhom, minbarra prodotti li huma mimlijin jew mimlijin minn qabel (pre-preg), u bl-esklużjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa b’ċelloli ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iktar minn 35 g/m2, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00, ex 7019 62 00, ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00, ex 7019 69 10, ex 7019 69 90, u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019610081, 7019610083, 7019610084, 7019620081, 7019620083, 7019620084, 7019630081, 7019630083, 7019630084, 7019640081, 7019640083, 7019640084, 7019650081, 7019650083, 7019650084, 7019660081, 7019660083, 7019660084, 7019691081, 7019691083, 7019691084, 7019699081, 7019699083, 7019699084, 7019900081, 7019900083 u 7019900084), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

2.6.   Kummenti dwar il-bidu

(15)

Il-Missjoni tal-Eġittu qajmet dubji dwar il-legalità tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regolamenti bażiċi anti-dumping u antisussidji (l-Artikoli 14a u 24a tar-Regolamenti bażiċi rispettivi) skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”) u r-Regoli Doganali tal-Unjoni.

(16)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jipprevedi b’mod espliċitu li ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali jistgħu japplikaw barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fil-qafas tal-leġiżlazzjoni li tirregola oqsma speċifiċi jew ta’ konvenzjoni internazzjonali UNCLOS hija parti mid-dritt tal-Unjoni. Iż-Żona Ekonomika Esklużiva hija rregolata mill-Parti V tal-UNCLOS, waqt li l-blata kontinentali tinsab fil-Parti VI tal-UNCLOS. L-Artikolu 56 tal-UNCLOS jiddefinixxi “Drittijiet, ġurisdizzjoni u d-doveri ta’ Stat kostali fiż-żona ekonomika esklużiva”, li jinkludu “l-istabbiliment u l-użu ta’ gżejjer artifiċjali, installazzjonijet u strutturi”. L-Artikolu 60(2) tal-UNCLOS jipprovdi li “l-Istat kostali għandu jkollu ġurisdizzjoni esklużiva fuq tali gżejjer artifiċjali, installazzjonijiet u strutturi, inkluża l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-liġijiet u r-regolamenti doganali, fiskali, tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-immigrazzjoni”. L-elenku ta’ kwistjonijiet enumerati f’din id-dispożizzjoni mhux eżawrjenti. L-Artikolu 80 tal-UNCLOS jagħmel applikabbli l-Artikolu 60 ukoll għall-Blata Kontinentali. It-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar ipprovda gwida ulterjuri dwar id-dispożizzjoni tal-UNCLOS. Fis-sentenza M/V tagħha “Saiga” huwa sostna li “fiż-żona ekonomika esklużiva, l-Istat kostali għandu ġurisdizzjoni sabiex japplika liġijiet u regolamenti doganali fir-rigward ta’ gżejjer artifiċjali, installazzjonijiet u strutturi (l-Artikolu 60, il-paragrafu 2). Fid-dawl tat-Tribunal, il-Konvenzjoni ma tagħtix is-setgħa lil Stat kostali li japplika l-liġijiet doganali tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe parti oħra taż-żona ekonomika esklussiva mhux imsemmija hawn fuq” (10). Abbażi ta’ dan, skont UNCLOS, l-Unjoni għandha l-kompetenza li timponi dazji anti-dumping u kumpensatorji, li huma parti mil-“liġijiet u r-regolamenti doganali, fiskali”. Fil-fatt, l-awtorità tal-Unjoni li tagħmel ir-regoli testendi wkoll għall-oqsma li fuqhom l-Istati Membri għandhom drittijiet sovrani skont id-dritt internazzjonali pubbliku (11). Fit-total, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni biex tilqa’ t-talba mill-Missjoni tal-Eġittu biex ma jiġux applikati l-Artikoli 14a u 24a tar-Regolamenti rispettivi.

3.   VALUTAZZJONI

3.1.   Rimarki preliminari

(17)

Il-Kummissjoni investigat, fost l-oħrajn, l-operazzjonijiet li ġejjin matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali:

L-esportazzjoni mill-ġdid skont it-tifsira tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (12) tal-prodott li qed jiġi investigat lejn il-BK/ŻEE;

Konsenji diretti tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati lejn il-BK/ŻEE; kif ukoll

L-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti lesti li jinkorporaw il-prodott li qed jiġi investigat mit-territorju doganali tal-UE lejn il-BK/ŻEE, kemm fejn il-prodott soġġett għal rieżami ġie rilaxxat għall-ewwel darba għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-UE u mbagħad inkorporat fil-prodott lest, u fejn il-prodott li qed jiġi investigat ġie inkorporat fil-prodott lest skont proċedura doganali differenti (pereżempju skont il-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni).

(18)

Żewġ utenti oriġinarjament ikkooperaw fl-investigazzjoni: Siemens Gamesa Renewable Energy, S.A (“SGRE”) u Vestas Wind Systems A/S (“Vestas”). Madankollu, wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet, SGRE biss issottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju.

(19)

Kif iddikjarat fil-premessa (469) tar-Regolament dwar il-GFF AD u l-premessa (1079) tar-Regolament GFF AS, dawn iż-żewġ utenti huma fost l-akbar produtturi tat-turbini eoliċi fl-Unjoni, li flimkien jikkunsmaw aktar minn 20 % tad-domanda kollha tal-Unjoni tal-GFF. Flimkien jimportaw aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi kkonċernati.

(20)

Kif iddikjarat fil-premessa (464) tar-Regolament AD tal-GFF u fil-premessa (1075) tar-Regolament GFF AS, il-produtturi tat-turbini eoliċi huma l-akbar utenti tal-GFF li jammontaw għal madwar 60-70 % tad-domanda għall-GFF fl-Unjoni. L-utenti l-oħra jinkludu l-produtturi ta’ dgħajjes (madwar 11 %), trakkijiet (madwar 8 %) u tagħmir sportiv (madwar 2 %), kif ukoll il-fornituri tas-sistemi ta’ tiswija tal-pajpijiet (madwar 8 %).

(21)

Il-produtturi tat-turbini eoliċi jużaw il-GFF għall-manifattura ta’ xfafar għall-installazzjonijiet tat-torrijiet eoliċi fil-kontinent li mbagħad jiġu ttrasportati u installati fuq l-art jew lil hinn mill-kosta fil-BK/ŻEE.

(22)

Skont it-Tabella 2 tar-Regolament AD tal-GFF u r-Regolament AS tal-GFF, il-konsum totali tal-GFF ammonta għal 168 270 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(23)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, fl-UE żdiedu madwar 2 600 MW ta’ kapaċitajiet ġodda tat-teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta. Turbina eolika lil hinn mill-kosta ta’ 8 MW tuża 60 tunnellata ta’ GFF għat-tliet xfafar eoloċi. Għaldaqstant, l-installazzjonijiet offshore tal-EU28 fl-2018 kienu jeħtieġu madwar 19 958 tunnellata ta’ GFF, u installazzjonijiet offshore tal-EU27 madwar 10 118 tunnellata.

3.2.   L-Eġittu

(24)

Fl-2018 ma kien hemm l-ebda importazzjoni taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv mill-Eġittu. Bħala Parti għall-konvenzjoni pan-Ewro-Mediterranja, l-Eġittu jibbenefika minn trattament tariffarju preferenzjali. Għalhekk, l-importazzjonijiet tal-GFF mill-Eġittu huma soġġetti għal tariffi preferenzjali ta’ 0 % għall-kuntrarju tat-tariffi tal-pajjiż l-aktar favorit ta’ 5-7 %. Minn dan isegwi li fl-2018 ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-partijiet biex jimportaw il-GFF taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv mill-Eġittu.

(25)

Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, SGRE indikat li ma importat l-ebda GFF mill-Eġittu maħsub għall-użu fil-BK/ŻEE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Vestas ma pprovdiet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju li titfa’ dawl fuq din il-kwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li diġà matul l-investigazzjoni oriġinali, Vestas naqset milli tidentifika separatament l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Eġittu. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni sottomessa fl-investigazzjoni, u b’mod partikolari d-data pprovduta direttament mill-esportaturi Eġizzjani, Vestas importat kwantitajiet sinifikanti ta’ GFF mill-Eġittu bir-reġim normali, li jammontaw għal bejn 5 % u 8 % tal-importazzjonijiet tal-EU28 u bejn 2 % u 5 % tal-konsum tal-EU28 (13). Dawn l-ishma jkunu ogħla b’mod sinifikanti bħala proporzjon taċ-ċifri tal-EU27.

(26)

Fl-istess ħin, Vestas kellu installazzjonijiet offshore ġodda sinifikanti tal-UE fl-2018, li jammontaw għal 30-50 % tal-installazzjonijiet ġodda kollha bħal dawn fl-EU28 u fl-EU27. Dan jindika li kwantitajiet sinifikanti ta’ GFF Eġizzjan iddaħħlu fil-BK/ŻEE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Ma hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li tikkontradixxi din il-konklużjoni.

(27)

Din il-konklużjoni hija sostnuta wkoll mill-fatt li l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-Eġittu seħħew immedjatament wara l-impożizzjoni ta’ miżuri taħt ir-reġim ta’ proċessar attiv (aktar minn 230 tunnellata fit-tieni nofs tal-2020).

(28)

Għalhekk, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li ddaħħlu kwantitajiet sinifikanti fil-BK/ŻEE mill-Eġittu, u dan ikkontribwixxa għad-dannu diġà stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

3.3.   Ir-RPĊ

(29)

Fl-2018 il-volum tal-importazzjonijiet tal-GFF skont il-proċedura ta’ proċessar attiv miċ-Ċina ammonta għal 5 343 tunnellata. Minn dan, l-importazzjonijiet tal-Istati Membri b’installazzjonijiet offshore ammontaw għal 4 835 tunnellata li 15 % minnhom kienu jikkorrispondu għar-Renju Unit.

(30)

Bi tweġiba għall-kwestjonarju, SGRE rrapportat importazzjonijiet tal-GFF mir-RPĊ kemm taħt reġim ta’ proċessar attiv kif ukoll taħt reġim normali għall-BK/ŻEE fl-Unjoni. Il-volumi ta’ proċessar attiv għall-EU27 biss irrappreżentaw bejn 1 % u 3 % tal-konsum totali tal-GFF tal-EU28 u bejn 4 % u 7 % tal-importazzjonijiet totali tal-GFF tal-EU28 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (14). Dan jimplika li s-sehem fl-importazzjonijiet tal-EU27 u l-konsum tal-EU27 ikun saħansitra akbar. Minħabba li dawn il-kwantitajiet huma ogħla mil-livelli de minimis, weħedhom huma sinifikanti biżżejjed biex jikkawżaw ħsara - u b’hekk biex jikkontribwixxu għad-dannu diġà stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-analiżi tad-dannu fl-investigazzjoni oriġinali saret billi ġew akkumulati l-importazzjonijiet mill-Eġittu u mir-RPĊ. Għalhekk, kwalunkwe żieda fl-importazzjonijiet diretti lejn il-BK/ŻEE tista’ tikkontribwixxi biss aktar għad-dannu kif instab fl-investigazzjoni oriġinali.

4.   DIVULGAZZJONI

(31)

Il-partijiet ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li l-miżuri jiġu estiżi għal ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu għall-BK/ŻEE. Ingħatalhom ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet sussegwenti għal din id-divulgazzjoni.

(32)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, SGRE affermat li l-Kummissjoni kienet marbuta li twettaq analiżi sħiħa tad-dannu skont ir-Regolamenti bażiċi qabel ma setgħet tikkonkludi kwalunkwe estensjoni tal-miżuri għal territorju ġdid, jiġifieri l-BK/ŻEE. Hija argumenta wkoll li l-Kummissjoni llimitat l-analiżi tad-dannu tagħha għall-volum tal-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina lejn il-BK/ŻEE fl-2018 u naqset milli teżamina x-xejra tal-importazzjonijiet fil-BK/ŻEE matul il-perjodu kkonċernat jiġifieri mill-2015 sal-2018.

(33)

Barra minn hekk, SGRE argumentat li l-Kummissjoni missha vvalutat jekk kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet. Kien argumentat li l-fatt li l-interess tal-Unjoni ma preveniex l-impożizzjoni tal-miżuri inizjali ma jfissirx neċessarjament li l-interess tal-Unjoni ma jipprevenix l-estensjoni tal-miżuri għall-BK/ŻEE. SGRE affermat li l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-BK/ŻEE ma tkunx fl-interess tal-Unjoni peress li tikkontradixxi l-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli li tappoġġa l-attraenza u l-kompetittività tal-enerġija eolika tal-UE li kienet iffaċċjata bi pressjoni fuq il-prezzijiet u kwistjonijiet ġenerali ta’ profittabbiltà minħabba l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Argumenta wkoll li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni biex jissodisfaw id-domanda li qiegħda tikber. Kien mistqarr li mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping u kumpensatorji fl-2020, l-industrija tal-GFF tal-UE ma żiditx biżżejjed il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha tal-GFF biex tkopri d-domanda li qiegħda tikber. Il-Kummissjoni nnutat li ma tressqet l-ebda evidenza f’dan ir-rigward, għajr ċart li tindika l-previżjoni tal-installazzjonijiet ta’ teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta fl-Ewropa matul il-perjodu 2020 u 2030.

(34)

SGRE affermat ukoll li l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-BK/ŻEE iġiegħel utenti bħal SGRE jespandu jew jittrasferixxu l-produzzjoni tax-xfafar tat-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta mill-pajjiżi tal-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE, u b’hekk jaffettwaw l-impjiegi u l-fornituri tal-Unjoni.

(35)

SGRE affermat ukoll li l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet tal-GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-BK/ŻEE twassal għal żieda fil-kostijiet fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

(36)

Il-Kummissjoni nnutat li l-avviż tal-ftuħ mill-ġdid iddikjara b’mod ċar li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet oriġinali kien limitat fl-ambitu għall-eżaminazzjoni ta’ jekk il-miżuri għandhomx japplikaw għall-GFF li joriġina mir-RPĊ u l-Eġittu miġjuba fi kwantitajiet sinifikanti lejn il-BK/ŻEE. L-informazzjoni li tinsab fin-nota għall-fajl li wasslet għall-ftuħ mill-ġdid ikkonfermat dan l-ambitu limitat. L-ambitu ta’ din l-investigazzjoni jsegwi direttament mill-kliem tal-Artikolu 14a tar-Regolament anti-dumping bażiku u tal-Artikolu 24a tar-Regolament antisussidji bażiku u huwa wkoll kompletament konformi mal-Premessa (24) tal-Pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI (15). L-istandard legali meħtieġ f’dawn id-dispożizzjonijiet huwa li l-prodott oġġett ta’ dumping u/jew issussidjat miġjub fi kwantitajiet sinifikanti fil-BK/ŻEE “jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni”.

(37)

Kif spjegat b’mod ċar fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, il-partikolarità tas-sitwazzjoni li wasslet għal din l-investigazzjoni kienet il-fatt li l-għodda doganali prevista fl-Artikoli 14a u 24a ma kinitx applikabbli fiż-żmien tal-bidu tal-investigazzjoni inizjali. Skont l-Artikoli 14a(2) u 24a(2), l-għodda doganali mbagħad saret disponibbli u wasslet għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni. Madankollu, kif speċifikat ukoll fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, fl-investigazzjonijiet oriġinali li wasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping u kumpensatorji l-Kummissjoni diġà inkludiet fl-eżaminazzjoni tagħha importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt ipproċessar attiv u konkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarbet dannu materjali matul il-perjodu kkonċernat. L-analiżi tad-dannu fl-investigazzjonijiet oriġinali kopriet mhux biss l-2018, iżda l-perjodu kollu kkonċernat jiġifieri bejn l-2015 u l-2018. L-investigazzjoni preżenti serrħet fuq dawk is-sejbiet u kellha l-għan li taċċerta jekk l-estensjoni tad-dazji għall-BK/ŻEE kinitx adegwata. Għaldaqstant, fir-Regolament li jimponi d-dazji kien diġà ġie kkonfermat jekk il-prodott oġġett ta’ dumping/sussidjat miġjub fi kwantitajiet sinifikanti fil-BK/ŻEE jikkawżax dannu lill-Unjoni. Il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kkonferma l-eżistenza ta’ dawk il-kwantitajiet u l-adegwatezza tal-estensjoni tal-miżuri kurrenti biex jipproteġu l-industrija tal-Unjoni.

(38)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-istandard legali rilevanti, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data, l-evidenza u s-sejbiet dwar id-dannu fl-investigazzjonijiet oriġinali. L-investigazzjoni kurrenti sabet li kien hemm importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u ssusidjati miġjuba fil-BK/ŻEE fi kwantitajiet sinifikanti, u dawn jikkawżaw aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni, għaliex dawn jistgħu biss jaggravaw is-sitwazzjoni dannuża tagħha, Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew rifjutati.

(39)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-interess tal-Unjoni ma kienx inkluż fl-ambitu tal-investigazzjonijiet miftuħa mill-ġdid, l-Artikoli 14a u 24a tar-Regolamenti bażiċi rispettivi ma fihom l-ebda referenza għall-ħtieġa li jiġi vvalutat l-interess tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, SGRE ma ppreżentatx kummenti dwar dan il-punt fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-kummenti dwar l-interess tal-Unjoni ta’ SGRE huma jew simili għall-kummenti diġà indirizzati u kkonfutati fir-Regolamenti li jimponu l-miżuri oriġinali, jew mhumiex sostanzjati. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk huwiex xieraq li l-miżuri kurrenti jkunu estiżi għall-BK/ŻEE hija kkonfermata u dawn l-affermazzjonijiet kienu rrifjutati.

5.   ESTENSJONI TAL-MIŻURI

(40)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dazji definittivi anti-dumping u kumpensatorji eżistenti fuq materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħra jew mingħajrhom, minbarra prodotti li huma mimlijin jew mimlijin minn qabel (pre-preg), u bl-esklużjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa b’ċelloli ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iktar minn 35 g/m2 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu jenħtieġ li jkunu imposti wkoll fuq materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħra jew mingħajrhom, minbarra prodotti li huma mimlijin jew mimlijin minn qabel (pre-preg), u bl-esklużjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa b’ċelloli ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iktar minn 35 g/m2 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu miġjuba miġjuba lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew taż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS

(41)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazji definittivi anti-dumping u kumpensatorji huma imposti fuq materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħra jew mingħajrhom, minbarra prodotti li huma mimlijin jew mimlijin minn qabel (pre-preg), u bl-esklużjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa b’ċelloli ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iktar minn 35 g/m2 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00, ex 7019 62 00, ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00, ex 7019 69 10, ex 7019 69 90, u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019610081, 7019610083, 7019610084, 7019620081, 7019620083, 7019620084, 7019630081, 7019630083, 7019630084, 7019640081, 7019640083, 7019640084, 7019650081, 7019650083, 7019650084, 7019660081, 7019660083, 7019660084, 7019691081, 7019691083, 7019691084, 7019699081, 7019699083, 7019699084, 7019900081, 7019900083 u 7019900084), li huma riesportati fit-tifsira tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għal gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew fiż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS.

2.   Dazji definittivi anti-dumping u kumpensatorji huma imposti fuq materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta u/jew ħjut b’elementi oħra jew mingħajrhom, minbarra prodotti li huma mimlijin jew mimlijin minn qabel (pre-preg), u bl-esklużjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa b’ċelloli ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iktar minn 35 g/m2 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00, ex 7019 62 00, ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00, ex 7019 69 10, ex 7019 69 90, u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019610081, 7019610083, 7019610084, 7019620081, 7019620083, 7019620084, 7019630081, 7019630083, 7019630084, 7019640081, 7019640083, 7019640084, 7019650081, 7019650083, 7019650084, 7019660081, 7019660083, 7019660084, 7019691081, 7019691083, 7019691084, 7019699081, 7019699083, 7019699084, 7019900081, 7019900083 u 7019900084), li huma riċevuti fuq gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew fiż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont l-UNCLOS, u ma jaqgħux taħt il-paragarfu 1.

3.   Regoli speċifiċi għall-impożizzjoni u l-ġbir ta’ dazji anti-dumping u kumpensatorji skont il-paragrafi 1 u 2 huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1131 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037.

4.   Id-dazji anti-dumping u kumpensatorji definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni jew, fejn applikabbli, ħieles fil-blata kontinentali jew il-prezz fil-fruntiera taż-Żona Ekonomika Esklużiva, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafi 1 u 2 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż ikkonċernat

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Dazju kumpensatorju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-RPĊ

Jushi Group Co. Ltd;

Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd;

Taishan Fiberglass Inc.

69,0  %

30,7  %

C531

PGTEX China Co. Ltd; Chongqing Tenways Material Corp.

37,6  %

17,0  %

C532

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I

37,6  %

24,8  %

Ara l-Anness I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

34,0  %

30,7  %

Ara l-Anness II

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

69,0  %

30,7  %

C999

L-Eġittu

Jushi Egypt għal Fiberglass Industry S.A.E; Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E.

20,0  %

10,9  %

C533

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,0  %

10,9  %

C999

5.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju anti-dumping u dak kumpensatorju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 4 jew fl-Annessi I jew II għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-(pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta’ dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’.”

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

7.   F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju ġie mnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll jiskattaw il-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(6)  Il-blata kontinentali tinkludi qiegħ il-baħar u taħt l-art taż-żoni sottomarini li jestendu lil hinn mill-baħar territorjali matul it-titwil naturali tat-territorju tal-art sat-tarf ta’ barra tal-marġni kontinentali, jew sa distanza ta’ 200 mil nawtiku mil-linji bażi li minnhom il-wisa’ tal-baħar territorjali jitkejjel fejn it-tarf ta’ barra tal-marġni kontinentali ma jestendix sa dik id-distanza filwaqt li ż-żona ekonomika esklussiva hija żona lil hinn u maġenb il-baħar territorjali li ma għandhiex testendi lil hinn minn 200 mil nawtiku (ara notevolment l-Artikolu 55 mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“l-UNCLOS”)). Gżejjer artifiċjali huma żoni ta’ art, imdawra bl-ilma, li huma ’l fuq mill-ilma li mhumiex iffurmati b’mod naturali iżda huma r-riżultat ta’ attività ta’ bini mill-bniedem. Dawn il-gżejjer jistgħu jintużaw biex jappoġġaw l-esplorazzjoni jew l-isfruttament ta’ qiegħ il-baħar jew jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-produzzjoni ta’ enerġija mill-ilma, kurrenti jew irjieħ. Jistgħu jintużaw bħala l-punt tal-kunsinna ta’ prodotti mormija/sussidjati bħal tubi biex jgħaqqdu l-pjattaformi max-xatt jew għall-estrazzjoni tal-idrokarburi minn qiegħ il-baħar, tagħmir għat-tħaffir u pjattaformi jew turbini eoliċi. Installazzjonijiet fissi jew li jżommu f’wiċċ l-ilma u kwalunkwe struttura oħra huma kostruzzjonijiet, inklużi faċilitajiet, bħal pjattaformi kemm jekk imwaħħlin ma’ qiegħ il-baħar jew f’wiċċ l-ilma li huma maħsuba għall-esplorazzjoni jew l-isfruttament ta’ qiegħ il-baħar. Jinkludu wkoll il-kostruzzjonijiet fuq il-post għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-ilma, il-kurrenti jew l-irjieħ. Il-prodott soġġett għal rieżami jista’ wkoll jiġi kkunsinnat għall-użu fuq dawk il-kostruzzjonijiet.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1131 tat-2 ta’ Lulju 2019 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 3.7.2019, p. 12).

(8)  Notifika dwar ftuħ parzjali tal-investigazzjonijiet li jwasslu għal miżuri anti-dumping u antisussidji fuq importazzjoni ta’ ċerti prodotti minsuġin u/jew meħjutin tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu, ĠU C 199, 27.5.2021, p. 6.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(10)  Saint Vincent u l-Grenadini vs il-Guinea, l-1 ta’ Lulju 1999, elenku ITLOS tal-Kawżi, Nru 2.

(11)  Il-Kawża C-6/04, Il-Kummissjoni vs. Ir-Renju Unit [2005] ECJ1-9056, il-punt 117.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(13)  Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, firxiet huma provduti.

(14)  Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, firxiet huma provduti.

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/825.


ANNESS I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping

Isem il-Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd

B995

Changzhou Pro-Tech Industry Co., Ltd

C534

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd

C535

Neijiang Huayuan Electronic Materials Co., Ltd

C537

NMG Composites Co., Ltd

C538

Zhejiang Hongming Fiberglass Fabrics Co., Ltd

C539


ANNESS II

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji

Isem il-Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Jiuding New Material Co., Ltd

C536


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/807

tat-23 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 (2), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2)

Il-premessa (347) u l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 inkludew żball fir-rigward tal-isem ta’ produttur esportatur li kkopera u li ma kienx inkluż fil-kampjun Liaocheng BSC Metal Products Co., Ltd. Jiġifieri, l-isem ta’ din il-kumpanija fil-premessa (347) u fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 bi żball ma kienx komplut, jiġifieri l-aħħar tliet kelmiet tal-isem tal-kumpanija (“Products Co., Ltd”) tħallew barra.

(3)

B’riżultat ta’ dan, il-premessa (347) u l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 ma jirriflettux l-isem sħiħ korrett tal-produttur esportatur li kkopera, Liaocheng BSC Metal Products Co., Ltd. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-premessa (347) u l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 skont dan. Din ir-rettifika jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, jiġifieri it-18 ta’ Frar 2022.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-premessa 347 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(347)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni nnutat xi żbalji klerikali inklużi fil-lista ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw li ġew ikkoreġuti. Dawn il-korrezzjonijiet kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati fil-formola tal-kampjunar. Għalhekk, Shanghai Foreign Trade (Pudong) Co., Ltd. li ssottomettiet l-informazzjoni dwar il-kampjunar għall-produtturi relatati tagħha Shanghai Rongdun Industry Co., Ltd. u Shanghai Chunri New Energy Technology Co., Ltd., tneħħiet mil-lista u ġiet sostitwita mill-produtturi relatati tagħha. Bl-istess mod, BSC Corporation, negozjant li jesporta l-prodott magħmul mill-kumpanija relatata tiegħu Liaocheng BSC Metal Products Co., Ltd, tneħħa mil-lista u ġie sostitwit mill-produttur relatat tiegħu.”

2.   L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’effett retroattiv mit-18 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun:

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Anhui Goodlink Fastener Co., Ltd

C859

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Beijing Jinzhaobo High Strength Fastener Co., Ltd.

C767

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Liaocheng BSC Metal Products Co., Ltd

C768

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Celo Suzhou Precision Fasteners Co. Ltd

C769

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changshu City Standard Parts Factory Co., Ltd.

C770

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

CHENGLONG TECHNOLOGY (JIAXING) CO., LTD.

C771

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

EC International (Nantong) Co., Ltd.

C772

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

FASTWELL METAL PRODUCTS CO.,LTD

C773

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Finework (Hunan) New Energy Technology Co.,Ltd

C774

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

FRÖTEK Plastic Technology(Wuxi) CO., LTD

C775

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Haining Hisener Trade Co., Ltd

C776

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAINING JINJIE METAL CO.,LTD

C778

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN BOOMING FASTENER CO.,LTD.

C779

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Haiyan C&F Fittings Co.,LTD

C780

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN GUANGDA HARDWARE CO., LTD.

C781

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Haiyan Jiamei Hardware Manufacturing And Tech. Co., Ltd

C782

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Haiyan Shangxin Standarf Parts Co., Ltd

C783

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN TIANQI STANDARD PARTS CO., LTD.

C784

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Haiyan Wancheng Fasteners Co., Ltd.

C785

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN XINGLONG FASTENER CO., LTD

C786

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN YIHUI HARDWARE TECHNOLOGY CO., LTD

C787

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HAIYAN YOUSUN ENTERPRISE CO., LTD

C788

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HANDAN HAOSHENG FASTENER CO., LTD.

C789

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

HILTI (CHINA) LTD

C790

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jia Xing Tai Cheng Aoto Parts Co., Ltd

C791

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiashan Chaoyi Fastener Co.,Ltd

C792

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIASHAN GIANT IMP.&EXP.TRADE CO.,LTD

C793

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiashan Sanxin Fastener Company Limited

C794

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiashan United Oasis Fastener Co.,Ltd

C795

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIASHAN WEIYUE FASTENER CO.,LTD

C796

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiashan Xiaohai Metal Products Factory

C797

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIASHAN YONGXIN FASTENER CO., LTD

C798

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING CHENGFENG METAL PRODUCTS CO.,LTD

C799

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING H.J TECH INDUSTRY LIMITED

C800

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiaxing Huanhuan Tong Plastic Industry Co., LTD

C801

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING KINFAST HARDWARE CO., LTD.

C802

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING LONGSHENG HARDWARE CO.,LTD

C803

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiaxing Shangxiang Import and Export Co., LTD

C804

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING SULATER AUTO PARTS CO.,LTD.

C805

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING TAIXIN AUTO PARTS MANUFACTURING CO.,LTD

C806

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jiaxing Victor Screw Co.,Ltd

C807

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JIAXING ZHENGYING HARDWARE CO.,LTD

C808

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Jinan Huayang Fastener Co., Ltd

C809

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

JINAN STAR FASTENER CO., LTD

C810

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Lianyungang Suli Hardware Technology Co., Ltd.

C811

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

NEDSCHROEF FASTENERS (KUNSHAN) CO., LTD.

C812

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

NEW STARWDH INDUSTRIAL CO.,LTD

C813

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Dongxin High-Strength Nut Co., Ltd.

C814

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Economic & Technical Development Zone Yonggang Fasteners Co., Ltd.

C815

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Haixin Hardware Co., Ltd.

C816

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

NINGBO LEMNA PRODUCT TECHNOLOGY CO., LTD.

C817

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Minda Machinery & Electronics Co., Ltd.

C818

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Nanjubaoge Fastener Manufacturing Co. Ltd

C819

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Ningli High-Strength Fastener Co., Ltd.

C820

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Shengtai Fastener Technology Co., Ltd

C821

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Taida Hezhong Fastener Manufacture Co., Ltd.

C822

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Zhenghai Yongding Fastener Co., Ltd.

C823

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

NINGBO ZHONGBIN FASTENER MFG. CO., LTD.

C824

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Zhongjiang High Strength Bolts Co., Ltd.

C825

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

OK TECH CO., LTD

C826

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

PINGHU OTEBAY HARDWARE PRODUCT CO.LTD

C827

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pinghu Sanjiaozhou Lubricant Co., Ltd.

C828

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pol Shin Fastener (Zhejiang) Co., Ltd

C829

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

QIFENG PRECISION INDUSTRY SCI-TECH CORP.

C830

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Autocraft Co.,Ltd.

C831

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SHANGHAI CHAEN CHIA FASTENERS CO.,LTD.

C832

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SHANGHAI EAST BEST FOREIGN TRADE CO.,LTD.

C833

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Chunri New Energy Technology Co., Ltd.,

C777

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Rongdun Industry Co., Ltd.

C834

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Galgem Hardware Company Limited

C835

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai High-Strength Bolts Plant

C836

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SHANGHAI MOREGOOD HARDWARE CO., LTD.

C837

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanghai Yueda Nails Co., Ltd.

C838

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

SSF INDUSTRIAL CO., LIMITED

C839

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Suzhou Escort Hardware Manufacturing Co. Ltd

C840

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Suzhou Hongly Hardware Co., Ltd

C841

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Suzhou Litto Fastener Co., Ltd

C842

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Suzhou YNK Fastener Co., Ltd.

C843

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Yantai Agrati Fasteners Ltd.

C844

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

YUYAO ALFIRSTE HARDWARE CO.,LTD

C845

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Yuyao Zhenrui Metal Co., Ltd

C846

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZHE JIANG WORLD WIN FASTENER CO., LTD

C847

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhejiang Channov Auto Parts Co., Ltd

C848

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZHEJIANG CHAOBOER HARDWARE CO., LTD

C849

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZHEJIANG DONGHE MACHINERY TECHNOLOGY CORPORATION LIMITED

C850

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhejiang Excellent Industries Co. Ltd

C851

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZHEJIANG MS TECHNOLOGY CO.,LTD.

C852

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZHEJIANG NEW SHENGDA FASTENER CO., LTD.

C853

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ZheJiang RuiZhao Technology Co.,Ltd.

C854

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhejiang Tianyuan Metal Products Co.,Ltd

C855


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/808

tat-23 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2018 ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza bisiribak, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3).

(3)

Il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanza attiva bispiribak ġie estiż mill-31 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Lulju 2023 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1916 (4).

(4)

Madankollu, fit-22 ta’ Ottubru 2020, l-applikant ikkonferma li ma għadux jappoġġa l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

(5)

Billi l-applikazzjoni għat-tiġdid ġiet irtirata, l-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1916, ma għadhiex ġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida fl-eqreb data possibbli, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1916 tas-6 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak (ĠU L 311, 7.12.2018, p. 24).


ANNESS

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 1, Bispiribak, id-data hija sostitwita bid-data “31 ta’ Lulju 2022”.


DEĊIŻJONIJIET

24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/809

tat-23 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza b’ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 450 000 000 maħsuba biex tkopri l-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/471 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 900 000 000.

(3)

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/636 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, li żiedet aktar l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 1 350 000 000.

(4)

Fid-dawl tal-aggressjoni armata li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 490 000 000 addizzjonali.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 1 840 000 000.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 1 840 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 u fil-baġits għas-snin sussegwenti li jikkorrispondu għall-Miżura ta’ Assistenza.”;

(3)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. In-nefqa massima eliġibbli mġarrba qabel il-11 ta’ Marzu 2022 għandha tkun ta’ EUR 450 000 000.”;

(4)

fl-Artikolu 4(4), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

il-Ministeru għad-Difiża u l-Ministeru Federali għall-Intern u l-Komunità tal-Ġermanja;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/471 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 43).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/636 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 34).


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/810

tat-23 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza b’ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 50 000 000 maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-forniment ta’ tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, bħal tagħmir ta’ protezzjoni personali, kaxex għall-ewwel għajnuna u fjuwil, lill-Forzi Armati Ukreni.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/472 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339, li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 100 000 000.

(3)

Fit-13 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/637 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339, li żiedet aktar l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 150 000 000.

(4)

Fid-dawl tal-aggressjoni armata li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 10 000 000 addizzjonali maħsub biex ikopri l-finanzjament tal-forniment ta’ tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, bħal tagħmir ta’ protezzjoni personali, kaxex għall-ewwel għajnuna u fjuwil, lill-Forzi Armati Ukreni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 160 000 000.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 160 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 u fil-baġits għas-snin sussegwenti li jikkorrispondu għall-Miżura ta’ Assistenza.”;

(3)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. In-nefqa massima eliġibbli mġarrba qabel il-11 ta’ Marzu 2022 għandha tkun ta’ EUR 50 000 000.”;

(4)

fl-Artikolu 4(4), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(k)

il-Ministeru għad-Difiża, l-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin u l-Ministeru Federali għall-Intern u l-Komunità tal-Ġermanja;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/339 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 61, 28.2.2022, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/472 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 45).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/637 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 36).


24.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/44


DEĊIŻJONI (UE) 2022/811 TAL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI

tal-24 ta’ Marzu 2022

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“SRB”) għas-sena finanzjarja 2020 (SRB/PS/2022/03)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

IL-BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 50(1)(b) u 63(8) tar-Regolament SRM,

Wara li kkunsidra l-Artikoli 97, 98 u 99 tar-Regolament Finanzjarju SRB tas-17 ta’ Jannar 2020,

Wara li kkunsidra l-Kontijiet Annwali Finali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2020 kif adottati fit-30 ta’ Ġunju 2021 (il-“Kontijiet Annwali Finali tal-2020”),

Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2020 kif adottat fis-7 ta’ Mejju 2021 (ir-“Rapport Annwali tal-2020”),

Wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB (ir-“Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2020”),

Wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kontijiet Annwali Finali tal-2020 inklużi l-opinjonijiet tal-awditjar datati s-16 ta’ Ġunju 2021 ippreparati minn Mazars Réviseurs d’Enterprises (ir-“Rapport ta’ Mazars tal-Awditjar tal-2020”),

Wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014) dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq bħala riżultat tal-prestazzjoni mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament SRM għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“Rapport dwar l-Obbligazzjonijiet Kontinġenti tal-Qorti tal-Awdituri tal-2020”),

Wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Awditjar Intern tal-2020 datat l-14 ta’ Diċembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

1.   Jagħti l-kwittanza lill-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB għas-sena finanzjarja 2020;

2.   Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-SRB għas-sena finanzjarja 2020;

3.   Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fil-mozzjoni t’hawn taħt;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni biex jinnotifika din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L), u fuq is-sit web tal-SRB.

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tagħha.

Għall-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni,

Birgit RODOLPHE

Membru tal-Plenarja


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.