ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 133

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
10 ta' Mejju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/708 tal-5 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, calcium carbide, captan, cymoxanil, dimethomorph, dodemorph, ethephon, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi ta’ distilazzjoni tax-xaħam, aċidi xaħmin C7 sa C20, fluoxastrobin, flurochloridone, folpet, formetanate gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metam, metamitron, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, piretrini, ir-ramel kwarz, żejt tal-ħut, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, sulcotrione, tebuconazole u urea ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/709 tas-6 ta’ Mejju 2022 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel u li jirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/710 tas-6 ta’ Mejju 2022 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/711 tas-6 ta’ Mejju 2022 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/712 tas-27 ta’ April 2022 dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata End The Slaughter Age (Intemmu l-Era tat-Tbiċċir) skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 2753)

15

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/713 tal-4 ta’ Mejju ta’ 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati għat-tisħin tal-likwidi, għaċ-ċarġers tal-batteriji, għall-ħiters tal-ilma istantanji, għall-ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali, għat-tojlits, għall-kabini għal doċoċ multifunzjonali, għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra, u tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ ( 1 )

17

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/714 tal-5 ta’ Mejju 2022 li tagħti deroga li tippermetti lill-Belġju, lill-Bulgarija, lil Ċipru, lil-Litwanja, lin-Netherlands u lill-Finlandja li jużaw mezzi oħra għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 fir-rigward ta’ merkanzija f’kunsinni postali (notifikata bid-dokument C(2022) 2760)  ( 1 )

28

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/715 tal-5 ta’ Mejju 2022 li tagħti deroga li tippermetti lill-Ungerija tuża mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data fir-rigward ta’ merkanzija f’kunsinni postali (notifikata bid-dokument C(2022) 2765)  ( 1 )

31

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/716 tas-6 ta’ Mejju 2022 dwar l-approvazzjoni ta’ Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali, f’ċerti karozzi tal-passiġġieri elettriċi ibridi u fil-vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

33

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/717 tas-6 ta’ Mejju 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2022) 3130)  ( 1 )

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/708

tal-5 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, calcium carbide, captan, cymoxanil, dimethomorph, dodemorph, ethephon, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi ta’ distilazzjoni tax-xaħam, aċidi xaħmin C7 sa C20, fluoxastrobin, flurochloridone, folpet, formetanate gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, metam, metamitron, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, piretrini, ir-ramel kwarz, żejt tal-ħut, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, sulcotrione, tebuconazole u urea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, filwaqt li l-parti B ta’ dak l-Anness tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/745 (3) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva flurochloridone sal-31 ta’ Mejju 2022. Dak ir-Regolament estenda wkoll il-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, dimethomorph, ethephon, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metazachlor, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S-metolachlor sal-31 ta’ Lulju 2022, u tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, cymoxanil, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, gibberellic acid, gibberellins, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, ir-ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebuconazole u urea sal-31 ta’ Awwissu 2022. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva aclonifen sal-31 ta’ Lulju 2022 u tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aluminium phosphide, calcium carbide, dodemorph, ethylene, magnesium phosphide, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini u sulcotrione sal-31 ta’ Awwissu 2022. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 (5) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva proquinazid sal-31 ta’ Lulju 2022.

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metam mistennija tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 (6).

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 (7). Għalkemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ġie revokat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 (8), id-dispożizzjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi stabbiliti f’dak ir-Regolament jibqgħu japplikaw f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(5)

Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, il-perjodi ta’ approvazzjoni tagħhom jeħtieġ jiġu estiżi biex jipprovdu ż-żmien meħtieġ ħalli titlesta l-valutazzjoni.

(6)

Barra minn hekk, estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni hija meħtieġa għas-sustanzi attivi u tal-ammonju, cymoxanil, dimethomorph, ethephon, fluoxastrobin, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S metolachlorsulfat biex jingħata biżżejjed żmien għal valutazzjoni relatata mal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(7)

Meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data ta’ skadenza li tkun l-istess data ta’ qabel dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tara li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli.

(8)

Għalhekk, r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/745 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, karbonat tal-kalċju, captan, diossidu tal-karbonju, cymoxanil, dimethomorph, ethephon, estratt mis-siġra tat-te, famossadon, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flumjossażin, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, heptamaloxyloglucan, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, metazachlor, metribuzin, milbemectin, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenat tal-potassju, propamocarb, prothioconazole, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea (ĠU L 160, 7.5.2021, p. 89).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 51).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal-25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolachlor, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemectin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Ethephon, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Captan, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanate, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimethomorph, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribuzin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamocarb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimiphos-methyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutamid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Benthiavalicarb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boscalid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, Fluoxastrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, Prothioconazole, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 215, Aclonifen, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(18)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 217, Metazachlor, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(19)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 218, Aċidu aċetiku, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(20)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(21)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(22)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 223, Calcium carbide, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(23)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 227, Ethylene, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(25)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(27)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(28)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellins, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(29)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(30)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(31)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 241, Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(32)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(33)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 243, Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(34)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 246, Piretrini, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(35)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ir-ramel tal-kwarz, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(36)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(37)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(38)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(39)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(40)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 260, Aluminium phosphide, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(41)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 262, Magnesium phosphide, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(42)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 263, Cymoxanil, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(43)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 264, Dodemorph, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(44)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 265, 2,5-Dichlorobenzoic acid methylester, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(45)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 266, Metamitron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(46)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 267, Sulcotrione, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(47)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2023”;

(48)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 302, Proquinazid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2023”;

(49)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 354, Flurochloridone, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Mejju 2023”;

2.

Fil-Parti B, fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 22, Metam, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2023”.


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/709

tas-6 ta’ Mejju 2022

li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa fuq l-ikel u li jirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament u sakemm ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jiġu ppreżentati mill-operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali mbagħad tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Meta tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand H.J. Heinz Supply Chain Europe BV, ippreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Nutrimune u d-difiża immunitarja kontra patoġeni fil-passaġġi gastrointestinali u respiratorji ta’ fuq (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2018-00727). L-indikazzjoni proposta mill-applikant tgħid dan li ġej: “Nutrimune jappoġġa s-sistema immunitarja bid-difiża kontra patoġeni fil-passaġġi gastrointestinali u respiratorji ta’ fuq tat-tfal żgħar”.

(6)

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità (2) li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, l-evidenza xjentifika mhix biżżejjed biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Nutrimune, ħalib tal-baqra xkumat, pasturizzat u ffermentat bil-Lactobacillus paracasei CBA L74, u d-difiża immunitarja kontra patoġeni fil-passaġġ gastrointestinali u respiratorji ta’ fuq tat-tfal żgħar. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jenħtieġ li din ma tiġix awtorizzata.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjoni dwar is-saħħa elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)   EFSA Journal 2019;17(4):5656.


ANNESS

Indikazzjoni dwar is-saħħa rifjutata

Applikazzjoni – Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Nutrimune (ħalib tal-baqra xkumat, pasturizzat u ffermentat bil-Lactobacillus paracasei CBA L74)

Nutrimune jappoġġa s-sistema immunitarja bid-difiża kontra patoġeni fil-passaġġi gastrointestinali u respiratorji ta’ fuq tat-tfal żgħar

Q-2018-00727


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/710

tas-6 ta’ Mejju 2022

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq il-prodotti tal-ikel huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament u inklużi f’lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jintbagħtu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tgħaddi l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Wara li tirċievi l-applikazzjoni, l-Awtorità għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u tagħti opinjoni fuq l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni li tat l-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand Anxiofit Ltd., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Anxiofit-1 u t-tnaqqis tal-ansjetà taħt il-limitu u tal-ansjetà ħafifa (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-00032). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Anxiofit-1 intwera li jtejjeb l-ansjetà taħt il-limitu u l-ansjetà ħafifa. L-ansjetà taħt il-limitu u l-ansjetà ħafifa huma fatturi ta’ riskju fl-iżvilupp tad-disturbi marbuta mal-ansjetà u d-depressjoni.”

(6)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (2) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, l-evidenza xjentifika ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Anxiofit-1 u t-tnaqqis tal-ansjetà taħt il-limitu u tal-ansjetà ħafifa. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjoni dwar is-saħħa stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)   EFSA Journal 2020;18(10):6264.


ANNESS

Indikazzjoni dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni - Dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

L-Artikolu 14(1)(a), indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard.

Anxiofit-1, ingredjent tal-ikel li fih estratt niexef tal-għerq idroalkoħoliku tal-Echinacea angustifolia standardizzat għall-profil alkamid speċifiku.

Anxiofit-1 intwera li jtejjeb l-ansjetà taħt il-limitu u l-ansjetà ħafifa. L-ansjetà taħt il-limitu u l-ansjetà ħafifa huma fatturi ta’ riskju fl-iżvilupp tad-disturbi marbuta mal-ansjetà u d-depressjoni.

EFSA-Q-2020-00032


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/711

tas-6 ta’ Mejju 2022

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament u inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jintbagħtu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tgħaddi l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

(3)

L-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni li tkun tat l-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand analyze & realize GmbH, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ GlycoLite™ u t-tnaqqis tal-piż tal-ġisem (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2018-00611). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “GlycoLite™ jgħin biex tonqos fil-piż”.

(6)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (2) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, l-evidenza xjentifika ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ estratt milwiem mill-fażola bajda (Phaseolus vulgaris L.) standardizzata fl-attività inibitorja tal-α-amylażi in vitro tagħha (GlycoLiteTM) u tnaqqis tal-piż tal-ġisem ‘restrizzjoni kalorika jew f’alimentazzjoni ad libitum. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand BioGaia AB, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ pastilji orodispersibbli li fihom taħlita ta’ Lactobacillus reuteri DSM 17938 u Lactobacillus reuteri ATCC PTA 5289 u l-funzjoni normali tal-ħanek (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2019-00383). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Il-pastilji li fihom il-Lactobacillus reuteri DSM 17938 u l-Lactobacillus reuteri ATCC PTA 5289 jappoġġaw il-funzjoni normali tal-ħanek”.

(8)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (3) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, l-evidenza xjentifika ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-pastilji orodispersibbli li fihom taħlita ta’ Lactobacillus reuteri DSM 17938 u Lactobacillus reuteri ATCC PTA 5289 u l-manteniment ta’ funzjoni normali tal-ħanek. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(9)

Il-kummenti mingħand analyze & realize GmbH li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tqiesu fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal 2019;17(6):5715.

(3)  EFSA Journal 2020;18(3):6004.


ANNESS

Indikazzjonijiet dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni tas-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

GlycoLiteTM – Estratt milwiem standardizzat proprjetarju mill-fażola bajda (Phaseolus vulgaris L.)

GlycoLite™ jgħin biex tonqos fil-piż

Q-2018-00611

Indikazzjoni tas-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

Pastilji b’żewġ razez ta’ Lactobacillus reuteri:

Lactobacillus reuteri DSM 17938 u Lactobacillus reuteri ATCC PTA 5289, bejn wieħed u ieħor ammont indaqs ta’ kull razza (ammont minimu totali ta’ 1 × 108 CFU/pastilja ta’ kull razza batterjali)

Il-pastilji li fihom il-Lactobacillus reuteri DSM 17938 u l-Lactobacillus reuteri ATCC PTA 5289 jappoġġaw il-funzjoni normali tal-ħanek

Q-2019-00383


DEĊIŻJONIJIET

10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/712

tas-27 ta’ April 2022

dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “End The Slaughter Age” (“Intemmu l-Era tat-Tbiċċir”) skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 2753)

(Il-verżjoni bit-Taljan biss hija awtentika)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni ġiet ippreżentata talba dwar ir-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “End The Slaughter Age”.

(2)

L-għanijiet tal-inizjattiva kif ġew spjegati mill-organizzaturi huma: “(a) l-esklużjoni tat-trobbija tal-bhejjem minn attivitajiet eliġibbli għal sussidji agrikoli u l-inklużjoni ta’ alternattivi etiċi u ekoloġiċi, bħall-biedja taċ-ċelloli u l-proteini tal-pjanti u; (b) l-introduzzjoni ta’ inċentivi għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ċellolari u dawk ibbażati fuq il-pjanti”.

(3)

Dokument addizzjonali jipprovdi aktar dettalji dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva, u jistabbilixxi u jagħti dettalji dwar ir-raġunijiet għall-appoġġ għal din l-inizjattiva. L-organizzaturi jsostnu li eluf ta’ persuni li jaħdmu fis-setturi tat-tbiċċir tal-annimali u tal-ipproċessar tal-laħam jiffaċċjaw kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena ħafna u ta’ spiss anki illegali. Peress li l-benessri tal-annimali huwa kwistjoni importanti għall-Unjoni, ma għadx hemm ġustifikazzjoni morali jew legali biex nissuktaw imbiċċru l-annimali. Jisħqu wkoll li l-intensifikazzjoni tal-agrikoltura mhux sostenibbli u ż-żieda fid-domanda għall-proteini tal-annimali huma żewġ fatturi li jikkontribwixxu għar-riskju ta’ mard żoonotiku. Fl-istess ħin, it-trobbija tradizzjonali tal-annimali tikkonsma ħafna enerġija u tuża ħafna art, filwaqt li hija sors ewlieni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Abbażi tal-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ “min iniġġes iħallas”, l-organizzaturi jsostnu li huwa ġustifikat li minflok lis-settur tal-bhejjem, is-sussidji agrikoli jingħataw għal alternattivi ekoloġiċi, bħall-biedja taċ-ċelloli u l-biedja bbażata fuq il-proteini tal-pjanti. Fir-rigward tal-inċentivi possibbli għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ alternattivi sostenibbli, huma jsemmu bħala eżempju t-treġġigħ lura tat-tassazzjoni addizzjonali li bħalissa hija imposta fuq alternattivi tal-pjanti meta mqabbla ma’ prodotti bbażati fuq l-annimali.

(4)

Fir-rigward tal-ewwel objettiv tal-inizjattiva biex is-sussidji agrikoli jingħataw għal alternattivi ekoloġiċi u mhux għas-settur tal-bhejjem, sa fejn dawn is-sussidji jkopru prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tressaq proposti għal atti legali biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni abbażi tal-Artikolu 43(2) TFUE.

(5)

Fir-rigward tat-tieni objettiv tal-inizjattiva li titlob l-introduzzjoni ta’ inċentivi, f’termini ta’ sussidji jew simili, għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ċellolari u bbażati fuq il-pjanti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali abbażi tal-Artikolu 43(2) TFUE sa fejn jikkonċerna l-prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE. Barra minn hekk, billi l-inizjattiva għandha l-għan li tkopri wkoll tipi oħra ta’ inċentivi, li jmorru lil hinn mis-sussidji agrikoli, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali abbażi tal-Artikolu 114 TFUE, sa fejn dawn ikollhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ b’mod ċar barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

(7)

Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet fattwali u sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u l-kompatibilità mad-drittijiet fundamentali, ikunux issodisfati f’dan il-każ.

(8)

Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-inizjattiva intitolata “End The Slaughter Age” tiġi rreġistrata.

(11)

Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati bl-ebda mod ma timplika li l-Kummissjoni tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “End The Slaughter Age” għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “End The Slaughter Age”, irrappreżentata mis-Sinjura Filippo BORSELLINO u s-Sur Darryl GRIMA li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)   ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/713

tal-4 ta’ Mejju ta’ 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati għat-tisħin tal-likwidi, għaċ-ċarġers tal-batteriji, għall-ħiters tal-ilma istantanji, għall-ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali, għat-tojlits, għall-kabini għal doċoċ multifunzjonali, għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra, u tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati, u l-emendi għalihom, EN 50689:2021 għall-prodotti bil-lejżer għall-konsumaturi; EN IEC 61010-2-011:2021, u EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021 għall-apparati refriġeranti; EN IEC 61347-2-14:2018 u EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021 għal controlgear elettroniku DC u/jew AC għal lampi fluworexxenti tal-induzzjoni.

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (3): EN 60320-1:2001 kif emendat b’EN 60320-1:2001/A1:2007 għal konnetturi ta’ apparati li jintużaw fid-dar; EN 60335-2-25:2012 kif emendat b’EN 60335-2-25:2012/A1:2015, u EN 60335-2-25:2012/A2:2016 għal fran microwave; EN 60335-2-41:2003 kif emendat b’EN 60335-2-41:2003/A1:2004 u EN 60335-2-41:2003/A2:2010 għal pompi; EN 60335-2-96:2002 kif emendat b’EN 60335-2-96:2002/A1:2004 u EN 60335-2-96:2002/A2:2009 għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar; EN 60974-8:2009 għal panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma; EN 61010-2-032:2012 għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn; EN 61010-2-033:2012 għal multimeters tal-idejn għal użu domestiku u professjonali; EN 61010-2-040:2005 għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil; EN 61914:2016 għal klamps tal-kejbils; EN 62031:2008 kif emendat b’EN 62031:2008/A1:2013 u EN 62031:2008/A2:2015 għal moduli LED għat-tidwil ġenerali. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021; EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021; EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021; EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021; EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021; EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020; u EN IEC 62031:2020/A11:2021.

(5)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw ukoll dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 61010-2-091:2012 kif ikkoreġut b’EN 61010-2-091:2012/AC:2013 għal sistemi ta’ kabini tar-raġġi-X; EN 60335-2-105:2005 kif emendat b’EN 60335-2-105:2005/A11:2010, EN 60335-2-105:2005/A1:2008, u EN 60335-2-105:2005/A2:2020 għal kabini għal doċoċ multifunzjonali; EN 60335-2-84:2003 kif emendat b’EN 60335-2-84:2003/A1:2008 u EN 60335-2-84:2003/A2:2019 għal apparati tat-tojlits; EN 60335-2-29:2004 kif emendat b’EN 60335-2-29:2004/A11:2018 u EN 60335-2-29:2004/A2:2010 għal ċarġers ta’ batteriji. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN IEC 61010-2-091:2021; EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021; EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021; EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021; EN 60335-2-29:2021/A1:2021.

(6)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03): EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, u EN 60335-2-54:2008/A1:2015 għal apparati tat-tindif tas-superfiċe; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, u EN 61009-1:2012/A2:2014 għal salvaviti mħaddma għal kurrent residwu. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-54:2008/A12:2021; EN 60335-2-54:2008/A2:2021; u EN 61009-1:2012/A13:2021.

(7)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw u kkoreġew ukoll dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956: EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018 għal apparati għat-tisħin tal-likwidi; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019 għal ħiters tal-ilma istantanji; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, u EN 60335-2-61:2003/A11:2019 għal ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020 għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra; EN 60335-2-21:2021 għal ħiters tal-ilma b’akkumulu. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati ta’ korrezzjoni u emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-15:2016/A12:2021; EN 60335-2-15:2016/A1:2021; EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; u EN 60335-2-21:2021/A1:2021.

(8)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(9)

L-istandards armonizzati EN 50689:2021; EN IEC 61010-2-011:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021; EN IEC 61347-2-14:2018 kif emendat b’EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021; EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61010-2-091:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020 kif emendat b’EN IEC 62031:2020/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021 u b’EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021 kif emendat b’EN 60335-2-29:2021/A1:2021; EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, u EN 60335-2-54:2008/A1:2015, EN 60335-2-54:2008/A12:2021, u EN 60335-2-54:2008/A2:2021; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, EN 61009-1:2012/A2:2014, u EN 61009-1:2012/A13:2021; EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018, EN 60335-2-15:2016/A12:2021, EN 60335-2-15:2016/A1:2021, u EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019, u EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, u EN 60335-2-61:2003/A11:2019, u EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020, EN 60335-2-27:2013/A2:2020, u kkoreġut b’EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; EN 60335-2-21:2021 kif emendat b’EN 60335-2-21:2021/A1:2021 jissodisfaw l-għanijiet tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta’ dawk l-istandards, kif ukoll ir-referenzi tal-emendi u tal-korrezzjonijiet għalihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 60320-1:2001; EN 60335-2-25:2012; EN 60335-2-41:2003; EN 60335-2-96:2002; EN 60974-8:2009; EN 61010-2-032:2012; EN 61010-2-033:2012; EN 61010-2-040:2005; EN 61914:2016; EN 62031:2008; EN 60335-2-54:2008; EN 61009-1:2012.

(12)

Jeħtieġ ukoll li tiġi rtirata r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61851-22:2002 ippubblikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03), peress li l-istandard rivedut EN IEC 61851-1:2019, li ġie miżjud mal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jinkorpora b’mod integrali t-test tal-istandard EN 61851-22:2002.

(13)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li r-referenzi tal-istandards irtirati jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(14)

Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 61010-2-091:2012; EN 60335-2-105:2005; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-29:2004; EN 60335-2-15:2016; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-27:2013; u EN 60335-2-21:2021, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(15)

Madankollu, minħabba li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-091:2012 kif ikkoreġut b’EN 61010-2-091:2012/AC:2013 hija ppubblikata fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jeħtieġ li dawk ir-referenzi jitħassru minn dak l-Anness.

(16)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61010-2-091:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020 kif emendat b’EN IEC 62031:2020/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021 u b’EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021 kif emendat b’EN 60335-2-29:2021/A1:2021; EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, EN 60335-2-54:2008/A1:2015, EN 60335-2-54:2008/A12:2021 u EN 60335-2-54:2008/A2:2021; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, EN 61009-1:2012/A2:2014 u EN 61009-1:2012/A13:2021; EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018, EN 60335-2-15:2016/A12:2021, EN 60335-2-15:2016/A1:2021 u EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019 u EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, EN 60335-2-61:2003/A11:2019 u EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020, EN 60335-2-27:2013/A2:2020 u EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; u EN 60335-2-21:2021 kif emendat b’EN 60335-2-21:2021/A1:2021; jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 60320-1:2001; EN 60335-2-25:2012; EN 60335-2-41:2003; EN 60335-2-96:2002; EN 60974-8:2009; EN 61010-2-032:2012; EN 61010-2-033:2012; EN 61010-2-040:2005; EN 61914:2016; EN 62031:2008; EN 60335-2-54:2008; EN 61009-1:2012; EN 61851-22:2002; EN 61010-2-091:2012; EN 60335-2-105:2005; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-29:2004; EN 60335-2-15:2016; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-27:2013; u EN 60335-2-21:2021.

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(18)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-għanijiet tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:

(a)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

l-Anness IB huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (b) tal-Artiklu 1 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2023.

Il-punt (1) tal-Anness I rigward ir-ringieli 4, 7, 34, 39, 41, 68 u 96 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2023.

Il-punt (1) tal-Anness I rigward ir-ringiela 76 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2022.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).


ANNESS I

(1)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jitħassru r-ringieli 4, 7, 34, 39, 41, 68, 76 u 96.

(2)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali:

Nru

Referenza tal-istandard

“4a.

EN 60335-2-15:2016

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-15: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tisħin tal-likwidi

EN 60335-2-15:2016/A11:2018

EN 60335-2-15:2016/A12:2021

EN 60335-2-15:2016/A1:2021

EN 60335-2-15:2016/A2:2021”

“7a.

EN 60335-2-29:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-29: Rekwiżiti partikolari għal ċarġers ta’ batteriji

EN 60335-2-29:2021/A1:2021”

“34a.

EN 60335-2-35:2016

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-35: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma istantanji

EN 60335-2-35:2016/A1:2019

EN 60335-2-35:2016/A2:2021”

“39a.

EN 60335-2-61:2003

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-61: Rekwiżiti partikolari għal apparati għal ħiters b’akkumulu termali

EN 60335-2-61:2003/A1:2005

EN 60335-2-61:2003/A2:2008

EN 60335-2-61:2003/A11:2019

EN 60335-2-61:2003/A12:2021”

“41a.

EN IEC 60335-2-84:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-84: Rekwiżiti partikolari għat-tojlits

EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021”

“68a.

EN IEC 60335-2-105:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-105: Rekwiżiti partikolari għal kabini għal doċoċ multifunzjonali

EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021

EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021”

“76a.

EN 60335-2-27:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraħamra

EN 60335-2-27:2013/A1:2020

EN 60335-2-27:2013/A2:2020

EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11”

“96a.

EN 60335-2-21:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu

EN 60335-2-21:2021/A1:2021”;

(3)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“112.

EN 50689:2021

Sigurtà ta’ prodotti bil-lejżer — Rekwiżiti Partikolari għal Prodotti bil-Lejżer għall-Konsumaturi

113.

EN IEC 61010-2-011:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-011: Rekwiżiti partikolari għal apparati refriġeranti

EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021

114.

EN IEC 61347-2-14:2018

Controlgear tal-lampi — Parti 2-14: Rekwiżiti partikolari għal controlgear elettroniku DC u/jew AC għal lampi fluworexxenti tal-induzzjoni

EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021

115.

EN IEC 60320-1:2021

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u għal skopijiet ġenerali simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

116.

EN IEC 60335-2-25:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-25: Rekwiżiti partikolari għal fran microwave, inklużi fran microwave kombinati

EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021

117.

EN IEC 60335-2-41:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-41: Rekwiżiti partikolari għal pompi

EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021

118.

EN IEC 60335-2-96:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-96: Rekwiżiti partikolari għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar

EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021

119.

EN IEC 60974-8:2021

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark — Parti 8: Panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma

120.

EN IEC 61010-2-032:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-032: Rekwiżiti partikolari għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn għal testijiet elettriċi u għall-kejl

EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021

121.

EN IEC 61010-2-033:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-033: Rekwiżiti partikolari għal multimiters u miters oħra tal-idejn, għal skopijiet domestiċi u professjonali, li jistgħu jkejlu l-vultaġġ ta’ mejns.

EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021

122.

EN IEC 61010-2-040:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-040: Rekwiżiti partikolari għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil li jintużaw għat-trattament ta’ materjali mediċi

123.

EN IEC 61914:2021

Klamps tal-kejbils għal installazzjonijiet elettriċi

124.

EN IEC 62031:2020

Moduli LED għal tidwil ġenerali — Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

EN IEC 62031:2020/A11:2021

125.

EN 60335-2-54:2008

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-54: Rekwiżiti partikolari għal apparati tat-tindif tas-superfiċe għall-użu domestiku bil-likwidi jew bl-istim

EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015

EN 60335-2-54:2008/A11:2012

EN 60335-2-54:2008/A1:2015

EN 60335-2-54:2008/A12:2021

EN 60335-2-54:2008/A2:2021

126.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) — Parti 1: Regoli ġenerali

EN 61009-1:2012/A1:2014

EN 61009-1:2012/A11:2015

EN 61009-1:2012/A2:2014

EN 61009-1:2012/A13:2021

127.

EN IEC 61010-2-091:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-091: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ kabini tar-raġġi-X

EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021”


ANNESS II

Fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 titħassar ir-ringiela 30.


ANNESS III

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“105.

EN 60320-1:2001

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u għal skopijiet ġenerali simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60320-1:2001/A1:2007

L-10 ta’ Novembru 2023

106.

EN 60335-2-25:2012

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-25: Rekwiżiti partikolari għal fran microwave, inklużi fran microwave kombinati

EN 60335-2-25:2012/A1:2015

EN 60335-2-25:2012/A2:2016

L-10 ta’ Novembru 2023

107.

EN 60335-2-41:2003

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-41: Rekwiżiti partikolari għal pompi

EN 60335-2-41:2003/A1:2004

EN 60335-2-41:2003/A2:2010

L-10 ta’ Novembru 2023

108.

EN 60335-2-96:2002

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-96: Rekwiżiti partikolari għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar

EN 60335-2-96:2002/A1:2004

EN 60335-2-96:2002/A2:2009

L-10 ta’ Novembru 2023

109.

EN 60974-8:2009

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark — Parti 8: Panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma

L-10 ta’ Novembru 2023

110.

EN 61010-2-032:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-032: Rekwiżiti partikolari għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn għal testijiet elettriċi u għall-kejl

L-10 ta’ Novembru 2023

111.

EN 61010-2-033:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-033: Rekwiżiti partikolari għal multimiters u miters oħra tal-idejn, għal skopijiet domestiċi u professjonali, li jistgħu jkejlu l-vultaġġ ta’ mejns.

L-10 ta’ Novembru 2023

112.

EN 61010-2-040:2005

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-040: Rekwiżiti partikolari għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil li jintużaw għat-trattament ta’ materjali mediċi

L-10 ta’ Novembru 2023

113.

EN 61914:2016

Klamps tal-kejbils għal installazzjonijiet elettriċi

L-10 ta’ Novembru 2023

114.

EN 62031:2008

Moduli LED għal tidwil ġenerali — Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

EN 62031:2008/A1:2013

EN 62031:2008/A2:2015

L-10 ta’ Novembru 2023

115.

EN 60335-2-54:2008

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-54: Rekwiżiti partikolari għal apparati tat-tindif tas-superfiċe għall-użu domestiku bil-likwidi jew bl-istim

EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015

EN 60335-2-54:2008/A11:2012

EN 60335-2-54:2008/A1:2015

L-10 ta’ Novembru 2023

116.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) — Parti 1: Regoli ġenerali

EN 61009-1:2012/A1:2014

EN 61009-1:2012/A11:2015

EN 61009-1:2012/A2:2014

L-10 ta’ Novembru 2023

117.

EN 61851-22:2002

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi — Parti 22: Stazzjon ta’ ċċarġjar ta’ vetturi elettriċi AC

L-10 ta’ Novembru 2023”


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/714

tal-5 ta’ Mejju 2022

li tagħti deroga li tippermetti lill-Belġju, lill-Bulgarija, lil Ċipru, lil-Litwanja, lin-Netherlands u lill-Finlandja li jużaw mezzi oħra għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 fir-rigward ta’ merkanzija f’kunsinni postali

(notifikata bid-dokument C(2022) 2760)

(It-testi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bil-Litwan, bl-Olandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) flimkien mal-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali u l-ħażna ta’ tali informazzjoni kif rikjest skont il-leġiżlazzjoni tad-dwana, bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.

(2)

L-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet f’każijiet eċċezzjonali biex Stat Membru wieħed jew aktar ikunu jistgħu jidderogaw mill-użu ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni jekk tali deroga tkun ġustifikata mis-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru rikjedenti u tingħata għal perjodu speċifiku ta’ żmien.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (2) tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-programm ta’ ħidma”). Il-programm ta’ ħidma jelenka s-sistemi elettroniċi li għandhom jiġu żviluppati u d-dati li fihom dawk is-sistemi huma mistennija li jsiru operattivi. Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-implimentazzjoni u d-dati tat-tnedija tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (“ICS2”) f’konformità mal-Artikoli 6(1), 16, 46, 47 u 127 sa 132 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(4)

F’konformità mal-programm ta’ ħidma, l-Istati Membri kellhom ikunu lesti mill-15 ta’ Marzu 2021 biex jużaw l-ICS2 sabiex jiġbru d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul mingħand l-operaturi postali u t-trasportaturi express għall-merkanzija trasportata bl-ajru, u kellhom jagħtu lill-operaturi ekonomiċi l-possibbiltà li jaqbdu mas-sistema u jdaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul bl-użu ta’ dik is-sistema sal-1 ta’ Ottubru 2021.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u mal-punt (c) tal-Artikolu 183(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3), l-operaturi postali stabbiliti fl-Unjoni jridu jdaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul billi jużaw l-ICS2 mill-1 ta’ Ottubru 2021.

(6)

L-operaturi postali fl-Unjoni, li jirċievu posta mingħand operaturi postali mhux tal-Unjoni, jiddependu fuq dawk l-operaturi għall-ġbir u l-iskambju f’waqthom ta’ data elettronika bil-quddiem sabiex jissodisfaw l-obbligi skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Madankollu, l-operaturi postali minn ċerti pajjiżi terzi għadhom mhumiex teknikament lesti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ġbir u l-iskambju internazzjonali ta’ data elettronika bil-quddiem, li japplikaw għalihom skont il-Konvenzjoni tal-Unjoni Postali Universali. Għalhekk, dawn xorta għadhom qed jonqsu milli jaqbdu, kompletament jew parzjalment, data elettronika u għalhekk ma jikkomunikawhiex lill-operaturi postali stabbiliti fl-Unjoni. L-operaturi postali fl-Unjoni jistgħu minflok jużaw mill-ġdid id-data miġbura għall-finijiet tad-dikjarazzjoni doganali u jikkomunikaw dik id-data lill-ICS2 permezz ta’ proċess awtomatizzat. Madankollu, mhux l-operaturi postali kollha fl-Unjoni stabbilixxew tali proċess awtomatizzat ta’ użu mill-ġdid.

(7)

Minħabba n-nuqqas ta’ data elettronika bil-quddiem, li hija l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tagħbija, li tipikament tinsab fil-formola doganali, minn ċerti operaturi postali stabbiliti f’pajjiżi terzi, l-operaturi postali stabbiliti fl-Unjoni huma meħtieġa li jimmarkaw manwalment id-data fl-ICS2 fil-ħin tal-wasla fiżika tal-kunsinni postali, meta ma jkunux stabbilixxew proċess awtomatizzat għall-użu mill-ġdid u għall-komunikazzjoni tad-data lill-ICS2 li tinġabar għall-finijiet tad-dikjarazzjoni doganali, f’konformità mal-Artikolu 139(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Meta proċess manwali bħal dan jikkonċerna proporzjon għoli ta’ kunsinni postali, dan jista’ jikkawża tfixkil sinifikanti fil-katina tal-provvista postali internazzjonali.

(8)

Minkejja l-obbligu li tiġi ppreżentata d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul b’mod elettroniku għall-kunsinni postali kollha mill-1 ta’ Ottubru 2021, skont l-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet doganali tal-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Litwanja, in-Netherlands u l-Finlandja, il-volum tal-kunsinni postali li għalihom mhija disponibbli l-ebda data elettronika bil-quddiem sabiex jiddaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul permezz tal-ICS2 f’dawn l-Istati Membri, kien ogħla minn 15 % tal-għadd totali ta’ kunsinni postali riċevuti fix-xahar ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Dan joħloq tfixkil u ostakli fil-fluss ta’ merkanzija li jaslu bil-posta f’dawk l-Istati Membri minkejja l-isforzi kontinwi ta’ dawn tal-aħħar biex jikkonformaw mal-obbligi legali fir-rigward tal-iskambju elettroniku ta’ data relatata mal-ICS2.

(9)

Dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati min-nuqqas ta’ tħejjija teknika tas-sistemi tal-operaturi postali mhux tal-Unjoni jiġġustifikaw it-talbiet għal deroga f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li tressqu mill-Bulgarija, minn Ċipru u mil-Litwanja fil-21 ta’ Diċembru 2021, min-Netherlands fit-23 ta’ Diċembru 2021, mill-Belġju fil-5 ta’ Jannar 2022 u mill-Finlandja fl-14 ta’ Jannar 2022. Jenħtieġ li dawn id-derogi jippermettu temporanjament lil dawk l-Istati Membri li jużaw mezzi oħra minbarra t-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni b’rabta mal-merkanzija f’kunsinni postali li għalihom l-operaturi postali mhux tal-Unjoni ma jikkomunikawx data elettronika bil-quddiem lill-operaturi postali tal-Unjoni u li għalihom l-operaturi postali tal-Unjoni ma jistgħux jerġgħu jużaw id-data tad-dikjarazzjonijiet doganali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul permezz tal-ICS2.

(10)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Belġju, tal-Bulgarija, ta’ Ċipru, tal-Litwanja, tan-Netherlands u tal-Finlandja se jkollhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar mill-operaturi postali rispettivi tagħhom biex jipprovdu d-data tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għall-kunsinni postali permezz tal-ICS2 fi żmien xahar wara n-notifika tad-Deċiżjoni.

(11)

Peress li l-obbligu li d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata b’mod elettroniku għall-kunsinni postali kollha daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2021, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’mod retroattiv minn dik id-data u sat-30 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-awtoritajiet doganali tal-Belġju, tal-Bulgarija, ta’ Ċipru, tal-Litwanja, tan-Netherlands u tal-Finlandja jistgħu jippermettu lill-operaturi postali tagħhom jdaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija f’kunsinni postali billi jużaw mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma ġiet ikkomunikata l-ebda data elettronika bil-quddiem għal dik il-merkanzija minn operatur postali li huwa stabbilit barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u li jipprovdi servizzi internazzjonali rregolati mill-Konvenzjoni tal-Unjoni Postali Universali;

(b)

il-volum tal-kunsinni postali kkonċernati qabeż il-15 % tal-għadd totali ta’ kunsinni postali riċevuti matul ix-xahar ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

meta l-Istat Membru kkonċernat jippermetti l-użu ta’ mezzi oħra għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data kif previst hawn fuq, l-operatur postali nazzjonali ma jkollux il-kapaċità teknika li juża mill-ġdid u jikkomunika lis-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni (“ICS2”) id-data miġbura għall-fini tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali tal-Belġju, tal-Bulgarija, ta’ Ċipru, tal-Litwanja, tan-Netherlands u tal-Finlandja għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-progress li jkun sar mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mill-operaturi postali nazzjonali tagħhom biex jipprovdu d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija f’kunsinni postali lill-awtoritajiet doganali billi jużaw l-ICS2.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Renju tan-Netherlands u lir-Repubblika tal-Finlandja.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/715

tal-5 ta’ Mejju 2022

li tagħti deroga li tippermetti lill-Ungerija tuża mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 għajr tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data fir-rigward ta’ merkanzija f’kunsinni postali

(notifikata bid-dokument C(2022) 2765)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) flimkien mal-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, u l-ħażna ta’ tali informazzjoni, kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni doganali, isiru bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.

(2)

L-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet f’każijiet eċċezzjonali biex Stat Membru wieħed jew aktar ikunu jistgħu jidderogaw mill-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni, jekk tali deroga tkun ġustifikata mis-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru rikjedenti u tingħata għal perjodu speċifiku ta’ żmien.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (2) tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-programm ta’ ħidma”). Il-programm ta’ ħidma jelenka s-sistemi elettroniċi li għandhom jiġu żviluppati u d-dati li fihom dawk is-sistemi huma mistennija li jsiru operattivi. Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-implimentazzjoni u d-dati tat-tnedija tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (“ICS2”) f’konformità mal-Artikoli 6(1), 16, 46, 47 u 127 sa 132 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(4)

F’konformità mal-programm ta’ ħidma, l-Istati Membri kellhom ikunu lesti sal-15 ta’ Marzu 2021 biex jużaw ir-rilaxx 1 tal-ICS2 sabiex jiġbru d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul mingħand l-operaturi postali u t-trasportaturi express għall-merkanzija ttrasportata bl-ajru, u kellhom jagħtu lill-operaturi ekonomiċi l-possibbiltà li jaqbdu mas-sistema u jdaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul billi jużaw dik is-sistema sal-1 ta’ Ottubru 2021.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-punt (c) tal-Artikolu 183(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3), mill-1 ta’ Ottubru 2021 l-operaturi postali stabbiliti fl-Unjoni jridu jdaħħlu dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u jipprovdu d-data meħtieġa lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kkonċernati bl-użu tal-ICS2.

(6)

Madankollu, l-operatur postali fl-Ungerija għadu mhuwiex teknikament lest biex jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti. Minħabba ċirkostanza eċċezzjonali kkawżata min-nuqqas ta’ kapaċità tal-kuntrattur magħżul li jiżviluppa s-soluzzjoni elettronika meħtieġa, l-operatur postali Ungeriż ma setax jistabbilixxi konnessjoni mal-ICS2 sal-iskadenza tal-1 ta’ Ottubru 2021. L-operatur postali ddeċieda li juża kuntrattur ieħor biex jiżviluppa l-konnessjoni u x-xogħol tekniku għadu għaddej. Konsegwentement, l-operatur postali għadu ma jistax jikkomunika d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul lis-sistema bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.

(7)

Iċ-ċirkostanza eċċezzjonali li kkawżat in-nuqqas ta’ tħejjija teknika tal-operatur postali Ungeriż tiġġustifika t-talba biex tinkiseb deroga f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 mressqa mill-awtorità doganali tal-Ungerija fil-21 ta’ Diċembru 2021. Għalhekk, jenħtieġ li tali deroga tippermetti temporanjament lill-Ungerija li tuża mezzi oħra għajr għat-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni fir-rigward tal-merkanzija f’kunsinni postali li għalihom dak l-operatur postali huwa obbligat idaħħal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

(8)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtorità doganali tal-Ungerija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-konnessjoni tal-operatur postali deżinjat tagħha mal-ICS2.

(9)

Id-durata tad-deroga jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istat ta’ żvilupp tas-sistema postali nazzjonali li tippermetti l-komunikazzjoni elettronika tad-data tal-ICS2 għall-kunsinni postali lill-amministrazzjoni doganali u l-iskeda ta’ żmien għat-tlestija tagħha.

(10)

Peress li l-obbligu li d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata elettronikament għall-kunsinni postali kollha daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2021, jenħtieġ għalhekk li din id-Deċiżjoni tapplika minn dik id-data,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-awtorità doganali tal-Ungerija għandha tippermetti lill-operatur postali nazzjonali tagħha jippreżenta dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija f’kunsinni postali billi juża mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni għajr għal tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data sakemm l-operatur postali nazzjonali jistabbilixxi l-konnessjoni mas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (“ICS2”) jew sat-30 ta’ April 2022, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 2

L-awtorità doganali tal-Ungerija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni bil-konnessjoni mal-ICS2 tal-operatur postali nazzjonali tagħha biex jipprovdi d-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija f’kunsinni postali lill-awtorità doganali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ April 2022.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/716

tas-6 ta’ Mejju 2022

dwar l-approvazzjoni ta’ Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali, f’ċerti karozzi tal-passiġġieri elettriċi ibridi u fil-vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 2021, il-manifattur Stellantis ressaq applikazzjoni (“l-applikazzjoni”) għall-approvazzjoni bħala teknoloġija innovattiva, teknoloġija ta’ Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri (“vetturi M1”) u fil-vetturi kummerċjali ħfief (“vetturi N1”) b’magna konvenzjonali tal-kombustjoni interna (“ICE” – internal combustion engine) li jaħdmu bid-diżil u fil-vetturi M1 jew N1 elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) li jaħdmu bid-diżil u li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2).

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (3) u (UE) Nru 427/2014 (4) u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (5). F’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn rapport ta’ verifika li twettaq minn korp indipendenti u ċċertifikat.

(3)

Għall-użu tiegħu fil-vetturi, id-diżil jeħtieġ li jiġi ffiltrat sabiex jiġu żgurati proċess ta’ kombustjoni ta’ kwalità għolja u l-operabbiltà kif suppost tal-vettura. Għat-tipi differenti ta’ diżil, hemm temperatura baxxa speċifika intrinsika li fiha l-itqal paraffini ta’ ġo fihom jibdew jippreċipitaw u jiffurmaw kristalli tax-xama’, li mbagħad isoddu l-elementi ta’ filtrazzjoni fis-sistema tal-fjuwil, u jwasslu biex il-magna ma tistartjax, timmissja jew ikun hemm telf ta’ potenza tal-magna waqt is-sewqan. Għalhekk, il-vetturi li jaħdmu bid-diżil ikunu mgħammra b’tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil li jiġi attivat f’temperaturi baxxi u li jipprevjeni dan il-proċess ta’ tisdid.

(4)

L-applikant wera li l-penetrazzjoni fis-suq tat-teknoloġija ekoinnovattiva ma qabżitx it-3 % fl-2019, li hija data iktar tard mis-sena ta’ referenza prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014. B’hekk, il-kriterju ta’ innovazzjoni huwa issodisfat.

(5)

Ġie kkonfermat li l-benefiċċji tat-teknoloġija mhumiex koperti bit-test tat-Tip I tal-approvazzjoni tat-tip tas-CO2, peress li t-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil ma jiġix attivat fit-temperatura li fiha jsir dak it-test.

(6)

It-teknoloġija bażi li magħha għandu jitqabbel l-iffrankar tas-CO2 mit-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil, hija t-tagħmir tat-tisħin konvenzjonali tad-diżil integrat fl-assemblaġġ tal-filtru li jixgħel f’temperatura tal-fjuwil taħt + 5 °C u jerġa’ jintefa’ f’temperatura tal-fjuwil ogħla minn + 8 °C, abbażi tas-sinjal li jkun ġej mis-sensur tat-temperatura ġewwa l-assemblaġġ tal-filtru tad-diżil. L-attivazzjoni ta’ dak it-tagħmir tat-tisħin bażi tad-diżil hija kkontrollata biss minn livell limitu tat-temperatura. It-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil jiġi attivat abbażi tas-sitwazzjoni tat-tagħbija tal-paraffini tal-kompartiment tal-filtru, li tiġi mmonitorjata minn sensur tal-pressjoni tal-filtru flimkien mas-sensur tat-temperatura. Dan inaqqas il-ħin li matulu jiġi attivat it-tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil, u b’hekk jipprovdi tnaqqis fl-użu tal-enerġija u fl-emissjonijiet tas-CO2.

(7)

L-applikant ipprovda metodoloġija għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mit-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil. Sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija tat-teknoloġiji bażi u ekoinnovattivi, vettura mgħammra bit-teknoloġija ekoinnovattiva għandha tiġi ttestjata skont il-kundizzjonijiet ta’ limitu taċ-Ċiklu ta’ Ttestjar għall-Vetturi Ħfief Armonizzat fuq Livell Dinji (WLTC) stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1151, f’temperatura ta’ -20 °C u bl-użu ta’ diżil artiku. Il-vettura għandha tkun mgħammra b’unità ta’ kontroll elettroniku (ECU) miftuħa, li tippermetti l-qari tas-sinjali li jiddiżattivaw it-tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil. Ġie ddeterminat fattur tal-użu, li jirrifletti s-sehem medju tal-użu tat-teknoloġija innovattiva f’kundizzjonijiet tad-dinja reali, filwaqt li tqiesu fost l-oħrajn il-kwalità tal-fjuwil, it-temperatura ambjentali, il-karatteristiċi tal-komponenti tekniċi, id-data dwar l-għadd tat-traffiku u l-ishma tal-bejgħ tal-vetturi fl-Istati Membri kollha.

(8)

Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-metodoloġija tal-ittestjar għandha titqies xierqa biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. Billi applika dik il-metodoloġija tal-ittestjar, l-applikant wera wkoll li ġie vverifikat li l-livell limitu minimu tal-iffrankar tas-CO2 ta’ 0,5 g ta’ CO2 għal kull km jinqabeż u huwa sinifikanti statistikament.

(9)

Il-manifatturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Għal dak l-iskop, il-manifatturi jenħtieġ li jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat f’konformità mal-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni. Meta tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika u li din l-informazzjoni ssir disponibbli għall-Kummissjoni jekk titlobha.

(11)

Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti f’konformità mal-Annessi I, VIII u IX tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jeħtieġ li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Teknoloġija innovattiva

It-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, diment li jikkonforma ma’ dan li ġej:

(a)

Jiġi installat fil-vetturi M1 jew N1 b’magna tal-kombustjoni interna li jaħdmu bid-diżil jew fil-vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura, tal-kategorija M1 jew N1 li jaħdmu bid-diżil u li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2, is-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(b)

Jattiva lilu nnifsu l-iktar kmieni fit-temperatura speċifika meta l-fjuwil ma jibqax trasparenti, meta jkun meħtieġ biex jiġi evitat li jinstaddu l-elementi ta’ filtrazzjoni fis-sistema tal-fjuwil, billi jitqiesu kemm il-livell limitu tat-temperatura kif ukoll it-tagħbija tal-paraffini tal-kompartiment tal-filtru.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva msemmija fl-Artikolu 1 b’referenza għal din id-Deċiżjoni.

2.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija tikkonforma mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1.

3.   Fejn l-iffrankar tas-CO2 ikun ġie ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat tas-CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar tas-CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 iċċertifikat li jkun ġie kkalkolat f’konformità mal-punt 7 tal-Anness, u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4, fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test, għandha żżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 2(2), u għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni jekk titlobha.

4.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva biss jekk issib li t-teknoloġija tikkonforma mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1, u jekk l-iffrankar tas-CO2 iddeterminat f’konformità mal-punt 7 tal-Anness ikun 0,5 g ta’ CO2 għal kull km jew ogħla, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 fil-każ ta’ vetturi M1, jew fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 fil-każ ta’ vetturi N1.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni hija attribwita bil-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni 37.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

(5)  https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS

METODOLOĠIJA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-IFFRANKAR TAS-CO2 TAT-TAGĦMIR TAT-TISĦIN INTELLIĠENTI TAD-DIŻIL

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 li għandu jiġi attribwit għall-użu tat-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil f’vettura li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 1.

Sabiex jiġi ddeterminat dan l-iffrankar, għandhom jiġu ddeterminati l-elementi li ġejjin:

(1)

Il-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi;

(2)

Il-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija innovattiva;

(3)

L-iffrankar tas-CO2;

(4)

L-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2.

2.   METODOLOĠIJA

It-tħaddim tat-teknoloġija innovattiva huwa maħsub biex jiġi kkontrollat mill-unità ta’ kontroll elettroniku (ECU) tal-vettura abbażi ta’ sinjal tat-temperatura u tal-pressjoni li jiġi mill-filtru tal-fjuwil.

It-tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil bażi jiġi kkontrollat mill-ECU tal-vettura abbażi ta’ sinjal tat-temperatura biss.

Sabiex jiġi ddeterminat simultanjament il-konsum tal-enerġija tat-teknoloġiji bażi u ekoinnovattiva, vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva għandha tiġi ttestjata kif deskritt fil-punti 2.1 u 2.2 ta’ hawn taħt. Għal dawk il-kejliet għandu jintuża diżil artiku tal-klassi 2 sal-klassi 4 tal-klassifikazzjoni EN 590.

2.1.   Determinazzjoni ta’ Pbażi (konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi)

Sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin bażi, it-tagħmir tat-tisħin tad-diżil għandu jkun attivat matul it-test kollu tal-konsum tal-enerġija kif speċifikat fil-punti (1) sa (9) ta’ hawn taħt, u t-tħaddim tiegħu ma għandux jiġi affettwat mis-sensur tal-pressjoni tal-filtru.

L-għodda li għandha tintuża għall-qari tal-ECU, kif ukoll l-iktar software adattat li għandu jintuża għall-identifikazzjoni tat-tikketta ta’ kalibrazzjoni tal-livell limitu tal-pressjoni, għandhom jiġu miftiehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku ddeżinjat tagħha għandhom jiżguraw li t-test tal-konsum tal-enerġija jikkonsisti mill-passi li ġejjin:

(1)

Qari tal-kalibrazzjoni tal-ECU tal-produzzjoni installata fuq il-vettura ekoinnovattiva;

(2)

L-installazzjoni fuq il-vettura ta’ ECU miftuħa li tippermetti li jiġi stabbilit il-livell limitu għas-sensur tal-pressjoni tal-filtru tat-tagħmir tat-tisħin;

(3)

Qari tal-kalibrazzjoni tal-ECU miftuħa;

(4)

L-identifikazzjoni, bl-użu ta’ software xieraq, tat-tikketta ta’ kalibrazzjoni tal-livell limitu tal-pressjoni kif speċifikat mill-manifattur;

(5)

L-issettjar tal-livell limitu tal-pressjoni tat-tagħmir tat-tisħin għal 0 kPa biex jiġi żgurat li t-tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil ikun attivat matul it-test kollu;

(6)

Verifika u konferma, li l-unika differenza bejn il-konfigurazzjonijiet tal-ECUs miftuħa u tal-produzzjoni hija l-kalibrazzjoni tal-livell limitu tal-pressjoni tat-tagħmir tat-tisħin tal-fjuwil;

(7)

Berred il-vettura, mimlija sa mill-inqas 50 % tal-volum tat-tank tal-fjuwil, sakemm il-kompartiment klimatiku u t-temperatura tal-fjuwil jiġu stabbilizzati f’temperatura ta’ -20 °C;

(8)

Mill-inqas 30 sekonda qabel ma jibda jinstaq id-WLTC, iċċekkja li t-tagħmir tat-tisħin ikun attivat u ibda kejjel u rreġistra l-voltaġġ tal-batterija u l-kurrent tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil bi frekwenza tal-ksib ta’ mill-inqas 100 Hz sabiex jiġi ddokumentat l-istatus tal-vettura qabel id-WLTC;

(9)

Wettaq WLTC sħiħ, bil-kompartiment klimatiku u t-temperatura tal-fjuwil stabbilizzati f’temperatura ta’ -20 °C.

Il-passi (7) sa (9) għandhom jiġu ripetuti mill-inqas ħames darbiet.

Qabel ma jinbeda l-ewwel twettiq tad-WLTC, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip il-voltaġġ operattiv (UPS) u l-intensità tal-kurrent (IPS) tas-sensur tal-pressjoni tat-tagħmir tat-tisħin intelliġenti tad-diżil, abbażi tad-data dwar il-proprjetà elettrika tiegħu jew tad-data tal-kejl ipprovduta mill-fornitur tas-sensur.

Għal kull WLTC sħiħ li jinstaq, l-enerġija kkunsmata mit-tagħmir tat-tisħin tad-diżil matul iċ-ċiklu (

Image 1
) u l-konsum tal-enerġija korrispondenti tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil bażi (
Image 2
) għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-Formula 1 u mal-Formula 2, rispettivament:

Formula 1

Image 3

Formula 2

Image 4

Fejn:

Image 5

:

Konsum tal-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil waqt is-sewqan i tad-WLTC [Wh]

Ubase(t)

:

Voltaġġ tal-batterija mkejjel fil-ħin t [V]

Ibase(t)

:

Intensità tal-kurrent tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil imkejla fil-ħin t [A]

ts

:

Punt tal-bidu tal-ħin tas-sewqan tad-WLTC, magħdud mill-bidu tal-kejliet tal-voltaġġ u tal-kurrent [s]

te

:

Punt tat-tmiem tal-ħin tas-sewqan tad-WLTC, magħdud mill-bidu tal-kejliet tal-voltaġġ u tal-kurrent [s]

Image 6

:

Konsum tal-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil bażi waqt is-sewqan i tad-WLTC [W]

UPS

:

Voltaġġ tal-provvista tas-sensur tal-pressjoni [V]

IPS

:

Intensità tal-kurrent tal-provvista tas-sensur tal-pressjoni [A]

Il-medja aritmetika tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin tad-diżil bażi (

Image 7
) fuq kull sewqan tad-WLTC sħiħ li jsir għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-Formula 3.

Formula 3

Image 8

2.2.   Determinazzjoni ta’ Peko (konsum tal-enerġija tat-teknoloġija innovattiva)

Qabel ma jinbeda s-sewqan tad-WLTC kif stabbilit fil-passi (8) u (9) fil-punt 2.1, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bis-sinjal(i) tal-pressjoni tal-filtru tat-tagħmir tat-tisħin lill-ECU li kieku jiskatta(w) id-diżattivazzjoni tat-tagħmir tat-tisħin intelliġenti tad-diżil waqt it-test tad-WLTC.

Bl-użu ta’ dak is-sinjal tal-ECU, għal kull sewqan tad-WLTC li jsir kif stabbilit fil-punti (8) u (9) tal-punt 2.1, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku ddeżinjat tagħha għandhom jiddeterminaw l-iktar ħin kmieni X [s] li warajh kieku jiġi diżattivat it-tagħmir tat-tisħin intelliġenti tad-diżil.

Il-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija innovattiva [Peko] għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Formula 4:

Formula 4

Image 9

Fejn:

Peco

:

Konsum tal-enerġija tat-teknoloġija innovattiva [W]

Image 10

:

Il-medja aritmetika tal-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi kif iddeterminata skont il-punt 2.1 [W]

Image 11

:

Valur medju, għal kull twettiq tad-WLTC li jsir, tal-iktar ħin kmieni wara l-bidu tat-twettiq tad-WLTC meta t-tagħmir tat-tisħin intelliġenti tad-diżil kieku jiġi diżattivat [s]

UPS

:

Voltaġġ tal-provvista tas-sensur tal-pressjoni [V]

IPS

:

Intensità tal-kurrent tal-provvista tas-sensur tal-pressjoni [A]

F’każ li t-tagħmir tat-tisħin tad-diżil jintefa b’mod prestabbilit fil-bidu ta’ kull twettiq tad-WLTC, il-valur

Image 12
ikun żero u l-Formula 4 ssir Peko = UPS. IPS

3.   KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2

L-iffrankar tas-CO2 tat-teknoloġija innovattiva għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-Formula 5:

Formula 5

Image 13

Fejn:

CFD

:

Fattur tal-konverżjoni, li jkun 2 640 għad-diżil [gCO2/l]

Image 14

:

Konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi kif iddeterminat fil-punt 2.1 [W]

Peco

:

Konsum tal-enerġija tat-teknoloġija innovattiva kif iddeterminat fil-punt 2.2 [W]

FU

:

Fattur tal-Użu, li jkun 0,2

v

:

Veloċità medja tat-twettiq tad-WLTC, li tkun 46,5 [km/h]

VPe_D

:

Konsum tal-enerġija effettiva, li jkun 0,220 għad-diżil [l/kWh]

ηA

:

Effiċjenza tal-alternatur, li tkun 0,67 (1)

4.   KALKOLU TAL-INĊERTEZZA TAL-IFFRANKAR TAS-CO2

L-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

Id-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi (

Image 15
) għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-Formula 6:

Formula 6

Image 16

Fejn:

Image 17

:

Konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi kif iddeterminat fil-punt 2.1 [W]

Image 18

:

Konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi waqt it-twettiq i tad-WLTC kif iddeterminat fil-punt 2.1 [W]

Image 19

:

Devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi [W]

n

:

in-numru ta’ drabi li jitwettaq id-WLTC għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi [-]

L-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 (

Image 20
) imbagħad tiġi kkalkolata f’konformità mal-Formula 7. Din l-inċertezza ma għandhiex taqbeż 30 % tal-iffrankar tas-CO2.

Formula 7

Image 21

Fejn:

CFD

:

Fattur tal-konverżjoni, li jkun 2 640 [g CO2/l]

Image 22

:

Inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 [g CO2/km]

Image 23

:

Devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija tat-teknoloġija bażi kif iddeterminata f’konformità mal-Formula 6 [W]

FU

:

Fattur tal-Użu, li jkun 0,2

v

:

Veloċità medja tat-twettiq tad-WLTC [km/h], li tkun 46,5 km/h

VPe_D

:

Konsum tal-enerġija effettiva, li jkun 0,220 għad-diżil [l/kWh]

ηA

:

Effiċjenza tal-alternatur, li tkun 0,67 (2)

5.   ITTONDJAR

L-iffrankar tas-CO2 (

Image 24
) ikkalkolat f’konformità mal-Formula 5 u l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 (
Image 25
) ikkalkolata f’konformità mal-Formula 7 għandhom jiġu ttondjati għal massimu ta’ żewġ pożizzjonijiet deċimali.

Kull valur li jintuża fil-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2 jista’ jiġi applikat mingħajr ittondjar jew irid jiġi ttondjat għan-numru minimu ta’ pożizzjonijiet deċimali li jippermetti li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri ttondjati kollha) fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 g ta’ CO2 għal kull km.

6.   ICCEKKJAR MAL-LIVELL LIMITU MINIMU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura, għal kull verżjoni tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva, li jiġi ssodisfat il-kriterju tal-livell limitu minimu kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014. Meta tivverifika jekk il-kriterju tal-livell limitu minimu jkunx ġie ssodisfat, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis, f’konformità mal-Formula 8, l-iffrankar tas-CO2 kif iddeterminat fil-punt 3 u l-inċertezza kif iddeterminata fil-punt 4.

Formula 8

Image 26

Fejn:

Image 27

:

huwa l-iffrankar tas-CO2 kif iddeterminat fil-punt 3 (Formula 5) [g ta’ CO2 għal kull km]

MT

:

huwa 0,5 g ta’ CO2 għal kull km kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014

Image 28

:

huwa l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 kif iddeterminata fil-punt 4 (Formula 7) [g ta’ CO2 għal kull km].

7.   Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

L-iffrankar tas-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 (

Image 29
[g ta’ CO2 għal kull km]) huwa dak ikkalkolat f’konformità mal-Formula 9.

L-iffrankar tas-CO2 għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal kull verżjoni tal-vettura mgħammra bit-Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil.

Formula 9

Image 30

Fejn:

Image 31

:

huwa l-iffrankar tas-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip [g ta’ CO2 għal kull km]

Image 32

:

huwa l-iffrankar tas-CO2 kif iddeterminat fil-punt 3 (Formula 5) [g ta’ CO2 għal kull km]

Image 33

:

huwa l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 kif iddeterminata fil-punt 4 (Formula 7) [g ta’ CO2 għal kull km]


(1)  F’każ li jiġi applikat alternatur 12 V effiċjenti, mutur ġeneratur 12 V jew mutur ġeneratur 48 V flimkien ma’ konvertitur DC/AC 48 V/12 V, li jkun ġie approvat bħala ekoinnovazzjoni f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174, (UE) 2020/1232, (UE) 2020/1167 jew (UE) 2021/488, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tuża l-effiċjenza tal-alternatur iddeterminata f’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)  F’każ li jiġi applikat alternatur 12 V effiċjenti, mutur ġeneratur 12 V jew mutur ġeneratur 48 V flimkien ma’ konvertitur DC/AC 48 V/12 V, li jkun ġie approvat bħala ekoinnovazzjoni f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174, (UE) 2020/1232, (UE) 2020/1167 jew (UE) 2021/488, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tuża l-effiċjenza ddeterminata f’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni.


10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/717

tas-6 ta’ Mejju 2022

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2022) 3130)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u l-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk jikkawża tfixkil għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u l-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi, jkun hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fuq annimali porċini selvaġġi oħra u f’azjendi li jżommu l-annimali porċini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definiti bħala l-mard tal-kategorija A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali tat-tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, inkluż id-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti li joriġinaw minn dawk l-annimali.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer. B’mod partikolari, fil-każ tat-tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona għandha tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandha tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jinkludu, fost l-oħrajn, projbizzjonijiet fuq il-moviment tal-kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u l-prodotti minnhom barra dawk iż-żoni ristretti.

(5)

L-Italja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tagħha, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fl-annimali porċini selvaġġi fil-muniċipalità ta’ Ruma kkonfermata fl-4 ta’ Mejju 2022. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru hija meħtieġa tistabbilixxi żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605.

(6)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

(7)

Biex jiġi evitat iktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, waqt li ż-żona tal-Italja milquta mit-tifqigħa reċenti tkun elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fih, li japplikaw għall-moviment tal-kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti II u l-prodotti minnhom barra dawn iż-żoni, jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawk il-kunsinni miż-żona infettata stabbilita fl-Italja wara t-tifqigħa reċenti, minbarra l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(8)

Għalhekk, iż-żona infettata jenħtieġ li tkun elenkata fl-Anness ta’ dan id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/605. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u b’kont meħud taż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tinxtered, il-movimenti tal-kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma u l-prodotti minnhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi miż-żona infettata jenħtieġ li ma jkunux awtorizzati miż-żona infettata f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll id-durata ta’ dak iż-żonar.

(9)

Għalhekk, sabiex jittaffew ir-riskji li jfeġġu mit-tifqigħa reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi fl-Italja, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi li l-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta’ kunsinni ta’ annimali porċini fiż-żona infettata u l-prodotti minnhom jenħtieġ li ma jiġux awtorizzati mill-Italja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, huwa importanti li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Konsegwentement, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, iż-żona infettata fl-Italja jenħtieġ li tiġi stabbilita minnufih u tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u tiġi ffissata d-durata ta’ dak iż-żonar.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi stabbilita minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, u li tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Italja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żona infettata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien mal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 3

L-Italja għandha tiżgura li l-konsenji ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żona infettata fl-Anness u l-prodotti minnhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Awwissu 2022.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).


ANNESS

Żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fl-Italja kif imsemmija fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Iż-żona fil-Muniċipalità ta’ Ruma bil-limiti li ġejjin:

Majjistral: Triq ċirkolari A90;

Lvant: Ix-xmara Tevere;

Nofsinhar: Circonvallazione Clodia, Via Cipro, Via Baldo degli Ubaldi, Via Boccea.

31 ta’ Awwissu 2022