|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/692
tas-16 ta’ Frar 2022
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Tabella 3 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar armonizzati tas-sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi u għall-aġġornament jew għat-tħassir tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi oħra lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija adotta l-opinjonijiet li ġejjin (2) dwar dawk il-proposti, wara li qies il-kummenti li waslu mingħand il-partijiet ikkonċernati:
|
|
(3) |
Waslet informazzjoni addizzjonali li tikkontesta l-valutazzjoni xjentifika stabbilita fl-opinjonijiet tal-RAC tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etilessanojku u l-imluħ tiegħu; tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar rivalutazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea tat-tossiċità tal-iżvilupp ta’ N-karbossimetiliminobis (etilenenitrilo)tetra(aċidu aċetiku) (DTPA) u l-imluħ tiegħu tal-pentasodju u tal-pentapotassju; tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar il-bromur tal-ammonju; tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pentaossidu tal-ivanadju; tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar rivalutazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea tal-informazzjoni l-ġdida dwar it-tossiċità akuta mill-inalazzjoni ta’ 2-butossietanol; monobutiletere glikol etileniku(EGBE); u tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar il-melamina. |
|
(4) |
Din l-informazzjoni addizzjonali ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni u ma nstabitx li kienet biżżejjed biex tqajjem dubji dwar l-analiżi xjentifika li tinsab fl-opinjonijiet tal-RAC. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu introdotti, aġġornati jew imħassra l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati tas-sustanzi kkonċernati abbażi tal-valutazzjoni li saret f’dawk l-opinjonijiet. |
|
(5) |
Wara li ntbagħtet l-opinjoni tal-RAC lill-Kummissjoni, waslet informazzjoni addizzjonali li tappartjeni għat-tossiċità akuta mill-inalazzjoni ta’ silanammina, 1,1,1-trimetil-N-(trimetilsilil)-, prodotti tal-idroliżi bis-siliċe; diossidu tas-siliċju piroġeniku, amorfu sintetiku, nano, bis-superfiċe ttrattata. Il-klassifikazzjoni tas-silanammina, 1,1,1-trimetil-N-(trimetilsilil)-, prodotti tal-idroliżi bis-siliċe; diossidu tas-siliċju piroġeniku, amorfu sintetiku, nano, bis-superfiċe ttrattata bħala tossiċità akuta mill-inalazzjoni Kat. 2, irrakkomandata fl-opinjoni tal-RAC tal-5 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li ma tiġix inkluża fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, peress li l-informazzjoni xjentifika ġdida ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni u nstabet li teħtieġ valutazzjoni ulterjuri mill-RAC. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ din is-sustanza bħala STOT RE 2, irrakkomandata fl-opinjoni tal-RAC tal-5 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li tiġi inkluża fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, peress li ma waslet l-ebda informazzjoni li se teħtieġ valutazzjoni ulterjuri għal dik il-klassifikazzjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda jew aġġornati ma tkunx meħtieġa minnufih, peress li huwa neċessarju perjodu ta’ żmien sabiex il-fornituri jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew reveduti u sabiex ibigħu l-ħażniet eżistenti soġġett għar-rekwiżiti regolatorji preeżistenti. Dak il-perjodu ta’ żmien huwa neċessarju wkoll sabiex il-fornituri jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità kontinwa ma’ rekwiżiti legali oħra wara l-bidliet li jsiru skont dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda jew aġġornati, u li jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u biex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-fornituri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-23 ta’ Novembru 2022.
B’deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet jistgħu jsiru f’konformità ma’ dan ir-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) L-opinjonijiet huma aċċessibbli fuq is-sit web li ġej: https://echa.europa.eu/mt/registry-of-clh-intentions-until-outcome/-/dislist/name/-/ecNumber/-/casNumber/-/dte_receiptFrom/-/dte_receiptTo/-/prc_public_status/Opinion+Adopted/dte_withdrawnFrom/-/dte_withdrawnTo/-/sbm_expected_submissionFrom/-/sbm_expected_submissionTo/-/dte_finalise_deadlineFrom/-/dte_finalise_deadlineTo/-/haz_addional_hazard/-/lec_submitter/-/dte_assessmentFrom/-/dte_assessmentTo/-/prc_regulatory_programme/-/. – L-opinjonijiet tal-11 ta’ Ġunju 2020 u tal-10 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tar-rivalutazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea huma aċċessibbli fuq is-sit web li ġej: https://echa.europa.eu/mt/about-us/who-we-are/committee-for-risk-assessment/opinions-of-the-rac-adopted-under-specific-echa-s-executive-director-requests
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti 3, it-Tabella 3 hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/693
tas-27 ta’ April 2022
dwar is-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ Vanuatu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (1), u b’mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 8(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Repubblika ta’ Vanuatu hija elenkata fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806 fost il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mir-rekwiżit li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għal soġġorni ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum. L-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Vanuatu ilha applikabbli mit-28 ta’ Mejju 2015, meta l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat u beda japplika fuq bażi proviżorja f’konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2017. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2022/366 (3) dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir, f’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Ftehim. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Ftehim hija limitata għall-passaporti ordinarji maħruġa mill-25 ta’ Mejju 2015 ’il quddiem, meta l-għadd ta’ applikanti aċċettati fl-ambitu tal-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ Vanuatu beda jiżdied b’mod sinifikanti. |
|
(3) |
Filwaqt li d-Deċiżjoni 2022/366 issospendiet il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir, hemm bżonn ukoll li s-sospensjoni tiġi prevista fil-livell tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8(3) u (6) tar-Regolament (UE) 2018/1806, meta l-Kummissjoni jkollha informazzjoni konkreta u affidabbli li ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 8(2) jeżistu, jiġifieri “żieda fir-riskju jew theddida imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri sostanzjata minn informazzjoni u data oġġettiva, konkreta u rilevanti pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti”, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi temporanjament u parzjalment l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għal perjodu ta’ disa’ xhur. |
|
(5) |
Permezz tal-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ Vanuatu li l-pajjiż ilu jħaddem mill-25 ta’ Mejju 2015, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li altrimenti jkollhom bżonn viża għandhom il-possibbiltà li jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ Vanuatu bi skambju għal investiment, u b’hekk jiksbu aċċess mingħajr viża għall-Unjoni. |
|
(6) |
L-iskemi msemmija ma fihom l-ebda rekwiżit ta’ residenza effettiva jew preżenza fiżika f’Vanuatu għall-applikanti. Il-proċess ta’ applikazzjoni huwa ġestit minn aġenziji speċjalizzati li ma jinsabux f’Vanuatu (pereż., f’Dubai, it-Tajlandja u l-Malażja) u b’hekk l-applikant ma għandux għalfejn ikollu kuntatt dirett mal-awtoritajiet ta’ Vanuatu. In-nuqqas ta’ rekwiżit għal intervista in persuna jnaqqas l-opportunitajiet għall-awtoritajiet ta’ Vanuatu biex jivvalutaw l-applikant kif suppost jew biex jikkorroboraw l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni, inklużi l-veraċità u l-kredibbiltà tagħha. L-iskemi huma normalment irreklamati bħala mod kif tinqabeż il-proċedura tal-viża ta’ Schengen u jinkiseb faċilment aċċess mingħajr viża għall-UE (4). L-attraenza tal-iskemi ta’ Vanuatu hija bbażata kummerċjalment fuq il-proċeduri rapidi ta’ skrinjar tagħhom u l-kontrolli ħfief tagħhom fuq l-oriġini tal-fondi. |
|
(7) |
Kif ikkonfermat mill-awtoritajiet ta’ Vanuatu, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien skadenzi qosra ħafna (5). Tali perjodi qosra ta’ pproċessar ma jippermettux li jsir skrinjar ta’ sigurtà xieraq u lanqas skambju ta’ informazzjoni mal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikanti jew mar-residenza prinċipali preċedenti qabel tingħata ċ-ċittadinanza. Minħabba dan il-perjodu qasir ta’ pproċessar u n-nuqqas ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni mal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikanti, Vanuatu kien ta ċ-ċittadinanza lil persuni soġġetti għal investigazzjoni kriminali, inklużi persuni elenkati fil-bażijiet tad-data tal-Interpol. |
|
(8) |
Ir-rata ta’ rifjut hija estremament baxxa, u b’hekk tikkorrobora l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fallimenti tas-sigurtà u l-affidabbiltà baxxa tal-proċess ta’ skrinjar. Skont l-informazzjoni li pprovda l-Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Vanuatu fl-14 ta’ Ġunju 2021, sa Marzu 2021, Vanuatu kien ħareġ aktar minn 10 500 passaport bi skambju għal investiment fl-iskemi u sa tmiem l-2020 l-awtoritajiet ta’ Vanuatu kienu rrifjutaw applikazzjoni waħda biss. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-pajjiżi ta’ oriġini tal-applikanti li rnexxielhom jiksbu ċ-ċittadinanza jinkludu xi wħud li huma tipikament esklużi minn skemi oħra ta’ ċittadinanza, bħall-Iran u l-Afganistan, u pajjiżi oħra li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża għal soġġorni qosra fl-UE, inklużi n-Niġerja, il-Jemen, is-Sirja, il-Pakistan u l-Libja. |
|
(10) |
Ir-riskji għas-sigurtà huma ulterjorment aggravati mil-leġiżlazzjoni xejn rigoruża dwar it-tibdil fl-isem. Kif ikkonfermat mill-awtoritajiet ta’ Vanuatu matul il-laqgħa teknika li saret fil-15 ta’ April 2021, l-applikanti għal ċittadinanza b’investiment li kisbu ċ-ċittadinanza jistgħu japplikaw ukoll għal tibdil tal-identità. |
|
(11) |
Iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq iwasslu għall-konklużjoni li l-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ Vanuatu, fil-forma u l-operat attwali tagħhom, imorru kontra l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-viżi, li tipprevedi skrinjar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li għandhom bżonn ta’ viża skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 (6) u f’leġiżlazzjoni nazzjonali ekwivalenti ta’ dawk l-Istati Membri fejn ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 għadu ma japplikax għalkollox. Il-verifiki rilevanti każ b’każ jitwettqu fid-dawl tal-kriterji li jirrigwardaw, inter alia, l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika. Il-mod li bih l-iskemi msemmija qed jiġu implimentati jikkostitwixxi ċirkomvenzjoni tal-proċedura tal-viża għal soġġorn qasir tal-Unjoni u l-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u l-migrazzjoni li tinvolvi. |
|
(12) |
Fi skambji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ Vanuatu f’Ottubru 2017, Novembru 2019, Ġunju 2020 u Marzu 2021, il-Kummissjoni esprimiet tħassib serju dwar l-għoti taċ-ċittadinanza lil persuni elenkati fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, in-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ preżenza fiżika jew ta’ residenza, il-perjodi qosra ta’ pproċessar tal-iskemi u n-nuqqas ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini tal-applikanti jew tar-residenza prinċipali preċedenti, u wissiet lill-Gvern ta’ Vanuatu bil-possibbiltà li jerġa’ jiddaħħal ir-rekwiżit tal-viża. L-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn Vanuatu ma kinux biżżejjed biex itaffu dan it-tħassib. |
|
(13) |
Filwaqt li tqis l-informazzjoni u d-data, ir-rapporti u l-istatistika msemmija hawn fuq, u f’konformità mal-Artikolu 8(2)(d), 8 (3) u 8(6) tar-Regolament (UE) 2018/1806, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti taċ-ċittadinanza minn Vanuatu skont l-iskemi tiegħu ta’ ċittadinanza b’investiment jikkostitwixxi riskju akbar għas-sigurtà interna u l-politika pubblika tal-Istati Membri u ddeċidiet li hemm bżonn tittieħed azzjoni. |
|
(14) |
Ir-riskju akbar għall-politika pubblika u s-sigurtà interna marbut maċ-ċittadini ta’ Vanuatu li jkunu kisbu ċ-ċittadinanza skont l-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment jista’ jittaffa biss permezz ta’ sospensjoni parzjali tal-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2018/1806, jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, tinkludi kategoriji li huma wesgħin biżżejjed biex b’hekk jikkontribwixxu b’mod effiċjenti għar-rimedju taċ-ċirkostanzi filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Għalhekk, peress li Vanuatu ma jagħmilx distinzjoni bejn passaporti maħruġa skont skemi ta’ ċittadinanza b’investiment u passaporti oħra, jenħtieġ li s-sospensjoni tapplika għall-passaporti ordinarji kollha maħruġa mill-25 ta’ Mejju 2015, id-data li fiha Vanuatu beda joħroġ għadd sostanzjali ta’ passaporti bi skambju għal investiment. |
|
(16) |
Jenħtieġ li ċ-ċittadini ta’ Vanuatu li daħlu fl-UE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jitħallew ikomplu s-soġġorn tagħhom fl-UE u joħorġu mingħajr viża. Dan ma jenħtieġx li japplika għall-qsim ta’ fruntieri esterni temporanji bejn l-Istati Membri kif definit fil-punt c tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(17) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt B tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8). |
|
(18) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jidħlu fl-ambitu msemmi fil-punti B u C tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9). |
|
(19) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jidħlu fl-ambitu msemmi fil-punti B u C tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
|
(20) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhux qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (11); għalhekk l-Irlanda mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 rispettivament. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2018/1806, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża
L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża, prevista fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1806, fir-rigward tad-detenturi ta’ passaporti ordinarji maħruġa minn Vanuatu mill-25 ta’ Mejju 2015, hija temporanjament sospiża.
Artikolu 2
Kontinwazzjoni ta’ soġġorn mingħajr viża
Id-detenturi ta’ passaporti maħruġa minn Vanuatu li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 u li jkunu daħlu fl-UE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu s-soġġorn tagħhom fl-UE u joħorġu mingħajr viża. Dan ma japplikax għall-qsim ta’ fruntieri esterni temporanji, kif definit fil-punt c tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-4 ta’ Mejju 2022 sat-3 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 173, 3.7.2015, p. 48.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/366 tat-3 ta’ Marzu 2022 dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 69, 4.3.2022, p. 105).
(4) Vanuatu Key Benefits - GCI UNIT Vanuatu (vanuatu-dsp-citizenship.com)
(5) How to get citizenship in Vanuatu - GCI UNIT Vanuatu (vanuatu-dsp-citizenship.com): Pjan ta’ immigrazzjoni aċċellerat joffri ċ-ċittadinanza f’Vanuatu f’minn 14 sa 45 jum biss
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
|
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/694
tat-2 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/403 fir-rigward ta’ ksur serju ġdid tar-regoli tal-Unjoni li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba mill-operatur tat-trasport bit-triq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li żied ksur serju ġdid fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, il-kabotaġġ u l-istazzjonar ta’ ħaddiema fit-trasport bit-triq mal-lista ta’ ksur li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1055 introduċa wkoll kriterju addizzjonali li għandu jitqies mill-Kummissjoni meta tiddefinixxi l-grad ta’ serjetà ta’ ksur serju, billi żied ir-referenza għar-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1055 emenda wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 sabiex jipprevedi li, meta tiġi stabbilita l-frekwenza tal-okkorrenza li lil hinn minnha l-ksur ripetut għandu jitqies bħala aktar serju, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis l-għadd ta’ vetturi, u mhux l-għadd ta’ sewwieqa, użati għall-attivitajiet tat-trasport. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward ta’ ksur li jwassal għal riskji ta’ korrimenti serji jew fatalitajiet jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. Jenħtieġ li dak il-ksur jiżdied mal-lista ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, li jista’ jaffettwa r-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 (4) jenħtieġ jiġi emendat biex jinkludi l-ksur il-ġdid u jqis il-kriterji l-ġodda għad-definizzjoni tal-livell ta’ serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/403 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17).
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/403 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafi introduttorji u t-Taqsima 1 huma sostitwiti b’dan li ġej: “ Kategorizzazzjoni ta’ ksur serju (imsemmija fl-Artikolu 1) It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta’ ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta’ gradi ta’ serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta’ fatalitajiet jew ta’ korrimenti gravi u/jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. 1. Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) (Ħin ta’ sewqan u ta’ mistrieħ)
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).”." |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
It-Taqsima 2 hija sostitwita b’ dan li ġej:
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).” " |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
It-Taqsima 6 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27)”." |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
it-Taqsima 10 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).”;" |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
It-Taqsima 11 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).”;" |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
It-Taqsimiet 13 u 14 li ġejjin jiżdiedu: “13. Ksur tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) (Ruma I) (il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali)
14. Gruppi ta’ ksur tad-Direttiva (UE) Nru 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) (stazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq)
(*6) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)." (*7) Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 49).” " |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).”.
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”
(*3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27)”.
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).”;
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).”;
(*6) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(*7) Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 49).” ”
(1) KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju.
ANNESS II
“ANNESS II
Frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur serju
|
1. |
Il-Ksur Serju (KS) u l-Ksur Serju Ħafna (KSĦ) elenkati fl-Anness I, meta jitwettaq b’mod ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ stabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur ripetut l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
|
|
2. |
Filwaqt li jitqies il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza stradali, il-frekwenza massima ta’ ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandha tiġi stabbilita kif ġej:
|
|
3. |
L-għadd ta’ ksur għal kull vettura fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta’ serjetà (KS jew KSĦ) bl-għadd medju ta’ vetturi użati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza tistipula limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar stretti jekk dawn huma previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta’ reputazzjoni tajba. |
|
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/695
tat-2 ta’ Mejju 2022
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tat-trasport
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-infurzar effettiv u kosteffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq huwa ta’ importanza kbira għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u tal-protezzjoni soċjali u għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi tat-trasport bit-triq. |
|
(2) |
Is-sistemi nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tar-riskju introdotti mill-Istati Membri biex jimmiraw aħjar il-kontrolli tal-impriżi bi klassifikazzjoni ta’ riskju għoli huma bbażati fuq metodi ta’ kalkolu nazzjonali differenti. Dan ixekkel il-komparabbiltà u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-punteġġi tar-riskju fil-kuntest tal-infurzar transfruntier. |
|
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża. |
|
(4) |
Meta tistabbilixxi din il-formula, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-ksur kollu li jista’ jaffettwa l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi, li jinkludi ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u l-ksur speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(5) |
Il-formula komuni jenħtieġ li tqis l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur, ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur kif ukoll jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti, skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, fil-vetturi kollha tagħha. |
|
(6) |
Il-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża jenħtieġ li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-armonizzazzjoni tal-prattiki ta’ infurzar fl-Unjoni kollha, billi tiżgura li s-sewwieqa u l-impriżi tat-trasport kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali fir-rigward tal-kontrolli u s-sanzjonijiet skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni. |
|
(7) |
Meta l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, dawn jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża tat-trasport u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tagħha huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)..
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
ANNESS
FORMULA KOMUNI GĦALL-KALKOLU TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-IMPRIŻI TAT-TRASPORT U R-REKWIŻITI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHA
|
(1) |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju globali ta’ impriża tat-trasport għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-formula komuni li ġejja:
Fejn:
|
|
(2) |
Il-prinċipji u l-elementi li ġejjin għandhom jintużaw meta tiġi applikata l-formula komuni: |
|
(3) |
Il-perjodu ta’ żmien li matulu ksur jingħadd fil-formula, għandu jkun ta’ sentejn. |
|
(4) |
L-operaturi tat-trasport għandhom jiġu kklassifikati fil-meded ta’ riskju li ġejjin abbażi tal-punteġġ tagħhom:
|
|
(5) |
Il-punteġġ ponderat ta’ kontroll individwali (“i”) għandu jiġi kkalkulat billi jiġu applikati l-fatturi ta’ ponderazzjoni li ġejjin (“v”) skont it-tip ta’ ksur:
|
|
(6) |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju finali ta’ impriża għandha tqis l-għadd totali ta’ kontrolli mwettqa (“r”), kemm mal-ġenb tat-triq kif ukoll fuq il-post tagħha, inklużi dawk il-kontrolli fejn ma ġie identifikat l-ebda ksur. |
|
(7) |
Il-kontrolli fejn ma jinstab l-ebda ksur għandhom jiġu rreġistrati b’punteġġ ta’ żero. |
|
(8) |
Il-punteġġ ponderat ta’ kontroll individwali għandu jqis il-vetturi kollha kkontrollati (“N”). |
|
(9) |
Id-data tal-ksur li titqies fil-formula komuni titqies bħala d-data li fiha l-ksur ikun sar definittiv, jiġifieri ma jkunx aktar soġġett għal rieżami. Fil-formula, il-ksur għandu jingħadd darba biss. |
|
(10) |
Jekk kontroll fuq il-post ta’ impriża tat-trasport jistabbilixxi li l-flotta kollha tagħha hija mgħammra bit-takografu intelliġenti skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, il-punteġġ finali tagħha għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 0,9 (“g”). |
DEĊIŻJONIJIET
|
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/696
tad-29 ta’ April 2022
li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli
(notifikata bid-dokument C(2022) 2596)
(it-testi bl-Ingliż u bl-Irlandiż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b’mod partikolari paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, tal-Anness III tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tistipula r-regoli dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli. |
|
(2) |
Il-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE jistabbilixxi li l-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw aktar demel tal-bhejjem minn 170 kg nitroġenu għal kull ettaru (ha) jridu jiffissaw dawn l-ammonti b’mod li ma jippreġudikawx il-kisba tal-miri speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva. Dawn l-ammonti għandhom jiġu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/697/KE (2) li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva 91/676/KEE biex tawtorizza l-applikazzjoni ta’ demel tal-bhejjem sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ art bil-mergħat, fil-kuntest tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż kif implimentat mill-Irlanda permezz tar-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej tal-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) (3). |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/127/UE (4), li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE u li testendi d-deroga sal-31 ta’ Diċembru 2013, fil-kuntest tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż kif implimentat mill-Irlanda permezz tar-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej tal-2010 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) (5). |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/112/UE (6) dwar l-għoti ta’ deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva 91/676/KEE biex tawtorizza l-applikazzjoni ta’ demel tal-bhejjem sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, għal irzizet b’tal-anqas 80 % ta’ bwar, fil-kuntest tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż kif implimentat mill-Irlanda permezz tar-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej tal-2014 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) (7). |
|
(6) |
Fit-8 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/209 (8) dwar l-għoti ta’ deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva 91/676/KEE biex tawtorizza l-applikazzjoni ta’ demel tal-bhejjem sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar, fil-kuntest tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż kif implimentat mill-Irlanda permezz tar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea tal-2017 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) (9). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/209 skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2021. |
|
(7) |
Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/209 kienet tikkonċerna 6 016 azjenda agrikola fl-2020, li jikkorrispondu għal madwar 4,9 % tal-għadd totali ta’ azjendi b’annimali li jirgħu, 15,9 % tal-għadd totali ta’ unitajiet ta’ bhejjem u 9,6 % tat-total nett ta’ żoni agrikoli fl-Irlanda. |
|
(8) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2021, l-Irlanda ressqet talba lill-Kummissjoni għal estensjoni tad-deroga skont il-paragrafu (2), it-tielet subparagrafu, tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE. |
|
(9) |
F’konformità mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea tal-2022 (Prattika Agrikola Tajba għall-Protezzjoni tal-Ilmijiet) (10), l-Irlanda adottat programm ta’ azzjoni ġdid b’miżuri addizzjonali u msaħħa biex tikkonforma mal-objettivi tad-Direttiva 91/676/KEE. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, l-Irlanda timplimenta programm ta’ azzjoni fit-territorju kollu tagħha. |
|
(11) |
Id-data pprovduta mill-Irlanda fil-kuntest tal-obbligu ta’ rappurtar kif rikjest mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/676/KEE turi li, għall-perjodu 2016-2019, l-ilmijiet huma ġeneralment ta’ kwalità tajba. 98,5 % tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ kollha għall-ilma tal-pjan fl-Irlanda kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l, u 81,5 % minn dawk l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. L-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ kollha għall-ilma tal-wiċċ fl-Irlanda kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt l-50 mg/l, u 99,2 % minn dawk l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Barra minn hekk, 14 % tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ irrappurtaw ewtrofikazzjoni u 10 % minnhom irrappurataw riskju ta’ ewtrofikazzjoni. Fir-rigward tax-xejriet, l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ għall-37,5 % tal-ilma tal-pjan irrappurtaw żieda fil-konċentrazzjonijiet tan-nitrati, 45,5 % irrappurtaw xejriet stabbli u 17 % rrappurtaw xejriet ta’ tnaqqis. Fir-rigward tal-ilma tal-wiċċ, 11,1 % tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ irrappurtaw żieda fil-konċentrazzjonijiet tan-nitrati, 86,2 % irrappurtaw xejriet stabbli u 2,8 % irrappurtaw xejriet ta’ tnaqqis. |
|
(12) |
F’dawn l-aħħar snin, l-għadd ta’ bhejjem fl-Irlanda żdied. L-għadd ta’ bhejjem tal-ifrat, ħnieżer u nagħaġ żdied rispettivament b 4,78 %, 2,81 % u 0,54 % mill-perjodu 2012-2015 sal-perjodu 2016-2019; jkomplu maż-żieda ta’ xejriet tal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti. Il-piż medju ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu 2016-2018 kien ta’ 117 kg ta’ nitroġenu/ha, meta mqabbel mal-104 kg nitroġenu/ha f’dak tal-perjodu 2012-2015. Il-piż medju ta’ fosforu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu 2016-2018 kien ta’ 14 kg ta’ fosforu/ha, meta mqabbel mal-15 kg fosforu/ha f’dak tal-perjodu 2012-2015. L-użu medju tal-fertilizzant kimiku nitroġenu żied b’13 % fil-perjodu 2016-2019 meta mqabbel mal-perjodu 2012-2015. L-użu medju tal-fertilizzant kimiku fosforu żied b’24 % fil-perjodu 2016-2019 meta mqabbel mal-perjodu 2012-2015. Is-surplus medju tal-fosforu fil-perjodu 2016-2018 kien ta’ 23,1 kg ta’ fosforu/ettaru meta mqabbel ma’ 20 kg ta’ fosforu/ettaru fil-perjodu 2012-2015. Is-surplus medju ta’ nitroġenu fil-perjodu 2016-2018 kien ta’ 62,3 kg ta’ nitroġenu/ettaru meta mqabbel ma’ 44,8 kg ta’ nitroġenu/ettaru fil-perjodu 2012-2015. |
|
(13) |
Fl-Irlanda, 92 % tal-art agrikola hija ddedikata għall-bwar. B’mod ġenerali, 67 % tal-art hija maħduma b’mod estensiv u għaldaqstant għandha densità tal-għelejjel u użu ta’ fertilizzanti relattivament baxxi, 33 % tinħadem skont il-programmi agroambjentali, u 14 % biss tinħadem b’mod intensiv. 6,6 % tintuża bħala raba’ maħdum. L-użu medju tal-fertilizzant kimiku fil-bwar hu 78,3 kg/ha ta’ nitroġenu u 8,6 kg/ha ta’ fosforu. |
|
(14) |
Il-klima Irlandiża, li hija kkaratterizzata minn kwantità annwali ta’ xita mqassma b’mod indaqs matul is-sena u varjazzjoni relattivament żgħira fit-temperatura annwali, tiffavorixxi staġun twil ta’ tkabbir tal-bwar li jvarja minn 330 jum fis-sena fil-parti tal-Lbiċ sa madwar 250 jum fis-sena fil-parti tal-Grigal (11). |
|
(15) |
It-tagħrif ta’ sostenn ippreżentat mill-Irlanda juri li l-ammont propost ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għal azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar huwa ġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta’ tkabbir jew il-produttività għolja ta’ ħaxix b’assorbiment għoli tan-nitroġenu. |
|
(16) |
Wara li eżaminat it-talba mill-Irlanda skont il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, u fid-dawl tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż u tal-esperjenza miksuba mid-deroga prevista fid-Deċiżjoniji 2007/697/KE u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/112/UE u (UE) 2018/209, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta’ demel propost mill-Irlanda, li jikkorrispondi għal 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, mhux se jkun ta’ ħsara għall-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, sakemm ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet individwali stretti li jenħtieġ li japplikaw għall-bdiewa koperti mill-awtorizzazzjoni. |
|
(17) |
Fid-dawl tad-data msemmija fil-premessi 11 sa 13, il-kundizzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jissaħħu meta mqabbla ma’ dawk previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/209. Il-kundizzjonijiet stabbiliti kif ukoll is-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll jenħtieġ li jkunu biżżejjed biex jiżguraw li din id-deroga tkun koerenti mal-miri legalment vinkolanti tad-Direttiva Qafas tal-Ilma (12), l-ambizzjoni dejjem akbar tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (13) kif ukoll l-objettivi ta’ aspirazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew dwar it-tniġġis tan-nutrijenti. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti permezz ta’ fertilizzazzjoni ottimizzata u użu limitat tal-fertilizzanti. Il-miżuri elenkati f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li ikunu addizzjonali għall-miżuri li diġà qed jiġu applikati permezz tal-Kodiċi ta’ Prattiki Agrikoli Tajbin. |
|
(19) |
Il-kontrolli amministrattivi annwali u l-ispezzjonijiet fuq il-post jenħtieġ li jiżdiedu għal 10 % tal-azjendi agrikoli li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni. L-ispezzjonijiet fuq il-post jenħtieġ li ikunu bbażati fuq metodoloġija soda, inklużi valutazzjoni tar-riskju, kontrolli każwali u r-riżultati tal-kontrolli tas-snin preċedenti. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jirrevedu l-programm ta’ spezzjoni agrikola mwettaq mill-awtoritajiet lokali kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet. Jenħtieġ li jiġu applikati sanzjonijiet dissważivi (inklużi dawk ekonomiċi). Jenħtieġ li jiġu segwiti ilmenti jew rapporti ta’ nuqqas ta’ konformità minn ċittadini, organizzazzjonijiet mhux governattivi jew informaturi. |
|
(20) |
Fl-2023, l-awtoritajiet Irlandiżi jenħtieġ li iwettqu reviżjoni ta’ sentejn tal-kwalità tal-ilma, inklużi l-konċentrazzjoni tan-nitrat u l-istatus trofiku. F’żoni fejn id-data ta’ monitoraġġ tiżvela jew xejriet li sejrin għall-agħar jew sitwazzjoni ta’ tniġġis jew riskju ta’ tniġġis fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati jew l-ewtrofikazzjoni, mill-2024, l-ammont massimu ta’ demel applikabbli li jista’ jiġi applikat jenħtieġ li jitnaqqas għal 220 kg ta’ nitroġenu/ha. |
|
(21) |
F’konformità mad-Direttiva 91/676/KEE ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tan-nitrat u tal-istatus trofiku jibqgħu japplikaw. Ir-reviżjoni ta’ sentejn jenħtieġ li tkun ibbażata fuq data minn dan il-monitoraġġ. Se jkunu meħtieġa monitoraġġ addizzjonali u rappurtar annwali fl-oqsma koperti mid-deroga. |
|
(22) |
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tistabbilixxi regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni għall-finijiet tal-politiki ambjentali tal-Unjoni u tal-politiki jew tal-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq l-ambjent. Meta applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni spazjali miġbura skont din id-Deċiżjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv u tiżdied il-koerenza tad-data, l-Irlanda, meta tiġbor id-data neċessarja skont din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tuża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont it-Titolu V, Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
|
(23) |
Id-deroga prevista f’din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Irlanda li tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (16), inkluża s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-293/17 Coöperatie Mobiliation for the Environment u Vereniging Leefmilieu (17), b’mod partikolari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(24) |
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9 ta’ din id-Deċiżjoni huma kundizzjonijiet obbligatorji għall-azjendi agrikoli tal-bwar kollha li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni skont id-deroga. Għalhekk, dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu bħala standards u rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fil-liġi nazzjonali għal dawn l-entitajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). |
|
(25) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati mwaqqaf skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Deroga
Id-deroga mitluba mill-Irlanda permezz tal-ittra tal-14 ta’ Ottubru 2021, bil-għan li jiġi awtorizzat l-użu fuq l-art ta’ ammont ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem ogħla minn dak previst fil-paragrafu 2, tat-tieni subparagrafu, tal-ewwel sentenza, tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, 170 kg ta’ nitroġenu, qed tingħata soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 12 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“ħaxix” tfisser bwar permanenti jew bwar temporanji ta’ anqas minn erba’ snin; |
|
(b) |
“azjendi agrikoli tal-bwar” tfisser azjendi agrikoli fejn 80 % jew aktar taż-żoni agrikoli disponibbli għall-applikazzjoni tad-demel tkun ħaxix; |
|
(c) |
“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem tal-ifrat (għajr għall-għoġġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel; |
|
(d) |
“roqgħa” tfisser għalqa individwali jew grupp ta’ għelieqi, li huma omoġenji fir-rigward tal-kultivazzjoni, it-tip ta’ ħamrija u l-prattiki ta’ fertilizzazzjoni; |
|
(e) |
“pjan ta’ fertilizzazzjoni” tfisser kalkolu minn qabel dwar l-użu ppjanat u d-disponibbiltà tan-nutrijenti; |
|
(f) |
“kont tal-fertilizzazzjoni” tfisser il-bilanċ tan-nutrijenti abbażi tal-użu reali u l-assorbiment tan-nutrijenti; |
|
(g) |
“art komuni” tfisser roqgħa art li tkun miżmuma minn żewġ persuni jew aktar f’ishma speċifikati jew b’mod konġunt u oriġinarjament mixtrija mill-Kummissjoni tal-Art Irlandiża skont l-Atti dwar ix-Xiri tal-Art, inkluża art li fuqha żewġ persuni jew aktar ikollhom drittijiet għall-mergħat jew id-dritt li jieħdu t-turf. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-deroga skont l-Artikolu 1 għandha tapplika għall-azjendi agrikoli tal-bwar li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 (“l-awtorizzazzjoni”).
Artikolu 4
Applikazzjoni u impenn annwali
1. Il-bdiewa tal-azjendi tal-bwar li jixtiequ jibbenefikaw minn deroga għandhom, kull sena, iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal awtorizzazzjoni biex japplikaw demel tal-bhejjem li jkun fih sa 250 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena. L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni li tistqarr li l-bidwi tal-azjenda tal-bwar jissottometti ruħu għall-kontrolli kollha previsti fl-Artikolu 11.
2. Fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jintrabat ruħu bil-miktub li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 6 sa 9.
Artikolu 5
L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet
L-awtorizzazzjonijiet biex jiġi applikat ammont ta’ demel tal-bhejjem fl-azjendi agrikoli tal-bwar li fih sa 250 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena għandhom jingħataw soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 6 sa 9.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet rigward l-applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra
1. L-ammont ta’ demel tal-bhejjem li jirgħu li jiġi applikat fuq l-art kull sena fl-azjendi agrikoli tal-bwar, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi minn 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu. Mill-2024, bħala konsegwenza tar-reviżjoni ta’ sentejn, dan l-ammont massimu ma għandux jaqbeż il-220 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 12.
2. Il-kontributi totali ta’ nitroġenu la għandhom jaqbżu d-domanda prevedibbli ta’ nutrijenti tal-għalla kkonċernata, u lanqas ma għandhom jaqbżu r-rata massima ta’ fertilizzazzjoni applikabbli għall-azjendi agrikoli tal-bwar, kif stabbilit fil-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati, u għandhom iqisu l-provvista mill-ħamrija. L-applikazzjoni totali tan-nitroġenu għandha tkun differenzjata abbażi tar-rata tal-irjus u l-produttività tal-bwar.
3. Għal kull azjenda agrikola tal-bwar għandu jitħejja u jinżamm pjan tal-fertilizzazzjoni. Dan il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jiddeskrivi n-newba tal-għelejjel tal-art agrikola, u l-applikazzjoni ppjanata tad-demel u fertilizzanti oħra. Dak il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jkun disponibbli fuq l-azjenda agrikola tal-bwar għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena li tkun. Dak il-pjan għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
il-pjan tan-newba tal-għelejjel li jispeċifika dan li ġej:
|
|
(b) |
l-għadd ta’ bhejjem fl-azjendi agrikola tal-bwar; |
|
(c) |
id-deskrizzjoni tal-post fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin tad-demel, inkluż il-volum tal-ħżin tad-demel disponibbli; |
|
(d) |
il-kalkolu tan-nitroġenu u tal-fosforu fid-demel prodotti fuq l-azjenda agrikola tal-bwar; |
|
(e) |
l-ammont, it-tip u l-karatteristiki tad-demel imwassal barra tal-azjenda agrikola tal-bwar jew lejn l-azjenda agrikola tal-bwar; |
|
(f) |
ir-rekwiżiti prevedibbli għall-għelejjel tan-nitroġenu u tal-fosforu għal kull roqgħa; |
|
(g) |
ir-riżultati tal-analiżi tal-ħamrija b’rabta mal-istatus tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija, jekk ikunu disponibbli; |
|
(h) |
in-natura tal-fertilizzant li jkun se jintuża; |
|
(i) |
il-kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel għal kull roqgħa; |
|
(j) |
il-kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu minn fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti oħrajn għal kull. |
Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli fl-azjenda agrikola tal-bwar.
Għal kull azjenda agrikola tal-bwar, għandhom jitħejjew u jinżammu kontijiet tal-fertilizzazzjoni, li jinkludu informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kontributi tan-nitroġenu u tal-fosforu u dwar il-ġestjoni tal-ilma maħmuġ. Dawn għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja sal-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja sussegwenti.
Għandu jiġi adottat programm għat-trattament bil-ġir ibbażat fuq pjan ta’ ġestjoni tan-nutrijenti u assoċjat mar-riżultati tal-analiżi tal-ħamrija.
4. Id-demel tal-bhejjem ma għandux jitferrex fil-ħarifa, qabel il-kultivazzjoni tal-ħaxix.
5. Tal-inqas 50 % tad-demel likwidu prodott fl-azjenda agrikola tal-bwar għandu jiġi applikat sal-15 ta’ Ġunju. Għandu jintuża tagħmir għat-tifrix tad-demel likwidu b’emissjonijiet baxxi għall-applikazzjonijiet kollha tad-demel likwidu.
6. Il-provvediment tar-rata tal-irjus f’żoni komuni m’għandux jaqbeż 50 kg ta’ nitroġenu/ha. Fertilizzant kimiku m’għandux ikun permess f’art komuni.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet rigward it-teħid ta’ kampjuni mill-ħamrija u l-analiżi tal-ħamrija
1. Għal kull azjenda agrikola tal-bwar, għandha ssir analiżi perjodika tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija.
2. Il-kampjunar u l-analiżi għandhom isiru tal-inqas darba kull erba’ snin għal kull żona b’karatteristiċi simili fir-rigward tan-newba tal-għelejjel u tal-karatteristiċi tal-ħamrija.
3. Tal-inqas għandha ssir analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ azjenda agrikola tal-bwar.
4. Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli fl-azjenda agrikola tal-bwar.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet rigward il-ġestjoni tal-art
1. Il-bdiewa li jixtiequ jaħartu l-bwar għandhom jagħmlu dan bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Mejju.
2. Il-ħaxix maħrut fuq it-tipi kollha ta’ ħamrija għandu jiġi segwit minn għalla b’domanda għolja ta’ nitroġenu immedjatament u mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara l-ħrit tal-ħaxix.
3. In-newba tal-għelejjel ma għandhiex tinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jiffissaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan ma għandux japplika għas-silla fil bwar b’anqas minn 50 % ta’ silla, jew għal pjanti leguminużi oħra li jinżergħu flimkien mal-ħaxix.
4. Iż-żrigħ mill-ġdid tal-ħaxix kollu fl-azjenda agrikola tal-bwar għandu jkun fih mill-inqas 1,5 kg/ha ta’ żerriegħa tas-silla mikxufa jew mill-inqas 2,5 kg/ha ta’ silla f’forma ta’ gerbub.
5. L-irqajja’ għandhom ikunu mgħammra b’lqugħ li jiżgura distanza minima ta’ 1,5 metru bejn il-bhejjem u l-korsiji tal-ilma, u l-punti tax-xorb għandhom jiġu installati f’distanza minima ta’ 20 metru minn korsija tal-ilma.
Artikolu 9
Kundizzjoni għall-għalf tal-bhejjem
Massimu ta’ 15 % ta’ proteina mhux raffinata f’għalf konċentrat għall-bhejjem li jirgħu għandu jkun permess kull sena bejn l-15 ta’ April u t-30 ta’ Settembru.
Artikolu 10
Monitoraġġ
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull sena jitfasslu l-mapep biex juru dan li ġej:
|
(a) |
il-perċentwal tal-azjendi agrikoli tal-bwar f’kull pajjiż li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet; |
|
(b) |
il-perċentwal tal-bhejjem f’kull pajjiż li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet; |
|
(c) |
il-perċentwal tal-art agrikola f’kull pajjiż li hija koperta mill-awtorizzazzjonijiet; |
|
(d) |
l-użu lokali tal-art. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-ilma fiż-żona tal-għeruq, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma tal-pjan. Huma għandhom ukoll, kemm taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll mingħajr deroga, jipprovdu lill-Kummissjoni b’data dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ nitroġenu u tal-fosforu fiż-żona tal-għeruq u l-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma tal-wiċċ u tal-pjan.
3. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fuq l-iskala tal-għalqa tal-azjenda agrikola, u fiż-żoni ta’ qbid agrikoli għall-monitoraġġ. Is-siti tal-monitoraġġ għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tipi ta’ ħamrija u l-livelli ta’ intensità ewlenin, tal-prattiki l-iktar komuni ta’ fertilizzazzjoni, u tal-għelejjel ewlenin.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu monitoraġġ msaħħaħ tal-ilma fiż-żoni ta’ qbid agrikoli li jinsabu qrib l-iktar korpi tal-ilma vulnerabbli.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ tal-użu lokali tal-art, tan-newba tal-għelejjel u tal-prattiki agrikoli għall-azjendi agrikoli tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet.
6. L-informazzjoni u d-data miġbura mill-analiżi tan-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) għandhom jintużaw għal kalkoli ibbażati fuq mudelli ta’ kemm hu kbir it-telf tan-nitrati u l-fosforu minn azjendi agrikoli tal-bwar li jibbenefikaw minn awtorizzazzjonijiet.
Artikolu 11
Kontrolli
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni li jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 6 sa 9. Jekk jintwera li dawk il-kundizzjonijiet mhumiex issodisfati, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda u l-applikant għandu jiġi mgħarraf bir-raġunijiet għar-rifjut. Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi għal mill-inqas 10 % mill-azjendi agrikoli tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-art, tal-għadd ta’ bhejjem u t-tip u l-produzzjoni u l-esportazzjoni tad-demel.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta’ spezzjonijiet fuq il-post tal-azjendi agrikoli tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet abbażi tar-riskju u bi frekwenza xierqa, li jkunu jikkunsidraw ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u r-riżultati tal-kontrolli każwali ġenerali tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 91/676/KEE u kull informazzjoni li tista’ tindika nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9. Kull sena, għandhom isiru spezzjonijiet fuq il-post f’mill-anqas 10 % tal-azjendi agrikoli tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet biex tiġi vvalutata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9.
3. Meta f’xi sena jiġi stabbilit li azjenda agrikola tal-bwar koperta minn awtorizzazzjoni ma tkunx tissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sad-9, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi sanzjonat f’konformità mar-regoli nazzjonali, u s-sena ta’ wara ma għandux ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni mogħtija skont din id-Deċiżjoni biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 6 sa 9 qabel u wara li jagħtu awtorizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 12
Reviżjoni ta’ sentejn
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2023, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu, flimkien mar-rapport deskritt fl-Artikolu 13, li jikkorrispondi għas-sena 2022, l-anness li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati tal-ilma tal-pjan u tal-wiċċ u l-istat trofiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ, ibbażat fuq in-network ta’ monitoraġġ u r-rekwiżiti tad-Direttiva 91/676/KEE dwar in-Nitrati u li jinkludu mill-inqas mapep li juru dawk iż-żoni li jiskulaw fl-ilmijiet fejn id-data tal-monitoraġġ turi:
|
(a) |
valuri medji tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati ogħla minn 50 mg/l jew xejriet dejjem jiżdiedu tal-konċentrazzjoni tan-nitrati meta mqabbla mal-2021; |
|
(b) |
Stat “ewtrofiku” jew stat li “jista’ jsir ewtrofiku” b’xejra stabbli jew li sejra għall-agħar meta mqabbla mal-2021. |
L-ilmijiet identifikati mill-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala mniġġsa, f’riskju ta’ tniġġis jew li juru xejriet li sejrin għall-agħar. Id-data għall-istima tal-valuri medji għandha tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022. Għall-valutazzjoni tax-xejriet, għandha titqabbel id-data mill-2021 u l-2022.
2. Għall-elaborazzjoni tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data użata għandha tittieħed min-network ta’ monitoraġġ stabbilit skont id-Direttiva 91/676/KEE.
3. Mill-1 ta’ Jannar 2024, f’żoni li jiskulaw f’ilmijiet imniġġsa jew f’riskju ta’ tniġġis jew li jippreżentaw xejriet li sejrin għall-agħar, għandhom jiġu applikati miżuri addizzjonali taħt il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati. Għall-azjendi agrikoli li ngħataw awtorizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni u li jinsabu f’żoni bħal dawn, l-ammont ta’ demel li jista’ jiġi applikat fuq l-art ma għandux jaqbeż il-220 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena.
4. Sat-30 ta’ Settembru 2023, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bir-riżultati ta’ din ir-reviżjoni ta’ sentejn, u b’mod partikolari dwar iż-żoni u l-azjendi agrikoli b’awtorizzazzjoni fejn l-ammont massimu ta’ demel li għandu jiġi applikat huwa ta’ 220 kg ta’ nitroġenu/ha fis-sena u tal-miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fi ħdan il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati.
Artikolu 13
Rappurtar
Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-mapep li juru l-perċentwal ta’ azjendi tal-bwar, il-perċentwal ta’ bhejjem u l-perċentwal ta’ art agrikola koperta minn awtorizzazzjonijiet għal kull kontea, kif ukoll mapep dwar l-użu lokali tal-art, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1); |
|
(b) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma tal-pjan u tal-wiċċ, fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati u tal-fosforu, inkluż informazzjoni dwar ix-xejriet fil-kwalità tal-ilma, kemm taħt kundizzjonijiet ta’ deroga u kemm mingħajr kundizzjonijiet ta’ deroga, flimkien mal-impatt tad-deroga mogħtija f’din id-Deċiżjoni fuq il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2); |
|
(c) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ħamrija fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu fl-ilma tal-ħamrija u fir-rigward tan-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija, kemm taħt kundizzjonijiet ta’ deroga u kemm mingħajr kundizzjonijiet ta’ deroga, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2); |
|
(d) |
is-sommarju u l-evalwazzjoni tad-data miksuba mill-monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4); |
|
(e) |
ir-riżultati tal-istħarriġiet dwar l-użu tal-art lokali, in-newba tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli, kif imsemmi fl-Artikolu 10(5); |
|
(f) |
ir-riżultati tal-kalkoli abbażi ta’ mudelli ta’ kemm hu kbir it-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu, kif imsemmi fl-Artikolu 10(6); |
|
(g) |
l-evalwazzjoni tal-kontrolli amministrattivi u tal-ispezzjonijiet fuq il-post, kif imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (2); |
|
(h) |
ix-xejriet fl-għadd ta’ bhejjem u fil-produzzjoni tad-demel għal kull kategorija ta’ bhejjem u azjendi agrikoli tal-bwar li għandhom awtorizzazzjoni; |
|
(i) |
l-analiżi komparattiva tal-kontrolli tal-azjendi agrikoli tal-bwar koperti minn awtorizzazzjonijiet u mill-azjendi agrikoli tal-bwar mhux koperti mill-awtorizzazzjonijiet, inkluża data dwar dawn li ġejjin:
|
L-informazzjoni spazjali li hemm fir-rapport għandha, fejn japplika, tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE. Fejn jixraq, fil-ġbir tad-data meħtieġa, l-Irlanda fejn meħtieġ għandha tuża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita f’konformità mal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 14
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tal-Programm ta’ Azzjoni Irlandiż kif implimentat fl-Istrument Statutorju Nru 113 tal-2022, ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea (Prattika Agrikola Tajba għall-Protezzjoni tal-Ilmijiet) tal-2022.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 15
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmul fi Brussell, it-29 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/697/KE tat-22 ta’ Ottubru 2007 li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 27).
(3) L-Istrument Statutorju Nru 378 tal-2006.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/127/UE tal-24 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 51, 25.2.2011, p. 19).
(5) L-Istrument Statutorju Nru 610 tal-2010.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/112/UE tas-27 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 61, 1.3.2014, p. 7).
(7) L-Istrument Statutorju Nru 31 tal-2014.
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/209 tat-8 ta’ Frar 2018 dwar l-għoti ta’ deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 39, 13.2.2018, p. 5).
(9) L-Istrument Statutorju Nru 605 tal-2017.
(10) L-Istrument Statutorju Nru 113 tal-2022.
(11) Teagasc — the Agriculture and Food Development Authority, l-Irlanda.
(12) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(14) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(17) Il-Kawża C-293/17 Coöperatie Mobilisation for the Environment and Vereniging Leefmilieu (ECLI:EU:C:2018:882).
(18) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew iu tal-Kunsill ta’ 2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).