|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/658
tal-21 ta’ April 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
L-Unjoni tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu żewġ individwi mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u talli jibbenefikaw minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“211. |
Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO (Ukren: Сергiй Вiталiйович КУРЧЕНКО; Russu: Сергей Витальевич КУРЧЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 21.9.1985 Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna Nazzjonalità: Ukren |
Is-Sur Serhiy Kurchenko huwa negozjant Ukren. Bl-appoġġ ta' separatisti favur ir-Russja, ħa l-kontroll ta' diversi impjanti kbar metallurġiċi, kimiċi u tal-enerġija fiż-żoni ta' Donbas miżmuma mis-separatisti. Il-kumpannija tiegħu "Gaz-Alliance" kellha monopolju fl-estrazzjoni tal-faħam f'Donbas wara li l-kompetituri tagħha ġew imġiegħla joħorġu mis-suq, allegatament bl-għajnuna tar-Russja. Huwa organizza u bbenefika mill-iskema illegali ta' esportazzjoni tal-faħam ta' Donbas lejn ir-Russja u l-Ewropa minkejja s-sanzjonijiet tal-UE. Il-faħam estratt fil-minjieri tas-Sur Kurchenko ġie rreġistrat mill-ġdid u esportat illegalment permezz tal-portijiet Russi. Is-Sur Kurchenko għen lil kumpanniji Russi kbar u lil azjendi tal-Istat jevitaw il-miżuri restrittivi tal-UE billi aġixxa bħala s-sottokuntrattur tagħhom fit-territorji miżmuma mir-Russja. Huwa kien intermedjarju fl-esportazzjonijiet Russi tal-gass, tal-fjuwil u tal-elettriku lejn il-partijiet ta' Donbas miżmuma mis-separatisti, li saħħew il-provvisti indipendenti tagħhom tal-enerġija u dgħajfu l-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa wassal fjuwil lejn il-Peniżola tal-Krimea okkupata illegalment. B'dan il-mod, huwa saħħaħ il-provvisti indipendenti tal-elettriku ta' dan it-territorju. Huwa s-sid ukoll tal-akbar depożitu taż-żejt fil-Peniżola tal-Krimea. B'hekk huwa bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna, u appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.4.2022 |
|
234. |
Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN (Евге'ний Ви'кторович ПРИГО'ЖИН) |
Data tat-twelid: 1.6.1961 Post tat-Twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa) Funzjoni: negozjant prominenti, b’rabtiet mill-qrib mat-tmexxija politika Russa Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm) Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant prominenti Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President Putin u l-Ministeru għad-Difiża Russu. Huwa l-finanzjatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja, responsabbli għall-iskjerament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna. Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpannija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, u grupp ta’ kumpanniji oħra b’rabtiet miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja. Huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Hu bbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
21.4.2022”. |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/659
tal-21 ta’ April 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni kienet ser tikkunsidra rispons ulterjuri xieraq għall-azzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) li jdgħajfu r-reġim globali tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, speċjalment permezz ta’ miżuri restrittivi awtonomi addizzjonali. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 2397 (2017), fejn afferma mill-ġdid li r-RDPK: ma għandhiex twettaq aktar illanċjar bl-użu tat-teknoloġija tal-missili ballistiċi, testijiet nukleari, jew kwalunkwe provokazzjoni oħra; għandha immedjatament tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi tagħha u f’dak il-kuntest tistabbilixxi mill-ġdid l-impenji eżistenti minn qabel għal moratorju fuq l-illanċjar kollu tal-missili; għandha immedjatament tabbanduna l-armi nukleari kollha u l-programmi nukleari eżistenti kollha b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati; u għandha tabbanduna kwalunkwe arma eżistenti oħra ta’ qerda massiva u programmi ta’ missili ballistiċi b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Marzu 2022, ir-RDPK illanċjat missila ballistika interkontinentali. Ir-RDPK illanċjat missili f’mill-anqas tnax-il okkażjoni bejn il-5 ta’ Jannar u l-24 ta’ Marzu 2022. |
|
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-”Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjon fejn ikkundanna l-illanċjar mir-RDPK ta’ missila ballistika interkontinentali fl-24 ta’ Marzu 2022, li sar bi ksur ta’ diversi UNSCR u huwa theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali. Dik id-dikjarazzjoni appellat ukoll lir-RDPK biex iżżomm lura minn kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tista’ żżid it-tensjoni internazzjonali u reġjonali u biex tikkonforma mal-UNSCR rilevanti billi tabbanduna l-armi nukleari kollha tagħha, l-armi l-oħra ta’ qerda massiva, il-programmi ta’ missili ballistiċi u l-programmi nukleari eżistenti, b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni tinsab lesta biex timplimenta u tikkomplementa, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed mill-KSNU b’rispons għall-illanċjar ta’ missila ballistika interkontinentali fl-24 ta’ Marzu 2022. |
|
(6) |
Billi l-attivitajiet marbuta mal-illanċjar ta’ missili ballistiċi baqgħu jitwettqu mir-RDPK, bi ksur tal-UNSCR rilevanti u b’nuqqas sfaċċat ta’ rispett għalihom, jenħtieġ li tmien individwi u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(7) |
Għalhekk, l-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
ANNESS
Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness XV, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)”, is-subintestatura “(a) Persuni fiżiċi indikati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, jiżdiedu dawn l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
Fl-Anness XVI, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)”, is-subintestatura “(a) Persuni fiżiċi”, jiżdiedu dawn l-entrati li ġejjin:
|
|
(3) |
Fl-Anness XVI, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)”, is-subintestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/660
tal-21 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu żewġ individwi mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u talli jibbenefikaw minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
|
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“211. |
Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO (Ukren: Сергiй Вiталiйович Курченко; Russu: Сергей Витальевич КУРЧЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 21.9.1985 Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna Nazzjonalità: Ukren |
Is-Sur Serhiy Kurchenko huwa negozjant Ukren. Bl-appoġġ ta’ separatisti favur ir-Russja, ħa l-kontroll ta’ diversi impjanti kbar metallurġiċi, kimiċi u tal-enerġija fiż-żoni ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti. Il-kumpannija tiegħu “Gaz-Alliance” kellha monopolju fl-estrazzjoni tal-faħam f’Donbas wara li l-kompetituri tagħha ġew imġiegħla joħorġu mis-suq, allegatament bl-għajnuna tar-Russja. Huwa organizza u bbenefika mill-iskema illegali ta’ esportazzjoni tal-faħam ta’ Donbas lejn ir-Russja u l-Ewropa minkejja s-sanzjonijiet tal-UE. Il-faħam estratt fil-minjieri tas-Sur Kurchenko ġie rreġistrat mill-ġdid u esportat illegalment permezz tal-portijiet Russi. Is-Sur Kurchenko għen lil kumpanniji Russi kbar u lil azjendi tal-Istat jevitaw il-miżuri restrittivi tal-UE billi aġixxa bħala s-sottokuntrattur tagħhom fit-territorji miżmuma mir-Russja. Huwa kien intermedjarju fl-esportazzjonijiet Russi tal-gass, tal-fjuwil u tal-elettriku lejn il-partijiet ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti, li saħħew il-provvisti indipendenti tagħhom tal-enerġija u dgħajfu l-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa wassal fjuwil lejn il-Peniżola tal-Krimea okkupata illegalment. B’dan il-mod, huwa saħħaħ il-provvisti indipendenti tal-elettriku ta’ dan it-territorju. Huwa s-sid ukoll tal-akbar depożitu taż-żejt fil-Peniżola tal-Krimea. B’hekk huwa bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna, u appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.4.2022 |
|
234. |
Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN (Евгений Викторович ПРИГОЖИН) |
Data tat-twelid: 1.6.1961 Post tat-Twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa) Funzjoni: negozjant prominenti, b’rabtiet mill-qrib mat-tmexxija politika Russa |
Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant prominenti Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President Putin u l-Ministeru għad-Difiża Russu. Huwa l-finanzjatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja, responsabbli għall-iskjerament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna. Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpannija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, u grupp ta’ kumpanniji oħra b’rabtiet miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja. |
21.4.2022” |
|
Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm) Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Hu bbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/661
tal-21 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni kienet ser tikkunsidra rispons ulterjuri xieraq għall-azzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) li jdgħajfu r-reġim globali tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, speċjalment permezz ta’ miżuri restrittivi awtonomi addizzjonali. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 2397 (2017), fejn huwa afferma mill-ġdid li r-RDPK ma għandhiex twettaq aktar illanċjar bl-użu tat-teknoloġija tal-missili ballistiċi, testijiet nukleari, jew kwalunkwe provokazzjoni oħra; għandha immedjatament tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi tagħha u f’dak il-kuntest tistabbilixxi mill-ġdid l-impenji eżistenti minn qabel għal moratorju fuq l-illanċjar kollu tal-missili; għandha immedjatament tabbanduna l-armi nukleari kollha u l-programmi nukleari eżistenti kollha b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati; u għandha tabbanduna kwalunkwe arma eżistenti oħra ta’ qerda massiva u programmi ta’ missili ballistiċi b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Marzu 2022, ir-RDPK illanċjat missila ballistika interkontinentali. Ir-RDPK illanċjat missili f’mill-anqas tnax-il okkażjoni bejn il-5 ta’ Jannar u l-24 ta’ Marzu 2022. |
|
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjon fejn ikkundanna l-illanċjar mir-RDPK ta’ missila ballistika interkontinentali fl-24 ta’ Marzu 2022, li sar bi ksur ta’ diversi UNSCR u huwa theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali Dik id-dikjarazzjoni appellat ukoll lir-RDPK biex iżżomm lura minn kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tista’ żżid it-tensjoni internazzjonali u reġjonali u biex tikkonforma mal-UNSCR rilevanti billi tabbanduna l-armi nukleari kollha tagħha, l-armi l-oħra ta’ qerda massiva, il-programmi ta’ missili ballistiċi u l-programmi nukleari eżistenti, b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni tinsab lesta biex timplimenta u tikkomplementa, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed mill-KSNU b’rispons għall-illanċjar ta’ missila ballistika interkontinentali fl-24 ta’ Marzu 2022. |
|
(6) |
Billi l-attivitajiet marbuta mal-illanċjar ta’ missili ballistiċi baqgħu jitwettqu mir-RDPK bi ksur tal-UNSCR rilevanti u b’nuqqas sfaċċat ta’ rispett għalihom, jenħtieġ li tmien individwi u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(7) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, subintestatura “A. Persuni”, jiżdiedu dawn l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, subintestatura “A. Persuni”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(3) |
Fl-Anness III, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, subintestatura “B. Entitajiet”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|