|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/648
tal-15 ta’ Frar 2022
li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali fis-sena finanzjarja 2023
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, għal sena kalendarja partikolari, b’mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż il-EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis għandu jsir disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
|
(2) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni meħuda dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u l-prodott stmat tat-tnaqqis li jirriżulta għas-sena kalendarja 2022. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja u tal-Finlandja indikaw prodott stmat tat-tnaqqis akbar minn żero. |
|
(3) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Latvja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu għas-sena kalendarja 2022 ċertu perċentwal tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat skont il-FAEŻR għas sena finanzjarja 2023. |
|
(4) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, u l-Portugall innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom biex jagħmlu disponibbli, bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2022, ċertu ammont tal-allokazzjoni tal-FAEŻR tagħhom għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(5) |
Abbażi ta’ dawk in-notifiki, l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew emendati fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 (3). |
|
(6) |
Id-diżaggregazzjoni annwali, skont l-Istat Membru, tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK u t-total ta’ dik il-kontribuzzjoni għall-perjodu mill-2023 sal-2027 huwa stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 3).
ANNESS
“ANNESS XI
Diżaggregazzjoni tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali (2023 sal-2027) imsemmija fl-Artikolu 89(3)
|
(prezzijiet attwali, f’EUR) |
||||||
|
Stat Membru |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2023–2027 |
|
Il-Belġju |
105 730 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
436 934 470 |
|
Il-Bulgarija |
282 979 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
1 411 630 220 |
|
Iċ-Ċekja |
267 027 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
1 303 778 540 |
|
Id-Danimarka |
155 982 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
459 718 300 |
|
Il-Ġermanja |
1 485 615 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
5 855 054 690 |
|
L-Estonja |
88 031 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
440 098 240 |
|
L-Irlanda |
311 641 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
1 558 204 140 |
|
Il-Greċja |
651 491 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
2 879 306 000 |
|
Spanja |
1 081 552 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
5 403 084 125 |
|
Franza |
2 007 185 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
7 844 945 350 |
|
Il-Kroazja |
268 849 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
1 458 079 005 |
|
L-Italja |
1 355 321 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
6 755 006 875 |
|
Ċipru |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
118 852 570 |
|
Il-Latvja |
142 745 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
612 725 865 |
|
Il-Litwanja |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
977 475 810 |
|
Il-Lussemburgu |
11 626 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
60 869 220 |
|
L-Ungerija |
384 539 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
2 052 015 745 |
|
Malta |
19 334 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
99 272 485 |
|
In-Netherlands |
180 985 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
474 058 845 |
|
L-Awstrija |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
2 600 123 760 |
|
Il-Polonja |
1 004 581 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
6 284 587 695 |
|
Il-Portugall |
455 630 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
2 617 833 100 |
|
Ir-Rumanija |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
4 835 249 460 |
|
Is-Slovenja |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
550 850 960 |
|
Is-Slovakkja |
260 599 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
1 296 911 545 |
|
Il-Finlandja |
354 551 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
1 772 751 780 |
|
L-Iżvezja |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
1 059 448 705 |
|
Total tal-UE-27 |
12 904 404 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
61 218 867 500 |
|
Assistenza teknika (0,25 %) |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
151 361 100 |
|
Total |
12 934 676 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
61 370 228 600 |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/649
tal-20 ta’ April 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 232(1) u 232(3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji ta’ pollam, prodotti ġerminali tal-pollam, u laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu f’Ontario, fit-township ta’ Woolwich, il-Kanada u ġew ikkonfermati fis-26 u fid-29 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab f’Ontario, fit-township ta’ Zorra, il-Kanada u ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Woodbridge, East Suffolk, Suffolk, l-Ingilterra, fir-Renju Unit u ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Stowmarket, Mid Suffolk, Suffolk, l-Ingilterra, fir-Renju Unit u ġiet ikkonfermata fit-28 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(9) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Woodbridge, East Suffolk, Suffolk, l-Ingilterra, fir-Renju Unit u ġiet ikkonfermata fit-30 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(10) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontej ta’ Cherokee u Osceola l-Istat ta’ Iowa, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Morrison, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Dickey, l-Istat ta’ North Dakota, l-Istati Uniti u fil-Kontea ta’ McPherson, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fil-31 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(11) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Dickey, l-Istat ta’ North Dakota, l-Istati Uniti u fil-Kontej ta’ Charles Mix u Edmunds, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fl-1 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontej ta’ Humboldt u Sac, l-Istat ta’ Iowa, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Stearns, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, fil-Kontej ta’ Johnston, Lamoure u Wayne, l-Istat ta’ North Carolina, l-Istati Uniti, u fil-Kontea ta’ Lake u Spink, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fit-2 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(13) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontej ta’ Becker, Dodge, Kandiyohi u Le Sueur, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, u fil-Kontea ta’ Erath, l-Istat ta’ Texas, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fit-3 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(14) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Hamilton, l-Istat ta’ Iowa, l-Istati Uniti, fil-Kontej ta’ Kandiyohi u Morrison, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ LaMoure, l-Istat ta’ North Dakota, l-Istati Uniti u fil-Kontea ta’ McPherson, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fl-4 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(15) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Hardin, l-Istat ta’ Iowa, l-Istati Uniti, fil-Kontej ta’ Big Stone, Meeker, Morrison, Stearns u Waseca, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Orleans, l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Wayne, l-Istat ta’ North Carolina, l-Istati Uniti, fil-Kontej ta’ Beadle, Clark, Faulk u Spink, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fil-5 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(16) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Wayne, l-Istat ta’ North Carolina, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ McPherson, l-Istat ta’ South Dakota, l-Istati Uniti u fil-Kontea ta’ Racine, l-Istat ta’ Wisconsin, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fis-6 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(17) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Waseca, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti, fil-Kontea ta’ Cascade, l-Istat ta’ Montana, l-Istati Uniti u fil-Kontea ta’ Wayne, l-Istat ta’ North Carolina, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fis-7 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(18) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu fil-Kontea ta’ Elkhart, l-Istat ta’ Indiana, l-Istati Uniti, fil-Kontej ta’ Kandiyohi, Otter Tail u Renville, l-Istat ta’ Minnesota, l-Istati Uniti u fil-Kontea ta’ Stutsman, l-Istat ta’ North Carolina, l-Istati Uniti u ġew ikkonfermati fit-8 ta’ April 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(19) |
L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilixxew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(20) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-Istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat. |
|
(21) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu rigward tifqigħa tal-HPAI kkonfermata fi stabbiliment tal-pollam fit-3 ta’ Diċembru 2021 qrib Gretna, Dumfriesshire, Dumfries u Galloway, l-Iskozja, ir-Renju Unit. Ir-Renju Unit issottometta wkoll il-miżuri li ħa sabiex jiġi evitat tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara din it-tifqigħa tal-HPAI, ir-Renju Unit implimenta politika ta’ qerda sabiex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, ir-Renju Unit temm il-miżuri rikjesti ta’ tindif u d-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment ta’ pollam infettat fit-territorju tiegħu. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-HPAI qrib Gretna, Dumfriesshire, Dumfries u Galloway, l-Iskozja, ir-Renju Unit, qrib Richmond, Richmondshire, North Yorkshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, qrib Annan, Dumfriesshire, Dumfries u Galloway, l-Iskozja, ir-Renju Unit, qrib Clifford, Hereford u South Herefordshire, Herefordshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, qrib Aspatria, Allerdale, Cumbria, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, fi stabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u li ma għad hemm l-ebda riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tar-Renju Unit li minnhom ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam minħabba dawn it-tifqigħat. |
|
(23) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(24) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(25) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/65 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/650
tal-20 ta’ April 2022
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diaċetat tas-sodju (E 262 (ii))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(2) |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti kkonċernata. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Awwissu 2020, tressqet applikazzjoni biex jiġu emendati speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel diaċetat tas-sodju (E 262(ii)). L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jipprevedi li d-diaċetat tas-sodju (E262(ii)) irid ikun fih bejn 39 % u 41 % ta’ aċidu aċetiku ħieles u bejn 58 % u 60 % ta’ aċetat tas-sodju. L-applikant qed jitlob li dawn jiġu emendati għal bejn 39 % u 43 % ta’ aċidu aċetiku ħieles u bejn 57 % u 60 % ta’ aċetat tas-sodju. |
|
(5) |
Skont l-applikant meta jiġi prodott id-diaċetat tas-sodju (E 262(ii)) jinkiseb prodott stojkjometriku b’kontenut ta’ 42,3 % aċidu aċetiku ħieles. L-applikant jasserixxi li t-tnaqqis tal-kontenut ta’ aċidu aċetiku ħieles għal bejn 39 % u 41 % jirrikjedi ammonti eċċessivi ta’ enerġija. Għalhekk, jekk il-limitu massimu għall-aċidu aċetiku ħieles jiżdied għal 43 % dan inaqqas il-ħin tat-tnixxif waqt il-produzzjoni, u b’hekk titnaqqas l-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni, u l-proċess ikun aktar sostenibbli. |
|
(6) |
Skont l-applikant ma hemmx bidliet oħra fil-proċess ta’ produzzjoni, l-ammont ogħla ta’ aċidu aċetiku ħieles fid-diaċetat tas-sodju (E 262(ii)) ma għandux impatti fuq is-sikurezza, u apparti din il-bidla msemmija, il-prodott jibqa’ l-istess, jiġifieri ma fihx impuritajiet għajr dawk speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
|
(7) |
L-applikazzjoni ġiet diskussa mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti Governattivi dwar l-Addittivi. Filwaqt li qieset l-informazzjoni pprovduta mill-applikant u l-feedback li wasal mingħand il-Grupp ta’ Ħidma, il-Kummissjoni waslet għall-fehma li l-emenda proposta fl-ispeċifikazzjonijiet tad-diaċetat tas-sodju (E 262 (ii)) mhix mistenni li jkollha effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(8) |
Billi ż-żieda tal-limitu massimu għall-kontenut ta’ aċidu aċetiku ħieles fid-diaċetat tas-sodju (E 262(ii)) minn 41 % għal 43 % mhuwiex mistenni li jkollha effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, fl-entrata tal-“E 262(ii) Diaċetat tas-Sodju”, taħt “Definizzjoni” ir-ringiela tat-Test hija sostitwita minn dan li ġej:
|
“Test |
Kontenut ta’ bejn 39 % u 43 % ta’ aċidu aċetiku ħieles u bejn 57 % u 60 % ta’ aċetat tas-sodju” |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/68 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/651
tal-20 ta’ April 2022
li jniedi rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Indjan wieħed, li jirrevoka d-dazju antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mingħand dak il-produttur esportatur u li jagħmel l-importazzjonijiet mingħand dak il-produttur esportatur soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1993 tas-6 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
1. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le, sa fejn hija kkonċernata Urja Products Private Limited (“l-applikant”), skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku. |
|
(2) |
It-talba tressqet fit-23 ta’ Awwissu 2021 mill-applikant, li huwa produttur esportatur ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
|
(3) |
Il-prodott taħt rieżami huwa drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 (kodiċijiet TARIC 7019630014, 7019640014, 7019650014, 7019660014 u 7019699014). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss. |
3. MIŻURI EŻISTENTI
|
(4) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 (3), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(5) |
Dawn il-miżuri ġew estiżi bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 (4), (UE) Nru 21/2013 (5) u (UE) Nru 1371/2013 (6), kif emendati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1711 (7), għall-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd u Pyrotek India Pvt. Ltd. |
|
(6) |
Dawn il-miżuri ġew estiżi bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2014 (8), għall-importazzjonijiet ta’ drappijiet kemxejn modifikati b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. |
|
(7) |
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament antidumping bażiku, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 (9), li ta eżenzjoni lil SPG Glass Fibre PVT. Ltd. |
4. RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI
|
(8) |
L-applikant allega li ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ rapportar użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi kif adottati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1371/2013, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Marzu 2013 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”). Fil-fatt, l-applikant kien diġà ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri, li kienet ikkonkludiet li “Urja Products ma tipproduċix il-prodott li qed jiġi investigat” (10). |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-applikant ipprovda evidenza li huwa produttur ġenwin u allega li ma evitax il-miżuri eżistenti. |
|
(10) |
L-applikant sostna wkoll li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, fl-2020 u fl-2021, huwa esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. |
5. PROĊEDURA
5.1. Bidu
|
(11) |
Wara li ġiet eżaminata l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku għall-fini li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
|
(12) |
L-industrija tal-Unjoni li kien magħruf li kienet ikkonċernata ġiet infurmata bit-talba għal rieżami u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. |
|
(13) |
Fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se toqgħod partikolarment attenta għar-relazzjoni tal-applikanta mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri eżistenti biex tiżgura li ma ġietx imwaqqfa sabiex tiġi użata biex jiġu evitati l-miżuri. Il-Kummissjoni se tqis ukoll jekk għandhomx jiġu imposti kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ partikolari fil-każ li l-investigazzjoni tikkonkludi li l-għoti tal-eżenzjoni huwa ġustifikat. |
5.2. Tħassir tal-miżuri antidumping eżistenti u r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet
|
(14) |
F’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament antidumping bażiku, f’każijiet ta’ esportaturi ġodda fil-pajjiż esportatur inkwistjoni li ma esportawx il-prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri, jenħtieġ li d-dazju antidumping fis-seħħ jitħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikanta. |
|
(15) |
Fl-istess waqt, jenħtieġ li tali importazzjonijiet ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi żgurat li, jekk ir-rieżami juri li teżisti ċirkomvenzjoni fir-rigward tal-applikanta, id-dazji antidumping ikunu jistgħu jiġu imposti mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet. L-ammont tal-obbligazzjonijiet futuri possibbli tal-applikant ikun ugwali għad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 (62,9 %). |
5.3. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(16) |
L-investigazzjoni se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). |
5.4. Investigazzjoni tal-applikant
|
(17) |
Sabiex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. L-applikant għandu jippreżenta l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament antidumping bażiku. |
5.5. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
|
(18) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
5.6. Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
|
(19) |
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet. |
5.7. Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
|
(20) |
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-dritt tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
|
(21) |
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive”. Il-partijiet li jippreżentaw l-informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali. |
|
(22) |
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku anti-dumping, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (“Miftuħ għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati”). Dawn is-sommarji jenħtieġ li jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. |
|
(23) |
Jekk il-parti li tipprovdi l-informazzjoni “Sensitive” tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix is-sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni dment li sorsi xierqa jkunu jistgħu juru b’mod sodisfaċenti li l-informazzjoni hija korretta. |
|
(24) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Permezz ta’ TRON.tdi jew ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. |
|
(25) |
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika li jipprovdu jkun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq. L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
Email: TRADE-R766-DUMPING@ec.europa.eu |
6. POSSIBBILTÀ GĦAL KUMMENTI DWAR IL-PREŻENTAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET OĦRA
|
(26) |
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw biss kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda. Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati. |
7. ESTENSJONI TAL-LIMITI TA’ ŻMIEN SPEĊIFIKATI F’DAN IR-REGOLAMENT
|
(27) |
Kwalunkwe estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament tista’ tingħata biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun ġustifikata minn raġuni tajba. |
|
(28) |
Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett (3) ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem. |
|
(29) |
Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fir-Regolament, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali. |
8. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(30) |
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(31) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. |
|
(32) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku, ir-riżultat jista’ ikun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat. |
|
(33) |
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jitqies bħala nuqqas ta’ koperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż żejda mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni minnufih. |
9. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(34) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment. |
|
(35) |
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għal din it-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu. |
|
(36) |
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ ikun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għal talbiet għal interventi, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li debitament iqis l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni. |
|
(37) |
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/. |
10. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(38) |
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
11. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(39) |
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(40) |
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/ |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed jinbeda rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 (il-kodiċijiet TARIC 7019 63 00 14, 7019 64 00 14, 7019 65 00 14, 7019 66 00 14 u 7019 69 90 14), prodotti minn Urja Products Private Limited (kodiċi addizzjonali TARIC C861), għandhomx ikunu soġġetti għall-antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993.
Artikolu 2
Id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-Awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21
(2) ĠU L 288, 7.11.2017, p. 4.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat-3 ta’ Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 tal-10 ta’ Jannar 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1711 tat-13 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija lill-produtturi esportaturi Indjani (ĠU L 286, 14.11.2018, p. 12).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2014 tal-15 ta’ Settembru 2014 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet kemxejn modifikati b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, li wkoll joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 13).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 31.5.2018, p. 5).
(10) Ara l-premessi (11) u (50) tar-Regolament (UE) Nru 1371/2013.
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/74 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/652
tal-20 ta’ April 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw kien ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(5) |
L-applikant talab li l-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw jiġi awtorizzat ukoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti li jagħtu t-togħma għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw fl-ilma tax-xorb. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw ma għandux effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw jitqies bħala irritant għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li l-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw huwa rikonoxxut li jagħti t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tiegħu fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għaldaqstant ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tiegħu. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(10) |
Il-fatt li l-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mhuwiex awtorizzat għall-użu bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(11) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2021;19(7):6709.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b136-ex |
— |
Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw |
Kompożizzjoni tal-addittiv Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott ta’ Citrus x aurantium L. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott ta’ Citrus x aurantium L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). Flavonojdi: 45-55 %, li minnhom
5-metossipsoralen (magħruf ukoll bħala bergapten): ≤ 0,03 % (-)-Sinefrin: ≤ 1 % Numru KtE: 136 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tan-narinġina (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ tal-bajd Dundjani tas-simna Qżieqeż Ħnieżer tas-simna Ħnieżer nisa Baqar tal-ħalib Għoġġiela Bhejjem tal-ifrat tas-simna Nagħaġ/mogħoż Żwiemel Fniek Salmonidi Ħut ornamentali Klieb Qtates |
— |
— |
|
|
Il-11 ta’ Mejju 2032 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings — Ir-Rapport Nru 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/79 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/653
tal-20 ta’ April 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. kien ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ preparazzjoni ta’ estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(4) |
L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-applikant talab li l-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. tiġi awtorizzata wkoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti li jagħtu t-togħma għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Jannar 2020 (3) u tad-29 ta’ Settembru 2021 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. ma għandha l-ebda effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment tal-utenti għat-trabijiet mill-addittiv mhuwiex ta’ tħassib. Madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar il-proprjetajiet irritanti għall-għajnejn jew għall-ġilda, u għalhekk ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar dawn l-aspetti. Minħabba n-natura tal-addittiv, wieħed jista’ jassumi li huwa potenzjalment kemm sensitizzatur tal-ġilda kif ukoll sensitizzatur respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. hija rikonoxxuta li tagħti t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħha fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għalhekk, l-ebda dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja mhi meqjusa meħtieġa. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(10) |
Il-fatt li l-preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. mhijiex awtorizzata bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tagħha fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(11) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparazzjoni kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(3) EFSA Journal 2020;18(2):6016.
(4) EFSA Journal 2021;19(10):6904.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||
|
2b280-ex |
Estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-estratt tal-weraq ta’ Melissa officinalis L. (b’kontenut minimu ta’ 50 %) bil-maltodestrina u d-diossidu tas-siliċju. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt imnixxef tal-etanol milwiem mill-weraq ta’ Melissa officinalis L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). Komposti fenoliċi totali (derivattivi totali ta’ aċidu idrossiċinnamiku): ≥ 10 % Flavonojdi: ≤ 3 mg/kg Aċidu rożmariniku: 3-6 % Materja niexfa ≥ 94 % Numru CAS: 84082-61-1 Numru EINECS: 282-007-0 Numru FEMA: 2112 Numru KtE: 280 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu rożmariniku (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf (estratt niexef ta’ Melissa officinalis L.):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
- |
- |
|
Il-11 ta’ Mejju 2032 |
||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Ir-Rapport Nru 2 (2007)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/654
tal-20 ta’ April 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 10(2), flimkien mal-Artikolu 10(7) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi proċeduri speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (3). |
|
(2) |
L-idrossianisol butilat kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE. Sussegwentement, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant iktar ’il quddiem irtira l-applikazzjoni fir-rigward tal-qtates, minħabba l-adozzjoni mill-EFSA fit-12 ta’ Novembru 2019 (4) ta’ opinjoni mhux favorevoli dwar is-sikurezza tal-addittiv għall-użu għall-qtates. L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-idrossianisol butilat irriżultat fl-awtorizzazzjoni tiegħu bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-qtates, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1399 (5). |
|
(4) |
L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jirrikjedi l-adozzjoni ta’ Regolament li jirtira mis-suq l-addittivi tal-għalf li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (7) ta’ dak ir-Regolament qabel l-iskadenza stabbilita f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tressqet applikazzjoni iżda sussegwentement ġiet irtirata. |
|
(5) |
Billi l-applikant irtira l-applikazzjoni fir-rigward tal-qtates, jenħtieġ li l-idrossianisol butilat (E 320) jiġi rtirat mis-suq bħala addittiv tal-għalf għall-qtates. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “antiossidanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-idrossianisol butilat ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala irritant għall-ġilda u għall-għajnejn u bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li l-idrossianisol butilat huwa awtorizzat bħala antiossidant għall-użu fl-ikel f’livelli komparabbli, mhumiex rikjesti studji biex juru l-effikaċja tal-idrossianisol butilat bħala antiossidant fl-għalf għall-qtates. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-idrossianisol butilat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-idrossianisol butilat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Peress li l-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates huwa lest biex jiġi awtorizzat mill-ġdid fl-istess ħin tal-adozzjoni ta’ miżura li tirrikjedi l-irtirar mis-suq tal-addittiv bil-kundizzjonijiet preċedenti ta’ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jenħtieġ li tali rtirar mis-suq ma jipprevjenix l-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni l-ġdida. It-termini tal-awtorizzazzjoni l-ġdida huma differenti minn dawk preċedenti b’mod partikolari minħabba li jipprevedu deskrizzjoni iktar speċifika tal-addittiv u tal-metodi ta’ analiżi relatati, numru ta’ identifikazzjoni ġdid tal-addittiv u dispożizzjonijiet oħra relatati mal-istruzzjonijiet tal-użu u mas-sikurezza tal-utenti għall-addittiv u għat-taħlita lesta minn qabel ikkonċernati. |
|
(10) |
Billi ma hemm l-ebda raġuni ta’ sikurezza li teħtieġ l-irtirar immedjat mis-suq tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates bil-kundizzjonijiet preċedenti tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jitħalla perjodu tranżizzjonali limitat għall-partijiet interessati, li fih ikunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates, it-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost prodott b’dak l-addittiv, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiossidanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Irtirar mis-suq
L-idrossianisol butilat (E 320) għandu jiġi rtirat mis-suq bħala addittiv tal-għalf għall-qtates sakemm ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw l-irtirar mis-suq
1. L-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom minnu, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf maħsuba għall-qtates li fihom l-idrossianisol butilat, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).
(4) EFSA Journal 2019;17(12):5913.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1399 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossianisol butilat bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr il-qtates (ĠU L 324, 6.10.2020, p. 29).
(6) EFSA Journal 2021;19(7):6714.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta’ analiżi |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiossidanti |
||||||||||||||
|
1b320 |
Idrossianisol butilat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Idrossianisol butilat (BHA) (≥ 98,5 %) Għamla solida qisha tax-xama’ |
Qtates |
- |
- |
150 |
|
Il-11 ta’ Mejju 2032 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Taħlita ta’:
Nru CAS: 25013-16-5 C11H16O2 |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-BHA fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-BHA fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
DEĊIŻJONIJIET
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/89 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/655
tal-11 ta’ April 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati speċjalizzati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) u mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Novembru 2017 u ilu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Ġunju 2018. |
|
(2) |
L-Artikoli 362 u 363 tal-Ftehim jistabbilixxu Kunsill ta’ Sħubija u Kumitat ta’ Sħubija biex jiffaċilitaw il-funzjonament tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 362(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. Skont l-Artikolu 363(4) tal-Ftehim, huwa għandu jiddetermina fir-regoli ta’ proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-operat tal-Kumitat ta’ Sħubija. |
|
(4) |
L-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija hija neċessarja sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-Ftehim. |
|
(5) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 (2), matul il-perijodu ta’ applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jieħu deċiżjonijiet biss sa fejn jikkonċernaw kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim kif previst f’dik id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Taħt l-Artikolu 364(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati u korpi oħra f’oqsma speċifiċi li jistgħu jgħinuh iwettaq dmirijietu. Barra minn hekk, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiddetermina l-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-operat ta’ tali sottokumitati u korpi oħra. |
|
(7) |
Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati u korpi oħra. |
|
(8) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Sħubija, billi d-Deċiżjoni li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u li tistabbilixxi l-lista ta’ Sottokumitati, ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija mehmuż. |
|
(10) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża C-180/20 (3), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/245 (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/246 (5) u ordnat li l-effetti ta’ dawk id-Deċiżjonijiet jinżammu sakemm tittieħed deċiżjoni ġdida mill-Kunsill. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kunsill jieħu deċiżjoni ġdida dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija li tikkonforma ma’ dik is-sentenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija mehmuż għal din id-Deċiżjoni.
2. Tibdil tekniku minuri għall-abbozz ta’ Deċiżjoni jista’ jiġi aċċettat mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1).
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-180/20, ECLI:EU:C:2021:658.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/245 tas-17 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati speċjalizzati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim għajr it-Titolu II tiegħu (ĠU L 52, 25.2.2020, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/246 tas-17 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati speċjalizzati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni tat-Titolu II ta’ dak il-Ftehim (ĠU L 52, 25.2.2020, p. 5).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUNSILL TA' SĦUBIJA UE-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA
ta'…
li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u li tistabbilixxi l-lista ta’ Sottokumitati
IL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA UE-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Novembru 2017,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 385 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim għandhom jiġu applikati provviżorjament. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 362(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 363(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiddetermina fir-regoli ta’ proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta’ Sħubija. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 364(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati u korpi oħra f’oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-operat tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, sottokumitati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, kif stipulat fl-Annessi I, II u III, huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Is-Sottokumitati elenkati fl-Anness IV huma b’dan stabbiliti.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta’ Sħubija
Il-President
ANNESS I
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit skont l-Artikolu 362(1) tal-Ftehim għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikolu 362 tal-Ftehim.
2. Kif previst fl-Artikolu 362(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Partijiet fil-livell ministerjali u għandu jiltaqa' f’intervalli regolari, tal-anqas darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f’kwalunkwe laqgħa partikolari.
3. Kif previst fl-Artikolu 362(6) tal-Ftehim, u biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim f’każijiet previsti fih. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet, bir-rispett dovut għat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet.
4. Għall-fini ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura t-terminu “Partijiet” għandu jinftiehem kif definit fl-Artikolu 382 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Presidenza
Il-Partijiet għandu jkollhom il-presidenza tal-Kunsill ta’ Sħubija b’mod alternat. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija u jintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena. Il-Parti tal-Unjoni Ewropea għandha tippresiedi l-ewwel Kunsill ta’ Sħubija.
Artikolu 3
Laqgħat
1. Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiltaqa’ darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan, bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. Sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiltaqa’ fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. Kull sessjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija għandha ssir f’data miftiehma bejn il-Partijiet.
3. Il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sħubija għandhom jissejħu b’mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija, bi qbil mal-President tal-Kunsill ta’ Sħubija sa mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.
Artikolu 4
Rappreżentanza
1. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-Kunsill ta’ Sħubija jistgħu jattendu l-laqgħat personalment jew jiddelegaw lil uffiċjal ieħor li għandu jeżerċita d-drittijiet kollha f’ismu.
2. L-isem tal-uffiċjal iddelegat għandu jiġi kkomunikat lill-President tal-Kunsill ta’ Sħubija bil-miktub qabel il-laqgħa.
Artikolu 5
Delegazzjonijiet
1. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-Kunsill ta’ Sħubija jistgħu jiġu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President tal-Kunsill ta’ Sħubija għandu jiġi infurmat, permezz tas-segretarjat tal-Kunsill ta’ Sħubija, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta’ kull Parti.
2. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’, bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f’xi qasam biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kondizzjonijiet li jipprevedu l-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fil-laqgħat.
Artikolu 6
Segretarjat
Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Armenja għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija.
Artikolu 7
Korrispondenza
1. Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta’ Sħubija għandha tintbagħat lis-segretarju jew tal-Unjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Armenja, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lis-segretarju l-ieħor.
2. Is-segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta’ Sħubija, lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Parti l-oħra u, fejn xieraq, tintbagħat lir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-Kunsill ta’ Sħubija.
3. Il-komunikazzjonijiet mill-President għandhom jintbagħtu lid-destinatarji mis-Segretarjati f’isem il-President. Tali komunikazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati, meta jkun xieraq, lir-rappreżentant tal-Partijiet fil-Kunsill ta’ Sħubija.
Artikolu 8
Kunfidenzjalità
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sħubija ma għandhomx isiru pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta’ Sħubija, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.
Artikolu 9
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President tal-Kunsill ta’ Sħubija għandu jfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija. Din għandha tintbagħat mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju qabel il-laqgħa.
2. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha proposti mill-President biex jiddaħħlu fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa. Tali punti ma għandhomx jiġu inklużi fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-segretarji qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.
3. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta’ Sħubija fil-bidu ta’ kull laqgħa. Kwalunkwe punt għajr dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jiddaħħal fl-aġenda jekk ir-rappreżentanti tal-Partijiet jaqblu dwaru.
4. Il-President jista’, b’konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ ċirkostanzi partikolari.
Artikolu 10
Minuti
1. L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jitħejja b’mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija.
2. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw għal kull punt fl-aġenda:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta’ Sħubija; |
|
(b) |
id-dikjarazzjonijiet li rappreżentant tal-Parti fil-Kunsill ta’ Sħubija jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u |
|
(c) |
il-kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħad-deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet maqbula u kwalunkwe konklużjoni. |
3. L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta’ Sħubija għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta’ Sħubija għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li tmiss. Inkella, dak l-abbozz tal-minuti jista’ jiġi approvat bil-miktub.
Artikolu 11
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Kif previst fl-Artikolu 362(6) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet u wara li jiġu ffinalizzati l-proċeduri interni rispettivi tagħhom.
2. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, jekk ir-rappreżentanti tal-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dan l-għan, l-abbozz ta’ deċiżjoni jew l-abbozz ta' rakkomandazzjoni għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta’ Sħubija lir-rappreżentanti tal-Partijiet f'konformità mal-Artikolu 7, bl-limitu ta' żmien ta' 21 jum kalendarju. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-Kunsill ta’ Sħubija għandhom jgħarrfu bi kwalunkwe riżerva jew emenda li jkunu jixtiequ jagħmlu f’dak il-limitu ta’ żmien. Il-President jista’, f’konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta’ żmien biex iqis il-ħtiġijiet ta’ ċirkostanzi partikolari.
3. Il-Kunsill ta’ Sħubija, skont it-tifsira tal-Artikolu 362(6) tal-Ftehim, jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet, segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Sħubija. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati f'konformità mal-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sħubija fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
4. Kull deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 12
Lingwi
1. Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta’ Sħubija għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.
2. Il-lingwa ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Sħubija għandha tkun l-Ingliż. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f’din il-lingwa.
Artikolu 13
Spejjeż
1. Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sħubija, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tan-nefqa ta' sussistenza u tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. In-nefqa marbuta mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea.
3. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.
Artikolu 14
Kumitat ta' Sħubija u sottokumitati
1. F’konformità mal-Artikolu 363 tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jassisti lill-Kunsill ta’ Sħubija fit-twettiq tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet f’livell ta’ uffiċjali għolja.
2. F'każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta’ konsultazzjoni jew possibbiltà ta’ konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim reċiproku biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni tista’ ssir fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija, għajr fejn previst mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista’ tkompli fil-Kunsill ta’ Sħubija jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.
3. Skont l-Artikolu 364(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati u korpi oħra f’oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-operat tagħhom.
4. Bi qbil bejn il-Partijiet, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jimmodifika l-lista tas-Sottokumitati u l-korpi l-oħra kif stipulat fl-Anness IV.
Artikolu 15
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati skont l-Artikolu 11.
ANNESS II
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA’ SĦUBIJA
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit f’konformità mal-Artikolu 363(1) tal-Ftehim għandu jassisti lill-Kunsill ta’ Sħubija fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu u jwettaq il-kompiti previsti fil-Ftehim u mogħtija lilu mill-Kunsill ta’ Sħubija.
2. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sħubija, jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija fejn xieraq u jiżgura l-funzjonament korrett tal-Ftehim b’mod ġenerali. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta’ Sħubija kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ fl-implimentazzjoni ta’ kuljum tal-Ftehim.
3. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet f’livell ta’ uffiċjali għolja.
4. Kif previst fl-Artikolu 363(6) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet f’oqsma li fihom il-Kunsill ta’ Sħubija jkun iddelegalu s-setgħat u fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentawhom. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi qbil bejn il-Partijiet, suġġett għat-twettiq tal-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet.
5. Għall-fini ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura t-terminu “Partijiet” għandu jinftiehem kif definit fl-Artikolu 382 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Konfigurazzjoni
1. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jiddelibera u jaġixxi f’konfigurazzjoni tal-kummerċ meta jittratta kwistjonijiet relatati mat-Titolu VI (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.
2. Meta, f'konformità mal-Artikolu 363(7) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija jiltaqa’ f’konfigurazzjoni speċifika biex jindirizza kwistjonijiet rilevanti marbuta mat-Titolu VI (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tiegħu, dan għandu jkun magħmul minn uffiċjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Armenja li jkunu responsabbli mill-kummerċ u mill-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Armenja li jkun responsabbli mill-kummerċ u mill-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandu jaġixxi bħala President tal-Kumitat ta’ Sħubija meta dan jiltaqa’ f’konfigurazzjoni tal-kummerċ. Il-laqgħat għandu jattendihom rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
1. Ir-rappreżentanti tal-Kumitat ta’ Sħubija jistgħu jiġu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President tal-Kumitat ta’ Sħubija għandu jiġi infurmat, mis-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija, dwar il-kompożizzjoni maħsuba ta’ kull delegazzjoni.
2. Il-Kumitat ta’ Sħubija jista’, bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f’xi qasam biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kondizzjonijiet li jipprevedu l-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fil-laqgħat.
3. Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, mis-segretarjat tal-Kunsill ta’ Sħubija, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni li tkun ser tattendi l-laqgħa fuq kull naħa.
Artikolu 4
Presidenza
1. Il-Kumitat ta' Sħubija għandu jiġi ppresedut b’mod alternat minn rappreżentant tal- Parti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Armenja.
2. Il-Parti li jkollha l-Presidenza tal-Kunsill ta’ Sħubija għandu jkollha wkoll il-Presidenza tal-Kumitat ta’ Sħubija.
Artikolu 5
Laqgħat
1. Sakemm ma jiġix maqbul mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jiltaqa’ b’mod regolari u tal-anqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta’ Sħubija fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet kollha jaqblu.
2. Kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Sħubija għandha titlaqqa’ mill-President tiegħu f’post u f’data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.
3. Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ u meta jkun hemm bżonn.
4. Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta’ Sħubija għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta’ Sħubija.
5. F'każijiet eċċezzjonali u jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Sħubija jistgħu jsiru permezz ta’ kwalunkwe mezz teknoloġiku li jintlaħaq qbil dwaru, bħal vidjokonferenza.
Artikolu 6
Segretarjat
1. Uffiċjal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u uffiċjal tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Armenja għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat ta’ Sħubija f’konfigurazzjoni ġenerali. Huma għandhom iwettqu kompiti segretarjali b’mod konġunt u fi spirtu ta’ fiduċja u kooperazzjoni reċiproka, sakemm dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor.
2. Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Armenja li jkunu responsabbli mill-kummerċ u mill-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat ta’ Sħubija fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ.
Artikolu 7
Korrispondenza
1. Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta’ Sħubija għandha tintbagħat lis-segretarju ta’ kwalunkwe Parti, li min-naħa tiegħu jinforma lis-segretarju l-ieħor.
2. Is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta’ Sħubija tiġi mgħoddija lill-President tal-Kumitat ta’ Sħubija u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, lir-rappreżentanti tal-Kumitat ta’ Sħubija bħad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8.
3. Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-segretarjat f’isem il-President. Tali korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, lir-rappreżentanti tal-Kumitat ta’ Sħubija f’konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 8
Dokumenti
1. Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati mis-segretarji tal-Kumitat ta’ Sħubija.
2. Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-segretarju tagħha li għandu jittrażmetti dawk id-dokumenti lis-segretarju tal-Parti l-oħra.
3. Is-segretarju tal-Unjoni Ewropea għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Parti tal-Unjoni Ewropea u għandu jikkopja sistematikament lis-segretarju tar-Repubblika tal-Armenja f'din il-korrispondenza.
4. Is-segretarju tar-Repubblika tal-Armenja għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Armenja u għandu jikkopja sistematikament lis-segretarju tal-Unjoni Ewropea f’din il-korrispondenza.
Artikolu 9
Kunfidenzjalità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Sħubija ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta’ Sħubija, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.
Artikolu 10
Aġendi għal-laqgħat
1. Is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija għandu jfassal abbozz tal-aġenda għal kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Sħubija kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 11 abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-abbozz tal-aġenda għandha tinkludi punti li s-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija jkun rċieva mingħand xi waħda mill-Partijiet biex jiddaħħlu fl-aġenda.
2. L-abbozz tal-aġenda, flimkien mad-dokumenti rilevanti ta' sostenn, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 u mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta’ Sħubija fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti oħrajn apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda, jekk il-Partijiet jaqblu dwarhom.
4. Il-President tal-Kumitat ta’ Sħubija jista’, bi qbil mal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f’xi qasam fuq bażi ad hoc, biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità.
5. Il-President tal-Kumitat ta’ Sħubija jista’, f’konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta’ żmien previsti fil-paragrafu 2 biex iqis ċirkostanzi speċjali.
Artikolu 11
Minuti u konklużjonijiet operattivi
1. L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Sħubija għandu jitħejja b’mod konġunt mis-segretarji tal-Kumitat ta’ Sħubija fi żmien xahar wara l-laqgħa.
2. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jipprovdu l-aġenda, lista tal-parteċipanti fil-laqgħa fosthom kwalunkwe osservatur jew espert li jattendi, u l-konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4, u għal kull punt fuq l-aġenda jindikaw:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta’ Sħubija; |
|
(b) |
id-dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta’ Sħubija talab li jiddaħħlu fil-minuti. |
3. L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta’ Sħubija għall-approvazzjoni fil-laqgħa tiegħu li tmiss. Inkella, dak l-abbozz tal-minuti jista’ jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta’ Sħubija fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ għandu jiġi approvat fi żmien tliet xhur wara kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.
4. Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta’ kull laqgħa għandu jitħejja mis-segretarju tal-Kumitat ta’ Sħubija tal-Parti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat ta’ Sħubija. L-abbozz tal-konklużjonijiet operattivi għandu jiġi ċċirkolat lid-Delegazzjonijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji qabel il-bidu tal-laqgħa li tmiss. L-abbozz tal-konklużjonijiet operattivi għandu jiġi aġġornat waqt li tkun għaddejja l-laqgħa biex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx ġie maqbul mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta’ Sħubija jadotta l-konklużjonijiet operattivi li jkunu jirriflettu l-azzjonijiet ta’ segwitu proposti mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operattivi għandhom jiġu mehmużin mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi rieżaminata waqt kwalunkwe laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta’ Sħubija. Għal dak il-għan, il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta’ azzjoni jiġi segwit skont skadenza speċifika.
Artikolu 12
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. F’każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta’ Sħubija, il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jieħu dawk id-deċiżjonijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta’ Sħubija u awtentikata mis-segretarji tal-Kumitat ta’ Sħubija.
2. Il-Kumitat ta’ Sħubija jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm ma jkunx previst mod ieħor. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn is-segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak l-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat f'konformità mal-Artikolu 7 sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju li fih kwalunkwe riżerva jew emenda għandha ssir magħrufa. F’konsultazzjoni mal-Partijiet, il-President jista’ jqassar jew jestendi l-limiti ta’ żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jittieħed kont ta’ ċirkostanzi speċjali. Ladarba jintlaħaq qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President u awtentikata mis-segretarji.
3. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.
4. Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sħubija fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 13
Rapporti
Il-Kumitat ta’ Sħubija għandu jirrapporta lill-Kunsill ta’ Sħubija dwar l-attivitajiet tiegħu u tas-sottokumitati u korpi oħra tiegħu f’kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta’ Sħubija.
Artikolu 14
Lingwi
1. Il-lingwi uffiċjali tal-Kumitat ta’ Sħubija għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.
2. Il-lingwa ta’ ħidma tal-Kumitat ta’ Sħubija għandha tkun l-Ingliż. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sħubija għandhom isiru bl-Ingliż u d-dokumentazzjoni għandha titħejja f’din il-lingwa. Kull Parti tista’ tipprovdi l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni fil-lingwi uffiċjali tagħha u tħallas għalihom hija stess.
Artikolu 15
Spejjeż
1. Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija ġġarrab biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Sħubija, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tan-nefqa ta' sussistenza u n-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallsu mill-Parti li tkun qiegħda torganizza l-laqgħa.
3. F’każijiet meta tkun meħtieġa t-traduzzjoni ta’ dokumenti għal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ispiża għandha titħallas mill-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Sħubija skont l-Artikolu 11 tal-Anness I.
ANNESS III
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITATI U KORPI OĦRA STABBILITI MILL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA
Artikolu 1
1. Skont l-Artikolu 364(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati u korpi oħra f’oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-operat tagħhom.
2. Is-sottokumitati jistgħu, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, fost l-oħrajn:
|
(a) |
jiskambjaw opinjonijiet dwar kwalunkwe punt ta’ interess komuni, inklużi miżuri futuri u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom; |
|
(b) |
jagħmlu konsultazzjonijiet regolari u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim; |
|
(c) |
jadottaw arranġamenti prattiċi u miżuri dwar kwistjonijiet definiti fil-Ftehim; |
|
(d) |
jagħmlu rakkomandazzjonijiet; |
|
(e) |
jekk tingħatalhom is-setgħa mill-Kunsill ta’ Sħubija, jaġixxu f’ismu biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet tiegħu meħuda f’konformità mal-Artikolu 1(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija. |
Artikolu 2
Laqgħat
Il-laqgħat tas-sottokumitati u ta’ korpi oħra jistgħu jsiru b’mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, jew fi Brussell inkella fir-Repubblika tal-Armenja jew, pereżempju, permezz ta’ vidjokonferenza. Is-sottokumitati u korpi oħra għandhom jaġixxu bħala pjattaforma għall-monitoraġġ tal-progress, biex jiġu diskussi ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dan il-proċess u biex jifformulaw rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operazzjonali.
Artikolu 3
Segretarjat
Is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sħubija għandu jirċievi kopja tal-korrispondenza, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw kwalunkwe sottokumitat jew korp ieħor.
Artikolu 4
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta’ Sħubija, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Sħubija kif definiti fl-Anness II għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe sottokumitat u kwalunkwe korp ieħor għajr għad-dispożizzjoni li tikkonċerna l-kompożizzjoni.
ANNESS IV
LISTA TA’ SOTTOKUMITATI
|
(1) |
Sottokumitat dwar l-Enerġija, it-Trasport, l-Ambjent, l-Azzjoni Klimatika u l-Protezzjoni Ċivili |
|
(2) |
Sottokumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, is-Saħħa Pubblika, it-Taħriġ, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, il-Kultura, is-Soċjetà tal-Informazzjoni, l-Awdjoviżiv, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (“Kuntatti bejn il-Persuni”) |
|
(3) |
Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà |
|
(4) |
Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika u setturi relatati oħra |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/656
tal-11 ta’ April 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati Tekniċi dwar il-Valutazzjoni Doganali u tar-Regoli tal-Oriġini, stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji u atti simili li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali skont il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, u l-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, informazzjoni u pariri, u atti simili, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti skont il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (1), l-Unjoni approvat il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim ta’ Valutazzjoni Doganali, CVA) u l-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (ARO). |
|
(2) |
L-Artikolu 18(2) tas-CVA jistabbilixxi, taħt l-awspiċji tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, Kumitat Tekniku dwar il-Valutazzjoni Doganali (TCCV), bil-ħsieb, skont il-punt 1 tal-Anness II tas-CVA, li jiżgura, fil-livell tekniku, uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-CVA. |
|
(3) |
Skont il-punt 2(a) tal-Anness II tas-CVA, it-TCCV huwa responsabbli biex jeżamina problemi tekniċi speċifiċi li jinħolqu fl-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-sistema ta’ valutazzjoni doganali tal-Membri u biex jagħti opinjonijiet konsultattivi dwar soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-fatti ppreżentati. |
|
(4) |
Skont il-punt 2(b) tal-Anness II tas-CVA, it-TCCV huwa responsabbli għall-istudju, kif mitlub, tal-liġijiet, tal-proċeduri u tal-prattiki ta’ valutazzjoni kif jirrelataw mas-CVA u għat-tħejjija ta’ rapporti dwar ir-riżultati ta’ studji bħal dawn. |
|
(5) |
Skont il-punt 2(d) tal-Anness II tas-CVA, it-TCCV huwa responsabbli biex jipprovdi tali informazzjoni u pariri dwar kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali, kif jista’ jintalab minn kwalunkwe Membru jew mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni Doganali stabbilit mill-Artikolu 18(1) tas-CVA. Tali informazzjoni u pariri jistgħu jieħdu l-forma ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji jew noti ta’ spjegazzjoni. |
|
(6) |
L-Artikolu 4(2) tal-ARO jistabbilixxi, taħt l-awspiċji tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, Kumitat Tekniku tar-Regoli tal-Oriġini (TCRO), li għandu jwettaq il-ħidma teknika prevista fl-Anness I tal-ARO. |
|
(7) |
Skont il-punt 1(a) tal-Anness I għall-ARO, it-TCRO huwa responsabbli biex jeżamina problemi tekniċi speċifiċi li jinħolqu fl-amministrazzjoni ta’ kuljum tar-regoli tal-oriġini tal-Membri u biex jagħti opinjonijiet konsultattivi dwar soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-fatti ppreżentati. |
|
(8) |
Skont il-punt 1(b) tal-Anness I għall-ARO, it-TCRO huwa responsabbli biex jipprovdi informazzjoni u pariri dwar kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna d-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti, kif jista’ jintalab minn kwalunkwe Membru jew mill-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit mill-Artikolu 4(1) tal-ARO. |
|
(9) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-TCCV fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji u atti simili dwar kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tas-CVA, peress li tali atti jistgħu jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4), li għandhom x’jaqsmu mal-valur tal-oġġetti għal finijiet doganali u d-determinazzjoni tiegħu. |
|
(10) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-TCRO fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, informazzjoni u pariri, u atti simili, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ARO, peress li tali atti jistgħu jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 952/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li għandhom x’jaqsmu mal-oriġini tal-oġġetti u d-determinazzjoni tagħha. |
|
(11) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-pożizzjonijiet espressi f’isem l-Unjoni fit-TCCV jiġu stabbiliti skont il-prinċipji, il-kriterji u l-orjentazzjonijiet li jirregolaw il-valutazzjoni tal-oġġetti importati għal finijiet doganali, u li dawk li għandhom jiġu espressi fit-TCRO jiġu stabbiliti skont prinċipji, kriterji u orjentazzjonijiet li jirregolaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti. Huwa wkoll fl-interess tal-Unjoni li dawn il-pożizzjonijiet jiġu stabbiliti b’mod rapidu sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha fit-TCCV u fit-TCRO. |
|
(12) |
Fid-dawl tan-natura ferm teknika tal-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-oġġetti importati għal finijiet doganali u ta’ kwistjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti, il-volum ta’ mistoqsijiet li jiġu ttrattati fil-laqgħat tat-TCCV u tat-TCRO li jsiru kull sena, il-ħin qasir disponibbli biex jiġu kkunsidrati d-dokumenti maħruġa mis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) u mill-membri tat-TCCV jew tat-TCRO bi tħejjija għal-laqgħat tat-TCCV jew tat-TCRO u l-ħtieġa konsegwenti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis u taġixxi b’mod effettiv fuq l-informazzjoni l-ġdida ppreżentata qabel jew matul tali laqgħat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-passi meħtieġa, f’konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għall-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni. |
|
(13) |
Fid-dawl tad-disponibbiltà ripetutament tard tad-dokumenti ta’ ħidma qabel il-laqgħat tat-TCCV u tat-TCRO, u sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni fi ħdan dawk il-kumitati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka biex titlob lis-Segretarjat tad-WCO jiżgura d-disponibbiltà tad-dokumenti ta’ ħidma f’konformità mar-regoli ta’ proċedura rispettivi tat-TCCV u tat-TCRO, sabiex tali dokumenti jintbagħtu mill-inqas 30 jum qabel il-ftuħ tas-sessjoni rilevanti. |
|
(14) |
Biex jiġi żgurat li l-Kunsill jkun jista’ jivvaluta u, fejn xieraq, jirrevedi l-politika f’din id-Deċiżjoni fuq bażi regolari, u fl-ispirtu tal-kooperazzjoni sinċiera fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 13(2) tat-TUE, il-validità ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Tekniku dwar il-Valutazzjoni Doganali, stabbilit taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji u atti simili li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali taħt il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, u tat-tħejjija ta’ tali atti, għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-prinċipji, mal-kriterji u mal-orjentazzjonijiet stipulati fit-Taqsima I tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 1 għandha titwettaq f’konformità mal-ispeċifikazzjoni stipulata fit-Taqsima II tal-Anness.
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Tekniku tar-Regoli tal-Oriġini, stabbilit taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, informazzjoni jew pariri, u atti simili, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti taħt il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini, u tat-tħejjija ta’ tali atti, għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-prinċipji, il-kriterji u l-orjentazzjonijiet stipulati fit-Taqsima I tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 3 għandha titwettaq f’konformità mal-ispeċifikazzjoni stipulata fit-Taqsima II tal-Anness.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Din għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
I.
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati Tekniċi dwar il-Valutazzjoni Doganali u dwar ir-Regoli tal-Oriġini, stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji u atti simili, li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali skont il-ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, u l-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, informazzjoni u pariri, u atti simili, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti skont il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini
1. PRINĊIPJI
Fil-qafas tal-Kumitati Tekniċi dwar il-Valutazzjoni Doganali u dwar ir-Regoli tal-Oriġini, stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), l-Unjoni għandha:
|
(a) |
tippromwovi, tikkontribwixxi u tiffaċilita l-valutazzjoni tal-oġġetti importati għal finijiet doganali u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (Kodiċi dwar il-Valutazzjoni Doganali, CVA); |
|
(b) |
tippromwovi, tikkontribwixxi u tiffaċilita d-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (ARO); |
|
(c) |
taħdem lejn l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati fil-fażi ta’ tħejjija għall-opinjonijiet konsultattivi, il-kummentarji, in-noti ta’ spjegazzjoni, l-istudji tal-każijiet, l-istudji, l-informazzjoni jew il-pariri dwar kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali jew id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti, jew atti simili tal-Kumitat Tekniku dwar il-Valutazzjoni Doganali (TCCV) u tal-Kumitat Tekniku dwar ir-Regoli tal-Oriġini (TCRO), u tiżgura li tali atti jkunu f’konformità mas-CVA u mal-ARO rispettivament; |
|
(d) |
tiżgura li l-miżuri adottati fit-TCCV ikunu konsistenti mal-Kummentarju Ġenerali ta’ Introduzzjoni tas-CVA u n-Noti Interpretattivi stabbiliti fl-Anness I tas-CVA; |
|
(e) |
tippromwovi pożizzjonijiet konsistenti mal-politiki u mal-aħjar prattiki tal-Unjoni, inkluż l-objettiv li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe impenn internazzjonali ieħor tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat. |
2. KRITERJI
Il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni:
|
(a) |
għandhom jiġu stabbiliti skont is-CVA, il-Kummentarju ta’ Introduzzjoni Ġenerali tiegħu u n-Noti Interpretattivi stabbiliti fl-Anness I tas-CVA, sa fejn hija kkonċernata l-valutazzjoni tal-oġġetti importati għal finijiet doganali; |
|
(b) |
għandhom jiġu stabbiliti skont l-ARO, sa fejn hija kkonċernata d-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti; |
|
(c) |
għandhom, fejn applikabbli, iqisu dan li ġej:
|
3. ORJENTAZZJONIJIET
L-Unjoni għandha, fejn xieraq:
|
(a) |
tagħmel ħilitha biex tappoġġa l-adozzjoni, mit-TCCV u mit-TCRO, ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji, informazzjoni u pariri, jew atti simili, li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali jew d-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti, biex tiġi żgurata, fil-livell tekniku, l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-CVA u tal-ARO; |
|
(b) |
tipproponi u tħejji l-istrumenti kif imsemmi fil-punt (a). |
|
II. |
Speċifikazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitati Tekniċi dwar il-Valutazzjoni Doganali u dwar ir-Regoli tal-Oriġini, stabbiliti taħt l-awspiċji tad-WCO, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, kummentarji, noti ta’ spjegazzjoni, studji tal-każijiet, studji u atti simili, li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ oġġetti importati għal finijiet doganali skont is-CVA, u l-adozzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi, informazzjoni u pariri, jew atti simili, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti skont l-ARO
|
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/657
tat-12 ta’ April 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 (EUTM Mali/1/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUTM Mali, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mali. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 (2), li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Christian RIENER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Mali. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2021, iċ-Ċekja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Radek HASALA biex jissuċċedi lill-Brigadier Ġeneral Christian RIENER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Mali. |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral Radek HASALA jissuċċedi lill-Brigadier Ġeneral Christian RIENER mill-21 ta’ Ġunju 2022. |
|
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Radek HASALA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Mali mill-21 ta’ Ġunju 2022. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 titħassar. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Radek HASALA huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) mill-21 ta’ Ġunju 2022.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2022.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2209 tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1083 (EUTM Mali/2/2021) (ĠU L 447, 14.12.2021, p. 1).
Rettifika
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/110 |
Rettifika tal-adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2022/182 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 45 tal-24 ta’ Frar 2022 )
Paġna 385, il-Kummissjoni, Riassunt ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2022 u 2021) u eżitu (2020). It-tabella għandha tinqara kif ġej:
|
“Titolu |
Intestatura |
Approprjazzjonijiet 2022 |
Approprjazzjonijiet 2021 |
Eżitu 2020 |
|||
|
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
||
|
21 |
SKEJJEL EWROPEJ U PENSJONIJIET |
2 331 236 116 |
2 331 236 116 |
2 411 594 399 |
2 411 594 399 |
2 278 998 205,44 |
2 278 998 205,44 |
|
30 |
RIŻERVI |
2 749 170 382 |
2 547 838 000 |
3 118 768 000 |
2 941 383 000 |
0,— |
0,— |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
165 095 032 302 |
166 182 556 401 |
162 526 170 932 |
163 723 947 487 |
168 909 083 575,48 |
158 897 336 577,87 ” |
|
|
Li minnhom Riżervi (30 02 02) |
24 506 411 |
24 506 411 |
74 600 000 |
71 600 000 |
|
|
Paġna 1127, il-Kummissjoni, Titolu 30, Riżervi, Riassunt ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2022 u 2021) u eżitu (2020). It-tabella għandha tinqara kif ġej:
“TITOLU 30
RIŻERVI
Riassunt ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2022 u 2021) u eżitu (2020)
|
Titolu Kapitolu |
Intestatura |
Approprjazzjonijiet 2022 |
Approprjazzjonijiet 2021 |
Eżitu 2020 |
|||
|
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
||
|
30 01 |
RIŻERVI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
0,— |
0,— |
|
30 02 |
RIŻERVI GĦAN-NEFQA OPERAZZJONALI |
24 506 411 |
24 506 411 |
74 600 000 |
71 600 000 |
0,— |
0,— |
|
30 03 |
RIŻERVA NEGATTIVA |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
0,— |
0,— |
|
30 04 |
MEKKANIŻMI TA’ SOLIDARJETÀ (STRUMENTI SPEĊJALI) |
2 749 170 382 |
2 547 838 000 |
3 118 768 000 |
2 941 383 000 |
0,— |
0,— |
|
|
Titolu 30 — Total |
2 773 676 793 |
2 572 344 411 |
3 193 368 000 |
3 012 983 000 |
0,— |
0, —” |
Paġna 1132, il-Kummissjoni, Titolu 30, Riżervi, Kapitolu 30 04 — Mekkaniżmi ta’ solidarjetà (strumenti speċjali). It-tabella għandha tinqara kif ġej:
“ KAPITOLU 30 04 — MEKKANIŻMI TA’ SOLIDARJETÀ (STRUMENTI SPEĊJALI)
|
Titolu Kapitolu Artikolu Partita |
Intestatura |
FF |
Approprjazzjonijiet 2022 |
Approprjazzjonijiet 2021 |
Eżitu 2020 |
% Pagamenti2020/2022” |
|||
|
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
||||
|
30 04 |
MEKKANIŻMI TA’ SOLIDARJETÀ (STRUMENTI SPEĊJALI) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
30 04 01 |
Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) |
S |
1 248 919 000 |
1 248 919 000 |
1 223 450 000 |
1 223 450 000 |
0,— |
0,— |
|
|
30 04 02 |
Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG) |
S |
201 332 382 |
p.m. |
197 385 000 |
20 000 000 |
0,— |
0,— |
|
|
30 04 03 |
Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR) |
S |
1 298 919 000 |
1 298 919 000 |
1 697 933 000 |
1 697 933 000 |
|
|
|
|
|
Kapitolu 30 04 — Total |
|
2 749 170 382 |
2 547 838 000 |
3 118 768 000 |
2 941 383 000 |
0,— |
0,— |
|
Paġna 1133, il-Kummissjoni, Titolu 30, Riżervi, Kapitolu 30 04, Artikolu 30 04 02, Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG). It-tabella għandha tinqara kif ġej:
“30 04 02 Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG)
Ċifri (Approprjazzjonijiet differenzjati)
|
Approprjazzjonijiet 2022 |
Approprjazzjonijiet 2021 |
Eżitu 2020 |
|||
|
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
Impenji |
Pagamenti |
|
201 332 382 |
p.m. |
197 385 000 |
20 000 000 |
0,— |
0,—” |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/114 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/394 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 81 tad-9 ta' Marzu 2022 )
Fil-paġna 3, Artikolu 1, fl-emendi għar-Regolament (UE) Nru 833/2014, punti (7) u (8),
minflok:
|
“(7) |
l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;”, |
aqra:
|
“(7) |
l-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament”. |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/115 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura at-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 385 tad-29 ta’ Ottubru 2021 )
Fil-paġna 439, fl-Anness I kif ikkoreġut mill-ĠU L 414 tad-19 ta’ Novembru 2021, fit-Taqsima XI, fil-Kapitolu 61, fid-deskrizzjoni tal-kodiċi NM 6116 10 20:
minflok:
“Ingwanti imprenjati, miksijin jew mgħottijin bil-lastiku”,
aqra:
“Ingwanti imprenjati, miksijin, mgħottijin jew laminati bil-lastiku”.
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/116 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/288 tat-22 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ kenn tar-rescEU u l-modifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet tat-Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza tat-Tip 3
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 43 tal-24 ta’ Frar 2022 )
F’paġna 70, fl-Artikolu 1(2)(b)(ii), fis-sostituzzjoni tal-punt (h) fl-emenda tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570:
minflok:
|
“(h) |
kapaċitajiet ta’ ħażna kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (chemical, biological, radiological, and nuclear, CBRN);”, |
aqra:
|
“(h) |
kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN);”. |
F’paġna 71, fl-Anness, fil-punt (2), fiż-żieda tat-Taqsima 9 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, fit-tabella, fit-tieni kolonna, fit-tielet ringiela, is-seba’ inċiż:
minflok:
|
“— |
Faċilitajiet xierqa ta’ ħażna fl-Unjoni (2), loġistika u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-ħażna ta’ riżerva.”, |
aqra:
|
“— |
Faċilitajiet xierqa ta’ ħażna fl-Unjoni (2), loġistika u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-kumulazzjoni ta’ riżerva.”. |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/117 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta’ Novembru 2015 li jemenda l-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 294 tal-11 ta’ Novembru 2015 )
F’paġna 3, fl-Anness, fil-punt 2, fl-emenda tal-Anness V, il-Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-kodiċi 01 03 04*:
minflok:
“rmied tat-tlissija li jiġġenera l-aċidu mill-ipproċessar tal-minerali tas-sulfur”,
aqra:
“żwiel li jiġġenera l-aċidu mill-ipproċessar tal-minerali tas-sulfur”.
F’paġna 3, fl-Anness, fil-punt 2, fl-emenda tal-Anness V, il-Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-kodiċi 01 03 05*:
minflok:
“rmied tat-tlissija ieħor li fih sustanzi perikolużi”,
aqra:
“żwiel ieħor li fih sustanzi perikolużi”.
F’paġna 3, fl-Anness, fil-punt 2, fl-emenda tal-Anness V, il-Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-kodiċi 01 03 06:
minflok:
“rmied tat-tlissija ieħor għajr għal dak imsemmi f'01 03 04 u 01 03 05”,
aqra:
“żwiel ieħor għajr għal dak imsemmi f'01 03 04 u 01 03 05”.
F’paġna 3, fl-Anness, fil-punt 2, fl-emenda tal-Anness V, il-Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-kodiċi 01 04 12:
minflok:
“rmied tat-tlissija u skart ieħor mill-ħasil u t-tindif tal-minerali għajr għal dawk imsemmija f'01 04 07 u 01 04 11”,
aqra:
“żwiel u skart ieħor mill-ħasil u t-tindif tal-minerali għajr għal dawk imsemmija f'01 04 07 u 01 04 11”.
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/118 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
F’paġna 346, fil-premessa (9), l-aħħar sentenza:
minflok:
“Tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jenħtieġ li jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-mard permezz tar-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti huma l-istabbilimenti ta’ kwarantina, l-istabbilimenti li jżommu speċijiet li jġorru l-vetturi iżolati sa dak iż-żmien li ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, u bastimenti u postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċeduri oħrajn relatati mat-trobbija.”,
aqra:
“Tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jenħtieġ li jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-mard permezz tar-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti huma l-istabbilimenti ta’ kwarantina, l-istabbilimenti li jżommu speċijiet vetturi iżolati sa dak iż-żmien li ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, u bastimenti u postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċeduri oħrajn relatati mat-trobbija.”.
F’paġna 372, fl-Anness I, il-Parti 9, it-titolu:
minflok:
“ Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet ta’ vetturi f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 16 ”,
aqra:
“ Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet vetturi f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 16 ”.
F’paġna 377, fl-Anness II, il-Parti 1, il-punt (b), l-inċiż (ii):
minflok:
|
“(ii) |
l-ispeċijiet elenkati msemmija fir-raba’ kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882; iżda dawk l-ispeċijiet elenkati jridu jkunu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati msemmija fit-tielet kolonna ta’ dik it-tabella sabiex jiġu kklassifikati bħala speċijiet ta’ vetturi, u dak il-kuntatt ma jkunx seħħ.”, |
aqra:
|
“(ii) |
l-ispeċijiet elenkati msemmija fir-raba’ kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882; iżda dawk l-ispeċijiet elenkati jridu jkunu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati msemmija fit-tielet kolonna ta’ dik it-tabella sabiex jiġu kklassifikati bħala speċijiet vetturi, u dak il-kuntatt ma jkunx seħħ.”. |
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/119 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 370 tat-30 ta’ Diċembru 2014 )
F’paġna 48, fl-Anness li jissostitwixxi dak tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, fl-Indiċi, fit-tieni tabella, fir-ringiela tal-kodiċi 01 03 04*, it-tieni kolonna:
minflok:
“rmied tat-tlissija li jiġġenera l-aċidu mill-iproċessar tal-minerali tas-sulfur”,
aqra:
“żwiel li jiġġenera l-aċidu mill-ipproċessar tal-minerali tas-sulfur”.
F’paġna 48, fl-Anness li jissostitwixxi dak tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, fl-Indiċi, fit-tieni tabella, fir-ringiela tal-kodiċi 01 03 05*, it-tieni kolonna:
minflok:
“rmied tat-tlissija ieħor li fih sustanzi perikolużi”,
aqra:
“żwiel ieħor li fih sustanzi perikolużi”.
F’paġna 48, fl-Anness li jissostitwixxi dak tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, fl-Indiċi, fit-tieni tabella, fir-ringiela tal-kodiċi 01 03 06, it-tieni kolonna:
minflok:
“rmied tat-tlissija ieħor għajr għal dak imsemmi f'01 03 04 u 01 03 05”,
aqra:
“żwiel ieħor għajr għal dak imsemmi f'01 03 04 u 01 03 05”.
F’paġna 49, fl-Anness li jissostitwixxi dak tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, fl-Indiċi, fit-tieni tabella, fir-ringiela tal-kodiċi 01 04 12, it-tieni kolonna:
minflok:
“rmied tat-tlissija u skart ieħor mill-ħasil u t-tindif tal-minerali għajr għal dawk imsemmija f'01 04 07 u 01 04 11”,
aqra:
“żwiel u skart ieħor mill-ħasil u t-tindif tal-minerali għajr għal dawk imsemmija f'01 04 07 u 01 04 11”.
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/120 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
F’paġna 388, fil-premessa 86, it-tieni sentenza:
minflok:
“Il-lista tinkludi wkoll lista ta’ speċijiet ta’ vetturi, li hija stabbilita fil-kolonna 4 tat-tabella fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.”,
aqra:
“Il-lista tinkludi wkoll lista ta’ speċijiet vetturi, li hija stabbilita fil-kolonna 4 tat-tabella fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.”.
F’paġna 520, fl-Anness XXX, fit-tielet kolonna “Kundizzjonijiet li fihom l-ispeċijiet ta’ annimali akkwatiċi elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2018/1882 jitqiesu bħala vetturi”, ir-raba’ ringiela:
minflok:
“Ebda speċi ta’ vetturi elenkata għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR)”,
aqra:
“Ebda speċi vettur elenkata għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR)”.
F’paġna 520, fl-Anness XXX, fit-tielet kolonna “Kundizzjonijiet li fihom l-ispeċijiet ta’ annimali akkwatiċi elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2018/1882 jitqiesu bħala vetturi”, il-ħames ringiela:
minflok:
“L-ebda speċi ta’ vetturi elenkata għall-Mikrocytos mackini.”,
aqra:
“L-ebda speċi vettur elenkata għall-Mikrocytos mackini.”.