ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/585 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 79(2) u (4), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
L-invażjoni tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa fl-24 ta’ Frar 2022 wasslet għal influss tal-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna għal diversi Stati Membri tal-UE. Dan wassal biex mill-ġdid hemm pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri biex jindirizzaw ħtiġijiet urġenti marbutin mal-migrazzjoni, mal-ġestjoni tal-fruntieri u mas-sigurtà li minħabba n-natura u d-dimensjoni tal-kriżi, se jkomplu lil hinn mill-2022. |
(2) |
Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-politika tal-Unjoni għall-affarijiet interni għall-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà ġiet appoġġata minn finanzjament mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u mill-Fond għas-Sigurtà Interna, li jikkonsisti mill-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u l-strument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-“Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020”). |
(3) |
Huwa meħtieġ li l-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 jiġi estiż b’sena biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw kompletament kwalunkwe ammonti mhux minfuqa minn dawk il-programmi, u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedu malajr l-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom kif meħtieġ biex jindirizzaw l-isfidi mhux previsti li jirriżultaw mill-invażjoni tal-Ukrajna. |
(4) |
Huwa meħtieġ li tiġi prevista aktar flessibbiltà fl-użu tar-riżorsi allokati skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 li bħalissa jipprevjeni li l-ammonti mhux minfuqa tal-perijodu ta’ programmazzjoni mill-2014-2020 jintużaw għal azzjonijiet biex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti li jirriżultaw mill-invażjoni tal-Ukrajna. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-finanzjament tan-nefqa u l-perijodu ta’ implimentazzjoni. Dawk ir-regoli jillimitaw l-eliġibbiltà tal-iżborżi tal-Istati Membri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u jistabbilixxu l-31 ta’ Diċembru 2023 bħala t-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni. |
(6) |
Fl-1 ta’ Jannar 2021, taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027, pakkett imġedded ta’ fondi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri daħal fis-seħħ fil-forma tal-Fond il-ġdid għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Fond għas-Sigurtà Interna, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (il-“Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027”). |
(7) |
Minkejja li l-Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027 daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2021 b’applikabbiltà retroattiva mill-1 ta’ Jannar 2021, il-programmi tal-Istati Membri kollha għadhom ma ġewx approvati. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ politika tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 u 2021-2027 u biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni bla xkiel bejn il-perijodi ta’ programmazzjoni għall-2014-2020 u għall-2021-2027, biex b’hekk jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, huwa meħtieġ li jkun hemm xi trikkib bejn l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istrumenti ta’ finanzjament. Dik il-ħtieġa hija rikonoxxuta espressament mill-Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027 u mir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li jippermettu l-eliġibbiltà retroattiva tan-nefqa mill-1 ta’ Jannar 2021. |
(9) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet li jgħinu biex jitnaqqas id-distakk bejn Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 u l-Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027, id-data tat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 u d-dati antiċipati għall-approvazzjoni tal-programmi taħt il-Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027 għandhom ir-riskju li jesponu lill-Istati Membri għal diskrepanza konsiderevoli fil-finanzjament. Dik id-diskrepanza fil-finanzjament tista’ twassal għal problemi ta’ likwidità li jirriżultaw minħabba l-pressjoni addizzjonali fuq il-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri mill-Istati Membri wara l-influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna. |
(10) |
Ir-riskju ta’ diskrepanza konsiderevoli fil-finanzjament huwa aggravat mill-fatt li l-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 isegwu ċiklu iqsar għall-implimentazzjoni tal-impenji baġitarji (ir-regola N+2) li mhijiex allinjata ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni f’ġestjoni kondiviża, bħall-fondi ta’ koeżjoni, fejn japplika perijodu ta’ implimentazzjoni itwal (ir-regola N+3). Ir-regola N+3 tapplika għall-Fondi għall-Affarijiet Interni 2021-2027 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1060. Ir-regola N+3 tfisser li impenn magħmul fis-sena N għandu jkun kopert mill-istess ammont ta’ talbiet għal prefinanzjament u għal pagament interim qabel il-31 ta’ Diċembru fis-sena N+3 (pereżempju, impenn li sar fl-2014 għandu jkun kopert kompletament minn talbiet għal prefinanzjament u għal pagament qabel il-31 ta’ Diċembru 2017). L-ammont mhux kopert jiġi diżimpenjat, li jfisser li l-Istat Membru jitlef il-finanzjament rilevanti. |
(11) |
L-informazzjoni disponibbli dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tindika riskju għoli ta’ diżimpenn tal-fondi li kieku jistgħu jintużaw biex jiġu indirizzati ħtiġijiet ġodda. Dak ir-riskju huwa minħabba, parzjalment, raġunijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-Istati Membri, bħad-dewmien fl-implimentazzjoni kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 fl-2020-2021. Sadanittant, l-estensjoni tal-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-fondi b’sena tagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu użu sħiħ mill-impenji baġitarji fil-programmi 2014-2020 biex jindirizzaw l-isfidi li issa qed jiffaċċjaw minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. |
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jirrikonoxxi li, fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, programm nazzjonali approvat jista’ jiġi rieżaminat u, jekk meħtieġ, rivedut għall-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni. Huwa xieraq li l-gwerra fl-Ukrajna titqies bħala li tikkostitwixxi “ċirkostanzi ġodda jew imprevisti” li tiġġustifika rieżami u ridirezzjoni operazzjonali ta’ programm, fid-dawl tal-ħtiġijiet ġodda u fi ħdan l-objettivi speċifiċi tal-programm kif adottat preċedentement. |
(13) |
Sabiex l-Istati Membri jingħataw aċċess kontinwu għal ammonti li ma ntefqux taħt il-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020, huwa meħtieġ li l-perijodu ta’ eliġibbiltà ta’ dawk il-fondi jiġi estiż b’sena u li jsiru l-aġġustamenti relatati meħtieġa għad-dati applikabbli għall-implimentazzjoni, ir-rappurtar, l-evalwazzjoni u l-għeluq tal-programmi, kif ukoll għad-dati relatati mal-ammonti diżimpenjati. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-estensjoni tal-perijodu ta’ eliġibbiltà tiġi introdotta bl-aktar mod ċar possibbli, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita data ewlenija finali sa meta n-nefqa trid tkun kemm imġarrba kif ukoll żborżata. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2018/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) emenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 biex jiżblokka l-aċċess għar-riżorsi allokati għat-trasferiment ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u biex jippermetti l-użu tagħhom għal ċerti azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali. Huwa meħtieġ li dak il-prinċipju ta’ flessibbiltà jiġi estiż biex jindirizza ħtiġijiet urġenti fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew imprevisti, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet il-ġodda tal-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-invażjoni tal-Ukrajna. |
(16) |
Sabiex jiġi żblukkat l-aċċess għall-fondi kollha disponibbli u jiġi evitat li jintilfu permezz tad-diżimpenn ta’ riżorsi mhux użati li qabel kienu allokati għal ċerti skopijiet speċifiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014, inklużi riżorsi għal azzjonijiet speċifiċi u għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiġu offruti flessibbiltà biex jużaw b’mod eċċezzjonali dawn ir-riżorsi fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew imprevisti, bħal dawk li jirriżultaw mill-invażjoni tal-Ukrajna. |
(17) |
Sabiex jissaħħaħ l-ambitu tas-sorsi ta’ finanzjament disponibbli biex jgħinu biex jindirizzaw avvenimenti futuri imprevedibbli, huwa xieraq li l-Istati Membri u donaturi pubbliċi jew privati oħra jiġu permessi, matul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, fil-forma ta’ dħul assenjat estern. Dak id-dħul assenjat estern għandu jikkostitwixxi kontribuzzjoni apposta mill-Istati Membri u minn donaturi pubbliċi jew privati oħra għall-finanzjament ta’ partiti speċifiċi ta’ nefqa taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-2021-2027, u se jippermetti miżura ta’ tħejjija addizzjonali għall-finanzjament ta’ attivitajiet marbutin mal-ażil u l-migrazzjoni fl-Istati Membri matul kriżijiet bħal dik li tirriżulta mill-invażjoni tal-Ukrajna. |
(18) |
L-appoġġ ipprovdut taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-2014-2020 u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-2021-2027 huwa komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati taħt fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-politika ta’ koeżjoni, biex jiġi massimizzat l-impatt tal-finanzjament disponibbli. |
(19) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi |
(20) |
Minħabba l-urġenza li tagħmel disponibbli riżorsi finanzjarji għall-Istati Membri biex jindirizzaw il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ħtiġijiet tas-sigurtà kkawżati mill-influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(21) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(22) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(23) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014, (UE) Nru 516/2014 u (UE) 2021/1147 jiġu emendati skont dan. |
(24) |
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li sabiex ir-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli b’mod urġenti għall-Istati Membri biex jindirizzaw il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ħtiġijiet tas-sigurtà kkawżati mill-influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 17(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament Speċifiku jekk tkun ġiet kemm imġarrba minn benefiċjarju u żborżata kompletament mill-Awtorità Responsabbli deżinjata bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2024.”; |
(2) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 50(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-impenji marbuta mal-aħħar sentejn tal-perijodu għandhom jiġu diżimpenjati f’konformità mar-regoli segwiti għall-għeluq tal-programm.”; |
(4) |
l-Artikolu 54(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sal-31 ta’ Marzu 2016 u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2023, l-Awtorità Responsabbli għandha tressaq quddiem il-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull programm nazzjonali fis-sena finanzjarja preċedenti u tista’, fil-livell xieraq, tippubblika dik l-informazzjoni. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2014 u 2015. L-Istat Membru għandu jissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2024.”; |
(5) |
L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament li japprovaw jew jirrevedu l-programm nazzjonali tagħhom fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biss għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Madankollu, fejn meħtieġ fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew imprevisti, Stat Membru jista’ juża dawk l-ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali tiegħu, dment li jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel tali użu.”; |
(2) |
l-Artikolu 17(9) huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kull sentejn, għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u aktar tard fid-deċiżjoni ta’ finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjonijiet li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom. Dawk l-ammonti ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali. Madankollu, fejn meħtieġ fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew imprevisti, Stat Membru jista’ jittrasferixxi dawk l-ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali tiegħu, dment li jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel tali trasferiment.”. |
Artikolu 3
Fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/1147, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“5. L-appoġġ taħt dan ir-Regolament jista’ jiġi ffinanzjat ukoll minn kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u minn donaturi pubbliċi jew privati oħra bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ April 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2022.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94).
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal li ġew impenjati għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 jew l-allokazzjoni ta’ dawk l-ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali (ĠU L 328, 21.12.2018. p. 78).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/586
tat-8 ta’ April 2022
li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza ċomb tetraetile, tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1 A) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c), ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Is-sustanza 4,4’-bis(dimetilammino)-4”-(metilammino) tritil alkoħol (b’ ≥ 0,1 % tal-keton ta’ Michler (KE Nru 202–027–5) jew il-bażi ta’ Michler (KE Nru 202–959–2)) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Prodotti ta’ reazzjoni ta’ 1,3,4-tijadiażolidina-2,5-dition, formaldeid u 4-ettilfenol, b’fergħat u lineari (RP-HP) (b’ ≥ 0,1 % w/w 4-ettilfenol, b’fergħat u lineari) huma sustanzi li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli fuq l-ambjent. Dawn jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(f) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Is-sustanza 2-etilessil 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat (DOTE) tilħaq il-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tilħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 2-etilessil-10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat u 2-etilessil-10-etil-4-[[2-[(2-etilessil)ossi]-2-ossoetil]tijo]-4-ottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat (massa ta’ reazzjoni ta’ DOTE u MOTE) hija sustanza li tilħaq il-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tilħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Is-sustanzi kollha msemmija hawn fuq ġew identifikati bħala li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-lista tal-kandidati għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, dawn ingħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2019 (3). |
(7) |
L-Aġenzija wettqet konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha fejn il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mill-partijiet interessati għal sejħiet għall-informazzjoni dwar l-impatti ekonomiċi, soċjali, tas-saħħa u ambjentali (kostijiet u benefiċċji) li possibbilment jista’ jkollhom l-inklużjoni tas-sustanzi proposti mill-Aġenzija fl-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha, fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(8) |
Is-sustanzi msemmija hawn fuq jeħtieġu għalhekk jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(9) |
Filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Aġenzija li timmaniġja l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni„ għal kull sustanza inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita data li minnha għandhom ikunu pprojbiti t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni kif rikjest mill-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,. Għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, ma hemm l-ebda raġuni għaliex id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ tkun inqas minn 18-il xahar qabel id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dak ir-Regolament. |
(10) |
L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent sabiex tiżgura kontroll xieraq tar-riskji. F’konformità mal-informazzjoni disponibbli, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawk id-dispożizzjonijiet. |
(11) |
Matul il-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Aġenzija dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha, ma tressqu l-ebda kummenti speċifiċi marbutin ma’ eżenzjonijiet possibbli għar-riċerka u għall-iżvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti dawk l-eżenzjonijiet. |
(12) |
Peress li l-informazzjoni disponibbli dwar l-użi tas-sustanzi inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minn dan ir-Regolament hija limitata, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 58(1)(d), ta’ dak ir-Regolament f’dan l-istadju. |
(13) |
Is-sustanzi 2-metossietanol (EGME) u 2-etossietanol (EGGE) jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c), ta’ dak ir-Regolament. It-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żewġ sustanzi waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew f’taħlitiet għall-forniment tal-pubbliku ġenerali huma ristretti f’konformità mal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema, ġew stabbiliti valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali għal dawk is-sustanzi fil-livell tal-Unjoni bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE (4) kif prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (5). Peress li dawk il-valuri mhumiex vinkolanti, l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva mill-Istati Membri tista’ tvarja. Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta liema jista’ jkun l-aktar approċċ regolatorju xieraq fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għalhekk huwa xieraq li l-inklużjoni tagħhom tiġi posposta fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(14) |
Is-sustanzi anidride ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [1],anidride cis-ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [2], anidride trans-ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [3] (HHPA) u anidride eżaidrometilftaliku [1], anidride eżaidro-4-metilftaliku [2], anidride eżaidro-1-metilftaliku [3], anidride eżaidro-3-metilftaliku [4] (MHHPA) jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għas-sensitizzazzjoni respiratorja (kategorija 1) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. L-Aġenzija ikkonkludiet li hemm provi xjentifiċi ta’ probabbiltà ta’ effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, dawk is-sustanzi jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(f) ta’ dak ir-Regolament. Skont l-informazzjoni disponibbli, dawk is-sustanzi jintużaw f’siti industrijali, fejn it-tħassib ewlieni huwa relatat mal-esponiment tal-ħaddiema u ma hemm l-ebda użi professjonali jew tal-konsumatur. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema, ma hemm l-ebda valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment fuq il-post tax-xogħol stabbiliti għal dawk is-sustanzi fil-livell tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 98/24/KE, u jista’ jkun diffiċli li jiġi stabbilit livell sikur ta’ esponiment għal sensitizzatur respiratorju. Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta liema jista’ jkun l-aktar approċċ regolatorju xieraq fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għalhekk huwa xieraq li l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi tiġi posposta fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(15) |
Is-sustanza 1,6,7,8,9,14,15,16,17,17,18,18-dodekakloropentaċik-lo[12.2.1.16,9.02,13.05,10]ottadeka-7,15-dien (“Dechlorane Plus”™) (tkopri kwalunkwe wieħed mill-anti- u sin-isomeri individwali jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom) hija sustanza persistenti ħafna u bijoakkumulattiva, f’konformità mal Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV stipulati fl-Artikolu 57(e), ta’ dak ir-Regolament. Ġie ppreparat dossier tal-Anness XV biex jiġu ristretti l-użi ta’ dik is-sustanza. Barra minn hekk, ittieħdu passi lejn l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu (6). Ladarba sustanza tkun soġġetta għall-Konvenzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tagħha għandhom jiġu pprojbiti, eliminati gradwalment kemm jista’ jkun malajr jew ristretti fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Sustanzi li l-użi kollha tagħhom ġew ipprojbiti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ma jistgħux jiġu elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex jiġi żgurat approċċ regolatorju konsistenti, jenħtieġ li l-eżitu ta’ dawk l-inizjattivi jitqies qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tad- “Dechlorane Plus” ™ fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għaldaqstant, huwa xieraq li dik is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(16) |
Is-seba’ komposti taċ-ċomb diossobis(stearato)triċomb; aċidi xaħmin,C16-18, melħiet taċ-ċomb; triċomb, diossidu posfonat; aċidu sulfuż, melħ taċ-ċomb, dibażiku; [Ftalato (2-)] diossotriċomb; diidrossidu bis(karbonat) tat-triċomb u ċomb ossidu sulfat jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (kategorija 1 A) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Dawk is-sustanzi huma prinċipalment preżenti fil-klorur tal-polivinil riċiklat (PVC) u ma jistgħux jitneħħew bit-teknoloġija attwali. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq Regolament li jipprojbixxi l-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu fl-oġġetti tal-PVC u jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti tal-PVC li fihom aktar minn 0,1 % ċomb, b’xi derogi. Barra minn hekk il-valur limitu vinkolanti attwali tal-Unjoni għall-esponiment okkupazzjonali u l-valur ta’ limitu bijoloġiku vinkolanti għall-komposti taċ-ċomb stabbiliti skont id-Direttiva 98/24/KE qed jiġu rieżaminati. Għalhekk, fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-restrizzjoni tal-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu kif ukoll l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri aktar stretti fuq il-post tax-xogħol, huwa xieraq li tiġi posposta deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(17) |
Is-sustanza (Bisfenol A; 4,4′-isopropilidenedifenol; BPA) tissodisfa il-kriterji biex tkun kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għandha ukoll proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din tagħti lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, tissodisfa il-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c)(f) ta’ dak ir-Regolament. Qiegħed jiġi ppreparat dossier tal-Anness XV biex jiġu ristretti l-użi ta’ Bisfenol A u bisfenols relatati strutturalment li huma ta’ tħassib simili għall-ambjent. Dik ir-restrizzjoni għandha tkopri l-użi tal-Bisfenol A li taqa’ taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li tiġi posposta l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/9th_axiv_recommendation_October2019_en.pdf/d4d55dea-cc36-8f57-0d9f-33b8e64c4f07
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi t-tielet lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 87).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
(6) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
ANNESS
Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
Dħul Nru |
Sustanza |
Proprjeta(jiet) intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57 |
Arranġamenti tranżitorji |
(Kategoriji ta’) użi eżentati |
Perjodi ta’ reviżjoni |
|
L-aħħar data tal-applikazzjoni(1) |
Data tat-terminazzjoni(2) |
|||||
“55. |
Tetraetillead Numru tal-KE: 201-075-4 Nru tas-CAS: 78-00-2 |
Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) |
L-1 ta’ Novembru 2023 |
L-1 ta’ Mejju 2025 |
- |
- |
56. |
4,4’-bis(dimetilamino)-4”-(metilamino)alkoħol tritil(b’ ≥ 0,1 % tal-ketun ta’ Michler (Nru tal-KE 202-027-5) jew bażiku ta’ Michler (KE Nru 202–959–2)) Nru tal-KE: 209-218-2 Nru tas-CAS: 561-41-1 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1B) |
L-1 ta’ Novembru 2023 |
L-1 ta’ Mejju 2025 |
- |
- |
57. |
Prodotti tar-reazzjoni ta’ 1,3,4-tijadiażolidina-2,5-dition, formaldeid u 4-heftilfenol, ramifikati u lineari (RP-HP) (b’ ≥ 0,1 % w/w 4-heftilfenol, ramifikati u lineari) Nru tal-KE: - Nru tas-CAS: - |
Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) - l-ambjent) |
L-1 ta’ Novembru 2023 |
L-1 ta’ Mejju 2025 |
- |
- |
58. |
10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil (DOTE) Nru tal-KE: 239-622-4 Nru tas-CAS: 15571-58-1 |
Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) |
L-1 ta’ Novembru 2023 |
L-1 ta’ Mejju 2025 |
- |
- |
59. |
Massa ta’ reazzjoni 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil u 10-etil-4-[[2-[(2-etileżil)ossi]-2-ossoetil]tijo]-4-ottil-7-ossi-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil (massa ta reazzjoni ta’ DOTE u MOTE) Nru tal-KE: - Nru tas-CAS: X- |
Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) |
L-1 ta’ Novembru 2023 |
L-1 ta’ Mejju 2025 |
- |
-” |
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/587
tat-8 ta’ April 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u jikkawża tfixkil fil-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/491 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Latvja u fis-Slovakkja. |
(4) |
Jenħtieġ li kwalunkwe emenda għaż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida tal-Unjoni maqbula mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5) u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/491, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Latvja u fil-Polonja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti II u III fil-Polonja tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini selvaġġi u miżmuma, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-marda li qed jiġu applikati minn dan l-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
F’Marzu 2022, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-kontea ta’ Dienvidkurzemes fil-Latvja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata fiż-żona ristretta I tiegħu. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Latvja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta II affettwata minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex jitqiesu dawn it-tifqigħat riċenti. |
(7) |
Barra minn hekk, f’April 2022, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Pomorskie fil-Polonja f’żona li bħalissa hija elenkata maż-żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata fiż-żona ristretta I tiegħu. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta II affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ddefiniti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa riċenti. |
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja u fil-Latvja u meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawn l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat. Barra minn hekk, ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati wkoll il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
(9) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Warmińsko — Mazurskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, minħabba li ma kienx hemm tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III fit-tliet xhur li għaddew. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
(10) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma u selvaġġi fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Podkarpackie u ta’ Małopolskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, minħabba li ma kienx hemm tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’dawk iż-żoni ristretti I f’annimali porċini miżmuma u selvaġġi fit-tnax-il xahar li għadda. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
(11) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għal-Latvja u għall-Polonja, u jiġu elenkati kif xieraq bħala żoni ristretti I u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni fiż-żoni tal-madwar. |
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer(ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/491 tal-25 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 100, 28.3.2022, p. 16).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/diseases-and-control-measures/african-swine-fever_mt
(5) OIE Terrestrial Animal Health Code, it-28 Edizzjoni, 2019. ISBN tal-volum I: 978-92-95108-85-1; ISBN tal-volum II: 978-92-95108-86-8. https://www.oie.int/standard-setting/terrestrial-code/access-online/
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
Bundesland Brandenburg:
|
Bundesland Sachsen:
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
— |
Marijampolės savivaldybė, |
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie śląskim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie opolskim:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
fid-distrett ta’ Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
— |
fid-distrett ta’ Levice, the municipalities of Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, |
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fil-parti II, |
— |
id-distrett kollu ta’ Ružomberok, |
— |
fir-reġjuna ta’ Turčianske Teplice, il-muniċipalitajiet ta’ Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
— |
fid-distrett ta’ Martin, il-muniċipalitajiet ta’ Blatnica, Folkušová, Necpaly, |
— |
fid-distrett ta’ Dolný Kubín, il-muniċipalitajiet ta’ Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
— |
fid-distrett ta’ Tvrdošín, il-muniċipalitajiet ta’ Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
ir-reġjun tal-Piemonte:
|
ir-reġjun tal-Liguria:
|
ir-reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
ir-reġjun tal-Lombardia:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia city, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sofia Province, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Varna, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
Bundesland Brandenburg:
|
Bundesland Sachsen:
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Augšdaugavas novads, |
— |
Ādažu novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Kalvenes, Kazdangas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Embūtes, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Jelgavas novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Kuldīgas novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Rēzeknes novads, |
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novads, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Valmieras novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Ventspils novads, |
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
— |
Rietavo savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Skuodo rajono savivaldybės, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnicam ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad |
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok |
— |
fid-distrett kollu ta’ Michalovce, ħlief muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, |
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, ħlief muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov, ħlief muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov, ħlief muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, |
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce, |
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov |
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-parti I, |
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
— |
fid-distrett ta’ Krupina il-muniċipalitajiet kollha ta’ Senohrad, Horné Mladonice, Dolné Mladonice, Čekovce, Lackov, Zemiansky Vrbovok, Kozí Vrbovok, Čabradský Vrbovok, Cerovo, Trpín, Litava, |
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, |
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
— |
id-distrett kollu ta’ Liptovsky Mikuláš. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
ir-reġjun tal-Piemonte: |
ir-reġjun tal-Piemonte:
|
ir-reġjun tal-Liguria:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
— |
fir-reġjun ta’ Blagoevgrad:
|
— |
ir-reġjun ta’ Pazardzhik:
|
— |
fir-reġjun ta’ Plovdiv:
|
— |
fir-reġjun ta’ Varna:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
— |
it-territorju kollu ta’ Sardegna. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie małopolskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Iż-żona ta’ orașului București, |
— |
Județul Constanța, |
— |
Județul Satu Mare, |
— |
Județul Tulcea, |
— |
Județul Bacău, |
— |
Județul Bihor, |
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
— |
Județul Brăila, |
— |
Județul Buzău, |
— |
Județul Călărași, |
— |
Județul Dâmbovița, |
— |
Județul Galați, |
— |
Județul Giurgiu, |
— |
Județul Ialomița, |
— |
Județul Ilfov, |
— |
Județul Prahova, |
— |
Județul Sălaj, |
— |
Județul Suceava |
— |
Județul Vaslui, |
— |
Județul Vrancea, |
— |
Județul Teleorman, |
— |
Judeţul Mehedinţi, |
— |
Județul Gorj, |
— |
Județul Argeș, |
— |
Judeţul Olt, |
— |
Judeţul Dolj, |
— |
Județul Arad, |
— |
Județul Timiș, |
— |
Județul Covasna, |
— |
Județul Brașov, |
— |
Județul Botoșani, |
— |
Județul Vâlcea, |
— |
Județul Iași, |
— |
Județul Hunedoara, |
— |
Județul Alba, |
— |
Județul Sibiu, |
— |
Județul Caraș-Severin, |
— |
Județul Neamț, |
— |
Județul Harghita, |
— |
Județul Mureș, |
— |
Județul Cluj, |
— |
Județul Maramureş. |
5. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
Id-distrett kollu ta’ Trebišov’, |
— |
Id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
— |
Fid-distrett ta’ Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brekov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, Ptičie, Chlmec, Porúbka, Brestov, Gruzovce, Ohradzany, Slovenská Volová, Karná, Lackovce, Kochanovce, Hažín nad Cirochou, |
— |
Fid-distrett ta’ Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petríkovce, Oborín, Veľké Raškovce, Beša, |
— |
Fid-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota: Jesenské, Gortva, Hodejov, Hodejovec, Širkovce, Šimonovce, Drňa, Hostice, Gemerské Dechtáre, Jestice, Dubovec, Rimavské Janovce, Rimavská Sobota, Belín, Pavlovce, Sútor, Bottovo, Dúžava, Mojín, Konrádovce, Čierny Potok, Blhovce, Gemerček, Hajnáčka, |
— |
Fid-distrett ta’ Gelnica: Hrišovce, Jaklovce, Kluknava, Margecany, Richnava, |
— |
Fid-distrett ta’ Sabinov: Daletice, |
— |
Fid-distrett ta’ Prešov: Hrabkov, Krížovany, Žipov, Kvačany, Ondrašovce, Chminianske Jakubovany, Klenov, Bajerov, Bertotovce, Brežany, Bzenov, Fričovce, Hendrichovce, Hermanovce, Chmiňany, Chminianska Nová Ves, Janov, Jarovnice, Kojatice, Lažany, Mikušovce, Ovčie, Rokycany, Sedlice, Suchá Dolina, Svinia, Šindliar, Široké, Štefanovce, Víťaz, Župčany. |
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/48 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/588
tat-8 ta’ April 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ tjur tat-trobbija, prodotti ġerminali tat-tjur tat-trobbija u laħam frisk tat-tjur tat-trobbija u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) tiegħu.
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji ta’ tjur tat-trobbija, prodotti ġerminali tat-tjur tat-trobbija, u laħam frisk mit-tjur tat-trobbija u mill-għasafar tal-kaċċa. |
(5) |
L-Istati Uniti nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħa tinsab fil-kontea ta’ Suffolk, fl-istat ta’ New York, fl-Istati Uniti, u ġiet ikkonfermata fit-23 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(6) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħat jinsabu fil-kontea diġà milquta ta’ Hutchinson, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, u fi stabbiliment ieħor fil-kontea ta’ Suffolk, fl-istat ta’ New York, fl-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fil-25 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħat jinsabu fil-kontea diġà milquta ta’ Hutchinson, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Clark, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, u fil-kontea ta’ McPherson, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fis-27 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(8) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħat jinsabu fil-kontea diġà milquta ta’ Guthrie, fl-istat ta’ Iowa, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Hamilton, fl-istat ta’ Iowa, fl-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fit-28 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(9) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħat jinsabu fil-kontea ta’ Bon Homme, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Spink, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Kandiyohi, fl-istat ta’ Minnesota, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Lac qui Parle, fl-istat ta’ Minnesota, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Monroe, fl-istat ta’ New York, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Johnston, fl-istat ta’ North Carolina, fl-Istati Uniti, fil-kontea ta’ Kidder, fl-istat ta’ North Dakota, fl-Istati Uniti, u fil-kontea diġà milquta ta’ Edmunds, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fid-29 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(10) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur tat-trobbija. It-tifqigħat jinsabu fil-kontea diġà milquta ta’ Buena Vista, fl-istat ta’ Iowa, fl-Istati Uniti, u fil-kontea ta’ Brule, fl-istat ta’ South Dakota, fl-Istati Uniti, u ġew ikkonfermati fit-30 ta’ Marzu 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(11) |
L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti milquta u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
(12) |
L-Istati Uniti bagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ tjur tat-trobbija, prodotti ġerminali tat-tjur tat-trobbija, u laħam frisk mit-tjur tat-trobbija u mill-għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(14) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li jeħtieġ isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.47 sa US-2.64 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.46:
|
DEĊIŻJONIJIET
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/589
tas-6 ta’ April 2022
li tistabbilixxi l-kompożizzjoni u d-dispożizzjonijiet operazzjonali għall-istabbiliment tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 168 u 194 tiegħu,
Billi:
(1) |
Tranżizzjoni ekwa u ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-UE għall-2030. Il-pakketti leġiżlattivi biex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippreżentati f’Lulju u f’Diċembru 2021, jiffukaw ħafna fuq l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (1), inizjattiva ewlenija mfassla biex tagħti spinta lir-rinnovazzjoni strutturali tal-bini privat u pubbliku, tagħmel ukoll enfasi qawwija fuq l-indirizzar tal-faqar enerġetiku. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nediet Inizjattiva dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli għar-rinnovazzjoni ta’ 100 distrett fanal tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli u fl-2020 ġiet adottata Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faqar Enerġetiku (2) biex tgħin biex jinqered il-faqar enerġetiku “billi timmira l-kawżi ewlenin tiegħu” u tippromwovi strateġiji ta’ rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija li jsaħħu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE. |
(2) |
Il-faqar enerġetiku huwa wkoll kunċett konsolidat fil-pakkett leġiżlattiv “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, billi jqiegħed lill-konsumaturi fil-qalba ta’ tranżizzjoni ġusta tal-enerġija u jipprovdi diversi miżuri mmirati biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet speċifiċi permezz tal-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija. |
(3) |
L-aċċess għas-servizzi tal-enerġija huwa essenzjali għall-inklużjoni soċjali. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017, jinkludi l-enerġija fost is-servizzi essenzjali (3), li kulħadd għandu d-dritt li jaċċessa. Għandu jkun hemm appoġġ disponibbli għall-aċċess għal dawn is-servizzi għal dawk fil-bżonn (4). Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5) jistabbilixxi azzjonijiet konkreti biex l-20 prinċipju tal-Pilastru jinbidlu f’realtà, inklużi inizjattivi konkreti għall-2022 li se jikkontribwixxu wkoll biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku. |
(4) |
Billi pprovdiet ir-Rakkomandazzjoni tagħha dwar il-Faqar Enerġetiku u dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha, il-Kummissjoni ssodisfat ukoll l-obbligu tagħha li tipprovdi gwida indikattiva dwar indikaturi xierqa għall-kejl tal-faqar enerġetiku u dwar id-definizzjoni ta’ “għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku” kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“ir-Regolament dwar il-Governanza”) u d-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata. Hija tenfasizza wkoll l-importanza tal-politiki assoċjati mal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (“NECPs”) u mal-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul biex jiġu indirizzati dawn il-problemi. Il-Grupp se jibni fuq il-ħidma tal-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija u tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE. |
(5) |
Id-definizzjonijiet standard tal-faqar enerġetiku u tal-konsumaturi vulnerabbli għadhom qed jiġu żviluppati. Għalhekk, l-Istati Membri jistabbilixxu l-kriterji tagħhom stess skont il-kuntest nazzjonali u lokali. L-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex inaqqsu l-faqar b’mod ġenerali huma rikonoxxuti bħala ugwalment siewja. Il-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku (7) għandha titqies meta jiġu implimentati u aġġornati l-NECPs f’konformità mar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika. |
(6) |
L-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jirrikjedu li l-Istati Membri jiddefinixxu l-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli, li jista’ jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnessjoni tal-elettriku għal tali klijenti fi żminijiet kritiċi. Il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli jista’ jinkludi livelli ta’ introjtu, is-sehem ta’ nfiq ta’ enerġija tal-introjtu disponibbli, l-effiċjenza enerġetika tad-djar, id-dipendenza kritika fuq tagħmir elettriku għal raġunijiet ta’ saħħa, età jew kriterji oħra. L-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-konsumaturi, u b’mod partikolari, biex jiżguraw li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-konsumaturi vulnerabbli. |
(7) |
L-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata (UE) 2019/944 jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jivvalutaw l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku u jiddikjara li jridu jistabbilixxu u jippubblikaw il-kriterji li fuqhom hija msejsa din il-valutazzjoni. Meta jkun hemm għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi bħal dawn, l-Istati Membri jridu jinkludu fl-NECPs tagħhom objettiv indikattiv għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, jipprovdu limitu ta’ żmien, u jiddeskrivu l-politiki u l-kejl rilevanti. Huma mbagħad mitluba jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, dwar kwalunkwe progress li jagħmlu biex jilħqu l-objettiv li jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. Bl-istess mod, l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/73/KE jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku. |
(8) |
L-inizjattivi kollha skont il-Pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jiġu implimentati l-objettivi tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030, tfasslu b’mod konsistenti biex jiżviluppaw is-sinerġiji, biex itaffu l-effetti distributtivi potenzjalment negattivi, inkluż bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli u dawk foqra fl-enerġija (proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, proposta għal Fond Soċjali għall-Klima, proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija, proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, il-pakkett dwar-Idroġenu u d-Dekarbonizzazzjoni tal-Gass, proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika). Sabiex tipprovdi l-akbar appoġġ lill-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni (10) b’linji gwida u b’eżempji għall-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu. |
(9) |
L-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda fil-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ politika bejn l-Istati Membri biex jappoġġaw unitajiet domestiċi vulnerabbli u finanzjarjament dgħajfa jew dawk affettwati mill-faqar enerġetiku, partijiet ikkonċernati involuti oħrajn u l-Kummissjoni huma kruċjali biex jissaħħu l-isforzi u l-impenji biex jitwettaq Patt Ekoloġiku Ewropew ekwu u ġust. Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-faqar enerġetiku u l-konsumaturi vulnerabbli. |
(10) |
Il-missjoni ġenerali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli jenħtieġ li tkun li jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għarfien espert politiku meħtieġ għal inizjattivi mmirati lejn l-identifikazzjoni, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-konsumaturi l-aktar vulnerabbli, filwaqt li jippreserva u jsaħħaħ il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija. Huwa jenħtieġ li jaħdem mal-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, bħall-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali fir-rigward, b’mod partikolari, tal-impatt tal-politiki fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli u b’introjtu baxx u r-rwol tal-politiki soċjali fl-indirizzar tal-faqar enerġetiku. |
(11) |
Il-Grupp jenħtieġ li jkun magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mill-membri tal-Grupp, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Jiġi stabbilit il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli (“il-Grupp”).
Artikolu 2
Kompiti tal-Grupp
1. Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:
(a) |
li jservi bħala l-pjattaforma ewlenija għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mat-tfassil u mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jindirizzaw unitajiet domestiċi finanzjarjament dgħajfa jew dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u l-konsumaturi vulnerabbli, inkluż fil-kuntest tal-affordabbiltà tal-enerġija, ir-rinnovazzjoni mmirata u l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-iskemi ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali; |
(b) |
li jipprovdi forum għall-iskambju ta’ esperjenzi, tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert fl-indirizzar tal-konsumaturi vulnerabbli u l-unitajiet domestiċi finanzjarjament dgħajfa jew dawk affettwati mill-faqar enerġetiku, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali |
(c) |
li jassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ inizjattivi ta’ politika, b’mod partikolari fir-rigward tal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima, ir-Rapporti ta’ Progress Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima u l-istrateġiji relatati. |
2. Il-Grupp għandu, b’mod partikolari:
(a) |
jiskambja informazzjoni dwar deċiżjonijiet rigward miżuri li jappoġġaw u li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi vulnerabbli u lill-unitajiet domestiċi finanzjarjament dgħajfa jew lil dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u jindirizza l-affordabbiltà tal-enerġija fil-kuntest nazzjonali tagħhom u fil-qafas usa’ tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa, fi kwalunkwe livell tal-gvern (nazzjonali, reġjonali u lokali); |
(b) |
jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi dwar konsumaturi vulnerabbli u unitajiet domestiċi finanzjarjament dgħajfa jew dawk affettwati mill-faqar enerġetiku bil-ħsieb li jiġu identifikati azzjonijiet xierqa u soluzzjonijiet koordinati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni; |
(c) |
jirrevedi l-prospetti u r-rapporti regolari mħejjija miċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku u mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-indirizzar, il-kejl u l-monitoraġġ tal-progress dwar il-kawżi u s-soluzzjonijiet ewlenin, inkluż analiżi soċjoekonomika rilevanti; |
(d) |
itejjeb il-kwalità u l-firxa ta’ data u indikaturi statistiċi disponibbli, inkluż il-ġbir armonizzat tad-data tal-Unjoni, filwaqt li jqis kif xieraq l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-approċċi għall-appoġġ u għall-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi foqra u vulnerabbli fl-enerġija jkunu bbażati fuq fehim infurmat u aġġornat tal-kwistjonijiet ewlenin involuti u d-dimensjonijiet rilevanti, kif ukoll il-varjazzjonijiet spazjali u temporali tagħhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (u s-Sottogrupp tal-Indikaturi tiegħu) u ESTAT. |
(e) |
jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni, il-prevenzjoni u l-azzjoni koordinata f’każ ta’ emerġenza fl-Unjoni. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-faqar enerġetiku u mal-konsumaturi vulnerabbli.
Artikolu 4
Sħubija
1. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn awtoritajiet mill-Istati Membri kollha.
2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-Ministeri kompetenti għall-enerġija, għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ għarfien espert fir-rigward tax-xogħol li għandu jitwettaq u skont l-arranġamenti interni tal-Istat Membru.
3. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnomina mhux aktar minn żewġ rappreżentanti permanenti u żewġ rappreżentanti supplenti biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp fil-livell ix-xieraq tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
4. Ir-rappreżentanti supplenti għandhom jinħatru f’konformità mal-istess kundizzjonijiet bħall-membri stabbiliti fil-punt 2 hawn fuq; ir-rappreżentanti supplenti awtomatikament jissostitwixxu membri li jkunu assenti jew indisposti.
5. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta n-nomina ta’ rappreżentant jekk tqis li n-nomina ma hijiex xierqa fid-dawl tar-rekwiżiti speċifikati fil-punt 2 hawn fuq. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jintalbu jaħtru rappreżentant ieħor. Kull membru tal-Grupp għandu jiżgura li l-istatus tas-sħubija tiegħu jkun aġġornat.
6. Id-data personali tal-membri għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 (11) jew (UE) 2018/1725 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli.
7. Il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom jew sakemm jiġu sostitwiti. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.
Artikolu 5
Operat
1. Il-Grupp għandu jiġi presedut minn rappreżentant tad-DĠ ENER.
2. Il-President għandu jlaqqa’ lill-Grupp fuq bażi regolari u għandu jaqsam mal-Grupp informazzjoni riċevuta mill-membri tiegħu filwaqt li jippreserva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
3. Il-laqgħat tal-Grupp għandhom isiru online jew fil-bini tal-Kummissjoni.
4. Id-DĠ ENER għandu jipprovdi s-servizzi segretarjali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni mid-dipartimenti rilevanti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Grupp.
5. Id-DĠ ENER għandu jagħmel id-dokumenti ta’ ħidma rilevanti kollha disponibbli għall-membri tal-Grupp permezz ta’ post tax-xogħol kollaborattiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha billi tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta’ link mir-Reġistru għal sit web iddedikat. Id-DĠ ENER għandu jippubblika l-aġenda u dokumenti ta’ sfond rilevanti oħra fi żmien xieraq qabel il-laqgħat. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni sistematika ta’ dokument meta d-divulgazzjoni tiegħu timmina l-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
6. Il-minuti għandhom jiġu abbozzati mis-segretarjat skont ir-responsabbiltà tal-President u għandhom jiġu pprovduti ftit wara l-laqgħa.
7. Sa fejn ikun possibbli, il-Grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens. F’każ ta’ votazzjoni, ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jiġi deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra jew li jkunu astjenew għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti.
Artikolu 6
Sottogruppi
Id-DĠ ENER jista’ jistabbilixxi sottogruppi bil-għan li jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi tat-termini ta’ referenza definiti mill-Grupp. Is-sottogruppi għandhom joperaw f’konformità mar-regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni (13) u għandhom jirrapportaw lill-Grupp. Dawn jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
Artikolu 7
Esperti esterni
Id-DĠ ENER jista’ jistieden esperti minn barra l-Grupp b’għarfien espert speċifiku dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Grupp jew tas-sottogruppi fuq bażi ad hoc.
Artikolu 8
Osservaturi
1. L-individwi, l-organizzazzjonijiet, l-entitajiet pubbliċi rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza, bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, tas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, jistgħu jingħataw status ta’ osservatur, permezz ta’ stedina diretta.
2. L-osservaturi u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu awtorizzati mill-President biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-Grupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot.
Artikolu 9
Regoli ta’ Proċedura
Fuq proposta mill-Kummissjoni u bi ftehim magħha, il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, f’konformità mar-regoli orizzontali (14).
Artikolu 10
Segretezza professjonali u t-trattament ta’ informazzjoni klassifikata
Il-membri tal-Grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, huma soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali, li bis-saħħa tat-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, japplika għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u għall-persunal tagħhom, u għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (15) u 2015/444 (16). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
Artikolu 11
Spejjeż tal-laqgħat
1. Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Grupp u tas-sottogruppi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Grupp u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni.
Ir-rimborż għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Kadri SIMSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM/2020/662 final.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku
(3) Il-ħtieġa li l-Istati Membri jindirizzaw il-faqar enerġetiku hija enfasizzata wkoll fil-Linja Gwida 8 “Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar” tal-Linji Gwida integrati dwar l-Impjiegi, li jinfurmaw il-koordinazzjoni tal-politiki tal-impjiegi u soċjali tal-Istati Membri fil-qafas tas-Semestru Ewropew.
(4) EPSR, Prinċipju 20 “Aċċess għal servizzi essenzjali”: Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’20 prinċipju | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
(5) COM(2021) 102 final.
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(7) SWD(2020) 960 final.
(8) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(9) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749.
(11) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(13) C(2016) 3301 final.
(14) Ara l-Artikolu 17 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3301.
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).