|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
29.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/496
tat-28 ta’ Marzu 2022
li japprova l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) flimkien mal-Artikolu 22(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Mejju 2018, Spanja rċeviet applikazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mingħand Andermatt Biocontrol Suisse AG għall-approvazzjoni tal-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva. |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Settembru 2018, f’konformità mal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, Spanja bħala Stat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Marzu 2020, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni jew le previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, talbet li l-applikant iforniha b’informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Fil-5 ta’ Mejju 2021, il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali ġiet ippreżentata mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk huwiex mistenni li l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva, tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha lill-pubbliku. |
|
(6) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, u fit-2 ta’ Diċembru 2021 rispettivament, il-Kummissjoni ppreżentat rapport ta’ reviżjoni u abbozz ta’ Regolament dwar l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, dwar ir-rapport ta’ reviżjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(8) |
Ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b’mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 il-Kummissjoni tqis ukoll lill-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva b’riskju baxx. Il-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 huwa mikroorganiżmu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 peress li jappartjeni għall-familja Baculoviridae u ma wera l-ebda effett negattiv fuq kwalunkwe insett mhux fil-mira. |
|
(10) |
Għalhekk jixraq li l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva b’riskju baxx jiġi approvat. |
|
(11) |
Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet. |
|
(12) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE (3) kienet awtorizzat il-l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), bl-isem sinonimu tal-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV) bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan l-isem ġie elenkat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). Dik l-approvazzjoni skadiet fit-30 ta’ Novembru 2017. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-entrata korrispondenti jenħtieġ li titħassar minn dak ir-Regolament fid-dawl tal-approvazzjoni preżenti tal-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004. |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 22(2) tiegħu, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni tas-sustanza attiva
l-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 bħala sustanza attiva hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2021. Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Spodoptera exigua multicapsid nucleopolyhedrovirus (SeMNPV) EFSA Journal 2021;19(10):6848
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE tat-2 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-beflubutamid u l-virus tal-poliedrożi nukleari Spodoptera exigua bħala sustanzi attivi (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 15).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet Speċifiċi |
||||
|
Il-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004 |
Mhux applikabbli |
Il-kontenut tal-virus fl-ingredjent attiv ta’ grad tekniku, prodott bħala materjal tekniku iżolat, irid ikun minn tal-anqas 2,0 × 1011 korpi ta’ okklużjoni/g. |
18.4.2022 |
18.4.2037 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-virus multikapsidiku tal-poliedrożi nukleari tal-iSpodoptera exigua (SeMNPV), iżolat BV-0004, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari li:
Il-kundizzjonijiet tal-użu, fejn rilevanti, għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.
(2) https://ec.europa.eu/food/system/files/2016-10/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fil-Parti A, entrata 159 tal-virus tal-poliedrożi nukleari Spodoptera exigua titħassar; |
|
(b) |
fil-Parti D, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.
(2) https://ec.europa.eu/food/system/files/2016-10/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf.”
|
29.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/497
tat-28 ta’ Marzu 2022
li jemenda u li jikkoreġi l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 rigward ċerti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet għall-movimenti bejn l-Istati Membri u d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 146(2), l-Artikolu 156(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikoli 162(5), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (3) jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati, fil-forma ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet għall-movimenti bejn l-Istati Membri, u d-dħul fl-Unjoni, ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk il-kunsinni jinkludu dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (4), (UE) 2020/688 (5) u (UE) 2020/692 (6). |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi kkonċernata. Il-Kapitoli 7 u 8 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ annimal ekwin individwali mhux maħsub għall-iskarnar (“ EQUI-INTRA-IND”), u ta’ kunsinna ta’ annimali ekwini (mudell “EQUI-INTRA-CON”). Sabiex jiġi ċċarat li l-eżami kliniku meħtieġ qabel il-moviment tal-annimali ekwini lejn Stati Membri oħrajn jista’ jitwettaq fl-aħħar jum tax-xogħol qabel it-tluq tagħhom biss fir-rigward tal-annimali ekwini msemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, in-noti f’qiegħ il-paġna (2) u (3) rispettivi tal-Parti II tan-Noti f’dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(3) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ għasafar u ta’ prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-kategoriji tal-għasafar u tal-prodotti kkonċernati. Il-Kapitoli 17 u 18 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ pollam tat-tnissil u ta’ pollam produttiv (mudell “POU-INTRA-X”), u għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ anqas minn 20 eżemplar tal-pollam għajr ir-ratiti jew anqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti (mudell “POU-INTRA-LT20”). Ir-referenzi żbaljati għad-dħul fl-Unjoni fil-punti II.2.1. U II.2.1.1. ta’ dawk il-mudelli rispettivi jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-Kapitoli 16 u 18 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, imsemmija fl-Artikolu 7 tiegħu, jistabbilixxu rispettivament il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ flieles ta’ ġurnata (mudell “POU-INTRA-DOC”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti jew anqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti (mudell “POU-INTRA-LT20”). In-nota f’qiegħ il-paġna (4) tan-Noti għall-Parti II ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi kkoreġuta biex jiġi ċċarat li l-miżuri msemmija fil-Parti III, it-Titolu 2, il-Kapitolu 5, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 iridu jiġu rrispettati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Barra minn hekk, fil-Kapitolu 16, jenħtieġ li jiġi kkoreġut żball ovvju fir-rigward tal-età tal-għasafar li trid tiġi indikata fil-punt II.1.4. tal-mudell POU-INTRA-DOC. |
|
(5) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 23 (mudell “BOV-SEM-A-INTRA”), 26 (mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-INTRA”), 30 (mudell “OV/CAP-SEM-A-INTRA”), u 33 (mudell “OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-INTRA”) ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali. Il-kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti tal-Parti I ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi deskrizzjoni tat-testijiet għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu u għall-marda emorraġika epiżootika. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-INTRA”, stabbilit fil-Kapitolu 26 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, irid jintuża għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni. Ir-referenzi żbaljati għall-annimali ovini u kaprini fil-punt II.2.5.1. u fil-Kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti għall-Parti I ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(7) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali ekwini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 45 u 49 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri rispettivament, ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali ekwini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen (mudell “EQUI-SEM-A-INTRA”), u ta’ kunsinni ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali ekwini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni (mudell “EQUI-OOCYTES-EMB-A-INTRA”). Il-punt II.2.5.2. ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-annimali ekwini donaturi tas-semen, tal-ooċiti u tal-embrijuni jridu jinżammu fi stabbilimenti, minflok fi stabbiliment wieħed, fejn l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, id-durina, is-surra (Trypanosoma evansi), l-anemija li tittieħed tal-ekwini, il-metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), l-infezzjoni bil-virus tar-rabja u l-antraċe ma ġewx irrapportati, għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. Barra minn hekk, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti għall-Parti I tal-mudell “EQUI-SEM-A-INTRA” jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi inkluża deskrizzjoni tat-testijiet. |
|
(8) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u dikjarazzjonijiet li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u ċerti prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi u l-kategoriji tal-prodotti konċernati. Il-Kapitolu 61 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u mudell tad-dikjarazzjoni għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ klieb, qtates u inmsa. Il-punt II.2.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat fih żbalji ovvji u jeħtieġ kjarifika. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(9) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(10) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa/uffiċjali tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi kkonċernata. Il-Kapitolu 4 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini (mudell “OV/CAP-X”). Il-punti II.2.2. u II.2.11.6. tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta’ dak il-mudell fihom żbalji ovvji u jeħtieġu kjarifika. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(11) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw dawk iċ-ċertifikati, li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni jew għat-tranżitu fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali ekwini, iridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-movimenti konċernati. Il-Kapitoli 12 sa 15 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-X”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u d-dikjarazzjoni mudell għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-Y”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni tal-annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-X”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-Y”). F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, il-perjodu li jista’ jgħaddi bejn l-eżami kliniku u t-tluq tal-annimali ekwini, minbarra l-annimali ekwini rreġistrati, huwa stabbilit għal 24 siegħa għal dik il-kategorija ta’ annimali. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu kkoreġuti kif xieraq. |
|
(12) |
Barra minn hekk, il-Kapitoli 16, 17 u 18 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, imsemmija fl-Artikolu 15 tiegħu, jistabbilixxu rispettivament, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, għall-kompetizzjoni u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 ġurnata (mudell “EQUI-RE-ENTRY-30”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 ġurnata biex jipparteċipaw f’avvenimenti ekwestri organizzati taħt l-awspiċji tal-Fédération Equestre Internationale (FEI) (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-COMP”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 ġurnata biex jipparteċipaw f’avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerka, f’Hong Kong, fil-Ġappun, f’Singapore, fl-Emirati Għarab Magħquda jew fil-Qatar (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE”). F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu kkoreġuti kif xieraq. |
|
(13) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati maħsuba għal stabbiliment konfinat iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi konċernata. Il-Kapitoli 19 sa 22 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 19 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-RUM”), annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 20 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-SUI”), l-annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 21 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-TRE”), u l-annimali tal-familja ta’ Hippopotamidae li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-HIPPO”). Il-punt II.1.2. tal-Parti II (Informazzjoni dwar is-saħħa) ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi emendat bl-inserzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali nieqsa previsti fl-Artikolu 34, fil-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji ovvji oħrajn u ommissjonijiet mhux intenzjonati. |
|
(14) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ għasafar u l-prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-kategoriji tal-għasafar u l-prodotti konċernati. Il-Kapitolu 34a ta’ dak l-Anness jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħamiem tat-tiġrija li jiġi rilaxxat immedjatament wara d-dħul (mudell “RACING PIGEONS-IMMEDIATE RELEASE”). Il-punti II.1.2. u II.1.6. ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti biex jiġi ċċarat rispettivament ir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti tal-oriġini kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 62(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-kundizzjonijiet tat-trasport għall-ħamiem tat-tiġrija. |
|
(15) |
L-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 39 (mudell “BOV-SEM-A-ENTRY”), 42 (mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”), 48 (“OV/CAP-SEM-A-ENTRY”), u 50 (mudell “OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”) ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali. Il-kaxxa ta’ referenza I.27 tan-Noti tal-Parti I ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi deskrizzjoni tat-testijiet għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu u għall-marda emorraġika epiżootika. |
|
(16) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi kkoreġuta n-numerazzjoni żbaljata fil-punt II.2. tal-mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”, stabbilit fil-Kapitolu 42 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403. |
|
(17) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jirreferi għall-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali mibgħuta wara l-20 ta’ April 2021 miċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali (mudell “BOV-GP-STORAGE-ENTRY”), stabbilit fl-Anness II tiegħu. In-Noti f’dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex ikopru mhux biss is-semen tal-annimali bovini, iżda wkoll ooċiti u embrijuni ta’ dawk l-annimali. |
|
(18) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali ovini u kaprini jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitolu 53 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali mibgħuta wara l-20 ta’ April 2021 miċ-ċentri tal-ħżin tal-prodotti ġerminali (mudell “OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY”). In-Noti f’dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex ikopru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni mhux biss tal-annimali ovini, iżda wkoll tal-annimali kaprini. |
|
(19) |
L-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali porċini jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitolu 54 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali porċini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen (mudell ‘POR-SEM-A-ENTRY’). Ir-referenzi żbaljati għal Stat Membru, minflok għal pajjiż terz jew territorju, fil-punti II.4.8.3. u II.4.9.3., ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(20) |
L-Artikolu 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali ekwini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitoli 59 u 63 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali ekwini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen (mudell “EQUI-SEM-A-ENTRY”), u tal-ooċiti u l-embrijuni tal-annimali ekwini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni (mudell “EQUI-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”). Il-punt II.4.4.2. ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-annimali ekwini donaturi tas-semen, tal-ooċiti u tal-embrijuni jridu jinżammu fi stabbilimenti, minflok fi stabbiliment wieħed, fejn l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, id-durina, is-surra (Trypanosoma evansi), l-anemija li tittieħed tal-ekwini, il-metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), l-infezzjoni bil-virus tar-rabja u l-antraċe ma ġewx irrapportati, għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. Barra minn hekk, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 tan-Noti għall-Parti I tal-mudell “EQUI-SEM-A-ENTRY” jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi inkluża deskrizzjoni tat-testijiet. |
|
(21) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(22) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(23) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni kkonċernati mill-emendi li jridu jsiru fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 minn dan ir-Regolament, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jibqgħu jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huma emendati u kkoreġuti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Diċembru 2022, kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri u prodotti ġerminali tagħhom, akkumpanjati minn ċertifikati xierqa tas-saħħa tal-annimali, ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fil-Kapitoli 4, 12 sa 22, 34a, 39, 42, 47, 48, 50, 53, 54, 59 u 63 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi li saru għal dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li dawk iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu nħarġu mhux aktar tard mil-15 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huma emendati u kkoreġuti kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
29.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/498
tal-22 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tas-sinjal fil-valangi, għall-istazzjonijiet u għas-sistemi terrestri satellitari, għall-istazzjonijiet terrestri mobbli tal-art, għall-istazzjonijiet terrestri mobbli marittimi, għat-tagħmir tan-networks ċellulari IMT, tas-sistemi tar-radju fissi, għat-trażmettituri tat-televiżjoni diġitali terrestri, għas-sistemi tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru, għat-tagħmir tar-radju multi Gbps, għar-riċevituri tal-ħoss tax-xandir, għad-drivers tas-sistema tas-smigħ b’ingassa induttiva, għar-radars primarji tas-sorveljanza u għat-tagħmir tar-radju TETRA
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) it-tagħmir tar-radju li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE (“it-talba”). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, l-ETSI abbozza l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN 300 718-1 V2.2.1 għat-tagħmir tas-sinjal fil-valangi, EN 303 345-3 V1.1.1 u EN 303 345-4 V1.1.1 għar-riċevituri tal-ħoss tax-xandir, EN 303 348 V1.2.1 għad-drivers tas-sistema tas-smigħ b’ingassa induttiva, EN 303 364-2 V1.1.1 għar-radars primarji tas-sorveljanza, EN 303 372-1 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1, EN 303 980 V1.2.1 u EN 303 981 V1.2.1 għall-istazzjonijiet u għas-sistemi satellitari u EN 303 758 V1.1.1 għat-tagħmir tar-radju TETRA. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 326/04 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati reveduti li ġejjin: EN 301 444 V2.2.1 għall-istazzjonijiet u għas-sistemi satellitari, EN 301 908-15 V15.1.1 għan-networks ċellulari IMT, EN 302 296 V2.2.1 għat-trażmettituri tat-televiżjoni diġitali terrestri, EN 302 480 V2.2.1 għas-sistemi tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru u EN 302 567 V2.2.1 għat-tagħmir tar-radju multi Gbps. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda wkoll l-istandards armonizzati li ġejjin għan-networks ċellulari IMT: EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1, li r-referenzi tagħhom żdiedu fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (5). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati reveduti li ġejjin: EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1 u EN 301 908-18 V15.1.1. Barra minn hekk, l-ETSI rreveda l-istandard armonizzat EN 302 217-2 V3.2.2 għas-sistemi tar-radju fissi, li r-referenzi tagħhom żdiedu fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat revedut EN 302 217-2 V3.3.1. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati ġodda u reveduti jikkonformawx mat-talba. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 480 V2.2.1, EN 302 567 V2.2.1, EN 303 345-3 V1.1.1, EN 303 345-4 V1.1.1, EN 303 348 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1 u EN 303 758 V1.1.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
L-istandard armonizzat EN 300 718-1 V2.2.1, fl-aħħar sentenza tal-klawżola 5.1.3.1, ma jispeċifikax il-kundizzjonijiet kollha għall-mekkaniżmi ta’ verifika, u jippermetti interpretazzjoni soġġettiva tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fih. Barra minn hekk, ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit relatat mar-rifjut ta’ rispons falz, li huwa parametru ta’ riċevitur li jista’ jkun relatat mal-produzzjoni ta’ interferenzi dannużi. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(9) |
L-istandard armonizzat EN 301 444 V2.2.1, fit-tieni paragrafu tal-klawżola 5.2.1, ma jipprevedi l-ebda kriterju ta’ verifika għall-issodisfar tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fih, u jippermetti li jkun hemm inċertezza f’termini ta’ riżultati. Barra minn hekk, fil-klawżola 5.2.2.3.1 tiegħu jipprovdi speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir, li mhuwiex l-objettiv ta’ standard armonizzat. Fl-aħħar nett, fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.3, fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.4 u fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.5, jippermetti lill-manifattur jimmodifika t-tagħmir bl-iskop tal-ittestjar, li jista’ jwassal għal riżultati mhux preċiżi u joħloq livell għoli ta’ inċertezza. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(10) |
L-istandard armonizzat EN 301 908-1 V15.1.1, fin-nota 3 tal-klawżola 5.3.2.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(11) |
L-istandard armonizzat EN 302 296 V2.2.1, fil-klawżola 5.4.2.5, jiddeskrivi konfigurazzjoni ta’ ttestjar mhux preċiża permezz ta’ mekkaniżmu tat-tqabbid, li joħloq livell għoli ta’ inċertezza fl-interpretazzjoni tar-riżultati. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(12) |
L-istandard armonizzat EN 303 364-2 V1.1.1, fil-klawżoli 4.2.1.4 u 5.3.1.5, jiddeskrivi xenarju partikolari ta’ trasferiment tal-potenza bejn it-trażmettitur u l-antenna permezz ta’ gwidi tal-mewġ WR284/WG10/R32, li jfisser li jkopri biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali li huwa maħsub li jkopri. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(13) |
L-istandard armonizzat EN 303 372-1 V1.2.1, fil-klawżola 4.3.5, jipprevedi li mhuwiex applikabbli taħt ċerti kundizzjonijiet tekniċi li għalihom mhi prevista l-ebda miżura ta’ mitigazzjoni fir-rigward tal-evitar ta’ interferenzi dannużi. Dan jista’ jwassal għal interferenza dannuża man-networks satellitari u ma’ servizzi oħra. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(14) |
L-istandard armonizzat EN 303 980 V1.2.1, fit-tieni sentenza tal-klawżola 6.1.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u jista’ joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(15) |
L-istandard armonizzat EN 303 981 V1.2.1, fit-tieni sentenza tal-klawżola 6.1.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u jista’ joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(16) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE li huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi ta’ dawn l-istandards armonizzati ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 480 V2.2.1, EN 302 567 V2.2.1, EN 303 345-3 V1.1.1, EN 303 345-4 V1.1.1, EN 303 348 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1 u EN 303 758 V1.1.1 jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 u jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 300 718-1 V2.2.1, EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 303 364-2 V1.1.1, EN 303 372-1 V1.2.1, EN 303 980 V1.2.1 u EN 303 981 V1.2.1 jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(18) |
L-istandards armonizzati EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 302 480 V2.2.1 u EN 302 567 V2.2.1 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 301 908-18 V13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2 rispettivament. |
|
(19) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(20) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-18 V13.1.1 u EN 302 217-2 V3.2.2 mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167. |
|
(21) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 302 480 V2.2.1 u EN 302 567 V2.2.1, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 301 908-18 V13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1. |
|
(22) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 tiġi emendata skont dan. |
|
(23) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(3) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-22 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom u d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
titħassar l-entrata 4; |
|
(2) |
tiddaħħal l-entrata 4a li ġejja:
|
|
(3) |
titħassar l-entrata 6; |
|
(4) |
tiddaħħal l-entrata 6a li ġejja:
|
|
(5) |
titħassar l-entrata 7; |
|
(6) |
tiddaħħal l-entrata 7a li ġejja:
|
|
(7) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
titħassar l-entrata 5; |
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS III
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“22. |
EN 301 444 V2.1.2 Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Standard Armonizzat għall-Istazzjonijiet Terrestri Mobbli tal-Art (LMES) li jipprovdu komunikazzjoni bil-vuċi u/jew tad-data, li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 1,5 GHz u ta’ 1,6 GHz, li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
23. |
EN 301 908-1 V13.1.1 Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
24. |
EN 301 908-14 V13.1.1 Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (SB) tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA) |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
25. |
EN 301 908-15 V11.1.2 Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 15: Ripetituri tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA FDD) |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
26. |
EN 301 908-18 V13.1.1 Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 18: Stazzjon Bażi (SB) tar-Radju Multi-Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
27. |
EN 302 217-2 V3.2.2 Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għat-tagħmir u għall-antenni punt għal punt; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw f’baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
28. |
EN 302 296-2 V1.2.1 Kompatibbiltà elettromanjetika u Materji tal-Ispettru tal-Frekwenzi tar-Radju (ERM); Tagħmir tat-trażmissjoni għas-servizz tax-xandir tat-televiżjoni diġitali, Terrestri (DVB-T); Parti 2: EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
29. |
EN 302 480 V2.1.2 Sistemi tal-Komunikazzjoni Mobbli Abbord l-Inġenji tal-Ajru (MCOBA); Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE |
Id-29 ta’ Settembru 2023 |
|
30. |
EN 302 567 V1.2.1 Networks tal-Aċċess għax-Xandir bir-Radju (BRAN); Sistemi WAS/RLAN ta’ Gigabits Multipli ta’ 60 GHz; EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE |
Id-29 ta’ Settembru 2023”. |
|
29.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/43 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/499
tat-23 ta’ Marzu 2022
li tapprova l-emendi għall-pjanijiet nazzjonali, fir-rigward ta’ Ċipru u tas-Slovenja, għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ validazzjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009
(notifikata bid-dokument C(2022) 1844)
(It-testi bil-Grieg u bis-Sloven biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 109(8) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-preżentazzjoni tal-emendi tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ validazzjoni ta’ Ċipru u tas-Slovenja,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ validazzjoni għad-data rreġistrata f’konformità ma’ dak ir-Regolament, li jippermetti lill-Istati Membri sabiex jagħmlu prijoritajiet għall-validazzjoni u l-kontroverifiki u s-segwitu sussegwenti dwar l-inkonsistenzi abbażi tal-ġestjoni tar-riskju. L-emendi għal dawk il-pjanijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2021, is-Slovenja ppreżentat emendi għall-pjan nazzjonali eżistenti tagħha lill-Kummissjoni biex din tapprovahom, li kienu ġew approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/82/UE (2). Dawk l-emendi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikoli 143 sa 145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (3). Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu approvati. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Settembru 2021, Ċipru ppreżentat emendi għall-pjan nazzjonali eżistenti tagħha lill-Kummissjoni biex din tapprovahom, li kienu ġew approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/82/UE. Dawk l-emendi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikoli 143 sa 145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu approvati. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ approvazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni se timmonitorja l-applikazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom. Jekk is-sejbiet tal-verifiki, tal-ispezzjonijiet u l-awditi mwettqa mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 juru li l-pjanijiet ma għandhomx il-kapaċità li jiżguraw li d-data rrappurtata lill-Kummissjoni fil-konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tkun kompluta, preċiża u rrappurtata fl-iskadenzi applikabbli, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi lill-Istati Membri biex jemendaw il-pjan tagħhom skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi għall-pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ validazzjoni ppreżentata fit-3 ta’ Settembru 2021 minn Ċipru, f’konformità mal-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma approvati.
Artikolu 2
L-emendi għall-pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ validazzjoni ppreżentata fit-23 ta’ Ġunju 2021 mis-Slovenja, f’konformità mal-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma approvati.
Artikolu 3
Jekk, abbażi tas-sejbiet tal-verifiki, tal-ispezzjonijiet u tal-awditjar imwettqa fil-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kummissjoni tqis li l-pjanijiet ta’ validazzjoni approvati f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 ma jiżgurawx l-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, hija tista’ titlob biex il-pjanijiet jiġu emendati wara li tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-pjan ta’ validazzjoni tagħhom f’konformità ma’ din it-talba.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru u lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/82/UE tat-13 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ validazzjoni skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 44, 15.2.2013, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
|
29.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/500
tal-25 ta’ Marzu 2022
li tistabbilixxi l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna bħala l-okkorrenza ta’ avveniment eċċezzjonali li jikkawża tfixkil sinifikanti tas-swieq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022 qed ikollha impatt fuq l-operaturi tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fl-Unjoni. It-tfixkil tal-flussi kummerċjali tal-prodotti bażiċi ewlenin għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura mir-Russja u l-Ukrajna f’daqqa waħda aggrava ż-żieda fil-prezzijiet ta’ inputs ewlenin bħall-enerġija u l-materja prima. Il-kummerċ bejn l-Ukrajna u l-Unjoni hu wkoll affettwat serjament min-nuqqas ta’ disponibbiltà tat-trasport billi l-ajruporti Ukreni sofrew taħt l-attakk Russu u l-operazzjonijiet kollha ta’ tbaħħir kummerċjali fil-portijiet Ukreni ġew sospiżi. Din il-kriżi x’aktarx li jkollha konsegwenzi serji fuq il-provvista tal-qamħ, taż-żjut veġetali u tal-ħut abjad mill-Ukrajna u mir-Russja lejn l-Unjoni, li twassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-għalf tal-ħut li żżid mal-prezzijiet attwali dejjem jogħlew għall-enerġija, jew man-nuqqas ta’ materja prima ewlenija. Parti mill-flotta tal-Unjoni waqfet mis-sajd, minħabba t-tnaqqis fil-profittabbiltà ta’ dik l-attività u l-impossibbiltà li tiġi kkumpensata ż-żieda fl-ispejjeż tal-input. Il-bastimenti tas-sajd li joperaw fil-Baħar l-Iswed ukoll qed jiffaċċjaw it-theddida ta’ possibbiltà ta’ attivitajiet militari, u għalhekk dan qed iwassal għal sospensjoni prekawzjonarja tal-attività tagħhom. L-impatt ikkombinat ta’ dawk iż-żidiet fl-ispejjeż u n-nuqqasijiet jinħass ukoll mis-setturi tal-biedja u tal-ipproċessar tal-frott tal-baħar. Għalhekk hemm tfixkil sinifikanti fis-suq ikkawżat minn żidiet kbar fl-ispejjeż u tfixkil fil-kummerċ li jeħtieġ azzjoni effettiva u effiċjenti. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/1139, f’ċirkostanzi bħal dawn, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) jista’ jappoġġa l-kumpens għal ċerti spejjeż li ma humiex eliġibbli b’xi mod ieħor għal tali kumpens, għall-operaturi tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura għall-introjtu li jkunu tilfu jew għall-ispejjeż addizzjonali, u għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 30 u 31 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/1139, ir-reġim ta’ appoġġ speċifiku, f’każ ta’ tali tfixkil sinifikanti tas-swieq, huwa limitat għall-objettiv speċifiku tal-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, tal-kwalità u tal-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll tal-ipproċessar ta’ dawk il-prodotti. F’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dak l-Artikolu 26(2), ir-reġim ta’ appoġġ japplika biss meta l-Kummissjoni tistabbilixxi l-okkorrenza ta’ avveniment eċċezzjonali li jikkawża tali tfixkil. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit li l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna hija avveniment eċċezzjonali li jikkawża tfixkil sinifikanti tas-swieq. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/1139, il-kumpens għal spejjeż addizzjonali jew dħul mitluf u kumpens ieħor previst skont dak ir-Regolament għandhom jingħataw fi kwalunkwe waħda mill-forom imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-metodoloġiji stabbiliti mill-Istati Membri għal dan il-għan għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 53(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, in-nefqa hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FEMSA jekk din tkun saret minn benefiċjarju u tħallset waqt l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm tal-FEMSA mill-Istat Membru lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2029. Madankollu, in-nefqa mġarrba bħala riżultat tat-tfixkil tas-swieq ikkawżat mill-avveniment eċċezzjonali li l-okkorrenza tiegħu hija stabbilita b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/1139 mill-24 ta’ Frar 2022, li hija d-data meta bdiet l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fir-rigward tat-tiġrib tan-nefqa, billi l-effetti tat-tfixkil tas-swieq x’aktarx li jaffettwaw lill-operaturi tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura għal diversi xhur, in-nefqa jenħtieġ li tkun eliġibbli jekk issir sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-ħtieġa ta’ implimentazzjoni rapida tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/1139, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/1139, l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022 għandha titqies bħala l-okkorrenza ta’ avveniment eċċezzjonali li jikkawża tfixkil sinifikanti tas-swieq.
Artikolu 2
In-nefqa, li l-appoġġ tagħha huwa permess bħala riżultat ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tkun eliġibbli jekk issir bejn l-24 ta’ Frar u l-31 ta’ Diċembru 2022, u titħallas sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354 28.12.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).