ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
25 ta' Marzu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tat-3 ta’ Marzu 2022 rigward l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd [2022/473]

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(Q) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,

tat-3 ta’ Marzu 2022

rigward l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd [2022/473]

IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SAJD

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021.

(2)

Il-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti (l-Artikoli 493 sa 511) tal-Ftehim tipprevedi l-kooperazzjoni dwar is-sajd bejn l-Unjoni u l-Gran Brittanja, b’mod partikolari fl-Artikoli 494(1) u 508.

(3)

L-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd, li jindirizza l-kwistjonijiet koperti mill-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti tal-Ftehim.

(4)

L-Artikolu 508 tal-Ftehim jistabbilixxi, b’mod mhux eżawrjenti, il-funzjonijit u s-setgħat tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd.

(5)

Skont l-Artikolu 9(3) tal-Ftehim, Grupp ta’ Ħidma għandu jkunu magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit u għandu jkun kopresedut minn rappreżentant tal-Unjoni u minn rappreżentant tar-Renju Unit

(6)

Skont l-Artikolu 9(4) tal-Ftehim, Grupp ta’ Ħidma għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura, l-iskeda u l-aġenda tal-laqgħat tiegħu b’kunsens reċiproku.

(7)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, b’mod partikolari tal-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti, jeħtieġ li jsiru djalogi tal-esperti dwar is-sajd b’mod regolari tul is-sena, u li jissejħu anki fi żmien qasir.

(8)

Jixraq li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd jistabbilixxi Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd (“il-Grupp ta’ Ħidma), li jkun taħt is-superviżjoni tiegħu. Jenħtieġ li dan il-Grupp ta’ Ħidma jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Jenħtieġ li jirrapporta l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd b’mod regolari,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

1.   Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiltaqa’ kull meta jiġi deċiż mill-kopresidenti, bi qbil reċiproku.

2.   Għandu jirrapporta r-riżultati u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tiegħu b’mod regolari lill-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell u f’Londra, it-3 ta’ Marzu 2022.

Il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd

Il-Kopresidenti

għar-Renju Unit, is-Sur Mike ROWE

għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Joost PAARDEKOOPER