|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/466
tas-17 ta’ Diċembru 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deroga tal-prinċipju li l-arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u l-mekkaniżmi approvati tar-rapportar huma taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Minħabba d-dimensjoni transfruntiera tat-trattament tad-data tas-suq, il-kwalità tad-data u l-ħtieġa li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, u biex jiġi evitat l-impatt negattiv tad-diverġenzi potenzjali kemm fuq il-kwalità tad-data kif ukoll fuq il-kompitu tal-fornituri ta’ rapportar tad-data, ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ittrasferixxa s-setgħat ta’ awtorizzazzjoni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data (“DRSPs”) fl-Unjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”). |
|
(2) |
Fl-istess ħin, l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (“APAs”) u l-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati (ARMs) huma derogati mis-superviżjoni mill-ESMA, u minflok jibqgħu fl-ambitu tas-superviżjoni nazzjonali, fejn l-attivitajiet tagħhom huma ta’ rilevanza limitata għas-suq intern. |
|
(3) |
L-attivitajiet tal-APA jew tal-ARM jenħtieġ li l-ewwel nett jitqiesu bħala ta’ rilevanza limitata għas-suq intern abbażi tal-ammont relattiv ta’ klijenti stabbiliti fi Stati Membri differenti mill-Istat Membru domiċiljari tal-APA jew tal-ARM. Jekk is-servizzi offruti mill-APAs jew mill-ARMs ikunu fil-biċċa l-kbira transfruntiera, id-deroga jenħtieġ li ma tapplikax. It-tieni nett, ir-rilevanza għas-suq intern jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sehem mit-total ta’ tranżazzjonijiet irrapportati jew ippubblikati li jiġi rrapportat jew ippubblikat minn APAs jew ARMs individwali. Jekk dan is-sehem jaqbeż limitu minimu, mela l-attivitajiet m’għandhomx jitqiesu bħala ta’ rilevanza limitata għas-suq intern. Il-kalkolu tal-APA jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-data dwar it-trasparenza imdaħħla fis-Sistema ta’ Data ta’ Referenza tal-Istrumenti Finanzjarji u fis-Sistema ta’ Trasparenza tal-Istrumenti Finanzjarji, waqt li l-kalkolu tal-ARM jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet imressqa lill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(4) |
Meta APA u ARM jew diversi APAs jew ARMs jiġu operati minn operatur wieħed, id-deroga tas-superviżjoni mill-ESMA tkun possibbli biss jekk l-APAs jew l-ARMs kollha jkunu eliġibbli għad-deroga. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas superviżorju l-ġdid għad-DRSPs, kif introdott fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2175, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u jidħol fis-seħħ b’mod urġenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Valutazzjoni tal-APAs u tal-ARMs
1. L-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (“APAs”) u l-mekkaniżmu ta’ rapportar approvat (“ARMs”) għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) minħabba r-rilevanza limitata tagħhom għas-suq intern jekk l-attivitajiet ta’ dawk l-APAs u l-ARMs bħala medja ma jaqbżux kwalunkwe wieħed mil-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Meta aktar minn APA jew minn ARM wieħed jiġu operati mill-istess operatur, għandha tapplika deroga biss jekk l-attivitajiet tal-ebda wieħed mill-APAs jew mill-ARMs ma jaqbżu l-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 2.
2. Għall-fini tal-awtorizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 għandha tkun ibbażata fuq stimi tal-attivitajiet futuri pprovduti mill-applikant.
3. Ir-rilevanza għas-suq intern tal-attivitajiet ta’ APA jew ta’ ARM imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vvalutata mill-ġdid mill-ESMA kull sena, billi tibda mis-sena ta’ wara l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-awtorizzazzjoni. Il-valutazzjoni tal-kriterji fl-Artikolu 2 għandha tkun ibbażata fuq data li tirrappreżenta s-sena kalendarja sħiħa qabel ir-rivalutazzjoni.
4. Fil-każ li, abbażi tar-rivalutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, f’sentejn konsekuttivi l-limiti massimi għad-deroga jew l-applikazzjoni tas-superviżjoni mill-ESMA ma jibqgħux jiġu ssodisfati, il-bidla fl-applikazzjoni jew fid-deroga tas-superviżjoni mill-ESMA għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.
Artikolu 2
Kriterji għall-identifikazzjoni tad-deroga mis-superviżjoni mill-ESMA
1. APA jew ARM għandhom ikunu soġġetti għal deroga mis-superviżjoni mill-ESMA meta:
|
(a) |
l-APA jew ARM jipprovdu servizzi lid-ditti tal-investiment jew f’isimhom suġġett għar-rekwiżiti tal-iżvelar post kummerċjali tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew ir-rekwiżit tar-rappurtar tal-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament, f’massimu ta’ tliet Stati Membri differenti, filwaqt li mill-inqas 50 % ta’dawk id-ditti ta’ investiment ikunu awtorizzati fl-istess Stat Membru bħall-APA jew l-ARM; kif ukoll |
|
(b) |
l-għadd ta’ kummerċ irrapportat lill-pubbliku u l-volum tiegħu mill-APA f’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tal-istrumenti ta’ ekwità jammonta għal inqas minn 0,5 % tal-għadd totali ta’ kummerċ jew volum irrapportat mill-APAs kollha f’konformità mal-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-regolament u l-għadd ta’ kummerċ irrapportat lill-pubbliku u l-volum tiegħu mill-APA f’konformità mal-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-regolament fir-rigward tal-istrumenti mhux ta’ ekwità ma jammontax għal aktar minn 0,5 % tal-għadd totali ta’ kummerċ jew volum irrapportat mill-APAs kollha f’konformità mal-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-regolament; kif ukoll |
|
(c) |
l-għadd ta’ tranżazzjonijiet irrapportati mill-ARM f’konformità mal-Artikoli 26(1) u 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma jammontax għal aktar minn 0,5 % tal-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet irrapportati mill-ARMs kollha f’konformità mal-Artikoli 26(1) u 26(7) ta’ dak ir-Regolament. |
2. L-APAs jew l-ARMs għandhom jipprovdu data li tippermetti l-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti meta din titlobha.
Artikolu 3
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Għall-finijiet tal-Artikolu 1, l-ESMA għandha twettaq il-valutazzjoni inizjali tal-kriterji tad-deroga elenkati fl-Artikolu 2. Din il-valutazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq data relatata mal-ewwel 6 xhur tal-2021.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/467
tat-23 ta’ Marzu 2022
li jipprevedi għajnuna ta’ aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi fis-setturi agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 106(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fl-24 ta’ Frar 2022 qed ikollha impatt fuq il-bdiewa fl-Unjoni. |
|
(2) |
It-tħassib ewlieni fil-kummerċ bejn l-Ukrajna u l-Unjoni huwa d-disponibbiltà tat-trasport. L-ajruporti Ukreni kienu minn tal-ewwel li sofrew taħt l-attakk Russu u l-operazzjonijiet kollha ta’ tbaħħir kummerċjali fil-portijiet Ukreni ġew sospiżi. |
|
(3) |
Il-kriżi x’aktarx li jkollha konsegwenzi serji fuq il-provvista tal-qmuħ f’livell globali, li se twassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet li diġà qed jogħlew għall-enerġija u għall-fertilizzanti, u li qed jaffettwaw lill-bdiewa fl-Unjoni. |
|
(4) |
It-tieni tħassib huwa l-impossibbiltà li l-prodotti tal-Unjoni jkomplu jiċċirkolaw lejn l-Ukrajna u potenzjalment anke lejn ir-Russja u l-Belarussja għal raġunijiet loġistiċi u finanzjarji, u b’hekk jiġi ġġenerat tfixkil fil-kummerċ f’xi setturi li jissarraf fi żbilanċi fis-suq tas-suq intern. Dan jaffettwa prinċipalment is-setturi tal-inbejjed u l-ispirti, tal-ikel ipproċessat (inkluż il-frott u l-ħxejjex ipproċessati), l-ikel tat-trabi, u tal-ikel tal-annimali domestiċi fil-każ tar-Russja, il-frott u l-ħxejjex fil-każ tal-Belarussja, u tal-prodotti tal-annimali fil-każ tal-Ukrajna. |
|
(5) |
Għalhekk hemm theddida akuta ta’ tfixkil fis-suq ikkawżata minn żidiet sinifikanti fil-kostijiet u minn tfixkil sinifikanti fil-kummerċ li teħtieġ azzjoni effettiva u effiċjenti. |
|
(6) |
Il-miżuri ta’ intervent fis-suq disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-forma ta’ intervent pubbliku, għajnuna għall-ħżin privat jew irtirar mis-suq jistgħu jkunu effettivi biex jerġgħu jwasslu ċertu bilanċ fis-suq billi jneħħu temporanjament jew permanentement prodotti mis-suq, iżda mhumiex ta’ natura tali li jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra t-theddida ta’ tfixkil fis-suq ikkawżat miż-żieda fil-kostijiet. Filwaqt li s-suq jeħtieġ li jaġġusta gradwalment għal ċirkustanzi ġodda, huwa meħtieġ appoġġ għall-produtturi f’setturi fejn il-kostijiet tal-inputs qed jogħlew għal livelli mhux sostenibbli u fejn il-prodotti ma jistgħux isibu s-suq disponibbli normali tagħhom. |
|
(7) |
Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddida ta’ tfixkil fis-suq, huwa essenzjali li l-għajnuna tkun disponibbli għall-produtturi fis-setturi agrikoli fl-Unjoni affettwati mit-tali tfixkil fis-suq. L-Istati Membri għandhom jagħżlu wieħed jew aktar mis-setturi kkonċernati, jew parti minnhom, biex jappoġġaw lill-produtturi li jbatu l-aktar mit-tfixkil fis-suq. |
|
(8) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw għotja finanzjarja biex jappoġġaw lill-produtturi involuti f’attivitajiet li jrawmu s-sigurtà tal-ikel jew li jindirizzaw l-iżbilanċi fis-suq, u b’hekk jippermettu l-aġġustament meħtieġ. L-ammont disponibbli għal kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit, filwaqt li jitqies il-piż rispettiv ta’ kull Stat Membru fis-settur agrikolu tal-Unjoni, abbażi tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(9) |
L-Istati Membri għandhom ifasslu miżuri li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel jew li jindirizzaw l-iżbilanċi fis-suq. Il-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dawn il-miżuri diment li jkunu involuti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin li jippruvaw jilħqu dawn l-għanijiet: l-ekonomija ċirkolari, il-ġestjoni tan-nutrijenti, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, u l-metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-klima. |
|
(10) |
L-Istati Membri għandhom iqassmu l-għajnuna permezz tal-aktar mezzi effettivi abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jqisu l-firxa tat-tfixkil fis-suq fis-setturi differenti, filwaqt li jiżguraw li l-bdiewa jkunu l-benefiċjarji aħħarija tal-għajnuna, u jevitaw kwalunkwe distorsjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni. |
|
(11) |
Peress li l-ammont allokat lil kull Stat Membru jikkumpensa biss parti mit-telf reali mġarrab mill-produtturi fis-setturi agrikoli, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu appoġġ addizzjonali lil dawk il-produtturi, bl-istess kundizzjonijiet ta’ oġġettività, ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Minħabba l-kobor tal-kriżi attwali, dan l-appoġġ nazzjonali addizzjonali jista’ eċċezzjonalment jammonta għal massimu tad-doppju tal-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Sabiex l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jiddistribwixxu l-għajnuna kif meħtieġ miċ-ċirkustanzi ta’ tfixkil fis-suq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jakkumulawha ma’ appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. |
|
(13) |
L-għajnuna prevista f’dan ir-Regolament għandha tingħata bħala miżura ta’ appoġġ għas-swieq agrikoli f’konformità mal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, wara t-trasferiment ta’ fondi mir-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu prevista fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(14) |
Peress li l-għajnuna tal-Unjoni hija stabbilita bl-euro, u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi u simultanja, huwa meħtieġ li tiġi ffissata data għall-konverżjoni fil-munita nazzjonali tagħhom tal-ammont allokat lill-Istati Membri li ma adottawx l-euro. Huwa għalhekk xieraq li jiġi determinat l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju f’konformità mal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Fid-dawl tal-prinċipju msemmi fil-paragrafu 2(b) ta’ dak l-Artikolu u fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5(c) ta’ dak l-Artikolu, id-data tal-avveniment operattiv għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Għal raġunijiet baġitarji, l-Unjoni għandha tiffinanzja n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri biss meta tali nefqa ssir sa ċerta data ta’ eliġibbiltà. |
|
(16) |
Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza, l-monitoraġġ u l-amministrazzjoni kif suppost tal-ammonti li jsiru disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri konkreti li għandhom jittieħdu, il-kriterji użati biex jiġu stabbiliti, ir-raġunament għad-distribuzzjoni tal-għajnuna fost is-setturi differenti, il-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq ikkonċernati, l-impatt mixtieq tal-miżuri u l-metodi biex jiġi ċċekkjat li dan jinkiseb. |
|
(17) |
Id-diffikultajiet biex jiġu aċċessati l-inputs u l-problemi loġistiċi li jirriżultaw minn waqfien f’daqqa ta’ konsenji kummerċjali huma ta’ tfixkil immedjat fis-suq u għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni immedjata biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod effiċjenti u effettiv. |
|
(18) |
Sabiex ikun żgurat li l-produtturi jirċievu l-għajnuna malajr kemm jista’ jkun, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw dan ir-Regolament mingħajr dewmien. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika bil-kundizzjoni li t-trasferiment ta’ EUR 350 000 000 mir-riżerva għal-linji baġitarji li jiffinanzjaw il-miżura meħtieġa jsir f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); mill-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li t-trasferiment ikun sar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-għajnuna tal-Unjoni ta’ ammont totali ta’ EUR 500 000 000 għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri biex jipprovdu għajnuna eċċezzjonali ta’ aġġustament lill-produtturi fis-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jużaw l-ammonti disponibbli għalihom kif stabbilit fl-Anness għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 f’setturi affettwati minn tfixkil fis-suq minħabba żieda fil-kostijiet tal-inputs jew restrizzjonijiet kummerċjali. Il-miżuri għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jqisu l-firxa tat-tfixkil fis-suq fis-setturi differenti, diment li l-pagamenti li jirriżultaw ma jikkawżawx distorsjoni tal-kompetizzjoni.
3. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel jew biex jindirizzaw l-iżbilanċi fis-suq u għandhom jappoġġaw lill-bdiewa li jinvolvu ruħhom f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin li jippruvaw jilħqu dawn l-għanijiet:
|
(a) |
l-ekonomija ċirkolari; |
|
(b) |
il-ġestjoni tan-nutrijenti; |
|
(c) |
l-użu effiċjenti tar-riżorsi; |
|
(d) |
l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-klima. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-bdiewa ma jkunux il-benefiċjarji diretti tal-pagamenti tal-għajnuna tal-Unjoni, il-benefiċċju ekonomiku tal-għajnuna tal-Unjoni jiġi mgħoddi lilhom b’mod sħiħ.
5. In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward tal-pagamenti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jkunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni biss jekk dawk il-pagamenti jkunu saru sat-30 ta’ Settembru 2022.
6. Fir-rigward tal-Istati Membri li ma adottawx l-euro fil-muniti nazzjonali tagħhom, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju msemmi fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-ammonti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
7. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu akkumulati ma’ appoġġ ieħor iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
Artikolu 2
L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali addizzjonali għall-miżuri meħuda skont l-Artikolu 1 sa massimuta’ 200 % tal-ammont korrispondenti stabbilit għal kull Stat Membru fl-Anness, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, diment li l-pagamenti li jirriżultaw ma jikkawżawx distorsjoni tal-kompetizzjoni.
L-Istati Membri għandhom iħallsu l-appoġġ addizzjonali sat-30 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:
|
(a) |
mingħajr dewmien u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022:
|
|
(b) |
sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2023, l-ammonti totali mħallsa għal kull miżura, fejn applikabbli, imqassma skont l-għajnuna tal-Unjoni u l-għajnuna nazzjonali addizzjonali, in-numru u t-tip ta’ benefiċjarji u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżura. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika bil-kundizzjoni li t-trasferiment ta’ EUR 350 000 000 mir-riżerva għal-linja baġitarja li tiffinanzja l-miżura eċċezzjonali jsir f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għandu japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li t-trasferiment ikun sar.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS
L-ammonti disponibbli għall-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2)
|
Stat Membru |
EUR |
|
Il-Belġju |
6 268 410 |
|
Il-Bulgarija |
10 611 143 |
|
Iċ-Ċekja |
11 249 937 |
|
Id-Danimarka |
10 389 359 |
|
Il-Ġermanja |
60 059 869 |
|
L-Estonja |
2 571 111 |
|
L-Irlanda |
15 754 693 |
|
Il-Greċja |
26 298 105 |
|
Spanja |
64 490 253 |
|
Franza |
89 330 157 |
|
Il-Kroazja |
5 354 710 |
|
L-Italja |
48 116 688 |
|
Ċipru |
632 153 |
|
Il-Latvja |
4 235 161 |
|
Il-Litwanja |
7 682 787 |
|
Il-Lussemburgu |
443 570 |
|
L-Ungerija |
16 939 316 |
|
Malta |
69 059 |
|
In-Netherlands |
8 097 139 |
|
L-Awstrija |
8 998 887 |
|
Il-Polonja |
44 844 365 |
|
Il-Portugall |
9 105 131 |
|
Ir-Rumanija |
25 490 649 |
|
Is-Slovenja |
1 746 390 |
|
Is-Slovakkja |
5 239 169 |
|
Il-Finlandja |
6 872 674 |
|
L-Iżvezja |
9 109 115 |
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/468
tat-23 ta’ Marzu 2022
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju (“CASi) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 minn Euroalliages (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Miżuri provviżorji
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji provviżorji proposti u bid-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tal-marġnijiet adegwati sabiex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem tax-xogħol. Ma wasal l-ebda kumment dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1811 (3) (“ir-Regolament provviżorju”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
|
(5) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“divulgazzjoni provviżorja”), l-ilmentatur, il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”), il-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw Ningxia Ketong New Material Technology Co., Ltd (‘Ketong’), Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd u l-kummerċant relatat tagħha Overseas Metallurgy Co., Ltd (‘Shun Tai’) u Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co., Ltd (‘Shenghua’) u utent wieħed (manifattur ta’ wajers bil-qalba Filo d.o.o.), għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li fihom għamlu l-fehmiet tagħhom magħrufa dwar is-sejbiet provviżorji. |
|
(6) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ ma’ Filo d.o.o., u ma’ produttur esportatur wieħed li kkoopera, Ketong. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha, fejn xieraq. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(9) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ ma’ Ketong. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(10) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju. |
1.5. Kampjunar
|
(11) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar ta’ produtturi, importaturi u produtturi esportaturi tal-Unjoni fir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (15), (17) u (19) tar-Regolament provviżorju. |
1.6. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(12) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (25) tar-Regolament provviżorju. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
|
(13) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet fil-premessi minn (26) sa (29) tar-Regolament provviżorju. |
3. DUMPING
|
(14) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-ilmentatur, il-GTĊ u l-produtturi esportaturi li kkooperaw ikkummentaw dwar is-sejbiet provviżorji tad-dumping. |
3.1. Valur normali
3.1.1. Distorsjonijiet sinifikanti
|
(15) |
Mad-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, kif ukoll Ketong u Shenghua ssottomettew kummenti li fihom, inter alia, huma kkontestaw il-legalità tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, kif ukoll l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti deskritti mill-Kummissjoni. Il-kummenti huma indirizzati fid-dettall hawn taħt. |
|
(16) |
Il-GTĊ sostna, l-ewwel nett, fir-rigward tar-Rapport, li ma hemm l-ebda evidenza li r-Rapport ġie approvat jew endorsjat mill-Kummissjoni, u għalhekk hemm dubji dwar jekk ir-Rapport jistax jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Min-naħa fattwali, skont il-GTĊ, ir-Rapport huwa miżrappreżentattiv, ixaqleb lejn naħa waħda u maqtugħ mir-realtà. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet rapporti tal-pajjiżi għal ftit pajjiżi magħżula biss iqajjem tħassib dwar it-trattament tan-nazzjoni l-aktar favorit. Barra minn hekk, fil-fehma tal-GTĊ, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tistrieħx biss fuq l-evidenza fir-Rapport, minħabba li dan ma jkunx konformi mal-ispirtu ta’ liġi ġusta u xierqa, minħabba li dan effettivament jammonta għal ġudizzju tal-każ qabel il-proċess. |
|
(17) |
It-tieni, il-GTĊ sostna li l-ħdim tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO (“ADA”), b’mod partikolari mal-Artikolu 2.2. tal-ADA li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jinħadem il-valur normali, bid-“distorsjonijiet sinifikanti” ma jkunux elenkati. Barra minn hekk, l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq huwa, skont il-GTĊ, inkonsistenti mal-Artikolu 6.1(b) tal-GATT u mal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, li jirrikjedu l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini meta jinħadem il-valur normali. |
|
(18) |
It-tielet, il-GTĊ afferma li l-prattiki investigattivi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mar-regoli tad-WTO sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, injorat ir-rekords tal-produttur Ċiniż mingħajr ma ddeterminat jekk dawk ir-rekords humiex konformi mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati fiċ-Ċina. F’dan ir-rigward, il-GTĊ fakkar li l-Korp tal-Appell f’DS473 u l-bord f’DS494 asserixxew li, skont l-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, sakemm ir-rekords miżmuma mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni jkunu jikkorrespondu – f’limiti aċċettabbli – b’mod akkurat u affidabbli, għall-kostijiet effettivi kollha mġarrba mill-produttur jew mill-esportatur partikolari għall-prodott taħt kunsiderazzjoni, huma jistgħu jitqiesu li “jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni” u l-awtorità investigattiva jenħtieġ li tuża tali rekords biex tiddetermina l-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi investigati. |
|
(19) |
Ir-raba’, il-GTĊ sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun konsistenti u teżamina bis-sħiħ jekk hemmx l-hekk imsejħa distorsjonijiet tas-suq fil-pajjiż rappreżentattiv. Skont il-GTĊ, li d-data tal-pajjiż rappreżentattiv tiġi aċċettata faċilment mingħajr tali evalwazzjoni tirrappreżenta “standards doppji”. Il-GTĊ indika b’mod partikolari l-mekkaniżmu tal-ipprezzar fis-suq tal-elettriku Brażiljan, preċedentament imqajjem mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw matul l-investigazzjoni. Fil-fehma tal-GTĊ, l-istess japplika għall-evalwazzjoni tal-prezzijiet u tal-kostijiet tal-industrija tal-UE. F’dan ir-rigward, il-GTĊ irrefera għal sitwazzjonijiet mifruxa fl-UE li jistgħu jqajmu tħassib dwar id-distorsjonijiet tas-suq. |
|
(20) |
Fir-rigward tal-argument dwar l-istatus tar-Rapport skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas dik id-dispożizzjoni ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Ir-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti użat biss fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk, ir-rapport inħareġ b’mod xieraq bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, minħabba li huwa purament deskrittiv u ma jesprimix fehmiet, preferenzi jew ġudizzji politiċi. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tar-rimarki li r-Rapport ixaqleb lejn naħa waħda u huwa miżrappreżentattiv, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Ir-Rapport ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017 sabiex kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u l-evidenza li fuqha huwa bbażat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat ukoll li filwaqt li indika d-difetti tar-Rapport f’termini purament ġeneriċi u astratti, il-GTĊ żamm lura milli qatt jipprovdi xi konfutazzjoni dwar is-sustanza tal-evidenza li tinsab fir-rapport. |
|
(21) |
B’reazzjoni għall-affermazzjoni tal-GTĊ dwar ksur tat-trattament tan-nazzjon l-aktar favorit, il-Kummissjoni fakkret li, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi prodott rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sewwa tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż speċifiku jew settur speċifiku f’dak il-pajjiż. Mad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha tali indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. F’Ottubru 2020 (4), il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar id-distorsjonijiet fir-Russja u, fejn xieraq, jistgħu jsegwu rapporti oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li r-rapporti ma humiex obbligatorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi u, skont l-Artikolu 2(6a)(d), l-ilmentaturi ma humiex obbligati jużaw ir-rapport, u l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż lanqas ma hija kundizzjoni biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a) wara l-Artikolu 2(6a)(e). Skont l-Artikolu 2(6a)(e), evidenza suffiċjenti li tipprova distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż miġjuba mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed biex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, minnhom infushom, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit. |
|
(22) |
Fir-rigward tat-tieni u t-tielet argumenti tal-GTĊ dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. u 2.2.1.1. tal-ADA, kif ukoll is-sejbiet fid-DS473 u fid-DS494, il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha espressa fil-premessi (72) u (73) tar-Regolament provviżorju li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompletament konformi mal-obbligi tal-UE skont il-liġi tad-WTO. Barra minn hekk, rigward l-affermazzjoni li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti inklużi fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhux elenkat fost is-sitwazzjonijiet fejn huwa permissibbli li jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2.2. ADA, il-Kummissjoni fakkret li d-dritt domestiku ma għandux bżonn juża l-istess termini bħal dawk koperti mill-Ftehimiet sabiex ikun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet, u li hi tikkunsidra li l-Artikolu 2(6a) huwa konformi bis-sħiħ mar-regoli rilevanti tal-ADA (u, partikolarment, il-possibilitajiet li jinħadem il-valur normali pprovdut fl-Artikolu 2.2. ADA). Barra minn hekk, fir-rigward tad-DS494, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw għas-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u, għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tad-WTO, minħabba li ma ġewx adottati permezz ta’ Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’dik it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik it-tilwima. |
|
(23) |
Fir-rigward tar-raba’ argument li jitlob lill-Kummissjoni taċċerta li d-data ta’ pajjiżi terzi użata fil-proċedimenti tal-Kummissjoni ma hijiex affettwata mid-distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni fakkret li, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tipproċedi biex jinħadem il-valur normali abbażi ta’ data magħżula, għajr il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur biss fejn tistabbilixxi li tali data hija l-aktar xierqa biex tirrifletti l-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. F’dan il-proċess, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża biss data mingħajr distorsjoni. F’dak ir-rigward, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar is-sorsi proposti għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni. Id-deċiżjoni aħħarija tal-Kummissjoni dwar liema data mingħajr distorsjoni jenħtieġ li tintuża biex jiġi kkalkolat il-valur normali tqis bis-sħiħ dawk il-kummenti. Fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-suq tal-elettriku Brażiljan, din il-kwistjoni diġà ġiet indirizzata fid-dettall fil-premessi (132), (133) u (152) tar-Regolament provviżorju, u hija indirizzata wkoll fil-premessa (45) ta’ hawn taħt. Fir-rigward tat-talba tal-GTĊ lill-Kummissjoni biex tevalwa d-distorsjonijiet possibbli fis-suq intern tal-UE, il-Kummissjoni naqset milli tara r-rilevanza ta’ dan il-punt fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(24) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-argumenti tal-GTĊ. |
|
(25) |
Ketong sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-ftehimiet tad-WTO - inkluż il-Protokoll ta’ Adeżjoni tad-WTO taċ-Ċina u l-ADA - kif ukoll mad-deċiżjonijiet tad-DSB, b’mod partikolari d-DS473. Ketong irrimarkat li l-Kummissjoni ma elaboratx fir-Regolament provviżorju dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, għajr li pprovdiet dikjarazzjonijiet ġenerali ħafna mingħajr ma speċifikat il-bażi ġuridika rilevanti tad-WTO. Barra minn hekk, b’referenza għad-DS473, Ketong sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex id-dritt li twarrab il-kostijiet jew il-prezzijiet tagħha abbażi tal-allegata eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, minħabba li l-eżistenza ta’ tali distorsjonijiet fl-ebda każ ma hija bażi suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-rekords tal-produttur ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-materja prima assoċjata mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(26) |
Barra minn hekk, Ketong oġġezzjonat għall-fatt li l-Kummissjoni invokat għadd ta’ fatturi trażversali eżistenti fiċ-Ċina biex turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. B’mod partikolari, Ketong argumentat li l-fatt li kienet rikonoxxuta bħala “Ċentru tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi tar-Reġjun Awtonomu għall-2020” kien sempliċiment rikonoxximent tad-dedikazzjoni u l-investiment tagħha f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u ma kienx jammonta għal intervent mill-Istat fl-operazzjonijiet ta’ Ketong. Bl-istess mod, Ketong sostniet li, bħala kumpanija bi sjieda privata, hija kienet kompletament soġġetta għal regoli moderni ta’ governanza korporattiva orjentati lejn is-suq u l-attivitajiet operattivi tagħha kienu esklussivament responsabbli għall-azzjonisti privati tal-kumpanija skont il-Liġi tal-Kumpaniji tar-RPĊ. Barra minn hekk, Ketong affermat li l-eżistenza ta’ intervent mill-Istat ma tkunx ugwali għal distorsjonijiet sinifikanti u li l-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li tistabbilixxi l-effett distorsiv tal-allegati interventi mill-Istat fuq il-prezzijiet u l-kostijiet tagħha. |
|
(27) |
Fir-rigward tal-argument dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-Ftehimiet tad-WTO u mal-ġurisprudenza tad-DSB, minbarra l-premessi (72) u (73) tar-Regolament provviżorju, issir referenza għall-premessa (22) hawn fuq fejn jiġi indirizzat l-argument. |
|
(28) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti minkejja l-interventi eżistenti tal-gvern, l-argumenti ta’ Ketong ma jistgħux jiġu aċċettati. L-ewwel, Ketong ma pprovdiet l-ebda informazzjoni li tpoġġi f’dubju l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni (ara l-premessi (57) u (58) tar-Regolament provviżorju) dwar il-kalċju-siliċju li qed jitqies bħala industrija mħeġġa u, għalhekk, soġġett għal distorsjonijiet. L-istess japplika għad-distorsjonijiet li jikkonċernaw l-inputs meħtieġa għall-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat (ara, b’mod partikolari, il-premessi (62) u (63) tar-Regolament provviżorju). It-tieni, filwaqt li Ketong qieset li r-rikonoxximent tagħha bħala “Ċentru tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi tar-Reġjun Awtonomu għall-2020” kien sempliċiment rikonoxximent tal-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u żvilupp, hija ma kkontestatx l-eżistenza tal-appoġġ finanzjarju mill-awtoritajiet Ċiniżi, u lanqas il-forom l-oħrajn ta’ appoġġ ipprovduti lis-settur kif imsemmija fil-premessi (57) u (58) tar-Regolament provviżorju. It-tielet, fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Ketong li hija kumpanija bi sjieda privata b’governanza korporattiva moderna, il-Kummissjoni ddeskriviet fil-premessi minn (40) sa (63) tar-Regolament provviżorju l-interventi sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżultaw f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lill-operaturi kummerċjali, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda jew mill-istruttura maniġerjali. |
|
(29) |
Mad-divulgazzjoni definittiva, Ketong argumentat, l-ewwel, li l-Kummissjoni falliet li tipprovdi kwalunkwe elaborazzjoni ulterjuri dwar il-bażi ġuridika eżatti jew li tirfed ir-raġunament ġuridiku relatat mal-kompatibbiltà tal-Artiklu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ftehimiet tad-WTO u d-deċiżjonijiet tad-WTO f’DS473. Skont Ketong, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni ttenni li l-Artiklu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompletament f’konformità mal-obligazzjonijiet tal-UE fil-liġi tad-WTO ma jipprovdix ċarezza addizzjonali dwar il-kwistjoni. It-tieni, Ketong tenniet li d-data minn pajjiż terz fil-ħdim tal-valur normali fuq il-bażi tal-eżistenza allegata ta’ distorsjonijiet sinifikanti hija inkompatibbli bl-Artiklu 2.2 u l-Artiklu 2.2.1.1. Id-deċiżjoni f’DS473 tal-ADA u l-Korp tal-Appell tad-WTO. It-tielet, Ketong argumentat li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li tivvaluta l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti għal kull esportatur u produttur separatament u biex individwalment jistabbilixxi l-effett distorsiv tal-interventi allegati mill-Istat fuq il-prezzijiet u l-kostijiet tal-produttur. Fl-opinjoni tal-kumpanija, mhux l-obbligu ta’ Ketong li tipproduċi evidenza li turi li d-distorsjonijiet madwar il-pajjiż kollu mhumiex applikabbli għaliha u f’dan ir-rigward il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu legali tagħha li tistabbilixxi l-effett distorsiv tal-interventi allegati mill-Istat fuq il-prezzijiet u l-kostijiet. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Fir-rigward tat-talba għal elaborazzjoni addizzjonali dwar il-kompatibilità tal-Artiklu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, il-Kummissjoni ddikjarat b’mod ċar il-pożizzjoni legali tagħha, jiġifieri li l-ħdim tal-valur normali f’sitwazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artiklu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet stabbilita, hija konformi mal-liġi tad-WTO, anki mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artiklu 2.2 u l-Artiklu 2.2.1.1. ADA, kif ukoll ir-rapporti dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim, b’mod partikolari f’DS473. Għalhekk, il-Kummissjoni saħqet l-opinjoni tagħha espressa fil-premessi (72) u (73) tar-Regolament proviżorja u ddikjarati mill-ġdid fil-premessi (22) u (27) hawn fuq. Barra minn hekk, u anki fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ Ketong dwar l-użu tad-data ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni indikat li teżisti sitwazzjoni dwar is-suq tal-prodott simili jew l-inputs tiegħu, bħal dak li jinsab iċ-Ċina, tista’ tammonta għal sitwazzjoni fejn il-bejgħ domestiku tal-esportatur tal-prodott simili ma jippermettix tqabbil adegwat mal-bejgħ tal-esportatur tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. Din hija s-sitwazzjoni fil-każ fejn id-distorsjonijiet sinifikanti fis-suq Ċiniż jista’ joħloq żbilanċ meta mqabbel mas-sitwazzjoni fis-suq tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li għajr ir-referenza għas-sottomissjonijiet preċedenti, Ketong ma ġabitx xi argument addizzjonali dwar l-użu tad-data tal-pajjiż terz. Dwar l-argument Ketong dwar l-oneru tal-prova li għandha l-Kummissjoni, ma hemmx lok għat-talba. Il-Kummissjoni fakkret li ladarba jkun determinat li, minħabba l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż tal-esportazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b), mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibni n-normali bl-użu tal-prezzijiet mhux distorti jew il-valuri ta’ riferiment f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a). Tali determinazzjoni saret abbażi tal-valutazzjoni mwettqa fil-premessi (40) sa (63) tar-Regolament proviżorju u applikat individwalment għal-Ketong. Il-Kummissjoni fakkret ulterjorment li l-Artikolu 2(6a)(a) tippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikunu stabbiliti pożittivament li ma għandhomx ikunu distorti. Madankollu, l-ebda minn argumenti preżentati minn Ketong (ara l-premessa (26)) ma wera li dan ikun il-każ. |
|
(31) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-argumenti ta’ Ketong ġew irrifjutati. |
|
(32) |
Shenghua rreferiet għall-kummenti preċedenti tagħha, filwaqt li tenniet il-pożizzjoni tagħha li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma huwiex konformi mal-ADA u kkonkludiet li n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ftehim tad-WTO jirriżulta fid-divulgazzjoni preliminari li ma tissodisfax l-istandard legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
It-tieni, Shenghua rrimarkat li, anki jekk l-użu tad-data minn pajjiż terz jista’ ma jkunx ipprojbit fid-dawl tad-deċiżjoni ta’ DS473, il-Kummissjoni għandha tuża d-data dwar il-kostijiet minn pajjiż terz rappreżentattiv sabiex tasal għall-kost tal-produzzjoni fiċ-Ċina. Shenghua sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel dan u l-kumpanija affermat f’dan ir-rigward li valur normali maħdum ibbażat fuq il-fatturi ta’ produzzjoni f’pajjiż terz rappreżentattiv ma jista’ bl-ebda mod jirrifletti l-livell tal-prezzijiet u tal-kostijiet fil-pajjiż esportatur, li min-naħa tiegħu jirriżulta f’valur normali ferm differenti minn dak fir-rekords tal-produttur esportatur. |
|
(34) |
It-tielet, Shenghua sostniet li l-leġiżlazzjoni tal-UE introduċiet kunċett li ma jeżistix fl-ADA, sakemm tipprevedi li jinħadem tal-valur normali jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, filwaqt li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jordna l-kostruzzjoni tal-valur normali biss jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors normali tal-kummerċ. |
|
(35) |
Barra minn hekk, Shenghua affermat li ma teżisti l-ebda distorsjoni sinifikanti fis-settur tal-kalċju-siliċju fiċ-Ċina minħabba li: (i) minkejja li Shenghua hija kumpanija tal-Istat, is-sjieda azzjonarja tal-gvern mhux bilfors twassal biex il-gvern jintervjeni fl-imġiba kummerċjali tal-kumpanija fis-suq; għall-kuntrarju, ix-xiri ta’ fatturi ta’ produzzjoni minn Shenghua kien ibbażat fuq negozjati u kuntratti mal-fornituri u Shenghua hija orjentata lejn is-suq, (ii) l-allegati interventi tal-gvern fis-suq tal-kalċju-siliċju ġew stabbiliti abbażi tar-Rapport, li fil-fehma ta’ Shenghua ma huwiex oġġettiv, iżda huwa skadut u affettwat minn raġunament ċirkolari, minħabba li kien tħejja mill-Kummissjoni bħala bażi għall-konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti, (iii) il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq referenzi għal liġijiet mhux rilevanti għal din l-investigazzjoni – bħal liġijiet dwar il-proprjetà jew il-falliment – jew fuq sempliċi linji gwida mingħajr effetti vinkolanti – bħat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin – u invokat fatturi li ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-ġestjoni u l-operat ta’ Shenghua – bħas-CEO li fl-istess ħin għandu wkoll il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Partit. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u l-istandard legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet, Shaanxi Shenghua tidher li qed tgħaqqad l-obbligu li jiġu ddikjarati r-raġunijiet għall-applikazzjoni sostantiva tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma’ allegat obbligu li tiġi spjegata l-bażi ġuridika tad-WTO li tappoġġa l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni spjegat fid-dettall fil-premessi minn (40) sa (63) tar-Regolament provviżorju r-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u b’hekk tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligu legali tagħha li tipprovdi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet. |
|
(37) |
Fir-rigward tal-argumenti ta’ Shenghua dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ADA u s-sejbiet tad-DSB, dawn fil-biċċa l-kbira jikkoinċidu ma’ argumenti simili mqajma mill-GTĊ u minn Ketong u diġà ġew indirizzati fil-premessa (22) hawn fuq. |
|
(38) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Shenghua dwar l-allegat nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni fakkret li (i) skont l-Artikolu 2(6a)b tar-Regolament bażiku, is-sjieda tal-Istat tista’ tkun indikatur importanti tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti; anki l-produtturi privati tal-kalċju-siliċju joperaw fl-ambjent iddominat mill-preżenza tal-Istat u mill-gwida tal-Istat tal-industrija tal-kalċju-siliċju, kif ukoll mill-industriji relatati, bħall-produtturi ta’ materja prima; (ii) ir-Rapport huwa bbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (20) hawn fuq; (iii) id-distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw minn funzjonament inadegwat tal-liġijiet dwar il-proprjetà u l-falliment, is-sistema tal-ippjanar, inkluża n-natura vinkolanti tagħha, kif ukoll il-preżenza tal-Istat fid-ditti, mhux l-inqas permezz tal-influwenza dejjem tikber tas-CCP fuq l-imġiba kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi, huma rilevanti wkoll fil-każ ta’ Shenghua, minħabba li dawn il-liġijiet u r-regoli huma ġeneralment applikabbli fiċ-Ċina u jħallu impatt fuq il-kumpaniji kollha, inkluża Shenghua. Shenghua ma ssottomettiet l-ebda evidenza biex turi li dawk id-distorsjonijiet preżenti fil-livell tal-pajjiż kollu ma jaffettwawx lill-kumpanija, u lanqas ma wriet għaliex l-argument tal-Kummissjoni li l-fatt li s-CEO tal-kumpanija fl-istess ħin ikun ukoll Segretarju tal-Partit jindika influwenza tas-CCP fuq il-kumpanija ma jkunx validu. |
|
(39) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Shenghua kkontestat l-applikabbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, billi sostniet li l-Kummissjoni pprovdiet biss dikjarazzjoni wiesgħa biex tiġġustifika l-applikazzjoni tagħha, u b’hekk injorat li anki jekk ir-Regolament bażiku ma għandux għalfejn juża l-istess termini eżatti bħall-ftehim kopert tad-WTO, jenħtieġ li l-liġi domestika tal-UE ma tikkontradixxix il-ftehimiet tad-WTO. F’dak ir-rigward, Shenghua qieset li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. It-tieni, Shenghua sostniet li s-sjieda tal-Istat ma tikkontribwixxix għal distorsjonijiet sinifikanti. B’mod aktar speċifiku, Shenghua indikat li l-operat tagħha huwa orjentat lejn is-suq u d-deċiżjonijiet tagħha jirrispondu għad-domanda tas-suq. Madankollu, il-Kummissjoni la ċċarat ir-rabta bejn il-liġijiet dwar il-proprjetà u l-falliment u distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas ma spjegat għaliex il-fatt li s-CEO jkollu l-pożizzjoni tas-Segretarju tal-Partit jikkawża distorsjonijiet sinifikanti. Shenghua rreferIET għall-eżistenza ta’ partiti politiċi f’pajjiżi oħra inkluż fl-UE. Barra minn hekk, Shenghua fakkret li għandha żewġ azzjonisti li minnhom wieħed biss huwa proprjetà tal-Istat – bl-ieħor ikun persuna fiżika – u li skont l-istatut ta’ assoċjazzjoni tiegħu l-azzjonist tal-Istat ma setax jikkontrolla waħdu l-operazzjonijiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, Shenghua rreferiet għall-Artikolu 6 tal-liġi Ċiniża dwar l-SOE (5), li skontu l-funzjonijiet amministrattivi pubbliċi għandhom jiġu separati minn dawk tal-investitur tal-assi tal-istat. Fil-fehma ta’ Shenghua, l-operat ta’ Shengua huwa għalhekk indipendenti mill-gvern u s-sjieda tal-Istat ma tikkontribwixxix għal distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(40) |
L-argument ta’ Shenghua dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO huwa ta’ natura simili għal dak ippreżentat minn Ketong u ġie indirizzat fil-premessa (30). Fir-rigward tal-argumenti ta’ Shenghua dwar ir-relazzjoni bejn is-sjieda tal-istat, kif ukoll il-liġijiet dwar il-proprjetà u l-falliment, u distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni fakkret li skont l-ewwel u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-preżenza fis-suq inkwistjoni ta’ intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni tal-politika tal-Istat, kif ukoll in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-liġijiet korporattivi jew dawk dwar il-proprjetà, huma fost l-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li minbarra l-preżentazzjoni ta’ dan il-punt ġenerali, Shenghua ma kkontestatx l-analiżi dettaljata tal-Kummissjoni fil-premessi (43), (44) u (46) tar-Regolament proviżorju u l-premessa (38). L-argumenti ta’ Shenghua dwar l-indipendenza tal-kumpanija mill-gvern huma aktar speċifiċi, madankollu, ma jistgħux ibiddlu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessi (47) u (48) tar-Regolament proviżorju. L-ewwel nett, filwaqt li r-referenza ta’ Shenghua għall-partiti politiċi f’pajjiżi oħra hija fi kwalunkwe każ irrilevanti fil-kuntest preżenti, il-Kummissjoni nnotat il-kontroll dejjem aktar b’saħħtu tas-CCP fuq in-negozji b’mod ġenerali (ara l-premessa (41) tar-Regolament provviżorju) u tas-settur tal-kalċju-siliċju b’mod partikolari (ara l-premessi (47) u (48) tar-Regolament proviżorju). It-tieni, fir-rigward tas-CEO ta’ Shenghua li fl-istess ħin huwa s-Segretarju tal-Partit, il-Kummissjoni osservat li mhux biss Shenghua ma kkontestatx l-analiżi tal-Kummissjoni tal-attivitajiet tal-bini tal-partit u r-rwol tas-CCP fil-kumpanija fil-premessa (48) tar-Regolament proviżorju. Għall-kuntrarju, il-kumpanija kkonfermat b’mod miftuħ id-dipendenza tagħha fuq “l-appoġġ qawwi tal-gvern u s-setturi kollha tas-soċjetà” u l-intenzjonijiet tagħha li “tkun iggwidata mill-ispirtu tas-Sitt Sessjoni Plenarja tat-18-il Kumitat Ċentrali CPC u s-serje ta’ diskorsi importanti mis-Segretarju Ġenerali Xi” fuq is-sit web tagħha stess (6). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret ukoll fil-premessa (41) tar-Regolament proviżorju u l-valutazzjoni korrispondenti dwar l-influwenza tas-CCP fuq l-ekonomija Ċiniża, b’mod partikolari l-Kapitolu 2 tar-Rapport. Ir-referenza ta’ Shenghua għall-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha hija għalhekk qarrieqa. L-azzjonist minoritarju li fl-istess ħin iservi bħala d-direttur eżekuttiv tal-kumpanija permezz tas-sħubija tiegħu fis-CCP huwa espliċitament obbligat li jimplimenta l-prinċipji u l-politiki tal-partit (7). Konsegwentement, l-istatut ta’ assoċjazzjoni, mhux talli ma jurix l-indipendenza ta’ Shenghua mill-Istat, iżda fil-fatt juri rabtiet ċari bejn il-politiki tal-partit/tal-Istat u l-imġiba kummerċjali tal-kumpanija. It-tielet, l-interpretazzjoni ta’ Shenghua tal-liġi Ċiniża dwar l-SOE hija manifestament selettiva. Filwaqt li l-kumpanija enfasizzat id-diviżjoni formali bejn ir-rwoli amministrattivi u tal-azzjonisti tal-Istat skont l-Artikolu 6 tal-liġi SOE, hija għażlet li tħalli barra referenza għall-Artikolu 1. L-Artikolu 1 jiddefinixxi l-għan ġenerali tal-liġi bħala, inter alia, l-appoġġ tar-rwol ewlieni tas-settur ekonomiku tal-Istat fl-ekonomija nazzjonali, u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ekonomija tas-suq soċjalista. Shenghua naqas ukoll milli jirreferi għall-Artikolu 7 li jagħti mandat lill-Istat biex jinkoraġġixxi investiment akbar tal-kapital tal-Istat f’industriji ewlenin u f’oqsma importanti għall-ekonomija nazzjonali; kif ukoll mal-Artikolu 36 li skontu l-SOEs, meta jagħmlu investimenti, għandhom jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali. |
|
(41) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-argumenti ta’ Shenghua ġew irrifjutati. |
|
(42) |
Il-kummenti sottomessi mill-ilmentatur kienu jirriflettu fil-biċċa l-kbira t-tweġiba tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq għall-argumenti ta’ Shenghua. B’mod partikolari, l-ilmentatur qies li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompletament konformi mal-obbligu tal-Unjoni skont id-WTO u li Shenghua fil-fatt tirrappreżenta eżempju perfett ta’ distorsjonijiet sinifikanti eżistenti fis-settur tal-kalċju-siliċju fiċ-Ċina, mhux l-inqas fid-dawl tal-kontroll tal-gvern fuq l-istruttura korporattiva ta’ parti mill-ekonomija li hija proprjetà tal-Istat, kif ukoll tal-influwenza tas-CCP fuq il-korpi maniġerjali ta’ kumpaniji individwali. Barra minn hekk, b’referenza għar-Rapport u għall-investigazzjoni reċenti dwar il-ferrosiliċju (8), l-ilmentatur sostna li s-settur tal-kalċju-siliċju fiċ-Ċina huwa distort ħafna mill-intervent tal-Istat. Fuq din il-bażi, l-ilmentatur ikkonkluda li l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku biex jiġi kkalkolat il-valur normali kien iġġustifikat bis-sħiħ. |
3.1.2. Pajjiż rappreżentattiv
|
(43) |
Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Id-dettalji dwar il-metodoloġija użata għall-għażla ġew stabbiliti fl-Ewwel u fit-Tieni noti magħmula disponibbli għall-partijiet fil-fajl miftuħ fis-7 ta’ Mejju 2021 u fl-14 ta’ Ġunju 2021 (“l-Ewwel Nota” u “it-Tieni Nota”), u fil-premessi minn (86) sa (139) tar-Regolament provviżorju. |
|
(44) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong u Shenghua tennew l-affermazzjonijiet li għamlu bil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel u t-Tieni Noti li l-Brażil ma huwiex pajjiż rappreżentattiv xieraq. Ketong tenniet li hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-suq tal-elettriku fil-Brażil u sostniet li, għalhekk, il-Brażil ma huwiex pajjiż rappreżentattiv xieraq u li, sabiex tkun konsistenti, il-Kummissjoni trid tapplika l-istess kriterji għall-pajjiż rappreżentattiv kandidat bħal dawk elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, li hija applikat fil-valutazzjoni ta’ jekk pajjiż li qed jiġi investigat għandux suq distort. Dan ġie affermat ukoll mill-GTĊ. Fl-aħħar nett, Ketong affermat li ma kien hemm l-ebda data pubblika sinifikanti disponibbli fil-Brażil għall-kwarzit, materjal ta’ input ewlieni, u tenniet li r-Russja hija pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni nnotat li la Ketong u lanqas il-GTĊ ma ssottomettew evidenza li turi li l-prezz referenzjarju għall-elettriku kif stabbilit mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija stabbilita fil-premessa (152) tar-Regolament provviżorju kien distort b’intervent mill-Gvern tal-Brażil. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-premessa (133) tar-Regolament provviżorju f’dan ir-rigward. EDP Brasil hija waħda mill-akbar kumpaniji ta’ utilitajiet tal-elettriku tal-Brażil u hija proprjetà privata. Hija tiġġenera, tiddistribwixxi u tbigħ l-elettriku lil tipi differenti ta’ klijenti, inklużi konsumaturi industrijali. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda indikazzjoni fil-fajl li l-prezzijiet tal-elettriku mitluba minn EDP Brasil u ppubblikati fuq is-sit web tagħha kienu fil-fatt distorti. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(46) |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ data pubblika sinifikanti fil-Brażil għall-kwarzit, il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma ressqet l-ebda argument ieħor għajr dawk stabbiliti diġà, u indirizzati, fil-premessi (94) u (129) tar-Regolament provviżorju. Għal din ir-raġuni, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(47) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li r-Russja kienet pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq, il-Kummissjoni nnotat li Ketong tenniet l-argumenti tagħha stabbiliti fil-premessa (114) tar-Regolament provviżorju mingħajr ma pprovdiet argumenti ġodda. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (90), (115) u (116) tar-Regolament provviżorju, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(48) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Brażil ma kienx pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba nuqqas iddikjarat ta’ data affidabbli u mingħajr distorsjoni għaż-żewġ inputs l-aktar importanti, l-elettriku u l-kwarzit. Ketong sostniet li s-suq tal-elettriku fil-Brażil kien distort u l-Kummissjoni kienet injorat dan il-fatt. Hija sostniet wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tiċċara għaliex in-nuqqas ta’ data sinifikanti pubblikament disponibbli għall-kwarzit ma affettwax l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv. Ketong tenniet li r-Russja kienet pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq mill-Brażil. |
|
(49) |
Il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma ressqet l-ebda argument ġdid għajr dawk li diġà tqajmu bil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni proviżorja u li setgħu biddlu l-konklużjonijiet kif stabbiliti fil-premessi (45), (46) u (47). Għalhekk, l-affermazzjoni minn Ketong ġiet miċħuda. |
|
(50) |
Shenghua tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Brażil ma kienx pajjiż rappreżentattiv xieraq għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (96) u (123) tar-Regolament provviżorju, u li minflok jenħtieġ li jintgħażel il-Każakistan. Minħabba li Shenghua ma pprovdietx argumenti ġodda li setgħu biddlu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni kif stabbilit fil-premessi (118) u (124) tar-Regolament provviżorju, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(51) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha stabbilita fil-premessa (139) tar-Regolament provviżorju. |
3.1.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni
|
(52) |
Il-Kummissjoni stabbiliet id-dettalji dwar is-sorsi użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fil-premessi minn (140) sa (141) tar-Regolament provviżorju. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rċeviet affermazzjonijiet mingħand produttur esportatur wieħed dwar sorsi differenti użati biex jiġi ddeterminat il-valur normali. |
3.1.3.1.
|
(53) |
Ketong affermat li l-valur mingħajr distorsjoni għall-kwarzit stabbilit mill-Kummissjoni b’referenza għall-prezz medju tax-xiri mħallas mill-industrija tal-Unjoni ma ssodisfax l-istandards legali tal-Artikolu 2(6a) u kien jikkontradixxi l-fatti. L-ewwel, Ketong sostniet li l-valur mingħajr distorsjoni jenħtieġ li joriġina minn pajjiż terz rappreżentattiv li jkollu livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina. It-tieni, Ketong irrimarkat li d-data tas-sors użata biex jiġi stabbilit il-prezz referenzjarju kienet ġejja mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u, għalhekk, ma kinitx disponibbli għall-pubbliku. It-tielet, Ketong irreferiet għall-informazzjoni sottomessa mal-kummenti tagħha għat-Tieni Nota, li turi li l-prezz referenzjarju stabbilit mill-Kummissjoni ddevja mill-prezz għall-kwarzit iddikjarat fil-lista tal-prezzijiet ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni għall-istess materjal. |
|
(54) |
Fir-rigward tal-ewwel argument ta’ Ketong, il-Kummissjoni ma qablitx. Għall-kuntrarju ta’ dak li affermat Ketong, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jistipulax li l-prezzijiet jew il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni jenħtieġ li joriġinaw esklussivament minn pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur. Jekk tqis li jkun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tuża wkoll prezzijiet, kostijiet jew parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a). Din id-dispożizzjoni ma fiha l-ebda kwalifikatur fir-rigward tal-għażla tal-prezzijiet, tal-kostijiet jew tal-parametri referenzjarji internazzjonali xierqa. Lanqas ma hemm referenza għas-sors ta’ dawn il-parametri referenzjarji potenzjali li għandhom ikunu f’pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni biex tagħżel parametru referenzjarju xieraq f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li jintuża l-valur tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq magħżul. F’din l-investigazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ data rilevanti għall-kwarzit fil-Brażil u minħabba n-nuqqas ta’ prezzijiet, kostijiet jew parametri referenzjarji internazzjonali xierqa oħrajn disponibbli fil-fajl għall-kwarzit, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li terġa’ lura għall-prezz tal-kwarzit fis-suq tal-Unjoni bħala parametru referenzjarju adattat f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a). |
|
(55) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong sostniet li l-prezz tax-xiri tal-industrija tal-Unjoni tal-kwarzit użat bħala prezz referenzjarju mill-Kummissjoni ma kienx parametru referenzjarju xieraq peress li ma kienx jirrifletti l-kundizzjonijiet fir-RPĊ fin-nuqqas tad-distorsjonijiet sinifikanti. Ketong sostniet li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tuża, inklużi l-prezzijiet, il-kostijiet jew il-parametri referenzjarji internazzjonali, trid tirrifletti l-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż esportatur, jew tal-anqas tadatta dik l-informazzjoni biex tissodisfa l-kundizzjonijiet tas-suq fil-pajjiż esportatur fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Ketong sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda evidenza li turi li l-prezz medju tax-xiri mħallas mill-industrija tal-Unjoni għall-kwarzit huwa “il-prezzijiet, il-kostijiet, jew il-valuri ta’ riferiment internazzjonali” msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a). Ketong argumentat ukoll li l-prezz imħallas fl-Unjoni qajla jista’ jirrappreżenta l-livell tal-prezz internazzjonali, peress li hemm ħafna pajjiżi fornituri oħra ta’ kwarzit, li skont hi d-data tagħhom jenħtieġ li tkun parti wkoll mis-sett ta’ data internazzjonali biex jiġi stabbilit prezz referenzjarju raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kwarzit, minflok il-prezz tal-Unjoni biss. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. L-ewwel nett, hija nnotat li bil-kummenti tagħha Ketong ma kinitx ipprovdiet prezz internazzjonali għall-kwarzit li l-Kummissjoni setgħet użat bħala alternattiva għall-valur ta’ riferiment li kienet stabbiliet. It-tieni, Ketong ma ressqet l-ebda evidenza li l-valur ta’ riferiment kif stabbilit mill-Kummissjoni kien distort. Fin-nuqqas ta’ alternattivi oħra, il-Kummissjoni qieset li l-prezz tal-kwarzit fis-suq tal-Unjoni jikkostitwixxi valur ta’ referiment xieraq mingħajr distorsjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(57) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Ketong li d-data tas-sors li l-Kummissjoni użat biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju ma kinitx disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni tinnota li l-fajl miftuħ kien fih id-data tas-sors aggregata attwali sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni, li taw il-permess speċifiku tagħhom biex dik l-informazzjoni tiġi żvelata skont l-Artikolu 19(5) tar-Regolament bażiku. B’riżultat ta’ dan, id-data titqies li hija faċilment disponibbli. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-data tas-sors inkwistjoni ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni u nstabet li tirrifletti l-kost attwali tal-kwarzit li huwa adattat għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, li huwa kemm affidabbli kif ukoll rappreżentattiv. |
|
(58) |
Fir-rigward tat-tielet argument ta’ Ketong, l-investigazzjoni mill-Kummissjoni żvelat li l-prezz tal-kwarzit fuq is-sit web tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat kien jirrifletti l-kwarz (skart) irrifjutat li ma kienx adattat għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju u, għalhekk, dak il-prezz ma kienx rappreżentattiv tal-kost tal-kwarzit użat għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(59) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-argumenti ta’ Ketong ġew irrifjutati. |
3.1.3.2.
|
(60) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Ketong sostniet li l-Kummissjoni ma kellhiex tuża l-prezz tal-elettriku allegatament regolat ippubblikat fuq is-sit web ta’ EDP Brażil bħala sors xieraq biex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju mingħajr distorsjoni tal-elettriku, iżda pjuttost il-prezz tas-suq ħieles peress li dan ikun il-prezz li bih il-produtturi tal-kalċju-siliċju jixtru l-elettriku tagħhom. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni nnotat li Ketong irrepetiet l-argumenti tagħha stabbiliti fil-premessa (131) tar-Regolament provviżorju, li l-Kummissjoni rrifjutat bil-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (132) u (133) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni. |
|
(62) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong sostniet li l-prezz referenzjarju għall-elettriku jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-prezzijiet tas-suq ħieles fil-Brażil u mhux fuq il-prezzijiet regolati u argumentat ukoll li l-pretensjonijiet tagħha ma ġewx indirizzati biżżejjed fil-premessi (132) u (133) tar-Regolament proviżorju. |
|
(63) |
Kif spjegat fil-premessa (45), Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-prezz referenzjarju għall-elettriku kif ikkalkulat mill-Kummissjoni kien distort permezz ta’ intervent mill-Gvern tal-Brażil. Ketong lanqas ma speċifikat kif il-Kummissjoni setgħet tindirizza b’mod aktar suffiċjenti l-affermazzjonijiet tagħha fil-premessi (132) u (133) tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni. |
|
(64) |
Shenghua affermat li fil-premessa (281) tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-elettriku ma kienx soġġett għal distorsjoni fir-RPĊ u li, għalhekk, jenħtieġ li r-rata tal-elettriku tagħha ma tiġix sostitwita bir-rata tal-elettriku tal-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif spjegat fil-premessa (52) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-elettriku fir-RPĊ ma humiex ibbażati fuq is-suq u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-konklużjoni provviżorja tal-Kummissjoni rigward l-elettriku kif stabbilit fil-premessa (281) tar-Regolament provviżorju kienet li l-elettriku ma kienx soġġett għal xi distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-kalkolu tal-valur normali u l-valutazzjoni relatata mal-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri kienu analiżijiet differenti bbażati fuq artikoli differenti tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-konklużjonijiet milħuqa skont l-Artikolu 2(6)(b) kienu bbażati fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur u l-ħafna fatturi differenti li tqiesu, l-investigazzjoni skont l-Artikolu 7(2a) hija aktar limitata u titwettaq fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-applikabbiltà tar-regola tad-dazju inferjuri u tirreferi għal-lista magħluqa ta’ sitwazzjonijiet li tinsab f’dak l-artikolu. Il-fatt li l-elettriku ma kienx suġġett għal xi distorsjoni fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina ma jfissirx li tali input mhux affettwat minn distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina kif instab f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Shenghua ġiet miċħuda. |
3.1.4. Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni
|
(66) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li d-data tal-GTA dwar l-importazzjonijiet fil-Brażil saret disponibbli fil-livell CIF. Bl-użu ta’ dan is-sett ta’ data ġdid u meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-kalċju-siliċju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.1.4.1.
|
(67) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong affermat li l-metodu użat mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-importazzjoni CIF għall-Brażil kif stabbilit fil-premessa (144) tar-Regolament provviżorju kien distortiv. Ketong sostniet li koeffiċjent wieħed ma setax ikun rappreżentattiv tal-kostijiet tat-trasport u tal-assigurazzjoni li x’aktarx kienu jvarjaw skont it-tip ta’ materja prima u l-pajjiż fornitur u affermat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi koeffiċjent għal kull materja prima tal-input u għal kull pajjiż fornitur. |
|
(68) |
Kif spjegat fil-premessa (66), sar disponibbli sett ta’ data ġdid fil-GTA, li kien jinkludi data tal-importazzjoni fil-livell CIF għall-Brażil. Il-Kummissjoni użat dan is-sett ta’ data ġdid biex tistabbilixxi l-valuri mingħajr distorsjoni tal-materja prima msemmija fit-Tabella 1. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Ketong ma kinitx ikkunsidrata aktar. |
3.1.4.2.
|
(69) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong affermat li l-metodoloġija li użat il-Kummissjoni biex tikkalkula l-parametru referenzjarju għall-elettriku fil-Brażil kienet difettuża. Ketong innotat li l-Kummissjoni applikat medja sempliċi tat-tariffi tal-elettriku u tad-distribuzzjoni kif disponibbli fuq is-sit web ta’ EDP Brasil għall-2021, aġġustata għall-inflazzjoni. Ketong sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża d-data disponibbli dwar it-tariffi tal-elettriku għall-perjodu ta’ investigazzjoni u mhux id-data tal-2021 ikkoreġuta għall-inflazzjoni. Ketong irrimarkat ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll it-tariffi għal domanda massima u mhux massima u tillimita l-kalkolu tagħha għall-prezzijiet mitluba lill-konsumaturi industrijali b’intensità ta’ enerġija għolja, bħall-produtturi tal-kalċju-siliċju. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat l-affermazzjoni ta’ Ketong u sabet li kienet raġonevoli. Hija aċċettat l-affermazzjoni u kkalkolat mill-ġdid il-parametru referenzjarju għall-elettriku abbażi tad-data tariffarja disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni fuq is-sit web ta’ EDP Brasil (9), filwaqt li qieset it-tariffi differenti għal perjodi b’domanda massima u mhux massima u l-prezzijiet rilevanti mitluba lill-konsumaturi industrijali b’intensità ta’ enerġija għolja. |
|
(71) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong affermat li kien ukoll disponibbli sett ta’ data tariffarja aktar reċenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni fuq is-sit web ta’ EDP Brasil mis-sett użat mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni missha qieset ukoll dan is-sett ta’ data għall-kalkolu tal-prezz referenzjarju għall-elettriku. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni nnotat li dan l-argument ma kienx sostanzjat. B’mod partikolari, is-sett ta’ data tariffarja msemmi minn Ketong ma kienx disponibbli fuq is-sit web ta’ EDP Brasil jew għall-PI, u għalhekk ma setax jiġi vverifikat għall-preċiżjoni tiegħu jew jintuża għal din l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-affermazzjoni ulterjorment. |
3.1.4.3.
|
(73) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong affermat li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni tal-mikrosilika kif stabbilit fil-premessa (148) tar-Regolament provviżorju kienet defiċjenti, minħabba li rabtet b’mod artifiċjali l-valur tal-prodott sekondarju ma’ dak tal-materjali tal-input, fejn ma kienet teżisti l-ebda relazzjoni bħal din. Ketong issuġġeriet li tintuża d-data tal-esportazzjoni mill-pajjiż rappreżentattiv biex jinħadem il-parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni, minħabba li affermat li kienet prattika stabbilita tal-Kummissjoni li tagħmel dan f’każ li ma tkunx disponibbli data tal-importazzjoni rappreżentattiva fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni nnotat li din l-entrata kienet tirrappreżenta parti negliġibbli (inqas minn 0,1 %) tal-kost tal-materjali u li, b’hekk, il-kwistjoni kkonċernata ma affettwatx il-livell tal-miżuri. Għalhekk il-kwistjoni ma kinitx ikkunsidrata ulterjorment. |
|
(75) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong tenniet li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni kienet ta’ distortiva. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma ressqet l-ebda argument ġdid li seta’ jibdel il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (74). Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.4.4.
|
(76) |
Ketong affermat li l-Kummissjoni kellha tidentifika l-parametru referenzjarju tal-oġġetti tal-konsum u tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura separatament minn inputs oħrajn, minflok ma testrapola l-valur tagħhom bl-użu, għall-oġġetti tal-konsum, ta’ persentaġġ ikkalkolat fuq il-kost totali tal-materja prima u, għall-ispejjeż ġenerali, persentaġġ fuq il-kost dirett totali effettivament imġarrab mill-produtturi Ċiniżi. Hija affermat li, minflok, il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet attwali tagħha tal-oġġetti tal-konsum u tal-ispejjeż ġenerali. Ketong sostniet li l-affermazzjoni tagħha kienet tapplika bl-istess mod għall-kostijiet tat-trasport għall-provvista ta’ materja prima, fejn il-Kummissjoni esprimiet dan il-kost tat-trasport bħala persentaġġ tal-kost attwali tal-materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Ketong sostniet li minħabba li l-kost tal-materja prima ġie kkalkolat mill-ġdid bl-applikazzjoni ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni, dan kien jammonta għar-rabta tal-kost tat-trasport ukoll maż-żieda fil-valur tal-materja prima, li hija affermat li ma kinitx korretta, minħabba li ma kien hemm l-ebda rabta bħal din. |
|
(77) |
Il-Kummissjoni nnotat li hija l-prattika standard tagħha li ma tikkalkolax parametru referenzjarju individwali għall-oġġetti tal-konsum, iżda li tesprimihom bħala persentaġġ tal-kost totali tal-materja prima fuq il-bażi tad-data tal-kost irrapportata mill-produtturi esportaturi u mbagħad li tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materjali meta jintużaw il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ġew stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti fit-Taqsima 3.1.1. hawn fuq. F’dak il-każ, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, jistgħu jintużaw il-kostijiet domestiċi, iżda biss sal-punt li jiġu stabbiliti b’mod pożittiv bħala mhux distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. L-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-fatturi ta’ produzzjoni raggruppati taħt oġġetti tal-konsum ma tressqet minn Ketong, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-data rrapportata minn Ketong. Il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-oġġetti tal-konsum kienet xierqa, mhux l-inqas minħabba li ma kienx hemm informazzjoni aħjar disponibbli. Barra minn hekk, Ketong ma pprovdietx alternattiva għall-parametru referenzjarju kif ikkalkolat bl-użu tal-valuri tal-importazzjoni tal-GTA fil-pajjiż rappreżentattiv, u lanqas ma pprovdiet parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni alternattiv għall-oġġetti tal-konsum. Għalhekk, l-affermazzjoni fir-rigward tal-oġġetti tal-konsum ġiet irrifjutata. |
|
(78) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Ketong dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tagħha kif stabbilit fil-premessa (154) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li d-data dwar l-ispejjeż ġenerali ma kinitx faċilment disponibbli separatament fir-rapporti finanzjarji tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, ladarba jiġu stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, jistgħu jintużaw il-kostijiet domestiċi, iżda biss sal-punt li jiġu stabbiliti b’mod pożittiv bħala mhux distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Ma tressqet l-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali minn Ketong, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-ispejjeż ġenerali kienet xierqa, mhux l-inqas minħabba li ma kienx hemm informazzjoni aħjar disponibbli. Ketong ma ssuġġeriet l-ebda parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni alternattiv għall-ispejjeż ġenerali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(79) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Ketong dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport għall-provvista ta’ materja prima kif stabbilit fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma ssuġġerietx kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula individwalment il-kost tat-trasport għal kull materja prima. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(80) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong tenniet li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-parametri referenzjarji għall-oġġetti konsumabbli, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u l-kostijiet tat-trasport, kienet distortiva. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma ssottomettiet l-ebda argument ġdid li seta’ jibdel il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (77), (78) u (79). |
3.1.5. Kalkolu tal-valur normali
|
(81) |
Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi minn (156) sa (160) tar-Regolament provviżorju. |
|
(82) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong affermat li fil-kalkolu tal-valur normali, il-Kummissjoni ma kellhiex tirrifjuta ċerti aġġustamenti għall-prodotti sekondarji għar-raġuni li ma kinitx irreġistrathom fil-kontijiet. Ketong ikkummentat li l-istandard legali applikabbli ma kienx jirrikjedi li l-entrati kollha tal-kostijiet iridu jiġu mill-kontijiet, b’mod partikolari fejn ikun ġie applikat l-Artikolu 2(6a). Hija affermat ukoll li dak li kien importanti fir-rikostruzzjoni tal-kost tal-produzzjoni kien li l-entrati tal-kostijiet kienu effettivament imġarrba u riflessi fil-kors normali tan-negozju tal-kumpanija. Fl-aħħar nett, Ketong affermat li hija rrapportat il-kost addizzjonali mġarrab għall-prodotti sekondarji inkwistjoni fit-tabelli tal-kostijiet sottomessi mat-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju u li jenħtieġ li l-Kummissjoni tneħħi dawk il-kostijiet mill-valur normali maħdum. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni nnotat li għall-kuntrarju ta’ dak li affermat Ketong, din tal-aħħar ma rrapportatx il-kost tal-prodotti sekondarji inkwistjoni fil-kontabilità tal-kostijiet tagħha u fit-tabelli tal-kostijiet fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Fit-tabelli tal-kostijiet tagħha, Ketong irrapportat il-valur tal-bejgħ tal-prodotti sekondarji li hija affermat li jenħtieġ li jitnaqqas mill-kost tal-materjali, iżda ma kkontabbilizzatx dan il-valur tal-bejgħ fil-kontabilità finanzjarja u tal-kostijiet tagħha. Fil-fatt, l-investigazzjoni żvelat li l-kumpanija ma rċeviet l-ebda introjtu mill-bejgħ ta’ dawn il-prodotti inċidentali, għaldaqstant jibqgħu kost. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(84) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li r-rifjut mill-Kummissjoni ta’ aġġustament għall-valur normali relatat mal-prodotti sekondarji ma kienx fondat. L-ewwel nett, Ketong argumentat li l-entrata fil-kontabilità finanzjarja u tal-kost tal-kumpanija mhijiex prerekwiżit biex jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a). It-tieni, Ketong affermat li l-Kummissjoni ma kkontestatx il-fatt li dawn il-prodotti sekondarji kienu ġġenerati mill-proċess ta’ produzzjoni tal-kumpanija u li t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tagħhom saru fil-kors normali tan-negozju tal-kumpanija. Skont Ketong, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-introjtu fil-kontabilità finanzjarja ma jżommx il-prodotti sekondarji milli jiġu aċċettati għall-użu fl-aġġustament tal-kost. It-tielet, Ketong affermat li jekk il-Kummissjoni tirrifjuta d-dħul mill-bejgħ bħala aġġustament tal-kost tal-prodotti sekondarji għall-valur normali tal-prodott ikkonċernat, il-kost korrispondenti effettivament imġarrab għall-ġbir tal-istess prodotti sekondarji jenħtieġ li jiġi aċċettat bħala l-kost ta’ dawn il-prodotti sekondarji fir-rekords kontabilistiċi u jitneħħa mill-valur normali maħdum kif xieraq. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. L-entrati tal-kost u d-dħul fil-kontijiet tal-kumpanija hija evidenza tal-eżistenza u l-kwantifikazzjoni tagħhom. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet Ketong, matul l-RCC ma setax jiġi stabbilit li t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ tal-prodotti sekondarji saru fil-perkors normali tan-negozju, peress li d-dokumentazzjoni kummerċjali ma kinitx disponibbli u t-tranżazzjonijiet ma ġewx kontabilizzati. Tabilħaqq, ir-reġistrazzjoni tal-prodotti sekondarji bħala kostijiet fil-kontijiet tal-kumpanija tirrifletti l-fatt, kif diġà ssemma fil-premessa (83), li Ketong ma rċeviet l-ebda introjtu mill-bejgħ ta’ dawn il-prodotti sekondarji. Għalhekk, l-affermazzjonijiet minn Ketong ġew irrifjutati. |
|
(86) |
Ketong affermat ukoll li l-marġini ta’ profitt użat biex jinħadem il-valur normali (18,96 %) kien eċċessiv fid-dawl tas-sejba proprja tal-Kummissjoni li marġini ta’ profitt ta’ bejn 9,7 % u 12,5 % “tqies bħala l-profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni f’din l-investigazzjoni” (il-premessa (269) tar-Regolament provviżorju). Ketong ikkummentat ukoll li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex marġini ta’ profitt ta’ 18,96 % kien profitt raġonevoli biex jinbena l-valur normali fid-dawl ta’ din is-sejba. Għalhekk, Ketong affermat li l-livell ta’ profitt fil-mira stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni huwa l-profitt raġonevoli u mingħajr distorsjoni li għandu jintuża biex jinħadem il-valur normali. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-profitt fil-mira u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv jirreferu għal kunċetti differenti u għal pajjiżi differenti. B’mod partikolari, il-profitt fil-mira li għalih tirreferi Ketong huwa l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ domestiku fl-Unjoni taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni u jintuża biex jiġi kkalkolat il-marġini ta’ ħsara. Il-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv jintuża fil-kalkolu tal-valur normali b’referenza għall-pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Dan il-profitt irid jirrifletti l-profitt miksub minn kumpanija li tipproduċi l-prodott li qed jiġi investigat jew prodott simili, f’pajjiż rappreżentattiv, u ma huwiex komparabbli mal-profitt fil-mira tal-industrija tal-UE. |
|
(88) |
Ketong affermat ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex tinkludi l-introjtu finanzjarju fil-kalkolu tal-profitt, minħabba li kienet il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni li ma tinkludix tali dħul fil-kalkolu tal-marġini tal-profitt jew tal-SG&A (“spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi”). Ketong affermat ukoll li jekk il-Kummissjoni żżomm l-inklużjoni tal-introjtu finanzjarju fid-determinazzjoni tal-profitt, jenħtieġ li hija tinkludih bl-istess mod fl-SG&A totali bħala kumpens. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-Kumpanija Brażiljana rraportat l-ispejjeż finanzjarji barra mill-SG&A. Fl-istess ħin, tikkumpensa l-ispejjeż finanzjarji bl-introjtu finanzjarju u żżid id-differenza (qligħ) fil-profitti. Ma hemm l-ebda evidenza li turi li tali qligħ mhux relatat mal-prodott ikkonċernat, għaldaqstant it-tnaqqis ta’ tali qligħ mill-profitti rrapportati tal-kumpanija Brażiljana jidhru li mhumiex ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, l-impatt ta’ din l-affermazzjoni jkun immaterjali sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping minħabba li l-qligħ finanzjarju kien pjuttost żgħir u d-dazju finali huwa stabbilit fil-livell tal-marġni ferm aktar baxx tad-dannu. B’riżultat ta’ dan l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(90) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong kompliet ma taqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li l-gwadann finanzjarju jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkolu tal-profitt. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni ttenni li hija prattika standard u konsistenti li jitqiesu l-kostijiet u l-introjtu kollha li huma relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni nnotat li Ketong sempliċement talbet li l-Kummissjoni tinjora ċerti gwadanji finanzjarji mingħajr ma tipprovdi l-ebda spjegazzjoni, informazzjoni addizzjonali jew evidenza li tali qligħ ma kienx relatat mal-prodott investigat. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Ketong ma setgħetx tbiddel il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (89). |
|
(92) |
Ketong affermat li l-SG&A fil-pajjiż rappreżentattiv ġew stabbiliti mingħajr diżaggregazzjoni dettaljata, li tipprevjeni l-identifikazzjoni tal-ispejjeż ta’ bejgħ dirett li jistgħu jaffettwaw it-tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ. Hija affermat ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi tali diżaggregazzjoni u tiżgura li l-prezzijiet tal-esportazzjoni jitqabblu mal-valur normali maħdum fl-istess livell ta’ kummerċ. |
|
(93) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Hija nnotat li l-affermazzjoni li tallega li l-ispejjeż tal-bejgħ dirett ġew inklużi fil-kostijiet SG&A rrapportati għall-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv ma kinitx issostanzjata. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li d-data tal-SG&A mill-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv kienet tinkludi entrati li jenħtieġ li jitnaqqsu sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong ma pprovdietx aktar data adattata tal-SG&A għal produttur fil-Brażil li setgħet tippermetti lill-Kummissjoni tikkwantifika tali spejjeż ta’ bejgħ dirett, li kienu allegatament inklużi fid-data tal-SG&A. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(94) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li għal darb’oħra tispjega fuq liema bażi kkonkludiet li l-SGA pprovduti fir-rapport finanzjarju tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv ippermettew lill-Kummissjoni taħdem direttament il-valur normali fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u biex turi li l-SGA miżjuda mal-COGS ma kienet tinkludi l-ebda element li jikkawża li l-valur normali maħdum jiġi stabbilit f’livell differenti ta’ kummerċ. Ketong argumentat li l-Kummissjoni aġġustat għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kostijiet tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji biex tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni tagħha fil-livell tal-prezz mill-fabbrika, iżda ma pprovdietx informazzjoni li tiżgura li dawn l-oġġetti ma kinux inklużi fl-SGA tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(95) |
Il-Kummissjoni nnotat li, abbażi tad-data tal-SGA kif irrappurtata mill-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, Ketong naqset milli turi li l-Kummissjoni ma għamlitx paragun ġust bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li Ketong ma pprovdiet l-ebda informazzjoni addizzjonali li biddlet il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (93). Għalhekk, l-affermazzjoni minn Ketong ġiet miċħuda. |
|
(96) |
Mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti. Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-ammonti ta’ SG&A jew ta’ profitt użati mill-Kummissjoni ma kinux raġonevoli biex jinħadem il-valur normali. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(97) |
Il-Kummissjoni stabbiliet id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni fil-premessi (161) u (162) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet provviżorji tagħha. |
3.3. Tqabbil
|
(98) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong affermat li l-Kummissjoni għamlet aġġustament ’il fuq żbaljat għall-valur normali għad-differenzi fil-livell ta’ tassazzjoni indiretta billi żiedet il-VAT mal-valur normali, filwaqt li l-prezz tal-esportazzjoni tal-kumpanija ma kienx jinkludi tali VAT. |
|
(99) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ir-RPĊ applikat rata tal-VAT ta’ 13 % kemm fuq il-bejgħ domestiku kif ukoll fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif ikkonfermat mill-affermazzjoni inkwistjoni. Ir-RPĊ applikat ukoll politika ta’ nuqqas ta’ rimborż tal-VAT fuq l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Sabiex jiġi żgurat li l-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni jitqabblu fl-istess livell ta’ tassazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali fuq bażi ta’ VAT imħallsa bl-użu tar-rata tal-VAT applikabbli għall-esportazzjonijiet. |
|
(100) |
F’dan ir-rigward, huwa nnotat li l-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali (10). Għalhekk, l-affermazzjoni minn Ketong ġiet irrifjutata. |
|
(101) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Ketong affermat li l-prezz nett tal-esportazzjoni rrapportat tagħha ma kienx jinkludi l-VAT. Ketong argumentat ukoll li l-paragun ta’ prezz tal-esportazzjoni nett tal-VAT ma’ valur normali ddeterminat fuq bażi ta’ VAT inkluż kien difettuż u ma żgurax paragun ġust. Ketong talbet lill-Kummissjoni biex tikkoreġi dan l-iżball. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni sabet li Ketong kienet irrapportat ħażin il-prezz nett tal-esportazzjoni tagħha fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju billi naqqset il-VAT mill-valur gross tal-fattura tal-esportazzjoni, filwaqt li l-ebda tnaqqis bħal dan ma deher fuq il-fatturi tal-esportazzjoni. Fi kliem ieħor, il-fatturi tal-esportazzjoni rrapportati minn Ketong u vverifikati mill-Kummissjoni ma semmewx valur tal-esportazzjoni gross u nett. Il-Kummissjoni kkoreġiet dan billi ssostitwiet il-valur nett tal-fattura rrappurtat minn Ketong bil-valur imsemmi fuq il-fatturi, li jinkludi l-VAT, sabiex il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fl-istess livell ta’ tassazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. Dawn il-korrezzjonijiet ġew divulgati lil Ketong. |
|
(103) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni definittiva, Shun Tai kkontestat l-aġġustamenti li saru għall-prezz tal-esportazzjoni tagħha għall-kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Hija affermat li l-aġġustament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-profitt reali tal-kumpanija kummerċjali mhux relatata jew, alternattivament, ikun ibbażat fuq id-differenza fil-prezz tal-bejgħ għan-negozjanti u għall-utenti finali fis-suq domestiku. |
|
(104) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li qed issostni Shun Tai, il-metodu użat biex jiġu aġġustati l-prezzijiet tagħha huwa konformi mal-prattika tal-Kummissjoni u huwa konsistenti maż-żewġ Regolamenti msemmija fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni definittiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet ta’ Shun Tai filwaqt li qieset bis-sħiħ is-sejbiet speċifiċi tal-investigazzjoni relatati mal-organizzazzjoni tal-bejgħ tagħha. Peress li Shun Tai bbażat it-talba tagħha fuq suppożizzjonijiet żbaljati, din kellha tiġi rrifjutata. Peress li Shun Tai talbet trattament kunfidenzjali għall-kanali tal-bejgħ tagħha, aktar dettalji dwar l-analiżi tal-Kummissjoni tat-talba ġew ipprovduti lill-kumpanija bilateralment. |
|
(105) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward it-tqabbil, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (163) u (164) tar-Regolament provviżorju. |
3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(106) |
Minħabba li l-Kummissjoni aċċettat xi kummenti mill-partijiet interessati sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja u definittiva, hija kkalkolat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping kif xieraq. Dawn il-bidliet ma jaffettwawx il-marġni tad-dumping ikkalkulat għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi (168) u (169) tar-Regolament provviżorju rigward il-livell ta’ kooperazzjoni u l-metodu biex jiġi stabbilit il-marġini tad-dumping residwu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huma kkonfermati. |
|
(107) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala persentaġġ tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(108) |
Il-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping individwali, inklużi l-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti li saru wara l-kummenti mill-partijiet interessati sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja u definittiva, ġew divulgati lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(109) |
L-ilmentatur u manifattur ta’ wajers bil-qalba (Filo d.o.o.) għamlu kummenti relatati mal-premessa (285) tar-Regolament provviżorju relatat mar-ristrutturar fi ħdan il-grupp Ferroglobe u l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni. Il-manifattur ta’ wajers bil-qalba qajjem dubji dwar jekk il-produzzjoni tal-Unjoni kinitx qed isseħħ. |
|
(110) |
Il-produzzjoni u l-bejgħ saru matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI) miż-żewġ ilmentaturi, kif ikkonfermat fir-regolament li jimponi miżuri provviżorji. Wara l-PI, it-tnejn li huma jkomplu joperaw bħala negozji avvjati, kif ikkonfermat u ddokumentat minn Euroalliages. OFZ kompliet tipproduċi u tbigħ fuq l-istess linji bħas-snin preċedenti. Il-proċess ta’ ristrutturar kontinwu ta’ Ferropem, li f’miżura sinifikanti huwa r-riżultat tad-dumping dannuż, ma jaffettwax l-istatus tal-kumpanija bħala negozju avvjat. Tabilħaqq, il-kumpanija kompliet il-produzzjoni u l-bejgħ wara l-PI sakemm il-proċess ta’ ristrutturar tnieda formalment fl-aħħar ta’ Marzu 2021. Minn dak iż-żmien, hija żammet assi ta’ produzzjoni kompletament operattivi, u fil-15 ta’ Novembru 2021 iddeċidiet ukoll li żżomm il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju fi Franza, li se tiġi ttrasferita għal linja ġdida tal-kalċju-siliċju f’impjant ieħor minn tagħha fi Franza, li saret operattiva f’Settembru 2022 b’kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti. Din id-deċiżjoni hija appoġġata mill-gvern Franċiż. Sadanittant, Ferropem kisbet il-kalċju-siliċju mill-Arġentina biex tkompli tagħti servizz lill-klijenti tagħha matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm il-linja l-ġdida ssir kompletament operattiva. Fil-qosor, iż-żewġ kumpaniji jkomplu jkunu produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, il-miżuri anti-dumping se jgħinu biex jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex iż-żewġ kumpaniji jkomplu joperaw, hekk kif jiġu indirizzati d-distorsjonijiet iġġenerati minn kummerċ inġust. |
|
(111) |
Fin-nuqqas ta’ aktar kummenti dwar id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (170) sa (172) tar-Regolament provviżorju. |
4.2. Id-determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(112) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (173) sa (177) tar-Regolament provviżorju. |
4.3. Il-konsum tal-Unjoni
|
(113) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (178) sa (180) tar-Regolament provviżorju. |
4.4. L-importazzjonijiet mir-RPĊ
4.4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(114) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (181) sa (184) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(115) |
Il-premessa (189) tar-Regolament provviżorju spjegat li t-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 10,6 %. Esportatur wieħed, Shun Tai, afferma li jenħtieġ li l-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni tiegħu jiġu riveduti minħabba li ma kinux ġew ikkonvertiti b’mod akkurat f’euro. Din l-affermazzjoni ġiet aċċettata u rriżultat f’marġini rivedut ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 10,5 %. |
|
(116) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (185) sa (189) tar-Regolament provviżorju. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(117) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar ir-rimarki ġenerali, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (190) u (191) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità.
|
(118) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (192) sa (201) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.3. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(119) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (202) sa (204) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.4. It-tkabbir
|
(120) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar it-tkabbir, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (205) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.5. L-impjiegi u l-produttività
|
(121) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-impjiegi u l-produttività, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (206) sa (208) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.6. Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(122) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (209) u (210) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.7. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(123) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (211) sa (213) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.8. Il-kostijiet lavorattivi
|
(124) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (214) u (215) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.9. L-inventarji
|
(125) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-inventarji, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (216) sa (218) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.10. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(126) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (219) sa (224) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.11. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(127) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-konklużjonijiet f’din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (225) sa (230) tar-Regolament provviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(128) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Shenghua kkummentat li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Huma sostnew li x-xejra tal-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżit għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(129) |
Shenghua sostniet ukoll li ċerti indikaturi ekonomiċi (il-volum tal-produzzjoni, il-produttività, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, ir-Redditu fuq l-Investiment) prinċipalment naqsu mill-2019 ’il quddiem u, fl-istess ħin, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu sostanzjalment, u għalhekk it-tnaqqis fl-indikaturi ma kellu xejn x’jaqsam mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(130) |
Dawn l-argumenti huma rrifjutati. Kif deskritt fil-premessa (232) fir-Regolament provviżorju, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied b’57 % mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li s-sehem mis-suq tagħha naqas b’50 %. Bħala tali, kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni. Mill-2019 sal-2020, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 55 % għal 61 %, u l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi naqsu b’16 %, li kellhom impatt sostanzjali fuq l-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (235) tar-Regolament provviżorju. |
5.2. L-effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(131) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Shenghua indikat li, skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu eżaminati fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li wkoll jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li d-dannu kkawżat minn fatturi oħrajn ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(132) |
Huma sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn ħafna fatturi oħrajn, bħat-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-azzar, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq mill-Brażil żdiedu aktar) u l-Covid-19 fis-sena 2020. |
|
(133) |
Fir-rigward tal-argument tagħhom li l-importazzjonijiet mill-Brażil kienu aktar probabbli li kkawżaw dannu mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-ilmentatur sostna li, l-ewwel nett, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żiedu sostanzjalment is-sehem mis-suq, it-tieni nett, il-prezzijiet Ċiniżi waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li jikkawżaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjoni mill-Brażil kienu sostanzjalment aktar baxxi minn dawk miċ-Ċina. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni analizzat il-kawżalità fit-Taqsima 5 tar-Regolament provviżorju f’konformità mal-Artikolu 3(7). Il-fatturi msemmija minn Sheghua fil-premessa (132) kollha ġew eżaminati individwalment u kollettivament. |
|
(135) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-allegazzjoni tagħhom li d-dannu kien ikkawżat mit-tnaqqis fid-domanda għall-azzar, kif deskritt fil-premessi (240) u (241) fir-Regolament provviżorju, fi sfond ta’ konsum li qed jonqos, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, filwaqt li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profittabbiltà, l-impjiegi u r-redditu fuq l-investiment naqsu b’aktar minn kemm naqas il-konsum fil-perjodu mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan għaliex il-penetrazzjoni tas-suq Ċiniż bi prezzijiet baxxi kienet qed tikkawża ħsara sostanzjali lil dawn l-indikaturi tad-dannu. Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(136) |
It-tieni nett, kif imsemmi fil-premessi (252) u (254) tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Brażil kien dejjem mill-inqas 5 darbiet aktar baxx minn dawk miċ-Ċina, għalhekk, dawn ma kinux sinifikanti biżżejjed biex itaffu r-rabta kawżali bejn il-kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi u d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(137) |
It-tielet, fir-rigward tal-argument, li għamel ukoll il-GTĊ, li l-pandemija tal-Covid-19 ikkawżat id-dannu, kif imsemmi fil-premessi minn (238) sa (241) fir-Regolament provviżorju, is-sitwazzjoni dannuża kienet diġà żviluppat fl-2019 meta l-penetrazzjoni tal-importazzjoni Ċiniża wasslet biex il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jonqsu għal livelli li ma ppermettewlhiex tkopri l-kostijiet unitarji dejjem jiżdiedu tagħha. Barra minn hekk, billi l-pandemija tal-Covid-19 ma bdietx ikollha impatt qabel l-2020, jenħtieġ li l-pandemija tal-Covid-19 titqies bħala fattur aggravanti fl-2020. Fi kwalunkwe każ, l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew ikabbru s-sehem mis-suq minkejja tnaqqis fid-domanda, kif spjegat fil-premessa (240) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, il-COVID-19 ma naqsitx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u d-dannu kkawżat. |
|
(138) |
Shenghua jew il-GTĊ ma pprovdew l-ebda evidenza oħra li tiġġustifika konklużjoni differenti. |
|
(139) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ikkummenta wkoll li l-Kummissjoni attribwiet il-problemi ta’ żieda fl-inventarji u tnaqqis fl-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-UE għall-prodotti tal-kalċju-siliċju miċ-Ċina, iżda injorat il-fatt li l-industrija tal-UE nnifisha żiedet malajr l-investiment tagħha u espandiet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fl-2018-2019, li kkawżaw iż-żieda fl-inventarji. |
|
(140) |
Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat minħabba li ż-żieda fl-inventarji ma kinitx ikkawżata minn investiment f’kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, iżda pjuttost minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tbigħ il-kwantitajiet kollha prodotti matul il-perjodu 2018-2019. Il-kwantitajiet tal-produzzjoni fil-fatt naqsu matul dan il-perjodu, iżda xorta kienu ogħla mill-volum tal-bejgħ. Għaldaqstant, l-inventarji miżjuda kienu kkawżati miż-żieda fl-importazzjoni oġġett ta’ dumping. |
|
(141) |
Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni definittiva, Shenghua tenniet l-affermazzjoni tagħha fil-premessa (132) li l-Kummissjoni kienet issottovalutat l-impatt ta’ fatturi oħra bħat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tal-industrija tal-azzar u l-COVID-19. B’mod partikolari, huma argumentaw li skont ir-rapport annwali ta’ Ferroglobe (11) (il-kumpanija prinċipali ta’ Ferropem) l-industrija tal-Unjoni ammettiet li l-operat tagħha kien sensittiv għall-industrija tal-azzar u kien jiddependi fuqha, u t-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-azzar (ir-rapport indika “seta’”) jaffettwa ħażin in-negozju u l-operat tagħha. Shenghua indikat ukoll li l-kummenti li saru minn Eurofer f’Marzu 2021 appoġġaw il-pożizzjoni tagħhom li r-raġuni ewlenija għall-prestazzjoni aktar dgħajfa tal-industrija CaSi kienet it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar u mhux l-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, huma kkummentaw li r-rapport finanzjarju ta’ Ferroglobe jindika li “l-COVID-19 kellha impatt materjali detrimentali fuq ir-riżultati kummerċjali u finanzjarji tagħna”. |
|
(142) |
Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (135) u (137) ta’ dan ir-Regolament, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(143) |
Shenghua kkummentat ukoll li ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġija kienet ukoll għamlet ħsara kbira lill-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-ewwel nett, hija ċitat artiklu minn Fastmarkets MB (12) li indika li OFZ kienet naqqset il-produzzjoni tagħha b’aktar min-nofs minħabba żieda reċenti, ta’ aktar minn sitt darbiet, fil-prezzijiet tal-enerġija. It-tieni, irreferiet għal artiklu ppubblikat minn Nasdaq li jindika li “Ferroglobe topera f’industrija intensiva fl-enerġija, u għalhekk l-ambjent kurrenti tal-ipprezzar tal-enerġija, b’mod partikolari fi Spanja, qed ikollu impatt negattiv fuq in-negozju tagħha.” (13) |
|
(144) |
Il-Kummissjoni innotat li r-riferiment għal OFZ kien jikkonċerna l-għeluq ta’ erba’ fran tal-liga tal-ħadid, bl-esklużjoni tal-kalċju-siliċju, f’perjodu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-artiklu Nasdaq kien jirreferi b’mod partikolari għal Spanja, filwaqt li Ferropem tipproduċi kalċju-siliċju fi Franza. |
|
(145) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx speċifikament relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat u ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(146) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-kawżalità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (261) sa (265) tar-Regolament provviżorju. |
6. IL-LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġini tad-dannu
|
(147) |
Kif imsemmi fil-premessa (266) fir-Regolament provviżorju, l-ilmentaturi affermaw li kien hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’hekk, sabiex tivvaluta l-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad, hija eżaminat jekk il-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw huwiex se jkun ogħla mill-marġini tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ tagħhom. |
|
(148) |
Kif previst mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, u minħabba li l-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni, hija analizzat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni biex tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni deskritt fil-premessa (3) u, għalhekk, jekk din tirriflettix id-dannu addizzjonali li jirriżulta minn tali żieda fid-determinazzjoni tal-marġini tad-dannu. |
|
(149) |
Abbażi tad-data mill-bażi tad-data ta’ Sorveljanza, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu 36 % aktar baxxi mill-volumi medji tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ erba’ ġimgħat. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. |
|
(150) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma aġġustatx il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu f’dan ir-rigward. |
|
(151) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Ketong indikat li billi d-dettalji kollha fil-livell tat-tip ta’ prodott rigward il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni ġew ittrattati bħala informazzjoni kunfidenzjali, dawn kienu ġew imċaħħda minn divulgazzjoni sinifikanti li tippermettilhom jipprovdu fehmiet dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-Anness 3 (14) tad-divulgazzjoni provviżorja pprovduta lil Ketong fil-15 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni indikat li “[g]ħal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità (il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni relatati ma’ produttur wieħed jew ma’ żewġ produtturi) ma jistax jiġi divulgat twaqqigħ tal-prezz dettaljat mill-PCN.” Il-Kummissjoni tikkonferma li n-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni dettaljata rigward it-tipi ta’ prodotti japplika bl-istess mod għall-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni. |
|
(153) |
L-esportatur Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd afferma li l-Kummissjoni ma kkonvertietx il-prezzijiet CIF tagħha tal-esportazzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni f’Euros b’mod korrett biex tikkalkula l-marġini tad-dannu tagħha. Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u kkalkolat mill-ġdid il-marġini tad-dannu tagħha f’dak ir-rigward. |
|
(154) |
Kif deskritt fil-premessa (115), il-Kummissjoni rrevediet il-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF ta’ Shun Tai. Din ir-reviżjoni rriżultat f’marġini ta’ dannu definittiv rivedut għal Shun Tai u l-marġini għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa stabbilit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji. Għalhekk, il-livell finali ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa kif ġej:
|
6.1.1. Id-distorsjonijiet fil-materja prima
|
(155) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Euroalliages affermat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-konklużjoni provviżorja tagħha stabbilita fil-premessa (281) tar-Regolament provviżorju li l-elettriku ma kienx soġġett għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Euroalliages sostniet li t-Taqsima 10 tar-Rapport tal-Pajjiż uriet sejbiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-enerġija fiċ-Ċina u l-GTĊ ma kienx ikkummenta dwarha. Hija sostniet ukoll li kien hemm diversi referenzi fl-ilment li kollha jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Euroalliages affermat li l-evidenza li nstabet b’rabta mas-sussidji tal-enerġija mogħtija fiċ-Ċina flimkien mad-dokumentazzjoni saħansitra parzjali relatata mal-iskema tal-ipprezzar doppju tal-enerġija fir-RPĊ tista’ titqies bħala evidenza suffiċjenti biex jiġi applikat l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
|
(156) |
Id-distorsjonijiet sinifikanti msemmija fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif ukoll dawk fit-Taqsima 10 tar-Rapport tal-Pajjiż, huma differenti mill-miżuri konkreti elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-elettriku huwiex soġġett għal distorsjoni minn skema ta’ pprezzar doppju jew minn kwalunkwe miżura oħra mill-miżuri konkreti elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Ma hemm l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ tali miżuri f’din l-investigazzjoni u l-allegazzjonijiet fl-ilment ma ġewx ikkonfermati, kif spjegat fil-premessi minn (276) sa (281) tar-Regolament provviżorju. L-affermazzjoni hija miċħuda u l-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjonijiet tagħha fil-premessa (281) tar-Regolament provviżorju. |
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(157) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping definittivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(158) |
Filwaqt li tqis il-fatti u l-konklużjonijiet deskritti fil-premessa (110), il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni tagħha fil-premessa (289) tar-Regolament provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-kalċju-siliċju tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-miżuri anti-dumping se jgħinu biex jinħolqu l-kundizzjonijiet biex iż-żewġ kumpaniji jkomplu joperaw, hekk kif jiġu indirizzati d-distorsjonijiet iġġenerati minn kummerċ inġust. |
7.2. L-interess ta’ importaturi, negozjanti u utenti mhux relatati
|
(159) |
Manifattur wieħed tal-wajers bil-qalba (Filo d.o.o.) li jinsab fl-Unjoni indika li, minn mindu ġew imposti l-miżuri provviżorji, inħolqu problemi ta’ provvista minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tbigħ kwantitajiet adegwati fis-suq u minħabba li l-miżuri anti-dumping żiedu l-prezzijiet Ċiniżi fis-suq. Din il-parti affermat li minħabba li l-prezzijiet żdiedu sostanzjalment fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-azzar (l-industrija tal-utenti prinċipali) kienet qed tikkunsidra li taqleb jew kienet qalbet għal prodotti tal-kalċju pur bħala alternattiva orħos. |
|
(160) |
Euroalliages ikkummentat ukoll dwar dawn l-iżviluppi ta’ wara l-PI. Huma rrimarkaw li l-industrija tal-Unjoni kienet esperjenzat problemi temporanji ta’ produzzjoni u bejgħ. Fir-rigward ta’ Ferropem, dawn il-problemi kienu relatati mar-ristrutturar tal-grupp Ferroglobe u mat-trasferiment tal-produzzjoni għal sit ġdid fi Franza—li rriżultaw fil-biċċa l-kbira mill-prattiki ta’ dumping dannuż ikkonfermati mir-Regolament provviżorju. Fir-rigward ta’ OFZ, dawn il-problemi kienu relatati ma’ żieda fil-prezzijiet tal-elettriku, li temporanjament fixklu l-ippjanar normali tagħhom tal-kampanja ta’ produzzjoni. Euroalliages indikat ukoll li l-prezzijiet tal-kalċju pur huma għoljin wisq sabiex is-sostituzzjoni għal CaSi tkun ekonomikament vijabbli. Huma pprovdew ukoll korrispondenza kunfidenzjali minn utent downstream tal-Unjoni ta’ CaSi attiv fil-wajers bil-qalba. Din il-korrispondenza esprimiet appoġġ għal miżuri li għandhom l-għan li jreġġgħu lura l-kompetizzjoni ġusta u jżommu diversi sorsi ta’ provvista, inkluż mill-produtturi tal-Unjoni, fis-suq tal-Unjoni. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-allegazzjonijiet ta’ Filo d.o.o. ma humiex issostanzjati u, fi kwalunkwe każ, ma juru l-ebda bidla strutturali fil-kundizzjonijiet tas-suq meta mqabbla mal-PI. Tabilħaqq, jistgħu jseħħu xi bidliet fis-suq għall-partijiet downstream fil-katina tal-provvista meta jiġu imposti dazji anti-dumping. Madankollu, il-miżuri ma humiex il-fattur ta’ tfixkil, iżda pjuttost il-fattur li jistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jiżgura t-tkomplija tal-attività tal-industrija tal-Unjoni fis-settur, u jiggarantixxi l-istabbiltà tal-provvista minn bosta sorsi. Barra minn hekk, sa Ottubru 2021, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ CaSi ma kinux urew il-kobor taż-żieda allegata mill-manifattur tal-wajers bil-qalba biex jagħmel il-bidla għall-kalċju pur waħda vijabbli, anki jekk ikunu ttieħdu f’kunsiderazzjoni xi miżuri. |
|
(162) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni qieset li kwalunkwe żvilupp fil-provvista wara l-PI ma kienx strutturali. Kien jidher ċar li l-miżuri kienu essenzjali biex titreġġa’ lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. Dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi mill-ġdid il-pożizzjoni li kellha fis-suq qabel id-dumping dannuż. |
|
(163) |
Il-GTĊ ikkummenta li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta bis-sħiħ l-impatt fuq l-industrija tal-azzar. Huma indikaw li fir-rieżami tas-salvagwardji tal-azzar, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tal-azzar tal-Unjoni jeħtieġu l-protezzjoni kontinwa ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar li jkopru firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-azzar. B’hekk, it-tqegħid ta’ dazju addizzjonali fuq l-inputs importanti tagħhom ma huwiex biss ta’ detriment għall-iżvilupp tal-intrapriżi tal-azzar, iżda wkoll imur kontra l-loġika tar-raġunament tal-Kummissjoni fir-rieżami tas-salvagwardji tal-azzar. Il-Kummissjoni indirizzat l-impatt tal-miżuri fuq l-industrija tal-azzar fil-premessa (302) fir-Regolament provviżorju, fejn, abbażi tal-informazzjoni li rċeviet mingħand utent, ikkonkludiet li CaSi huwa kost żgħir ħafna għall-industrija tal-azzar. |
|
(164) |
Il-GTĊ sostna wkoll li ż-żamma ta’ livell xieraq ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni mhux biss se tipprovdi aktar għażliet u prodotti aħjar għall-industrija u l-konsumaturi downstream, iżda se tgħin ukoll lill-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-kompetittività tagħha. |
|
(165) |
Shenghua kkummentat ukoll dwar il-kompetizzjoni fis-suq, fejn iddikjarat li hemm biss żewġ produtturi tal-Unjoni ta’ CaSi, iżda li hemm aktar minn sittin importatur, negozjant u utent. Huma qiesu li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal inqas kompetizzjoni u prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni għall-utenti, bħall-industrija tal-azzar. |
|
(166) |
Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (161), il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni tkun ġusta għall-partijiet kollha. Għalhekk, kien importanti li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ CaSi miċ-Ċina kienu soġġetti għal dazji anti-dumping sabiex terġa’ tinkiseb kompetizzjoni ġusta. |
|
(167) |
Shenghua fakkret ukoll fir-rimarki ta’ Eurofer li l-industrija tal-Unjoni qatt ma kienet forniet aktar minn 42 % tad-domanda tal-Unjoni. Huma sostnew li billi ż-żewġ produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jissodisfaw id-domanda tal-Unjoni, jekk il-katina tal-provvista miċ-Ċina tinqata’, dan jaffettwa b’mod negattiv lill-utenti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-utenti se jkunu jistgħu wkoll jakkwistaw importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u li l-miżuri ma humiex maħsuba biex tinqatal-provvista miċ-Ċina. L-intenzjoni hija li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ġusti. |
|
(168) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shenghua kkummentat li l-Kummissjoni kienet iffukat indebitament fuq l-interessi tal-industrija tal-Unjoni u ma tatx biżżejjed attenzjoni lill-interessi tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. B’mod partikolari, hija tenniet il-kummenti ta’ Eurofer u tal-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar dwar l-ilment, rispettivament, li l-industrija domestika qatt ma forniet aktar minn 42 % tal-konsum apparenti tal-Unjoni u li l-industrija domestika ma tistax tissodisfa d-domanda għal-kalċju-siliċju. Hija rreferiet ukoll għall-kummenti ta’ Filo d.o.o., minn Settembru u Ottubru 2021, li l-produtturi tal-Unjoni u Brażiljani mhumiex qed joffru provvisti ta’ kalċju-siliċju lis-suq tal-Unjoni. |
|
(169) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Filo d.o.o. u TDR Legure d.o.o. tennew ukoll il-kumment tagħhom li l-produtturi tal-Unjoni temporanjament ma jistgħux ifornu s-suq tal-Unjoni. |
|
(170) |
Euroalliages wieġbet li l-produtturi tal-Unjoni kwerelanti jixtiequ jżommu l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u pprovdiet evidenza ta’ offerti reċenti li saru biex is-CaSi ikun fornut lis-suq tal-Unjoni. |
|
(171) |
Kif indikat fil-premessa (161), il-Kummissjoni tqis li l-miżuri mhumiex il-fattur ta’ tfixkil, iżda pjuttost il-fattur li jistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi, jiżgura t-tkomplija tal-attività tal-industrija tal-Unjoni fis-settur u jiggarantixxi l-istabbiltà tal-provvista minn sorsi multipli (inkluża r-RPĊ). Tabilħaqq, bħala parti mit-test tal-interess tal-Unjoni, l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jispeċifika li “l-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ ta’ dumping dannuż u li terġa’ tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali”. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-argumenti. |
|
(172) |
Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni definittiva, Filo d.o.o. u TDR Legure d.o.o. indikaw li l-akbar problema jekk il-Kummissjoni timponi miżuri tista’ tkun il-kalċju-siliċju ta’ oriġini Ċiniża li jiġi importat fl-Unjoni iżda li jiġi ddikjarat li joriġina minn pajjiż terz ieħor (l-Ukrajna, l-Indja, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija, eċċ.). Il-Kummissjoni nnutat li din hija spekulazzjoni u hija irrilevanti għall-analiżi tal-interess tal-Unjoni. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(173) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (303) tar-Regolament provviżorju li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni għaliex ma jenħtieġx li jiġu imposti miżuri definittivi f’din l-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri definittivi
|
(174) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità, il-livell tal-miżuri u l-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(175) |
Kif imsemmi fil-premessa (115), il-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni ta’ produttur wieħed ġew riveduti kemxejn fl-istadju definittiv. L-aċċettazzjoni ta’ din l-affermazzjoni kellha wkoll impatt żgħir fuq il-marġini tad-dannu tagħha u dak tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(176) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(177) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(178) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (15). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(179) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(180) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(181) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(182) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
8.2. Offerti ta’ impenn fuq il-prezz
|
(183) |
Wara d-divulgazzjoni finali produttur esportatur wieħed ippreżenta offerta ta’ impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. Għalkemm esportat diversi tipi tal-prodott ikkonċernat, hija ssuġġeriet prezz minimu medju wieħed ta’ importazzjoni (MIP). |
|
(184) |
Il-Kummissjoni evalwat l-offerta f’kuntest ta’ volatilità tal-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. Fl-aħħar sentejn tal-perjodu kkunsidrat, irriżulta li l-prezz tal-kalċju-siliċju importat fis-suq tal-Unjoni minn diversi sorsi (il-Brażil, it-Tajlandja, l-Arġentina u ċ-Ċina) varja b’mod sinifikanti. Iffaċċjat b’din il-volatilità, ma jistax jiġi garantit li PMI medju wieħed ikun biżżejjed biex jelimina l-effetti dannużi tad-dumping matul il-perjodu tal-miżuri. |
|
(185) |
L-esportatur ikkonċernat ippropona wkoll li jiġi indiċizzat il-PMI propost abbażi tal-prezzijiet tal-elettriku fil-Brażil. Madankollu, dan l-element ta’ kost mhuwiex kbir biżżejjed biex jiżgura li l-indiċjar jiġġenera prezzijiet li jneħħu d-dannu. |
|
(186) |
Huwa ta’ importanza kbira li teżisti rabta ċara bejn il-varjazzjoni tal-prezz tal-prodott ikkonċernat mibjugħ mill-produttur esportatur ikkonċernat lill-Unjoni u l-fluttwazzjoni fil-prezz tal-materjal ta’ input. L-ebda evidenza fil-fajl ma setgħet tindika l-eżistenza ta’ rabta bħal din u l-esportatur ikkonċernat ma weriex li teżisti rabta bħal din. Dan jindika li fatturi oħra li għandhom rwol ukoll fil-fluttwazzjonijiet osservati fil-prezzijiet. |
|
(187) |
Barra minn hekk, il-miżuri proposti huma bbażati fuq marġnijiet tad-dannu (jiġifieri fuq il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni), u l-indiċjar tal-PMI abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezz tal-elettriku Brażiljan ma jistax jiżgura li PMI bħal dan jelimina d-dannu. Il-kostijiet u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mhumiex determinati mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku f’dak il-pajjiż. |
|
(188) |
Fl-aħħar nett, anki jekk il-prezz tal-elettriku fil-Brażil kellu jitqies bħala adegwat, id-data disponibbli għall-pubbliku ssuġġerita mill-applikant ma għandhiex il-frekwenza meħtieġa biex tirrifletti b’mod affidabbli l-luttwazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku. |
|
(189) |
In-nuqqas ta’ konformità ma’ waħda mill-kwistjonijiet preċedenti huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li l-offerta tal-impenn fuq il-prezz mhijiex adegwata u għalhekk ma setgħetx tiġi aċċettata. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-impenn, l-investigazzjoni wriet li l-kontabbiltà tal-applikant ma tissodisfax il-prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati internazzjonalment, u li, b’mod partikolari, l-ebda kontijiet ta’ ġestjoni jew lista kompjuterizzata tal-klijenti ma kienu faċilment disponibbli matul l-investigazzjoni. Instabu wkoll xi kwistjonijiet rilevanti oħra fil-kontijiet uffiċjali. Dan iqajjem dubji dwar l-affidabbiltà tal-applikant u jindika diffikultajiet prattiċi biex tiġi mmonitorjata b’mod affidabbli impriża eventwali. |
|
(191) |
Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, tqies li l-offerta ma kinitx adegwata biex tiżgura l-eliminazzjoni tal-effetti dannużi tad-dumping. Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku tqies ukoll li l-monitoraġġ tiegħu ma jkunx prattikabbli. |
|
(192) |
Għaldaqstant, l-offerta ġiet irrifjutata. |
8.3. Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
|
(193) |
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping provviżorji, imposti bir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
9. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(194) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (16), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jenħtieġ li jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(195) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7202 99 80 u ex 2850 00 60 (il-kodiċijiet TARIC 7202998030 u 2850006091) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd, iż-Żona Industrijali ta’ Hongguozi, id-Distrett ta’ Huinong, il-Belt ta’ Shizuishan, il-Provinċja ta’ Ningxia |
31,5 % |
C721 |
|
RPĊ |
Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd, il-Park Industrijali ta’ Zhongwei, il-Belt ta’ Zhongwei, il-Provinċja ta’ Ningxia |
42,7 % |
C722 |
|
RPĊ |
Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd, il-Park Ekoindustrijali ta’ Yangxian, il-Belt ta’ Hanzhong, il-Provinċja ta’ Shaanxi |
32,8 % |
C723 |
|
RPĊ |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
50,7 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1811 għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 58, 18.2.2021, p. 60).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1811 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 366, 15.10.2021, p. 17).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2020) 242 final, it-22 ta’ Ottubru 2020, disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/october/tradoc_158997.pdf.
(5) Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi ta’ Intrapriżi tal-Istat, adottata fil-ħames sessjoni tal-Kumitat Permanenti tal-11-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fit-28 ta’ Ottubru 2008 u ppromulgata fl-istess data.
(6) Ara s-sit web ta’ Shenghua fuq: http://sxshyh.cn/index/index/about (aċċessat fil-11 ta’ Jannar 2022).
(7) Ara l-Artikolu 3(2) tal-Kostituzzjoni tas-CCP dwar id-dmirijiet tal-membri tas-CCP, b’rabta mal-Artikolu 10 dwar il-prinċipju taċ-ċentraliżmu demokratiku.
(*1) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (145) tar-Regolament provviżorju
(*2) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (146) tar-Regolament provviżorju
(*3) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (148) tar-Regolament provviżorju
(9) https://www.edp.com.br/distribuicao-sp/saiba-mais/informativos/tabela-de-fornecimento-de-media-e-alta-tensao
(10) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kawża T-423/09, Dashiqiao vs Il-Kunsill, ECLI:EU:T:2011:764, il-paragrafi minn 34 sa 50 u s-sentenza tad-19 ta’ Mejju 2021, il-Kawża T-254/18, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi u Oħrajn vs Il-Kummissjoni,ECLI:EU:T:2021:278, il-paragrafi minn 586 sa 610.
(11) https://sec.report/document/0001558370-21-005436#gsm-20201231x20f.htm (aċċessat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2022).
(12) https://www.metalbulletin.com/Article/4010921/Search-results/OFZ-Slovakia-cuts-ferro-alloy-output-due-to-surging-power-prices.html (aċċessat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2022).
(13) https://www.nasdaq.com/articles/factbox-power-crunch-pressures-europes-silicon-and-ferro-alloy-producers-2021-10-07-0 (aċċessat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2022).
(14) Anness 3: Dettalji tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġini tad-dannu u informazzjoni dwar il-metodoloġija użata.
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussell, il-Belġju.
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/469
tat-23 ta’ Marzu 2022
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 (2) il-Kummissjoni imponiet dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (3). |
|
(2) |
Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv, espressi bil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġejjin:
|
|
(3) |
Ir-rati tad-dazju kompensatorju indikati hawn fuq huma korretti u ġew żvelati lill-partijiet matul l-investigazzjoni. Madankollu, il-premessi (217) u (339) tar-Regolament (UE) 2022/72 kienu jinkludu żbalji tipografiċi fir-rigward tar-rati ta’ sussidju tal-Grupp FTT fir-rigward ta’ “għotjiet” u “finanzjament preferenzjali: self”, rispettivament. Ir-rati korretti għandhom ikunu 1,88 % għal “għotjiet” u 1,39 % għal “finanzjament preferenzjali: self” minflok 1,79 % u 0,9 % rispettivament. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 kien jinkludi żball tipografiku rigward il-kodiċi addizzjonali TARIC fir-rigward tal- “kumpaniji l-oħra kollha” fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011, li jenħtieġ li jkun C999 minflok C699. |
|
(5) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-premessi (217) u (339) kif ukoll l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72, li jemenda l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 skont dan. Din ir-rettifika sseħħ mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72, jiġifieri l-20 ta’ Jannar 2022. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
Il-premessa (217) hija sostitwit b’dan li ġej: „Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu kif ġej: Għotjiet
|
|
(2) |
Il-premessa (339) hija sostitwit b’dan li ġej: „Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontaw għal: Finanzjament preferenzjali: self
|
|
(3) |
L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(1) L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(1)‘2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’effett retroattiv mill-20 ta’ Jannar 2022.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 51).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/470
tat-23 ta’ Marzu 2022
li jagħti għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 223(3), il-punt (c), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-settur tal-laħam tal-majjal ilu f’diffikultà serja għal għadd ta’ xhur. It-tnaqqis sever fir-ritmu tal-esportazzjonijiet lejn iċ-Ċina, it-tixrid ulterjuri tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’aktar Stati Membri u l-impatt kontinwu tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19 qed jikkawżaw pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni għall-ħnieżer għall-iskarnar. |
|
(2) |
L-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna ħolqot tfixkil addizzjonali fis-suq u kellha impatt serju fuq l-esportazzjonijiet tal-laħam tal-majjal tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, kien hemm tnaqqis kbir fid-domanda għall-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal. |
|
(3) |
Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-iżbilanċ attwali bejn il-provvista u d-domanda, jixraq li tingħata għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal u li jiġi ffissat bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (4), li jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-ħżin privat, jenħtieġ li japplikaw għall-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-ammont tal-għajnuna jenħtieġ li jiġi ffissat minn qabel sabiex jippermetti sistema operazzjonali rapida u flessibbli għall-operaturi. F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat jeħtieġ jiġi ffissat bil-quddiem abbażi tal-kostijiet tal-ħżin u elementi oħra rilevanti tas-suq. Jixraq li tiġi stabbilita rata fissa tal-għajnuna. |
|
(6) |
Sabiex l-għajnuna għall-ħżin privat tkun effettiva u jkollha impatt reali fuq is-suq, l-għajnuna jenħtieġ li tingħata biss għall-prodotti li jkunu għadhom ma nħażnux. |
|
(7) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-laħam tal-majjal jenħtieġ li jiġu kklassifikati f’kategoriji skont kriterji ta’ xebh fir-rigward tal-livell tal-kost tal-ħżin. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u ta’ simplifikazzjoni amministrattivi, jenħtieġ li tiġi ffissata l-kwantità minima ta’ prodotti li kull applikazzjoni jeħtieġ tkopri. |
|
(9) |
Jenħtieġ li tiġi ffissata garanzija sabiex jiġi żgurat li l-operaturi jaqdu l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fuq is-suq. |
|
(10) |
L-Artikolu 42(1), il-punt (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 jipprevedi li darba fil-ġimgħa, l-Istati Membri jeħtieġ jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet ammissibbli. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, il-monitoraġġ u l-amministrazzjoni x-xierqa tal-ammonti disponibbli għall-għajnuna, huma meħtieġa notifiki aktar frekwenti għall-ġestjoni effettiva tal-iskema. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi prevista deroga mill-frekwenza tan-notifika. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jipprevedi l-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal kif imsemmi fl-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Għandhom japplikaw ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Prodotti eliġibbli
1. Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti tal-għajnuna għal perjodu ta’ ħżin huma stabbiliti fl-Anness.
2. L-għajnuna għandha tingħata biss għall-kwantitajiet tal-laħam frisk jew imkessaħ li jkunu għadhom ma nħażnux.
Artikolu 3
Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
1. L-applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat għall-kategoriji ta’ prodotti eliġibbli għall-għajnuna stabbilita fl-Anness jistgħu jitressqu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun id-29 ta’ April 2022.
2. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu relatati ma’ perjodu ta’ ħżin ta’ 60, 90, 120 jew 150 jum.
3. Kull applikazzjoni għandha tirreferi għal kategorija waħda biss tal-prodotti elenkati fl-Anness, filwaqt li tindika l-kodiċi tan-NM rilevanti fi ħdan kull kategorija.
4. Kull applikazzjoni għandha tkopri kwantità minima ta’ mill-inqas 10 tunnellati għall-prodotti mingħajr għadam, u 15-il tunnellata għal prodotti oħra.
Artikolu 4
Sigurtà
L-ammont tas-sigurtà meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 4, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat, għandu jkun ugwali għal 20 % tal-ammonti ta’ għajnuna stabbiliti fil-kolonni 3 sa 6 tat-tabella fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Frekwenza tan-notifiki tal-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet
Permezz ta’ deroga mill-frekwenza stabbilita fl-Artikolu 42(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni darbtejn fil-ġimgħa bil-kwantitajiet li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti, kif ġej:
|
(a) |
kull nhar ta’ Tnejn sa 12.00 (ħin ta’ Brussell) il-kwantitajiet li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet il-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa ta’ qabel; |
|
(b) |
kull nhar ta’ Ħamis sa 12.00 (ħin ta’ Brussell) il-kwantitajiet li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa tal-istess ġimgħa. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 15).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).
ANNESS
|
Kategoriji tal-prodotti |
Prodotti li għalihom tingħata l-għajnuna |
Ammont tal-għajnuna għall-perjodu ta’ ħżin ta’ (EUR/tunnellata) |
|||
|
60 jum |
90 jum |
120 jum |
150 jum |
||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
Kategorija 1 ex 0203 11 10 |
Nofs karkassi mingħajr is-sieq ta’ quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1) Karkassi sħaħ tal-annimali sa 20 kg |
270 |
286 |
301 |
317 |
|
Kategorija 2 ex 0203 12 11 ex 0203 12 19 ex 0203 19 11 ex 0203 19 13 |
Prieżet Spallejn Truf ta’ quddiem Lojns, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, lojns biċ-chump jew mingħajrha (2) (3) |
326 |
341 |
357 |
372 |
|
Kategorija 3 ex 0203 19 55 |
Riġlejn, spallejn, truf ta’ quddiem, lojns bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, lojns biċ-chump jew mingħajrha, mingħajr għadam (2) (3) |
377 |
392 |
407 |
423 |
|
Kategorija 4 ex 0203 19 15 |
Żquq, sħaħ jew mirquma b’qatgħa rettangolari |
282 |
297 |
313 |
327 |
|
Kategorija 5 ex 0203 19 55 |
Żquq, sħaħ jew mirquma b’qatgħa rettangolari, mingħajr ġilda u kustilji |
348 |
361 |
375 |
389 |
|
Kategorija 6 ex 0203 19 55 |
Qatgħat li jikkorrispondu għal “partijiet ċentrali”, bil-ġilda jew xaħam jew mingħajrhom, mingħajr għadam (4) |
279 |
293 |
306 |
320 |
|
Kategorija 7 ex 0209 10 11 |
Xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal bil-ġilda jew mingħajrha (5) |
157 |
168 |
180 |
190 |
(1) L-għajnuna tista’ tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala qatgħat ta’ Wiltshire, jiġifieri mingħajr ras, ħaddejn, xedaq, saqajn, denb, sonża, kliewi, flett tal-vagant, skapula, sternu, kolonna vertebrali, għadma pelvika u dijaframma.
(2) Il-lojns u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta’ barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta’ magħha ma jistax jaqbeż fond ta’ 25 mm.
(3) Il-kwantità kuntrattata tista’ tkopri kwalunkwe kombinazzjoni tal-prodotti msemmija.
(4) L-istess preżentazzjoni bħal dik tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0210 19 20.
(5) Tessut xaħmi frisk li jinġabar taħt il-ġilda tal-majjal u jeħel magħha, irrispettivament minn liema parti tal-majjal ikun ġej; f’każ li jiġi ppreżentat bil-ġilda, il-piż tat-tessut xaħmi jrid jaqbeż il-piż tal-ġilda.
DEĊIŻJONIJIET
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/471
tat-23 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 (1) tistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 450 000 000 maħsub biex ikopri l-provvisti lill-Forzi Armati Ukreni. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-konflitt armat li għaddej fit-territorju Ukren, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 450 000 000 addizzjonali u d-durata tal-miżura ta’ assistenza tiġi estiża bi 12-il xahar. |
|
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 36 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 900 000 000.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 900 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 li tikkorrispondi għall-Miżura ta’ Assistenza.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. Mill-inqas 50 fil-mija tal-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jkopri n-nefqa mġarrba mill-11 ta’ Marzu 2022 ’il quddiem.”; |
|
(5) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tranżitu ta’ tagħmir militari, inkluż il-persunal li jkun jakkumpanjah, mit-territorji tagħhom, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom, konsistenti mal-Artikolu 56(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1).
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/472
tat-23 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/339 (1) tistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 50 000 000 maħsub biex ikopri l-finanzjament tal-forniment ta’ tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, bħal tagħmir ta’ protezzjoni personali, kaxex għall-ewwel għajnuna u fjuwil, lill-Forzi Armati Ukreni. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-konflitt armat li għaddej fit-territorju Ukren, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 50 000 000 addizzjonali u d-durata tal-miżura ta’ assistenza tiġi estiża bi 12-il xahar. |
|
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 36 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 100 000 000.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 100 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 li tikkorrispondi għall-Miżura ta’ Assistenza.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022, u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. Mill-inqas 50 fil-mija tal-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jkopri n-nefqa mġarrba mill-11 ta’ Marzu 2022 ’il quddiem.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 4, paragrafu 4, il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/339 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni (ĠU L 61, 28.2.2022, p. 1).
Rettifika
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/47 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2106 tat-28 ta’ Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza billi jistabbilixxi l-indikaturi komuni u l-elementi dettaljati tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 429 tal-1 ta’ Diċembru 2021 )
Fl-Anness, f’paġna 90, fid-deskrizzjoni tal-indikatur 10 “Għadd ta’ parteċipanti f’kors ta’ edukazzjoni jew taħriġ”,
minflok:
“L-indikatur għandu jqis l-għadd ta’ parteċipanti li qed jirċievu edukazzjoni (ISCED 0-6, tagħlim għall-adulti) u taħriġ (taħriġ barra mill-impjieg/taħriġ fil-post tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kontinwi, eċċ.) appoġġati minn miżuri fl-ambitu tal-Faċilità, inklużi parteċipanti fit-taħriġ tal-ħiliet diġitali”,
aqra:
“L-indikatur għandu jqis l-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ edukazzjoni (ISCED 0-8, tagħlim għall-adulti) u ta’ taħriġ (taħriġ barra mill-impjieg/taħriġ fil-post tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kontinwi, eċċ.) appoġġati minn miżuri fl-ambitu tal-Faċilità, inklużi parteċipanti fit-taħriġ tal-ħiliet diġitali”.
Fl-Anness, f’paġna 91, fid-deskrizzjoni tal-indikatur 13 “Kapaċità fil-klassi ta’ faċilitajiet ġodda jew modernizzati għall-indukrar tat-tfal u għat-tagħlim”,
minflok:
“Il-kapaċità tal-klassijiet f’termini tal-għadd massimu ta’ postijiet fil-faċilitajiet ġodda jew modernizzati tat-tagħlim u tal-indukrar u t-tagħlim tat-tfal (ISCED 0–6) minħabba appoġġ permezz ta’ miżuri fl-ambitu tal-Faċilità.”
aqra:
“Il-kapaċità tal-klassijiet f’termini tal-għadd massimu ta’ postijiet fil-faċilitajiet ġodda jew modernizzati tat-tagħlim u tal-indukrar bikri tat-tfal u tal-edukazzjoni (ISCED 0-8) bis-saħħa ta’ appoġġ permezz ta’ miżuri fl-ambitu tal-Faċilità.”;
minflok:
“Il-faċilitajiet edukattivi għandhom jinkludu l-iskejjel (ISCED 1-3, ISCED 4) u l-edukazzjoni għolja (ISCED 5-6).”,
aqra:
“Il-faċilitajiet edukattivi għandhom jinkludu l-iskejjel (ISCED 1-3, ISCED 4) u l-edukazzjoni għolja (ISCED 5-8).”.
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/48 |
Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 142 tat-30 ta’ April 2004 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 008, p. 346)
It-terminu “oqsma kompetenti” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “korpi kompetenti” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.
Fil-paġna 353, Artikolu 18(1):
minflok:
“1. Il-Forum Konsultattiv għandu jkun magħmul minn membri minn oqsma teknikament kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu kompiti simili għal dawk taċ-Ċentru, ...”;
aqra:
“1. Il-Forum Konsultattiv għandu jkun magħmul minn membri minn korpi teknikament kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu kompiti simili għal dawk taċ-Ċentru, ...”.
|
24.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/49 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/60 tat-12 ta’ Jannar 2022 dwar il-Mekkaniżmu Operazzjonali ta’ Koordinazzjoni għad-Dimensjoni Esterna tal-Migrazzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 10 tas-17 ta’ Jannar 2022 )
Fil-paġna 79, fit-titolu,
minflok:
“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/60 tat-12 ta’ Jannar 2022 dwar il-Mekkaniżmu Operazzjonali ta’ Koordinazzjoni għad-Dimensjoni Esterna tal-Migrazzjoni”,
aqra:
“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/60 tat-12 ta’ Jannar 2022 dwar il-Mekkaniżmu ta’ Koordinazzjoni Operazzjonali għad-Dimensjoni Esterna tal-Migrazzjoni”;
Fil-paġna 79, fl-ewwel premessa,
minflok:
|
“(1) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu operazzjonali ta’ koordinazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM), bl-adattament tal-mekkaniżmu integrat tal-UE li ġie approvat mill-Kunsill fil-25 ta’ Ġunju 2013, u l-arranġamenti li huma msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE”, |
aqra:
|
“(1) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM), bl-adattament tal-mekkaniżmu integrat tal-UE li ġie approvat mill-Kunsill fil-25 ta’ Ġunju 2013, u l-arranġamenti li huma msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE”; |
Fil-paġna 79, fl-ewwel sentenza tal-premessa 6,
minflok:
|
“(6) |
Għal dak il-għan, jenħtieġ li jinħoloq mekkaniżmu operazzjonali ta’ koordinazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM)”, |
aqra:
|
“(6) |
Għal dak il-għan, jenħtieġ li jinħoloq mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM)”; |
Fil-paġna 79, fit-titolu tal-Artikolu 1,
minflok:
“Ħolqien ta’ mekkaniżmu operazzjonali ta’ koordinazzjoni”,
aqra:
“Ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali”;
Fil-paġna 79, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1),
minflok:
“Din id-Deċiżjoni toħloq mekkaniżmu operazzjonali ta’ koordinazzjoni għad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM)”,
aqra:
“Din id-Deċiżjoni toħloq mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali għad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM)”.