ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
15 ta' Marzu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/421 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/422 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/423 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/424 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi I, IV, XV, XVI, XVII u XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni jew kompartimenti tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini, prodotti tal-laħam, ħalib, kolostru, prodotti li fihom il-kolostru u prodotti tal-ħalib, budellati u annimali akkwatiċi ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/425 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ ċerti sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-kategorija miftuħa u tad-data ta’ applikazzjoni għal xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fi jew lil hinn mil-linja viżwali tal-vista ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/426 tal-14 ta’ Marzu 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/421

tal-14 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 272/2009 jinkariga lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (3) jelenka l-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat li, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla, ir-Repubblika tas-Serbja tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009, fir-rigward tal-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, tal-merkanzija u tal-posta u s-sigurtà tal-inġenju tal-ajru.

(5)

Il-Kummissjoni vverifikat li, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion, l-Istat ta’ Iżrael jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009, fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru u l-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111 (4) li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 inkluda kemm ir-Repubblika tas-Serbja, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla, kif ukoll l-Istat ta’ Iżrael, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion, fid-Dokumenti Mehmuża rilevanti li jelenkaw il-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala li japplikaw standards ta’ sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413 (5) li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 irrikonoxxa lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni. L-Anness ta’ dak ir-Regolament kien jikkonsisti, inter alia, fis-sostituzzjoni tal-kontenut kollu tad-Dokumenti Mehmuża 3-B, 4-B, 5-A u 6-F b’Dokumenti Mehmuża ġodda li jinkludu wkoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

(8)

Id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/413 ġiet stabbilita fl-Artikolu 3, jiġifieri d-data ta’ wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fihom skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-dewmien fl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/413, fl-1 ta’ Jannar 2021, irriżulta fis-sostituzzjoni minn dak il-jum tad-Dokumenti Mehmuża 3-B, 4-B, 5-A u 6-F b’dokumenti mehmuża li fihom listi li ma jirriflettux il-modifiki li seħħew wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/413, jiġifieri dawk introdotti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/111.

(9)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti mill-ġdid il-listi korretti ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni billi jiżdiedu dawk il-pajjiżi terzi li ġew miżjuda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/111.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255 (6) li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 introduċa pjan direzzjonali ġdid għat-tlestija progressiva tal-installazzjoni tat-tagħmir tas-sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) tal-istandard 3 għall-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva fl-ajruporti Ewropej, biż-żieda tal-flessibbiltà meħtieġa minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fl-elaborazzjoni ta’ tali pjan direzzjonali, bi żball ma ngħatatx flessibbiltà addizzjonali simili mill-1 ta’ Settembru 2021, lill-operaturi li għadhom qed jużaw tagħmir tal-EDS tal-istandard 2 għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta. L-awtoritajiet xierqa jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jippermettu estensjoni raġonevoli tal-użu tal-EDS tal-istandard 2 anki lill-operaturi involuti fl-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta.

(11)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 uriet il-ħtieġa ta’ xi emendi għall-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni fl-oqsma tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u t-tneħħija gradwali progressiva tat-tagħmir bir-raġġi X b’viżjoni unika (single-view) rispettivament. Id-dispożizzjonijiet relatati fl-Anness jeħtieġ li jiġu aġġustati sabiex titjieb iċ-ċarezza ġuridika, tiġi standardizzata l-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u tiġi żgurata ulterjorment l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni fis-sigurtà tal-avjazzjoni.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat- 2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif ukoll tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 98).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255 tat-18 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 58, 19.2.2021, p. 23).


ANNESS

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(1)

il-lista fid-Dokument Mehmuż 3-B tal-Kapitolu 3 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata rigward il-Montenegro:

“Ir-Repubblika tas-Serbja, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla”;

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata dwar ir-Repubblika ta4 Singapor, fir-rigward tal-Ajruport Singapore Changi:

“L-Istat ta’ Iżrael, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion”;

(2)

il-lista fid-Dokument Mehmuż 4-B tal-Kapitolu 4 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata rigward il-Montenegro:

“Ir-Repubblika tas-Serbja, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla”;

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata dwar ir-Repubblika ta4 Singapor, fir-rigward tal-Ajruport Singapore Changi:

“L-Istat ta’ Iżrael, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion”;

(3)

fil-lista fid-Dokument Mehmuż 5-A tal-Kapitolu 5, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata Il-Montenegro:

“Ir-Repubblika tas-Serbja, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla”;

(4)

fil-lista 6-Fi fid-Dokument Mehmuż 6-F tal-Kapitolu 6, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata Il-Montenegro:

“Ir-Repubblika tas-Serbja”;

(5)

l-ittra (c) fil-punt 11.6.4.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(c)

ma jistax iwettaq validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jekk ikollu status ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni skont skema ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, sakemm il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jagħtux opportunitajiet reċiproċi lill-validaturi tas-sigurtà tal-UE fl-iskema tiegħu.”;

(6)

il-punt 12.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.3.1

It-tagħmir kollu installat sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023, li għandu jintuża fl-Unjoni għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta, kif ukoll tal-posta u tal-materjali tat-trasportaturi tal-ajru soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà f’konformità mal-Kapitolu 6, għandu jkun b’viżjoni multipla (multi-view).

L-awtorità xierqa, għal raġunijiet oġġettivi, tista’ tippermetti l-użu ta’ tagħmir bir-raġġi X b’viżjoni unika (single-view) installat qabel l-1 ta’ Jannar 2023 sad-dati li ġejjin:

(a)

tagħmir tar-raġġi X b’viżjoni unika installat qabel l-1 ta’ Jannar 2016, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025;

(b)

tagħmir tar-raġġi X b’viżjoni unika installat mill-1 ta’ Jannar 2016, għal perjodu massimu ta’ għaxar snin mid-data tal-installazzjoni tiegħu jew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, skont liema minnhom jiġi l-ewwel.

 

L-awtorità xierqa għandha tinforma lill-Kummissjoni meta tapplika d-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu.”;

(7)

fil-punt 12.4.2.4, tiżdied is-sentenza li ġejja wara t-tabella:

“Barra minn hekk, l-awtorità xierqa tista’ tippermetti l-użu tal-EDS tal-istandard 2 għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta kif ukoll tal-posta u tal-materjali tat-trasportaturi tal-ajru soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà f’konformità mal-Kapitolu 6, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2022.”.


15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/422

tal-14 ta’ Marzu 2022

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi stabbilita s-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ dokumenti għall-finijiet ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda, huwa meħtieġ li jiġu definiti u adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u r-rekwiżiti l-oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema.

(2)

Hemm għodod li ġew żviluppati għall-iskambju diġitali ta’ data relatata mal-kawżi, mingħajr ma ġew sostitwiti jew meħtieġa modifiki għaljin għas-sistemi tal-IT eżistenti diġà stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Komunikazzjoni tal-e-Ġustizzja permezz tal-Iskambju ta’ Data Online (e-CODEX) hija l-għodda ewlenija ta’ dan it-tip żviluppata sal-lum.

(3)

Is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li tkun tinkludi s-sistemi back-end tal-Istati Membri u punti ta’ aċċess interoperabbli, li permezz tagħhom ikunu interkonnessi. Il-punti ta’ aċċess tas-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-e-CODEX.

(4)

Ladarba s-sistema tal-IT deċentralizzata tkun ġiet żviluppata, il-kumitat ta’ tmexxija se jiżgura t-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha. Il-kumitat ta’ tmexxija jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’att separat.

(5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fl-24 ta’ Jannar 2022.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tal-IT deċentralizzata

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u r-rekwiżiti l-oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2020/1783 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi, miżuri u rekwiżiti oħrajn tas-sistema deċentralizzata tal-IT imsemmija fl-Artikolu 1

1.   Introduzzjoni

Is-sistema ta’ skambju tal-Kumpilazzjoni tax-Xhieda (ToE) hija sistema tal-IT deċentralizzata bbażata fuq e-CODEX li tista’ twettaq skambji ta’ dokumenti u messaġġi relatati mal-kumpilazzjoni tax-xhieda bejn l-Istati Membri differenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1783. In-natura deċentralizzata tas-sistema tal-IT tkun tippermetti skambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru u ieħor, mingħajr tkun involuta ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji.

2.   Definizzjonijiet

2.1.

“HyperText Transport Protocol Secure” jew “HTTPS” tfisser komunikazzjoni kriptata u kanali ta' konnessjoni sikuri;

2.2.

“Portal” tfisser is-soluzzjoni tal-Implimentazzjoni ta’ Referenza jew is-soluzzjoni Back-end Nazzjonali konnessa mas-sistema tal-IT deċentralizzata;

2.3.

“Nonripudju tal-oriġini” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-integrità u l-prova tal-oriġini tad-data permezz ta' metodi bħalma huma ċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika u l-firem diġitali;

2.4.

“Nonripudju tal-wasla” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-wasla tad-data għand ir-riċevitur intiż tad-data lill-oriġinatur permezz ta' metodi bħalma huma ċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika u l-firem diġitali;

2.5.

“SOAP” tfisser, f'konformità mal-istandards tal-Konsorzju tal-World Wide Web, speċifikazzjoni ta' protokoll ta' messaġġi għall-iskambju ta' informazzjoni strutturata fl-implimentazzjoni ta' servizzi tal-web f'networks tal-kompjuter;

2.6.

“Servizz web” tfisser sistema ta’ software ddiżinjata biex tkun tiflaħ interazzjoni interoperabbli bejn magna u oħra fuq network; huwa jkollu interfaċċa deskritta f’format li jista’ jiġi pproċessat minn magna;

2.7.

“skambju ta’ data” tfisser l-iskambju ta’ messaġġi u dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

3.   Metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi

Is-sistema ta’ skambju tat-ToE għandha tuża metodi ta' komunikazzjoni bbażati fuq is-servizzi, bħal Servizzi web jew Infrastrutturi ta' Servizzi Diġitali riutilizzabbli oħrajn, għall-fini ta' skambju ta’ messaġġi u dokumenti.

B’mod speċifiku, se tuża l-infrastruttura e-CODEX, li hija magħmula minn żewġ komponenti ewlenin, il-Konnettur u l-Gateway.

Il-Konnettur huwa responsabbli biex jittratta l-komunikazzjoni mas-soluzzjoni ta’ Implementazzjoni ta’ Referenza jew l-implimentazzjonijiet nazzjonali. Huwa jista’ jipproċessa l-iskambju tal-messaġġi bil-Gateway fiż-żewġ direzzjonijiet, jirrintraċċa l-messaġġi u jirrikonoxxihom bl-użu ta’ standards bħal evidenzi tal-ETSI-REM, jivvalida l-firem tad-dokumenti tan-negozju, joħloq token li jżomm l-eżitu tal-validazzjoni fil-format PDF u XML u joħloq kontenitur bl-użu ta’ standards bħal ASIC-S fejn il-kontenut tan-negozju ta’ messaġġ ikun ippakkjat u ffirmat.

Il-Gateway hija responsabbli għall-iskambju ta’ messaġġi u hija indifferenti għall-kontenut tal-messaġġ. Hija tista’ tibgħat messaġġi lill-Konnettur u tirċievi messaġġi mingħandu, tivvalida l-informazzjoni tal-intestatura, tidentifika l-modalità tal-ipproċessar korretta, tiffirma u tikkripta messaġġi u tittrasferixxi messaġġi lil Gateways oħrajn.

4.   Protokolli ta' komunikazzjoni

Is-sistema ta’ skambju tat-ToE għandha tuża protokolli tal-internet siguri, bħall-HTTPS għall-komunikazzjoni tal-portal u tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata u l-protokolli ta’ komunikazzjoni standard, bħal SOAP, għat-trażmissjoni ta’ data u metadata strutturata.

B’mod speċifiku, l-e-CODEX jipprovdi sigurtà tal-informazzjoni b’saħħitha billi jieħu vantaġġ mill-awtentikazzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-protokoll kriptografiku b’diversi strati.

5.   L-istandards tas-sigurtà

Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni permezz tas-sistema ta’ skambju tat-ToE, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta’ sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jinkludu:

(a)

miżuri għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali sikuri (HTTPS);

(b)

miżuri għall-iżgurar tal-integrità tad-data waqt li tkun qed tiġi skambjata;

(c)

miżuri għall-iżgurar ta’ nonripudju tal-oriġini tal-mittent tal-informazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ skambju tat-ToE u n-nonripudju tal-wasla tal-informazzjoni;

(d)

miżuri għall-iżgurar ta’ lloggjar ta’ avvenimenti ta’ sigurtà f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(e)

miżuri għall-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ kull utent irreġistrat u miżuri għall-verifika tal-identità tas-sistemi konnessi mas-sistema ta’ skambju tat-ToE;

(f)

is-sistema ta’ skambju tat-ToE se tiġi żviluppata f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku.

6.   Id-disponibbiltà tas-servizzi

6.1.

Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa, b’rata ta’ disponibbiltà teknika tas-sistema ta’ mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.

6.2.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:

(a)

5 ijiem tax-xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sa 4 sigħat;

(b)

10 ijiem tax-xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sa 12-il siegħa;

(c)

30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, li jistgħu jikkawżaw perjodu ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' sa sitt ijiem fis-sena.

6.3.

Kemm ikun possibbli, matul il-jiem tax-xogħol, l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati bejn it-20.00 u s-7.00 CET.

6.4.

Meta l-Istati Membri jkollhom ħinijiet tas-servizz fissi għal kull ġimgħa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta jkunu ppjanati dawn il-ħinijiet tas-servizz. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-punt 6.2, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul dawn il-ħinijiet fissi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni.

6.5.

F’każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija tas-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

6.6.

F'każ ta’ ħsara mhux mistennija fil-bażi tad-data tal-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/423

tal-14 ta’ Marzu 2022

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi stabbilita s-sistema tal-IT deċentralizzata, huwa meħtieġ li jiġu definiti u adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u r-rekwiżiti l-oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema.

(2)

Hemm għodod li ġew żviluppati għall-iskambju diġitali ta’ data relatata mal-kawżi, mingħajr ma ġew sostitwiti jew meħtieġa modifiki għaljin għas-sistemi tal-IT eżistenti diġà stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Komunikazzjoni tal-e-Ġustizzja permezz tal-Iskambju ta’ Data Online (e-CODEX) hija l-għodda ewlenija ta’ dan it-tip żviluppata sal-lum.

(3)

Is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li tkun tinkludi s-sistemi back-end tal-Istati Membri u punti ta’ aċċess interoperabbli, li permezz tagħhom ikunu interkonnessi. Il-punti ta’ aċċess tas-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-e-CODEX.

(4)

Ladarba s-sistema tal-IT deċentralizzata tkun ġiet żviluppata, il-kumitat ta’ tmexxija se jiżgura t-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha. Il-kumitat ta’ tmexxija jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’att separat.

(5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fl-24 ta’ Jannar 2022.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tal-IT deċentralizzata

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u r-rekwiżiti l-oħrajn għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2020/1784 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi, miżuri u rekwiżiti oħrajn tas-sistema deċentralizzata tal-IT imsemmija fl-artikolu 1

1.   Introduzzjoni

Is-sistema ta’ skambju tan-Notifika ta’ Dokumenti (SoD) hija sistema tal-IT deċentralizzata bbażata fuq e-CODEX li tista’ twettaq skambji ta’ dokumenti u data relatati man-notifika ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri differenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1784. In-natura deċentralizzata tas-sistema tal-IT tkun tippermetti skambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru u ieħor, mingħajr tkun involuta ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji.

2.   Definizzjonijiet

2.1.

“HyperText Transport Protocol Secure” jew “HTTPS” tfisser komunikazzjoni kriptata u kanali ta’ konnessjoni sikuri;

2.2.

“Portal” tfisser is-soluzzjoni tal-Implimentazzjoni ta’ Referenza jew is-soluzzjoni Back-end Nazzjonali konnessa mas-sistema tal-IT deċentralizzata;

2.3.

“Nonripudju tal-oriġini” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-integrità u l-prova tal-oriġini tad-data permezz ta’ metodi bħalma huma ċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika u l-firem diġitali;

2.4.

“Nonripudju tal-wasla” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-wasla tad-data għand ir-riċevitur intiż tad-data lill-oriġinatur permezz ta’ metodi bħalma huma ċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika u l-firem diġitali;

2.5.

“SOAP” tfisser, f’konformità mal-istandards tal-Konsorzju tal-World Wide Web, speċifikazzjoni ta’ protokoll ta’ messaġġi għall-iskambju ta’ informazzjoni strutturata fl-implimentazzjoni ta’ servizzi tal-web f’networks tal-kompjuter;

2.6.

“Servizz web” tfisser sistema ta’ software ddiżinjata biex tkun tiflaħ interazzjoni interoperabbli bejn magna u oħra fuq network; huwa jkollu interfaċċa deskritta f’format li jista’ jiġi pproċessat minn magna;

2.7.

“skambju ta’ data” tfisser l-iskambju ta’ messaġġi u dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

3.   Metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi

Is-sistema ta’ skambju tal-SoD għandha tuża metodi ta’ komunikazzjoni bbażati fuq is-servizzi, bħal Servizzi web jew Infrastrutturi ta’ Servizzi Diġitali riutilizzabbli oħrajn, għall-fini ta’ skambju ta’ messaġġi u dokumenti.

B’mod speċifiku, se tuża l-infrastruttura e-CODEX, li hija magħmula minn żewġ komponenti ewlenin, il-Konnettur u l-Gateway.

Il-Konnettur huwa responsabbli biex jittratta l-komunikazzjoni mas-soluzzjoni ta’ Implementazzjoni ta’ Referenza jew l-implimentazzjonijiet nazzjonali. Huwa jista’ jipproċessa l-iskambju tal-messaġġi bil-Gateway fiż-żewġ direzzjonijiet, jirrintraċċa l-messaġġi u jirrikonoxxihom bl-użu ta’ standards bħal evidenzi tal-ETSI-REM, jivvalida l-firem tad-dokumenti tan-negozju, joħloq token li jżomm l-eżitu tal-validazzjoni fil-format PDF u XML u joħloq kontenitur bl-użu ta’ standards bħal ASIC-S fejn il-kontenut tan-negozju ta’ messaġġ ikun ippakkjat u ffirmat.

Il-Gateway hija responsabbli għall-iskambju ta’ messaġġi u hija indifferenti għall-kontenut tal-messaġġ. Hija tista’ tibgħat messaġġi lill-Konnettur u tirċievi messaġġi mingħandu, tivvalida l-informazzjoni tal-intestatura, tidentifika l-modalità tal-ipproċessar korretta, tiffirma u tikkripta messaġġi u tittrasferixxi messaġġi lil Gateways oħrajn.

4.   Protokolli ta’ komunikazzjoni

Is-sistema ta’ skambju tal-SoD għandha tuża protokolli tal-Internet siguri, bħall-HTTPS għall-komunikazzjoni tal-portal u tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata u l-protokolli ta’ komunikazzjoni standard, bħal SOAP, għat-trażmissjoni ta’ data u metadata strutturata.

B’mod speċifiku, l-e-CODEX jipprovdi sigurtà tal-informazzjoni b’saħħitha billi jieħu vantaġġ mill-awtentikazzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-protokoll kriptografiku b’diversi strati.

5.   L-istandards tas-sigurtà

Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni permezz tas-sistema ta’ skambju tal-SoD, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta’ sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jinkludu:

(a)

miżuri għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali sikuri (HTTPS);

(b)

miżuri għall-iżgurar tal-integrità tad-data waqt li tkun qed tiġi skambjata;

(c)

miżuri għall-iżgurar ta’ nonripudju tal-oriġini tal-mittent tal-informazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ skambju tal-SoD u n-nonripudju tal-wasla tal-informazzjoni;

(d)

miżuri għall-iżgurar ta’ lloggjar ta’ avvenimenti ta’ sigurtà f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(e)

miżuri għall-iżgurar tal-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ kull utent irreġistrat u miżuri għall-verifika tal-identità tas-sistemi konnessi mas-sistema ta’ skambju tal-SoD;

(f)

is-sistema ta’ skambju tal-SoD se tiġi żviluppata f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku.

6.   Id-disponibbiltà tas-servizzi

6.1.

Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa, b’rata ta’ disponibbiltà teknika tas-sistema ta’ mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.

6.2.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:

(a)

5 ijiem tax-xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sa 4 sigħat;

(b)

10 ijiem tax-xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sa 12-il siegħa;

(c)

30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, li jistgħu jikkawżaw perjodu ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sa sitt ijiem fis-sena.

6.3.

Kemm ikun possibbli, matul il-jiem tax-xogħol, l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati bejn it-20:00 u s-7:00 CET.

6.4.

Meta l-Istati Membri jkollhom ħinijiet tas-servizz fissi għal kull ġimgħa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta jkunu ppjanati dawn il-ħinijiet tas-servizz. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-punt 6.2, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul dawn il-ħinijiet fissi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f’kull okkażjoni.

6.5.

F’każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija tas-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

6.6.

F’każ ta’ ħsara mhux mistennija fil-bażi tad-data tal-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta’ disponibbiltà, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/424

tal-14 ta’ Marzu 2022

li jemenda u jikkoreġi l-Annessi I, IV, XV, XVI, XVII u XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni jew kompartimenti tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini, prodotti tal-laħam, ħalib, kolostru, prodotti li fihom il-kolostru u prodotti tal-ħalib, budellati u annimali akkwatiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali huwa li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi, territorji jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jkunu permessi li jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati għall-ispeċijiet u għall-kategoriji partikolari tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini. Ir-referenza żbaljata fit-titolu tal-kolonna 2 ta’ dik il-lista jenħtieġ li tiġi kkoreġuta. Għalhekk, l-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

(5)

It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam minn ungulati, tjur u għasafar tal-kaċċa. Fil-ħames kolonna ta’ dik il-lista, jenħtieġ li l-entrata għas-Serbja fir-rigward tal-annimali porċini tirrifletti t-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju B jew C imsemmija fl-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1351 (4), li kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2021, u li issa huma stabbiliti fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dik l-entrata għas-Serbja jenħtieġ li tiġi kkoreġuta, u l-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

(6)

L-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ budellati. Il-Mongolja ssottomettiet lill-Kummissjoni t-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ budellati minn dak il-pajjiż terz f’termini tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika. Il-Mongolja pprovdiet ukoll biżżejjed evidenza u garanziji lill-Kummissjoni biex tiġi inkluża f’dik il-lista li għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi lil dak il-pajjiż terz. Għalhekk, l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

L-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ħalib, kolostru, prodotti li fihom il-kolostru, prodotti tal-ħalib derivati minn ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Jenħtieġ li dik il-lista tqis il-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ konsenji ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, ta’ kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru u tindika t-tip ta’ trattament ta’ tisħin meħtieġ għal dawn il-komoditajiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (5), peress li r-Regolament (UE) Nru 605/2010 tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XVII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi kkoreġut biex jinkludi l-entrata għal Isle of Man, li ġiet elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(8)

L-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew iż-żoni jew kompartimenti tagħhom li minnhom id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali akkwatiċi ħajjin tal-ispeċijiet elenkati huwa awtorizzat. Jenħtieġ li dak l-Anness jiġi kkoreġut billi jerġgħu jiddaħħlu l-Partijiet 2, 3 u 4 kif applikabbli qabel l-emendi li saru fl-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1937 (6), u li tħassar b’mod mhux intenzjonat b’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Għalhekk, l-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(10)

Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza legali, l-emendi u l-korrezzjonijiet li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, IV, XV, XVI, XVII u XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati u kkoreġuti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1351 tad-19 ta’ Awwissu 2019 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali rigward l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem derivati minn annimali porċini li oriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja wara l-okkorrenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’dak il-pajjiż u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE (ĠU L 216, 20.8.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1937 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ molluski u krustaċji maħsuba biex jinżammu għal skopijiet ornamentali f’faċilitajiet magħluqa u li jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ tali kunsinni(ĠU L 396, 10.11.2021, p. 36).


ANNESS

L-Annessi I, IV, XV, XVI, XVII u XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati u kkoreġuti kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(10)

Meta ssir referenza għas-Serbja, it-territorju tal-Kosovo (*) mhuwiex inkluż.

(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”;"

(2)

fl-Anness IV, fil-Parti 1, it-titoli tat-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem

il-pajjiż terz jew it-territorju

Żona

kif stabbilita fil-Parti 2

Grupp sanitarju

Kategoriji

permessi li jidħlu fl-Unjoni

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

Kundizzjonijiet speċifiċi

kif stabbiliti fil-Parti 3

Garanziji tas-saħħa tal-annimali

kif stabbiliti fil-Parti 4

Data tal-għeluq

Data tal-ftuħ”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(3)

fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata għas-Serbja hija sostitwita b’dan li ġej:

RS

Is-Serbja

RS-0

A

A

B jew C

A

D

D

D

D

D

Mhux awtorizzati

MPNT(*1)

MPST”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(4)

fl-Anness XVI, fil-Parti 1, l-entrata li ġejja għall-Mongolja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Marokk u l-entrata għal New Zealand:

MN

Il-Mongolja

MN-0

Ungulati u tjur

CAS”

 

 

(5)

fl-Anness XVII, fil-Parti 1, l-entrata li ġejja għal Isle of Man tiddaħħal bejn l-entrata għal Greenland u l-entrata għal Jersey:

IM

Isle of Man

IM-0

Ungulati

MILK-RM, MILK-RMP/NT, COLOSTRUM, COLOSTRUM-BP, DAIRY-PRODUCTS-PT”

 

 

 

 

(6)

fl-Anness XXI, il-Partijiet 2, 3 u 4 li ġejjin jiżdiedu wara l-Parti 1:

“PARTI 2

Deskrizzjonijiet taż-żoni jew tal-kompartimenti tal-pajjiżi terzi jew tat-territorji msemmija fil-kolonna 2 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1

Isem

il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi

taż-żona/tal-kompartiment

Deskrizzjoni taż-żona

Il-Kanada

CA-1

British Columbia

CA-2

Alberta

CA-3

Saskatchewan

CA-4

Manitoba

CA-5

New Brunswick

CA-6

Nova Scotia

CA-7

Il-Gżira ta’ Prince Edward

CA-8

Newfoundland u Labrador

CA-9

Yukon

CA-10

It-territorji tal-Majjistral

CA-11

Nunavut

CA-12

Quebec

Il-Malasja

MY-1

Peniżolari, il-Malasja tal-Punent

L-Istati Uniti

US-1

Il-pajjiż kollu, ħlief l-Istati li ġejjin: New York, Ohio, Illinois, Michigan, Indiana, Wisconsin, Minnesota u Pennsylvania

US-2

Il-Bajja ta’ Humboldt (California)

US-3

Il-Bajja ta’ Netarts (Oregon)

US-4

Il-Bajja ta’ Wilapa, id-Daħla ta’ Totten, il-Bajja ta’ Oakland, il-Bajja ta’ Quilcence u l-Bajja ta’ Dabob (Washington)

US-5

NELHA (Hawaii)

PARTI 3

Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 7 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1

A

L-annimali akkwatiċi u l-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li għalihom tapplika l-Parti II.2.4. tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali FISH-CRUST-HC, iridu joriġinaw minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 f’dan l-Anness. Fil-każijiet kollha, dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (*1)

B

L-annimali akkwatiċi u l-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li għalihom tapplika l-Parti II.2.4. tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali MOL-HC, iridu joriġinaw minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 f’dan l-Anness. Fil-każijiet kollha, dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

Dan iċ-ċertifikat uffiċjali jista’ jintuża biss għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jikkonformaw mal-istandards għas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin stabbiliti fl- Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u mal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fl-Anness I, il-Kapitolu 1, il-punti 1.17 u 1.25, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (*3)

PARTI 4

Garanziji tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-kolonna 8 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1

Xejn”.


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”;”


(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).


15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/425

tal-14 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ ċerti sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-kategorija “miftuħa” u tad-data ta’ applikazzjoni għal xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fi jew lil hinn mil-linja viżwali tal-vista

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2), huwa permess li sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”) li ma jikkonformawx mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (3) u li mhumiex mibnija privatament jibqgħu jintużaw fil-kategorija “miftuħa” taħt ċerti kundizzjonijiet operazzjonali limitati, meta jkunu tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023. Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, huwa permess li UAS li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa permess li jintużaw fil-kategorija “miftuħa” biss taħt ċerti kundizzjonijiet operazzjonali limitati għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2023.

(2)

Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, mit-3 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw biss dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għal operazzjoni li tikkonforma ma’ wieħed miż-żewġ xenarji standard, jew fi ħdan il-linja viżwali tal-vista f’żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent popolat, inkella lil hinn mil-linja viżwali tal-viżta b’Osservaturi tal-Ispazju tal-Ajru f’żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat, stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Uħud mill-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C0 sa C6 meħtieġa għall-operazzjoni fil-kategorija “miftuħa” jew taħt ix-xenarji standard, kif ukoll l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod ma jkunux disponibbli sa nofs l-2023. Mingħajr dawk l-istandards armonizzati, il-manifatturi tal-UAS ikunu, fil-verità, imxekkla milli jqiegħdu UAS konformi fis-suq qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-dati stipulati fl-Artikolu 20 u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jiġu estiżi biex jiġi żgurat li l-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C0 sa C6 ikunu disponibbli għall-produtturi u l-operaturi tal-UAS qabel jiskadu dawk il-perjodi. Huwa neċessarju wkoll li d-data tal-applikazzjoni taż-żewġ xenarji standard stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiġi posposta biex ikun żgurat li dawk l-istandards armonizzati jkunu disponibbli qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għall-operazzjonijiet konformi ma’ dawk ix-xenarji standard. Sa dak iż-żmien, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 20 “l-1 ta’ Jannar 2023” huwa sostitwit bi “l-1 ta’ Jannar 2024”;

(2)

fl-Artikolu 22, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu fil-kategorija “miftuħa” ta’ UAS li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (*1) għandu jkun permess għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2023, soġġett għall-kundizzjonijiet segwenti:

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).”;"

(3)

fl-Artikolu 23, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 5(5) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

3.   Il-Punti UAS.OPEN.060(2)(g) UAS.SPEC.050(1)(l)(i) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2022 u l-Punt UAS.SPEC.050(1)(l)(ii) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1), sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5), abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness.

Tali dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mill-1 ta’ Jannar 2026.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

15.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/426

tal-14 ta’ Marzu 2022

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punti (b) u (d) tal-Artikolu 77(2), il-punt (c) tal-Artikolu 79(2), u l-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi

(1)

Hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà mal-programmi rilevanti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Moldova u l-Ukrajna (EUBAM) u l-“EU4Border Security”.

(2)

F’ċirkostanzi li jirrikjedu l-iskjerament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f’pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus, mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim internazzjonali mar-Repubblika tal-Moldova dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Unjoni, ftehim internazzjonali dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill li jinsabu fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

É. BORNE


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).