|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/400
tas-7 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-snin finanzjarji 2021 sal-2027, skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għas-snin 2021 sal-2027 jeħtieġ ikun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4). |
|
(3) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2022. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti jeħtieġ ikun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat fl-ambitu tal-FAEŻR. |
|
(4) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li fis-sena finanzjarja 2023 jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali fl-ambitu tal-FAEŻR, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2022. |
|
(5) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li għas-sena kalendarja 2022 jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti, ċertu perċentwal ta’ appoġġ li jeħtieġ jiġi ffinanzjat fl-ambitu tal-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2023. |
|
(6) |
Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti stipulati fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew adattati skont dan permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 (5). |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(8) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-ammonti li jeħtieġ jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
(miljun EUR) |
||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|
|
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
||
|
2021 |
1 099,539 |
58,165 |
600,658 |
40 367,954 |
|
2022 |
1 086,292 |
57,919 |
525,400 |
40 638,189 |
|
2023 |
1 277,253 |
55,858 |
507,322 |
40 692,211 |
|
2024 |
|
|
|
41 649,000 |
|
2025 |
|
|
|
41 782,000 |
|
2026 |
|
|
|
41 913,000 |
|
2027 |
|
|
|
42 047,000 |
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/401
tat-8 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jeleneka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni milli l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi seba’ persuni mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:
“8. ISEM: Aziz Salih al-Numan
DATA U POST TAT-TWELID: 1941 jew 1945, An Nasiriyah
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th;
ex-Gvernatur ta' Karbala u An Najaf;
ex-Ministru tal-Agrikoltura u tar-Riforma Agrarja (1986-1987)”
“10. ISEM: Kamal Mustafa Abdallah
MAGĦRUF BĦALA: Kamal Mustafa Abdallah Sultan al-Tikriti
DATA U POST TAT-TWELID: 1952 jew l-4 ta’ Mejju 1955, Tikrit
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
Segretarju tal-Gwardja Repubblikana;
Mexxa l-Gwardja Speċjali Repubblikana u kmanda iż-żewġ Korpi tal-Gwardja Repubblikana”
“18. ISEM: Latif Nusayyif Jasim Al-Dulaymi
DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1941, ar-Rashidiyah, subborg ta’ Baghdad
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
Assistent President tal-Bureau Militari tal-Partit Ba'th;
Ministru tax-Xogħol u tal-Affarijiet Soċjali (bejn l-1993 u l-1996)”
“40. ISEM: Abd-al-Baqi Abd-al-Karim Abdallah Al-Sa'dun
DATA U POST TAT-TWELID: 1947
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Diyala
Assistent Kmandant tar-Reġjun tan-Nofsinhar bejn l-1998 u l-2000;
Ex-Speaker tal-Assemblea Nazzjonali”
“41. ISEM: Muhammad Zimam Abd-al-Razzaq Al-Sa'dun
DATA U POST TAT-TWELID: 1942, Suq Ash-Shuyukh District, Dhi-Qar
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'At-Tamin;
Ministru tal-Intern bejn l-1995 u l-2001”
“42. ISEM: Samir Abd al-Aziz Al-Najim
DATA U POST TAT-TWELID: 1937 jew 1938, Baghdad
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Baghdad tal-Lvant;”
“53. ISEM: Qaid Hussein Al-Awadi
NAZZJONALITÀ: L-Iraq
BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:
President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Ninawa;
Ex-Gvernatur ta' An-Najaf, circa bejn l-1998 u l-2002”
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/402
tad-9 ta’ Marzu 2022
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara investigazzjoni anti-dumping, il-Kunsill bir-Regolament (KE) Nru 925/2009 (2), impona dazju anti-dumping fuq ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina (“l-investigazzjoni oriġinali”). Wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 (3), estendiet il-miżuri fis-17 ta’ Diċembru 2015 għall-esportazzjonijiet miċ-Ċina u temmet il-miżuri għall-Brażil (“l-investigazzjoni preċedenti tar-rieżami ta’ skadenza”). Il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Armenja skadew fis-7 ta’ Ottubru 2014. |
|
(2) |
B’riżultat ta’ investigazzjoni antiċirkomvenzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 (4) estendiet id-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju ftit modifikat. |
|
(3) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1474 (5), il-Kummissjoni, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni oħra f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estendiet id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika dwar l-iskadenza imminenti (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fl-10 ta’ Settembru 2020 mill-produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu fojl tal-aluminju (“l-applikanti”). It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Hekk kif determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fis-17 ta’ Diċembru 2020, permezz ta’ Notifika li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”), il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza rigward l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(7) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2019 sat-30 ta’ Settembru 2020 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Il-partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, fornituri u utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll assoċjazzjonijiet li kienu magħrufa li kienu kkonċernati, dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kampjunar
|
(10) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(11) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 77 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 75 % tal-volum tal-bejgħ stmat tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun b’hekk tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.6.2. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(12) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(13) |
Importatur mhux relatat wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni. |
1.6.3. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(15) |
Żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat preżentaw ruħhom u provdew l-informazzjoni mitluba. Madankollu, wieħed minnhom iddikjara li ma pproduċiex u lanqas ma esporta l-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u għalhekk ma xtaqx jikkoopera mal-investigazzjoni. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.7. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u kontroverifiki mill-bogħod
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Fil-bidu, il-kwestjonarju kien disponibbli fil-fajl sabiex jiġi spezzjonat mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (8). |
|
(18) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu għand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produttur esportatur li ppreżenta ruħu matul il-kampjunar ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand l-importaturi mhux relatati. L-ebda wieħed mill-utenti ma pprovda kwestjonarju jew ippreżenta ruħu matul l-investigazzjoni. Il-GTĊ lanqas ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(19) |
Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew mill-GTĊ, is-sejbiet fir-rigward tad-dumping u l-ħsara saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lill-Unjoni Ewropea ġiet informata dwar dan kif xieraq. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni. F’konformità man-Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u anti-sussidji (9), saru proċessi ta’ kontroverifika mill-bogħod (“RCC”) permezz ta’ vidjokonferenza mal-kumpaniji li ġejjin: |
Produtturi tal-Unjoni
|
— |
Alcomet AD, Shumen, il-Bulgarija |
|
— |
Slim Aluminium SpA, Cisterna di Latina, l-Italja |
|
— |
Symetal, Ateni, il-Greċja |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
|
(21) |
Il-prodott taħt rieżami huwa fojl tal-aluminju ta’ ħxuna mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux rinforzat, mhux maħdum ulterjorment apparti milli rrumblat, f’rombli ta’ wisa’ mhux aktar minn 650 mm u ta’ piż aktar minn 10 kg, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (il-kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott taħt rieżami”, “fojl tal-aluminju għall-użu domestiku” jew “AHF”). |
|
(22) |
Il-prodott taħt rieżami jintuża għal kisi għal żmien qasir b’diversi użi fid-djar, fin-negozju tal-catering, fl-industrija tal-prodotti tal-ikel u fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-fjuri. |
2.2. Prodott simili
|
(23) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(24) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma, għalhekk, prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
|
(25) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżura fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ. |
3.1. Kummenti preliminari
|
(26) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, għalkemm l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew, dawn laħqu biss 1 588 tunnellata, li jirrappreżentaw 2 % tas-sehem mis-suq tal-konsum tal-Unjoni. Ħafna minn dawn l-esportazzjonijiet saru taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv (10) u għalhekk ma kienu soġġetti la għad-dazju anti-dumping u lanqas għad-dazju doganali. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-volum ta’ importazzjonijiet kien rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(27) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(28) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-ebda produttur ma ppreżenta din l-informazzjoni. |
|
(29) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, taħt il-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda sottomissjoni. |
|
(30) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-Kummissjoni informat li jekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għall-parti milli kieku din kienet ikkooperat. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTĊ. |
|
(31) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli f’dak l-istadju tal-investigazzjoni, il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għar-RPĊ, kienu l-Brażil u t-Turkija. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Fid-29 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“l-Ewwel Nota tal-FoP”) u informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, ix-xogħol u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, abbażi tat-talba għal rieżami u sottomissjoni mill-applikanti. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, f’dak l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, il-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”) u t-Turkija. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti. Ma wasal l-ebda kumment dwar l-Ewwel Nota. |
|
(33) |
Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni nota għall-fajl (“it-Tieni Nota tal-FoP”). F’din in-Nota, il-Kummissjoni stabbiliet il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. Il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv. Fin-nuqqas ta’ produttur rappreżentattiv xieraq tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, il-Kummissjoni qieset li d-data tal-kumpaniji li jipproduċu prodott fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami tista’ tkun xierqa sabiex tinkiseb id-data finanzjarja (il-kostijiet tal-bejgħ, il-kostijiet ġenerali u l-kostijiet amministrattivi (SG&A) u l-profitti). Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq informazzjoni finanzjarja minn ħames kumpaniji Torok li jipproduċu prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju. Il-Kummissjoni qieset li l-estrużjonijiet tal-aluminju huma prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi li jixbhu mill-qrib lil dawk tal-prodott taħt rieżami, u jaqsmu wkoll kompożizzjoni simili tal-materjal sors. Dawn il-prodotti spiss jiġu mmanifatturati mill-istess kumpaniji bħall-prodott taħt rieżami jew fl-istess grupp. Minħabba s-similaritajiet bejn il-prodott taħt rieżami u l-prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju, kif ukoll il-fatt li ġew identifikati produtturi profittabbli ta’ estrużjonijiet tal-aluminju, tali data titqies rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt rieżami, u għalhekk adegwata sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw, iżda ma rċeviet l-ebda kumment dwar it-Tieni Nota. |
3.3. Valur normali
3.3.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(35) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-aluminju fir-RPĊ (11), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(36) |
F’dawn l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (12). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-aluminju, mhux biss għadu jippersisti grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (13), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (14). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi nominati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (15). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (16). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-aluminju fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (17), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (18). |
|
(37) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-aluminju fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet dwar id-difiża tal-kummerċ (19) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(38) |
It-talba f’dan il-każ irreferiet għar-Rapport, b’mod partikolari għat-taqsimiet li jikkonċernaw is-settur tal-aluminju u l-intrapriżi tal-Istat, kif ukoll għall-investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar prodotti downstream (20). Barra minn hekk, it-talba rreferiet għal studji indipendenti li jikkonkludu li s-suq tal-aluminju Ċiniż huwa distort minħabba sussidjar sostanzjali, bħall-istudju tal-2019 tal-OECD “Measuring distortions in international markets: the aluminium value chain” (21) u r-rapport tal-2017 tal-assoċjazzjoni Ġermaniża tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi WVMetalle. (22) Dawn l-istudji tqiegħdu fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Ma ġie pprovdut l-ebda kumment dwar l-istudji minn l-ebda parti interessata. It-talba enfasizzat li dawk l-istudji jiddokumentaw il-preżenza sinifikanti tal-SOEs fis-settur tal-aluminju Ċiniż, il-forniment ta’ inputs ta’ materja prima rħas lill-produtturi tal-aluminju, kif ukoll l-eżistenza ta’ reġim tat-tassazzjoni li effettivament ifixkel is-suq. B’referenza mill-ġdid għar-Rapport u għall-investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, it-talba indikat ukoll li l-awtoritajiet Ċiniżi stabbilew prezzijiet għall-faħam, għall-elettriku, għall-gass naturali u għaż-żejt, li jfixklu l-prezzijiet tal-enerġija fis-settur tal-aluminju. Bl-istess mod, it-talba rreferiet għal distorsjonijiet tal-pagi fis-settur tal-aluminju. Barra minn hekk, it-talba allegat distorsjonijiet tal-kostijiet tal-makkinarju, b’mod partikolari minħabba li s-settur tal-aluminju jitqies bħala “settur imħeġġeġ” mill-awtoritajiet Ċiniżi u huwa elenkat bħala tali fil-Katalogu ta’ Gwida tal-Gvern Ċiniż għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali, inkluża l-aktar iterazzjoni reċenti tagħha tal-2019 (23). It-talba indikat ukoll id-distorsjonijiet tal-kostijiet finanzjarji minħabba l-istruttura ġenerali tas-sistema bankarja Ċiniża, kif ukoll minħabba numru ta’ dokumenti ta’ politika – bħal pjanijiet jew politiki nazzjonali u settorjali ta’ ħames snin li jitolbu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jappoġġaw lill-industrija tal-aluminju. Fl-aħħar nett, it-talba elenkat distorsjonijiet li joriġinaw minn miżuri addizzjonali tal-gvern, bħall-iskema ta’ kreditu tal-bejjiegħ esportatur, tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għall-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp, jew rifużjonijiet tal-VAT fuq tagħmir prodott domestikament. It-talba rreferiet f’dan ir-rigward għall-investigazzjoni tas-sussidju tal-2018 li saret mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti fuq is-settur Ċiniż tal-fojl tal-aluminju. (24) |
|
(39) |
Fis-settur tal-aluminju, grad sostanzjali ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ jippersisti fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Ħafna mill-akbar produtturi huma proprjetà tal-Istat. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li fis-settur tal-aluminju numru ta’ produtturi kbar huma SOEs, inklużi Aluminium Corporation of China jew Shenhuo Group Aluminium, li t-tnejn li huma jimmanifatturaw ukoll il-prodott taħt rieżami. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-aluminju huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. Il-Kummissjoni ddokumentat b’mod estensiv l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fl-investigazzjonijiet preċedenti tagħha tas-settur tal-aluminju, li fihom ipparteċipaw ukoll numru ta’ produtturi li jimmanifatturaw ukoll il-prodott taħt rieżami. (25) Barra minn hekk, ħafna produtturi tal-prodott taħt rieżami jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. |
|
(41) |
Pereżempju, in-Nanshan group reċentement irrapporta dan li ġej fir-rigward ta’ avveniment ta’ bini tal-partiti li seħħ f’Marzu tal-2021: “Fid-19 ta’ Marzu, il-fergħa tal-partit direttament taħt Nanshan Holdings organizzat l-avveniment ta’ jum tal-partit b’tema, studju fil-fond u implimentazzjoni tal-ispirtu tad-diskors tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping fil-Konferenza dwar l-Istudju u l-Edukazzjoni tal-Istorja tal-Partit, nitgħallmu l-qalba tal-istorja tal-partit, niġbru s-saħħa, u naħdmu ħafna. Il-mexxejja rilevanti tal-fergħa tal-partit direttament taħt Nanshan Holdings ippresjedew il-laqgħa. Fir-rapport tiegħu dwar il-lekċer tal-partit, is-segretarju tal-fergħa rrimarka li l-membri tal-partit u l-cadres jenħtieġ li jagħtu l-kontribut sħiħ għar-rwol eżemplari u ewlieni tagħhom, ma jinsewx l-aspirazzjonijiet oriġinali tagħhom, u jżommu f’moħħhom il-missjoni tagħhom. […] Il-membri u l-cadres kollha tal-partit esprimew li se jkomplu jistudjaw u jimplimentaw l-ispirtu tad-diskors tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping fil-Konferenza dwar l-Istudju u l-Edukazzjoni tal-Istorja tal-Partit, jgħaqqdu l-ideat u l-azzjonijiet mar-rekwiżiti u l-iskjerament tal-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, ma jinsewx l-intenzjoni oriġinali, iżommu l-missjoni f’moħħhom, u jaħdmu ħafna. Javvanzaw ’il quddiem, ma jibżgħux jinnovaw, jagħtu l-kontribut sħiħ għar-rwol pijunier eżemplari tal-membri tal-partit fl-intrapriża […]”. (26). |
|
(42) |
Bl-istess mod, id-Dengfeng Electricity Group, li huwa proprjetà tal-Istat, fuq is-sit web tiegħu jindika li “waranofsinhar tal-10 ta’ Novembru 2020, it-taħriġ fil-klassi tal-ġestjoni korporattiva tal-kumpanija grupp sar fis-sitt kamra tal-laqgħat. Ipparteċipaw total ta’ 66 persuna, mid-diretturi tal-kumpanija grupp u persunal maniġerjali superjuri, diversi dipartimenti tan-negozju, intrapriżi affiljati direttament u mexxejja ta’ sub-intrapriżi. […] Wara dan, il-kumpanija grupp se tkompli tistudja b’mod kuxjenzjuż id-diskors importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping fil-laqgħa plenarja, tifhem l-ispirtu tal-laqgħa plenarja, […] u tifhem bis-sħiħ it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-adozzjoni tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, tuża l-għarfien u s-saħħa sabiex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti stabbiliti fl-‘14-il Pjan ta’ Ħames Snin’”. (27) |
|
(43) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-aluminju hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(44) |
Is-settur tal-aluminju huwa soġġett għal bosta pjanijiet, linji gwida, direttivi u dokumenti ta’ politika oħrajn maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Dawn il-politiki fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jvarjaw mit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (28), jew il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż (mill-2016 sal-2020), u politiki oħra fil-livell nazzjonali, permezz ta’ pjanijiet reġjonali bħal, pereżempju, l-Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-seba’ industriji intensivi fl-enerġija, ġew iddokumentati b’mod estensiv mill-investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni tas-settur (29). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ddokumentat fid-dettall li l-industrija tal-aluminju tibbenefika minn gwida u intervent governattivi dwar il-materja prima u l-inputs prinċipali, b’mod partikolari l-enerġija (30). L-istess japplika għal miżuri oħrajn tal-gvern fis-settur li jinterferixxu mal-forzi tas-suq, bħal, fost l-oħrajn, politiki relatati mal-esportazzjoni, politiki ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva, politiki ta’ espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni (31) jew il-provvista ta’ inputs bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq (32). |
|
(45) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-inputs ewlenin li jintużaw fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(46) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-PSC imsemmi hawn fuq fil-premessa (36) ma kinux se jaffettwaw lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(47) |
Is-settur tal-aluminju huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (36). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ). |
|
(48) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-aluminju ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (36). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(49) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għal distorsjonijiet; huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; u huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(50) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. |
|
(51) |
Il-partijiet interessati ma ppreżentaw l-ebda evidenza jew argument kuntrarju. |
|
(52) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-ispejjeż korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3.2. Pajjiż rappreżentattiv
(a) Kummenti ġenerali
|
(53) |
Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
|
|
(54) |
Kif spjegat fil-premessi (32) sa (33), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota tal-FoP u t-Tieni Nota tal-FoP. Fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
(b) Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ u l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami
|
(55) |
Fl-Ewwel Nota tal-FoP, il-Kummissjoni identifikat lill-Armenja, lill-Brażil, lir-Russja u lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” abbażi tal-introjtu nazzjonali gross matul il-PIR, fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat l-prodott ikkonċernat. |
|
(56) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-Nota. |
(c) Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(57) |
Għall-erba’ pajjiżi msemmija fil-premessa (55) hawn fuq, il-Kummissjoni vverifikat ukoll id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja pubblika dwar il-produtturi tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi. |
|
(58) |
Fir-rigward tal-Armenja, ma kien hemm l-ebda data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku għall-uniku produttur magħruf (34). Fin-nuqqas ta’ kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-Armenja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(59) |
Fir-rigward tal-Brażil, il-Kummissjoni fl-Ewwel Nota tal-FoP identifikat żewġ produtturi tal-AHF, jiġifieri Companhia Brasileira de Aluminio (“CBA”) u Novelis do Brasil Ltda (“Novelis”). CBA kienet qiegħda tagħmel telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk ġiet eskluża għad-determinazzjoni tal-SG&A u l-profitt. Fir-rigward ta’ Novelis, minkejja li d-data finanzjarja tagħha kienet disponibbli u l-kumpanija kienet profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija ma setgħetx titqies għar-raġunijiet li ġejjin: l-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li fil-Brażil kien għaddej proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ prodotti tal-aluminju, inkluż l-AHF. L-importazzjonijiet Ċiniżi allegatament oġġett ta’ dumping jista’ jkollhom effett ta’ distorsjoni fuq is-suq Brażiljan, pereżempju billi joħolqu tnaqqis fil-prezzijiet jew jikkawżaw telf dannuż lill-industrija tal-aluminju tal-Brażil; it-tieni, il-profitt ġenerali rapportat fir-rapport finanzjarju ta’ Novelis kif instab fil-bażi ta’ data ta’ Dun and Bradstreet kien inkonsistenti mar-riżultati finanzjarji ta’ telf preżentati fil-qafas tal-investigazzjoni anti-dumping imwettqa mill-awtoritajiet Brażiljani, u fejn Novelis kienet waħda mill-ilmentaturi domestiċi. Dan poġġa dubji serji dwar il-kwalità u l-preċiżjoni tad-data finanzjarja ta’ Novelis disponibbli fuq Dun and Bradstreet. Barra minn hekk, fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni enfasizzat l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fuq prodotti tal-aluminju fil-Brażil, b’mod partikolari kwota ta’ esportazzjoni fuq input ewlieni (il-Ligi tal-aluminju) u prodott sekondarju (ir-Ruttam tal-aluminju) fil-produzzjoni ta’ fojls domestiċi tal-aluminju. Għalhekk, fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(60) |
Fir-rigward tar-Russja, għalkemm id-data finanzjarja tat-tliet produtturi ta’ fojls domestiċi tal-aluminju li ġew identifikati fl-Ewwel Nota tal-FoP kienet disponibbli għall-pubbliku, fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Russja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Ir-raġunijiet għal din il-konklużjoni kienu l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq l-aluminju, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-gass naturali fis-suq domestiku, u l-fatt li s-suq tal-aluminju fir-Russja deher li kien iddominat minn grupp ta’ kumpaniji wieħed (Rusal), li jipprevjeni kompetizzjoni effettiva fis-suq domestiku Russu. |
|
(61) |
Fir-rigward tat-Turkija, mit-tliet produtturi tal-fojl domestiku tal-aluminju li ġew identifikati fl-Ewwel Nota tal-FoP, id-data finanzjarja reċenti kienet disponibbli biss għal kumpanija waħda, jiġifieri Asaş Aluminyum. Madankollu, il-profitt miksub minn Asaş Aluminyum kien qrib il-punt ta’ ekwilibriju. Il-Kummissjoni ma qisitx tali marġni ta’ profitt baxx bħala raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, filwaqt li qieset li (i) kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (35), il-livell ta’ profitt miksub fis-settur tal-estrużjoni tal-aluminju fit-Turkija fl-2018 kien sostanzjalment ogħla, jiġifieri 7,3 %, u (ii) il-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ dumping dannuż, kif użat fl-investigazzjoni oriġinali kien ta’ 5 %. Għalhekk, fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja ta’ Asaş Aluminyum ma setgħetx tintuża bħala bażi sabiex jiġu ddeterminati l-SG&A u l-profitt skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li “l-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(62) |
Bħala konklużjoni, ma kien hemm l-ebda produttur ta’ fojl domestiku tal-aluminju fit-Turkija li d-data finanzjarja tiegħu setgħet tintuża sabiex jiġi ddeterminat ammont raġonevoli għall-SG&A u l-profitt. |
|
(63) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset jekk tistax tintuża data minn kumpaniji li jipproduċu prodott fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami. Fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju kellhom karatteristiċi tekniċi li jixbhu mill-qrib lil dawk tal-prodott taħt rieżami, u li kellhom kompożizzjoni ta’ materjal ta’ sors simili. It-tnejn spiss jiġu prodotti mill-istess kumpaniji jew fl-istess grupp. Għalhekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tintuża data tal-kumpaniji Torok attivi fis-settur tal-prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju. Id-data finanzjarja li tkopri nofs il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet disponibbli għal ħames produtturi tal-estrużjoni tal-aluminju fit-Turkija (36), u tali data tqieset rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu fojl domestiku tal-aluminju. Għalhekk, il-medja ponderata tal-SG&A u l-profitt ta’ dawk il-ħames kumpaniji ntużat sabiex jiġi ddeterminat ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt għall-kumpaniji li jipproduċu l-fojl domestiku tal-aluminju. |
|
(64) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u tal-ħames produtturi tal-estrużjoni tal-aluminju bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment. |
(d) Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(65) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(e) Konklużjoni dwar il-pajjiż rappreżentattiv
|
(66) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, u b’hekk tqieset bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.3.3. Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(67) |
Fl-Ewwel Nota tal-FoP, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-Nota. |
|
(68) |
Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u l-ebda kumment minn kwalunkwe waħda mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni sottomessa mill-applikant. Fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi tal-informazzjoni kontroverifikata provduta minn wieħed mill-applikanti li, skont l-applikanti u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, kien hemm meqjus li għandu fatturi tal-produzzjoni u proċess ta’ produzzjoni rappreżentattivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(69) |
Fit-Tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data mill-Global Trade Atlas (“GTA”) (37) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi prinċipali tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża informazzjoni mill-Istitut Tork tal-Istatistika sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tax-xogħol (38) u tal-enerġija (39). |
|
(70) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-kostijiet tal-SG&A u l-profitt, hija kienet se tuża d-data finanzjarja mill-ħames produtturi Torok ta’ prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju, kif stabbilit fil-premessa (63) hawn fuq. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura, abbażi tad-data tal-produttur tal-Unjoni msemmi fil-premessa (68) hawn fuq, li pprovda informazzjoni speċifika għal dan il-għan. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.3.4 hawn taħt. |
3.3.4. Fatturi tal-produzzjoni
|
(72) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura u kontroverifikata matul il-proċess tal-RCC, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1Fatturi tal-produzzjoni tal-AHF
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Materja prima u prodott sekondarju
|
(73) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata fl-istabbiliment tal-produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-livell tas-CIF fil-pajjiż rappreżentattiv kif rapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport, fejn applikabbli. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40). |
|
(74) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.3.1 ta’ hawn fuq din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma affettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Din l-esklużjoni ma kellhiex impatt sinifikanti, peress li l-importazzjonijiet li kien fadal kienu għadhom sinifikanti (jiġifieri 75 000 tunnellata ta’ stokk tal-fojl, 700 000 tunnellata ta’ żejt tal-irrumblar, u 161 000 tunnellata ta’ ruttam tal-aluminju). |
(2) Manodopera
|
(75) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat l-aktar statistika riċenti ppubblikata mill-Istitut Statistiku Tork (41). Dan l-istitut jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa għall-2016 (42) għall-attività ekonomika C.24, jiġifieri Manifattura ta’ metalli bażiċi (43) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri ġew aġġustati aktar għall-inflazzjoni permezz tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (44) sabiex jirriflettu l-kostijiet għall-PIR. |
(3) Elettriku
|
(76) |
Il-prezz tal-elettriku għall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (45). Il-Kummissjoni użat data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-livell ta’ konsum korrispondenti f’Kuruş/kWh li tkopri l-PIR. |
(4) Gass naturali
|
(77) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (46). Il-Kummissjoni użat data dwar il-prezzijiet tal-gass industrijali fil-livell ta’ konsum korrispondenti f’Kuruş/M3 li tkopri l-PIR. |
(5) Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(78) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(79) |
Sabiex tistabbilixxi valur mhux distort tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, fuq il-bażi ta’ data tal-produtturi tal-Unjoni provduta mill-applikanti, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet diretti tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. |
|
(80) |
Għall-istabbiliment ta’ ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli tal-ħames kumpaniji fit-Turkija li kienu ġew identifikati fit-Tieni Nota tal-FoP bħala produtturi attivi u profittabbli ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali, jiġifieri l-prodotti ta’ estrużjoni tal-aluminju, kif spjegat fil-premessa (63) hawn fuq. Intużat data finanzjarja għall-ħames kumpaniji li ġejjin kif estratta minn Dun and Bradstreet (47):
|
3.3.5. Kalkolu tal-valur normali
|
(81) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur Ċiniż, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni provduta minn wieħed mill-applikanti, kif imsemmi fil-premessa (68), dwar l-użu ta’ kull fattur (materjali u manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-proporzjonijiet ta’ konsum ġew ivverifikati matul proċess tal-RCC. Il-Kummissjoni mbagħad immultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.4 hawn fuq. |
|
(83) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni mbagħad żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament, kif spjegat fil-premessa (78) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(84) |
Għall-ispejjeż tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt tal-ħames kumpaniji fil-pajjiż rappreżentattiv. L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 14,1 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 7,1 %. |
|
(85) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(86) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur Ċiniż, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet CIF reġistrati fil-Eurostat ikkoreġuti għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tal-esportazzjoni tnaqqas mill-kostijiet tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina. Il-kostijiet tat-trasport domestiku Ċiniż u tat-trasport internazzjonali kienu bbażati fuq informazzjoni provduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami, li nstabet li kienet konformi mal-kostijiet tat-trasport kalkolati bl-użu ta’ bażijiet ta’ data esterni (il-Bank Dinji u l-OECD). |
3.5. Tqabbil u marġni tad-dumping
|
(87) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq, fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(88) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, instab fil-livell ta’ 72,2 % matul il-PIR. |
3.6. Konklużjoni
|
(89) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew ikunu oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. Il-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING JEKK IL-MIŻURI JISKADU
|
(90) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul l-PIR, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, id-disponibbiltà ta’ swieq oħrajn u l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Huwa mfakkar li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-GTĊ, l-analiżi kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari t-talba għal rieżami, l-istatistika tal-GTA u l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. |
4.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(91) |
Sabiex tanalizza l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni provduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami u l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, kif speċifikat fil-premessi ta’ hawn taħt. |
|
(92) |
L-investigazzjoni wriet li minħabba tkabbir rapidu bejn l-2005 u l-2015, hemm kapaċità żejda ġenerali fis-settur tal-aluminju Ċiniż (48). Dan jgħodd speċifikament ukoll għas-settur tal-AHF (49). Skont is-CRU, madwar 8 % tal-produzzjoni totali tal-fojl tal-aluminju tintuża għall-produzzjoni tal-AHF (50). Fuq din il-bażi, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-AHF fiċ-Ċina taqbeż b’mod sostanzjali l-volum tal-produzzjoni attwali u għalhekk il-produtturi Ċiniżi jiddependu ħafna fuq l-esportazzjonijiet. Fl-2020, il-konsum tal-fojl domestiku Ċiniż kien ta’ madwar 250 000 tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni kienet stmata li kienet madwar 308 000 tunnellata u l-kapaċità tal-produzzjoni kienet ta’ madwar 360 000 tunnellata. Dan ifisser li l-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kienet tammonta għal madwar 52 000 tunnellata fl-2020, jew 65 % tal-konsum tal-Unjoni tal-AHF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li kienet tammonta għal madwar 80 000 tunnellata. |
|
(93) |
Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina hija konfermata minn informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni Muniċipali ta’ Shanghai għall-Ekonomija u l-Informazzjoni, li tirrapporta li hemm saħansitra kapaċità ġdida ta’ fojl tal-aluminju maħluqa fiċ-Ċina u li tali kapaċità ġdida ta’ produzzjoni laħqet rekord ta’ 1,65 miljun tunnellata fl-2020 (51). Jekk wieħed jassumi li madwar 8 % ta’ din il-kapaċità totali (jiġifieri 132 000 tunnellata) tintuża għall-AHF, iż-żieda fil-kapaċità totali tal-produzzjoni biss tirrappreżenta aktar minn 150 % tal-konsum tal-Unjoni. |
|
(94) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti u l-kapaċitajiet tagħhom għadhom qegħdin jikbru. Dawn il-kapaċitajiet ta’ riżerva jistgħu jintużaw għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2. Id-domanda fis-suq domestiku Ċiniż u swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi
|
(95) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar is-suq domestiku Ċiniż tal-AHF u l-konsum domestiku ġie stabbilit kif stmat mill-applikanti, abbażi tad-data tas-CRU. Dan wera li l-konsum totali fiċ-Ċina huwa sostanzjalment anqas mill-kapaċità installata, u għalhekk il-produtturi fiċ-Ċina huma dipendenti fuq is-swieq tal-esportazzjoni. Kien hemm żieda stabbli fid-domanda osservata fiċ-Ċina fl-aħħar snin (mill-2017 sal-2020) ta’ madwar 3 % fis-sena (jiġifieri madwar 8 000 tunnellata fis-sena), filwaqt li l-kapaċità ta’ riżerva kienet tirrappreżenta 52 000 tunnellata fl-2020. Għalhekk, il-livell tad-domanda ma huwiex biżżejjed sabiex tkun tista’ tassorbi l-kapaċità ta’ riżerva totali fiċ-Ċina. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll is-sitwazzjoni fi swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi u l-kapaċità tagħhom li jassorbu ż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-AHF miċ-Ċina. Matul il-PIR, il-produtturi Ċiniżi kienu qegħdin jesportaw lejn numru ta’ pajjiżi terzi oħrajn, it-Tajlandja, l-Indja, il-Korea t’Isfel, l-Indoneżja u l-Ġappun bħala d-destinazzjonijiet prinċipali tal-esportazzjoni, li jirrappreżentaw qrib l-40 % tal-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina matul il-PIR. |
|
(97) |
Hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ u restrizzjonijiet oħrajn fuq l-importazzjonijiet fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet ta’ AHF li joriġinaw mill-PRC. Skont il-Global Trade Alert (52), id-WTO (53) u l-informazzjoni provduta fit-talba għal rieżami (54), jeżistu miżuri għad-difiża tal-kummerċ fl-Arġentina (anti-dumping), fl-Indja (anti-dumping), fil-Messiku (anti-dumping), fit-Turkija (anti-dumping), fl-Istati Uniti (anti-dumping u anti-sussidji) u fl-Indoneżja (salvagwardja). Dawk il-miżuri juru li l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi għal dawk is-swieq huwa limitat, u għalhekk l-esportazzjonijiet lejn dawn is-swieq x’aktarx li ma jiżdidux sostanzjalment fil-futur qarib. |
|
(98) |
Importatur partikolari argumenta li ż-żieda fid-domanda fir-reġjun Asjatiku Paċifiku, u l-kostijiet tat-trasport aktar baxxi meta mqabbla ma’ dawk imġarrba meta ssir l-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni, ikunu jfissru li huwa aktar vijabbli ekonomikament għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jesportaw l-AHF lejn ir-reġjun Asjatiku Paċifiku minflok lejn is-suq tal-Unjoni, anke minkejja l-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ u ostakli kummerċjali oħrajn f’xi wħud minn dawn il-pajjiżi. |
|
(99) |
L-esportazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju lejn l-akbar ħames swieq tal-esportazzjoni taċ-Ċina żdiedu b’34 % mill-2017 sal-PIR. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li għalkemm id-domanda fiċ-Ċina u fil-pajjiżi ġirien tagħha wriet żieda fl-aħħar snin, kien għad hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali disponibbli, li wera li din iż-żieda fid-domanda, minkejja l-kostijiet aktar baxxi tat-trasport relatati ma’ dawn l-esportazzjonijiet, x’aktarx li ma tassorbix il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli. |
|
(100) |
Għalhekk, parti kbira mill-kapaċitajiet ta’ riżerva x’aktarx li tintuża sabiex jiżdiedu l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jsir mingħajr restrizzjonijiet sinifikanti. |
4.3. L-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi
|
(101) |
Il-Kummissjoni qieset li l-livelli tal-prezzijiet għal swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi jkunu indikatur raġonevoli għall-imġiba probabbli futura tal-prezzijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-aktar swieq tal-esportazzjoni importanti tagħha matul il-PIR; jiġifieri t-Tajlandja, l-Indja, il-Korea t’Isfel, l-Indoneżja u l-Ġappun. Din l-analiżi żvelat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi kienu aktar baxxi mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (102). Barra minn hekk, meta jitqiesu l-marġnijiet sinifikanti tad-dumping stabbiliti għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PIR, ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex jiġi konkluż li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ma jibqgħux f’livelli li huma l-oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.4. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(102) |
Kif stabbilit fil-premessi (119) u (120), l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni saru kemm taħt l-iskema ta’ proċessar attiv (prinċipalment), mingħajr ma kienu soġġetti għal miżuri anti-dumping jew dazji doganali, kif ukoll taħt ir-reġim doganali normali. Il-Kummissjoni qieset li jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet taħt ir-reġim doganali normali x’aktarx li jiżdiedu u eventwalment jaqbżu l-importazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tal-każijiet skont l-iskema ta’ proċessar attiv. Dan huwa bbażat fuq il-fatt li qabel l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping saru importazzjonijiet sostanzjali taħt ir-reġim doganali normali u li s-suq tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (103) huwa wieħed mill-akbar swieq madwar id-dinja u kapaċi jassorbi tal-anqas parzjalment il-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni tqiesu bħala punt ta’ riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit jekk is-suq tal-Unjoni huwiex attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi f’termini ta’ livelli tal-prezzijiet. Fuq din il-bażi, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni nstabu li kienu bħala medja 7 % ogħla mill-prezz medju lejn is-swieq prinċipali l-oħrajn tal-esportazzjoni taċ-Ċina (eskluż id-dazju anti-dumping). Dan indika li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ prezzijiet peress li jħalli aktar qligħ. |
|
(103) |
Is-suq tal-Unjoni għall-fojl tal-aluminju huwa, wara ċ-Ċina, it-tieni l-akbar fid-dinja li jammonta għal 15 % tad-domanda dinjija (55). Għalhekk, l-Unjoni hija attraenti wkoll għall-produtturi Ċiniżi tal-AHF fid-dawl tad-daqs tagħha. |
|
(104) |
Barra minn hekk, kif huwa spjegat fil-premessi (2) u (3), fil-passat il-produtturi esportaturi Ċiniżi aċċessaw ripetutament is-suq tal-Unjoni permezz ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni billi esportaw prodott ftit modifikat u billi stabbilew operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fit-Tajlandja, bl-uniku għan li jevitaw id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Dawn il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni juru l-interess qawwi tal-produtturi Ċiniżi fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet u, b’hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal dawk il-produtturi. |
|
(105) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’każ li l-miżuri attwali jitħassru, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jerġgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
4.5. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
|
(106) |
L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-prassi ta’ prezzijiet ta’ bejgħ mhux ekwi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-AHF x’aktarx li jkomplu fuq skala akbar jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(107) |
L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-swieq prinċipali l-oħrajn tagħhom tal-esportazzjoni huma saħansitra aktar baxxi mill-prezzijiet lejn l-Unjoni, u hemm bosta miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fis-seħħ kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-AHF f’bosta ġuriżdizzjonijiet oħrajn li jikkonfermaw l-imġiba inġusta fl-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(108) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet indikaturi oħrajn li d-dumping x’aktarx ikompli jekk il-miżuri jiskadu, bħall-kapaċità ta’ riżerva għolja ta’ AHF fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tal-livelli tal-prezzijiet u tad-daqs. Fl-istess ħin, is-suq domestiku Ċiniż u swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi ma jidhrux li jistgħu jassorbu kwalunkwe kapaċità ta’ riżerva sinifikanti li teżisti fiċ-Ċina li għalhekk tkun disponibbli għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(109) |
B’konsegwenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk jiskadu l-miżuri. |
5. ĦSARA
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(110) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn sitt produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(111) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal 39 460 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-data stmata provduta mill-produtturi mhux inklużi fil-kampjun u mill-applikanti (56). Kif indikat fil-premessa (11), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(112) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni proprja tal-industrija tal-Unjoni destinata għas-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-importazzjoni miksuba mill-istatistika tal-Eurostat u l-importazzjonijiet evitati ta’ prodott ftit modifikat taħt rieżami mir-RPĊ kif reġistrati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (il-“bażi ta’ data 14.6”) (57). |
|
(113) |
Abbażi ta’ dan, il-konsum mill-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati) (58)
|
||||||||||||||||||||||
|
(114) |
B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied. Filwaqt li baqa’ relattivament stabbli mill-2017 sal-2019, huwa żdied bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel kemm mas-sena ta’ qabel kif ukoll mal-2017. |
5.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
5.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(115) |
Kif imsemmi fil-premessa (112), il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ abbażi tal-istatistika u l-informazzjoni tal-Eurostat mill-bażi ta’ data 14.6. Is-sehem mis-suq kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (113). |
|
(116) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(117) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bejn l-2017 u l-2019 u naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqsu b’24 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ baqa’ stabbli bejn l-2017 u l-2019 u naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’madwar punt 1 perċentwali, minkejja t-tnaqqis aktar sinifikanti fl-importazzjonijiet f’termini assoluti. |
|
(118) |
Madankollu, dan l-iżvilupp jenħtieġ li jitqies fl-isfond taż-żieda enormi fl-importazzjonijiet tal-prodott evitat mit-Tajlandja matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessi (131) u (133). |
|
(119) |
Il-prodott taħt rieżami jiġi importat mir-RPĊ kemm taħt ir-reġim normali kif ukoll taħt is-sistema ta’ proċessar attiv. |
|
(120) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt is-sistema ta’ proċessar attiv żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt is-sistema ta’ proċessar attiv
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(121) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet taħt ir-reġim normali żdiedu b’31 % bejn l-2017 u l-2019 u naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li ġie kkonkretizzat f’sehem mis-suq dejjem akbar bejn l-2017 u l-2019 minn 1,2 % għal 1,5 % u tnaqqis fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal 0,3 %. L-importazzjonijiet taħt is-sistema ta’ proċessar attiv segwew xejra opposta, u naqsu bejn l-2017 u l-2019 b’10 % u żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’20 %. Għalhekk, b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni taħt l-iskema ta’ proċessar attiv żdiedu bi 8 %, anki jekk, minħabba ż-żieda parallela fil-konsum, ma żdietx is-sehem mis-suq, li b’mod ġenerali baqa’ 1,7 %. |
5.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u twaqqigħ tal-prezz
|
(122) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(123) |
B’mod ġenerali, kemm għar-reġim doganali normali kif ukoll għall-proċedura ta’ proċessar attiv, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni (ir-reġimi doganali kollha) baqgħu taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI (it-Tabella 9). |
|
(124) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni taħt ir-reġim normali baqa’ relattivament stabbli bejn l-2017 u l-2019 u żdied b’5 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv żdied b’mod kostanti sal-2019 u mbagħad naqas b’2 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(125) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(126) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezz. |
|
(127) |
Analiżi aktar dettaljata għal kull reġim ta’ importazzjoni żvelat, madankollu, li l-importazzjonijiet li saru taħt l-iskema ta’ proċessar attiv kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 7,2 %. Kif spjegat fil-premessa (173), il-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet tqiesu bħala indikatur b’saħħtu tal-livelli futuri tal-prezzijiet għall-Unjoni mingħajr dazji anti-dumping. |
|
(128) |
Barra minn hekk, meta jitqies il-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi kollha, irrispettivament mir-reġim tal-importazzjoni mingħajr ma jiġu applikati d-dazji anti-dumping, instab li dawn waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 4,2 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Bħal hawn fuq, dawn il-prezzijiet tqiesu wkoll bħala indikatur raġonevoli tal-livelli possibbli futuri tal-prezzijiet jekk il-miżuri jitħassru. |
|
(129) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ukoll il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li ġew evitati mit-Tajlandja peress li dawk l-importazzjonijiet fir-realtà kienu minn produtturi esportaturi Ċiniżi li kienu qegħdin jevitaw biss id-dazji anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. L-investigazzjoni stabbiliet li dawn l-importazzjonijiet (b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni), waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 3,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.3.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(130) |
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħrajn primarjament kienu mill-Armenja, mit-Tajlandja u mit-Turkija. |
|
(131) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(132) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu b’madwar 9 000 tunnellata, jiġifieri b’26 %, li huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni li rriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq minn 46 % għal 53 %. |
|
(133) |
Madankollu, 76 % ta’ din iż-żieda (6 792 tunnellata) kienu importazzjonijiet mit-Tajlandja li qegħdin jevitaw il-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina kif stabbilit fil-premessa (3), u għalhekk għandhom jitqiesu bħala importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(134) |
Kif jidher fit-Tabella 5, filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn għajr mit-Tajlandja żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat (2 126 tunnellata), b’pass aktar bil-mod mill-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja żdiedu b’diversi eluf ta’ drabi u dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq minn 0 % għal 9 %. Importazzjonijiet oħrajn ta’ pajjiżi terzi mingħajr it-Tajlandja tilfu s-sehem mis-suq, b’mod partikolari bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, fejn iż-żieda fis-sehem mis-suq mit-Tajlandja kienet l-aktar evidenti (+ 5 punti perċentwali). |
|
(135) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 3,5 %, kif spjegat fil-premessa (129) hawn fuq, filwaqt li fl-istess ħin il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn minbarra t-Tajlandja kienu konformi mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
5.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.4.1. Kummenti ġenerali
|
(136) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(137) |
Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(138) |
Sabiex tiddetermina l-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping mill-produtturi inklużi fil-kampjun, kif ukoll tad-data makroekonomika provduta mill-produtturi mhux inklużi fil-kampjun u mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, kontroverifikata mad-data fit-talba għal rieżami. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(139) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(140) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(141) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
Għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa (113), il-volum tal-produzzjoni tal-prodott simili naqas bi 15 % mill-2017 sal-2018, u wara dan irkupra ftit matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 5 % matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. Għalhekk, iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni ma kinitx ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(143) |
It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni huwa parzjalment dovut għall-proċessi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni mwettqa sabiex tirkupra mill-ħsara mġarrba matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-investigazzjoni għar-rieżami tal-iskadenza preċedenti (mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014), u parzjalment minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni inġusta li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat minn importazzjonijiet evitati tal-prodott taħt rieżami li ġejjin mit-Tajlandja. Kif spjegat fil-premessa (132), iż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi kienet dovuta prinċipalment għal żieda fl-AHF evitat mit-Tajlandja. |
5.4.2.2. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(144) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(145) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa naqas b’mod stabbli sal-2019 (bi 17 %) u rkupra parzjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, billi żdied bi 11-il punt perċentwali. Madankollu, din iż-żieda ma kinitx konformi maż-żieda fil-konsum tal-Unjoni li b’mod ġenerali rriżulta f’telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 51 % fl-2017 għal 45 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (bi tnaqqis ta’ 6 punti perċentwali), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet evitati mit-Tajlandja kiseb 9 punti perċentwali matul l-istess perjodu. |
5.4.2.3. Tkabbir
|
(146) |
Għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6 %, li rriżulta f’telf ta’ 13 % mis-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(147) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(148) |
In-numru ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni naqas b’4 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, segwiet l-istess xejra sal-2019 u rkuprat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami wara ż-żieda fil-produzzjoni u fil-bejgħ, kif spjegat fil-premessi (142) u (145) hawn fuq. |
|
(149) |
It-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati huwa dovut għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, li huwa marbut ukoll mat-tnaqqis tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
5.4.2.5. Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(150) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (89) li d-dumping mir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-RPĊ, jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(151) |
Minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ mill-2009, l-industrija tal-Unjoni tilfet volum ta’ bejgħ sostanzjali li huwa rifless f’telf tas-sehem mis-suq ta’ 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru sħiħ mid-dumping tal-passat u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli ħafna għall-effetti dannużi minn kwalunkwe importazzjoni oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
5.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(152) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(153) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied bejn l-2017 u l-2018 u naqas fl-2019 fl-istess livell tal-2017, imbagħad naqas b’6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ogħla mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-pressjoni fuq il-prezzijiet taż-żieda fl-importazzjonijiet li ġew evitati mit-Tajlandja kienet qiegħda turi effett fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li kieku dawn naqsu għal grad ogħla mill-kost unitarju. |
5.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(154) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Il-kost medju lavorattiv żdied progressivament matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-kost medju lavorattiv għal kull impjegat żdied b’14 %. Din ix-xejra kienet influwenzata l-aktar mill-proċess ta’ ristrutturar fuq l-industrija tal-Unjoni, peress li xi produtturi investew fil-ħolqien ta’ strutturi ta’ bejgħ fi Stati Membri differenti. |
5.4.3.3. Inventarji
|
(156) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(157) |
L-inventarji ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indikatur rilevanti ta’ ħsara f’dan is-settur peress li l-produzzjoni u l-bejgħ huma bbażati prinċipalment fuq ordnijiet u, għalhekk, il-produtturi għandhom it-tendenza li jżommu stokks limitati. Għalhekk, ix-xejriet fl-inventarji qegħdin jingħataw biss għall-fini ta’ informazzjoni. |
|
(158) |
B’mod ġenerali, l-inventarji żdiedu b’46 % matul il-perjodu kkunsidrat. Inizjalment dawn naqsu b’4 % mill-2017 sal-2018 qabel ma żdiedu b’mod progressiv fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.4.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(159) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(160) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(161) |
Wara l-investigazzjoni għar-rieżami ta’ skadenza preċedenti msemmija fil-premessa (1), fejn ġew imposti l-miżuri anti-dumping, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u l-marġni ta’ profitt tagħha laħaq it-8,2 % fl-2017. Madankollu, is-sitwazzjoni marret għall-agħar sussegwentement u l-marġnijiet ta’ profitt naqsu mill-2018 u laħqu biss it-3,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 59 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(162) |
Dan kien prinċipalment dovut għall-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet evitati mit-Tajlandja li daħlu fl-Unjoni u waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u li jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet li ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (153). |
|
(163) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Minħabba li l-industrija tal-Unjoni għadha profittabbli, minkejja x-xejra ta’ tnaqqis, il-fluss tal-flus baqa’ b’mod ġenerali relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(164) |
L-investimenti żdiedu b’46 % fil-perjodu kkunsidrat, li huwa prinċipalment dovut għall-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni sabiex tissimplifika l-produzzjoni tagħha u żżid l-effiċjenza u l-produttività sabiex tiffaċċja ż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx. Madankollu, matul l-istess perjodu, ir-redditu fuq l-investimenti, li huwa espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti naqas minn 10 % għal 1 % u għalhekk segwa l-istess xejra bħall-profittabbiltà. |
|
(165) |
It-tnaqqis fil-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment għamluha dejjem aktar diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun sabiex iżidu l-kapital għall-investiment. Hekk kif ir-redditi fuq l-investimenti naqsu daqshekk malajr, il-kapaċità tal-produtturi fil-kampjun li jiġġeneraw il-kapital fil-futur hija saħansitra aktar fil-periklu. |
5.4.4. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(166) |
L-evoluzzjoni tal-indikaturi mikro u makro matul il-perjodu kkunsidrat uriet sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tal-industrija tal-Unjoni. B’mod ġenerali, ix-xejriet tal-indikaturi ekonomiċi prinċipali kollha marru għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(167) |
B’mod partikolari, il-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq naqsu, kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ li kellhom effett negattiv fuq l-impjiegi u l-produttività kif ukoll fuq il-profittabbiltà. Iż-żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet evitati mit-Tajlandja b’mod partikolari ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tallinja l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha mal-iżvilupp tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha b’effetti negattivi fuq il-profittabbiltà tagħha li raw tnaqqis ta’ kważi 60 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-aħħar nett, ir-redditi li qegħdin jonqsu malajr fuq l-investimenti għandhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital u l-investimenti. |
|
(168) |
Min-naħa l-oħra, minkejja x-xejriet ta’ tnaqqis, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha żżomm volum kbir ta’ bejgħ u sehem konsiderevoli mis-suq. Bl-istess mod, minkejja x-xejra negattiva, il-profittabbiltà baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, iżda kienet f’sitwazzjoni fraġli. |
|
(169) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat aktar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara jekk il-miżuri jiskadu. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA
|
(170) |
Fil-premessa (168) il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, iżda kienet f’sitwazzjoni fraġli. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(171) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin: (i) il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; (ii) il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu; u (iii) l-eżistenza ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. |
6.1. Il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ - l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(172) |
Kif stabbilit fil-premessa (91), il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ taqbeż b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni u d-domanda interna fis-suq domestiku Ċiniż. Barra minn hekk, minħabba l-konklużjonijiet dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritta fil-premessi (102) sa (105), tali kapaċità ta’ riżerva x’aktarx li fil-biċċa l-kbira tintuża għall-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.2. Il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu
|
(173) |
Sabiex tivvaluta l-impatt tal-importazzjonijiet futuri fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li l-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi mingħajr dazji anti-dumping ikunu indikatur raġonevoli tal-livelli futuri tal-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, kif stabbilit fil-premessi (127) u (128) rispettivament, il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz għall-prodott taħt rieżami nstab li kien 4,2 % għar-reġimi kollha tal-importazzjoni, u 7,2 %, taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, tal-aħħar, li ma huwa soġġett għall-ebda dazju, jitqies bħala l-aħjar indikatur tal-livelli probabbli tal-prezzijiet fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. |
|
(174) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (120), kważi l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni saru taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-miżuri anti-dumping kienu effettivi fil-prevenzjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni, u li x’aktarx jerġgħu jibdew jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(175) |
Il-prodott taħt rieżami huwa prodott bażiku, u għalhekk is-suq huwa sensittiv għall-prezz. Żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tkompli tnaqqas il-prezzijiet tagħha hekk kif diġà sar sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet evitati mit-Tajlandja, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (133) u (135). |
|
(176) |
Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, u jekk jiffaċċjaw żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ, il-produtturi tal-Unjoni, f’tentattiv biex iżommu l-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq, inaqqsu l-prezzijiet tagħhom b’4,2 % (fil-livell tat-twaqqigħ tal-prezz); dan ikollu impatt fuq il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija, li tonqos minn 3,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal -1 %, u għalhekk issir negattiva fit-terminu l-qasir. |
|
(177) |
Min-naħa l-oħra, jekk l-industrija tal-Unjoni żżomm il-livelli attwali tal-prezzijiet tagħha, u meta jitqies li l-AHF huwa prodott bażiku, dan ikollu impatt negattiv kważi immedjat fuq il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tiegħu, kif ukoll fuq is-sehem mis-suq. Barra minn hekk, tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni jirriżulta f’żieda fl-ispejjeż unitarji tal-produzzjoni minħabba t-tnaqqis fl-ekonomija ta’ skala. Dan ikompli jiddeterjora l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u jinbidel f’telf fuq perjodu ta’ żmien qasir. |
|
(178) |
B’telf ta’ profittabbiltà, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa. Fl-aħħar mill-aħħar, dan iwassal ukoll għal telf ta’ impjiegi u riskju ta’ għeluq tal-linji tal-produzzjoni. |
6.3. L-eżistenza ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni
|
(179) |
Kif stabbilit fil-premessa (104), l-esportaturi Ċiniżi għandhom storja ta’ prattiki ta’ dumping lejn is-suq tal-Unjoni. Bħalissa, kif imsemmi fil-premessi (2) u (3), hemm fis-seħħ żewġ miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni, waħda kontra l-importazzjonijiet ta’ prodott ftit modifikat miċ-Ċina, u t-tieni, aktar reċenti, għall-importazzjonijiet li ġejjin mit-Tajlandja fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi stabbilew operazzjonijiet ta’ assemblaġġ. |
|
(180) |
Kif indikat fil-premessi (153) u (162), il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni mit-Tajlandja kienu l-kawża prinċipali għat-telf tal-industrija tal-Unjoni fil-volum ta’ bejgħ u s-sehem sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. L-eżistenza ta’ dawn il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni turi li l-importazzjonijiet evitati li jidħlu fis-suq tal-Unjoni mingħajr dazji anti-dumping għandhom effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li jimmaterjalizza malajr minħabba s-sensittività tal-prezz tas-suq. |
6.4. Konklużjoni
|
(181) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ikompli jaggrava s-sitwazzjoni diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li dan iwassal għal rikorrenza ta’ ħsara materjali u b’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(182) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tad-distributuri u tal-utenti. |
|
(183) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(184) |
L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn madwar tmien kumpaniji u kienet timpjega madwar 1 000 ħaddiem direttament b’ħafna aktar li jiddependu minnha indirettament. Kif imsemmi fil-premessa (11), il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet (3) produtturi tal-Unjoni li provdew tweġiba għall-kwestjonarju. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(185) |
Kif huwa stabbilit hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat iżda tinsab f’sitwazzjoni fraġli, kif huwa konfermat mix-xejriet negattivi tal-indikaturi tal-ħsara. It-tneħħija tad-dazji anti-dumping twassal għal rikorrenza probabbli ta’ ħsara materjali li tiġi kkonkretizzata f’telf fil-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni, kif ukoll f’sehem mis-suq li jwassal għal telf fil-profittabbiltà u fl-impjiegi. |
|
(186) |
Min-naħa l-oħra, l-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija vijabbli. Wara l-aħħar rieżami ta’ skadenza, hija rnexxielha ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha f’kundizzjonijiet ġusti fis-suq tal-Unjoni, tagħmel l-investimenti u tilħaq profittabbiltà ġusta. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tipprevjeni l-importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ milli jimlew is-suq tal-Unjoni, u għalhekk tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm livelli ta’ prezzijiet sostenibbli u żżid il-profittabbiltà tagħha sabiex tilħaq il-livelli meħtieġa għal investimenti futuri. |
|
(187) |
Abbażi ta’ dan il-Kummissjoni b’hekk ikkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi, ta’ negozjanti u ta’ utenti mhux relatati
|
(188) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. Importatur wieħed biss, Cellofix, ipprovda kummenti iżda ma ssottomettiex tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(189) |
Cellofix oppona t-tiġdid tal-miżuri fis-seħħ filwaqt li ddikjara li: (i) ma jirriżultax f’rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni u, (ii) ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-ewwel punt, Cellofix argumenta li l-miżuri attwali kienu fis-seħħ għal perjodu ta’ aktar minn ħdax-il sena li matulhom huwa ddikjara li l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat minn kwalunkwe ħsara mġarrba. Dan jidher ukoll fit-tkabbir tal-industrija. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-asserzjoni. Kif stabbilit fit-Taqsima 5.4, l-investigazzjoni stabbiliet xejra ġenerali ’l isfel tal-indikaturi ekonomiċi u finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni, u wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni fraġli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kif stabbilit fil-premessa (146), il-Kummissjoni lanqas ma sabet li kien hemm tkabbir fl-industrija tal-Unjoni. Huwa mfakkar li abbażi ta’ dawn l-iżviluppi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal rikorrenza ta’ ħsara materjali. Għaldaqstant, l-argumenti tal-importatur f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
|
(192) |
Fir-rigward tat-tieni punt li t-tiġdid tal-miżuri mhux se jkun fl-interess tal-Unjoni, l-importatur sostna li, wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping definittivi fl-2009, huwa bata sabiex jixtri l-AHF mill-industrija tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom iżda wkoll minħabba l-pressjoni eżerċitata mill-kompetituri kbar tagħha fuq il-produtturi tal-Unjoni, sabiex tillimita l-provvista għal Cellofix. |
|
(193) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha madwar 10 000 tunnellata ta’ kapaċità ta’ riżerva disponibbli li ma jissuġġerixxi l-ebda problema fl-industrija tal-Unjoni sabiex tforni lis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward tal-pressjoni allegata fuq l-industrija tal-Unjoni sabiex tillimita l-provvista tal-AHF, il-kumpanija ma provdiet l-ebda evidenza sabiex tappoġġa din l-affermazzjoni. Dawn il-pretensjonijiet għalhekk ġew miċħuda. |
|
(194) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kwalunkwe importatur, negozjant jew utent ieħor, ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-impatt tad-dazji fuq dawn il-partijiet. Madankollu, l-investigazzjoni oriġinali żvelat li kwalunkwe impatt fuq partijiet interessati oħrajn ma kienx tali li l-miżuri kellhom jitqiesu li huma kontra l-interess tal-Unjoni u bl-istess mod, l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti stabbiliet li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ dawn il-partijiet. |
|
(195) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi, in-negozjanti jew l-utenti. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(196) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(197) |
Ibbażat fuq il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ, ir-rikorrenza tal-ħsara kawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, u l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ssib li jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-RPĊ. |
|
(198) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(199) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(200) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni, fost l-oħrajn, tista’ teżamina l-bżonn tat-tneħħija ta’ rati individwali tad-dazju u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
|
(201) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(202) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (60). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(203) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(204) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(205) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, mhux maħdum aktar milli rrumblat, f’rombli ta’ wisgħa mhux aktar minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kg u li fil-preżent jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (il-kodiċi TARIC 7607111910), u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd u Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd |
6,4 % |
A944 |
|
Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd |
20,3 % |
A945 |
|
|
Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd |
24,2 % |
A946 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
30,0 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 19 u ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607111930, 7607111940, 7607111950, 7607119044, 7607119046, 7607119071, u 7607119072), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Zhongji Lamination Materials Co., Ltd |
C198 |
|
Luoyang Wanji Aluminium Processing Co., Ltd |
C199 |
|
Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd |
C200 |
|
Yantai Donghai Aluminum Foil Co., Ltd |
C201 |
5. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 19 u ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607111910, 7607111930, 7607111940, 7607111950, 7607119044, 7607119046, 7607119071, 7607119072) kkonsenjat mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (il-kodiċi TARIC addizzjonali C601).
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 63).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/271 tas-16 ta’ Frar 2017 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata (ĠU L 40, 17.2.2017, p. 51).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1474 tal-14 ta’ Settembru 2021 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le. (ĠU L 325, 15.9.2021, p. 6).
(6) ĠU C 98, 25.3.2020, p. 10.
(7) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 436, 17.12.2020, p. 10).
(8) https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2500.
(10) L-ipproċessar attiv ifisser li l-merkanzija mhux tal-Unjoni tiġi importata sabiex tintuża fit-territorju doganali tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ pproċessar waħda jew aktar, pereżempju, għall-finijiet ta’ manifattura jew tiswija. Meta jiġu importati, dawn l-oġġetti mhumiex soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 109, 30.3.2021, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8), il-premessi 91-97 u 154-158; Ir-Regolament (UE) 2021/582, il-premessi 125-131 u 185-188; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 80-86 u 140-143.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 98-104; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 132-137; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 87-92.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 105-112; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 138-143; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 93-98. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-fojls tal-aluminju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 113-135; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 144-166; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 99-120.
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 136-140; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 167-171; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 121-125.
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 141-142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 172-173; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/983, il-premessi 126-127.
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi 143-153; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 174-184; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 128-139.
(19) SWD(2017) 483 final/2, 20.12.2017, https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta’ Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63).
(21) Id-Dokumenti dwar il-Politika Kummerċjali tal-OECD, Nru 218, OECD Publishing, Pariġi, disponibbli fuq: http://dx.doi.org/10.1787/c82911ab-en
(22) Think!Desk China Consulting & Research, “Final Report – Analysis of Market Distortions in the Chinese Non- Ferreous Metal Industry”.
(23) http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/content_5449193.htm (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Ottubru 2021).
(24) Certain Aluminium Foil from the People’s Republic of China: Amended Final Affirmative Countervailing Duty Determination and Countervailing Duty Order, 83 Fed. Reg. 17,360 (Dep’t Comm, id-19 ta’ April 2018)
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 141-142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 96-97.
(26) Ara fuq: http://www.nanshan.com.cn/searchdetails?id=2838&cid= (aċċessat fil-31 ta’ Awwissu 2021)
(27) Ara fuq: https://www.dfdcjt.com/article/item.html?id=2166 (aċċessat fil-31 ta’ Awwissu 2021)
(28) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (mill-2016 sal-2020), disponibbli fuq
https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 147-155; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 102-109.
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 156-158; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessa 111.
(31) Skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2020 il-produzzjoni Ċiniża tal-fojl tal-aluminju żdiedet bi 3,8 % sena wara sena (ara China Nonferrous Metals News - Exploring a new “blue ocean” for aluminum foil applications, disponibbli fuq: https://finance.sina.com.cn/money/future/indu/2021-07-14/doc-ikqciyzk5369663.shtml, ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Settembru 2021). Barra minn hekk, filwaqt li l-kapaċità ta’ produzzjoni taċ-Ċina tal-aluminju elettrolitiku ġiet irrapportata fl-2020 li tammonta għal madwar 38,55 miljun tunnellata fis-sena, kien mistenni li tiżdied bi 3,163 miljun tunnellata fl-2021 (ara r-Review and Outlook of the Aluminum Market in 2020, disponibbli fuq: https://www.sohu.com/a/445610891_782456, li ġie kkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Settembru 2021)
(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/582, il-premessi 162-165; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/983, il-premessi 116-120.
(33) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(34) Id-data finanzjarja għall-unika kumpanija li tipproduċi (Rusal Armenal, CJSC) ma setgħetx tinstab fil-bażi ta’ data ta’ Dun and Bradstreet (https://globalfinancials.com/index-admin.html), u lanqas fuq is-sit web tal-kumpanija jew fi kwalunkwe post ieħor fuq l-Internet.
(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessa 169.
(36) Id-data finanzjarja mill-ħames kumpaniji tal-estrużjoni tal-aluminju ntużat f’żewġ investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar il-prodotti tal-aluminju: prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti (ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40, il-premessi 266-267) u fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 142, il-premessa 223).
(37) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(38) https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2.
(39) https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=cevre-ve-enerji-103&dil=2.
(40) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). Dawn il-pajjiżi huma l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Korea ta’ Fuq, it-Turkmenistan u l-Użbekistan L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(41) https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2
(42) Dan kien l-aktar perjodu reċenti li għalih il-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa għal din l-attività kienu disponibbli fil-mument li aħna kkonsultajna s-sett ta’ data.
(43) Il-kategorija “metalli bażiċi” tinkludi l-aluminju taħt il-kodiċi C24.42 (ara https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5902521/KS-RA-07-015-EN.PDF, p. 156).
(44) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/DownloadIstatistikselTablo?p=RQJc6lWaNMpivNV6h1MxkWk9ycHqk1cNqZM2UJkJfMUYAmenKIIz/lKzy74RY7Y2
(45) https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=cevre-ve-enerji-103&dil=2
(46) https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=cevre-ve-enerji-103&dil=2
(47) https://globalfinancials.com/index-admin.html (aċċessat fit-28 ta’ Settembru 2021).
(48) L-Anness 1C.3 tat-talba għal rieżami (il-Kapaċità żejda tas-CRU fis-settur tal-prodotti rrumblati Ċiniżi żżid l-enfasi fuq l-esportazzjonijiet u l-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina, il-Kapaċità żejda fiċ-Ċina – impediment għall-aġenda ta’ riforma tal-Partit) u l-Kapitolu 15 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet dwar id-difiża tal-kummerċ.
(49) L-Anness 1C.3 tat-talba għal rieżami (il-Kapaċità żejda tas-CRU fis-settur tal-prodotti rrumblati Ċiniżi żżid l-enfasi fuq l-esportazzjonijiet).
(50) Il-Kapitolu 6 tas-CRU, il-Perspettiva tas-Suq Globali għall-Fojl tal-Aluminju sal-2022 (l-Anness 1C.3 tat-talba għal rieżami).
(51) http://www.sheitc.sh.gov.cn/jjyw/20210106/ada4d50132bf4ccaa5c97944073a7d2d.html (aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Settembru 2021).
(52) https://www.globaltradealert.org/data_extraction
(53) http://i-tip.wto.org/goods/Forms/TableView.aspx
(54) t20.007357 (l-Anness 1B.4: Annessi miftuħa, il-parti 1, p. 27 sa 32)
(55) L-Anness 1C.3 tat-talba għal rieżami (il-Prospettiva globali tas-CRU għall-fojl u l-prospettiva għall-aluminju primarju, p. 9).
(56) Il-volum tal-produzzjoni huwa bbażat fuq id-data tal-EU-27 peress li r-Renju Unit ma baqax jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Frar 2020 u l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.
(57) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271.
(58) Il-konsum huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit
(59) Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, 1 339 tunnellata kienu importati taħt ir-reġim statistiku ta’ proċessar attiv, 106 tunnellata taħt ir-reġim statistiku normali u 143 tunnellata kienu l-importazzjonijiet evitati skont ir-Regolament (UE) 2017/271.
(60) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.
(61) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/39 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/403
tat-3 ta’ Marzu 2022
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument C(2022) 1262)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat mid-dazju estiż għadd ta’ impriżi tal-assemblaġġ tar-roti. |
|
(5) |
Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni kienet adottata fil-15 ta’ April 2021 (6). |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. |
|
(8) |
Fil-25 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-kumpanija Pollakka Rowerland Piotr Tokarz (“Rowerland”) (“il-kumpanija”) talba għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk din it-talba kinitx ammissibbli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba, il-ħlas tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn Rowerland ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba debitament sostanzjata għal eżenzjoni. |
|
(10) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC C529 ġie assenjat lill-Parti elenkata fit-Tabella 1, sabiex jidentifika l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera u soġġett għas-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż. Tabella 1
|
|
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020 bħala l-perjodu li jrid jiġi investigat sabiex jiġu vverifikati l-attivitajiet ta’ Rowerland matul il-perjodu ta’ sospensjoni u tiddeċiedi jekk tagħtix eżenzjoni (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). |
|
(12) |
F’Jannar 2021, kif ukoll f’Mejju 2021 b’mod komplementari, Rowerland ipprovdiet id-data u ċ-ċifri lill-Kummissjoni li skonthom, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kumpanija kienet tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni sabiex tiġi eżentata. |
|
(13) |
B’mod partikolari, Rowerland allegat a) li hi użat partijiet essenzjali tar-roti għall-assemblaġġ tar-roti fi kwantitajiet ’il fuq mil-limitu ta’ 299 unità għal kull tip ta’ parti essenzjali tar-roti fuq bażi ta’ kull xahar (“ir-regola de minimis”) u b) li l-valur miżjud għall-partijiet inkorporati matul l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tagħha jikkorrispondi għal aktar minn 25 % tal-kost tal-manifattura (“il-kriterju tal-valur miżjud ta’ 25 %”). Għalhekk, l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tagħha ma kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, Rowerland ma ddikjaratx li l-partijiet miġjuba miċ-Ċina kienu jikkostitwixxu inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati fl-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku (“il-kriterju 60–40 %”). |
|
(14) |
F’Novembru 2021, il-Kummissjoni għamlet żjara ta’ verifika fl-impjant tal-kumpanija biex teżamina l-merti tat-talba għal eżenzjoni. |
|
(15) |
Matul l-eżami tagħhom, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilew li:
|
|
(16) |
B’riżultat ta’ dan, il-kumpanija ma kinitx tissodisfa l-kriterji għal eżenzjoni. B’mod partikolari, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni Rowerland kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(17) |
Għal dawn ir-raġunijiet u skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, it-talba għal eżenzjoni għandha tiġi miċħuda u għandha titneħħa s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż skont l-Artikolu 5 tal-istess Regolament. |
|
(18) |
Konsegwentement, id-dazju estiż għandu jinġabar b’mod retroattiv mid-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri s-17 ta’ Ottubru 2019. |
|
(19) |
Fil-25 ta’ Jannar 2022, il-kumpanija ġiet infurmata bis-sejbiet ta’ hawn fuq li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tipproponi ċ-ċaħda tat-talba tagħha għal eżenzjoni, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Il-kumpanija ngħatat ukoll l-opportunità ta’ smigħ, u sar smigħ mal-kumpanija. |
|
(20) |
Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni, Rowerland ikkontestat ir-reviżjoni tal-kostijiet tagħha magħmula mill-Kummissjoni kif iddikjarat fil-premessa (15). B’mod partikolari, Rowerland sostniet li l-ammont ta’ deprezzament inkluż fil-kalkolu tal-valur miżjud għandu jinkludi wkoll l-ispejjeż ta’ deprezzament għal faċilitajiet addizzjonali bħall-pjazza pavimentata, is-sala tat-tinda u l-bini kummerċjali bil-maħżen, peress li dawn il-faċilitajiet kienu allegatament marbuta direttament ma’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tar-roti u/jew kienu jikkostitwixxu parti integrali mill-faċilità sħiħa. |
|
(21) |
Bħala nota ġenerali, ta’ min jinnota li meta jiġi kkalkulat, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, jekk il-valur miżjud tal-parts li ntużaw matul l-operazzjoni ta’ assemblaġġ kienx ikbar minn 25 % tal-kost tal-manifattura, il-kostijiet inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud huma kostijiet imġarrba fil-proċess ta’ manifattura li jwasslu għal żieda fil-valur tal-prodott lest, minbarra l-ispejjeż tal-bidu (pereżempju l-kostijiet lavorattivi tal-manifattura, l-ispejjeż ġenerali, id-deprezzament tal-faċilitajiet tal-assemblaġġ, il-parts immanifatturati internament). Dawn il-kostijiet għandhom għalhekk jiġu speċifikament imġarrba fil-proċess tal-manifattura u tat-tlestija tar-roti. Il-kostijiet imġarrba mill-kumpanija li ma jistgħux ikunu marbuta mal-proċess tal-manifattura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mhumiex inklużi sabiex jiġi kkalkulat il-valur miżjud. Għalhekk, it-tipi l-oħra tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud billi dawn il-kostijiet ma ġġarrbux mill-kumpanija fil-proċess tal-manifattura u ma jżidux il-valur miżjud tal-prodott. |
|
(22) |
Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, kif iddikjarat fil-premessa (15)(d), Rowerland ma mmanifatturatx partijiet tal-biċikletti, ħlief ir-roti tal-biċikletti. L-ispejjeż ta’ deprezzament irrapportati kienu primarjament għal diversi binjiet. L-investigazzjoni żvelat li minn April 2020 Rowerland kellha wkoll binja li kienet tintuża għall-bejgħ tar-roti. Id-deprezzament ta’ dan il-bini għalhekk ma kienx inkluż fil-kalkolu tal-valur miżjud. Madankollu, id-deprezzament tal-binjiet fejn saru l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew li kienu marbuta mal-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ġew inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud. Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet ukoll il-kera ta’ żewġ imħażen fejn kienu maħżuna l-partijiet tar-roti, peress li dawn il-kostijiet huma marbuta mal-proċess tal-manifattura. Fir-rigward tal-pjazza pavimentata u tat-tinda, ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li kien hemm rabta diretta mal-operazzjoni ta’ assemblaġġ. Fi kwalunkwe każ, l-impatt ta’ din il-kwistjoni huwa marġinali fil-prattika, peress li l-valur miżjud xorta jkun inqas minn 25 %. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(23) |
Barra minn hekk, Rowerland ma qablitx mar-reviżjoni tal-kostijiet tal-elettriku mill-Kummissjoni skont il-premessi (15)(e)(i) u 15(e)(iii). Hija sostniet li l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tagħha użat għall-elettriku ntgħażel minn awditur ċertifikat. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(24) |
Rowerland sostniet ukoll li l-ispejjeż marbuta mal-ilma pprovdut lill-impjegati u r-rimi tal-iskart għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud. Madankollu, dawn l-ispejjeż kienu tant baxxi li ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq il-kalkolu tal-valur miżjud. |
|
(25) |
Finalment, Rowerland sostniet li matul iż-żjara ta’ verifika, hija għarrfet ħażin b’mod mhux intenzjonat lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni dwar il-perjodu tal-użu ta’ ċerti partijiet tar-roti li kkawżaw kostijiet ta’ tiżbigħ. Hija sostniet li dawn il-parts intużaw għall-assemblaġġ tar-roti fil-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk il-kostijiet taż-żebgħa għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’dan ir-rigward u li għalhekk l-argument ġie miċħud bħala mhux sostanzjat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-talba għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż ippreżentata mill-Parti elenkata fit-Tabella ta’ dan l-Artikolu b’dan qed tiġi miċħuda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Il-Parti li għaliha għandha titneħħa s-sospensjoni
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data tad-dħul fis-seħħ |
||
|
C529 |
Rowerland Piotr Tokarz |
|
17.10.2019 |
Artikolu 2
Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija għall-Parti elenkata fit-Tabella tal-Artikolu 1.
Id-dazju estiż jenħtieġ li jinġabar mid-data prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-Parti elenkata fl-Artikolu 1 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Valdis DOMBROVSKIS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(4) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(5) ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74, ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/659 tal-15 ta’ April 2021 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1).
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/404
tat-3 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ger tal-istering – sistemi ta’ kejbil u taljoli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE li tindirizza rekwiżiti essenzjali aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, meta mqabbla mad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li ġiet imħassra. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN u s-Cenelec intalbu wkoll jirrevedu standards li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2015/C 087/01 (5). |
|
(4) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN ISO 8847:2017 dwar ger tal-istering – sistemi ta’ kejbil u taljoli, li kien issostitwixxa l-istandard armonizzat preċedenti EN ISO 8847:2004 u li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 435/06 (6). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 8847:2021. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dak l-istandard kif ġie rivedut mis-CEN jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736. |
|
(6) |
L-istandard EN ISO 8847:2021 jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn, l-installazzjoni u l-ittestjar ta’ sistemi tal-istering bil-kejbil għaddej u taljoli fuq inġenji żgħar b’magna tal-propulsjoni jew mingħajrha u fuq inġenji żgħar b’magna fuq barra sa u inkluż 37 kW tal-potenza totali. |
|
(7) |
L-istandard EN ISO 8847:2021 jissodisfa r-rekwiżiti li jimmira li jkopri, u li huma stipulati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE, kif ukoll fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
L-istandard EN ISO 8847:2021 se jissostitwixxi l-istandard EN ISO 8847:2017. |
|
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li r-referenza tal-istandard EN ISO 8847:2017 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard armonizzat EN ISO 8847:2017, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard jiġi differit. |
|
(11) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE. Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN ISO 8847:2021 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness. |
|
(12) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN ISO 8847:2017 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8736 tal-15 ta’ Diċembru 2015 fuq talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE.
(4) Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 87, 13.3.2015, p. 1).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 435, 15.12.2017, p. 144).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“44 |
EN ISO 8847:2021 |
|
|
Inġenji żgħar - Ger tal-istering - Sistemi ta’ kejbil u taljoli”. |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“37 |
EN ISO 8847:2017 Inġenji żgħar - Ger tal-istering - Sistemi ta’ kejbil u taljoli. |
L-10 ta’ Settembru 2023”. |
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/405
tat-3 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-pjanċi tal-kisi u għat-tejps tal-kisi, għall-apparati ta’ illuminazzjoni jew luminarji, għall-aċċessorji elettriċi, għas-sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat, għas-salvaviti, għall-apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju u għal tagħmir ta’ wweldjar reżistenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat, EN IEC 61010-2-034:2021 u l-emenda għalih EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021 għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (3): EN 50520:2009 għall-pjanċi u tejps għall-protezzjoni, EN 60898-2:2006 għas-salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c., EN 61010-2-051:2015 għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid u EN 61010-2-030:2010 għal apparat għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN 50520:2020 u EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 u EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; kif ukoll EN IEC 61010-2-030:2021 u EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021. Abbażi ta’ dik it-talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew ukoll l-istandard armonizzat EN 61010-2-061:2015 għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-061:2021 u l-emenda għalih EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw u kkoreġew ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03): EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006 għall-apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; EN 61534-21:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; EN 61534-22:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; u EN 62135-1:2015 għal tagħmir ta’ wweldjar reżistenti. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin u ta’ korrezzjoni: EN 60598-2-13:2006/A11:2021; EN 61534-1:2011/A11:2021; EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014/A11:2021; EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014/A11:2021; EN 61534-22:2014/A1:2021; u EN 62135-1:2015/AC:2016. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-034:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021; EN 50520:2020 kif emendat b’EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-061:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-030:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021; EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u EN 60598-2-13:2006/A11:2021 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014, EN 61534-1:2011/A11:2021 u EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014 kif emendat b’EN 61534-21:2014/A11:2021 u EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014 kif emendat b’EN 61534-22:2014/A11:2021 u EN 61534-22:2014/A1:2021; u EN 62135-1:2015 kif ikkoreġut b’EN 62135-1:2015/AC:2016 jissodisfaw l-għanijiet ta’ sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta’ dawk l-istandards, kif ukoll ir-referenzi tal-emendi u tal-korrezzjonijiet għalihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 50520:2009; EN 60898-2:2006; EN 61010-2-051:2015; EN 61010-2-061:2015; EN 61010-2-030:2010; EN 60598-2-13:2006; EN 61534-1:2011; EN 61534-21:2014; EN 61534-22:2014 u EN 62135-1:2015. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. Madankollu, minħabba li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-061:2015 hija ppubblikata fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jeħtieġ li dik ir-referenza titħassar minn dak l-Anness. |
|
(11) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 50520:2020 kif emendat b’EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-061:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-030:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021; EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u EN 60598-2-13:2006/A11:2021 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014, EN 61534-1:2011/A11:2021 u EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014 kif emendat b’EN 61534-21:2014/A11:2021 u EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014 kif emendat b’EN 61534-22:2014/A11:2021 u EN 61534-22:2014/A1:2021 u EN 62135-1:2015 kif ikkoreġut b’EN 62135-1:2015/AC:2016, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 50520:2009; EN 60898-2:2006; EN 61010-2-051:2015; EN 61010-2-061:2015; EN 61010-2-030:2010; EN 60598-2-13:2006; EN 61534-1:2011; EN 61534-21:2014; EN 61534-22:2014 u EN 62135-1:2015. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-għanijiet tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
l-Anness IB huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (b) tal-Artiklu 1 għandu japplika mill-10 ta’ Settembru 2023.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“101. |
EN IEC 61010-2-034:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-034: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir li jkejjel ir-reżistenza tal-iżolament u għal tagħmir tal-ittestjar għall-qawwa elettrika EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021 |
|
102. |
EN 50520:2020 Pjanċi u tejps għall-protezzjoni u twissija dwar il-post fejn jinsabu l-kejbils midfunin jew il-kondjuwits midfunin f’installazzjonijiet taħt l-art EN 50520:2020/A1:2021 |
|
103. |
EN 60898-2:2021 Aċċessorji elettriċi — Salvaviti għall-protezzjoni ta’ kurrenti ogħla min-normal għal installazzjonijiet fid-djar u installazzjonijiet simili — Parti 2: Salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c. |
|
104. |
EN IEC 61010-2-051:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-051: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021 |
|
105. |
EN IEC 61010-2-061:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għall-kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-061: Rekwiżiti partikolari għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021 |
|
106. |
EN IEC 61010-2-030:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-030: Rekwiżiti partikolari għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021 |
|
107. |
EN 60598-2-13:2006 Apparati ta’ illuminazzjoni — Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari — Apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art EN 60598-2-13:2006/A1:2012 EN 60598-2-13:2006/A11:2021 EN 60598-2-13:2006/AC:2006; |
|
108. |
EN 61534-1:2011 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 61534-1:2011/A1:2014 EN 61534-1:2011/A11:2021 EN 61534-1:2011/A2:2021 |
|
109. |
EN 61534-21:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 21: Rekwiżiti partikolari għal sistemi binarju elettrifikat maħsubin għal immuntar ma’ ħitan u soqfa EN 61534-21:2014/A11:2021 EN 61534-21:2014/A1:2021; |
|
110. |
EN 61534-22:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 22: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ binarji elettrifikati maħsubin għal installazzjoni fuq jew taħt il-madum tal-art EN 61534-22:2014/A11:2021 EN 61534-22:2014/A1:2021 |
|
111. |
EN 62135-1:2015 Tagħmir ta’ wweldjar reżistenti — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn, manifattura u installazzjoni EN 62135-1:2015/AC:2016” |
ANNESS II
Ir-ringiela 29 tal-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 titħassar.
ANNESS III
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“96. |
EN 50520:2009 Pjanċi u tejps għall-protezzjoni u twissija ta’ lokazzjoni ta’ kejbils midfunin jew kondjuwits midfunin f’installazzjonijiet taħt l-art |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
97. |
EN 60898-2:2006 Aċċessorji elettriċi — Salvaviti għall-protezzjoni ta’ kurrenti ogħla min-normal għal installazzjoni fid-djar u installazzjonijiet simili — Parti 2: Salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c. |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
98. |
EN 61010-2-051:2015 Rekwiżiti għas-sigurtà ta’ tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-051: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
99. |
EN 61010-2-030:2010 Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-030: Rekwiżiti partikolari għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
100. |
EN 60598-2-13:2006 Apparati ta’ illuminazzjoni — Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari — Apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art EN 60598-2-13:2006/A1:2012 EN 60598-2-13:2006/AC:2006 |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
101. |
EN 61534-1:2011 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 61534-1:2011/A1:2014 |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
102. |
EN 61534-21:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 21: Rekwiżiti partikolari għal sistemi binarju elettrifikat maħsubin għal immuntar ma’ ħitan u soqfa |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
103. |
EN 61534-22:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 22: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ binarji elettrifikati maħsubin għal installazzjoni fuq jew taħt il-madum tal-art |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
104. |
EN 62135-1:2015 Tagħmir ta’ wweldjar reżistenti — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn, manifattura u installazzjoni |
L-10 ta’ Settembru 2023”. |
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/55 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/406
tat-3 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tal-istandards armonizzati għaż-żennuni awtomatiċi għall-użu fid-distributuri tal-fjuwil, il-pompi tal-kejl, id-distributuri u l-unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod, il-mezzi ta’ sikurezza għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri, il-valvi ta’ sikurezza u swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri, li jintużaw fil-pompi tal-petrol
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE. |
|
(3) |
B’mod partikolari, is-CEN u s-Cenelec intalbu jabbozzaw l-istandards li ġejjin għall-prodotti użati fl-istazzjonijiet tal-fjuwil tal-petrol: Il-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil, rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ mezzi ta’ sikurezza għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri, rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ valvi ta’ sikurezza u rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri. Dak ix-xogħol ta’ standardizzazzjoni kien indikat fil-Kapitolu I. tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-Cenelec u l-Kummissjoni u mehmuż mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. Is-CEN u s-Cenelec intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92, is-CEN abbozza dawn l-istandards armonizzati li ġejjin għall-prodotti użati fil-pompi tal-petrol: EN 13012: 2021 Kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil, EN 13617–1: 2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi mill-bogħod, EN 13617–2: 2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u t-twettiq ta’ mezzi ta’ sikurezza għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri, EN 13617–3: 2021 Rekwiżiti ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ valvi ta’ sikurezza u EN 13617–4: 2021. Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards EN 13012:2021, EN 13617-1:2021, EN 13617-2:2021, EN 13617-3:2021, EN 13617-4:2021 imfassla mis-CEN huwiex konformi mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. |
|
(6) |
L-istandards EN 13012:2021, EN 13617-1:2021, EN 13617-2:2021, EN 13617-3:2021 u EN 13617-4:2021 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-istandard EN 13012:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13012:2012. L-istandard EN 13617-1:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13617-1:2012. L-istandard EN 13617-2:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13617-2:2012. L-istandard EN 13617-3:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13617-3:2012. L-istandard EN 13617-4:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13617-4:2012. Għalhekk jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards EN 13012:2012, EN 13617-1:2012, EN 13617-2:2012, EN 13617-3:2012, u EN 13617-4:2012 li huma ppubblikati mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 371/01) (4) jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards EN 13012:2012, EN 13617-1:2012, EN 13617-2:2012, EN 13617-3:2012, u EN 13617-4:2012, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza għal dawk l-istandards jiġi differit. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE jkunu kollha elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13012:2021, EN 13617-1:2021, EN 13617-2:2021, EN 13617-3:2021 u EN 13617-4:2021 għandhom jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13012:2012, EN 13617-1:2012, EN 13617-2:2012, EN 13617-3:2012 u EN 13617-4:2012 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(3) Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 371, 12.10.2018, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“5. |
EN 13012:2021 Pompi tal-petrol - Kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil |
|
6. |
EN 13617-1:2021 Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod |
|
7. |
EN 13617-2:2021 Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ mezzi ta’ sikurezza għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri |
|
8. |
EN 13617-3:2021 Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ valvi ta’ sikurezza |
|
9. |
EN 13617-4:2021 Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri” |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tat-tneħħija |
|
“4. |
EN 13012:2012 Pompi tal-petrol - Kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil |
It-3 ta’ Settembru 2023 |
|
5. |
EN 13617-1:2012 Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod |
It-3 ta’ Settembru 2023 |
|
6. |
EN 13617-2:2012 Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ mezzi ta’ sikurezza għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri |
It-3 ta’ Settembru 2023 |
|
7. |
EN 13617-3:2012 Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ valvi ta’ sikurezza |
It-3 ta’ Settembru 2023 |
|
8. |
EN 13617-4:2012 Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u l-prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri” |
It-3 ta’ Settembru 2023”. |
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/60 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/407
tad-9 ta’ Marzu 2022
li ttemm ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(1) u 19 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/309 (2), il-Kummissjoni imponiet dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2018, wara rieżami interim parzjali dwar is-sussidjar tal-produtturi esportaturi kollha, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/823 (3), il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-miżuri kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(3) |
Din sabet li l-bidla leġiżlattiva fil-leġiżlazzjoni Torka dwar is-sussidji għall-produtturi tat-trota, li kienet soġġetta għar-rieżami, ma kinitx tiġġustifika r-reviżjoni tad-dazji kompensatorji għall-produtturi kollha tat-trota fit-Turkija. Madankollu, ġie osservat li l-impatt tal-bidla leġiżlattiva kien differenti fil-livell ta’ kumpanija individwali (4). |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Mejju 2020, wara rieżami interim parzjali, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/658 (5), il-Kummissjoni emendat il-livell tad-dazju kompensatorju fir-rigward ta’ produttur esportatur wieħed. |
|
(5) |
Fl-20 ta’ Mejju 2021, wara rieżami ta’ skadenza, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/823 (6), il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-livell tad-dazji kompensatorji kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/658. |
|
(6) |
Hija sabet li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ kienet tirriżulta fil-kontinwazzjoni tas-sussidjar, billi l-esportazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni kienu jkomplu f’volumi sostanzjali. Barra minn hekk, minħabba l-kapaċità żejda massiva fit-Turkija, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija u l-impatt probabbli tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(7) |
Bħala konklużjoni, ġie stabbilit li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti. |
|
(8) |
Id-dazji kompensatorji definittivi li huma fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 1,5 % sa 9,5 %. |
1.2. Il-bidu ta’ rieżami interim parzjali
|
(9) |
Fid-29 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami interim parzjali tad-dazju kompensatorju fis-seħħ skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037 (“ir-Regolament bażiku”) ippreżentata mill-produttur esportatur Selina Balik Isleme Tesis Ithalat Ihracat ve Ticaret Anonim Sirketi (“ir-rikorrent”). It-talba għal rieżami interim parzjali kienet limitata fl-ambitu għall-eżami tas-sussidjar sa fejn kien ikkonċernat ir-rikorrent. |
|
(10) |
Fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea bdiet rieżami interim tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (il-“pajjiż ikkonċernat”) skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (in-“Notifika ta’ Bidu”) (7). |
|
(11) |
Ir-rikorrent argumenta li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-miżuri kompensatorji eżistenti jidhru li nbidlu u li huma ta’ natura dejjiema sa fejn kien ikkonċernat ir-rikorrent. |
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(12) |
Ir-rieżami dwar is-sussidjar tar-rikorrent kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
1.4. Il-partijiet interessati
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni biex jieħdu sehem fir-rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lir-rikorrent, lill-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-Unjoni, kif ukoll lill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat dwar il-bidu tar-rieżami u stednithom jipparteċipaw. |
|
(14) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tar-rieżami u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4.1. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(15) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rikorrent u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju kemm mir-rikorrent kif ukoll mill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott rieżaminat
|
(17) |
Il-prodott suġġett għal rieżami huwa t-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss)
li joriġina mir-Repubblika tat-Turkija u li fil-preżent jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (il-kodiċi TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) (“il-prodott rieżaminat). |
|
(18) |
Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-prodott manifatturat fit-Turkija u li jiġi esportat fl-Unjoni u l-prodott manifatturat u li jinbiegħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi, u l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk dawn tqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. IRTIRAR TAT-TALBA
|
(19) |
Fl-ittra tiegħu lill-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2021, ir-rikorrent irtira t-talba tiegħu għal rieżami interim. |
|
(20) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(21) |
L-investigazzjoni ma kienet żvelat ebda kunsiderazzjoni li turi li din it-terminazzjoni tkun tmur kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(22) |
Barra minn hekk, fl-20 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea bdiet rieżami interim mal-pajjiż kollu tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (8). Għalhekk, il-miżuri kontra s-sussidji attwalment fis-seħħ se jiġu rieżaminati għall-produtturi esportaturi kollha f’dan il-qafas. |
4. KONKLUŻJONI U DIVULGAZZJONI
|
(23) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment ta’ rieżami interim parzjali għandu jintemm mingħajr determinazzjoni formali dwar xi bidliet sinifikanti dejjiema u l-prattiki ta’ sussidju tar-rikorrent. |
|
(24) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ġew mogħtija l-opportunità li jikkummentaw. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti li jwasslu għall-konklużjoni li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(26) |
Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija sa fejn huwa kkonċernat ir-rikorrent u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (kodiċijiet TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) hija b’dan mitmuma.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/309 tas-26 ta' Frar 2015 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 56, 27.2.2015, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/823 tal-4 ta' Ġunju 2018 li jtemm ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 14).
(4) Il-Premessa (49) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/823.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/658 tal-15 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/309 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami interim skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 18.5.2020, p. 3).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/823 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 183, 25.5.2021, p. 5).
Rettifika
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/64 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 282 tal-5 ta’ Awwissu 2021 )
Fil-paġna 32, fl-ewwel paragrafu tal-Anness,
minflok:
“Fl-Anness XVII, l-entrata 68 hija sostitwita b’dan li ġej:”,
aqra:
“Fl-Anness XVII, tiżdied din l-entrata:”;
Fil-paġna 33, fil-paragrafu 10 tat-tabella fl-Anness,
minflok:
“Sal-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun 2 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. Mill-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 100 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi.”,
aqra:
“Sal-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun 2 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. Mis-26 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 100 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi.”.
|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/65 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2077 tas-26 ta’ Novembru 2021 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.366 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 426 tad-29 ta’ Novembru 2021 )
Fil-paġna 7, fl-ewwel kolonna tal-Anness,
minflok:
“3c371i”,
aqra:
“3c371ii”.