ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
7 ta' Marzu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/377 tat-28 ta’ Frar 2022 li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Zagorski štrukli/Zagorski štruklji (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/378 tal-4 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, malatijon, mepanipirim, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram ( 1 )

2

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 ( ĠU L 211, 15.6.2021 )

7

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/363 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd ( ĠU L 69, 4.3.2022 )

8

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/364 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa ( ĠU L 69, 4.3.2022 )

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/377

tat-28 ta’ Frar 2022

li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Zagorski štrukli”/“Zagorski štruklji” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Zagorski štrukli”/“Zagorski štruklji” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Zagorski štrukli”/“Zagorski štruklji” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Zagorski štrukli”/“Zagorski štruklji” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 455, 10.11.2021, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/378

tal-4 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, malatijon, mepanipirim, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/566 (3) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, mepanipirim, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram sat-30 ta’ April 2022. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva malatijon sat-30 ta’ April 2022.

(3)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5). Għalkemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (6), id-dispożizzjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi stabbiliti f’dak ir-Regolament jibqgħu japplikaw f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740.

(4)

Billi l-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(5)

Barra minn hekk, hija meħtieġa estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi clodinafop, cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, mepanipirim, metconazole, metrafenone, pirimicarb, pyrimethanil, spinosad, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram, biex jingħata biżżejjed żmien biex titwettaq valutazzjoni dwar il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(6)

F’każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data ta’ skadenza li tkun l-istess data ta’ qabel dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli. L-estensjoni proposta hija limitata għall-perjodu stipulat biex titlesta l-evalwazzjoni.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/566 tat-30 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, clodinafop, clopyralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), cyprodinil, diklorprop-P, fenpyroximate, fosetyl, mepanipirim, Metarhizium anisopliae (var. anisopliae) tar-razza BIPESCO 5/F52, metconazole, metrafenone, pirimicarb, Pseudomonas chlororaphis tar-razza MA342, pyrimethanil, Pythium oligandrum M1, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61 (li qabel kienet “S. griseoviridis”), Trichoderma asperellum (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet “T. harzianum”) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet “T. viride”) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trinexapac, triticonazole u ziram (ĠU L 118, 7.4.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 tas-6 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi ċiflufenammid, fluwopikolid, ettamaloksiloglukan u malatijon (ĠU L 231, 7.9.2017, p. 3).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Ziram, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 89, Pseudomonas chlororaphis tar-razza: MA 342, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 90, Mepanipirim, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Clodinafop, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimicarb, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, Rimsulfuron, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Triticonazole, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Cyprodinil, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetyl, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 132, Trinexapac, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, Diklorprop-P, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, Metconazole, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pyrimethanil, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triklopir, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, Metrafenone, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 193, Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, tar-razza ABTS-1857 u tar-razza GC-91, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 194, Bacillus thuringiensis subsp. israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 195, Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki tar-razza ABTS 351, tar-razza PB 54, tar-razza SA 11, tar-razza SA 12, tar-razza EG 2348, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 197, Beauveria bassiana tar-razza ATCC 74040, tar-razza GHA, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(23)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 202, Pythium oligandrum tar-razza M1, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(24)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(25)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, Trichoderma harzianum tar-razza T-22, tar-razza ITEM 908, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(26)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza ICC012, tar-razza T25, tar-razza TV1, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(27)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(28)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 210, Abamektina, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”;

(29)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 213, Fenpyroximate, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”.

(30)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 300, Malatijon, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta’ April 2023”.


Rettifika

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/7


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 211 tal-15 ta' Ġunju 2021 )

Fil-paġna 20, Artikolu 13, paragrafu 2:

minflok:

“2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(6). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”,

aqra:

“2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(6). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/8


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/363 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-4 ta’ Marzu 2022 )

Fil-paġna 40, fit-titolu, id-data tal-adozzjoni,

minflok:

“tal-24 ta’ Jannar 2022”,

aqra:

“tat-2 ta’ Marzu 2022”;

u fil-paġna 42, fil-formola tal-għeluq, id-data tal-adozzjoni,

minflok:

“l-24 ta’ Jannar 2022”,

aqra:

“it-2 ta’ Marzu 2022”.


7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/9


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/364 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-4 ta’ Marzu 2022 )

Fil-paġna 45, fit-titolu, u fil-paġna 47, fil-formula tal-għeluq, id-data tal-adozzjoni,

minflok:

“3 ta’ Marzu 2022”,

aqra:

“2 ta’ Marzu 2022”.