|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/357 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 u 8 ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/357
tat-2 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 u 8
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Frar 2021, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ppubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji u l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. Dawk l-emendi jiċċaraw id-differenzi bejn il-politiki kontabilistiċi u l-istimi kontabilistiċi biex tiġi żgurata aktar applikazzjoni konsistenti tal-istandards kontabilistiċi u l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji. |
|
(3) |
Wara konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(b) |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar 2023 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Emendi għall-IAS 1
Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafi 7, 10, 114, 117 u 122 huma emendati. Jiżdiedu l-paragrafi 117 A–117E u 139 V. Jitħassru l-paragrafi 118, 119 u 121.
DEFINIZZJONIJIET
|
7. |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Il-politiki ta’ kontabilità huma definiti fil-paragrafu 5 tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji, u t-terminu jintuża f’dan l-Istandard bl-istess tifsira. ... |
RAPPORTI FINANZJARJI
...
Sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji
|
10. |
Sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:
...
… |
STRUTTURA U KONTENUT
...
Noti
Struttura
...
|
114. |
Eżempji ta’ ordni sistematiku jew ġbir ta’ noti jinkludu:
...
|
L-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità
|
117. |
Entità għandha tiżvela informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità (ara l-paragrafu 7). L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità tkun materjali jekk, meta titqies flimkien ma’ informazzjoni oħra inkluża fir-rapporti finanzjarji ta’ entità, ikun jista’ jiġi raġonevolment mistenni li tinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji għal skop ġenerali jieħdu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji. |
|
117 A |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità li tirrigwarda tranżazzjonijiet immaterjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija immaterjali u ma hemmx għalfejn tiġi żvelata. L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità tista’ madankollu tkun materjali minħabba n-natura tat-tranżazzjonijiet relatati, eventi jew kundizzjonijiet oħra, anki jekk l-ammonti jkunu immaterjali. Madankollu, mhux l-informazzjoni kollha dwar il-politika tal-kontabilità li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet materjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija minnha nnifisha materjali. |
|
117B |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità hija mistennija li tkun materjali jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji ta’ entità jkunu jeħtieġuha biex jifhmu informazzjoni materjali oħra fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, wisq probabbli li entità tqis l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità materjali għar-rapporti finanzjarji tagħha jekk dik l-informazzjoni tkun tirrigwarda tranżazzjonijiet materjali, eventi u kundizzjonijiet oħra u:
|
|
117C |
L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità li tiffoka fuq kif entità tkun applikat ir-rekwiżiti tal-IFRSs għaċ-ċirkostanzi tagħha stess tipprovdi informazzjoni speċifika għall-entità li tkun aktar utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji minn informazzjoni standardizzata, jew informazzjoni li kulma tagħmel huwa li tirriproduċi jew tiġbor fil-qosor ir-rekwiżiti tal-IFRSs. |
|
117D |
Jekk entità tiżvela informazzjoni immaterjali dwar il-politika tal-kontabilità, tali informazzjoni ma għandhiex tostor l-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità. |
|
117E |
Il-konklużjoni ta’ entità li l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabilità hija immaterjali ma taffettwax ir-rekwiżiti ta’ żvelar relatati stipulati f’IFRSs oħrajn. |
|
118. |
[Imħassar] |
|
119. |
[Imħassar] |
|
120. |
[Imħassar] |
|
121. |
[Imħassar] |
|
122. |
Entità għandha tiżvela, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità jew noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika ta’ kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.
... |
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
...
|
139 V |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li ħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 7, 10, 114, 117 u 122, żied il-paragrafi 117 A–117E u ħassar il-paragrafi 118, 119 u 121. Emenda wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità). Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 1 għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għal pubblikazzjonijiet u Standards oħra tal-IFRS
Emendi għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Il-paragrafi 21 u B5 huma emendati. Jiżdied il-paragrafu 44II.
L-IMPORTANZA TA’ STRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U R-RIŻULTATI FINANZJARJI
...
Żvelar ieħor
Politiki ta’ kontabilità
|
21. |
F’konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiżvela informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità. L-informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl għall-istrumenti finanzjarji użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji hija mistennija li tkun informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità.
... |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
...
|
44II |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 21 u B5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt.
… |
Appendiċi B
Gwida għall-Applikazzjoni
...
KLASSIJIET TA’ STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA’ ŻVELAR (IL-PARAGRAFU 6)
...
Żvelar ieħor – politika tal-kontabilità (il-paragrafu 21)
|
B5 |
Il-paragrafu 21 jirrikjedi żvelar tal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità, li hija mistennija li tinkludi informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl għall-istrumenti finanzjarji użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, tali żvelar jaf jinkludi:
... Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi wkoll li l-entitajiet jiżvelaw, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità jew noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. |
Emendi għall-IAS 26 Kontabilità u Rappurtar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċji għall-Irtirar
Il-paragrafu 34 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 38.
IL-PJANIJIET KOLLHA
Żvelar
|
34. |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ pjan ta’ benefiċċju għall-irtirar, kemm jekk ta’ benefiċċju definit jew ta’ kontribuzzjoni definita, għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
…
… |
DATA EFFETTIVA
...
|
38. |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 60.
KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
|
5. |
L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta’ rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin:
...
... |
DATA EFFETTIVA
...
|
60. |
L-Iżvelar tal-Politika tal-Kontabilità, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Making Materiality Judgements (L-għoti ta’ ġudizzji dwar il-materjalità), u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 8
Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji
Il-paragrafi 5, 32, 34, 38 u 48 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 32 huma emendati. Jiżdiedu l-paragrafi 32 A–32B, 34 A u 54I u l-intestaturi ta’ fuq il-paragrafi 34 u 36. L-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 39 hija emendata biex tkun subintestatura tal-intestatura miżjuda fuq il-paragrafu 34.
DEFINIZZJONIJIET
|
5. |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
... Stimi tal-kontabilità huma ammonti monetarji fir-rapporti finanzjarji li huma soġġetti għal inċertezza tal-kejl. ... |
STIMI TAL-KONTABILITÀ
|
32. |
Politika tal-kontabilità jaf tkun tirrikjedi li entrati elenkati fir-rapporti finanzjarji jitkejlu b’tali mod li jinvolvi inċertezza tal-kejl, jiġifieri, il-politika tal-kontabilità jaf tkun tirrikjedi li tali entrati jitkejlu f’ammonti monetarji li ma jistgħux jiġu osservati direttament u minflok trid issir stima tagħhom. F’tali każ, entità tiżviluppa stima tal-kontabilità biex tilħaq l-objettiv stabbilit mill-politika tal-kontabilità. L-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabilità jinvolvi l-użu ta’ ġudizzji jew suppożizzjonijiet ibbażati fuq l-aħħar informazzjoni affidabbli disponibbli. Eżempji ta’ stimi tal-kontabilità jinkludu:
|
|
32 A |
Entità tuża tekniki u inputs ta’ kejl biex tiżviluppa stima tal-kontabilità. It-tekniki ta’ kejl jinkludu tekniki tal-istimi (pereżempju, tekniki użati biex jitkejjel provvediment għat-telf għal telf ta’ kreditu mistenni bl-applikazzjoni tal-IFRS 9) u tekniki ta’ valwazzjoni (pereżempju, tekniki użati għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni bl-applikazzjoni tal-IFRS 13). |
|
32B |
It-terminu “stima” fl-IFRSs xi drabi jirreferi għal stima li mhijiex stima tal-kontabilità kif definita f’dan l-Istandard. Pereżempju, xi drabi jirreferi għal input użat fl-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabilità.
... |
Bidliet fl-istimi tal-kontabilità
|
34. |
Stima jaf tkun teħtieġ tibdel stima tal-kontabilità jekk iseħħu bidliet fiċ-ċirkustanzi li fuqhom l-istima tal-kontabilità kienet ibbażata jew bħala riżultat ta’ informazzjoni ġdida, żviluppi ġodda jew aktar esperjenza. Min-natura tagħha, bidla fi stima tal-kontabilità ma tirrelatax ma’ perjodi ta’ qabel u mhijiex korrezzjoni ta’ żball. |
|
34 A |
L-effetti fuq stima tal-kontabilità ta’ bidla fl-input jew bidla fit-teknika ta’ kejl huma bidliet fl-istimi tal-kontabilità sakemm ma jirriżultawx mill-korrezzjoni ta’ żbalji fil-perjodi ta’ qabel.
... |
Applikazzjoni tal-bidliet fl-istimi tal-kontabilità
...
|
38. |
Rikonoxximent prospettiv tal-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità tfisser li l-bidla hija applikata għat-tranżazzjonijiet, eventi u kondizzjonijiet oħra mid-data ta’ dik il-bidla. Bidla fl-istima tal-kontabilità jaf taffettwa biss il-profitt jew it-telf tal-perjodu kurrenti, jew il-profitt jew it-telf kemm tal-perjodu kurrenti kif ukoll tal-perjodi tal-futur. Pereżempju, bidla fi provvediment għat-telf għal telf ta’ kreditu mistenni taffettwa biss il-profitt jew it-telf tal-perjodu kurrenti u għalhekk tiġi rikonoxxuta fil-perjodu kurrenti. Madankollu, bidla fiż-żmien tal-utilità ta’, jew il-format mistenni tal-konsum ta’ benefiċċji ekonomiċi tal-futur li jinsabu f’assi deprezzabbli taffettwa l-ispiża ta’ deprezzament għall-perjodu kurrenti u għal kull perjodu tal-futur matul iż-żmien tal-utilità li jkun fadal tal-assi. Fiż-żewġ każijiet, l-effett tal-bidla relatat mal-perjodu preżenti huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża fil-perjodu preżenti. L-effett, jekk hemm, fuq perjodi tal-futur huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża f’dawk il-perjodi tal-futur. |
Żvelar
...
ŻBALJI
...
|
48. |
Korrezzjonijiet ta’ żbalji huma distinti minn bidliet fl-istimi tal-kontabilità. Stimi tal-kontabilità min-natura tagħhom stess huma approssimazzjonijiet u jistgħu jkunu jeħtieġu tibdil kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, il-qligħ jew it-telf rikonoxxut mir-riżultat ta’ kontinġenza mhuwiex korrezzjoni ta’ żball.
... |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
...
|
54I |
Definizzjoni ta’ Stimi tal-Kontabilità, li ħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 5, 32, 34, 38 u 48 u żied il-paragrafi 32 A, 32B u 34 A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità għandha tapplika l-emendi għall-bidliet fl-istimi tal-kontabilità u l-bidliet fil-politiki tal-kontabilità li jseħħu fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li fih tapplika l-emendi, jew warajh. |
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/358
tat-2 ta’ Marzu 2022
li jniedi rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
1. TALBA
|
(1) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(2) |
It-talba tressqet fl-10 ta’ Settembru 2019 u ġiet aġġornata fis-26 ta’ Novembru 2021 minn Zhejiang Feishen Vehicle Industry Co., Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur tar-roti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
|
(3) |
Il-prodott taħt rieżami huwa roti u ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-kunsinni, iżda esklużi l-uniċikli), mingħajr mutur, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
3. MIŻURI EŻISTENTI
|
(4) |
Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-RPĊ. Minn dak iż-żmien segwew diversi investigazzjonijiet li emendaw il-miżuri inizjali. |
|
(5) |
Bir-Regolament (UE) Nru 502/2013 (3), il-Kunsill, wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4), emenda l-miżuri. F’din l-investigazzjoni, il-kampjunar ma ġiex applikat għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u nżamm id-dazju anti-dumping mal-pajjiż kollu ta’ 48,5 %, abbażi tal-marġni tad-dumping, li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5). |
|
(6) |
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 (6), skont liema importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv ta’ 48,5 %. |
4. RAĠUNIJIET GĦAR-RIEŻAMI
|
(7) |
L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping (mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011). |
|
(8) |
L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami li huma soġġetti għad-dazji anti-dumping fis-seħħ. |
|
(9) |
Fl-aħħar nett, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li beda jesporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping. |
5. PROĊEDURA
5.1. Bidu
|
(10) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli u kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta’ rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-għan li jiġi ddeterminat marġni individwali ta’ dumping għall-applikant. Jekk jinstab li hemm dumping, il-Kummissjoni se tiddetermina l-livell tad-dazju li għandhom ikunu soġġetti għalih l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant. |
|
(11) |
Skont l-Artikoli 11(3) u 11(4) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-applikant għandu jiġi determinat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(1) sa (6a) tar-Regolament bażiku, peress li l-aħħar rieżami ta’ skadenza tal-miżuri tnieda wara l-20 ta’ Diċembru 2017. |
|
(12) |
Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bit-talba għal rieżami fil-25 ta’ Novembru 2021 u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw sad-9 ta’ Diċembru 2021. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġiet ippubblikata Notifika (7) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment. |
5.2. Ir-revoka tal-miżuri eżistenti u r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet
|
(14) |
Skont Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant jitħassar. Fl-istess ħin, tali importazzjonijiet għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li d-dazji anti-dumping ikunu jistgħu jiġu imposti mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet jekk ir-rieżami jikkonkludi f’sejba li jkun hemm dumping fir-rigward tal-applikant. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex possibbli, f’dan l-istadju, li tingaħta stima affidabbli tal-ammont ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. |
5.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(15) |
L-investigazzjoni tar-rieżami se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”) |
5.4. L-investigazzjoni tal-applikant
|
(16) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-applikant kwestjonarju fil-file għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2441. L-applikant irid jippreżenta l-kwestjonarju mimli fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. |
5.5. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
|
(17) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. |
5.6. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
|
(18) |
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet. |
5.7. Struzzjonijiet għall-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
|
(19) |
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
|
(20) |
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiv) (8). Il-partijiet interessati li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali. |
|
(21) |
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (“Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”). Jenħtieġ li dawn it-taqsiriet ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. |
|
(22) |
Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta. |
|
(23) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. |
|
(24) |
Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf. |
|
(25) |
Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. |
|
(26) |
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika uffiċċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għal sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq. L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
6. NONKOOPERAZZJONI
|
(27) |
Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(28) |
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(29) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u, għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
7. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(30) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment. |
|
(31) |
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu. |
|
(32) |
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ ikun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. |
|
(33) |
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/. |
8. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(34) |
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
9. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(35) |
Kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(36) |
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/ |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qiegħed jitnieda rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 sabiex jiġi determinat jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet ta’ roti u ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-kunsinni, iżda esklużi l-uniċikli), mingħajr mutur, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712007091, 8712007092 u 8712007099) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”), prodotti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Zhejiang Feishen Vehicle Industry Co., Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC C530).
Artikolu 2
Id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikoli 11(4) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew xi tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data meta ġie ppubblikat dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
3. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta’ biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 tat-12 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1524/2000 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 225, 29.8.2019, p. 1).
(7) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29
(8) Dokument “ Sensitive ” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
DEĊIŻJONIJIET
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/15 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/359 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Frar 2022
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza (EGF/2021/005 FR/Airbus)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-għan li juri solidarjetà u li jippromwovi impjieg deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta’ avvenimenti kbar ta’ ristrutturar u jgħinhom jirritornaw għal xogħol deċenti u impjieg sostenibbli mill-aktar fis possibbli. |
|
(2) |
Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 186 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Lulju 2021, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fir-rigward tas-sensji mill-Airbus (Airbus SE), fis-settur ekonomiku tad-diviżjoni 30 (“Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport”) taħt il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) (4) Reviżjoni 2 fi Franza. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2021/691. Hija tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/691. |
|
(4) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 3 745 264 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata minn Franza. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 3 745 264 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika mis-16 ta’ Frar 2022.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Frar 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti (KE) dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/360
tal-24 ta’ Frar 2022
li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Francisco IGEA ARISQUETA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Alfonso FERNÁNDEZ MAÑUECO, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente de la Junta de Castilla y León (President tal-gvern reġjonali ta’ Castilla u León), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Alfonso FERNÁNDEZ MAÑUECO, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente de la Junta de Castilla y León (President tal-gvern reġjonali ta’ Castilla u León), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/361
tal-24 ta’ Frar 2022
li taħtar tmien membri u disa’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Franċiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Franċiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 (2) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Agnès RAMPAL, u għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Danièle BOEGLIN, is-Sur Frank CECCONI, is-Sa Vanessa CHARBONNEAU, is-Sur Guillaume CROS, is-Sa Mélanie FORTIER, is-Sur Pascal MANGIN u s-Sur Patrice VERCHÈRE, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tmien membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Patrick AYACHE u tas-Sa Nicole PEYCELON, u għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Christian GILLET, is-Sur Mathieu KLEIN, is-Sur Gérard LAHELLEC, is-Sur Miguel LAVENTURE, is-Sa Nicole MULLER BECKER, is-Sa Nicole PIERRARD u s-Sur Claude WALLENDORFF, saru vakanti s-siġġijiet ta’ disa’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Franċiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sa Magali ALTOUNIAN, Conseillère régionale de la région Provence-Alpes-Côte-d’Azur, is-Sa Anne BESNIER, Vice-présidente de la région Centre-Val-de-Loire, is-Sur Mathieu CUIP, Conseiller régional de la région Ile-de-France, is-Sur Laurent DEJOIE, Vice-président de la région Pays-de-la-Loire, is-Sur Patrick MOLINOZ, Vice-président de la région Bourgogne-Franche-Comté, is-Sa Nadia PELLEFIGUE, Vice-présidente de la région Occitanie, u s-Sa Huguette ZELLER, Conseillère régionale de la région Grand-Est. |
|
(6) |
Il-Gvern Franċiż ippropona lis-Sa Anne ROBERTSON-RUDISUHLI, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Conseillère départementale des Bouches-du-Rhône, bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(7) |
Il-Gvern Franċiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Wilfrid BERTILE, Conseiller régional de la région Réunion, is-Sur Christian DEBEVE, Conseiller régional de la région Grand-Est, is-Sur Sébastien DENAJA, Conseiller régional de la région Occitanie, u s-Sa Patricia TELLE, Vice-présidente de la collectivité territoriale de Martinique. |
|
(8) |
Il-Gvern Franċiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Frédéric BIERRY, Président de la collectivité européenne d’Alsace, is-Sa Martine MOUSSERION, Maire d’Anché (Vienne), is-Sur Christophe RAMOND, Président du conseil départemental du Tarn, is-Sur Gilbert SCHUH, Vice-président du conseil départemental de la Moselle, u s-Sa Isabelle de WAZIERS, Vice-présidente du conseil départemental de la Somme, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membri:
|
u
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).
Rettifika
|
3.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/21 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 461 tas-27 ta’ Diċembru 2021 )
F’paġna 20, fl-Artikolu 10(1),
minflok:
“1. Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni.”,
aqra:
“1. Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni.”.