ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 56

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
28 ta' Frar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/340 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/341 tat-28 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/340

tat-28 ta’ Frar 2022

li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(2)

Fit-18 ta' Frar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 751 (1992) approva li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.


ANNESS

Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:

I.

Persuni

21. Ali Mohamed RAGE (magħruf ukoll bħala: a) Ali Mohammed Rage b) Ali Dheere c) Ali Dhere d) Ali Mohamed Rage Cali Dheer e) Ali Mohamud Rage).

Deżinjazzjoni: Kelliem ta’ Al-Shabaab

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Somalja

Nazzjonalità: Somalja

Indirizz: Somalja

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18 ta’ Frar 2022

Informazzjoni oħra:

Elenkat f'konformità mal-paragrafu 43(a) tar-riżoluzzjoni 2093 (2013) billi kien ‘Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu lill-Gvern Federali tas-Somalja jew lill-AMISOM bil-forza.’ Bħala kelliem ta’ Al-Shabaab, Rage huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi tal-grupp.”


DEĊIŻJONIJIET

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/341

tat-28 ta’ Frar 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

(2)

Fit-18 ta’ Frar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 751 (1992) approva li tiżdied persuna /waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.


ANNESS

Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:

I.   Persuni

“21.

Ali Mohamed RAGE (magħruf ukoll bħala: a) Ali Mohammed Rage b) Ali Dheere c) Ali Dhere d) Ali Mohamed Rage Cali Dheer e) Ali Mohamud Rage).

Deżinjazzjoni: Kelliem ta’ Al-Shabaab

Data tat-Twelid: 1966

Post tat-twelid: is-Somalja

Nazzjonalità: is-Somalja

Indirizz: is-Somalja

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: it-18 ta’ Frar 2022

Informazzjoni oħra:

Elenkat f’konformità mal-paragrafu 43(a) tar-riżoluzzjoni 2093 (2013) billi kien ‘Involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu lill-Gvern Federali tas-Somalja jew lill-AMISOM bil-forza.’ Bħala kelliem ta’ Al-Shabaab, Rage huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi tal-grupp.”