ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
22 ta' Frar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/244 tal-24 ta’ Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ammont tal-marġni totali għall-kalkolu tal-fattur-K marġni ċar mogħti (K-CMG) ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/245 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/40 fir-rigward tal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-għażla u l-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/246 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-ħlas tal-għajnuna u l-verifiki fuq il-post

8

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/247 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/248 tal-15 ta’ Frar 2022 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Pregler/Osttiroler Pregler

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/249 tat-18 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/250 tal-21 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini ( 1 )

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/251 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

31

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/252 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għal mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt integrat fil-housing tat-trażmissjoni u kkombinat ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC ( 1 )

33

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-PLO tal-31 ta’ Jannar 2022 li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-PA [2022/253]

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( ĠU L 328, 21.12.2018 )

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/244

tal-24 ta’ Settembru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ammont tal-marġni totali għall-kalkolu tal-fattur-K “marġni ċar mogħti” (K-CMG)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tal-ammont tal- “marġni totali meħtieġ”, imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033, u sabiex tiżdied iċ-ċarezza u l-konsistenza fir-rigward tal-komponenti tiegħu, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-ammont tal-marġni totali meħtieġ jinkludi kwalunkwe kollateral meħtieġ mill-membru tal-ikklerjar skont il-mudell tal-marġni tiegħu.

(2)

Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033, il-marġni totali meħtieġ fuq bażi ta’ kuljum jintuża għall-kalkolu ta’ K-CMG. Meta l-membri tal-ikklerjar jadattaw il-marġni meħtieġ tagħhom fi żmien ġurnata, dan jirriżulta f’aktar minn sejħa waħda għall-marġni fl-istess jum. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza dwar liema minn dawk ir-rekwiżiti ta’ marġni għandu jintuża u meta jitqies li t-tielet l-ogħla ammont matul perijodu ta’ tliet xhur għandu jintuża għall-kalkolu ta’ K-CMG, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-ammont ta’ marġni ta’ kuljum meħtieġ għandu jkun l-ogħla minn fost dawk ir-rekwiżiti ta’ marġni ta’ jum partikolari.

(3)

Id-ditti tal-investiment jistgħu jużaw is-servizzi tal-ikklerjar ta’ membri tal-ikklerjar multipli. Għal pożizzjonijiet li għalihom huwa applikat K-CMG, id-determinazzjoni tal-ammont tal-marġni totali meħtieġ mid-ditta tal-investiment għandha tkun komprensiva u tinkludi l-marġni sħiħ meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar kollha. Għalhekk, meta ditta tal-investiment tuża K-CMG għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għall-ikklerjar minn membri tal-ikklerjar multipli, is-CMG jenħtieġ li jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-marġnijiet meħtieġa fost il-membri tal-ikklerjar kollha. Ditta tal-investiment għandha, għaldaqstant, l-ewwel tikkalkula l-ammont totali ta’ kuljum tal-marġni meħtieġ bħala s-somma tal-marġni totali meħtieġ mill-membri tal-ikklirjar kollha, qabel ma tiddetermina t-tielet l-ogħla ammont tal-marġnijiet totali meħtieġa fuq bażi ta’ kuljum kif meħtieġ mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(4)

Għall-applikazzjoni ta’ K-CMG fuq bażi ta’ portafoll, fejn il-portafoll kollu huwa soġġett għal ikklerjar jew proviżjonament ta’ marġni, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Għalhekk, portafoll ta’ pożizzjonijiet ikklerjati assenjat lil post tan-negozjar wieħed jista’ jagħmel użu minn K-CMG filwaqt li, fl-istess ħin, portafoll ta’ pożizzjonijiet ikklerjati assenjat lil post tan-negozjar ieħor jista’ jagħmel użu mill- “riskju ta’ pożizzjoni netta” tal-fattur-K (K-NPR). Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ, l-użu ta’ K-CMG u K-NPR fil-postijiet tan-negozjar għandu jkun konsistenti. Għalhekk, l-istess approċċ għandu jintuża għall-postijiet tan-negozjar li huma simili f’termini ta’ strateġija tan-negozju u pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

(5)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 23(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa tivvaluta jekk l-approċċ K-CMG huwiex xieraq sa fejn dan jirrifletti l-profil tar-riskju tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tad-ditta tal-investiment. Ditta tal-investiment għandha tkun meħtieġa tqabbel regolarment il-valutazzjoni tar-riskju tagħha stess mal-marġini meħtieġa mill-membri tal-ikklerjar, għall-fini li tivvaluta jekk dawk il-marġnijiet għadhomx indikatur tajjeb tal-livell ta’ riskju għas-suq tad-ditta tal-investiment. Fil-punt tal-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, id-ditta tal-investiment jenħtieġ li tagħmel paragun bejn ir-rekwiżiti kapitali skont K-NPR u K-CMG u jenħtieġ li tkun tista’ tiġġustifika b’mod adegwat id-differenza bejn dawk ir-rekwiżiti kapitali lill-awtorità kompetenti. Valutazzjoni mill-awtorità kompetenti għandha tkun pożittiva biss meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha. B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-ditta ta’ investiment tkun kapaċi timmonitorja u tiġġustifika b’mod adegwat id-differenza bejn l-eżitu taż-żewġ metodoloġiji, K-NPR u K-CMG, speċjalment f’każijiet ta’ varjazzjonijiet kbar fil-marġni meħtieġa.

(6)

Frekwenza għolja ta’ qlib bejn l-użu ta’ K-NPR u K-CMG hija indikatur qawwi ta’ użu potenzjalment sproporzjonat jew mhux sod tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Huwa possibbli li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju billi tiġi ristretta l-frekwenza tal-bdil tal-pożizzjonijiet bejn l-użu ta’ K-NPR u K-CMG. Rekwiżit biex isir użu kontinwu minn wieħed miż-żewġ metodi għal post tan-negozjar għal mill-inqas sentejn ikun proporzjonat biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ arbitraġġ regolatorju. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali (eż. ristrutturar tan-negozju) fejn post tan-negozjar jinbidel b’tali mod li jista’ jitqies bħala post tan-negozjar differenti, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tippermetti lil ditta tal-investiment tibdel il-metodi f’dak il-perjodu ta’ sentejn.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA).

(8)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kalkolu tal-ammont tal-marġni totali meħtieġ

1.   L-ammont tal-marġni totali msemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandu jkun l-ammont meħtieġ ta’ kollateral li jinkludi l-marġni inizjali, il-marġni ta’ varjazzjoni u kollateral ieħor, kif meħtieġ mill-membru tal-ikklerjar abbażi tal-mudell tal-marġni tiegħu tad-ditta tal-investiment għall-postijiet tan-negozjar soġġetti għal K-CMG. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “post tan-negozjar” tfisser post tan-negozjar kif definit fil-punt (144) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

2.   Meta l-membru tal-ikklerjar ma jiddifferenzjax bejn marġnijiet li huma meħtieġa għall-post tan-negozjar li huwa soġġett għal K-CMG u l-marġnijiet li huma meħtieġa għal postijiet tan-negozjar oħrajn, id-ditta tal-investiment għandha tikkunsidra t-total tal-marġnijiet meħtieġa għall-postijiet tan-negozjar kollha bħala marġnijiet skont il-paragrafu 1.

3.   It-tariffi mħallsa mid-ditta tal-investiment lill-membru tal-ikklerjar biex jagħmel użu mis-servizzi tal-membru tal-ikklerjar tagħha ma għandhomx jitqiesu bħala marġnijiet skont il-paragrafu 1.

4.   Meta l-membru tal-ikklerjar jaġġorna l-marġni totali meħtieġ aktar minn darba matul jum, il-marġni totali meħtieġ f’dak il-jum għandu jkun l-ogħla minn dawk l-ammonti tal-marġini totali meħtieġa mill-membru tal-ikklerjar matul dik il-ġurnata.

5.   Meta ditta tal-investiment tagħmel użu mis-servizzi ta’ aktar minn membru tal-ikklerjar wieħed għall-postijiet tan-negozjar soġġetti għall-K-CMG, l-ammont tal-marġni totali msemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum billi jiżdiedu l-ammonti tal-marġini meħtieġa minn kull membru tal-ikklirjar kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Prevenzjoni tal-arbitraġġ

1.   Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 23(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandu jiġi ssodisfat meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

meta d-ditta ta’ investiment tikkalkula r-rekwiżiti kapitali ta’ K-CMG fuq portafoll ta’ pożizzjonijiet ikklerjati assenjati lil post tan-negozjar wieħed, hija tapplika l-istess metodoloġija għall-pożizzjonijiet kollha ta’ dak il-post tan-negozjar għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 24 xahar jew l-istrateġija jew l-operazzjonijiet tan-negozju tal-grupp ta’ negozjanti ta’ dak il-post tan-negozjar ikunu nbidlu sal-punt li jistgħu jitqiesu bħala post tan-negozjar differenti;

(b)

id-ditta tal-investiment tuża K-CMG b’mod konsistenti fil-postijiet tan-negozjar li huma simili f’termini ta’ strateġija tan-negozju u pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar;

(c)

id-ditta tal-investiment ikollha politiki u proċeduri fis-seħħ li juru li l-għażla tal-portafoll (i) soġġett (i) għal K-CMG tkun tirrifletti r-riskji tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment, inklużi l-perjodi ta’ parteċipazzjoni mistennija, l-istrateġiji tan-negozjar applikati u ż-żmien li tista’ tieħu biex tkopri jew timmaniġġja r-riskji tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħha;

(d)

id-ditta tal-investiment għandha politiki u proċeduri fis-seħħ li jippermettulha tqabbel ir-rekwiżiti kapitali kkalkolati abbażi ta’ K-CMG mar-rekwiżiti kapitali kkalkolati fuq il-bażi ta’ K-NPR u biex tirraġuna b’mod adegwat kwalunkwe differenza bejniethom filwaqt li tqis il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 2 f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn bidla fl-istrateġija tan-negozju ta’ post tan-negozjar tirriżulta f’bidla ta’ 20 % jew aktar fir-rekwiżiti kapitali għal dak il-post tan-negozjar abbażi tal-approċċ K-CMG;

(ii)

fejn bidla fil-mudell tal-marġni tal-membru tal-ikklerjar tirriżulta f’bidla fil-marġini meħtieġa ta’ 10 % jew aktar għall-istess portafoll ta’ pożizzjonijiet sottostanti għal post tan-negozjar;

(e)

id-ditta tal-investiment tagħmel użu mill-eżitu tal-kalkolu K-CMG fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u tqabbel regolarment ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha stess mal-marġini meħtieġa mill-membri tal-ikklerjar;

(f)

id-ditta tal-investiment qabblet ir-rekwiżiti kapitali kkalkolati minn K-CMG mar-rekwiżiti kapitali kkalkolati minn K-NPR għal kull post tan-negozjar fil-punt tal-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, u pprovdiet lill-awtorità kompetenti b’ġustifikazzjoni adegwata ta’ kwalunkwe differenza bejniethom filwaqt li qieset il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (d) u (f), l-awtorità kompetenti għandha tqis il-fatturi li ġejjin sabiex tivvaluta jekk id-differenza fir-rekwiżiti kapitali kkalkolati bl-applikazzjoni ta’ K-CMG u K-NPR hijiex ġustifikata:

(a)

ir-referenza għall-istrateġiji ta’ negozjar rilevanti;

(b)

il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tad-ditta tal-investiment stess;

(c)

il-livell tar-rekwiżiti globali ta’ fondi proprji tad-ditta tal-investiment ikkalkulat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(d)

ir-riżultati tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni, jekk disponibbli.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/245

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/40 fir-rigward tal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-għażla u l-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1)(b) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tfassil u għall-applikazzjoni tal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament li l-Istati Membri għandhom jipprevedu skont l-Artikolu 23(10) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fl-interess taċ-ċertezza ġuridika, huwa xieraq li tiġi stabbilita lista mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet li jistgħu jitwettqu bħala parti mill-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament taħt l-iskema tal-iskejjel, inkluż fejn ma tintalab l-ebda għajnuna mill-Unjoni. Sabiex l-iskema għall-iskejjel tkun effettiva, jixraq ukoll li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament previsti jappoġġjaw id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u tal-ħalib għall-iskejjel li jaslu għand it-tfal kollha li jipparteċipaw fl-iskema tal-iskejjel. Tali rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-awtonomija mogħtija lill-istabbilimenti edukattivi fl-Istati Membri, skont it-tqassim tal-kompetenzi u l-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel fl-Istati Membri kkonċernati.

(2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/40 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-għażla tal-applikanti għall-għajnuna. Meta jagħżlu l-applikanti għall-għajnuna, l-Istati Membri, li jaġixxu fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jistgħu jkunu soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni jew dawk nazzjonali. Fl-interess taċ-ċertezza ġuridika, jixraq li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

(3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/40 jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna, u jistabbilixxi l-impenji bil-miktub li l-applikanti għandhom jagħmlu. Il-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu jistipula impenn addizzjonali bil-miktub li għandu jsir fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mal-provvista u/jew mad-distribuzzjoni tal-prodotti biss. Madankollu, impenn bħal dan huwa pertinenti wkoll jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jgħaqqdu l-provvista u/jew id-distribuzzjoni tal-prodotti u l-forniment ta’ miżuri edukattivi. Il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament biss. Dan jindika li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw kwalunkwe impenn addizzjonali bil-miktub li għandu jittieħed mill-applikanti għall-għajnuna. Madankollu, dan jenħtieġ li jkun possibbli għall-applikanti kollha għall-għajnuna. Għaldaqstant, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. Sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna, jixraq li jiġi previst li l-emenda għall-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna tapplika biss mis-sena skolastika 2022/2023.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/40 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/40 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament imsemmijin fl-Artikolu 23(10) tar-Regolament (UE) Nru 1308/213 għandu jkollhom rabta diretta mal-objettivi tal-iskema tal-iskejjel li jżidu l-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u li jiffurmaw dieti li huma aħjar għas-saħħa.

Dawn għandhom ikunu mmirati biex ikun hemm konnessjoni mill-ġdid tat-tfal mal-agrikoltura u l-varjetà ta’ prodotti agrikoli tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk prodotti fir-reġjun tagħhom, u l-edukazzjoni tat-tfal dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet tal-ikel li hu tajjeb għas-saħħa u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-saħħa pubblika, ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali djetetiċi, il-ktajjen alimentari lokali, il-biedja organika, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel u l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, u jistgħu jinkludu attivitajiet bħal:

(a)

żjarat fl-irziezet, f’network ta’ msaġar, f’organizzazzjonijiet tal-produtturi, f’unitajiet tal-ipproċessar tal-ħalib, fis-swieq tal-bdiewa, tqassim fil-maħżen u ppakkjar tal-frott u l-ħaxix, żjarat f’mużewijiet agrikoli u attivitajiet simili oħra;

(b)

l-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-ġonna u l-imsaġar tal-frott fl-iskejjel;

(c)

klassijiet, laqgħat ta’ ħidma, laboratorji u attivitajiet simili oħra dwar it-tħejjija tal-ikel, it-tisjir u d-dewqan;

(d)

lezzjonijiet, seminars, konferenzi, laqgħat ta’ ħidma u attivitajiet simili oħra;

(e)

materjali tat-tagħlim, kompetizzjonijiet, logħob, kwiżżijiet edukattivi, ġranet jew ġimgħat tematiċi u attivitajiet simili oħra.

Fil-każ li l-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament jinkludu prodotti agrikoli oħrajn apparti dawk imsemmijin fl-Artikolu 23(3), (4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-miżuri għandhom jipprevedu d-dewqan ta’ dawk il-prodotti l-oħrajn.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal kollha li jipparteċipaw fl-iskema tal-iskejjel ikunu jistgħu jieħdu sehem f’miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament.

Fejn miżuri edukattivi marbuta direttament mal-objettivi tal-iskema tal-iskejjel huma previsti fi stabbilimenti edukattivi bħala parti mill-kurrikulu regolari tal-iskola jew politiki jew programmi oħra, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkunsidrawhom għall-fini tas-subparagrafu 1.

Il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament jistgħu jitfasslu u jiġu implimentati fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali jew ta’ stabbiliment edukattiv, skont it-tqassim tal-kompetenzi u l-istrateġija tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti edukattivi li jipparteċipaw fl-iskema jkunu infurmati kif xieraq dwar is-sistema fis-seħħ għall-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-materjali u l-għodod disponibbli.”

(2)

fl-Artikolu 5(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jagħżlu l-applikanti għall-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku.”;

(3)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna

1.   L-applikanti għall-għajnuna għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment edukattiv li lilu jiġu fornuti u/jew li lilu jitqassmu l-prodotti. L-approvazzjoni għandha tkun soġġetta għal dawn l-impenji bil-miktub li jkunu ħadu l-applikanti:

(a)

li jiżguraw li l-prodotti ffinanzjati mill-Unjoni taħt l-iskema tal-iskejjel jkunu disponibbli għall-konsum mit-tfal fl-istabbiliment jew fl-istabbilimenti edukattiv(i) li għalihom ikunu applikaw għall-għajnuna;

(b)

li jużaw l-għajnuna allokata għall-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni u għall-miżuri ta’ reklamar, f’konformità mal-objettivi tal-iskema tal-iskejjel u, fejn il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament jikkonċernaw suġġetti dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni, f’konformità mal-pariri nazzjonali dwar is-saħħa u r-rakkomandazzjonijiet djetetiċi għall-grupp ta’ età kkonċernat;

(c)

li jroddu lura kull ammont ta’ għajnuna li ma kellux jitħallas għall-kwantitajiet ikkonċernati, jekk jinstab li l-prodotti ma jkunux tqassmu lit-tfal jew ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni;

(d)

li jroddu lura kull ammont ta’ għajnuna li ma kellux jitħallas għall-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni u għall-miżuri ta’ reklamar, jekk jinstab li dawn il-miżuri jew dawn l-attivitajiet ma jkunux twettqu sew;

(e)

li jqiegħdu d-dokumenti ta’ sostenn għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti meta din titlobhomlhom;

(f)

li jippermettu kull verifika neċessarja li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħmel, b’mod partikolari l-iskrutinju tar-rekords u l-ispezzjoni fiżika;

(g)

li jżommu rekord tal-ismijiet u tal-indirizzi tal-istabbilimenti edukattivi jew tal-awtoritajiet edukattivi meta jirċievu l-prodotti tagħhom u li jżommu rekord tal-kwantitajiet tal-prodotti speċifiċi mibjugħin jew fornuti, meta l-applikant ma jkunx stabbiliment edukattiv.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw kwalunkwe impenn addizzjonali bil-miktub li għandu jitwettaq mill-applikanti.

Meta l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu jikkonċernaw attivitajiet soġġetti għal proċeduri tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-approvazzjoni kif mogħtija meta l-impenji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi jkunu inklużi fil-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

2.   Fil-każ ta’ applikanti għall-għajnuna relatati mal-provvista u/jew mad-distribuzzjoni tal-prodotti biss, ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1.

3.   Fil-każ ta’ applikanti għall-għajnuna relatati mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament biss, ma għandhomx japplikaw il-punti (a), (c) u (g) tal-paragrafu 1.

4.   Fil-każ ta’ applikanti għall-għajnuna relatati mal-miżuri ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ reklamar biss, ma għandhomx japplikaw il-punti (a), (c) u (g) tal-paragrafu 1.

5.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-approvazzjonijiet mogħtijin taħt l-iskema tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/247 u/jew taħt l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel skont ir-Regolament (KE) Nru 657/2008 bħala validi jekk ma jinbidlux il-kriterji u l-kundizzjonijiet.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(3) għandu jkun applikabbli għall-għajnuna mis-sena skolastika 2022/2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 11).


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/246

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-ħlas tal-għajnuna u l-verifiki fuq il-post

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25, il-punt (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2), il-punt (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (3) jistabbilixxi li l-ammonti mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu sostnuti b’evidenza dokumentarja li turi l-prezz tal-prodotti, tal-materjal jew tas-servizzi mogħtija flimkien ma’ riċevuta jew prova ta’ pagament jew ekwivalenti. Il-prezz tal-prodott, tal-materjal jew tas-servizz mhuwiex pertinenti fejn tintuża għażla ta’ kostijiet simplifikati, u mhuwiex konsistenti mal-objettivi ta’ simplifikazzjoni u mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-għażliet tal-kostijiet simplifikati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti għal sistemi bbażati fuq il-kostijiet u għażliet ta’ kostijiet simplifikati.

(2)

L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna. L-evidenza dokumentarja meħtieġa tinkludi, fil-każ ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati, il-prova tal-pagament għall-prodotti fornuti u/jew distribwiti u għall-materjal jew għas-servizzi mogħtija taħt il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, il-monitoraġġ, u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u reklamar. Madankollu, din l-evidenza dokumentarja mhijiex meħtieġa fil-każ ta’ sistemi bbażati fuq il-kostijiet. L-esperjenza miksuba turi li tali rekwiżit mhuwiex pertinenti għall-ħlas tal-għajnuna, irrispettivament minn jekk tintużax sistema bbażata fuq il-kostijiet jew għażla simplifikata tal-kostijiet, u mhuwiex konsistenti mal-objettivi ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv permezz ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati. Għalhekk, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jitneħħa.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, fil-każ li jkun hemm applikazzjoni għall-għajnuna marbuta mal-provvista u mad-distribuzzjoni tal-prodotti u mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, il-verifiki amministrattivi għandhom jiġu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post. L-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ verifiki li l-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu fil-każ ta’ għajnuna għall-provvista u għad-distribuzzjoni ta’ prodotti. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, u fl-interess taċ-ċarezza, din il-lista mhux eżawrjenti ta’ verifiki li għandhom jitwettqu għandha tiġi kkomplementata, kemm għall-verifiki fuq il-post f’każ ta’ għajnuna applikata għall-provvista u għad-distribuzzjoni ta’ prodotti kif ukoll għall-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati b’sostenn għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L-ammonti mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu sostnuti b’evidenza dokumentata li turi:

(a)

il-prezz tal-prodotti, tal-materjal jew tas-servizz ikkonsenjati flimkien ma’ riċevuta jew prova ta’ ħlas jew ekwivalenti; jew

(b)

jekk l-Istat Membru jawtorizza l-użu ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ finanzjament b’rata fissa u/jew ta’ finanzjament b’somma sħiħa, li l-kwantitajiet ġew fornuti u/jew iddistribwiti għall-iskop tal-iskema tal-iskejjel.”;

(2)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jekk l-Istat Membru jawtorizza l-użu ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ finanzjament b’rata fissa u/jew ta’ finanzjament b’somma sħiħa, mal-preżentazzjoni ta’ evidenza li l-kwantitajiet ġew fornuti u/jew iddistribwiti għall-iskop tal-iskema tal-iskejjel.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-għajnuna relatata mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, mal-monitoraġġ, mal-evalwazzjoni u mar-reklamar għandha titħallas biss mal-konsenja tal-materjal jew tas-servizzi kkonċernati u malli tiġi ppreżentata l-evidenza dokumentata relatata kif mitlub mill-awtorità kompetenti jew, jekk l-Istat Membru jawtorizza l-użu tal-iskali standard ta’ kostijiet unitarji, tal-finanzjament b’rata fissa u/jew tal-finanzjament b’somma f’daqqa, mal-preżentazzjoni ta’ evidenza li l-materjal jew is-servizzi ġew ikkonsenjati.”;

(3)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu, b’mod partikulari, verifika tal-elementi li ġejjin:

(a)

ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/40, billi jikkonfermaw u jikkomplementaw il-verifiki amministrattivi b’dokumentazzjoni rilevanti inklużi dokumenti finanzjarji bħal fatturi ta’ xiri u bejgħ, noti ta’ konsenja, estratti bankarji jew prova oħra ta’ pagament u r-reġistrazzjoni tagħhom fil-kontabbiltà;

(b)

l-użu tal-prodotti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mar-Regolament Delegat (UE) 2017/40 u ma’ dan ir-Regolament;

(c)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament biex jappoġġaw id-distribuzzjoni ta’ prodotti, fejn il-verifika fuq il-post issir fil-bini tal-istabbiliment edukattiv jew fejn il-verifika fuq il-post tikkonċerna l-applikazzjoni għall-għajnuna b’rabta mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament;

(d)

l-użu ta’ għodod ta’ reklamar xierqa, fejn il-verifika fuq il-post issir fil-bini tal-istabbiliment edukattiv.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1)


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/247

tal-14 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u l-proċedura ta’ rapportar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(a) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri relatata mal-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

(2)

Sabiex tiġi prevista analiżi bir-reqqa f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw id-data li tippermetti li tiġi ddeterminata l-konfigurazzjoni tal-fus tal-vettura tal-vetturi rrapportati fuq il-bażi tal-għadd ta’ fusien motorizzati. Tali data hija rreġistrata fl-entrata 3 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura heavy-duty ġdida.

(3)

Dik l-informazzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika l-vetturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956, abbażi tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri mingħajr il-ħtieġa ta’ skambji addizzjonali mal-manifatturi.

(4)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mit-tħejjija tar-rapport f’konformità mal-Artikolu 10 għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 u sabiex tiġi pprovduta analiżi bir-reqqa tad-data rrapportata fis-snin li ġejjin, huwa neċessarju li l-manifatturi jirrapportaw data speċifika dwar l-imġiba ta’ komponenti individwali tal-vettura waqt il-prova tal-għodda ta’ simulazzjoni kif irreġistrat fil-“fajl tad-data sum exec”.

(5)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/956 jistabbilixxi l-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar.

(6)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollha l-flessibbiltà li tadatta l-istruttura u l-karattru tal-bażijiet tad-data għall-progress tekniku u ma għandhiex tkun limitata minn determinazzjonijiet tekniċi speċifiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ismijiet deskrittivi tal-bażijiet tad-data jitneħħew mill-Anness II.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2018/956 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiżdied il-punt (p) li ġej:

“(p)

għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021, l-għadd ta’ fusien motorizzati, kif speċifikat fl-entrata 3 taċ-ċertifikat ta’ konformità.”;

(b)

fil-Parti B, il-punt 2, it-tabella hija emendata kif ġej:

(i)

tiżdied l-entrata li ġejja f’:

“102

Għall-vetturi b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2021, il-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni.vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati (10)

Fajl iġġenerat bl-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 fil-verżjoni grafika tiegħu tal-interfaċċa tal-utent (GUI)

“il-fajl tad-data sum exec””;

(ii)

In-nota 10 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(10)

Din l-entrata ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty.”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.

Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 4 mill-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”).”;

(b)

il-punt 2.1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-punt ta’ kuntatt responsabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-Aġenzija.”;

(c)

fil-punt 2.3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 5(1) mill-punt ta’ kuntatt tal-manifattur permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija.”;

(d)

il-punt 3.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3.

Fejn awtorità kompetenti jew il-manifattur jidentifikaw żbalji fid-data sottomessa, dawn għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija billi jissottomettu rapport ta’ notifika ta’ żball lill-Aġenzija u bil-posta elettronika mibgħuta lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.”.


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/248

tal-15 ta’ Frar 2022

li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill “Pregler”/“Osttiroler Pregler”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Awstrija tas-7 ta’ Ġunju 2019 għar-reġistrazzjoni tal-isem “Pregler”/“Osttiroler Pregler” bħala Indikazzjoni Ġeografika.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3)

Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), f’konformità mal-Artikolu 17(6) ta’ dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 50(4), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li l-isem “Pregler”/“Osttiroler Pregler” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Indikazzjoni Ġeografika “Pregler”/“Osttiroler Pregler” hija b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-Indikazzjoni Ġeografika “Pregler”/“Osttiroler Pregler”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 14.


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/249

tat-18 ta’ Frar 2022

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u 232(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jidħlu fl-Unjoni, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk mill-pollam u l-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Bishop’s Waltham, Winchester, Hampshire, fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fl-4 ta’ Frar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilixxew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

Ir-Renju Unit bagħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(9)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.96 tiddaħħal wara r-ringiela għaż-żona GB-2.95:

“GB Ir-Renju Unit

GB-2.96

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

4.2.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

4.2.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

4.2.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

4.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

4.2.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

4.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

4.2.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

4.2.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ ratiti

HER

N, P1

 

4.2.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

4.2.2022”

 

(b)

fil-Parti 2, l-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin għaż-żona GB-2.96 tiddaħħal wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.95:

“GB Ir-Renju Unit

GB-2.96

Viċin Bishop’s Waltham, Winchester, Hampshire, l-Ingilterra.

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N51.00 u W1.24”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.96 tiddaħħal wara r-ringiela għaż-żona GB-2.95:

“GB Ir-Renju Unit

GB-2.96

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

4.2.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

4.2.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

4.2.2022”

 


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/250

tal-21 ta’ Frar 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 238(3) u 239(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) Nru 2016/429 u (UE) Nru 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (c), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (3) jistabbilixxi r-regoli dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali bbażati fuq ir-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-Regolament (UE) 2017/625, meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali terrestri. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistipula li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal ċerti mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu. Dak l-Artikolu jirreferi, inter alia, għall-mudell “OV/CAP-X” stabbilit fil-Kapitolu 4 ta’ dak l-Anness, li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/404 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji ta’ annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (5). B’mod partikolari, l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jirreferi għall-Parti 1 tal-Anness II tiegħu li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ungulati.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. B’mod aktar speċifiku, il-Kapitolu E tal-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini.

(4)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għaldaqstant, l-annimali ħajjin mibgħuta mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq issa huma soġġetti għar-reġim applikabbli għall-importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż terz.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2022/175 (7) emenda r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini maħsuba għat-tnissil, li jippermettu, sal-31 ta’ Diċembru 2024, id-dħul mill-Gran Brittanja fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali bħal dawn meta joriġinaw minn azjendi fil-Gran Brittanja li huma involuti fil-proċess ta’ tliet snin biex jingħataw l-istatus ta’ azjenda b’riskju kkontrollat tal-iscrapie klassika. Dak ir-rekwiżit ġdid tal-importazzjoni jenħtieġ li jiġi rifless f’mudell speċifiku ġdid ta’ ċertifikat għal dawk l-annimali previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati l-Artikolu 14 l-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Barra minn hekk, peress li r-rekwiżit il-ġdid tal-importazzjoni stabbilit fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 japplika biss għall-annimali ovini u kaprini li joriġinaw minn azjendi fil-Gran Brittanja, jeħtieġ li l-użu tal-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jiġi limitat għall-Gran Brittanja fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-entrati għar-Renju Unit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 skont dan.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14 jiżdied il-punt (m) li ġej:

“(m)

OV/CAP-X-NI imfassal skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 4a tal-Anness II, għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja sal-31 ta’ Diċembru 2024.’;

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(6)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/175 tad-9 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini maħsuba għat-tnissil mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 29, 10.2.2022, p. 1).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-tabella li telenka l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u d-dikjarazzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni u għat-tranżitu mill-Unjoni, fit-taqsima għall-ungulati, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “OV/CAP-X”:

“OV/CAP-X-NI

Kapitolu 4a: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2024”;

(2)

il-Kapitolu 4a li ġej jiddaħħal bejn il-Kapitoli 4 u 5:

“KAPITOLU 4A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI/UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-IRLANDA TA’ FUQ TA’ ANNIMALI OVINI U KAPRINI MILL-GRAN BRITTANJA APPLIKABBLI SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2024 (MUDELL “OV/CAP-X-NI”)

Image 1

Image 2

PAJJIŻ

Mudell taċ-ċertifikat OV/CAP-X-NI


Parti II: Ċertifikazzjoni

II.

Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

II.1.

Attestazzjoni tas-saħħa pubblika

Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li l-annimali deskritti f’dan iċ-ċertifikat:

II.1.1.

ma jkunux irċevew:

stilbeni jew sustanzi tirostatiċi,

sustanzi estroġeniċi, androġeniċi, ġestaġeniċi jew beta-agonisti għal skopijiet li mhux trattamenti terapewtiċi jew żootekniċi (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE);

II.1.2.

jissodisfaw il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom ipprovduti mill-pjanijiet ta’ residwu sottomessi f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u l-annimali kkonċernati huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE għall-pajjiż tal-oriġini kkonċernat.

II.2.

Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li l-annimali deskritti fil-Parti I:

II.2.1.

ġej miż-żona bil-kodiċi: __ __ - __(2) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat, hija awtorizzata għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini u li hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

II.2.2.

baqgħu kontinwament:

(i)

fiż-żona msemmija fil-punt II.2.1. mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur qabel id-data li fiha jintbagħtu lejn l-Unjoni, u

(ii)

fl-istabbiliment tal-oriġini mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 40 jum qabel id-data li fiha jintbagħtu lejn l-Unjoni, li fiha ma jkun ġie introdott l-ebda annimal ovin jew kaprin u l-ebda annimal ta’ speċi oħra elenkata għall-istess mard bħal dak tal-annimali ovini u kaprini.

II.2.3.

ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha jintbagħtu lejn l-Unjoni.

II.2.4.

ma għandhomx jinqatlu skont programm nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti.

(1) jew[II.2.5.

ikunu ntbagħtu direttament mill-istabbiliment tal-oriġini lejn l-Unjoni mingħajr ma għaddew minn xi stabbiliment ieħor].

(1) jew[II.2.5.

għaddew minn operazzjoni waħda ta’ assemblaġġ fiż-żona tal-oriġini li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-operazzjoni ta’ assemblaġġ tkun saret fi stabbiliment:

(i)

approvat għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ annimali ungulati mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035;

(ii)

li għandu numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju;

(iii)

elenkat għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tad-dispaċċ inkluża l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

(iv)

jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(b)

l-operazzjoni ta’ assemblaġġ fiċ-ċentru tal-assemblaġġ damet mhux aktar minn 6 ijiem.]

II.2.6.

ma jkunux inħattu fi kwalunkwe post li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fil-punt II.2.11. minn meta jkunu ntbagħtu mill-istabbiliment tal-oriġini tagħhom sakemm jintbagħtu lejn l-Unjoni u matul dak il-perjodu ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri.

II.2.7.

jitgħabbew sabiex jintbagħtu lejn l-Unjoni fi ___/___/____ (jj/xx/ssss)(3) f’mezz ta’ trasport li jkun tnaddaf u ġie ddiżinfettat qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jew territorju u li jkun inbena b’tali mod li:

(i)

l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu jew jaqgħu;

(ii)

ikun possibbli li ssir spezzjoni viżwali tal-ispazju fejn jinżammu l-annimali;

(iii)

jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ ta’ eskrementi, mifrex jew għalf tal-annimali.

II.2.8.

ikunu ġew soġġetti għal spezzjoni klinika fil-perjodu ta’ 24 siegħa qabel jitgħabbew sabiex jintbagħtu lejn l-Unjoni, imwettqa minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini, li ma individwax sinjali li jindikaw l-okkorrenza tal-mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti.

II.2.9.

ma jkunux tlaqqmu kontra:

(i)

il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift, infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-plewropulmonite kaprina li tittieħed, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) u infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, u

(ii)

infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) b’vaċċin ħaj matul il-perjodu ta’ 60 jum qabel ma jintbagħtu lejn l-Unjoni.

II.2.10.

ġejjin minn żona:

II.2.10.1.

li fiha:

(i)

ma tkun ġiet irrapportata l-ebda marda tal-ilsien u d-dwiefer għal:

jew

[mill-inqas 24 xahar qabel id-data li fiha jintbagħtu lejn l-Unjoni](1)

jew

[minn __/__/____ (jj/xx/ssss)](1)(4)

(ii)

ma jkunx sar tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 12-il xahar qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni, u ma jkun ġie introdott l-ebda annimal imlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul dak il-perjodu.

II.2.10.2.

li fiha ma jkunux ġew irrapportati infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina, infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift, infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż u plewropulmonite kaprina li tittieħed għal mill-inqas 12-il xahar qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni u matul dak il-perjodu:

(i)

ma jkunx sar tilqim kontra dan il-mard, u

(ii)

ma jkunux ġew introdotti annimali mlaqqmin kontra dan il-mard.

jew[II.2.10.3.

li hija ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24)](1)(5)

jew[II.2.10.3.

li hija staġjonalment ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24):

jew[II.2.10.3.1.

għal mill-inqas 60 jum qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni.](1)(6)

jew[II.2.10.3.1.

għal mill-inqas 28 jum qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni u l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku f’konformità mal-Artikolu 9, il-punt (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mill-inqas 28 jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fiż-żona staġjonalment ħielsa.] (1)(6)

jew[II.2.10.3.1.

għal mill-inqas 14-il jum qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni u jkunu ġew soġġetti għal test PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mill-inqas 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fiż-żona staġjonalment ħielsa.] (1)(6)

jew[II.2.10.3.

mhijiex ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u l-annimali jkunu tlaqqmu kontra s-serotipi kollha (1 sa 24) tal-virus tal-ilsien blu rrapportati matul l-aħħar sentejn f’dik iż-żona u għadhom fil-perjodu ta’ żmien ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin, u

jew[II.2.10.3.1.

ikunu tlaqqmu aktar minn 60 jum qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni.]](1)

jew[II.2.10.3.1.

ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u ġew soġġetti għal test PCR, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura mill-inqas 14-il jum wara l-bidu tal-protezzjoni tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin.]](1)

jew[II.2.10.3.

li mhijiex ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u l-annimali jkunu ġew soġġetti, b’riżultati pożittivi, għal test seroloġiku li jista’ jindividwa antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi kollha (1 sa 24) tal-virus tal-ilsien blu rrapportati matul l-aħħar sentejn f’dik iż-żona u:

jew[II.2.10.3.1.

it-test seroloġiku jkun twettaq fuq kampjuni miġbura mill-inqas 60 jum qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni.]](1)

jew[II.2.10.3.1.

it-test seroloġiku jkun twettaq fuq kampjuni miġbura mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni u l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar kmieni minn 14-il jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni.]](1)

II.2.11.

ikunu ġejjin minn stabbiliment:

II.2.11.1.

li jkun irreġistrat minn u taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini u b’sistema fis-seħħ biex iżomm għal mill-inqas 3 snin rekords aġġornati li jkun fihom informazzjoni rigward:

(i)

l-ispeċijiet, il-kategoriji, in-numru u l-identifikazzjoni tal-annimali fl-istabbiliment;

(ii)

il-movimenti tal-annimali fl-istabbiliment u barra minnu;

(iii)

il-mortalità fl-istabbiliment.

II.2.11.2.

li jirċievi żjarat regolari tas-saħħa tal-annimali minn veterinarju għall-fini ta’ detezzjoni tas-sinjali li jindikaw l-okkorrenza ta’ mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti, u tal-informazzjoni dwarhom, bi frekwenza li tkun proporzjonali għar-riskju rrappreżentat mill-istabbiliment.

II.2.11.3.

li ma kienx soġġett għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti, fil-ħin li l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni.

II.2.11.4.

li fih u madwaru, f’żona b’raġġ ta’ 10 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mardiet elenkati li ġejjin għal mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni: il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina, infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift, infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż u l-plewropulmonite kaprina li tittieħed.

jew[II.2.11.5.

li fih u madwaru, f’żona b’raġġ ta’ 150 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkunx ġiet irrapportata l-marda emorraġika epiżootika għal mill-inqas sentejn qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni](1)

jew[II.2.11.5.

li jinsab f’żona staġjonalment ħielsa mill-marda emorraġika epiżootika.](1)(7)

jew[II.2.11.6.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) matul mill-inqas it-42 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni](1)(8)

jew[II.2.11.6.

soġġett għal sorveljanza sabiex tinstab infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’konformità mal-proċeduri fil-punti (1) u (2) tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 matul il-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn l-Unjoni u matul dan il-perjodu:

(i)

ikunu ġew introdotti fl-istabbiliment biss annimali kaprini minn stabbilimenti li japplikaw sorveljanza bħal din;

(ii)

f’każ li tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-punt (3) tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688].(1)(9)

II.2.11.7.

ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini(10); u

jew[II.2.11.7.1.

f’żona ħielsa mill-marda fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini fejn ma jiġix ipprattikat tilqim kontra dik il-marda](1)(11);

jew[II.2.11.7.1.

l-annimali jkunu ġew ittestjati b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fl-Artikolu 9, il-punt (b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, it-test ikun twettaq fuq kampjun meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas](1)

jew[II.2.11.7.1.

l-annimali jkollhom inqas minn 6 ġimgħat;](1)

jew[II.2.11.7.1.

l-annimali jkunu kkastrati](1).

II.2.11.8.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda rabja għal mill-inqas 30 jum qabel ma l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni;

II.2.11.9.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda antraċe għal mill-inqas 15-il jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni;

jew[II.2.11.10.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra (Trypanosoma evansi) għal mill-inqas sentejn qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni.] (1)

jew[II.2.11.10.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra (Trypanosoma evansi) għal mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni, u meta l-marda ġiet irrapportata fl-istabbiliment tal-oriġini matul is-sentejn qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjoni sakemm l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment u l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment ġew soġġetti b’riżultati negattiv għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) kif deskritt fl-Artikolu 9, il-punt (b)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 imwettaq fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment.] (1)

[II.2.11.11.

li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda Burkholderia mallei (glanders) għal mill-inqas 6 xhur qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni.](9)

[II.2.12.

jinkludu annimali maskili mhux kastrati ta’ annimali ovini, li baqgħu għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 60 jum qabel intbagħtu lejn l-Unjoni fi stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bi Brucella ovis (epididimite li tittieħed) matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni u kienu soġġetti għal test seroloġiku għall-individwazzjoni ta’ Brucella ovis, b’riżultati negattivi, matul it-30 jum qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni.] (1)

II.2.13.

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-iscrapie klassika:

II.2.13.1.

ikunu nżammu kontinwament mit-twelid fil-Gran Brittanja fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iscrapie klassika hija notifikabbli b’mod obbligatorju;

(b)

ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;

(c)

l-annimali ovini u kaprini affettwati mill-iscrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;

(d)

it-tmigħ lill-annimali ovini u kaprini b’taħlita ta’ laħam u għadam mitħun u qrieqeċ ta’ oriġini minn ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi dwar is-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kien ipprojbit u l-projbizzjoni kienet infurzata b’mod effettiv fil-pajjiż kollu għal perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar seba’ snin, u

II.2.13.2.

ikunu annimali ovini u kaprini maħsuba għat-tnissil importati fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja sal-31 ta’ Diċembru 2024, u jkunu ġejjin minn azjenda jew azjendi:

(a)

fejn ma tkunx ġiet imposta restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment minħabba l-BSE jew l-iscrapie klassika matul l-aħħar tliet snin; u

(b)

li jkunu applikaw, qabel l-1 ta’ Jannar 2022, għall-iskema uffiċjali għar-rikonoxximent tal-azjendi li jkollhom riskju kkontrollat ta’ scrapie klassika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII, il-Kapitolu A, it-Taqsima A, il-punt 1.3 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (i) tiegħu fil-ħin tal-importazzjoni lejn l-Irlanda ta’ Fuq.]

Noti:

Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini.

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropew f’dan iċ-ċertifikat jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

“Sistema ta’ identifikazzjoni u numru ta’ identifikazzjoni”: Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal ċomba tal-widna, tatwaġġ, transponder, eċċ., mil-lista fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035) u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

Parti II:

(1)

Żomm kif xieraq.

(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Data tat-tagħbija: ma tridx tkun data qabel id-data tal-awtorizzazzjoni taż-żona għad-dħul fl-Unjoni, jew data f’perjodu meta jkunu ġew adottati miżuri ta’ restrizzjoni mill-Unjoni kontra d-dħul ta’ dawn l-annimali minn din iż-żona.

(4)

Għaż-żoni b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 8 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(5)

Għaż-żoni bl-entrata BTV fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Għaż-żoni bl-entrata SF-BTV fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

(7)

Għaż-żoni bl-entrata SF-EHD fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(8)

Għall-annimali ovini biss.

(9)

Għall-annimali kaprini biss.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(11)

Żoni bl-entrata BRU għall-annimali ovini u kaprini fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

 

Veterinarju uffiċjali

Isem (b’ittri kapitali)

Data

Kwalifika u titolu

Timbru

Firma”.


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-1

Annimali bovini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

BOV-X, BOV-Y

 

BRU, BTV, EBL, EVENTS

 

 

Annimali ovini u kaprini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

OV/CAP-X, OV/CAP-X-NI (1)

OV/CAP-Y

 

BRU, BTV, EVENTS

 

 

Annimali porċini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

SUI-X, SUI-Y

 

ADV

 

 

Annimali kamelidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

CAM-CER

 

BTV

 

 

Annimali ċervidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

CAM-CER

 

BTV

 

 

Ungulati oħrajn

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

RUM, RHINO, HIPPO

 

BTV(2)

 

 

GB-2

Annimali bovini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

BOV-X, BOV-Y

 

BRU, TB, BTV, EBL, EVENTS

 

 

Annimali ovini u kaprini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

OV/CAP-X, OV/CAP-X-NI (1)

OV/CAP-Y

 

BRU, BTV, EVENTS

 

 

Annimali porċini

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar

SUI-X, SUI-Y

 

ADV

 

 

Annimali kamelidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

CAM-CER

 

BTV

 

 

Annimali ċervidi

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

CAM-CER

 

BTV

 

 

Ungulati oħrajn

Annimali għaż-żamma ulterjuri(1)

RUM, RHINO, HIPPO

 

BTV(2)

 

 


(1)  OV/CAP-X-NI japplika biss għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja sal-31 ta’ Diċembru 2024 f’konformità mal-Artikolu 14, il-punt (m), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403”.


DEĊIŻJONIJIET

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/251

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar.

(2)

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2071 (1) li taħtar lis-Sur Toivo KLAAR bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż suċċessivament, l-aktar reċentement bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/285 (2) , u wasal biex jiskadi fit-28 ta’ Frar 2022.

(3)

Il-mandat tar-RSUE jenħtieġ li jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2022.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat ta’ Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (Kawkasu tan-Nofsinhar) huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).";

(2)

Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 1 462 000.”;

(3)

Fl-Artikolu 14, l-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2022.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta’ Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 55).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/285 tat-22 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 62, 23.2.2021, p. 51).


22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/252

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għal mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt integrat fil-housing tat-trażmissjoni u kkombinat ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Mejju 2021, il-fornitur ZF Friedrichshafen AG (“l-Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni, bħala teknoloġija innovattiva, ta’ teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt b’konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi ħfief b’sistema ibrida elettrika li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC-HEV).

(2)

It-teknoloġija użata f’muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt b’konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għall-użu fl-istess tip ta’ vetturi NOVC-HEV kif imsemmi mill-Applikant, ġiet approvata bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 (2).

(3)

It-teknoloġija speċifikata mill-Applikant fl-applikazzjoni tiegħu hija mutur ġeneratur li huwa konness direttament max-xaft tal-input tat-trażmissjoni, jiġifieri “ġeneratur tal-istartjar integrat”, li jippermetti li jitnaqqas it-telf mekkaniku li jseħħ bejn is-sors tat-trażmissjoni u l-ġeneratur. Din topera biss fil-medda tal-veloċità tal-magna tal-magna b’kombustjoni interna.

(4)

Instab li t-teknoloġija speċifikata mill-Applikant tipprovdi livell għoli ta’ effiċjenza, u jenħtieġ li titqies li tipprovdi l-istess funzjonalità bħal dik approvata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167. Għalhekk, jenħtieġ li titqies bħala teknoloġija innovattiva li għaliha jista’ jiġi applikat il-kodiċi 32 tal-ekoinnovazzjoni.

(5)

Il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 hija applikabbli, ħlief għall-frekwenzi rotazzjonali u għall-frekwenzi tal-punti ta’ tħaddim li għandhom jintużaw għall-kejl tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur, li jeħtieġ li jiġu adattati fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tat-teknoloġija speċifikata mill-Applikant.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 tiġi modifikata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u għal ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 7.8.2020, p. 15)


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li l-firxiet tal-frekwenza tal-mutur ġeneratur 48 V huma l-istess bħal dawk stabbiliti fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 1a, jew ekwivalenti għalihom.

L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kejl f’kull wieħed mill-punti ta’ tħaddim elenkati fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 1a.”

(b)

dan li ġej jiddaħħal bħala l-ħames subparagrafu:

“Meta l-mutur ġeneratur jitwaħħal f’karozzi tal-passiġġieri jew f’vetturi kummerċjali ħfief li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(a)(ii), u jkun imqabbad direttament max-xaft tal-input tat-trażmissjoni, jiġifieri bħala ġeneratur tal-istartjar integrat, il-frekwenzi rotazzjonali u l-frekwenzi tal-punti ta’ tħaddim għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mat-Tabella 1a.”

(c)

It-Tabella 1a li ġejja tiżdied wara t-Tabella 1:

“Tabella 1a

Punti ta’ tħaddim

Punt ta’ tħaddim

i

Ħin ta’ żamma

[s]

Frekwenza rotazzjonali

ni [min-1]

Frekwenza tal-punti ta’ tħaddim

hi

1

1 200

950

0,30

2

1 200

1 250

0,50

3

600

1 550

0,16

4

300

1 850

0,04 ”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/36


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO

tal-31 ta’ Jannar 2022

li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-PA [2022/253]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”) ġie ffirmat fl-24 ta’ Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997.

(2)

Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt jistipula l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet, jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan.

(4)

L-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP bi tliet snin ser tagħti l-opportunità lill-Partijiet biex jagħmlu progress fil-kooperazjoni tagħhom fis-snin li ġejjin, inkluż permezz tal-possibbiltà li jiġu negozjati prijoritajiet ta’ sħubija,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-Kumitat Konġunt, permezz tal-proċedura bil-miktub, jirrakkomanda li l-Pjan ta’ Azzjoni UE-AP jiġi estiż bi tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 2

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kumitat Konġunt UE-PLO

Il-President

Estephan SALAMEH


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.


Rettifika

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/37


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 328 tal-21 ta' Diċembru 2018 )

Fil-paġna 139, l-Artikolu 35(3),

minflok:

“3.   Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(3) hija mogħtija lill- Kummissjoni għal perijodu ta’ sentejn mill-24 ta’ Diċembru 2018.”,

aqra:

“3.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2021.”.