|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/204
tat-8 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-istabbiliment ta’ Kunsilli Konsultattivi li jridu jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura, u jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 (2) li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1575 (3) li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/242 biex tiċċara d-definizzjoni ta’ “organizzazzjonijiet tas-settur”, tispeċifika l-proċedura għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u tagħti liż-żewġ kategoriji d-dritt li jiddeċiedu b’mod awtonomu dwar ir-rappreżentanza tagħhom fil-kumitat eżekuttiv. |
|
(4) |
Il-Kunsilli Konsultattivi u l-Istati Membri ġew ikkonsultati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata rappreżentanza aktar ibbilanċjata tal-interessi kollha u tittejjeb l-imparzjalità tal-Presidenti, huwa xieraq li l-Kunsilli Konsultattivi jaħtru, b’kunsens, President u mill-inqas viċi President wieħed li jappartjenu għal kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma jiġu ppreseduti, fejn possibbli, minn rappreżentanti taż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kunsilli Konsultattivi jingħataw is-setgħa li jaħtru President u viċi Presidenti minn barra l-Kunsilli Konsultattivi. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-Kunsilli Konsultattivi, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ulterjorment il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi fiż-żewġ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(7) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242 jiddefinixxi l-organizzazzjonijiet tas-setturi bħala organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi fis-settur tas-sajd (fosthom lis-sajjieda impjegati) u, fejn xieraq, lill-operaturi fil-qasam tal-akkwakultura u lir-rappreżentanti mis-setturi tal-ipproċessar u tal-kummerċ. L-Artikolu 4(30) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiddefinixxi “operatur” bħala l-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta’ distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Għalhekk, jenħtieġ li l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-membri tal-Kunsilli Konsultattivi jippermettu l-klassifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-setturi msemmija hawn fuq fil-kategorija “organizzazzjonijiet tas-settur”. Barra minn hekk, il-fornituri tas-setturi msemmija hawn fuq, bħall-manifatturi tax-xbieki tas-sajd jew il-produtturi tas-silġ, jiġu kklassifikati wkoll bħala “organizzazzjonijiet tas-settur”. |
|
(8) |
Organizzazzjoni tista’ titqies li tirrappreżenta lis-settur meta mill-inqas 50 % tal-membri tagħha jkunu huma stess rappreżentanti mis-settur jew ikollhom interessi ekonomiċi diretti jew indiretti fis-settur, meta tirrappreżenta impjegati fis-settur, jew meta mill-inqas 50 % tal-finanzjament tagħha jiġi mis-settur. Jenħtieġ li tali organizzazzjonijiet jitqiesu wkoll bħala “organizzazzjonijiet tas-settur” għall-finijiet tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat funzjonament bilanċjat tal-Kunsilli Konsultattivi, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet li jippromwovu prinċipji orizzontali bħall-protezzjoni tal-ambjent, tal-konsumaturi u tad-drittijiet tal-bniedem, tas-saħħa, il-promozzjoni tal-ugwaljanza jew tat-trattament xieraq tas-saħħa jew it-trattament xieraq tal-annimali jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet tas-settur meta jkunu jirrappreżentaw lis-settur fis-sens tal-premessi (7) jew (8). L-organizzazzjonijiet li jippromwovu tali prinċipji orizzontali jenħtieġ għalhekk li jiġu kklassifikati biss fi “gruppi ta’ interess oħrajn” jekk ikunu indipendenti mis-settur, li jfisser li inqas minn 50 % tal-membri tagħhom ikunu huma stess rappreżentanti mis-settur jew ikollhom interess ekonomiku dirett jew indirett fis-settur, li ma jirrappreżentawx impjegati fis-settur, u li inqas minn 50 % tal-finanzjament tagħhom jiġi mis-settur. |
|
(10) |
L-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jiddefinixxi “sajd rikreattiv” bħala attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport. L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sajd rikreattiv jew sportiv, peress li jvarjaw fin-natura, fl-objettivi u fil-mezzi mill-organizzazzjonijiet tas-settur kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/242, jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala “gruppi ta’ interess oħrajn”. |
|
(11) |
Is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura qed jiffaċċja dejjem aktar il-ħtieġa li jinvolvi ruħu mal-partijiet ikkonċernati li jikkompetu għal użi differenti tal-baħar, inkluż għall-finijiet ta’ produzzjoni tal-enerġija, estrazzjoni, turiżmu jew konservazzjoni. Tali partijiet ikkonċernati jista’ jkollhom interessi li jvarjaw minn dawk tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għalhekk huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi kif definiti fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li jirrappreżentaw jew li għandhom interessi ekonomiċi diretti jew indiretti marbuta mal-użu tal-ambjent tal-baħar jew tal-ispazju marittimu għajr is-sajd kummerċjali, l-akkwakultura jew l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-frott tal-baħar jiġu kklassifikati fi “gruppi ta’ interess oħrajn” |
|
(12) |
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika biex tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-Kunsilli Konsultattivi, inklużi l-gruppi ta’ interess oħrajn u r-rappreżentanti mill-flotot iż-żgħar. |
|
(13) |
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jipprevedi li l-Kunsilli Konsultattivi jiġu stabbiliti biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha, huwa meħtieġ li jiġu spjegati l-metodi ta’ ħidma li l-Kunsilli Konsultattivi jenħtieġ li jirrispettaw meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet. |
|
(14) |
Il-Kunsilli Konsultattivi, bħala korpi li jsegwu għan ta’ interess Ewropew komuni, jingħataw appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonament tagħhom jiġi mmonitorjat u evalwat regolarment permezz tat-twettiq ta’ rieżamijiet tal-prestazzjoni esterni, regolari u indipendenti. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/242 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/242 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Barra mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(1), tal-Artikolu 45(1) sa (3) u tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-Kunsill Konsultattiv għandu jaħtar, b’kunsens, President u mill-inqas viċi President wieħed. Il-President jista’ joriġina minn barra s-sħubija fil-Kunsill Konsultattiv. F’każ li l-President jinħatar minn fost ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet membri, mill-inqas wieħed mill-viċi-Presidenti għandu jinħatar minn fost il-membri tal-kategorija ta’ organizzazzjonijiet tas-settur u tal-gruppi ta’ interess oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 li ma jkunx jappartjeni għalihom il-President. Dan il-prinċipju għandu japplika wkoll, fejn possibbli, għall-Presidenti tal-gruppi ta’ ħidma. 3. L-assemblea ġenerali ta’ Kunsill Konsultattiv għandha:
4. Skont il-ħatriet li jsiru mill-organizzazzjonijiet tas-settur u mill-gruppi ta’ interess l-oħrajn għas-siġġijiet allokati lilhom rispettivament, l-assemblea ġenerali taħtar Kumitat Eżekuttiv ta’ mhux iżjed minn 25 membru. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-assemblea ġenerali tista’ tiddeċiedi li taħtar kumitat eżekuttiv ta’ mhux iżjed minn 30 membru biex tiżgura rappreżentanza xierqa tal-flotot iż-żgħar. 5. L-assemblea ġenerali għandha tiżgura rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha billi tqis il-kapaċità finanzjarja ta’ dawn u tiffissa miżati tas-sħubija ekwi. 6. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu:
7. L-assemblea ġenerali u l-Kumitat Konsultattiv għandhom jiżguraw rappreżentanza bilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’enfasi fuq il-gruppi ta’ interess oħrajn u fuq il-flotot iż-żgħar, fejn rilevanti. Jenħtieġ li l-għadd ta’ rappreżentanti tal-flotot iż-żgħar jirrifletti l-proporzjon tal-flotot iż-żgħar fis-settur tas-sajd tal-Istati Membri kkonċernati.” |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Metodi ta’ Ħidma 1. Il-Kunsill Konsultattiv għandu jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti maħruġa:
2. Meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-metodi ta’ ħidma tiegħu, il-Kunsill Konsultattiv għandu jfittex li jiżgura l-effiċjenza u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-membri kollha billi juża mezzi ta’ komunikazzjoni tal-informatika moderni u jipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni.” |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Ir-rieżamijiet tal-prestazzjoni Il-Kunsill Konsultattiv għandu joqgħod għal rieżami indipendenti tal-prestazzjoni mill-inqas darba kull ħames snin. Dan ir-rieżami għandu jkollu l-għan li jidentifika l-aħjar prattiki u nuqqasijiet, jelenka rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv u jivvaluta l-kontribut ġenerali tiegħu għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-riżultati ta’ dawn ir-rieżamijiet għandhom jiġu ppubblikati u, fejn jiġu identifikati nuqqasijiet fil-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv, għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti u skeda ta’ żmien ċara għall-implimentazzjoni tagħhom.” |
|
(4) |
Jiżdied l-Anness “Kriterji għall-klassifikazzjoni tal-Membri tal-Kunsilli Konsultattivi taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn”: “ANNESS Kriterji għall-klassifikazzjoni tal-Membri tal-Kunsilli Konsultattivi taħt il-kategoriji “organizzazzjonijiet tas-settur” jew “gruppi ta’ interess oħrajn” 1. Organizzazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala “organizzazzjoni tas-settur” meta tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
2. Organizzazzjoni għandha tkun klassifikata bħala “grupp ta’ interess ieħor” meta ma tkun tissodisfa ebda mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1575 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 1).
|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/205
tal-14 ta’ Frar 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u jikkawża tfixkil fil-movimenti ta’ kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati), fiż-żoni ristretti I, II u III elenkati f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/136 (3) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Polonja. |
|
(4) |
Jenħtieġ li kwalunkwe emenda għaż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-linji gwida tal-Unjoni maqbula mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (4). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/136, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fis-Slovakkja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti III fil-Polonja tjiebu fir-rigward ta’ annimali porċini miżmuma, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ġew applikati minn dak l-Istat Membru, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti II fil-Litwanja tjiebet fir-rigward ta’ annimali porċini selvaġġi, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ġew applikati minn dak l-Istat Membru, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(6) |
Fi Frar 2022, ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fid-distrett ta’ Liptovský Mikuláš fis-Slovakkja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li jinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I tiegħu. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tas-Slovakkja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata fiż-żona ristretta II affettwata minn din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness minflok bħala żona ristretta I tiegħu. |
|
(7) |
Wara din it-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fis-Slovakkja u meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dan l-Istat Membru ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat. Barra minn hekk, ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati wkoll il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(8) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Dolnośląskie, Podkarpackie, Warmińsko-mazurskie and Wielkopolskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, minħabba li m’hemmx tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III fit-tnax-il xahar li għadda. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(9) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Lubuskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, minħabba li m’hemmx tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III fit-tliet xhur li għaddew. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(10) |
Għaldaqstant, b’kont meħud tal-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni Afrikan tal-ħnieżer għall-annimali porċini selvaġġi f’żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2021/605 li qed jiġu applikati fil-Litwanja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni għad-Deni Afrikan tal-ħnieżer stabbiliti fil-Kodiċi OIE, ċerti żoni fil-kontea ta’ Marijampolė fil-Litwanja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness, minħabba li m’hemmx tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti II fit-tnax-il xahar li għaddew. Dawk iż-żoni ristretti II jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I li jieħdu kont tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(11) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għal-Litwanja, għall-Polonja u għas-Slovakkja jiġu elenkati kif xieraq bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Peress li s-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika ħafna fl-Unjoni, fid-demarkazzjoni ta’ dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni fiż-żoni tal-madwar. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 permezz ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/136 tal-31 ta’ Jannar 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 22, 1.2.2022, p. 5).
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en
(5) OIE Terrestrial Animal Health Code, it-28 Edizzjoni, 2019. ISBN tal-Volum I: 978-92-95108-85-1; ISBN tal-Volum II: 978-92-95108-86-8. https://www.oie.int/standard-setting/terrestrial-code/access-online/
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/605 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Greċja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’Serres:
|
4. Il-Latvja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Vērgales, Medzes, Grobiņas, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni restritti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, 406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie śląskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni restritti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Nové Zámky: Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, Kolta, Jasová, Dubník, Rúbaň, Strekov, |
|
— |
in the district of Komárno: Bátorové Kosihy, Búč, Kravany nad Dunajom, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the municipalities of Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
in the district of Levice, the municipalities of Ipeľské Úľany, Plášťovce, Dolné Túrovce, Stredné Túrovce, Šahy, Tešmak, Pastovce, Zalaba, Malé Ludince, Hronovce, Nýrovce, Želiezovce, Málaš, Čaka, |
|
— |
the whole district of Krupina, except municipalities included in part II, |
|
— |
the whole district of Banska Bystrica, except municipalities included in part II, |
|
— |
in the district of Liptovsky Mikulas – municipalities of Pribylina, Jamník, Svatý Štefan, Konská, Jakubovany, Liptovský Ondrej, Beňadiková, Vavrišovo, Liptovská Kokava, Liptovský Peter, Dovalovo, Hybe, Liptovský Hrádok, Liptovský Ján, Uhorská Ves, Podtureň, Závažná Poruba, Liptovský Mikuláš, Pavčina Lehota, Demänovská Dolina, Gôtovany, Galovany, Svätý Kríž, Lazisko, Dúbrava, Malatíny, Liptovské Vlachy, Liptovské Kľačany, Partizánska Ľupča, Kráľovská Ľubeľa, Zemianska Ľubeľa, Východná – a part of municipality north from the highway D1, |
|
— |
in the district of Ružomberok, the municipalities of Liptovská Lužná, Liptovská Osada, Podsuchá, Ludrová, Štiavnička, Liptovská Štiavnica, Nižný Sliač, Liptovské Sliače, |
|
— |
the whole district of Banska Stiavnica, |
|
— |
the whole district of Žiar nad Hronom. |
IL-PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni restritti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Plovdiv, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Pazardzhik, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Sofia city, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Sofia Province, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Blagoevgrad għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Burgas għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Varna għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Silistra, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Ruse, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Veliko Tarnovo, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Pleven, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Targovishte, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Shumen, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Sliven, għajr iż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Vidin, għajr iż-żoni fil-Parti III. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Kalvenes, Kazdangas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Embūtes, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybės, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni restritti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni restritti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
the whole district of Gelnica except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Poprad |
|
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
|
— |
the whole district of Levoča, |
|
— |
the whole district of Kežmarok |
|
— |
in the whole district of Michalovce except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Košice-okolie, |
|
— |
the whole district of Rožnava, |
|
— |
the whole city of Košice, |
|
— |
the whole district of Sobrance, |
|
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
|
— |
the whole district of Humenné except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Snina, |
|
— |
the whole district of Prešov except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Sabinov except municipalities included in zone III, |
|
— |
the whole district of Svidník, |
|
— |
the whole district of Medzilaborce, |
|
— |
the whole district of Stropkov |
|
— |
the whole district of Bardejov, |
|
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
|
— |
the whole district of Revúca, |
|
— |
the whole district of Rimavská Sobota except municipalities included in zone III, |
|
— |
in the district of Veľký Krtíš, the whole municipalities not included in part I, |
|
— |
the whole district of Lučenec, |
|
— |
the whole district of Poltár |
|
— |
the whole district of Zvolen, |
|
— |
the whole district of Detva, |
|
— |
in the district of Krupina the whole municipalities of Senohrad, Horné Mladonice, Dolné Mladonice, Čekovce, Lackov, Zemiansky Vrbovok, Kozí Vrbovok, Čabradský Vrbovok, Cerovo, Trpín, Litava, |
|
— |
In the district of Banska Bystica, the whole municipalites of Kremnička, Malachov, Badín, Vlkanová, Hronsek, Horná Mičiná, Dolná Mičiná, Môlča Oravce, Čačín, Čerín, Bečov, Sebedín, Dúbravica, Hrochoť, Poniky, Strelníky, Povrazník, Ľubietová, Brusno, Banská Bystrica, Pohronský Bukovec, Medzibrod, Lučatín, Hiadeľ, Moštenica, Podkonice, Slovenská Ľupča, Priechod, |
|
— |
the whole district of Brezno, |
|
— |
in the district of Liptovsky Mikuláš, the municipalities of Važec, Malužiná, Kráľova lehota, Liptovská Porúbka, Nižná Boca, Vyšná Boca a Východná – a part of municipality south of the highway D1. |
IL-PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni restritti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
in Blagoevgrad region:
|
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta' Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
the Pazardzhik region:
|
|
— |
in Pleven region:
|
|
— |
in Plovdiv region
|
|
— |
in Ruse region:
|
|
— |
in Shumen region:
|
|
— |
in Silistra region:
|
|
— |
in Sliven region:
|
|
— |
in Targovishte region:
|
|
— |
in Vidin region,
|
|
— |
in Veliko Tarnovo region:
|
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza, |
|
— |
in Varna region:
|
|
— |
in Burgas region:
|
2. L-Italja
Iż-żoni restritti III li ġejjin fl-Italja:
|
— |
tutto il territorio della Sardegna. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni restritti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni restritti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
5. Is-Slovakkja
Iż-żoni restritti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
In the district of Lučenec: Lučenec a jeho časti, Panické Dravce, Mikušovce, Pinciná, Holiša, Vidiná, Boľkovce, Trebeľovce, Halič, Stará Halič, Tomášovce, Trenč, Veľká nad Ipľom, Buzitka (without settlement Dóra), Prša, Nitra nad Ipľom, Mašková, Lehôtka, Kalonda, Jelšovec, Ľuboreč, Fiľakovské Kováče, Lipovany, Mučín, Rapovce, Lupoč, Gregorova Vieska, Praha, |
|
— |
In the district of Poltár: Kalinovo, Veľká Ves, |
|
— |
The whole district of Trebišov’, |
|
— |
The whole district of Vranov and Topľou, |
|
— |
In the district of Humenné: Lieskovec, Myslina, Humenné, Jasenov, Brekov, Závadka, Topoľovka, Hudcovce, Ptičie, Chlmec, Porúbka, Brestov, Gruzovce, Ohradzany, Slovenská Volová, Karná, Lackovce, Kochanovce, Hažín nad Cirochou, |
|
— |
In the district of Michalovce: Strážske, Staré, Oreské, Zbudza, Voľa, Nacina Ves, Pusté Čemerné, Lesné, Rakovec nad Ondavou, Petríkovce, Oborín, Veľké Raškovce, Beša, |
|
— |
In the district of Nové Zámky: Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Nová Vieska, Bruty, Svodín, |
|
— |
In the district of Levice: Veľké Ludince, Farná, Kuraľany, Keť, Pohronský Ruskov, Čata, |
|
— |
In the district of Rimavská Sobota: Jesenské, Gortva, Hodejov, Hodejovec, Širkovce, Šimonovce, Drňa, Hostice, Gemerské Dechtáre, Jestice, Dubovec, Rimavské Janovce, Rimavská Sobota, Belín, Pavlovce, Sútor, Bottovo, Dúžava, Mojín, Konrádovce, Čierny Potok, Blhovce, Gemerček, Hajnáčka, |
|
— |
In the district of Gelnica: Hrišovce, Jaklovce, Kluknava, Margecany, Richnava, |
|
— |
In the district Of Sabinov: Daletice, |
|
— |
In the district of Prešov: Hrabkov, Krížovany, Žipov, Kvačany, Ondrašovce, Chminianske Jakubovany, Klenov, Bajerov, Bertotovce, Brežany, Bzenov, Fričovce, Hendrichovce, Hermanovce, Chmiňany, Chminianska Nová Ves, Janov, Jarovnice, Kojatice, Lažany, Mikušovce, Ovčie, Rokycany, Sedlice, Suchá Dolina, Svinia, Šindliar, Široké, Štefanovce, Víťaz, Župčany. |
DEĊIŻJONIJIET
|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/206
tal-15 ta’ Frar 2022
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Benin maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2021, ir-Repubblika tal-Benin pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Ċertifikat COVID tal-UE”. Ir-Repubblika tal-Benin infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Benin infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(4) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Benin infurmat lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Frar 2022, wara talba mir-Repubblika tal-Benin, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin huma f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Benin f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” fihom id-data meħtieġa. |
|
(6) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Benin informat lill-Kummissjoni li toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Spikevax, Vaxzevria, COVID-19 Vaccine Janssen, CoronaVac u Covishield. |
|
(7) |
Ir-Repubblika tal-Benin infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4). |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Benin infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
|
(9) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Benin infurmat lill-Kummissjoni li meta verifikaturi fil-Benin jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom se tiġi pproċessata biss biex tivverifika u tikkonferma t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
|
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Benin tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
(14) |
Sabiex ir-Repubblika tal-Benin tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Benin f’konformità mas-“sistema taċ-ċertifikat COVID” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tal-Benin għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE ((ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).
|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/207
tal-15 ta’ Frar 2022
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Settembru 2021, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan pprovda informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 tat-tilqim interoperabbli skont is-sistema intitolata “COVID-19 Vaccination Certificate”. Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa lill-Kummissjoni li huwa jqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tiegħu qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Certificate” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(4) |
Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa wkoll lill-Kummissjoni li jaċċetta ċertifikati tat-tilqim u tat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(5) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2021, wara talba mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġin mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan huma f’konformità ma’ sistema, il-“COVID-19 Vaccination Certificate” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġin mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Certificate” fihom id-data meħtieġa. |
|
(6) |
Minbarra dan, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa lill-Kummissjoni li joħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Vaxzevria, BBIBP-CorV u Sputnik V. |
|
(7) |
Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa wkoll lill-Kummissjoni li ma joħroġx ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għal testijiet ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku jew għal testijiet rapidi tal-antiġeni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa lill-Kummissjoni li ma joħroġx ċertifikati ta’ fejqan interoperabbli. |
|
(9) |
Minbarra dan, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan informa lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Ġordan jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u wara ma tibqax tinżamm. |
|
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Certificate” jridu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati. |
|
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Certificate” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ikun konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
|
(14) |
Sabiex ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jiġi konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Certificate” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan għandu jkun konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
Rettifika
|
16.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/52 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/958 tal-31 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur fl-Istati Membri u l-format għar-rapport tal-verifika ta’ kwalità f’konformità mal-Artikoli 13(1)(d) u 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 211 tal-15 ta’ Ġunju 2021 )
F’paġna 53, l-Anness 1, “A. Format għar-rappurtar tad-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq”, it-tabella hija sostitwita kif ġej:
|
|
|
Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon (1) (Ø ≥1mm) |
Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag irqiq (Ø≤ 1mm) |
Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu |
Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik (2) |
Bagi, sufruni, ħbula |
||
|
Total (*1) = (tunnellati) |
A+B+C+D+E |
A |
B |
C |
D = I+K |
E = F+J+L |
||
|
Total ta’ plastiks= |
A+B+C+F |
A |
B |
C |
|
F |
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total ta’ metalli |
G = I+J |
|
|
|
I |
J |
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total ta’ gomma |
H = K+L |
|
|
|
K |
L |
F’paġna 54, l-Anness 1, “B. Format għar-rappurtar tad-data dwar l-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur”, it-tabella hija sostitwita kif ġej:
|
|
Total |
Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag oħxon (3) (Ø ≥1mm) |
Pannelli tax-xibka magħmulin minn spag irqiq (Ø≤ 1mm) |
Irkaptu ieħor b’materjal tal-plastik jew partijiet minnu |
Partijiet tal-irkaptu mhux tal-plastik (4) |
Bagi, sufruni, ħbula |
||
|
Total (*2) = (tunnellati) |
A+B+C+D+E |
A |
B |
C |
D = I+K |
E = F+J+L |
||
|
Total ta’ plastiks = |
A+B+C+F |
A |
B |
C |
|
F |
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total ta’ metalli |
G = I+J |
|
|
|
I |
J |
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total ta’ gomma |
H = K+L |
|
|
|
K |
L |
(*1) L-ammonti totali (fil-kaxxi l-bojod) tal-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu biss huma obbligatorji għar-rappurtar.
Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.
(1) “Spag” ikopri l-ispag, il-ħbula, il-ħbula ħfief, eċċ. kollha kemm jekk jikkonsistu minn filament wieħed (monofilament) jew minn filamenti multipli mibrumin jew immaljati flimkien biex jiffurmaw spaga waħda b’diversi strixxi.
(2) Dan jista’ jinkludi piżijiet tal-metall, rombli tal-lastku, apparati/grilji ta’ evakwazzjoni, eċċ.
(*2) L-ammonti totali (fil-kaxxi l-bojod) tal-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu biss huma obbligatorji għar-rappurtar. Dan jinkludi kwalunkwe rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, kif ukoll kwalunkwe komponent, sustanza jew materjal separat li kien parti minn tali rkaptu tas-sajd jew li kien imwaħħal miegħu meta ġie skartat, inkluż meta ġie abbandunat jew mitluf. Il-kaxxi mimlijin bl-iswed mhumiex rilevanti.
(3) “Spag” ikopri l-ispag, il-ħbula, il-ħbula ħfief, eċċ. kollha kemm jekk jikkonsistu minn filament wieħed (monofilament) jew minn filamenti multipli li huma mibrumin jew immaljati flimkien biex jiffurmaw spaga waħda b’diversi strixxi.
(4) Dan jista’ jinkludi piżijiet tal-metall, rombli tal-lastku, apparat/grilji ta’ evakwazzjoni, eċċ