ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
14 ta' Frar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kumitat Konġunt bejn L-UE U L-PLO tal-24 ta’ Diċembru 2021 dwar l-estensjoni tal-emendi temporanji previsti mill-Punt A tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd [2022/190]

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/1


DEĊIŻJONI Nru 2/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-PLO

tal-24 ta’ Diċembru 2021

dwar l-estensjoni tal-emendi temporanji previsti mill-Punt A tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd [2022/190]

IL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-PLO,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, iffirmat Brussell fl-24 ta’ Frar 1997, u b’mod partikolari l-Artikolu 63(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni Interim dwar il-kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, iffirmat fit-13 ta’ April 2011, u b’mod partikolari l-punt C, il-paragrafu 1.(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra (il-‘Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim’) jagħti lill-Kumitat Konġunt għall-kummerċ u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana (“il-Kumitat Konġunt”) is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim kif ukoll f’każijiet oħra meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’dak il-Ftehim.

(2)

Skont il-punt C, il-paragrafu 1(a) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (il-‘Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri’), il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjoni dwar estensjoni tal-emendi temporanji previsti skont il-Punt A tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

(3)

L-iskadenza għall -Kumitat Konġunt biex jieħu tali deċiżjoni ġiet iffissata biex tippermetti lill-operaturi jadattaw ruħhom għas-sitwazzjoni l-ġdida u ma taffettwax is-setgħat tal-Kumitat Konġunt bħala tali. Fl-2020, iż-żewġ Partijiet kienu diġàindikaw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu bl-emendi temporanji għal perijodu addizzjonali ta’ 10 snin.

(4)

L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi temporanji previsti skont il-Punt A tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni Interim dwar il-kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, għandu japplika għal perijodu addizzjonali ta’ 10 snin.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha titfassal fil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim, b’kull wieħed minn dawk it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

HALLERGARD