ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 4

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
7ta' Jannar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/8 tas-6 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-326 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/9 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Anness tal-Protokoll għall-Prevenzjoni u l-Eliminazzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-Rimi tal-Iskart minn Bastimenti u Inġenji tal-Ajru jew l-Inċinerazzjoni fuq il-Baħar (Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart)

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/10 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II u IV tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/11 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (Protokoll Offshore)

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/12 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tippreżenta proposta li tiddeżinja l-Baħar Mediterran, fl-intier tiegħu, bħala żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet għall-ossidi tal-kubrit (Med SOx ECA) skont l-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (Konvenzjoni MARPOL)

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/13 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Pjan Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart tal-Baħar fil-Mediterran fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/14 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tadotta Pjanijiet Reġjonali dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u l-Ġestjoni tal-Ħama tad-Drenaġġ fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

14

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/15 tas-6 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1195 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, l-ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, is-sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità, is-simboli biex jintużaw ma' informazzjoni li trid tingħata mill-manifattur u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tat-traċċabbiltà metroloġika tal-valuri assenjati għall-kalibraturi, il-materjali ta' kontroll tal-eżattezza u l-kampjuni umani

16

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/8

tas-6 ta’ Jannar 2022

li jemenda għat-326 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżika” jitħassru:

(1)

‘Mevlüt Kar (psewdonimu (a) Mevluet Kar, (b) Abu Obaidah, (c) Obeidah Al Turki, (d) Al-Turki, (e) Al Turki Kyosev, (f) Yanal Yusov, (g) Abu Udejf el-Turki, (h) Abu Obejd el-Turki, (i) Abdurrahman Almanci). Data tat-twelid: 25.12.1978. Post tat-twelid: Ludwigshafen, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Torka. Passaport Nru: TR-M842033 Passaport Tork maħruġ fit-2 ta’ Mejju 2002 f’Mainz, il-Ġermanja mill-Konsulat Ġenerali Tork, skada fit-24 ta’ Lulju. 2007). Informazzjoni oħra: (a) Indirizz preċedenti (sa Awwissu 2009): Güngören Merkez Mahallesi Toros Sokak 6/5, Istanbul, it-Turkija; (b) Assoċat mal-Grupp Jihad Iżlamiku. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2012.’

(2)

‘Denis Mamadou Gerhard Cuspert (alias Abu Talha al-Almani). Data tat-twelid: 18.10.1975. Post tat-twelid: Berlin, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 2550439611 (numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża, maħruġa fid-Distrett Friedrichshain-Kreuzberg ta’ Berlin, il-Ġermanja, maħruġ fit- 22.4.2010, jiskadi fil-21.4.2020). Indirizz: Karl-Marx-Str. 210, 12055 Berlin, il-Ġermanja. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 178cm. Tpinġijiet: BROKEN DREAMS f’ittri (fuq wara) u l-pajsaġġ tal-Afrika (fuq il-lemin tal-parti ta’ fuq tad-driegħ); (b) Isem il-missier: Richard Luc-Giffard; (c) Isem l-omm: Sigrid Cuspert; (d) Jinsab fiż-żona tas-Sirja/it-Turkija (sa Jannar 2015). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.2.2015.’

(3)

‘Nayef Salam Muhammad Ujaym Al-Hababi (psewdonimu (a) Nayf Salam Muhammad Ujaym al-Hababi, (b) Faruq al-Qahtani, (c) Faruq al-Qatari, (d) Farouq al-Qahtani al Qatari, (e) Sheikh Farooq al-Qahtani, (f) Shaykh Imran Farouk, (g) Sheikh Faroq al-Qatari). Data tat-twelid: (a) 1981, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1980. Post tat-twelid: L-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: (a) l-Arabja Sawdija, (b) il-Qatar. Passaport Nru: 592667 (passaport tal-Qatar maħruġ fit-3 ta’ Mejju 2007). Indirizz: L-Afganistan (mill-2009). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.3.2016.’

(4)

‘Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali (psewdonimu (a) Turki Mubarak Abdullah Al Binali, (b) Turki Mubarak al-Binali (c) Turki al-Benali, (d) Turki al-Binali, (e) Abu Human Bakr ibn Abd al-Aziz al-Athari, (f) Abu Bakr al-Athari, (g) Abu Hazm al-Salafi (h) Abu Hudhayfa al-Bahrayni, (i) Abu Khuzayma al-Mudari, (j) Abu Sufyan al-Sulami, (k) Abu Dergham, (l) Abu Human al-Athari). Data tat-twelid: 3.9.1984. Post tat-twelid: AL Muharraq, il-Bahrain. Nazzjonalità: Il-Bahrain (ċittadinanza revokata f’Jannar 2015). Passaport Nru: (a) 2231616 Numru tal-Passaport tal-Bahrain maħruġ fit-2.1.2013 jiskadi fit-2.1.2023, (b) 1272611 Numru tal-Passaport preċedenti tal-Bahrain, maħruġ fl-1.4.2003, (c) 840901356 Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’

(5)

‘Tuah Febriwansyah (alias (a) Tuah Febriwansyah bin Arif Hasrudin, (b) Tuwah Febriwansah (c) Muhammad Fachri (d) Muhammad Fachria (e) Muhammad Fachry). Data tat-twelid: 18.2.1968. Post tat-twelid: Jakarta, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Indirizz: Jalan Baru LUK, No 1, RT 05/07, Kelurahan Bhakti Jaya, Setu Sub-district, Pamulang District, Tangerang Selatan, Banten Province, l-Indoneżja. Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Indoneżjana 09.5004.180268.0074. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’


DEĊIŻJONIJIET

7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/9

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Anness tal-Protokoll għall-Prevenzjoni u l-Eliminazzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-Rimi tal-Iskart minn Bastimenti u Inġenji tal-Ajru jew l-Inċinerazzjoni fuq il-Baħar (Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (“il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) għall-Prevenzjoni u l-Eliminazzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-Rimi tal-Iskart minn Bastimenti u Inġenji tal-Ajru jew l-Inċinerazzjoni fuq il-Baħar (il-“Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE (1) u daħal fis-seħħ fil-15 ta’ April 1978.

(2)

Skont l-Artikolu 18(2), punt (iii), tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha tista’ tadotta emendi għall-annessi tal-Protokolli tal-Konvenzjoni.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom bejn mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (‘id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti’) li temenda l-Anness tal-Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart dwar il-fatturi li għandhom jitqiesu meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kriterji li jirregolaw il-ħruġ tal-permessi għar-rimi ta’ materja fil-baħar filwaqt li jitqies l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Anness tal-Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni.

(6)

Peress li l-emendi previsti fl-Anness tal-Protokoll dwar ir-Rimi tal-Iskart ser jaġġornaw ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, ser jaffettwaw l-impenji u l-ambizzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u ser itejbu l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Anness tal-Protokoll għall-Prevenzjoni u l-Eliminazzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-Rimi tal-Iskart minn Bastimenti u Inġenji tal-Ajru jew l-Inċinerazzjoni fuq il-Baħar.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jiġi maqbul mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-rimi tal-iskart minn bastimenti u vetturi tal-ajru (ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/10

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II u IV tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll emendat tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (“il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (“il-Protokoll LBS”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE (1) u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2008.

(2)

Skont l-Artikolu 18(2), punt (iii) tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tadotta emendi għall-annessi tal-Protokolli tal-Konvenzjoni.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (“id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti”) li temenda l-Annessi I, II u IV tal-Protokoll LBS biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji, xjentifiċi u tekniċi relatati ma’ sorsi u attivitajiet terrestri li nkisbu fil-livell reġjonali u dinji.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi I, II u IV għall-Protokoll LBS li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni.

(6)

Peress li l-emendi previsti fl-Annessi I, II u IV tal-Protokoll LBS ser jaġġornaw ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, ser jaffettwaw l-impenji u l-ambizzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u ser itejbu l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II u IV tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jiġi maqbul mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 18).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/11

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (“Protokoll Offshore”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (“il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) għall-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (il-“Protokoll Offshore”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/5/UE (1) u daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2013.

(2)

Skont l-Artikolu 18(2), punt (iii), tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tadotta emendi għall-annessi tal-Protokolli tal-Konvenzjoni.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (‘id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti’) li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti bid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti, li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi I, II, II u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni.

(6)

Peress li l-emendi previsti fl-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore ser jaġġornaw ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, ser jaffettwaw l-impenji u l-ambizzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, u ser itejbu l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jiġi maqbul mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/5/UE tas-17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu (ĠU L 4, 9.1.2013, p. 13).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/12

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tippreżenta proposta li tiddeżinja l-Baħar Mediterran, fl-intier tiegħu, bħala żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet għall-ossidi tal-kubrit (Med SOx ECA) skont l-Anness VI għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (Konvenzjoni MARPOL)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni emendata għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-“Konvenzjoni ta’ Barċellona”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/802/KE (1) u daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2004.

(2)

Skont l-Artikolu 18(2), il-punt (vi), tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tikkunsidra u tieħu kwalunkwe azzjoni li jaf tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli. Skont ir-Regola 43 tar-Regoli ta’ Proċedura għall-laqgħat tal-Partijiet Kontraenti, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-Protokolli jew it-termini finanzjarji ta’ referenza, id-deċiżjonijiet sostantivi jridu jsiru b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti preżenti u votanti.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (“id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti”) biex fl-2022 jippreżentaw lit-78 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (“MEPC 78”) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fl-2022 proposta li tiddeżinja l-Baħar Mediterran, fl-intier tiegħu, bħala żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet għall-ossidi tal-kubrit (Med SOx ECA) u li tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, peress billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ proposta lill-MEPC 78, f’isem organizzazzjoni li l-Unjoni hija Parti tagħha, biex il-Baħar Mediterran, fl-intier tiegħu, jiġi deżinjat bħala żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet għall-ossidi tal-kubrit (Med SOx ECA), u għalhekk tikkostitwixxi att li għandu effetti legali.

(6)

Peress li d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti għandha l-iskop li twassal għall-aġġornament tar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, f’konformità mal-ambizzjoni tal-Unjoni li jonqos it-tniġġis fl-ambjent marin u tipproteġi s-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tiġi ppreżentata proposta waqt it-78 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, biex il-Baħar Mediterran, fl-intier tiegħu, jiġi deżinjat bħala żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet għall-ossidi tal-kubrit (Med SOx ECA) u li tiġi speċifikata d-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, jista’ jintlaħaq qbil dwar l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/802/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 32).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/13

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Pjan Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart tal-Baħar fil-Mediterran fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll emendat tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) għall-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (“il-Protokoll LBS”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE (1) u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2008.

(2)

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Protokoll LBS, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni reġjonali li jkun fihom miżuri ta’ konteniment u skedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (“id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti”) biex jemendaw il-Pjan Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart fil-Baħar fil-Mediterran (“il-Pjan Reġjonali”) fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll LBS. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ser tipprovdi definizzjonijiet ġodda u ser tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri f’erba’ oqsma ewlenin (strumenti ekonomiċi, ekonomija ċirkolari tal-plastiks, sorsi ta’ skart tal-baħar ibbażati fuq l-art u sorsi ta’ skart tal-baħar ibbażati fil-baħar).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Pjan Reġjonali li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni skont l-Artikolu 15(3) tal-Protokoll LBS.

(6)

Peress li l-emendi previsti għall-Pjan Reġjonali huma konformi mal-ambizzjoni tal-Unjoni li jitnaqqas it-tniġġis u titjieb il-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Pjan Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart tal-Baħar fil-Mediterran fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, jista’ jintlaħaq qbil dwar l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 18).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/14

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tadotta Pjanijiet Reġjonali dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u l-Ġestjoni tal-Ħama tad-Drenaġġ fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (Protokoll LBS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll emendat tal- Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (Konvenzjoni ta’ Barċellona) għall- Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri (il-“Protokoll LBS”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE (1) u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2008.

(2)

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Protokoll LBS, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni reġjonali li jkun fihom miżuri ta’ konteniment u skedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

(3)

Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (“id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti”) li tadotta Pjanijiet Reġjonali dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u l-Ġestjoni tal-Ħama tad-Drenaġġ (“il-Pjanijiet Reġjonali”) fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll LBS.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni tal-Pjanijiet Reġjonali li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni skont l-Artikolu 15(3) tal-Protokoll LBS.

(6)

Peress li l-għan tal-Pjanijiet Reġjonali huwa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, li jiġu mmodifikati l-impenji u l-ambizzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u li tittejjeb il-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tadotta Pjanijiet Reġjonali dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u l-Ġestjoni tal-Ħama tad-Drenaġġ fil-qafas tal-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis ta’ Oriġini u minn Attivitajiet Terrestri.

Artikolu 2

Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, jista’ jintlaħaq qbil dwar l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/801/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 18).


7.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/15

tas-6 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1195 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-isterilizzazzjoni ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, l-ipproċessar asettiku ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa, is-sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità, is-simboli biex jintużaw ma' informazzjoni li trid tingħata mill-manifattur u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tat-traċċabbiltà metroloġika tal-valuri assenjati għall-kalibraturi, il-materjali ta' kontroll tal-eżattezza u l-kampjuni umani

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparati li huma konformi mal-istandards armonizzati rilevanti, jew mal-partijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/746 se jissostitwixxi d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) mis-26 ta’ Mejju 2022.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2021) 2406 (4), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati eżistenti dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro żviluppati b’appoġġ għad-Direttiva 98/79/KE u l-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 2406, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati eżistenti EN ISO 11737-1:2018, EN ISO 13408-6:2011, EN ISO 13485:2016, EN ISO 15223-1:2016 u EN ISO 17511:2003, sabiex jinkludu l-aħħar progress tekniku u xjentifiku, u biex jadattawhom għar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2017/746. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati riveduti EN ISO 13408-6:2021 dwar l-ipproċessar asettiku ta' prodotti għall-kura tas-saħħa, EN ISO 15223-1:2021 dwar simboli biex jintużaw ma' informazzjoni li trid tingħata mill-manifattur u EN ISO 17511:2021 dwar ir-rekwiżiti għall-istabbiliment tat-traċċabbiltà metroloġika tal-valuri assenjati għall-kalibraturi, il-materjal ta' kontroll tal-eżattezza u l-kampjuni umani u l-emenda EN ISO 11737–1: 2018/A1:2021 tal-istandard armonizzat EN ISO 11737-1: 2018 dwar l-isterilizzazzjoni tal-prodotti tal-kura tas-saħħa u l-emenda EN ISO 13485:2016/A11:2021 tal-istandard armonizzat EN ISO 13485:2016 dwar is-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità.

(5)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u mas-Cenelec ivvalutat jekk l-istandards abbozzati u riveduti mis-CEN u mis-Cenelec jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 2406.

(6)

L-istandards armonizzati EN ISO 13408-6:2021, EN ISO 15223-1:2021 u EN ISO 17511:2021, u l-emendi EN ISO 11737-1:2018/A1:2021 u EN ISO 13485:2016/A11:2021 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2017/746. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1195 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards EN ISO 13408-6:2021, EN ISO 15223-1:2021 u EN ISO 17511:2021 u l-emendi EN ISO 11737-1:2018/A1:2021 u EN ISO 13485:2016/A11:2021 jenħtieġ li jiġu inkluża f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1195 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1195 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(3)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2406 tal-14 ta’April 2021 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward apparati mediċi b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1195 tad-19 ta’ Lulju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 20.7.2021, p. 50).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1195, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“5.

EN ISO 11737-1:2018

Sterilizzazzjoni ta' prodotti għall-kura tas-saħħa - Metodi mikrobijoloġiċi - Parti 1: Determinazzjoni ta' popolazzjoni ta' mikroorganiżmi fuq prodotti (ISO 11737-1:2018)

EN ISO 11737-1:2018/A1:2021

6.

EN ISO 13408-6:2021

Ipproċessar asettiku ta' prodotti għall-kura tas-saħħa - Parti 6: Sistemi li jiżolaw (ISO 13408-6:2021)

7.

EN ISO 13485:2016

Apparati mediċi - Sistemi ta' mmaniġġjar tal-kwalità - Rekwiżiti għal skopijiet regolatorji (ISO 13485:2016)

EN ISO 13485:2016/A11:2021

8.

EN ISO 15223-1:2021

Apparati mediċi - Simboli biex jintużaw ma' informazzjoni li trid tingħata mill-manifattur - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 15223-1:2021)

9.

EN ISO 17511:2021

Apparati mediċi dijanjostiċi in vitro - Rekwiżiti biex tiġi stabbilita t-traċċabbiltà metroloġika tal-valuri assenjati għall-kalibraturi, materjali ta' kontroll tal-eżattezza u kampjuni umani (ISO 17511:2020)”.