ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 470

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
30 ta' Diċembru 2021

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

*

Regolament tan-NU Nru 161 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-vetturi bil-mutur mill-użu mhux awtorizzat u l-approvazzjoni tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar) [2021/2274]

1

*

Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275]

23

*

Ir-Regolament tan-NU Nru 163 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tal-vetturi tagħha [2021/2276]

48

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 470/1

It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Regolament tan-NU Nru 161 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-vetturi bil-mutur mill-użu mhux awtorizzat u l-approvazzjoni tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar) [2021/2274]

Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021

Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2021/48.

WERREJ

Regolament

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Approvazzjoni ta’ vettura tal-Kategorija M1 u N1 fir-rigward tal-apparati tagħha li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat

6.

Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni

7.

Proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Annessi

1

Dokument ta’ informazzjoni

2

Komunikazzjoni

3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

4

Parti 1 — Proċedura tat-test tat-tkagħbir bl-użu għal apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxu fuq l-istering

4

Parti 2 — Proċedura tat-test għal apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxu fuq l-istering permezz ta’ apparat li jillimita t-torque

5

(riżervat)

6

Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għall-apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar)

7

Kompatibbiltà elettromanjetika

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

Approvazzjoni ta’ vettura tal-Kategorija M1 u N1 (1) fir-rigward tal-apparati tagħha li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat.

1.2.

It-twaħħil tal-apparati f’vetturi ta’ kategoriji oħrajn huwa fakultattiv iżda kwalunkwe tali apparat imwaħħal jeħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

1.3.

Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lill-apparati għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi.

1.4.

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-frekwenzi tat-trażmissjoni bir-radju, kemm jekk relatati mal-protezzjoni tal-vetturi minn użu mhux awtorizzat kif ukoll jekk le.

2.   Definizzjonijiet

2.1.

Komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun ta’ tip approvat indipendentement minn vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

2.2.

Unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun tip approvat separatament, iżda biss f’rabta ma’ tip wieħed speċifiku jew aktar ta’ vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

2.3.

Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli fil-konfront tal-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Ma huwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.4.

Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma jvarjawx bejniethom f’aspetti essenzjali bħal:

2.4.1.

L-isem tat-tip tal-manifattur,

2.4.2.

L-arranġament u d-disinn tal-komponent jew komponenti tal-vettura li fuqhom jaġixxi l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat,

2.4.3.

It-tip ta’ apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat.

2.5.

Apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat” tfisser sistema tal-illokkjar maħsuba biex tipprevjeni l-attivazzjoni normali mhux awtorizzata tal-magna jew sors ieħor tal-enerġija tal-magna ewlenija tal-vettura b’kombinazzjoni ma’ tal-inqas sistema waħda li:

(a)

tillokkja l-istering; jew

(b)

tillokkja t-trażmissjoni; jew

(c)

tillokkja l-kontroll tat-tibdil tal-ger; jew

(d)

tillokkja l-brejkijiet.

Fil-każ ta’ sistema li tillokkja l-brejkijiet, id-diżattivazzjoni tal-apparat ma għandhiex tirrilaxxa awtomatikament il-brejkijiet għall-kuntrarju tal-intenzjoni tas-sewwieq.

2.6.

Stering” tfisser il-kontroll tal-istering, il-kolonna tal-istering u l-aċċessorji ta’ kisi tiegħu, ix-xaft tal-istering, il-gearbox tal-istering u l-komponenti l-oħra kollha li direttament jaffettwaw l-effettività tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat.

2.7.

Kombinazzjoni” tfisser waħda mill-varjazzjonijiet speċifikament żviluppati u mibnija ta’ sistema tal-illokkjar li, meta attivata kif xieraq, tippermetti t-tħaddim tas-sistema tal-illokkjar.

2.8.

Ċavetta” tfisser kull apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema tal-illokkjar, li hija ddisinjata u mibnija biex titħaddem biss b’dak l-apparat.

2.9.

Rolling code” tfisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti minn diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel b’mod każwali wara kull tħaddim tal-unità tat-trażmissjoni.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata b’dokument ta’ informazzjoni stabbilit f’konformità mal-mudell muri fl-Anness 1, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat u l-metodu/metodi tal-installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha jkun intenzjonat li jiġi installat l-apparat protettiv.

3.3.

Vettura(vetturi)/komponent(komponenti) li jirrappreżenta(jirrappreżentaw) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu sottomess(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni.

4.   Approvazzjoni

4.1.

Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif definit f’dan ir-Regolament.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2), u

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk it-tip ikun konformi ma’ tip approvat skont Regolament tan-NU wieħed jew aktar anness mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin tal-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur jew fuqha.

4.8.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   Approvazzjoni ta’ vettura tal-Kategorija M1 u N1 fir-rigward tal-apparati tagħha li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat

5.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.1.1.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jkun meħtieġ li jitwaqqaf milli jitħaddem sabiex jippermetti li:

5.1.1.1.

il-magna tiġi startjata permezz tal-kontroll normali, u

5.1.1.2.

il-vettura timxi, tinsaq jew tiċċaqlaq ’il quddiem bil-forza tagħha stess.

5.1.1.3.

Ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.1.1 jista’ jintlaħaq fl-istess ħin jew qabel l-azzjonijiet deskritti fil-paragrafi 5.1.1.1 u 5.1.1.2.

5.1.2.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.1 għandhom jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta waħda.

5.1.3.

Minbarra fil-każ previst fil-paragrafu 5.2.1.5, sistema mħaddma b’ċavetta mdaħħla f’serratura ma għandhiex tippermetti t-tneħħija taċ-ċavetta qabel ma l-apparat imsemmi fil-paragrafu 5.1.1. ikun tħaddem jew tħejja biex jaħdem.

5.1.4.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 5.1.1 ta’ hawn fuq, u l-komponenti tal-vettura li jaħdem fuqhom, għandu jkun iddisinjati b’tali mod li ma jkunx jista’ jinfetaħ, isir ineffettiv jew jiġi distrutt b’mod rapidu u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni permezz ta’, pereżempju, l-użu ta’ għodod, tagħmir jew prodotti rħas u li jistgħu jinħbew faċilment, disponibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.

5.1.5.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jitwaħħal mal-vettura bħala parti mit-tagħmir oriġinali (jiġifieri, tagħmir installat mill-manifattur tal-vettura qabel l-ewwel bejgħ tagħha bl-imnut). Għandu jitwaħħal b’tali mod li anke wara li jitneħħa mill-kompartiment tiegħu ma jkunx jista’ meta jkun fil-kundizzjoni mblukkata, jiżżarma ħlief b’għodda speċjali. Jekk ikun possibbli li l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat isir ineffettiv permezz tat-tneħħija ta’ viti, dawk il-viti għandhom, sakemm ma jkunux tat-tip li ma jitneħħewx, jitgħattew minn partijiet tal-apparat protettiv imblukkat.

5.1.6.

Is-sistemi mekkaniċi tal-illokkjar għandhom jipprovdu tal-inqas 1 000 kombinazzjoni differenti taċ-ċavetta jew numru ugwali għan-numru totali ta’ vetturi mmanifatturati kull sena jekk dan ikun inqas minn 1 000. F’vetturi ta’ tip wieħed il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ kull kombinazzjoni għandha bejn wieħed u ieħor tkun ta’ waħda kull 1 000.

5.1.7.

Is-sistemi tal-illokkjar elettriċi/elettroniċi, eż. kontroll mill-bogħod, għandu jkollhom mill-inqas 50 000 varjant u għandhom jinkorporaw rolling code u/jew ikollhom żmien minimu tal-iskennjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

5.1.8.

Rigward in-natura tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat, għandu jiġi applikat il-paragrafu 5.1.6 jew il-paragrafu 5.1.7.

5.1.9.

Iċ-ċavetta u s-serratura ma għandhomx ikunu kkodifikati viżibbilment.

5.1.10.

Is-serratura għandha tkun iddisinjata, mibnija u mwaħħla b’tali mod li t-tidwir taċ-ċilindru tas-serratura, meta tkun fil-pożizzjoni llokkjata, b’torque ta’ inqas minn 2,45 Nm ma jkunx possibbli bl-ebda ċavetta għajr iċ-ċavetta ta’ pariġġha, u

5.1.10.1.

Għal ċilindri tas-serratura b’pin tumblers mhux aktar minn żewġ tumblers identiċi li jaħdmu fl-istess direzzjoni għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm aktar minn 60 fil-mija ta’ tumblers identiċi;

5.1.10.2.

Għal ċilindri tas-serratura b’pin tumblers mhux aktar minn żewġ tumblers identiċi li jaħdmu fl-istess direzzjoni ma għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm aktar minn 50 fil-mija ta’ tumblers identiċi.

5.1.11.

L-apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat għandhom ikunu tali li jeskludu kull riskju ta’ falliment aċċidentali ta’ tħaddim waqt li l-magna tkun taħdem, b’mod partikolari fil-każ ta’ mblukkar li x’aktarx jikkomprometti s-sikurezza.

5.1.11.1.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu attivati apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat mingħajr ma l-ewwel ikunu ssettjati l-kontrolli tal-magna għal kundizzjoni ta’ twaqqif u mbagħad titwettaq azzjoni li ma tkunx kontinwazzjoni mhux interrotta tat-twaqqif tal-magna, jew mingħajr ma l-ewwel ikunu ssettjati l-kontrolli tal-magna għal kundizzjoni ta’ twaqqif u meta l-vettura tkun wieqfa bl-applikazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar, jew il-veloċità tal-vettura ma taqbiżx l-4 km/siegħa.

5.1.11.2.

Fil-każ ta’ apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat, jekk l-azzjoni tal-irtirar taċ-ċavetta tattiva l-apparat din għandha jew tenħtieġ ċaqliq minimu ta’ 2 mm qabel l-attivazzjoni tal-apparat jew tinkorpora faċilità li tipprevali li tipprevjeni t-tneħħija aċċidentali jew l-irtirar parzjali taċ-ċavetta.

5.1.11.3.

Il-paragrafi 5.1.10, 5.1.10.1 jew 5.1.10.2, u 5.1.11.2 huma applikabbli biss għal apparati li jinkludu ċwievet mekkaniċi.

5.1.12.

Assistenza bl-enerġija tista’ tintuża biss biex tattiva l-azzjoni tal-illokkjar jew tal-ftuħ tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat. L-apparat għandu jinżamm fil-pożizzjoni tiegħu ta’ tħaddim b’kull mezz adatt li ma jeħtieġx provvista ta’ enerġija.

5.1.13.

Ma għandux ikun possibbli li tiġi attivata l-enerġija mekkanika tal-vettura b’mezzi normali sakemm l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ma jkunx ġie diżattivat.

5.1.14.

L-apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat billi jipprevjenu r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura għandhom jiġu awtorizzati biss meta l-partijiet operattivi tal-brejkijiet jinżammu f’pożizzjoni llokkjata permezz ta’ apparat purament mekkaniku. F’dan il-każ il-preskrizzjonijiet tal-paragrafu 5.1.13 ma japplikawx.

5.1.15.

Jekk l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun mgħammar b’karatteristika ta’ twissija lis-sewwieq, dan għandu jiġi attivat meta l-operatur jiftaħ il-bieba tan-naħa tas-sewwieq, sakemm l-apparat ma jkunx ġie attivat u ċ-ċavetta mneħħija mill-operatur.

5.2.   Speċifikazzjonijiet partikolari

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali preskritti fil-paragrafu 5.1, l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jilħaq il-kundizzjonijiet partikolari preskritti hawn taħt:

5.2.1.

Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-istering

5.2.1.1.

Apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq l-istering għandu jagħmel l-istering inoperattiv. Qabel ma l-magna tiġi startjata, it-tħaddim normali tal-istering għandu jiġi restawrat.

5.2.1.2.

Meta l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaġixxi, ma għandux ikun possibbli li l-apparat jiġi mfixkel milli jiffunzjona.

5.2.1.3.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jkompli jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1.11, 5.2.1.1, 5.2.1.2 u 5.2.1.4 wara li jkun għamel 2 500 ċiklu ta’ llokkjar f’kull direzzjoni tat-test tat-tkagħbir bl-użu speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.1.4.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu, fil-pożizzjoni attivata tiegħu, jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

5.2.1.4.1.

Għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex ikun jiflaħ, mingħajr ħsara għall-mekkaniżmu tal-istering li x’aktarx tikkomprometti s-sikurezza, għall-applikazzjoni ta’ torque ta’ 300 Nm mal-assi tal-fus tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet f’kundizzjonijiet statiċi.

5.2.1.4.2.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu ddisinjat biex jagħti jew iċedi, b’tali mod li s-sistema tkun tiflaħ, jew kontinwament jew inkella b’mod intermittenti, għall-applikazzjoni ta’ torque ta’ mill-inqas 100 Nm. Is-sistema tal-illokkjar għandha xorta tiflaħ għall-applikazzjoni ta’ dan it-torque wara t-test speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.1.4.3.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu maħsub biex jippermetti li r-rota tal-istering iddur b’mod ħieles fuq il-fus imblokkat tal-istering. Il-mekkaniżmu ta’ mblukkar għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex ikun jiflaħ għall-applikazzjoni ta’ torque ta’ 200 Nm fuq l-assi tal-fus tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet f’kundizzjonijiet statiċi.

5.2.1.5.

Jekk l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tista’ titneħħa f’pożizzjoni li ma tkunx il-pożizzjoni li fiha l-istering ikun inoperattiv, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tistax issir involontarjament.

5.2.1.6.

Jekk komponent ma jaħdimx b’tali mod li r-rekwiżiti tat-torque speċifikati fil-paragrafi 5.2.1.4.1, 5.2.1.4.2 u 5.2.1.4.3 ma jkunux jistgħu jiġu applikati faċilment, iżda s-sistema tal-istering tibqa’ mblukkata, is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti.

5.2.2.

Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxu fuq it-trażmissjoni jew fuq il-brejkijiet

5.2.2.1.

Apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq it-trażmissjoni għandu jipprevjeni r-rotazzjoni tar-roti tas-sewqan tal-vettura.

5.2.2.2.

Apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq il-brejkijiet għandu jibbrejkja mill-inqas rota waħda fuq kull naħa ta’ mill-inqas fus wieħed.

5.2.2.3.

Meta l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaġixxi, ma għandux ikun possibbli li l-apparat jiġi mfixkel milli jiffunzjona.

5.2.2.4.

Ma għandux ikun possibbli għat-trażmissjoni jew għall-brejkijiet li jiġu mblukkati involontarjament meta ċ-ċavetta tkun fis-serratura tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat, anke meta l-apparat li jipprevjeni l-istartjar tal-magna jkun beda jiffunzjona jew ikun issettjat biex jaġixxi. Dan ma japplikax kull meta r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.2 ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu minn apparati użati għal skop ieħor apparti dan u s-serratura fil-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq tkun meħtieġa għal din il-funzjoni addizzjonali (eż. brejk elettriku tal-ipparkjar).

5.2.2.5.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ effettiv għalkollox anke wara xi tkagħbir bl-użu bħala riżultat ta’ 2 500 ċiklu ta’ llokkjar f’kull direzzjoni. Fil-każ ta’ apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, kull parti sekondarja mekkanika jew elettrika tal-apparat tkun ikkonċernata.

5.2.2.6.

Jekk l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni minbarra l-pożizzjoni li fiha t-trażmissjoni jew il-brejkijiet ikunu llokkjati, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tkunx tista’ titwettaq involontarjament.

5.2.2.7.

Fil-każ fejn jintuża l-apparat protettiv li jaġixxi fuq it-trażmissjoni, dan għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ, mingħajr ħsara li x’aktarx tikkomprometti s-sikurezza, għall-applikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet u f’kundizzjonijiet statiċi ta’ torque 50 fil-mija akbar mit-torque massimu li jista’ jiġi applikat normalment lit-trażmissjoni. Fl-istabbiliment tal-livell ta’ dan l-ittestjar tat-torque ma għandux jitqies it-torque massimu tal-magna, iżda tat-torque massimu li jista’ jiġi trażmess mill-klaċċ jew bit-trażmissjoni awtomatika.

5.2.2.8.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, l-apparat għandu jkun kapaċi jżomm il-vettura mgħobbija wieqfa fuq gradjent ta’ 20 fil-mija ’l fuq jew ’l isfel.

5.2.2.9.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu interpretati bħala nuqqas devjazzjoni mir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 13 jew 13-H anke fil-każ ta’ falliment.

5.2.3.

Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq il-kontroll tat-tibdil tal-ger

5.2.3.1.

Apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq il-kontroll tat-tibdil tal-ger għandu jkun kapaċi li jipprevjeni kwalunkwe tibdil tal-gerijiet.

5.2.3.2.

Fil-każ ta’ gearboxes manwali għandu jkun possibbli li l-kontroll tat-tibdil tal-ger jiġi llokkjat fil-pożizzjoni tar-rivers biss; barra minn hekk, għandu jkun permess l-illokkjar f’pożizzjoni newtrali.

5.2.3.3.

Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi pprovduti b’pożizzjoni għall-“ipparkjar” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokkjat fil-pożizzjoni tal-ipparkjar biss; barra minn hekk, għandu jkun permess l-illokkjar f’pożizzjoni newtrali u/jew ta’ rivers.

5.2.3.4.

Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi mhux ipprovduti b’pożizzjoni għall-“ipparkjar” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokkjat fil-pożizzjonijiet tal-ipparkjar li ġejjin biss: newtrali u/jew rivers.

5.2.3.5.

L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ effettiv għalkollox anke wara xi tkagħbir bl-użu bħala riżultat ta’ 2 500 ċiklu ta’ llokkjar f’kull direzzjoni.

5.3.   L-apparati elettromekkaniċi u elettroniċi għall-prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat għandhom jiġu sottomessi għat-testijiet deskritti fl-Anness 6.

6.   Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni

6.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:

(a)

Tiddeċiedi, f’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip ġdida; jew

(b)

Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.1. (Reviżjoni) ta’ hawn taħt u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.2 (Estensjoni) ta’ hawn taħt.

6.1.1.   Reviżjoni

Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effetti negattivi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-pedali għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “reviżjoni”.

F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

6.1.2.   Il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-data rreġistrata fid-dokumenti ta’ informazzjoni:

(a)

Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew

(b)

Tkun inbidlet xi informazzjoni fid-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ partijiet mehmuża miegħu); jew

(c)

Tintalab l-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

6.2.   Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-alterazzjoni, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

7.   Proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b’dawn ir-rekwiżiti:

7.1.

Vetturi/komponenti skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

7.2.

Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

7.3.

L-Awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

8.   Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq ma jintlaħqux.

8.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

9.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

9.1.

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura/komponent approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

10.   Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

10.1.

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6. https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions

(2)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 — https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.

ANNESS 1

Dokument ta’ informazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

F’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 161 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-vetturi bil-mutur mill-użu mhux awtorizzat u l-approvazzjoni tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar)

1.   Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk dan ikun immarkat fuq l-apparat (1):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Kategorija tal-vettura (2):…

1.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.6.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.7.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

2.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:…

2.2.

Naħa tas-sewqan: xellug / lemin (3)

3.   Mixxellanji

3.1.

Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-vettura

3.1.1.

Apparat protettiv:

3.1.1.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament u tad-disinn tal-kontroll jew tal-unità li fuqha jaġixxi l-apparat protettiv:…

3.1.1.2.

Disinji tal-apparat protettiv u tal-immuntar tiegħu fuq il-vettura:…

3.1.1.3.

Deskrizzjoni teknika tal-apparat:…

3.1.1.4.

Dettalji tal-kombinazzjonijiet tas-serratura użati:…

(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(2)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.

(3)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

ANNESS 2

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 1
 (1)

maħruġa minn

:

Isem l-amministrazzjoni:

……

……

……

li tikkonċerna (2)

:

approvazzjoni mogħtija

approvazzjoni estiża

approvazzjoni rrifjutata

approvazzjoni rtirata

produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparati tagħha li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat skont ir-Regolament Nru 161.

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni…

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

1.

Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (2) (3):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Kategorija tal-vettura (4):…

1.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.6.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.7.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:…

3.

Data tar-rapport tat-test:…

4.

Numru tar-rapport tat-test:…

5.

Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-addendum

6.

Post:…

7.

Data:…

8.

Firma:…

9.

L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż.

(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(4)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tar-Regolament tan-NU Nru 161

1.   

Informazzjoni addizzjonali:…

1.1.   

Deskrizzjoni fil-qosor tal-apparat(i) kontra użu mhux awtorizzat u tal-partijiet tal-vettura li fuqhom huwa/huma jaġixxi/jaġixxu:…

2.   

Kummenti:…

ANNESS 3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

(ara l-paragrafi 4.4 sa 4.4.2 ta’ dan ir-Regolament)

Image 2

a = minimu ta’ 8 mm.

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 161 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 161 fil-forma oriġinali tiegħu.

ANNESS 4

PARTI 1

Proċedura tat-test tat-tkagħbir bl-użu għal apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-istering

1.   Tagħmir tat-test

It-tagħmir tat-test għandu jkun jikkonsisti minn:

1.1.

Tagħmir adatt għall-immuntar tal-kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat imwaħħal, kif definit fil-paragrafu 2.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Mezz għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat li għandu jinkludi l-użu taċ-ċavetta.

1.3.

Mezz għad-dawran tax-xaft tal-istering relattiv mal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat.

2.   Metodu tat-test

2.1.

Kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat jitwaħħal mat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq.

2.2.

Ċiklu wieħed tal-proċedura tat-test għandu jikkonsisti fl-operazzjonijiet li ġejjin:

2.2.1.

Pożizzjoni tal-bidu. L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat u x-xaft tal-istering għandu jiddawwar għal pożizzjoni li tipprevjeni l-ingaġġ tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat, sakemm ma jkunx tat-tip li jippermetti llokkjar f’kull pożizzjoni tal-istering.

2.2.2.

Issettjat biex jiġi attivat. L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jiġu mibdul mill-pożizzjoni diżattivata għal dik attivata, bl-użu taċ-ċavetta.

2.2.3. (1)

Attivat. Il-fus tal-istering għandu jiddawwar b’tali mod li t-torque fuqu, fil-mument tal-ingaġġ tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat, ikun ta’ 40 Nm ± 2 Nm.

2.2.4.

Diżattivat. L-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat bil-mezzi normali, fejn it-torque jitnaqqas għal żero biex jiġi ffaċilitat id-diżingaġġ.

2.2.5. (1)

Ritorn. Il-fus tal-istering għandu jiddawwar għal pożizzjoni li tipprevjeni l-ingaġġ tal-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat.

2.2.6.

Rotazzjoni opposta. Il-proċeduri deskritti fil-paragrafi 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4 u 2.2.5 għandhom jiġu ripetuti, iżda fid-direzzjoni opposta tar-rotazzjoni tal-fus tal-istering.

2.2.7.

L-intervall bejn żewġ ingaġġi suċċessivi tal-apparat għandu jkun ta’ mill-inqas 10 sekondi.

2.3.

Iċ-ċiklu tat-tkagħbir bl-użu għandu jiġi ripetut għan-numru ta’ drabi speċifikat fil-paragrafu 5.2.1.3 ta’ dan ir-Regolament.

PARTI 2

Proċedura tat-test għall-apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-istering bl-użu ta’ apparat li jillimita t-torque

1.   Tagħmir tat-test

It-tagħmir tat-test għandu jkun jikkonsisti minn:

1.1.

Tagħmir adatt biex iżomm il-partijiet rilevanti ta’ sistema ta’ stering jew, jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, sistema ta’ ġġakkjar li kapaċi tgħolli r-roti kollha direzzjonali ’l fuq mill-art, u

1.2.

Apparat jew apparati kapaċi li jipproduċu, u jkejlu, torque applikat għall-kontroll tal-istering kif preskritt fil-paragrafu 2.3. Il-preċiżjoni tal-kejl għandha tkun ugwali għal 2 % jew inqas.

2.   Deskrizzjoni tal-proċedura tat-test

2.1.

Jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, it-test għandu jitwettaq bir-roti direzzjonali kollha ’l fuq mill-art.

2.2.

Is-serratura tal-istering għandha tiġi attivata b’tali mod li l-istering jiġi mblukkat.

2.3.

Għandu jiġi applikat torque fuq il-kontroll tal-istering sabiex idur.

2.4.

Iċ-ċiklu tat-test jinkludi rotazzjoni tal-kontroll tal-istering ta’ 90° segwit minn rotazzjoni fid-direzzjoni opposta ta’ 180°, u rotazzjoni ġdida ta’ 90° fid-direzzjoni oriġinali (ara l-illustrazzjoni);

ċiklu wieħed = + 90°/– 180°/+ 90°b’tolleranza ta’ ± 10 fil-mija.

Image 3

2.5.

Id-durata ta’ ċiklu hija ta’ 20 s ± 2 s.

2.6.

Għandhom jitwettqu ħames ċikli tat-test.

2.7.

Matul kull wieħed miċ-ċikli tat-test il-valur minimu rreġistrat tat-torque għandu jkun ogħla minn dak mogħti fil-paragrafu 5.2.1.4.2 ta’ dan ir-Regolament.

(1)  Jekk l-apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat jippermetti l-illokkjar tal-istering f’kull pożizzjoni, il-proċeduri deskritti fil-paragrafi 2.2.3 u 2.2.5 għandhom jitħallew barra.

ANNESS 5

(riżervat)

ANNESS 6

Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għall-apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat (permezz ta’ sistema tal-illokkjar)

1.   Parametri ta’ tħaddim

Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt ma japplikawx għal:

(a)

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk tkun imwaħħla sistema tal-illokkjar jew le (eż. lampi, sistema ta’ allarm u immobilizzatur); jew

(b)

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja.

Il-komponenti kollha tas-sistema tal-illokkjar għandhom jaħdmu mingħajr falliment fil-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.1.   Kundizzjonijiet klimatiċi

Żewġ klassijiet ta’ temperaturi ambjentali huma definiti kif ġej:

(a)

– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier jew tal-bagoll,

(b)

– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

1.2.   Grad ta’ protezzjoni għall-installazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti l-gradi ta’ protezzjoni li ġejjin f’konformità mal-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989:

(a)

IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier,

(b)

IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier ta’ roadsters/konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jistgħu jiċċaqilqu jekk il-post tal-installazzjoni jirrikjedi grad ogħla ta’ protezzjoni mill-IP 40,

(c)

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tas-sistema tal-illokkjar għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kull restrizzjoni fuq l-ippożizzjonar ta’ xi parti tal-installazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.

1.3.   Resistenza għat-temp

Sebat ijiem skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980.

1.4.   Kundizzjonijiet elettriċi

Vultaġġ tal-provvista attribwit: 12 V

Medda tal-vultaġġ tal-provvista tat-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperaturi skont il-paragrafu 1.1.1.

Perjodi massimi ta’ vultaġġ eċċessiv fi 23 °C:

U = 18 V, mass. siegħa

U = 24 V, mass. minuta waħda

2.   Kundizzjonijiet tat-test

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq sistema tal-illokkjar waħda. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test, jistgħu jintużaw kampjuni oħra jekk dan ma jitqiesx li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.

2.1.   Kundizzjonijiet normali tat-test

Vultaġġ U = (12 ± 0,2) V

Temperatura T = (23 ± 5) °C

3.   Test tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tas-sistema tal-illokkjar għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 3.2 sa 3.9.

3.1   Mat-tlestija tat-testijiet kollha speċifikati hawn taħt, is-sistema tal-illokkjar għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet normali tat-test speċifikati fil-paragrafu 2.1 biex jiġi vverifikat jekk tibqax tiffunzjona normali. Fejn meħtieġ, il-fjusis jistgħu jiġu sostitwiti qabel it-test.

Jekk uħud mit-testijiet meħtieġa f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet ta’ tħaddim jitwettqu f’serje fuq sistema tal-illokkjar waħda, it-test ta’ tħaddim jista’ jsir biss darba wara li t-testijiet magħżula jkunu tlestew minflok ma jsiru t-testijiet ta’ tħaddim mitluba f’dawn il-paragrafi wara kull wieħed mit-testijiet magħżula. Il-manifatturi tal-vettura u l-fornituri għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fuq proċeduri mhux akkumulati.

3.2.   Resistenza għat-temperatura u bidliet fil-vultaġġ

Għandha tiġi vverifikata wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-paragrafu 3.1 fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.2.1.

Temperatura tat-test

T (– 40 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (9 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.2.

Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji:

Temperatura tat-test

T = (+ 85 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.3.

Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

Temperatura tat-test

T = (+ 125 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.4.

Is-sistema tal-illokkjar, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mhux issettjat, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (18 ± 0,2) V għal siegħa.

3.2.5.

Is-sistema tal-illokkjar, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mhux issettjat, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

3.3.   Tħaddim sikur wara l-ittestjar tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma

Wara t-test għall-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989, għall-gradi ta’ protezzjoni bħal fil-paragrafu 1.1.2, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ sistema tal-illokkjar li għandha tiġi approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tas-sistema tal-illokkjar għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-sistema tal-illokkjar (f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom is-sistema tal-illokkjar hija maħsuba li tiġi installata u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema tal-illokkjar

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-sistema tal-illokkjar minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistema tal-illokkjar li t-tip tagħha huwa approvat bħala unità teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-sistema tal-illokkjar meta l-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti jkunu ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1. tal-Anness 1 tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

3.4.   Tħaddim sikur wara t-test għal ilma kondensat

Wara test tar-reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980 għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

3.5.   Test għas-sikurezza kontra l-polarità inversa

Is-sistema tal-illokkjar u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu distrutti minn polarità inversa sa 13 V matul żewġ minuti. Wara dan it-test, it-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1 għandhom jiġu ripetuti bil-fjusis mibdula, jekk meħtieġ.

3.6.   Test għas-sikurezza kontra xort fiċ-ċirkwit

Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tas-sistema tal-illokkjar iridu jkunu protetti minn xort fiċ-ċirkwit mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus. Wara dan it-test, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1, bil-fjusis mibdula jekk ikun meħtieġ.

3.7.   Konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata

Il-konsum tal-elettriku fil-kundizzjoni ssettjata mogħtija fil-paragrafu 2.1. ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-illokkjar inkluż l-iskrin tal-istatus.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ sistema tal-illokkjar li għandha tiġi approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tas-sistema tal-illokkjar għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-sistema tal-illokkjar (f’konformità mal-paragrafu 7. ta’ dan ir-regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom is-sistema tal-illokkjar hija maħsuba li tiġi installata u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema tal-illokkjar

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-sistema tal-illokkjar minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistema tal-illokkjar li t-tip tagħha huwa approvat bħala unità teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tas-sistema tal-illokkjar meta l-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti jkunu ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1 tal-Anness 1 tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

3.8.   Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni

3.8.1.

Għal dan it-test, il-komponenti huma suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura,

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitqabbdu mal-magna.

3.8.2.

Il-komponenti/is-sistema tal-illokkjar għandhom jiġu sottomessi għal modalità ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tiegħu huma kif ġej:

3.8.2.1.

Għat-Tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz sa 500 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 5 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 3 g (0-peak).

3.8.2.2.

Għat-Tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz sa 300 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 2 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 15 g (0-peak).

3.8.2.3.

Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2

Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta.

In-numru ta’ ċikli huwa 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-3 assi.

Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’amplitudni kostanti massima u f’aċċellerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għolja.

3.8.3.

Matul it-test is-sistema tal-illokkjar għandha tkun imqabbda elettrikament u l-kejbil għandu jkollu appoġġ wara 200 mm.

3.8.4.

Wara t-test tal-vibrazzjoni, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

3.9.   Kompatibbiltà elettromanjetika

Is-sistema tal-illokkjar għandha tiġi sottomessa għat-testijiet deskritti fl-Anness 7.

ANNESS 7

Kompatibbiltà elettromanjetika

1.   

Immunità kontra disturbi kondotti tul il-linji ta’ provvista

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, tas-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 10 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tiġi ttestjata fi stat mhux issettjat u fi stat issettjat.

2.   

Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

L-ittestjar tal-immunità ta’ VAS/AS f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, tas-serje ta’ emendi 06 u l-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi jew l-Anness 9 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tiġi ttestjata bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim u bil-kriterji ta’ falliment kif iddefiniti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kundizzjonijiet tat-tħaddim u kriterji ta’ falliment għall-VAS/AS

Tip ta’ test

Kundizzjonijiet tat-tħaddim ta’ VAS/AS

Kriterji ta’ falliment

Test bil-vettura

VAS/AS fi stat mhux issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew Vettura b’50 km/siegħa (1)

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MITFIJA

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Vettura fil-modalità ta’ ċċarġjar (jekk applikabbli)

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

Test tal-ESA

VAS/AS fi stat mhux issettjat

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

3.   

Disturb elettriku minn skariki elettrostatiċi

L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-istandard tal-ISO 10605:2008/AMD 1:2014 bl-użu tal-livelli tas-severità tat-test mit-Tabella 2.

It-testijiet tal-ESD għandhom jitwettqu jew fil-livell tal-vettura jew fil-livell tas-Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Tabella 2

Livelli ta’ ttestjar tal-ESD

Tip ta’ skariku

Punti ta’ skariku

Stat ta’ VAS/AS

Network ta’ skariku

Livell tat-Test

Kriterji ta’ falliment

Skariku tal-arja

Punti li jistgħu jiġu aċċessati faċilment biss min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura

VAS/AS fi stat mhux issettjat

(jekk it-test jitwettaq fuq il-vettura, allura din tal-aħħar għandha tkun biċ-Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew b’50 km/siegħa jew bil-magna f’modalità idle)

330 pF, 2 kΩ

± 6 kV

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

Punti li jistgħu jintmessu faċilment biss minn barra tal-vettura

VAS/AS fi stat issettjat

(jekk it-test isir fuq il-vettura, allura din għandha tissakkar u ċ-Ċavetta għandha tkun f’pożizzjoni MITFIJA)

150 pF, 2 kΩ

± 15 kV

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS mingħajr attivazzjoni mill-ġdid, fi żmien sekonda, wara kull skariku

Skariku ta’ kuntatt

± 4 kV

± 8 kV

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS mingħajr attivazzjoni mill-ġdid, fi żmien sekonda, wara kull skariku

Kull test għandu jitwettaq bi 3 skariki b’intervall minimu ta’ 5 sekondi bejn kull skariku

4.   

Emissjonijiet irradjati

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tkun fi stat issettjat.

(1)  Dan it-test jista’ jkun kopert mir-Regolament tan-NU Nru 10, modalità 50 km/siegħa.

30.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 470/23

It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275]

Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021

Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2021/49.

WERREJ

Regolament

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Annessi

1

Dokument ta’ informazzjoni

2

Komunikazzjoni

3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

4

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità

5

Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni

6

Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għal immobilizzatur

7

Kompatibbiltà elettromanjetika

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament tan-NU japplika għal:

1.1.

Approvazzjoni ta’

(a)

Immobilizzaturi “jekk ikunu mwaħħla” primarjament dedikati għal vetturi tal-Kategoriji M1 u N1 b’massa massima ta’ mhux aktar minn żewġ tunnellati; u

(b)

Vetturi tal-Kategorija M1 u vetturi tal-Kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux aktar minn żewġ tunnellati fir-rigward tal-immobilizzaturi mwaħħla (1) (2).

1.2.

Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lill-immobilizzaturi għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi.

1.3.

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-frekwenzi tat-trażmissjoni bir-radju, kemm jekk relatati mal-protezzjoni tal-vetturi minn użu mhux awtorizzat kif ukoll jekk le.

2.   Definizzjonijiet

2.1.

Komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun ta’ tip approvat indipendentement minn vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan;

2.2.

Unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun tip approvat separatament, iżda biss f’rabta ma’ tip wieħed speċifiku jew aktar ta’ vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan;

2.3.

Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli fil-konfront tal-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Ma huwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.4.

Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jipprevjeni s-sewqan normali ta’ vettura bl-enerġija tagħha stess (prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat).

2.5.

Tagħmir ta’ kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar u/jew it-tneħħija tal-issettjar ta’ immobilizzatur.

2.6.

Displej tal-istatus” tfisser kull apparat maħsub li jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mhux issettjat, bidla ta’ ssettjar għat-tneħħija tal-issettjar u viċe versa).

2.7.

Stat issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinstaq b’mod normali bl-enerġija tagħha stess.

2.8.

Stat mhux issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinstaq b’mod normali.

2.9.

Ċavetta” tfisser kull apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema tal-illokkjar, li hija ddisinjata u mibnija biex titħaddem biss b’dak l-apparat

2.10.

Override” tfisser karatteristika ta’ disinn li ssakkar l-immobilizzatur fil-kundizzjoni mhux issettjata.

2.11.

Rolling code” tfisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti minn diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel b’mod każwali wara kull tħaddim tal-unità tat-trażmissjoni.

2.12.

Tip ta’ immobilizzatur” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’tali aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

It-tip ta’ tagħmir ta’ kontroll;

(c)

Id-disinn tat-tħaddim tagħhom fuq is-sistema/sistemi ta’ vetturi rilevanti (kif imsemmi fil-paragrafu 5.2.1 ta’ hawn taħt).

2.13.

Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’tali aspetti importanti bħal:

(a)

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

Il-karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-immobilizzatur;

(c)

It-tip u d-disinn tal-immobilizzatur.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata b’dokument ta’ informazzjoni stabbilit f’konformità mal-mudell muri fl-Anness 1, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-immobilizzatur, il-metodu/metodi tal-installazzjoni għal kull għamla u tip ta’ vettura li fuqha jkun intenzjonat li jiġi installat l-immobilizzatur.

3.3.

Vettura(vetturi) / komponent(komponenti) li jirrappreżenta(jirrappreżentaw) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu sottomess(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni.

4.   Approvazzjoni

4.1.

Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif iddefinit f’dan ir-Regolament.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3), u

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk it-tip ikun konformi ma’ approvazzjoni tat-tip skont Regolament tan-NU wieħed jew aktar anness mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin tal-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur jew fuqha.

4.8.

Fil-każ ta’ komponent approvat separatament bħala immobilizzatur, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mill-manifattur mal-element(i) ewlieni/ewlenin tal-apparat. Fil-każ ta’ komponent approvat bħala immobilizzatur skont dan ir-regolament u sistema ta’ allarm skont ir-Regolament tan-NU Nru 163 jew ir-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01, iż-żewġ marki tal-approvazzjoni għandhom jitwaħħlu mill-manifattur mal-element(i) ewlieni/ewlenin tal-apparat.

4.9.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

4.10.

Bħala alternattiva għall-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 4.4. ta’ hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat tal-konformità għal kull immobilizzatur offrut għall-bejgħ.

Meta manifattur ta’ immobilizzatur iforni immobilizzatur mingħajr marka approvat skont dan ir-Regolament lil manifattur ta’ vettura, sabiex jitwaħħal minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, suffiċjenti għal dak il-manifattur biex jikseb l-approvazzjoni tal-vettura ta’ dan ir-Regolament.

Jekk l-immobilizzatur ikun magħmul minn komponenti separati, il-komponent(i) ewlieni/ewlenin tiegħu għandu jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat tal-konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza.

Mudell taċ-ċertifikat tal-konformità huwa mogħti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

4.11.

Meta immobilizzatur, approvat skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01 bħala unità teknika separata, jiġi installat f’vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, it-testijiet li immobilizzatur jeħtieġ li jgħaddi minnhom sabiex jikseb l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ripetuti.

5.   Speċifikazzjonijiet

5.1.   Speċifikazzjonijiet Ġenerali

5.1.1.

Irid ikun possibbli li l-immobilizzatur jiġi ssettjat u li jitneħħielu l-issettjar f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.2.

Immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li kull vettura mgħammra tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi.

5.1.3.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna, ħlief meta:

(a)

Il-vettura tkun mgħammra jew maħsuba biex tiġi mgħammra għal skopijiet ta’ ambulanza, vettura għat-tifi tan-nar jew pulizija; jew

(b)

Il-magna tkun meħtieġa biex:

(i)

Tħaddem makkinarju li jkun jagħmel parti mill-vettura għal skopijiet differenti milli biex tinstaq il-vettura, jew immuntat fuqha; jew

(ii)

Iżżomm l-enerġija elettrika tal-batteriji tal-vettura f’livell meħtieġ sabiex jinstaq dak il-makkinarju jew l-apparat;

u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-ipparkjar applikat. Meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi indikat taħt l-entrata 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament).

5.1.4.

Ma għandux ikun possibbli tagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur.

5.1.5.

L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jkun installat ma jaffettwax ħażin il-funzjoni prevista u t-tħaddim sikur tal-vettura, anke fil-każ ta’ funzjonament ħażin.

5.1.6.

L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod, li meta jkun installat fuq vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma jistax isir ineffettiv jew jinqered malajr jew mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, pereżempju, bl-użu ta’ għodda rħisa li tista’ tinħeba faċilment u tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Is-sostituzzjoni jew ta’ komponent ewlieni jew ta’ assemblaġġ sabiex jiġi newtralizzat l-immobilizzatur għandha tkun diffiċli u tieħu ħafna ħin.

5.1.7.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jiġi installat kif speċifikat mill-manifattur ikun kapaċi li jiflaħ għall-ambjent ġewwa l-vettura għal tul ta’ ħajja raġonevoli (għall-ittestjar ara l-paragrafu 5.3). B’mod aktar partikolari, il-proprjetajiet elettriċi tas-sistema taċ-ċirkwiti abbord ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv miż-żieda tal-immobilizzatur (cross-sections tal-wajers, sikurezza tal-kuntatti, eċċ.)

5.1.8.

Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew jista’ jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna u sistemi ta’ allarm).

5.1.9.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura, ħlief fil-każ ta’ immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx ta’ brejkijiet bil-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku (4) u jiffunzjona b’mod li fi tħaddim normali, jew f’kundizzjonijiet ta’ falliment, ir-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU Nru 13 fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.

Il-konformità ma’ dan il-paragrafu ma teżentax lil immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx ta’ brejkijiet bil-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament.

5.1.10.

Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jaħdem b’tali mod li japplika l-brejkijiet tal-vettura.

5.2.   Speċifikazzjonijiet Partikolari

5.2.1.   Livell ta’ diżattivazzjoni

5.2.1.1.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jipprevjeni t-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess b’tal-inqas wieħed mill-mezzi li ġejjin:

5.2.1.1.1.

jiddiżattiva, fil-każ ta’ twaħħil wara l-bejgħ, jew vettura mgħammra b’magna diżil, tal-inqas żewġ ċirkwiti tal-vetturi separati li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess (eż. mutur biex tistartja, ignixin, provvista tal-fjuwil, brejkijiet bil-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku, eċċ.);

5.2.1.1.2.

interferenza minn kodiċi ta’ mill-inqas unità tal-kontroll waħda meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura.

5.2.1.2.

Immobilizzatur għat-twaħħil fuq vettura mgħammra b’konvertitur katalitiku ma għandux iwassal biex fjuwil mhux maħruq jidħol fl-egżost.

5.2.2.   Affidabbiltà tat-tħaddim

L-affidabbiltà tat-tħaddim għandha tinkiseb permezz ta’ disinn adatt tal-immobilizzatur, wara li jkunu tqiesu l-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi fil-vettura (ara l-paragrafi 5.1.8 u 5.3).

5.2.3.   Sikurezza tat-tħaddim

Għandu jiġi żgurat li l-immobilizzatur ma jbiddilx l-istat tiegħu (issettjat/mhux issettjat) bħala riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet tal-paragrafu 5.3.

5.2.4.   Issettjar tal-immobilizzatur

5.2.4.1.

L-immobilizzatur irid jiġi ssettjat mingħajr azzjoni supplimentari mis-sewwieq b’tal-inqas wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

Mad-dawran taċ-ċavetta tal-ignixin fil-pożizzjoni “0” fis-serratura tal-ignixin u l-attivazzjoni ta’ bieba; flimkien ma’ dan, l-immobilizzaturi li jintfew minnufih qabel jew matul il-proċedura tal-istartjar normali tal-vettura jistgħu jinxtegħlu malli jintefa l-ignixin;

(b)

Massimu ta’ minuta wara t-tneħħija taċ-ċavetta mis-serratura tal-ignixin.

5.2.4.2.

Jekk l-immobilizzatur jista’ jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna kif previst fil-paragrafu 5.1.3, l-immobilizzatur jista’ jiġi ssettjat ukoll billi tinfetaħ il-bieba tas-sewwieq u/jew billi l-utent awtorizzat iwettaq azzjoni apposta.

5.2.5.   Tneħħija tal-issettjar

5.2.5.1.

It-tneħħija tal-issettjar għandu jinkiseb bl-użu ta’ xi wieħed mill-mezzi li ġejjin jew b’kombinazzjoni tagħhom. Huma permessi apparati oħra b’livell ekwivalenti ta’ sigurtà li jagħtu riżultati ekwivalenti.

5.2.5.1.1.

Tastiera biex jiddaħħal kodiċi li jista’ jintgħażel individwalment li tal-inqas ikollha 10 000 varjant.

5.2.5.1.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. kontroll remot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu żmien minimu ta’ skennjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

5.2.5.1.3.

Jekk it-tneħħija tal-issettjar tista’ tinkiseb permezz ta’ kontroll mill-bogħod, l-immobilizzatur irid jerġa’ lura għall-kundizzjoni ta’ ssettjat fi żmien 5 minuti mit-tneħħija tal-issettjar jekk ma tkun ittieħdet ebda azzjoni supplimentari fuq iċ-ċirkwit tat-tqabbid.

5.2.6.   Displej tal-istatus

5.2.6.1.

Biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mhux issettjat, bidla minn issettjat għal mhux issettjat u viċi-versa), displejs ottiċi ġewwa u sinjali ottiċi barra l-kompartimenti tal-passiġġieri huma permessi. Kwalunkwe sinjal ottiku jew kwalunkwe użu ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl barra mill-kompartiment tal-passiġġieri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 48.

5.2.6.2.

Jekk tiġi pprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdil minn “issettjat” għal “mhux issettjat” u viċi versa, din għandha tkun ottika, skont il-paragrafu 5.2.6.1. Dik l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi ta’ direzzjoni u/jew il-lampa/i tal-kompartiment tal-passiġġieri, dment li t-tul ta’ żmien tal-indikazzjoni ottika bl-indikaturi tad-direzzjoni ma jaqbiżx it-3 sekondi.

5.3.   Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tat-test

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jiġu sottomessi għat-testijiet deskritti fl-Anness 6.

5.4.   Struzzjonijiet

(Il-paragrafi 5.4.1 sa 5.4.3 għall-iskopijiet ta’ installazzjoni wara l-bejgħ biss).

Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat bi:

5.4.1.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni.

5.4.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magna petrol u batteriji negative earth ta’ 12 V”.

5.4.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna.

5.4.1.3.

L-istruzzjonijiet dettaljati tal-istallazzjoni pprovduti mill-fornitur għandhom ikunu b’tali mod li meta jiġu segwiti korrettament minn installatur kompetenti, is-sikurezza u l-affidabbiltà tal-vettura ma jiġux affettwati.

5.4.1.4.

L-istruzzjonijiet forniti għall-installazzjoni għandhom jidentifikaw ir-rekwiżiti tal-enerġija elettrika tal-immobilizzatur u, fejn rilevanti, għandhom jipproponu li jitkabbar id-daqs tal-batterija.

5.4.1.5.

Il-fornitur għandu jipprovdi proċeduri għal wara l-installazzjoni għall-verifikar tal-vettura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-fatturi relatati mas-sikurezza.

5.4.2.

Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness 5.

5.4.3.

Dikjarazzjoni ġenerali lix-xerrej tal-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:

5.4.3.1.

L-immobilizzatur jenħtieġ li jiġi installat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur;

5.4.3.2.

L-għażla ta’ installatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-immobilizzatur jista’ jiġi kkuntattjat biex jindika installaturi xierqa);

5.4.3.3.

Iċ-ċertifikat tal-installazzjoni pprovdut mal-immobilizzatur jenħtieġ li jimtela mill-installatur.

5.4.4.

Struzzjonijiet għall-użu.

5.4.5.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

5.4.6.

Twissija ġenerali fir-rigward tal-perikli li jsiru xi alterazzjonijiet jew żidiet fuq l-immobilizzatur; dawk l-alterazzjonijiet u żidiet għandhom awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.4.2. ta’ hawn fuq.

6.   Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni

6.1.

Kull modifika ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat il-vettura jew it-tip ta’ komponent. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:

6.1.1.

Tqis li l-modifiki mwettqa mhux probabbli li jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-komponent jew il-vettura xorta jkunu konformi mar-rekwiżiti, jew

6.1.2.

Tesiġi rapport ieħor mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

6.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-alterazzjoni, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal kull formola ta’ komunikazzjoni mfassla għal estensjoni bħal din.

7.   Konformità tal-produzzjoni

7.1.

Il-proċeduri li jikkonċernaw il-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.2.

Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità;

7.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-metodi ta’ kontroll applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ tali spezzjonijiet għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

8.   Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq ma jintlaħqux.

8.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

9.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura/komponent approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

10.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

(1)  Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 — https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions

(2)  Huma kkunsidrati biss vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 12 volts.

(3)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.

(4)  Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament tan-NU Nru 13, kif emendat.

ANNESS 1A

Dokument ta’ informazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

F’konformità mal-paragrafu 5 tar-Regolament tan-NU Nru 162 dwar l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema ta’ immobilizzatur

1.   Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (b):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.5.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

2.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:…

2.2.

Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (Aqta’ barra dak li ma japplikax)

3.   Mixxellanji

3.1.

Immobilizzatur tal-vettura:…

3.1.1.

numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:…

3.1.1.1

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament tal-immobilizzatur installat kif muri fir-ritratti u/jew fid-disinji (fejn l-immobilizzatur huwa diġà approvat skont it-tip bħala unità teknika separata, tista’ ssir referenza għad-deskrizzjoni fi-punt 4.2 tad-dokument ta’ informazzjoni tal-manifattur tal-Immobilizzatur):…

3.1.2.

Għal immobilizzaturi li għadhom ma ġewx approvati

3.1.2.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:…

3.1.2.2.

Is-sistema/sistemi li fuqha/fuqhom jaġixxi l-immobilizzatur tal-vettura:…

3.1.2.3.

Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk applikabbli:…

ANNESS 1B

Dokument ta’ informazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

F’konformità mal-paragrafu 5 tar-Regolament Nru 162 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha (relatati mal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jew tal-unità teknika separata tan-NU ta’ sistema ta’ immobilizzatur).

1.   Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (1):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.5.

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni tan-NU:…

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

2.   Deskrizzjoni tal-apparat

2.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:…

2.2.

Is-sistema(i) tal-vettura li fuqha/fuqhom jaħdem l-immobilizzatur tal-vettura:…

2.3.

Metodu ta’ ssettjar/tneħħija tal-issettjar tal-apparat:…

2.4.

Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk applikabbli:…

2.5.

Lista ta’ komponenti ewlenin li jagħmlu parti mill-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:…

3.   Disinji

3.1.

Disinji tal-komponenti ewlenin tal-apparat (id-disinji jridu juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU):…

4.   Struzzjonijiet

4.1.

Lista ta’ vetturi li fuqhom l-apparat huwa maħsub li jitwaħħal:…

4.2.

Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni muri permezz ta’ ritratti u/jew disinji:…

4.3.

Struzzjonijiet għall-użu:…

4.4.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm:…

4.5.

Impuls tat-test 5a/5b skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-2:2004: applikat / mhux applikat…

(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

ANNESS 2A

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 4
 (1)

maħruġa minn

:

Isem l-amministrazzjoni:

……

……

……

Li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 162

Nru tal-Approvazzjoni…

TAQSIMA I

1.

Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (2)/(a):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Kategorija ta’ vettura (b):…

1.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.6.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.7.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:…

3.

Data tar-rapport tat-test:…

4.

Numru tar-rapport tat-test:…

5.

Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-addendum

6.

Post:…

7.

Data:…

8.

Firma:…

9.

L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż:…

(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU Nru …

Dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tar-Regolament Nru 162

1.   

Informazzjoni addizzjonali:…

1.1.   

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:…

2.   

Kummenti:…

Noti għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni/formola ta’ komunikazzjoni:

(a)

Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, it-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(b)

Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.

ANNESS 2B

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 5
 (1)

maħruġa minn

:

Isem l-amministrazzjoni:

……

……

……

Li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ komponent jew unità teknika separata bħala immobilizzatur skont ir-Regolament tan-NU Nru 162

Nru tal-Approvazzjoni…

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

1.

Ġenerali…

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (a):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:…

1.4.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.5.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:…

3.

Data tar-rapport tat-test:…

4.

Numru tar-rapport tat-test:…

5.

Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-addendum

6.

Post:…

7.

Data:…

8.

Firma:…

9.

L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż.

(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolamenti).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur fir-rigward tar-Regolament Nru 162

1.   

Informazzjoni addizzjonali:…

1.1.   

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:…

1.2.   

Lista ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal:…

1.3.   

Tipi ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur kien ittestjat:…

1.4.   

Lista tal-komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jinkludu l-immobilizzatur:…

2.   

Kummenti:…

Noti għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni/formola ta’ komunikazzjoni:

(a)

Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

ANNESS 3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Illustrazzjoni 1

(ara l-paragrafu 4.2 ta’ dan ir-Regolament)

Image 6

a = 8 mm min

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tidher fl-illustrazzjoni 1 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 162 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 162 fil-forma oriġinali tiegħu.

ANNESS 4

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità

Jiena s-sottoskritt…

(kunjom u isem)

Niċċertifika li l-immobilizzatur tal-vettura deskritt hawn taħt:

Għamla:…

Tip:…

huwa konformi kompletament mat-tip approvat

fi…

nhar…

(post tal-approvazzjoni)

(data)

kif deskritt fil-formola ta’ komunikazzjoni li għandha l-approvazzjoni Nru…

Identifikazzjoni tal-komponent(i) ewlieni/ewlenin:

Komponent:…

Immarkar:…

Magħmul fi:…

nhar:…

Indirizz sħiħ u timbru tal-manifattur:…

Firma:…(jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni).

ANNESS 5

Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni

Jiena s-sottoskritt … installatur professjonali, niċċertifika li l-installazzjoni tal-immobilizzatur deskritt hawn taħt twettqet minni stess skont l-istruzzjonijiet ta’ mmuntar pprovduti mill-manifattur tas-sistema.

Deskrizzjoni tal-vettura

Għamla:…

Tip:…

Numru tas-serje:…

Numru tar-reġistrazzjoni:…

Deskrizzjoni tal-immobilizzatur

Għamla:…

Tip:…

Numru tal-approvazzjoni:…

Magħmul fi:…nhar:…

Indirizz sħiħ u timbru tal-installatur:…

……

……

Firma: … (jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni)

ANNESS 6

Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għal immobilizzatur

1.   Parametri tat-tħaddim

Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt ma japplikawx għal:

(a)

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk ikun hemm imwaħħal immobilizzatur kif ukoll jekk le (eż. lampi, sistema ta’ allarm, apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat permezz ta’ sistema tal-illokkjar); jew

(b)

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja.

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jaħdmu mingħajr falliment taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.1.   Il-kundizzjonijiet klimatiċi

Żewġ klassijiet ta’ temperaturi ambjentali huma definiti kif ġej:

(a)

– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagoll,

(b)

– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

1.2.   Grad ta’ protezzjoni għall-installazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti l-gradi ta’ protezzjoni li ġejjin f’konformità mal-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989:

(a)

IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri,

(b)

IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ roadsters/konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jistgħu jiċċaqilqu jekk il-post tal-installazzjoni jirrikjedi grad ogħla ta’ protezzjoni mill-IP 40,

(c)

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kull restrizzjoni fuq l-ippożizzjonar ta’ xi parti tal-installazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.

1.3.   Reżistenza għat-temp

7 ijiem skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980.

1.4.   Kundizzjonijiet elettriċi

Vultaġġ tal-provvista attribwit: 12 V

Medda tal-vultaġġ tal-provvista tat-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperaturi skont il-paragrafu 1.1.1.

Perjodi massimi ta’ vultaġġ eċċessiv fi 23 °C:

U = 18 V, mass. siegħa

U = 24 V, mass. minuta

2.   Kundizzjonijiet tat-test

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test, jistgħu jintużaw kampjuni oħrajn jekk dan ma jitqiesx li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.

2.1.   Kundizzjonijiet normali tat-test

Vultaġġ U = (12 ± 0,2) V

Temperatura T = (23 ± 5) °C

3.   Test tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 3.2 sa 3.9 ta’ dan ir-Regolament.

3.1.   Mat-tlestija tat-testijiet kollha speċifikati hawn taħt, l-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet normali tat-test speċifikati fil-paragrafu 2.1 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi vverifikat jekk jibqax jiffunzjona normali. Fejn meħtieġ, il-fjusis jistgħu jiġu sostitwiti qabel it-test.

Jekk uħud mit-testijiet mitluba f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet ta’ tħaddim jitwettqu f’serje fuq immobilizzatur wieħed, it-test ta’ tħaddim jista’ jsir biss darba wara li t-testijiet magħżula jkunu tlestew minflok ma jsiru t-testijiet ta’ tħaddim mitluba f’dawn il-paragrafi wara kull wieħed mit-testijiet magħżula. Il-manifatturi tal-vettura u l-fornituri għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fuq proċeduri mhux akkumulati.

3.2.   Reżistenza għat-temperatura u bidliet fil-vultaġġ

Għandha tiġi vverifikata wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-paragrafu 3.1. fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.2.1.

It-temperatura tat-test

T (– 40 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (9 ± 0,2) V

Id-durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.2.

Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji:

It-temperatura tat-test

T = (+ 85 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Id-durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.3.

Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

It-temperatura tat-test

T = (+ 125 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

U = (15 ± 0,2) V

Id-durata tal-ħżin

4 sigħat

3.2.4.

L-immobilizzatur, kemm fl-istat issettjat kif ukoll fl-istat mhux issettjat, għandu jiġi sottomess għal vultaġġ żejjed ugwali għal (18 ± 0,2) V għal siegħa.

3.2.5.

L-immobilizzatur, kemm fl-istat issettjat kif ukoll fl-istat mhux issettjat, għandu jiġi sottomess għal vultaġġ żejjed ugwali għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

3.3.   Tħaddim sikur wara l-ittestjar tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma

Wara t-test tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989, għall-gradi ta’ protezzjoni bħal fil-paragrafu 1.1.2, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

Approvazzjoni tat-Tip ta’ immobilizzatur li għandu jiġi approvat skont it-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1b), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għall-immobilizzatur (f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ immobilizzatur

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness 1a tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-immobilizzatur minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ immobilizzatur li t-tip tiegħu huwa approvat bħala unità teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness 1a tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-immobilizzatur fejn il-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti huma ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1a tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

3.4.   Tħaddim sikur wara t-test għal ilma kondensat

Wara test tar-reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

3.5.   Test għas-sikurezza kontra polarità inversa

L-immobilizzatur u l-komponenti tiegħu ma għandhomx jiġu distrutti minn polarità inversa sa 13 V matul żewġ minuti. Wara dan it-test, it-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1. għandhom jiġu ripetuti bil-fjusis mibdula, jekk meħtieġ.

3.6.   Test għas-sikurezza minn short-circuits

Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tal-immobilizzatur iridu jkunu protetti minn short-circuits mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus. Wara dan it-test, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1, bil-fjusis mibdula jekk ikun meħtieġ.

3.7.   Konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata

Il-konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata mogħtija fil-paragrafu 2.1 ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-immobilizzatur inkluż id-displej tal-istatus.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

Approvazzjoni tat-Tip ta’ immobilizzatur li għandu jiġi approvat skont it-tip bħala unità teknika separata

F’dan il-każ, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għall-immobilizzatur (f’konformità mal-paragrafu 7. ta’ dan ir-regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ immobilizzatur

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-immobilizzatur minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ immobilizzatur li t-tip tiegħu huwa approvat bħala unità teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-immobilizzatur meta l-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti jkunu ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1a tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

3.8.   Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni

3.8.1.

Għal dan it-test, il-komponenti huma suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura,

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitqabbdu mal-magna.

3.8.2.

Il-komponenti/l-immobilizzatur għandhom jiġu sottomessi għal modalità ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tagħha huma kif ġej:

3.8.2.1.

Għat-Tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz sa 500 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 5 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 3 g (0-peak).

3.8.2.2.

Għat-Tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz sa 300 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 2 mm u b’aċċellerazzjoni massima ta’ 15 g (0-peak).

3.8.2.3.

Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2

Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta.

In-numru ta’ ċikli huwa ta’ 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-3 assi.

Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’amplitudni kostanti massima u f’aċċellerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għoljin.

3.8.3.

Matul it-test l-immobilizzatur għandu jkun imqabbad elettrikament u l-kejbil għandu jkollu appoġġ wara 200 mm.

3.8.4.

Wara t-test tal-vibrazzjoni, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.

3.9.   Kompatibbiltà elettromanjetika

L-immobilizzatur għandu jiġi sottomess għat-testijiet deskritti fl-Anness 7.

ANNESS 7

Kompatibbiltà elettromanjetika

1.   Immunità kontra disturbi kondotti tul il-linji ta’ provvista

1.1

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 10 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

1.2.

L-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fi stat mhux issettjat u fi stat issettjat

2.   Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

2.1.

L-ittestjar tal-immunità ta’ immobilizzatur f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u l-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi jew l-Anness 9 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA)

2.2.

L-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim u bil-kriterji ta’ falliment kif iddefiniti fit-Tabella 1

Tabella 1

Kundizzjonijiet tat-tħaddim u kriterji ta’ falliment għall-immobilizzatur

Tip ta’ test

Kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-immobilizzatur

Kriterji ta’ falliment

Test bil-vettura

Immobilizzatur fi stat mhux issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew Vettura b’50 km/siegħa (1)

Attivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

Immobilizzatur fi stat issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MITFIJA

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

Immobilizzatur fi stat issettjat

Vettura fil-modalità ta’ ċċarġjar (jekk applikabbli)

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

Test tal-ESA

Immobilizzatur fi stat mhux issettjat

Attivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

Immobilizzatur fi stat issettjat

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

3.   Disturb elettriku minn skariki elettrostatiċi

3.1.

L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-Istandard tal-ISO 10605:2008/AMD 1:2014 bl-użu tal-livelli tas-severità tat-test mit-Tabella 2.

3.2.

It-testijiet tal-ESD għandhom jitwettqu jew fil-livell tal-vettura jew fil-livell tas-Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Tabella 2

Livelli ta’ ttestjar tal-ESD

Tip ta’ skariku

Punti ta’ skariku

Stat tal-immobilizzatur

Network ta’ skariku

Livell tat-Test

Kriterji ta’ falliment

Skariku tal-arja

Punti li jistgħu jiġu aċċessati faċilment biss min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura

Immobilizzatur fi stat mhux issettjat

(jekk it-test jitwettaq fuq il-vettura, allura din tal-aħħar għandha tkun biċ-Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew b’50 km/siegħa jew bil-magna f’modalità idle)

330 pF, 2 kΩ

± 6 kV

Attivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur

Punti li jistgħu jintmessu faċilment biss minn barra tal-vettura

Immobilizzatur fi stat issettjat

(jekk it-test isir fuq il-vettura, allura l-vettura għandha tissakkar u ċ-Ċavetta għandha tkun f’pożizzjoni MITFIJA)

150 pF, 2 kΩ

± 15 kV

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-immobilizzatur mingħajr attivazzjoni mill-ġdid, fi żmien sekonda, wara kull skariku

Kull test għandu jitwettaq bi 3 skariki b’intervall minimu ta’ 5 sekondi bejn kull skariku.

4.   Emissjonijiet irradjati

4.1.

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 04 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

4.2.

L-immobilizzatur għandu jkun fi stat issettjat.

(1)  Dan it-test jista’ jkun kopert mir-Regolament tan-NU Nru 10, modalità 50 km/siegħa.

30.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 470/48

It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Ir-Regolament tan-NU Nru 163 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tal-vetturi tagħha [2021/2276]

Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021

Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2021/50.

WERREJ

Regolament

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

Parti I - Approvazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm tal-vetturi

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet partikolari

7.

Parametri ta’ tħaddim u kundizzjonijiet tat-test

8.

Struzzjonijiet

Parti II - Approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha

9.

Definizzjonijiet

10.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

11.

Speċifikazzjonijiet partikolari

12.

Kundizzjonijiet tat-test

13.

Struzzjonijiet

14.

Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

15.

Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni

16.

Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni

17.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

18.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Annessi

1

Dokument ta’ informazzjoni

2

Komunikazzjoni

3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

4

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità

5

Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni

6

Speċifikazzjonijiet għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta

7

Kompatibbiltà elettromanjetika

8

Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

Approvazzjoni ta’

(a)

Sistemi ta’ allarm tal-vetturi “jekk ikunu mwaħħla” primarjament dedikati għal vetturi tal-kategorija M1 u vetturi tal-kategorija N1 (1) b’massa massima ta’ mhux aktar minn żewġ tunnellati, u

(b)

Vetturi tal-kategorija M1 u vetturi tal-kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux aktar minn żewġ tunnellati fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tal-vetturi mwaħħla. (2)

1.2.

Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lis-Sistemi ta’ Allarm tal-Vetturi għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi.

1.3.

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-frekwenzi tat-trażmissjoni bir-radju, kemm jekk relatati mal-protezzjoni tal-vetturi minn użu mhux awtorizzat kif ukoll jekk le.

2.   Definizzjonijiet

2.1.

Komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun ta’ tip approvat indipendentement minn vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

2.2.

Unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun tip approvat separatament, iżda biss f’rabta ma’ tip wieħed speċifiku jew aktar ta’ vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan.

2.3.

Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huwa responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Ma huwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.4.

Sistema ta’ allarm tal-vetturi (VAS)” tfisser sistema maħsuba għall-installazzjoni fuq tip(i) ta’ vettura/i, iddisinjata biex tindika d-dħul mhux awtorizzat f’vettura jew l-interferenza magħha; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali mill-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

2.5.

Sensur” tfisser apparat li jħoss bidla li tista’ tkun ikkawżata minn dħul mhux awtorizzat f’vettura jew l-interferenza magħha.

2.6.

Apparat ta’ twissija” tfisser apparat li jindika li kien hemm dħul mhux awtorizzat jew interferenza.

2.7.

Tagħmir ta’ kontroll” tfisser it-tagħmir meħtieġ għall-issettjar, għat-tneħħija tal-issettjar jew għall-ittestjar ta’ VAS u għall-bgħit ta’ kundizzjoni ta’ allarm lill-apparati ta’ twissija.

2.8.

Stat issettjat” tfisser l-istat ta’ VAS li fih tista’ tintbagħat kundizzjoni ta’ allarm lill-apparati ta’ twissija.

2.9.

Stat mhux issettjat” tfisser l-istat ta’ VAS li fih kundizzjoni ta’ allarm ma tistax tiġi trażmessa lill-apparati ta’ twissija.

2.10.

Ċavetta” tfisser kull apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema tal-illokkjar, li hija ddisinjata u mibnija biex titħaddem biss b’dak l-apparat.

2.11.

Tip ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti importanti bħal:

(a)

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

It-tip ta’ sensur;

(c)

It-tip ta’ apparat ta’ twissija;

(d)

It-tip ta’ tagħmir ta’ kontroll.

2.12.

Approvazzjoni ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ VAS fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5., 6., u 7. ta’ hawn taħt.

2.13.

Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jipprevjeni lill-vettura milli tinstaq bl-enerġija tagħha stess.

2.14.

Allarm ta’ paniku” tfisser apparat li jippermetti lil persuna tuża allarm, installat fuq il-vettura, biex tintalab għajnuna f’każ ta’ emerġenza.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata b’dokument ta’ informazzjoni f’konformità mal-mudell muri fl-Anness 1, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-VAS u l-metodu/metodi tal-installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha jkun intenzjonat li tiġi installata l-VAS.

3.3.

Vettura(vetturi)/komponent(komponenti) li jirrappreżenta(jirrappreżentaw) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu sottomess(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni.

4.   Approvazzjoni

4.1.

Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip.

4.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif iddefinit f’dan ir-Regolament.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali, b’mod ċar u f’post aċċessibbli faċilment speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, li tikkonsisti minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, (3) u

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk it-tip ikun konformi ma’ approvazzjoni tat-tip skont Regolament tan-NU wieħed jew aktar anness mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma hemmx għalfejn li jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin tal-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur jew fuqha.

4.8.

Fil-każ ta’ komponent approvat separatament bħala sistema ta’ allarm, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mill-manifattur mal-element(i) ewlieni/ewlenin tal-apparat.

4.9.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

4.10.

Bħala alternattiva għall-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 4.4. ta’ hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ konformità għal kull VAS offruta għall-bejgħ.

4.10.1.

Meta manifattur ta’ VAS iforni VAS mingħajr marka approvata skont dan ir-Regolament lil manifattur ta’ vettura, sabiex titwaħħal minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tal-VAS għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat ta’ konformità lill-manifattur tal-vettura, suffiċjenti għal dak il-manifattur biex jikseb l-approvazzjoni tal-vettura ta’ dan ir-Regolament.

4.10.2.

Jekk il-VAS tkun magħmula minn komponenti separati, il-komponent(i) ewlieni/ewlenin tagħha għandu jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jipprovdi lista ta’ tali marki ta’ referenza.

4.10.3.

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità huwa mogħti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

Parti I - Approvazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm tal-vetturi

5.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.1.

Il-VAS għandha, fil-każ ta’ dħul mhux awtorizzat f’vettura jew interferenza magħha, tipprovdi sinjal ta’ allarm. Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jista’ jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparati ta’ twissija ottika, jew ikun allarm bir-radju jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn.

5.2.

Il-VASs għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li meta l-vettura tkun mgħammra bihom, din tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, speċjalment fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC).

5.3.

L-installazzjoni ta’ VAS f’vettura ma għandhiex tkun kapaċi tinfluwenza l-prestazzjoni tal-vettura fl-istat mhux issettjat), jew is-sikurezza tat-tħaddim tagħha.

5.4.

Il-VAS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jattivaw bi żball, b’mod partikolari waqt li l-vettura tkun fil-modalità tagħha ta’ tħaddim.

5.5.

Falliment tal-VAS, jew falliment fil-provvista elettrika tagħha ma għandux jaffettwa s-sikurezza tat-tħaddim tal-vettura.

5.6.

Il-VAS, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew li jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. bl-użu ta’ għodod, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

5.7.

Il-mezzi tal-issettjar u t-tneħħija tal-issettjar tal-VAS għandhom ikunu iddisinjati b’tali mod li ma jinvalidax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-konnessjonijiet elettriċi ma’ komponenti koperti mill-Parti II ta’ dan ir-Regolament huma permessi.

5.8.

Is-sistema għandha tkun irranġata b’mod li l-ixxortjar ta’ kwalunkwe ċirkwit tas-sinjal ta’ twissija ma jirrendi inoperattiv l-ebda aspett tas-sistema ta’ allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jkun ixxortjat.

5.9.

VAS tista’ tinkludi immobilizzatur li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 162 (Immobilizzaturi) jew tar-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01.

6.   Speċifikazzjonijiet partikolari

6.1.   Medda ta’ protezzjoni

6.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Il-VAS għandha tal-inqas tidentifika u tissenjala l-ftuħ ta’ xi bieba tal-vettura, il-bieba tal-magna u l-kompartiment tal-bagoll. Il-falliment jew it-tifi ta’ sorsi tad-dawl, eż. id-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux idgħajjef l-operazzjoni ta’ kontroll.

Sensuri effiċjenti oħrajn għall-informazzjoni/wiri, eż.:

(a)

Ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi, tkissir ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ; jew

(b)

Ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, eż. sensur tal-inklinazzjoni

huma permessi, filwaqt li jitqiesu l-miżuri biex jiġi pprevenut kwalunkwe daqq bla bżonn tal-allarm (= allarm falz, ara l-paragrafu 6.1.2. ta’ hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensuri addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anke wara li jseħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ tkissir ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (eż. riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensuri msemmija hawn fuq, għandu jiġi attivat mhux aktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tal-VAS.

F’dan il-każ, il-perjodu tal-attivazzjoni għandu jiġi limitat bit-tneħħija tal-issettjar awtorizzat tas-sistema b’riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensuri addizzjonali, eż. il-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniċi, infraħomor) jew is-sensur tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati b’mod intenzjonali. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni separata deliberata kull darba qabel ma l-VAS tiġi ssettjata. Ma għandux ikun possibbli li s-sensuri jiġu diżattivati waqt li s-sistema ta’ allarm tkun fl-istat issettjat tagħha.

6.1.2.   Sikurezza kontra allarm falz

6.1.2.1.

Permezz ta’ miżuri adegwati, eż.

(a)

Id-diżinn mekkaniku u d-diżinn taċ-ċirkwit elettriku skont kundizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi bil-mutur;

(b)

L-għażla u l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ tħaddim u ta’ kontroll għas-sistema ta’ allarm u l-komponenti tagħha;

Għandu jiġi assigurat li l-VAS kemm fil-kundizzjonijiet tagħha bħala ssettjata u mhux issettjata, ma tistax tikkawża li s-sinjal ta’ allarm idoqq bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

Impatt fuq il-vettura: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.13.;

(b)

Kompatibbiltà elettromanjetika: it-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.2.12.;

(c)

Tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija permezz ta’ skariku kontinwu: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.14.;

(d)

Allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.15.

6.1.2.2.

Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ data teknika, li s-sikurezza kontra allarm falz ġiet żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jirrikjedix uħud mit-testijiet imsemmija hawn fuq.

6.2.   Allarm akustiku

6.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ b’mod ċar u jintgħaraf u għandu jkun differenti b’mod sinifikanti minn sinjali akustiċi oħra li jintużaw fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, jista’ jitwaħħal ukoll strument ta’ twissija akustika separat fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mill-VAS, fejn dan għandu jkun protett mill-aċċess faċli u malajr mill-persuni.

Jekk jintuża apparat ta’ twissija akustika separat skont il-paragrafu 6.2.3.1. ta’ hawn taħt, l-apparat ta’ twissija akustika standard tat-tagħmir oriġinali jista’ jiġi attivat ukoll mill-VAS, dment li kwalunkwe tbagħbis mal-apparat ta’ twissija akustika standard (ġeneralment aċċessibbli iżjed faċilment) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat ta’ twissija akustika addizzjonali.

6.2.2.   Durata tas-sinjal akustiku

Minimu: 25 s

Massimu: 30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jindaqq biss wara l-interferenza li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi hawn fuq (Restrizzjonijiet: ara l-paragrafi 6.1.1. u 6.1.2. ta’ hawn fuq).

It-tneħħija tal-issettjar tas-sistema ta’ allarm għandha taqta’ s-sinjal immedjatament.

6.2.3.   Speċifikazzjonijiet dwar is-sinjal akustiku

6.2.3.1.

Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiku, eċċ., data skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza tal-attivazzjoni (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.2.3.2.

Apparat li jipproduċi sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustiku, eċċ., data skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ugwali ta’ medda ta’ frekwenzi sinifikanti fil-medda msemmija hawn fuq (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ (2 ± 1) Hz

6.2.3.3.

Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(a)

Apparat ta’ twissija akustiku approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I;

(b)

Jew strument li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I, il-paragrafi 6.1. u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors tal-ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel bil-kundizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I.

6.3.   Allarm ottiku - jekk imwaħħal

6.3.1.   Ġenerali

F’każ ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura jew interferenza magħha, l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fil-paragrafi 6.3.2. u 6.3.3. ta’ hawn taħt.

6.3.2.   Durata tas-sinjal ottiku

Id-durata ta-sinjal ottiku għandha tkun bejn 25 s u 5 minuti wara li l-allarm ikun ġie attivat. It-tneħħija tal-issettjar tas-sistema ta’ allarm għandha twaqqaf is-sinjal immedjatament.

6.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

Dwal jixegħlu u jitfu tal-indikaturi kollha tad-direzzjoni u/jew id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, inklużi l-lampi kollha fl-istess ċirkwit elettriku.

Frekwenza tal-attivazzjoni: (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, huma permessi sinjali asinkroniċi wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.4.   Allarm bir-radju (pager) - jekk imwaħħal

Il-VAS tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm bi trażmissjoni tar-radju.

6.5.   Illokkjar bl-issettjar tas-sistema ta’ allarm

6.5.1.

Meta l-magna tkun fil-modalità tagħha ta’ tħaddim, l-issettjar apposta jew bi żball tas-sistema ta’ allarm għandu jkun impossibbli.

6.6.   Issettjar u tneħħija tal-issettjar tal-VAS

6.6.1.   Issettjar

Kull mezz adatt ta’ ssettjar tal-VAS huwa permess, dment li dak il-mezz ma jikkawżax allarmi foloz bi żball.

6.6.2.   Tneħħija tal-issettjar

It-tneħħija tal-issettjar tal-VAS għandu jinkiseb b’apparat wieħed jew b’kombinazzjoni tal-apparati li ġejjin. Huma permessi apparati oħra li jagħtu prestazzjoni ekwivalenti.

6.6.2.1.

Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi akkoppjata ma’ sistema ċentralizzata għall-illokkjar tal-vettura li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, imħaddma minn barra.

6.6.2.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. remot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu żmien minimu ta’ skannjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

6.6.2.3.

Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/dħul.

6.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat li jixgħel għall-issettjar tal-VAS ikun imwaħħal f’żona protetta, għandu jiġi pprovdut dewmien għall-ħruġ. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li jkun tħaddem is-swiċċ. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jadatta għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operatur.

6.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tneħħija tal-issettjar tal-VAS ikun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jkun hemm dewmien minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda qabel ma jiġu attivati s-sinjali akustiċi u ottiċi. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jadatta għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operatur.

6.9.   Wiri tal-istatus

6.9.1.

Biex jipprovdu informazzjoni dwar l-istatus tal-VAS (issettjat, mhux issettjat, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, modalità attivata tal-allarm), wirjiet ottiċi ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri huma permessi. Kwalunkwe sinjal ottiku jew kwalunkwe użu ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl barra mill-kompartiment tal-passiġġieri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 48.

6.9.2.

Jekk tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” għal żmien qasir bħal bidliet minn “issettjat” għal “mhux issettjat” u viċe versa, din għandha tkun ottika skont il-paragrafu 6.9.1. Dik l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi ta’ direzzjoni u/jew il-lamp(i) tal-kompartiment tal-passiġġieri, dment li d-durata tal-indikazzjoni ottika bl-indikaturi tad-direzzjoni ma taqbiżx it-3 sekondi.

6.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-elettriku għall-VAS għandu jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija rikarikabbli. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija rikarikabbli jew mhux rikarikabbli addizzjonali. Dawn il-batteriji bl-ebda mod ma għandhom ifornu elettriku għal partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

6.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

6.11.1.   Indikazzjoni awtomatika ta’ falliment b’awtokontroll

Malli tiġi ssettjata l-VAS, sitwazzjonijiet irregolari, eż. ftuħ tal-bibien, eċċ., jistgħu jiġu identifikati minn funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal-plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

6.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew tar-radju huwa permess indipendentement mill-istat (issettjat jew mhux issettjat) u/jew il-funzjoni tal-VAS. Dak l-allarm għandu jiġi attivat minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjat jew mhux issettjat) tal-VAS. Għandu jkun possibbli wkoll li l-utent tal-vettura jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku,id-durata tiegħu tal-ħoss għal kull attivazzjoni ma għandiex tkun ristretta. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun qed taħdem.

7.   Parametri ta’ tħaddim u kundizzjonijiet tat-test

7.1.   Parametri ta’ tħaddim

Il-komponenti kollha tal-VAS għandhom joperaw mingħajr falliment fil-kundizzjonijiet li ġejjin.

7.1.1.   Il-kundizzjonijiet klimatiċi

Żewġ klassijiet ta’ temperaturi ambjentali huma definiti kif ġej:

(a)

– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier jew tal-bagoll;

(b)

– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

7.1.2.   Grad ta’ protezzjoni għall-installazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti l-livelli segwenti ta’ protezzjoni f’konformità mal-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989:

(a)

IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri;

(b)

IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ roadsters/konvertibbli u karozzi b’panewijiet tas-saqaf li jistgħu jinqalgħu jekk il-post tal-installazzjoni tirrikjedi grad ogħla ta’ protezzjoni mill-IP 40;

(c)

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tal-VAS għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kull restrizzjoni fuq l-ippożizzjonar ta’ xi parti tal-installazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.

7.1.3.   Resistenza għat-temp

7 ijiem skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980.

7.1.4.   Kundizzjonijiet elettriċi

Stima tal-forniment ta’ vultaġġ: 12 V

Medda tal-vultaġġ tal-provvista tat-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperaturi skont il-paragrafu 7.1.1.

Limiti ta’ żmien għal eċċessi ta’ vultaġġ fi 23 °C:

U = 18 V, mass. siegħa

U = 24 V, mass. minuta

7.2.   Kundizzjonijiet tat-test

7.2.1.   Testijiet ta’ tħaddim

Għat-testijiet tat-tħaddim meħtieġa skont il-paragrafi 7.2.3., 7.2.4., 7.2.5., 7.2.6. u 7.2.8.4., jekk uħud mit-testijiet mitluba f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet ta’ tħaddim jitwettqu f’serje fuq VAS waħda, it-test ta’ tħaddim jista’ jsir biss darba wara li t-testijiet magħżula jkunu tlestew minflok ma jsiru t-testijiet ta’ tħaddim mitluba f’dawn il-paragrafi wara kull wieħed mit-testijiet magħżula. Il-manifatturi tal-vettura u l-fornituri għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fuq proċeduri mhux akkumulati.

7.2.1.1.

Il-konformità tal-VAS mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin għandha tiġi vverifikata:

Id-durata tal-allarm skont il-paragrafi 6.2.2. u 6.3.2.;

Il-frekwenza u r-relazzjoni mixgħul/mitfi skont il-paragrafi 6.3.3. u 6.2.3.1. jew 6.2.3.2. rispettivament;

In-numru ta’ ċikli ta’ allarm skont il-paragrafu 6.1.1., jekk applikabbli;

Kontroll tal-illokkjar bl-issettjar tas-sistema ta’ allarm skont il-paragrafu 6.5.

7.2.1.2.

Kundizzjonijiet normali tat-test

Vultaġġ: U = (12 ± 0,2) V

Temperatura: T = (23 ± 5) °C

7.2.2.   Resistenza għat-temperatura u bidliet fil-vultaġġ

Għandha tiġi vverifikata wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-paragrafu 7.2.1.1. fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

7.2.2.1.

It-temperatura tat-test

:

T (– 40 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

:

U = (9 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

:

4 sigħat

7.2.2.2.

Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji:

It-temperatura tat-test

:

T = (+ 85 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

:

U = (15 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

:

4 sigħat

7.2.2.3.

Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

It-temperatura tat-test

:

T = (+ 125 ± 2) °C

Vultaġġ tat-test

:

U = (15 ± 0,2) V

Durata tal-ħżin

:

4 sigħat

7.2.2.4.

Il-VAS, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mhux issettjat, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (18 ± 0,2) V għal siegħa.

7.2.2.5.

Il-VAS, kemm fl-istat issettjat kif ukoll fl-istat mhux issettjat, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

7.2.3.   Tħaddim sikur wara l-ittestjar tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma

Wara t-test tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989, għal-livelli ta’ protezzjoni bħal fil-paragrafu 7.1.2., għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ VAS li t-tip tagħha jrid jiġi approvat bħala unità teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-VAS għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1b), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għall-VAS (f’konformità mal-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament); u

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1. tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom il-VAS hija maħsuba li titwaħħal u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ AS

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 4.5. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-AS minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati;

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ VAS li t-tip tagħha huwa approvat bħala unita teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 4.5. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-VAS fejn il-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti huma ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 4.5. tal-Anness 2 diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

7.2.4.   Tħaddim sikur wara t-test għal ilma kondensat

Wara test tar-reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

7.2.5.   Test għas-sikurezza kontra polarità maqluba

Il-VAS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jinqerdu minn polarità maqluba sa 13 V matul żewġ minuti. Wara dan it-test, it-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1. għandhom jiġu ripetuti bil-fjusis mibdula, jekk meħtieġ.

7.2.6.   Test għas-sikurezza kontra ċirkwiti korti

Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tal-VAS għandhom ikunu protetti minn xort fiċ-ċirkwit mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus. Wara dan it-test, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1., bil-fjusis mibdula jekk ikun meħtieġ.

7.2.7.   Konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata

Il-konsum tal-elettriku fil-kundizzjoni ssettjata mogħtija fil-paragrafu 7.2.1.2. ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-allarm inkluż il-wiri tal-istat.

Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ VAS li t-tip tagħha għandu jiġi approvat bħala unità teknika separata;

F’dan il-każ, il-manifattur tal-VAS għandu:

(i)

Jispeċifika fil-punt 4.5. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1b), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għall-VAS (f’konformità mal-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament);

(ii)

Jispeċifika fil-punt 4.1. tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li fuqhom il-VAS hija maħsuba li titwaħħal u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ installazzjoni fil-punt 4.2; u

(iii)

Jagħti prova li r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ma nqabżux billi jippreżenta dokumenti relatati.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ AS

F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 4.3.1.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-AS minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati;

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ VAS li t-tip tagħha huwa approvat bħala unita teknika separata.

F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 4.3.1.1. tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-VAS fejn il-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti huma ssodisfati.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 4.3.1.1. tal-Anness 2 diġà tkun tressqet għall-approvazzjoni ta’ unità teknika separata.

7.2.8.   Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni

7.2.8.1.

Għal dan it-test, il-komponenti huma suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura,

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitqabbdu mal-magna.

7.2.8.2.

Il-komponenti/il-VAS għandhom jiġu sottomessi għal mod ta’ vibrazzjoni sinusodali li l-karatteristiċi tiegħu huma kif ġej:

7.2.8.2.1.

Għat-tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz sa 500 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 5 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 3 g (0-peak).

7.2.8.2.2.

Għat-tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz sa 300 Hz b’amplitudini massima ta’ ± 2 mm u aċċellerazzjoni massima ta’ 15 g (0-peak).

7.2.8.2.3.

Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2

Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta.

In-numru ta’ ċikli huwa 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-3 assi.

Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’amplitudni kostanti massima u f’aċċellerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għolja.

7.2.8.3.

Matul it-test, il-VAS għandha tkun imqabbda elettrikament u l-kejbil għandu jkollu appoġġ wara 200 mm.

7.2.8.4.

Wara t-test tal-vibrazzjoni, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 7.2.1.

7.2.9.   Test tad-durabbiltà

Fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fil-paragrafu 7.2.1.2., jingħata bidu għal 300 ċiklu sħiħ ta’ allarm (akustiċi u/jew ottiċi) b’ħin ta’ mistrieħ tal-apparat akustiku ta’ 5 minuti.

7.2.10.   Testijiet għal swiċċ biċ-ċavetta esterna (installat fuq barra tal-vettura)

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu biss jekk iċ-ċilindru tal-illokkjar tas-serratura tal-bieba tat-tagħmir oriġinali ma jkunx intuża.

7.2.10.1.

Is-swiċċ biċ-ċavetta għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anke wara 2 500 ċiklu ssettjat/mhux issettjat f’kull direzzjoni, segwiti minn minimu ta’ 96 siegħa esponiment għal test bi sprej tal-melħ skont l-IEC 68-2-11-1981, test tar-reżistenza għall-korrużjoni.

7.2.11.   Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

L-allarm għandu jiġi attivat, meta pannell vertikali ta’ 0,2 × 0,15 m jiddaħħal għal 0,3 m (imkejjel miċ-ċentru tal-pjan vertikali) minn tieqa miftuħa tal-bieba ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, lejn il-parti ta’ quddiem u b’mod parallel mat-triq b’veloċità ta’ 0,4 m/s u f’angolu ta’ 45o mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. (Ara d-disinji fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament).

7.2.12.   Kompatibbiltà elettromanjetika

Il-VAS għandha tiġi sottomessa għat-testijiet deskritti fl-Anness 7.

F’dan il-każ, VAS li tissodisfa l-istatus funzjonali kollu tat-testijiet fl-Anness 7 titqies li ma twassalx biex is-sinjal ta’ allarm idoqq bla bżonn flimkien mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.1.2.1.

Fir-rigward tal-konformità mal-istatus funzjonali f’kull test, il-VAS, li tkun iddisinjata biex iddoqq l-allarm fl-istat issettjat f’uħud mill-kundizzjonijiet tat-test mogħtija fl-Anness 7 u ddoqq is-sinjal tal-allarm fit-testijiet, titqies li qed tiffunzjona kif kienet iddisinjata fit-testijiet u għalhekk titqies li tissodisfa l-istatus funzjonali tat-testijiet. F’dan il-każ, il-manifattur tal-VAS għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

7.2.13.   Sikurezza kontra allarm falz fil-każ ta’ impatt fuq il-vettura

Għandu jiġi vverifikat li impatt sa 4,5 Joules ta’ korp emisferiku b’dijametru ta’ 165 mm u 70 ± 10 Shore A applikat fi kwalunkwe post fuq il-karrozzerija jew fuq il-ħġieġ tal-vettura, bis-superfiċe kkurvat tiegħu, ma jikkawżax allarmi foloz.

7.2.14.   Sikurezza kontra allarm falz fil-każ ta’ tnaqqis fil-vultaġġ

Għandu jiġi vverifikat li t-tnaqqis bil-mod fil-vultaġġ tal-batterija ewlenija bil-ħruġ kontinwu ta’ 0,5 V fis-siegħa għal 3 V ma jikkawżax allarmi foloz.

Kundizzjonijiet tat-test: ara l-paragrafu 7.2.1.2. ta’ hawn fuq.

7.2.15.   Test għas-sikurezza kontra allarmi foloz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri

Is-sistemi maħsuba għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri skont il-paragrafu 6.1.1. ta’ hawn fuq għandhom jiġu ttestjati flimkien mal-vettura f’kundizzjonijiet normali (paragrafu 7.2.1.2.).

Is-sistema, installata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandhiex tiġi attivata meta tkun soġġetta ħames darbiet għat-test deskritt fil-paragrafu 7.2.13. ta’ hawn fuq f’intervalli ta’ 0,5 s.

Il-preżenza ta’ persuna tmiss jew iddur ma’ barra tal-vettura (bit-twieqi magħluqa) ma għandha tikkawża l-ebda allarm falz.

8.   Struzzjonijiet

Kull VAS għandha tkun akkumpanjata bi:

8.1.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni:

8.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magna petrol u batteriji negative earth ta’ 12 V”.

8.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna.

8.1.3.

Fil-każ ta’ VAS li tinkludi immobilizzatur, struzzjonijiet addizzjonali rigward il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 162 (immobilizzatur) jew tar-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01.

8.2.

Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness 5.

8.3.

Dikjarazzjoni ġenerali lix-xerrej tal-VAS li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:

(a)

Il-VAS jenħtieġ li tkun installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(b)

L-għażla ta’ installatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-VAS jista’ jiġi kkuntattjat biex jindika installaturi xierqa);

(c)

Iċ-ċertifikat tal-installazzjoni pprovdut mal-VAS jenħtieġ li jimtela mill-installatur.

8.4.

Struzzjonijiet għall-użu

8.5.

Struzzjoni għall-manutenzjoni

8.6.

Twissija ġenerali fir-rigward ta’ periklu li jsiru xi alterazzjonijiet jew żidiet mas-sistema; dawk l-alterazzjonijiet jew żidiet għandhom awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 8.2 ta’ hawn fuq.

8.7.

Indikazzjoni tal-post(ijiet) tal-marka tal-approvazzjoni internazzjonali msemmija fil-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament u/jew iċ-ċertifikat internazzjonali ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 4.10. ta’ dan ir-Regolament.

Parti II - Approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha

Meta VAS approvata skont il-Parti I ta’ dan ir-Regolament jew ir-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 għas-serje ta’ emendi 01 tiġi installata f’vettura sottomessa għall-approvazzjoni tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament, it-testijiet li VAS jeħtieġ li tgħaddi minnhom sabiex tikseb l-approvazzjoni għall-Parti I ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ripetuti.

9.   Definizzjonijiet

Għall-fini tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

9.1.

Sistema/sistemi ta’ allarm” (AS) tfisser arranġament ta’ komponenti mwaħħla bħala tagħmir oriġinali f’tip ta’ vettura, maħsub biex jindika d-dħul mhux awtorizzat fil-vettura jew l-interferenza magħha; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali mill-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

9.2.

Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’dawk l-aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

Il-karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tal-AS;

(c)

It-tip u d-disinn tal-AS jew tal-VAS.

9.3.

Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 10., 11. u 12. ta’ hawn taħt.

9.4.

Definizzjonijiet oħrajn applikabbli għall-Parti II jinsabu fil-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament.

10.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

10.1.

L-ASs għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li, f’każ ta’ dħul mhux awtorizzat f’vettura jew l-interferenza magħha, huma jipprovdu sinjal ta’ twissija, u jistgħu jinkludu immobilizzatur.

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparati ottiċi ta’ twissija, jew ikun allarm bir-radju, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk imsemmija hawn fuq.

10.2.

Il-vetturi li jkunu mgħammra b’sistemi ta’ allarm għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tekniċi, speċjalment fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC).

10.3.

L-AS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jattivaw bi żball, b’mod partikolari waqt li l-vettura tkun fil-modalità tagħha ta’ tħaddim.

10.4.

Falliment fil-AS, jew falliment fil-provvista elettrika tagħha ma għandux jaffettwa s-sikurezza tat-tħaddim tal-vettura.

10.5.

Is-sistema ta’ allarm, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom ikunu installati b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew li jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi juża għodod, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

10.6.

Is-sistema għandha tkun irranġata b’mod li l-ixxortjar ta’ kwalunkwe ċirkwit tas-sinjal ta’ twissija ma jirrendi inoperattiv l-ebda aspett tas-sistema ta’ allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jkun ixxortjat.

11.   Speċifikazzjonijiet partikolari

11.1.   Medda ta’ protezzjoni

11.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

L-AS għandha tal-inqas tidentifika u tissenjala l-ftuħ ta’ xi bieba tal-vettura, il-bieba tal-magna u l-kompartiment tal-bagoll. Il-falliment jew it-tifi ta’ sorsi tad-dawl, eż. id-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux idgħajjef l-operazzjoni ta’ kontroll.

L-installazzjoni ta’ sensuri effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/wiri, eż.:

(a)

Ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi, tkissir ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ; jew

(b)

Ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, eż. sensur tal-inklinazzjoni;

huma permessi, filwaqt li jitqiesu l-miżuri biex jiġi pprevenut kwalunkwe daqq bla bżonn tal-allarm (=allarm falz, ara l-paragrafu 11.1.2. ta’ hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensuri addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anke wara li jseħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ tkissir ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (eż. riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensuri msemmija hawn fuq, għandu jiġi attivat mhux aktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tal-AS.

F’dan il-każ, il-perjodu tal-attivazzjoni għandu jiġi limitat bit-tneħħija tal-issettjar awtorizzat tas-sistema b’riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensuri addizzjonali, eż. il-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniċi, infraħomor) jew is-sensur tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati b’mod intenzjonali. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni separata deliberata kull darba qabel ma l-AS tiġi ssettjata. Ma għandux ikun possibbli li s-sensuri jiġu diżattivati waqt li s-sistema ta’ allarm tkun fl-istat issettjat tagħha.

11.1.2.   Sikurezza kontra allarm falz

11.1.2.1.

Għandu jiġi assigurat li l-AS kemm fil-kundizzjonijiet tagħha bħala ssettjata u mhux issettjata, ma tistax tikkawża li s-sinjal ta’ allarm idoqq bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

Impatt fuq il-vettura: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.13.;

(b)

Kompatibbiltà elettromanjetika: it-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.2.12.;

(c)

Tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija permezz ta’ skariku kontinwu: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.14.;

(d)

Allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fil-paragrafu 7.2.15.

11.1.2.2.

Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ data teknika, li s-sikurezza kontra allarm falz ġiet żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jirrikjedix uħud mit-testijiet imsemmija hawn fuq.

11.2.   Allarm akustiku

11.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ b’mod ċar u jintgħaraf u għandu jkun differenti b’mod sinifikanti minn sinjali akustiċi oħra li jintużaw fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-istrument ta’ twissija akustika tal-apparat oriġinali, jista’ jitwaħħal ukoll strument ta’ twissija akustika separat fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mill-AS, fejn dan għandu jkun protett mill-aċċess faċli u malajr mill-persuni.

Jekk jintuża apparat ta’ twissija akustika separat skont il-paragrafu 11.2.3.1. ta’ hawn taħt, l-apparat ta’ twissija akustika standard tat-tagħmir oriġinali jista’ jiġi attivat ukoll mill-AS, dment li kwalunkwe tbagħbis mal-apparat ta’ twissija akustika standard (ġeneralment iżjed aċċessibbli) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat ta’ twissija akustika addizzjonali.

11.2.2.   Durata tas-sinjal akustiku

Minimu: 25 s

Massimu: 30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jindaqq biss wara l-interferenza li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi hawn fuq. (Restrizzjonijiet: ara l-paragrafi 11.1.1. u 11.1.2. ta’ hawn fuq).

It-tneħħija tal-issettjar tas-sistema ta’ allarm għandha taqta’ s-sinjal immedjatament.

11.2.3.   Speċifikazzjonijiet dwar is-sinjal akustiku

11.2.3.1.

Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiku, eċċ., data skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza tal-attivazzjoni: (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

11.2.3.2.

Apparat li jipproduċi sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustiku, eċċ., data skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ugwali ta’ medda ta’ frekwenzi sinifikanti fil-medda msemmija hawn fuq (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ: (2 ± 1) Hz

11.2.3.3.

Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(a)

Apparat ta’ twissija akustiku approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 28, Parti I;

(b)

Jew apparat li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I, paragrafi 6.1. u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors tal-ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel bil-kundizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 28, il-Parti I.

11.3.   Allarm ottiku - jekk imwaħħal

11.3.1.   Ġenerali

F’każ ta’ dħul mhux awtorizzat fil-vettura jew interferenza magħha, l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fil-paragrafi 11.3.2. u 11.3.3. ta’ hawn taħt.

11.3.2.   Durata tas-sinjal ottiku

Id-durata ta-sinjal ottiku għandha tkun bejn 25 s u 5 minuti wara li l-allarm ikun ġie attivat. It-tneħħija tal-issettjar tas-sistema ta’ allarm għandha twaqqaf is-sinjal immedjatament.

11.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

Dwal jixegħlu u jitfu tal-indikaturi kollha tad-direzzjoni u/jew id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, inklużi l-lampi kollha fl-istess ċirkwit elettriku.

Frekwenza tal-attivazzjoni: (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, huma permessi sinjali asinkroniċi wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

11.4.   Allarm bir-radju (pager) - jekk imwaħħal

L-AS tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm bi trażmissjoni bir-radju.

11.5.   Illokkjar bl-issettjar tas-sistema ta’ allarm

11.5.1.

Meta l-magna tkun fil-modalità tagħha ta’ tħaddim, l-issettjar apposta jew bi żball tas-sistema ta’ allarm għandu jkun impossibbli.

11.6.   Issettjar u tneħħija tal-issettjar tal-AS

11.6.1.

Issettjar

Kull mezz adatt ta’ ssettjar tal-AS huwa permess, dment li dak il-mezz ma jikkawżax allarmi foloz bi żball.

11.6.2.

Tneħħija tal-issettjar

It-tneħħija tal-issettjar tal-AS għandu jinkiseb b’apparat wieħed jew b’kombinazzjoni tal-apparati li ġejjin. Apparati oħrajn li jagħtu tħaddim ekwivalenti huma permessi.

11.6.2.1.

Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi akkoppjata ma’ sistema ċentralizzata għall-illokkjar tal-vettura li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, imħaddma minn barra.

11.6.2.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. remot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu żmien minimu ta’ skannjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

11.6.2.3.

Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/dħul.

11.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat li jixgħel għall-issettjar tal-AS ikun imwaħħal f’żona protetta, għandu jiġi pprovdut dewmien għall-ħruġ. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li jkun tħaddem is-swiċċ. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jadatta għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operatur.

11.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tneħħija tal-issettjar tal-AS ikun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jkun hemm dewmien minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda qabel ma jiġu attivati s-sinjali akustiċi u ottiċi. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jadatta għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operatur.

11.9.   Wiri tal-istatus

11.9.1.

Biex jipprovdu informazzjoni dwar l-istatus tal-AS (issettjat, mhux issettjat, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, modalità attivata tal-allarm), wirjiet ottiċi ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri huma permessi. Kwalunkwe sinjal ottiku jew kwalunkwe użu ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl barra mill-kompartiment tal-passiġġieri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 48.

11.9.2.

Jekk tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” għal żmien qasir bħal bidliet minn “issettjat” għal “mhux issettjat” u viċe versa għandha tkun ottika skont il-paragrafu 11.9.1. Dik l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi ta’ direzzjoni u/jew il-lamp(i) tal-kompartiment tal-passiġġieri, dment li d-durata tal-indikazzjoni ottika bl-indikaturi tad-direzzjoni ma taqbiżx it-3 sekondi.

11.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-elettriku għall-AS għandu jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija rikarikabbli. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija rikarikabbli jew mhux rikarikabbli addizzjonali. Dawn il-batteriji bl-ebda mod ma għandhom ifornu elettriku għal partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

11.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

11.11.1.   Indikazzjoni awtomatika ta’ falliment b’awtokontroll

Malli tiġi ssettjata l-AS, sitwazzjonijiet irregolari, eż. ftuħ tal-bibien, eċċ., jistgħu jiġu identifikati minn funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal-plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

11.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew tar-radju huwa permess indipendentement mill-istat (issettjat jew mhux issettjat) u/jew il-funzjoni tal-AS. Dak l-allarm għandu jiġi attivat minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjat jew mhux issettjat) tal-AS. Għandu jkun possibbli wkoll li l-utent tal-vettura jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku,id-durata tiegħu tal-ħoss għal kull attivazzjoni ma għandiex tkun ristretta. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun qed taħdem.

12.   Kundizzjonijiet tat-test

Il-komponenti kollha tal-VAS jew tal-AS għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-paragrafu 7.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

12.1.

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u jiġu ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk il-VAS/l-AS tkunx imwaħħla jew le (eż. lampi); jew,

12.2.

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja.

12.3.

Komponenti li ma humiex inkorporati fil-vettura, eż. ċwievet.

13.   Struzzjonijiet

Kull vettura għandha tkun akkumpanjata bi:

13.1.

Struzzjonijiet għall-użu.

13.2.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

13.3.

Twissija ġenerali fir-rigward ta’ periklu li jsiru xi alterazzjonijiet jew żidiet mas-sistema.

14.   Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

14.1.

Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:

(a)

Tiddeċiedi, f’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip ġdida, jew

(b)

Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 14.1.1. (Reviżjoni) ta’ hawn taħt u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 14.1.2. (Estensjoni) ta’ hawn taħt.

14.1.1.

Reviżjoni

Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru ma humiex probabbli li se jkollhom effetti negattivi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ is-sistema ta’ allarm tal-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “reviżjoni”.

F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

14.1.2.

Il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-data rreġistrata fid-dokumenti ta’ informazzjoni:

(a)

Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew

(b)

Tkun inbidlet xi informazzjoni fid-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ partijiet mehmuża miegħu); jew

(c)

Tintalab l-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

14.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-alterazzjoni, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi għad-dokumenti ta’ informazzjoni u għar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni, għandu jiġi emendat kif xieraq biex tintwera d-data tal-aktar reviżjoni jew estensjoni reċenti.

14.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

15.   Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b’dawn ir-rekwiżiti:

15.1.

Vetturi/komponenti skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

15.2.

Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi ikkontrollata statistikament u każwali, f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

15.3.

L-Awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

16.   Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni

16.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 15. ta’ hawn fuq ma jintlaħqux.

16.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

17.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura/komponent approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.

18.   L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi risponsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.

(1)  Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6. https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.

(2)  Huma kkunsidrati biss vetturi b’sistemi li jaħdmu bl-elettriku ta’ 12 volts.

(3)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.

ANNESS 1A

Dokument ta’ informazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

F’konformità mal-paragrafu 11. ta’ dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema ta’ allarm

1.   Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk dan ikun immarkat fuq l-apparat:…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak il-markar:…

1.4.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.5.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

2.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:

2.2.

Naħa tas-sewqan: xellug / lemin (Aqta’ barra dak li ma japplikax)

3.   Mixxellanji

3.1.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

3.1.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament tas-sistema ta’ allarm installata kif muri fir-ritratti u/jew fid-disinji (fejn is-sistema ta’ allarm hija diġà approvata skont it-tip bħala unità teknika separata, tista’ ssir referenza għad-deskrizzjoni fi-punt 4.2 tad-dokument ta’ informazzjoni tal-manifattur tas-sistema ta’ allarm):

3.2.

Għal sistemi ta’ allarm li għadhom mhux approvati

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata:

3.2.2.

Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema ta’ allarm:

ANNESS 1B

Dokument ta’ informazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

F’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni KEE tat-tip ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata ta’ sistema ta’ allarm

1.   Ġenerali

1.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

1.2.

Tip:…

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk dan ikun immarkat fuq l-apparat (1):…

1.3.1.

Pożizzjoni ta’ dak il-markar:…

1.4.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

1.5.

Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:…

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

2.   Deskrizzjoni tal-apparat

2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata:…

2.1.1.

Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema ta’ allarm:…

2.1.2.

Il-miżuri meħuda kontra allarmi foloz:…

2.2.

Medda ta’ protezzjoni offruta mill-apparat:…

2.3.

Metodu ta’ ssettjar/tneħħija tal-issettjar tal-apparat:…

2.4.

Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk applikabbli:…

2.5.

Lista ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw l-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:…

3.   Disinji

3.1.

Disinji tal-komponenti ewlenin tal-apparat (id-disinji għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU jew il-marka ta’ referenza, kif applikabbli):…

4.   Struzzjonijiet

4.1.

Lista ta’ vetturi li fuqhom l-apparat huwa maħsub li jitwaħħal:…

4.2.

Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni muri permezz ta’ ritratti u/jew disinji:…

4.3.

Struzzjonijiet għall-użu:…

4.4.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm:…

4.5.

Lista tal-paragrafi ta’ dan ir-Regolament li ma japplikawx minħabba l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni għal VAS, li għandha tkun installata f’postijiet speċifiċi f’vetturi speċifiċi.

(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata kopert f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

ANNESS 2A

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 7
 (1)

maħruġa minn

:

Isem l-amministrazzjoni:

……

……

……

li tikkonċerna (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-Sistema ta’ Allarm tal-Vetturi tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 163

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni…

1.

Trademark:…

2.

Tip u isem/ismijiet kummerċjali:…

3.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:…

4.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:…

4.2.

Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (2)

4.3.

Sistema ta’ allarm:…

4.3.1.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:…

4.3.1.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament tal-VAS installata kif muri fir-ritratti u/jew d-disinji (fejn il-VAS hija diġà approvata skont it-tip bħala unità teknika separata, tista’ ssir referenza għad-deskrizzjoni fil-punt 4.2. tad-dokument ta’ informazzjoni tal-manifattur tal-VAS):

4.3.2.

Għal sistemi ta’ allarm li għadhom mhux approvati

4.3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata:…

4.3.2.2.

Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema ta’ allarm:…

5.

Deskrizzjoni qasira tal-vettura:…

6.

Id-data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni:…

7.

Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni:…

8.

Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz:…

9.

In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz:…

10.

Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata (2):

11.

Post:…

12.

Data:…

13.

Firma:…

14.

Mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni huma d-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni indikat hawn fuq:…

15.

Kwalunkwe kumment:…

(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

ANNESS 2B

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 8
 (1)

maħruġa minn

:

Isem l-amministrazzjoni:

……

……

……

Dwar (2)

:

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata bħala sistema ta’ allarm skont ir-Regolament Nru 163

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni…

1.

Trademark:…

2.

Tip u isem/ismijiet kummerċjali:…

3.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

3.1.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:…

3.2.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:…

4.

Sistema ta’ allarm:…

4.1.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk dan ikun immarkat fuq l-apparat:

4.1.1

Pożizzjoni ta’ dak il-markar:

4.2.

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ allarm:

4.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema ta’ allarm installata:…

4.2.2.

Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema ta’ allarm:…

4.2.3.

Lista ta’ vetturi li fuqhom l-allarm huwa maħsub li jitwaħħal:…

4.2.4.

Tipi ta’ vetturi li fuqhom is-sistema ta’ allarm kienet ittestjata:…

5.

Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni:…

6.

Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz:…

7.

In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz:…

8.

Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata (2):

9.

Post:…

10.

Data:…

11.

Firma:…

12.

Mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni huma d-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni indikat hawn fuq:…

13.

Kwalunkwe kumment:…

(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

ANNESS 3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

(ara l-paragrafi 4.4. sa 4.4.2. ta’ dan ir-Regolament)

Image 9

a = minimu ta’ 8 mm.

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Belġju (E 6) skont ir-Regolament tan-NU Nru 163 bin-Nru tal-approvazzjoni 00185. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 163 fil-forma oriġinali tiegħu.

ANNESS 4

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità

Jiena hawn taħt iffirmat…

(kunjom u isem)

Niċċertifika li s-sistema ta’ allarm tal-vetturi deskritta hawn taħt:

Għamla:…

Tip:…

hija konformi kompletament mat-tip approvat

fi…

nhar…

(post tal-approvazzjoni)

(data)

kif deskritt fil-formola ta’ komunikazzjoni li għandha l-approvazzjoni Nru…

Identifikazzjoni tal-komponent(i) ewlieni/ewlenin:

Komponent: … ……Immarkar:

Magħmul fi:…

nhar:…

Indirizz sħiħ u timbru tal-manifattur:…

Firma: … (jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni).

ANNESS 5

Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni

Jiena hawn taħt iffirmat… installatur professjonali, niċċertifika li l-installazzjoni tas-sistema ta’ allarm tal-vetturi deskritta hawn taħt twettqet minni stess skont l-istruzzjonijiet ta’ mmuntar pprovduti mill-manifattur tas-sistema.

Deskrizzjoni tal-vettura

Għamla:…

Tip:…

Numru tas-serje:…

Numru tar-reġistrazzjoni:…

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ allarm tal-vettura

Għamla:…

Tip:…

Numru tal-approvazzjoni:…

Magħmul fi: …nhar:…

Indirizz sħiħ u timbru tal-installatur:…

Firma: (jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni).

ANNESS 6

Speċifikazzjonijiet għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta

1.   

Iċ-ċilindru tas-swiċċ biċ-ċavetta ma għandux jisporġi b’aktar minn 1 mm mill-cowling, u l-parti li tisporġi għandha tkun konika.

2.   

Il-ġonta bejn il-qalba taċ-ċilindru u l-qoxra ta’ barra taċ-ċilindru għandha tkun kapaċi tiflaħ forza tensili ta’ 600 N u torque ta’ 25 Nm.

3.   

Is-swiċċ biċ-ċavetta għandu jkun ipprovdut b’ostaklu kontra t-titqib taċ-ċilindru.

4.   

Il-profil taċ-ċavetta għandu jkollu mill-inqas 1 000 permutazzjoni effettiva.

5.   

Is-swiċċ biċ-ċavetta ma għandux ikun jista’ jitħaddem b’ċavetta li tkun differenti b’permutazzjoni waħda miċ-ċavetta li taqbel mas-swiċċ biċ-ċavetta.

6.   

L-apertura taċ-ċavetta ta’ swiċċ biċ-ċavetta estern għandu jkollha għata jew għandha tkun protetta mod ieħor kontra d-dħul ta’ trab u/jew ilma.

ANNESS 7

Kompatibbiltà elettromanjetika

1.   

Immunità kontra disturbi kondotti tul il-linji ta’ provvista

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, tas-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 10 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tiġi ttestjata fi stat mhux issettjat u fi stat issettjat.

2.   

Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

L-ittestjar tal-immunità ta’ VAS/AS f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, tas-serje ta’ emendi 06 u l-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi jew l-Anness 9 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tiġi ttestjata bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim u bil-kriterji ta’ falliment kif iddefiniti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kundizzjonijiet tat-tħaddim u kriterji ta’ falliment għall-VAS/AS

Tip ta’ test

Kundizzjonijiet tat-tħaddim ta’ VAS/AS

Kriterji ta’ falliment

Test bil-vettura

VAS/AS fi stat mhux issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew Vettura b’50 km/siegħa (1)

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Ċavetta f’pożizzjoni MITFIJA

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Vettura fil-modalità ta’ ċċarġjar (jekk applikabbli)

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

Test tal-ESA

VAS/AS fi stat mhux issettjat

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

VAS/AS fi stat issettjat

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

3.   

Disturb elettriku minn skariki elettrostatiċi

L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-istandard tal-ISO 10605:2008/AMD 1:2014 bl-użu tal-livelli tas-severità tat-test mit-Tabella 2.

It-testijiet tal-ESD għandhom jitwettqu jew fil-livell tal-vettura jew fil-livell tas-Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Tabella 2

Livelli ta’ ttestjar tal-ESD

Tip ta’ skariku

Punti ta’ skariku

Stat ta’ VAS/AS

Network ta’ skariku

Livell tat-Test

Kriterji ta’ falliment

Skariku tal-arja

Punti li jistgħu jiġu aċċessati faċilment biss min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura

VAS/AS fi stat mhux issettjat

(jekk it-test jitwettaq fuq il-vettura, allura din tal-aħħar għandha tkun biċ-Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew b’50 km/siegħa jew bil-magna f’modalità idle)

330 pF, 2 kΩ

± 6 kV

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

Punti li jistgħu jintmessu faċilment biss minn barra tal-vettura

VAS/AS fi stat issettjat

(jekk it-test isir fuq il-vettura, allura din għandha tissakkar u ċ-Ċavetta għandha tkun f’pożizzjoni MITFIJA)

150 pF, 2 kΩ

± 15 kV

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS mingħajr attivazzjoni mill-ġdid, fi żmien sekonda, wara kull skariku

Skariku ta’ kuntatt

Punti li jistgħu jiġu aċċessati faċilment biss min-naħa ta’ ġewwa tal-vettura

VAS/AS fi stat mhux issettjat

(jekk it-test jitwettaq fuq il-vettura, allura din tal-aħħar għandha tkun biċ-Ċavetta f’pożizzjoni MIXGĦULA jew b’50 km/siegħa jew bil-magna f’modalità idle)

330 pF, 2 kΩ

± 4 kV

Attivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS

Punti li jistgħu jintmessu faċilment biss minn barra tal-vettura

VAS/AS fi stat issettjat

(jekk it-test isir fuq il-vettura, allura din għandha tissakkar u ċ-Ċavetta għandha tkun f’pożizzjoni MITFIJA)

150 pF, 2 kΩ

± 8 kV

Diżattivazzjoni mhux mistennija tal-VAS/AS mingħajr attivazzjoni mill-ġdid, fi żmien sekonda, wara kull skariku

Kull test għandu jitwettaq bi 3 skariki b’intervall minimu ta’ 5 sekondi bejn kull skariku

4.   

Emissjonijiet irradjati

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).

Il-VAS/AS għandha tkun fi stat issettjat.

(1)  Dan it-test jista’ jkun kopert mir-Regolament tan-NU Nru 10, modalità 50 km/siegħa.

ANNESS 8

Test tas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

Paragrafu 7.2.11.

Image 10