ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 464

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
28 ta' Diċembru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2312 tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja (notifikata bid-dokument C(2021) 8773)

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2313 tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022 (notifikata bid-dokument C(2021) 9852)

11

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2314 tal-14 ta’ Diċembru 2021 dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bl-isem INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

14

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2021) 9751)  ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

28.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 464/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2312

tas-7 ta’ Diċembru 2021

dwar l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja

(notifikata bid-dokument C(2021) 8773)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 142 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 95/196/KE (1), il-Kummissjoni kienet approvat l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja (“l-iskema tal-għajnuna Nordika”), li l-Finlandja kienet innotifikat skont l-Artikolu 143 tal-Att tal-Adeżjoni sabiex din tiġi awtorizzata skont l-Artikolu 142 ta’ dak l-Att. Id-Deċiżjoni 95/196/KE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)3067 tat-30 ta’ April 2009 (2). Dik id-Deċiżjoni ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/672 (3).

(2)

Peress li l-awtorizzazzjoni tal-Finlandja biex timplimenta l-iskema ta’ għajnuna Nordika kif stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2018/672 tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021, hemm bżonn li tiġi adottata Deċiżjoni ġdida.

(3)

L-għajnuna nazzjonali fit-tul imsemmija fl-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni hija maħsuba biex tiżgura li tinżamm l-attività agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana kif stabbilit mill-Kummissjoni.

(4)

Meta jitqiesu l-fatturi msemmijin fl-Artikolu 142(1) u (2) tal-Att tal-Adeżjoni, jenħtieġ li l-għajnuna nazzjonali skont dak l-Artikolu tkun limitata għaż-żoni li jinsabu fit-Tramuntana tat-62 parallel jew maġenb dak il-parallel, u li jintlaqtu minn kundizzjonijiet klimatiċi komparabbli li jagħmlu l-attività agrikola partikolarment diffiċli. Jenħtieġ li l-muniċipalità (il-“kunta”) tintgħażel bħala l-unità amministrattiva rilevanti, inklużi l-muniċipalitajiet li madwarhom għandhom muniċipalitajiet oħrajn fit-tali żoni, anke meta dawn ma jkunux jissodisfaw l-istess rekwiżiti.

(5)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-iskema u biex din tiġi kkoordinata mal-appoġġ mogħti fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (4) u (UE) Nru 1307/2013 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll fil-kuntest tal-iskemi ta’ għajnuna nazzjonali, jixraq li jiġu inklużi maż-żoni li jirċievu l-għajnuna skont din id-Deċiżjoni, l-istess muniċipalitajiet bħal dawk li jappartjenu għaż-żona delimitata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Finlandja Kontinentali 2014-2020.

(6)

Jenħtieġ li, bl-użu tal-istatistika nazzjonali disponibbli bħala l-bażi, il-perjodu ta’ referenza li b’rabta miegħu jridu jitqiesu l-iżviluppi fil-produzzjoni agrikola u l-livell tal-appoġġ ġenerali jibqa’ l-istess bħal dak mogħti fid-Deċiżjoni (UE)2018/672 u jkun ikopri l-1991, l-1992 u l-1993 f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni agrikola.

(7)

Skont l-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni, jenħtieġ li l-ammont totali tal-għajnuna li jingħata jkun biżżejjed biex tinżamm l-attività agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja, iżda ma jwassalx għal appoġġ ġenerali li jaqbeż il-livell tal-appoġġ mogħti waqt il-perjodu ta’ referenza ta’ qabel l-adeżjoni. Għalhekk jeħtieġ li titqies l-għajnuna għall-introjtu mogħtija fil-kuntest tal-politika agrikola komuni meta jkun qed jiġi stabbilit il-livell massimu tal-għajnuna li jista’ jingħata skont dak l-Artikolu. Abbażi tad-data tal-2020, jenħtieġ li l-ammont massimu annwali tal-għajnuna jiġi stabbilit bħala ammont ta’ EUR 574,5 miljun, ikkalkulat bħala ammont medju fuq perjodu ta’ sitt snin mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(8)

Jenħtieġ li l-ammont massimu medju annwali tal-għajnuna jinqasam bejn il-kategoriji tal-għajnuna tat-trobbija tal-annimali, tal-produzzjoni tal-pjanti u tipi oħra ta’ għajnuna Nordika. Fil-każ tal-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar, jixraq li jiġi stabbilit ammont massimu medju annwali tal-għajnuna separat li jkun biżżejjed biex tinżamm din it-tip ta’ produzzjoni fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja.

(9)

Jenħtieġ li l-għajnuna tingħata ta’ kull sena abbażi ta’ fatturi tal-produzzjoni (bħall-unitajiet tal-bhejjem u l-ettari), fil-limiti totali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Jenħtieġ li l-għajnuna għar-renni tingħata għal kull annimal u tkun limitata għall-għadd ta’ renni li kien hemm tradizzjonalment fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja. Fil-każ tal-ħżin tal-frott artab salvaġġ u tal-faqqiegħ salvaġġ, jenħtieġ li l-għajnuna titħalla tingħata għal kull kilogramm u, fil-każ tal-għajnuna għat-trasport tal-ħalib u tal-laħam u għal servizzi li huma indispensabbli għat-trobbija tal-annimali, skont il-kostijiet li jkunu ġġarrbu, filwaqt li jitnaqqsu l-pagamenti pubbliċi l-oħrajn li jkunu saru għall-istess kostijiet.

(11)

Fil-każ tal-ħalib tal-baqar, jenħtieġ li l-għajnuna titħalla tingħata għal kull kilogramm ta’ ħalib sabiex jinżamm l-inċentiv favur il-produzzjoni effiċjenti.

(12)

Bil-ħsieb li jkun jista’ jkun hemm reazzjoni rapida għal din il-varjazzjoni u li jinżammu l-attivitajiet agrikoli fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja, jixraq li, għal kull sena kalendarja, il-Finlandja titħalla tistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna għal kull settur f’kategorija tal-għajnuna partikulari u għal kull unità tal-produzzjoni.

(13)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Finlandja tiddistingwi l-għajnuna fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha u tistabbilixxi l-ammonti annwali tal-għajnuna skont kemm ikun gravi l-iżvantaġġ naturali u abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u ġġustifikati oħrajn marbutin mal-għanijiet stipulati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni, li huma li jinżammu l-produzzjoni primarja u l-ipproċessar tradizzjonali li huma adattati b’mod partikulari għall-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni kkonċernati, li jittejbu l-istrutturi tal-produzzjoni, tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, li jiġi ffaċilitat id-disponiment tat-tali prodotti, u li jiġi żgurat li jitħarsu l-ambjent u l-kampanja.

(14)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm pagamenti regolari tul is-sena kalendarja kollha, jenħtieġ li l-Finlandja titħalla tħallas l-għajnuna għal sena partikulari permezz ta’ pagamenti bil-quddiem ibbażati fuq stima inizjali tal-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni u ta’ unitajiet tal-produzzjoni, u tħallas l-għajnuna għall-produzzjoni tal-ħalib permezz ta’ pagamenti parzjali ta’ kull xahar ibbażati fuq il-produzzjoni fir-realtà.

(15)

Jenħtieġ li jiġi evitat li l-produtturi jingħataw kumpens żejjed billi, qabel l-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, jiġu rkuprati l-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru.

(16)

Hekk kif previst fl-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni, jenħtieġ li l-għajnuna li tingħata fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni ma twassalx għal żieda fil-produzzjoni ġenerali meta mqabbla mal-livell ta’ produzzjoni tradizzjonali fiż-żona koperta mill-iskema tal-għajnuna Nordika.

(17)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit għadd massimu annwali ta’ fatturi tal-produzzjoni li jkunu eliġibbli għal kull kategorija tal-għajnuna, fosthom ammont massimu separat għall-għadd ta’ baqar tal-ħalib, li jkun fl-istess livell ta’ dak tal-perjodi ta’ referenza jew inqas minnu.

(18)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għadd ta’ baqar tal-ħalib, jenħtieġ li jitqies kif żviluppat il-kwantità prodotta fil-każ ta’ kull fattur tal-produzzjoni minn żmien il-perjodi ta’ referenza ’l quddiem. Għalhekk l-għadd massimu eliġibbli ta’ baqar tal-ħalib ġie stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2018/672.

(19)

Meta tingħata l-għajnuna għat-trobbija, għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tar-renni, jenħtieġ li dan isir b’mod li jiġi evitat il-kumpens żejjed meta tingħata flimkien mal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 213 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(20)

Fil-każ tal-produzzjoni tal-pjanti, sabiex l-art agrikola tkun tista’ tintuża b’mod flessibbli għal setturi differenti tal-produzzjoni, jenħtieġ li ż-żona massima permessa tkun ta’ 944 300 ettaru, li minnhom ammont massimu ta’ 481 200 ettaru jistgħu jkunu art bil-ħaxix.

(21)

Fil-każ tal-produzzjoni fis-serer, jenħtieġ li tiġi stabbilita żona massima separata permessa ta’ 203 ettari, li tikkorrispondi għaż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja.

(22)

Meta l-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni f’kategorija partikulari jaqbeż l-għadd massimu tagħhom f’sena partikulari, jenħtieġ li l-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni eliġibbli jitnaqqas b’għadd korrispondenti ta’ fatturi tal-produzzjoni fis-sena kalendarja ta’ wara dik li fiha jkun inqabeż l-għadd massimu.

(23)

F’konformità mal-Artikolu 143(2) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Finlandja trid tagħti informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna u l-effetti tagħha. Sabiex jiġu vvalutati aħjar l-effetti tal-għajnuna fit-tul u bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-livelli tal-għajnuna bħala ammonti medji fuq sitt snin, jixraq li jintbagħat rapport dwar l-effetti soċjoekonomiċi tal-għajnuna u li jingħataw rapporti annwali li jkun fihom l-informazzjoni finanzjarja u l-informazzjoni l-oħra marbuta mal-implimentazzjoni li tkun meħtieġa biex ikun żgurat li jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(24)

Jenħtieġ li l-Finlandja tiżgura li jittieħdu l-miżuri ta’ kontroll ix-xierqa fejn jidħlu l-benefiċjarji tal-għajnuna. Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ dawk il-miżuri u t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-iskema, jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, dawk il-miżuri ta’ kontroll jiġu allinjati ma’ dawk li jittieħdu fil-kuntest tal-politika agrikola komuni.

(25)

Peress li l-għajnuna Nordika hija marbuta mill-qrib ma’ miżuri oħra ta’ appoġġ fl-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-forestrija skont il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (7), il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament.

(26)

Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2018/672 titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022. Madankollu, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ kontroll jkomplu japplikaw sal-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għajnuna awtorizzata

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Finlandja hija awtorizzata timplimenta l-iskema ta’ għajnuna fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha li jinkludu l-muniċipalitajiet (il-kunta) imniżżlin fl-Anness I.

2.   L-ammont totali tal-għajnuna li jingħata ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ EUR 574,5 miljun fis-sena kalendarja, li minnhom massimu ta’ EUR 221,0 miljun għandhom jiġu allokati għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar. Dawn l-ammonti għandhom jitqiesu bħala ammonti medji annwali tal-għajnuna mogħtija fil-perjodu ta’ sitt snin kalendarji kopert b’din id-Deċiżjoni.

3.   L-Anness II jistabbilixxi l-kategoriji tal-għajnuna u s-setturi tal-produzzjoni għal kull kategorija, l-ammonti massimi medji annwali permessi għal kull kategorija tal-għajnuna, ikkalkulati kif speċifikat fil-paragrafu 2, kif ukoll l-għadd massimu annwali ta’ fatturi tal-produzzjoni li huma eliġibbli għal kull kategorija tal-għajnuna.

4.   L-għajnuna għandha tingħata abbażi tal-fatturi tal-produzzjoni kif ġej:

(a)

għal kull unità tal-bhejjem għat-trobbija tal-annimali;

(b)

għal kull ettaru għal-produzzjoni tal-pjanti;

(c)

għal kull metru kwadru għal-produzzjoni fis-serer;

(d)

għal kull metru kubu għal-ħżin tal-prodotti ortikulturali; u

(e)

bħala kumpens għall-kostijiet reali fil-każ tat-trasport tal-ħalib u tal-laħam u ta’ servizzi li huma indispensabbli għat-trobbija tal-annimali, filwaqt li jitnaqqas kull appoġġ pubbliku ieħor li jingħata għall-istess kostijiet.

L-għajnuna għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar u għall-ħżin tal-frott artab salvaġġ u tal-faqqiegħ salvaġġ tista’ tingħata għal kull kilogramm li jkun ġie prodott fir-realtà.

L-għajnuna għat-trobbija tar-renni ma għandhiex twassal għal kumpens żejjed meta tingħata flimkien mal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 213 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Anness III jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni f’unitajiet tal-bhejjem (LU) għad-diversi tipi ta’ bhejjem.

5.   F’konformità mal-paragrafu 3 u fil-limiti stabbiliti fl-Anness II, il-Finlandja għandha tiddistingwi l-għajnuna fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha u tistabbilixxi, ta’ kull sena, l-ammonti tal-għajnuna għal kull fattur tal-produzzjoni, għal kull kost jew għal kull unità tal-produzzjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi marbutin ma’ kemm ikun gravi l-iżvantaġġ naturali u ma’ fatturi oħrajn li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni.

Artikolu 2

Perjodi ta’ referenza u ċertu għadd massimu ta’ fatturi tal-produzzjoni

1.   Il-perjodu ta’ referenza msemmi fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni għandu jkun kif ġej:

(a)

fejn tidħol il-produzzjoni: l-1992 għal-baqar u għal-ħalib tal-baqar, l-1993 għal-ortikultura, u l-ammont medju għall-1991, għall-1992 u għall-1993 għall-prodotti l-oħrajn;

(b)

fejn jidħol il-livell tal-appoġġ ġenerali: l-1993.

2.   L-għadd massimu ta’ baqar tal-ħalib eliġibbli għandu jkun ta’ 227 200 baqra.

3.   L-għadd massimu ta’ ettari tal-produzzjoni tal-pjanti eliġibbli għandu jkun ta’ 944 300 ettaru, li minnhom ammont massimu ta’ 481 200 ettaru jistgħu jkunu art bil-ħaxix, u 203 ettari jkunu għall-produzzjoni fis-serer.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna

1.   Fil-limiti previsti f’din id-Deċiżjoni, il-Finlandja għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lid-diversi kategoriji ta’ benefiċjarji. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla applikati u għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jiġu ttrattati b’mod ugwali.

2.   Il-Finlandja għandha tagħti l-għajnuna ta’ kull sena lill-benefiċjarji, abbażi tal-fatturi jew tal-unitajiet tal-produzzjoni fir-realtà msemmijin fl-Artikolu 1(3). Jistgħu jsiru pagamenti bil-quddiem tal-għajnuna abbażi tal-istima inizjali għal sena partikulari.

3.   L-għajnuna għall-ħalib tal-baqar tista’ tingħata permezz ta’ pagamenti parzjali ta’ kull xahar ibbażati fuq iċ-ċifri reali tal-produzzjoni.

4.   Meta jinqabeż l-għadd massimu annwali ta’ fatturi tal-produzzjoni eliġibbli għall-għajnuna stabbilit fl-Anness II, għandu jkun hemm tnaqqis korrispondenti fl-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni eliġibbli għall-għajnuna fis-sena kalendarja ta’ wara dik li fiha jkun inqabeż l-għadd massimu.

5.   Meta jkun sar pagament żejjed jew pagament mhux dovut lil benefiċjarju, dan għandu jiġi rkuprat billi l-ammonti korrispondenti jitnaqqsu mill-għajnuna li tingħata lill-benefiċjarju fis-sena ta’ wara jew inkella b’xi mod ieħor matul dik is-sena meta l-ebda ammont ieħor ta’ għajnuna ma jkun dovut lill-benefiċjarju.

Artikolu 4

Miżuri ta’ informazzjoni u ta’ kontroll

1.   Bħala parti mill-informazzjoni li tipprovdi skont l-Artikolu 143(2) tal-Att tal-Adeżjoni, ta’ kull sena qabel l-1 ta’ Ġunju, il-Finlandja għandha tibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna li tkun ingħatat tul is-sena kalendarja ta’ qabel fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni.

L-informazzjoni għandha tikkonċerna, b’mod partikulari:

(a)

l-identifikazzjoni tal-muniċipalitajiet li fihom ingħatat l-għajnuna permezz ta’ mappa ddettaljata u ta’ data oħra, fejn dan ikun meħtieġ;

(b)

il-produzzjoni totali li kien hemm fis-sena li dwarha qed isir ir-rapport fir-reġjuni eliġibbli għall-għajnuna skont din id-Deċiżjoni, mogħtija fil-kwantitajiet għal kull wieħed mill-prodotti speċifikati fl-Anness II;

(c)

l-għadd totali ta’ fatturi tal-produzzjoni, l-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni eliġibbli għall-għajnuna u l-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni li ngħataw appoġġ skont is-setturi tal-produzzjoni speċifikati fl-Anness II, imqassmin skont kull prodott f’kull qasam, fosthom indikazzjoni dwar kull qbiż li seta’ kien hemm tal-għadd massimu annwali ta’ fatturi tal-produzzjoni permess;

(d)

l-ammont totali tal-għajnuna li ngħatat, l-ammont totali tal-għajnuna li ngħatat għal kull kategorija tal-għajnuna u għal kull tip ta’ produzzjoni, l-ammonti li tħallsu lill-benefiċjarji għal kull fattur tal-produzzjoni jew għal kull unità oħra, kif ukoll il-kriterji li jkunu ntużaw biex l-ammonti tal-għajnuna jiġu ddivrenzjati skont is-sottoreġjuni u t-tipi ta’ azjendi agrikoli differenti jew abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet oħrajn;

(e)

is-sistema ta’ pagamenti li tkun ġiet applikata u d-dettalji dwar kull pagament bil-quddiem li jkun sar abbażi tal-istimi, dwar il-pagamenti finali u dwar il-pagamenti żejda li jkunu ġew innutati u l-irkupru tagħhom;

(f)

l-ammonti tal-għajnuna li tkun ingħatat skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u skont l-Artikolu 213 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-muniċipalitajiet koperti b’din id-Deċiżjoni; u

(g)

ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha tiġi implimentata l-għajnuna.

2.   Minbarra r-rapport annwali li jkopri l-2026, qabel l-1 ta’ Ġunju 2027, il-Finlandja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jkun ikopri l-perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2026.

Dak ir-rapport għandu jindika, b’mod partikulari:

(a)

l-ammont totali tal-għajnuna li tkun tħallset matul il-perjodu ta’ ħames snin u t-tqassim tiegħu fost il-kategoriji tal-għajnuna, it-tipi ta’ produzzjoni u s-sottoreġjuni;

(b)

il-produzzjoni totali, l-għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni u l-livell tal-introjtu tal-bdiewa fir-reġjuni eliġibbli għall-għajnuna;

(c)

l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli fil-kuntest soċjali u ekonomiku tar-reġjuni tat-Tramuntana;

(d)

l-effetti tal-għajnuna fuq il-ħarsien tal-ambjent u l-konservazzjoni tal-kampanja; u

(e)

proposti għall-iżvilupp tal-għajnuna abbażi tad-data ppreżentata fir-rapport, abbażi tal-kuntest tal-produzzjoni agrikola fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni, kif ukoll abbażi ta’ fatturi rilevanti oħrajn

3.   Il-Finlandja għandha tipprovdi d-data f’forma li tkun kompatibbli mal-istandards li tuża l-Unjoni fil-qasam tal-istatistika.

4.   Il-Finlandja għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tapplika din id-Deċiżjoni u biex tapplika l-miżuri ta’ kontroll ix-xierqa fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għajnuna.

5.   Sa fejn ikun possibbli, il-miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu armonizzati mas-sistemi ta’ kontroll li jiġu applikati fil-kuntest tal-iskemi ta’ appoġġ tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni tal-emendi

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li temenda din id-Deċiżjoni, b’mod partikulari abbażi ta’ xi bidla fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq jew fl-iskema ta’ appoġġ dirett jew abbażi ta’ bidla fl-ammont ta’ kull għajnuna nazzjonali mill-Istat awtorizzata għas-settur tal-agrikoltura, kull emenda fl-għajnuna awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika biss mis-sena ta’ wara dik li fiha tkun ġiet adottata l-emenda.

Artikolu 6

Tħassir

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/672 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Madankollu, l-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkompli japplika sal-1 ta’ Ġunju 2022.

Artikolu 7

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/196/KE tal-4 ta’ Mejju 1995 dwar l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja (ĠU L 126, 9.6.1995, p. 35).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)3067 tat-30 ta’ April 2009 dwar l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/672 tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Finlandja (ĠU L 113, 3.5.2018, p. 10).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671), kif emendat.

(7)  COM/2018/392 final.


ANNESS I

IL-MUNIĊIPALITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1(1)

Enonkoski, Hankasalmi, Heinävesi, Ilmajoki, Isokyrö, Joensuu, Joroinen, Juva, Jyväskylä, Jämsä (1), Kaskinen, Kauhajoki, Kauhava, Kitee, Korsnäs, Kristiinankaupunki, Kuopio, Kuortane, Kurikka, Laihia, Lapua, Laukaa, Leppävirta, Liperi, Maalahti, Mikkeli, Mustasaari, Muurame, Mänttä-Vilppula, Närpiö, Outokumpu, Parikkala, Pieksämäki, Puumala, Rantasalmi, Rautjärvi, Ruokolahti, Ruovesi, Rääkkylä, Savitaipale, Savonlinna, Seinäjoki, Siilinjärvi, Sulkava, Suonenjoki, Taipalsaari, Teuva, Tuusniemi, Uusikaarlepyy, Vaasa, Varkaus, Vöyri, Alajärvi, Alavieska, Alavus, Evijärvi, Haapajärvi, Haapavesi, Halsua, Hirvensalmi, Honkajoki, Iisalmi, Isojoki, Joutsa, Juankoski, Kaavi, Kalajoki, Kangasniemi, Kannonkoski, Kannus, Karijoki, Karstula, Karvia, Kaustinen, Keitele, Kempele, Keuruu, Kihniö, Kinnula, Kiuruvesi, Kivijärvi, Kokkola, Konnevesi, Kontiolahti, Kruunupyy, Kyyjärvi, Kärsämäki, Lapinlahti, Lappajärvi, Lestijärvi, Liminka, Luhanka, Lumijoki, Luoto, Merijärvi, Merikarvia, Muhos, Multia, Nivala, Oulainen, Parkano, Pedersören kunta, Perho, Pertunmaa, Petäjävesi, Pielavesi, Pietarsaari, Pihtipudas, Polvijärvi, Pyhäjoki, Pyhäjärvi, Pyhäntä, Raahe, Rautalampi, Reisjärvi, Saarijärvi, Sievi, Siikainen, Siikajoki, Siikalatva, Soini, Sonkajärvi, Tervo, Tohmajärvi, Toholampi, Toivakka, Tyrnävä, Uurainen, Vesanto, Veteli, Vieremä, Viitasaari, Vimpeli, Virrat, Ylivieska, Ylöjärvi (2), Ähtäri, Äänekoski, Ilomantsi, Juuka, Kajaani, Lieksa, Nurmes, Paltamo, Rautavaara, Ristijärvi, Sotkamo, Vaala, Valtimo, Oulu, Utajärvi, Hailuoto, Hyrynsalmi, Ii, Kemi, Keminmaa, Kuhmo, Simo, Tervola, Tornio, Kemijärvi, Pello, Pudasjärvi, Puolanka, Ranua, Rovaniemi, Suomussalmi, Taivalkoski, Ylitornio, Kuusamo, Posio, Kittilä, Kolari, Pelkosenniemi, Salla, Savukoski, Sodankylä, Enontekiö, Inari, Muonio, Utsjoki.


(1)  Iż-żona ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Jämsänkoski u Kuorevesi biss.

(2)  Iż-żona ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Kuru biss.


ANNESS II

INFORMAZZJONI DETTALJATA DWAR L-GĦAJNUNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(3)

Fis-setturi f’kategorija tal-għajnuna u l-oqsma tal-produzzjoni

Ammont massimu medju annwali tal-għajnuna fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2027

(f’miljuni ta’ EUR)

L-għadd massimu annwali ta’ fatturi tal-produzzjoni eliġibbli

1.

IT-TROBBIJA TAL-ANNIMALI:

il-baqar tal-ħalib (produzzjoni tal-ħalib), il-bovini oħra, in-nagħaġ u l-mogħoż, għajnuna diżakkoppjata għall-ħnieżer u t-tjur

441,9

li minnu l-ammont li ġej mill-ħalib tal-baqar: 221,0

227 200 baqra tal-ħalib, 181 000 unità oħra tal-bhejjem u 139 200 unità ta’ ħnieżer u ta’ pollam

2.

IL-PRODUZZJONI TAL-PJANTI:

uċuħ tar-raba’ li jinħarat, il-produzzjoni fis-serra, għajnuna fil-ħżin tal-prodotti ortikulturali

112,6

944 300 ettaru ta’ uċuħ tar-raba’ li jinħarat, li minnhom 481 200 ettaru ta’ art bil-ħaxix;

203 ettari tal-produzzjoni fis-serra

3.

GĦAJNUNA NORDIKA OĦRA:

ir-renni, it-trasport tal-ħalib u tal-laħam, is-servizzi għat-trobbija tal-annimali u l-għajnuna fil-ħżin tal-frott artab salvaġġ u tal-faqqiegħ salvaġġ

20,0

171 100 renna

L-ammont totali tal-għajnuna Nordika

574,5

 


ANNESS III

IL-KOEFFIĊJENTI GĦALL-KONVERŻJONI F’UNITAJIET TAL-BHEJJEM (LU) IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1(4)

It-tabella li ġejja trid tintuża meta jkun qed jiġi stabbilit l-għadd medju ta’ unitajiet tal-bhejjem (LU)

(l-għadd massimu ta’ unitajiet tal-bhejjem):

 

LU

L-annimali bovini ta’ iktar minn sentejn u l-baqar li jreddgħu

1,0

L-erieħ li jkollhom bejn tmien xhur u sentejn

0,6

L-annimali bovini oħrajn li jkollhom bejn sitt xhur u sentejn

0,6

In-nagħaġ

0,2

Il-mogħoż

0,2

Iż-żwiemel (ta’ iktar minn sitt xhur):

id-dwieb għat-tnissil, fosthom id-dwieb tal-poni

1,0

iż-żwiemel Finlandiżi

1,0

iż-żwiemel u l-ponijiet li jkollhom bejn sena u tliet snin

0,6


28.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 464/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2313

tat-22 ta’ Diċembru 2021

dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022

(notifikata bid-dokument C(2021) 9852)

(Il-testi bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 (3) tagħti eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-VAT”) fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(2)

Fit-8 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri dwar jekk kinitx meħtieġa estensjoni, u wara dan saru talbiet għal applikazzjoni ulterjuri tal-miżura li tipprevedi eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mill-VAT fuq merkanzija importata mill-Awstrija, mill-Belġju, mill-Kroazja, mill-Greċja, mill-Ungerija, mil-Latvja, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja u minn Spanja fit-12 ta’ Novembru 2021, mill-Irlanda fis-16 ta’ Novembru 2021, mill-Bulgarija, mill-Finlandja, mill-Ġermanja, mill-Italja, minn Malta, min-Netherlands u mill-Iżvezja fis-17 ta’ Novembru 2021, mill-Estonja fit-18 ta’ Novembru 2021, mid-Danimarka u mil-Lussemburgu fid-19 ta’ Novembru 2021 u miċ-Ċekja fit-23 ta’ Novembru 2021 (“l-Istati Membri li jagħmlu t-talba”).

(3)

L-importazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri li għamlu t-talba skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/491 kienu ta’ benefiċċju biex l-organizzazzjonijiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jingħataw aċċess għall-mediċini, għall-apparat mediku u għat-tagħmir ta’ sikurezza personali meħtieġa li hemm nuqqas tagħhom. L-istatistika kummerċjali għal tali merkanzija tindika li l-importazzjonijiet relatati qabdu xejra ’l isfel, iżda għadhom sinifikanti u jvarjaw wara d-domanda għall-merkanzija meħtieġa biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19. Minkejja t-tilqim li għaddej bħalissa fl-Istati Membri u l-għadd ta’ miżuri li ttieħdu biex il-virus ma jinfirixx, l-għadd ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Istati Membri għadu ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Minħabba li l-Istati Membri li jagħmlu t-talba għadhom qed jirrapportaw nuqqas ta’ merkanzija meħtieġa biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19, jixraq li tingħata eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq il-merkanzija importata għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u eżenzjoni mill-VAT imponibbli fuq il-merkanzija importata għall-finijiet deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/132/KE.

(4)

Jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħmlu t-talba jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li ddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT bil-għan li jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19, dwar l-organizzazzjonijiet li l-Istati Membri awtorizzaw għad-distribuzzjoni jew għall-forniment ta’ dik il-merkanzija, u dwar il-miżuri li ħadu biex il-merkanzija ma tkunx tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex jiġu miġġielda l-effetti ta’ din it-tifqigħa. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħmlu t-talba jiżguraw li tali eżenzjoni mid-dazju u eżenzjoni mill-VAT jiġu applikati b’mod korrett f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u tal-VAT u biex jipprevjenu kwalunkwe frodi, evażjoni, evitar jew abbużi.

(5)

Filwaqt li jitqiesu l-isfidi estremi li jiffaċċjaw l-Istati Membri li jagħmlu t-talba, jenħtieġ li l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT jingħataw għall-importazzjonijiet li jsiru mill-1 ta’ Jannar 2022. Jenħtieġ li l-eżenzjoni tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(6)

Fit-3 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tkun eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/132/KE, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tkun maħsuba għal wieħed minn dawn l-użi li ġejjin:

(i)

id-distribuzzjoni bla ħlas mill-korpi u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19;

(ii)

il-forniment bla ħlas lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, filwaqt li l-merkanzija tibqa’ l-proprjetà tal-korpi u tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c);

(b)

il-merkanzija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u fl-Artikoli 52, 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE;

(c)

il-merkanzija hija importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-organizzazzjonijiet tal-Istat, fosthom korpi tal-Istat, korpi pubbliċi u korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika jew f’isimhom, jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jew f’isimhom.

2.   Il-merkanzija għandha tiddaħħal ukoll mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tkun eżentata mill-VAT fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/132/KE, meta din tkun importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera minn aġenziji li jagħtu l-għajnuna f’każ ta’ diżastru jew f’isimhom, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f’każ ta’ diżastru matul il-perjodu li fih jagħtu l-għajnuna lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew lil dawk li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni rigward in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li jkunu ddaħħlu kull xahar mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT skont l-Artikolu 1, fil-ħmistax-il jum tax-xahar ta’ wara x-xahar ta’ rappurtar.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2022:

(a)

lista tal-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1);

(b)

l-informazzjoni kkonsolidata dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT skont l-Artikolu 1;

(c)

il-miżuri li ttieħdu biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 78, 79, u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjonijiet lejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.

(2)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103, 3.4.2020, p. 1).


28.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 464/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2314

tal-14 ta’ Diċembru 2021

dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bl-isem “INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI” skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Settembru 2021 l-Kummissjoni ġiet ippreżentata talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bl-isem “L-INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI”.

(2)

Bid-deċiżjoni tal-5 ta’ Ottubru 2021 fis-sura ta’ ittra (C (2021) 7294 final), f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2019/788, il-Kummissjoni infurmat lill-grupp ta’ organizzaturi li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament ġew issodisfati u li l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ma kienx applikabbli. Madankollu, il-Kummissjoni spjegat ukoll li l-inizjattiva ma ssodisfatx ir-rekwiżit fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788. Għalhekk il-Kummissjoni stiednet lill-grupp ta’ organizzaturi biex, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2019/788, jemendaw l-inizjattiva tagħhom. Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-grupp ta’ organizzaturi għall-fatt li r-Regolament (UE) 2019/788 ma jippermettix li l-inizjattivi taċ-ċittadini jagħmlu proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Barra minn hekk, huwa stieden lill-grupp ta’ organizzaturi biex jindika liema att legali tal-Unjoni jixtieq li jiġi propost mill-Kummissjoni u biex jiċċara l-kontenut ta’ dawn l-att(i) legali.

(3)

Fid-19 ta’ Ottubru 2021 il-grupp ta’ organizzaturi bagħat ittra lis-servizzi tal-Kummissjoni u fiha staqsew dwar (i) ir-rekwiżit li tiġi ppreżentata “proposta”, fejn argumentaw li l-abbozzar tal-proposti jinsab f’idejn il-Kummissjoni; u (ii) l-eżami tal-inizjattiva u l-possibbiltà ta’ laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex il-proġett EVE ssuġġerit (li jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien tad-“dritt ġdid li persuna tiddeċiedi”) jiġi vvalutat miż-żewġ naħat u li jitfassal il-kontenut tal-inizjattiva (b’referenza żbaljata għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/788, li japplika biss għall-inizjattivi validi). Fit-tweġiba tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni tennew li l-għanijiet tal-inizjattiva għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788.

(4)

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-grupp ta’ organizzaturi reġa’ ppreżenta l-inizjattiva. Filwaqt li l-inizjattiva ġiet abbozzata mill-ġdid, is-sustanza tagħha baqa’ l-istess, minkejja l-istedina tal-Kummissjoni biex titqies il-valutazzjoni tagħha fid-deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2021.

(5)

L-għanijiet tal-inizjattiva huma espressi kif ġej: Fid-dawl tad-dokumentazzjoni annessa fid-dokument bl-isem “PROPOSTA tal-Inizjattiva EVE”, nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tħejji kwalunkwe att jew leġiżlazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi d-dritt (tal-bniedem) li persuna tiddeċiedi u tittrasferixxih lill-istituzzjonijiet pubbliċi. Dan joħloq sistema ta’ demokrazija diretta fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet, b’mod koeżiv, dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni jew pubbliku u b’hekk jeżerċitaw is-sovranità tal-poplu kemm b’rappreżentanti kif ukoll mingħajrhom. Minħabba d-daqs ta’ din it-talba, l-Inizjattiva ressqet abbozz ta’ proposta li tista’ tintuża biex jiġi stabbilit id-dritt li persuna tiddeċiedi. Għaldaqstant qed titlob ukoll li jiġu kkunsidrati t-tliet possibbiltajiet li ġejjin: (1) L-UE u l-istituzzjonijiet tagħha jistgħu jistabbilixxu d-dritt mitlub mill-Inizjattiva f’isimhom stess; (2) L-UE tista’ toħloq mod speċjali biex il-fattibbiltà tal-proposta tiġi eżaminata minn qabel u wara tiżgura li l-proposta tiġi żviluppata mal-partijiet kompetenti kollha possibbli fl-UE; (3) L-UE tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha biex il-proposta tiġi żviluppata u ttestjata pubblikament; dan isir mill-parti partikolari jew f’isimha jew il-proposta biss.” L-inizjattiva tiddikjara wkoll li tixtieq tikseb l-objettiv kumplessiv “li jinħolqu kwalunkwe att jew azzjoni meħtieġa biex jinħoloq is-suġġett tal-IĊE”, li probabbilment jirreferi għat-tfassil tal-kontenut u/jew l-implimentazzjoni (tal-proġett li jinstawra att ġdid) tad-“dritt li persuna tiddeċiedi”.

(6)

Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-grupp ta’ organizzaturi jfittex li jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-introduzzjoni ta’ dritt fundamentali ġdid li jenħtieġ li jistabbilixxi “sistema ta’ demokrazija diretta” fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li permezz tagħha ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiddeċiedu, “b’mod koeżiv”, “dwar kwistjonijiet komuni jew pubbliċi”, u b’hekk jeżerċitaw is-“sovranità tal-poplu” b’mod konġunt. Skont il-grupp ta’ organizzaturi, dan jenħtieġ li jinkiseb jew (1) “mill-UE f’isimha stess”, (2) “billi ‘tawtorizza’ l-iżvilupp tal-objettiv tar-rappreżentant privat tal-inizjattiva u tal-proġett tal-EVE jew ” jew (3) “flimkien mal-proġett EVE”. Il-grupp ta’ organizzaturi jiċċara li proposta bħal din tista’ timplika bidliet fit-Trattati iżda li, fil-fehma tagħhom, ir-Regolament (UE) 2019/788 jippermetti li l-inizjattivi taċ-ċittadini jitolbu lill-Kummissjoni tagħmel tali proposta. Skont l-għażliet (2) jew (3), il-grupp ta’ organizzaturi jissuġġerixxi li l-Kummissjoni “tawtorizza” proġett privat (“il-Proġett EVE”), li jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-istabbiliment tad-dritt fundamentali l-ġdid. L-objettivi l-oħra stabbiliti fid-dokument ta’ akkumpanjament kollha jservu l-objettiv ġenerali tal-introduzzjoni ta’ dan id-dritt ġdid.

(7)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(4) TUE u l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/788, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tfisser inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tas-setgħat tagħha, tippreżenta kwalunkwe proposta adatta dwar kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jqisu li, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati, ikun hemm il-ħtieġa ta’ att legali tal-Unjoni li jkun ingħata l-appoġġ ta’ mill-anqas miljun firmatarju eliġibbli minn kwart tal-Istati Membri kollha. Skont l-Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2019/788, il-Kummissjoni ma għandhiex tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini jekk “manifestament taqa’ barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati”.

(8)

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-611/19, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kunċett ta’ att legali jirreferi, fis-sens tal-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u f’konformità mal-Artikolu 288 TFUE, għal regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet adottati mill-Istituzzjonijiet. Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tħassar mill-1 ta’ Jannar 2020 u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) 2019/788. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini u l-kundizzjonijiet legali għar-reġistrazzjoni ma nbidlux. Ir-Regolament (UE) 2019/788 ma jippermettix li l-inizjattivi taċ-ċittadini jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi bidliet fit-Trattati, peress li jippermetti biss inizjattivi li jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi atti ta’ liġi sekondarja fil-qafas tas-setgħat tagħha biex timplimenta t-Trattati.

(9)

Skont kif jammetti l-grupp ta’ organizzaturi nnifsu, l-objettiv tal-inizjattiva għandu jintlaħaq permezz ta’ modifiki tat-Trattati u ma jistax jintlaħaq permezz ta’ atti legali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 288 TFUE. Barra minn hekk, sa fejn l-inizjattiva toffri li jitnieda proġett privat (“Proġett EVE”) bil-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien tad-“dritt li persuna tiddeċiedi” il-ġdid, il-Kummissjoni tinnota li lanqas dan ma jinvolvi proposta għal att bħal dan.

(10)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva bl-isem “INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI” taqa’ biċ-ċar barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fit-tifsira tal-Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2019/788.

(11)

Għaldaqstant tt-talba għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li tiġi rrifjutata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva Ewropea intitolata “INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI” ma għandhiex tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “INIZJATTIVA EVE GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DRITT TA’ PERSUNA LI TIDDEĊIEDI”, irrappreżentat mis-Sur Eberardo SÁNCHEZ LÓPEZ u s-Sur Juan Carlos ESCUDERO GONZÁLEZ li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)   ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).


28.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 464/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2315

tas-17 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2021) 9751)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Jenħtieġ li l-pjanijiet ikopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, vexxiki u intestini ttrattati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (4). Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (6).

(4)

L-Albanija, l-Arġentina, l-Awstralja, il-Belarussja, il-Brażil, iċ-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, l-Eġittu, l-Indja, l-Iran, il-Ġappun, il-Libanu, il-Mongolja, il-Marokk, New Zealand, il-Pakistan, il-Paragwaj, ir-Russja, is-Serbja, l-Iżvizzera, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit (7), l-Urugwaj u l-Użbekistan issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi għall-budellati u ġew ivvalutati b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Il-pjanijiet kollha sottomessi jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(5)

Jenħtieġ li l-kolonna “Akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE tinqasam f’erba’ subkolonni, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski”, biex tkun allinjata aħjar mal-kategoriji użati għaċ-ċertifikati stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (8), u mal-listi ta’ pajjiżi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(6)

Sabiex jiġu riflessi l-prodotti differenti tal-akkwakultura esportati mill-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni evalwat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tagħhom u kkonkludiet l-erba’ subkolonni, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski”, abbażi tal-informazzjoni stabbilita fil-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tal-akkwakultura tagħhom li ssottomettew, skont dan.

(7)

L-Albanija, l-Arġentina, l-Armenja, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, Isle of Man, Iżrael, il-Ġappun, il-Kenja, Mauritius, il-Moldova, il-Montenegro, il-Marokk, New Zealand, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, Singapore, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Urugwaj issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi, ristretti għal subkategorija waħda biss tal-akkwakultura, “ħut bil-pinen”, u ġew evalwati b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-ħut bil-pinen fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(8)

L-Awstralja, l-Iran u Madagascar issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi relatati mas-subkategorija tal-akkwakultura “prodotti tal-ħut bil-pinen” u ġie evalwat b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-prodotti tal-ħut bil-pinen fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(9)

Il-Belize, il-Brunei, Kuba, il-Gwatemala, il-Mozambique, New Caledonia, in-Nikaragwa, in-Niġerja, it-Tanzanija u l-Venezwela ssottomettew pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi, ristrett għal subkategorija waħda biss tal-akkwakultura, “krustaċji” u ġie evalwat b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-krustaċji fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(10)

Il-Messiku ma ssottomettiex pjan għall-prodotti tal-majjal lill-Kummissjoni. Madankollu, il-Messiku pprovda garanziji, fir-rigward tal-prodotti tal-majjal li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Messiku fil-kolonna tal-porċini bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(11)

L-Emirati Għarab Magħquda ma ssottomettewx pjan għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda pprovdew garanziji, fir-rigward tal-ħut bil-pinen li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Emirati Għarab Magħquda fis-subkolonna tal-ħut bil-pinen bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(12)

Il-pajjiżi terzi jistgħu jakkwistaw prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti pproċessati lejn l-Unjoni, bil-għan li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-pajjiżi terzi li jeħtieġu l-użu ta’ dan il-prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(13)

L-Albanija ma tistax tipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Albanija pprovdiet garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li tuża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Albanija fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(14)

L-Eġittu ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Eġittu pprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Eġittu fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(15)

L-Indoneżja ma tistax tipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib u l-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Indoneżja pprovdiet garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li tuża biss ħalib u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Indoneżja fir-rigward tal-ħalib u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(16)

Il-Ġappun ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-għasel, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Ġappun ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss għasel li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Ġappun fir-rigward tal-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(17)

Il-Messiku ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Messiku pprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Messiku fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(18)

Il-Marokk ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, għall-krustaċji u għall-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Marokk ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib, krustaċji u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Marokk fir-rigward tal-ħalib, il-krustaċji u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(19)

L-Oman ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, il-bajd u l-għasel, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Oman ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib, bajd u għasel li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Oman fir-rigward tal-ħalib, il-bajd u l-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(20)

It-Tajwan ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, it-Tajwan ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għat-Tajwan fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(21)

Il-Vjetnam ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib u l-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Vjetnam ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Vjetnam fir-rigward tal-ħalib u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(22)

L-Awstralja ssottomettiet pjan għall-bajd lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Awstralja għall-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(23)

Attwalment, il-Ghana hija inkluża fil-lista ta’ approvazzjoni għall-għasel, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. Il-Ghana ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għall-Ghana fir-rigward tal-għasel mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE.

(24)

Attwalment, l-Iran huwa inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-prodotti tal-akkwakultura esklużi l-ħut bil-pinen, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. L-Iran issottometta pjan għall-prodotti tal-ħut bil-pinen u għall-krustaċji lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Iran għall-prodotti tal-ħut bil-pinen u għall-krustaċji biss fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(25)

Attwalment, l-Oman huwa inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-prodotti tal-akkwakultura esklużi l-krustaċji, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. L-Oman issottometta pjan għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għall-Oman fir-rigward tal-ħut bil-pinen mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE.

(26)

Attwalment, it-Tuneżija hija inkluża fil-lista ta’ approvazzjoni għall-kaċċa salvaġġa, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. It-Tuneżija ma ssottomettietx pjan għall-kaċċa salvaġġa lill-Kummissjoni u indikat li ma kien hemm l-ebda produzzjoni tal-kaċċa salvaġġa għal ħafna snin. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għat-Tuneżija fir-rigward tal-kaċċa salvaġġa mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(27)

Wallis u Futuna ssottomettew pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Wallis u Futuna għall-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

(28)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan.

(29)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (9).

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) ( ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(7)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż  (1)

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur tat-trobbija

Prodotti tal-akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

Budellati

Prodotti tas-sajd

Molluski (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra)

Ħut bil-pinen

Prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. il-kavjar)

Krustaċji

AD

Andorra

X

X

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

 

 

X ((2a))

X

 

 

 

 

X

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (7)

 

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

 

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

 

 

X

X

 

 

X

 

X

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

X

X

 

 

X

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X

X (2)

 

 

 

 

X

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X ((2a))

 

 

 

 

 

X

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X (5)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

Il-Gżejjer

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit

X

X

X

X

X

X

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GG

Guernsey

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (4)

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

IM

Isle of Man

X

X

X

 

 

X

 

 

X

X

 

 

 

 

X

 

IN

L-Indja

 

 

 

 

X ((2a))

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

JE

Jersey

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

 

 

 

X ((2a))

X

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X ((2a))

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

X ((2a))

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

X

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

ME

Il-Montenegro

X

X (5)

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

MG

Il-Madagascar

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

X

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

X

 

X

 

MM

Il-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

MN

Il-Mongolja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

MX

Il-Messiku

 

 

X (2)

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

 

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (2)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

X

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

NZ

New Zealand

X

X

X ((2a))

X

X ((2a))

X

 

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

X

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X ((2a))

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja (6)

X

X

X

X (7)

X

X

 

 

 

X

X

 

X

 

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

 

 

 

X

X

 

 

X (8)

X

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (2)

X (2)

X (2)

X (9)

X (2)

X

 

 

 

X (2)

X ((2a))

 

X (9)

X (9)

 

 

SL

Sierra Leone

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SM

San Marino

X

 

X (2)

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SY

Is-Sirja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

X ((2a))

 

X ((2a))

 

X

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

 

 

X

X

X

 

 

 

X

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

 

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

US

L-Istati Uniti

X

X (10)

X

 

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

 

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

 

 

X

X

 

 

X

 

X

X

UZ

L-Użbekistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X

 

WF

Wallis u Futuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

XK

Il-Kosovo  (*)

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X (11)

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

”.

(1)  Din it-tabella fiha lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni.

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.

((2a))  Pajjiżi terzi li jużaw prodotti ta’ oriġini mill-annimali jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jkunu approvati għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti proċessati lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, bil-fini li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(3)  Il-ħalib tal-ġemel biss.

(4)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(5)  L-ispeċi ovina biss.

(6)  Il-Kosovo mhux inkluż.

(7)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(8)  Iċ-ċriev biss.

(9)  Għall-komoditajiet ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati għall-Unjoni, u li jinħattu, jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

(10)  L-ispeċi kaprina biss.

(11)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

(*)  Ir-ratiti biss