ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 457

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
21 ta' Diċembru 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/2269 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2270 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Lički škripavac (IĠP)

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2271 tal-11 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus rigward il-kawżi ta’ konformità ACCC/C/2008/32, ACCC/C/2015/128, ACCC/C/2013/96, ACCC/C/2014/121 u ACCC/C/2010/54

6

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2272 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr weldjaturi u tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati, għal foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni f’temperatura għolja u bi proof strength għolja, għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar u għal apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi għal vetturi tal-gass naturali ( 1 )

10

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2273 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-prodotti bil-lejżer, għas-sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli, għas-sistemi u t-tagħmir ta’ konvertituri tal-enerġija, għal-luminarji, għall-kommutaturi u t-tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx, għas-sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) u għal ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 457/1


REGOLAMENT (UE) 2021/2269 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-Istati Membri jridu jiġbru u jipprovdu data strutturali ċentrali u data tal-moduli relatati mal-azjendi agrikoli (“data ċentrali u “data tal-moduli”, rispettivament) għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026.

(2)

Biex jitwettqu l-istħarriġiet tal-istrutturi tal-azjendi agrikoli u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn finanzjament konsiderevoli min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

(3)

L-Istati Membri jridu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 75 % mingħand l-Unjoni għall-kostijiet tal-ġabriet tad-data ċentrali u tad-data tal-moduli għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, soġġetta għall-ammonti massimi speċifikati fir-Regolament (UE) 2018/1091.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għaż-żmien kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) rilevanti u jinkludi dispożizzjoni biex jiġi stabbilit l-ammont li jrid jingħata għal aktar ġbir tad-data skont il-QFP sussegwenti li jkopri l-istħarriġiet dwar l-istrutturi tal-azjendi agrikoli għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026.

(5)

Dak il-QFP sussegwenti għas-snin 2021 sa 2027 ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(6)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1091, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-QFP għas-snin 2021 sa 2027 jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, bi proposta tal-Kummissjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

(7)

L-ammont propost għas-snin 2021 sa 2027 jenħtieġ jiffinanzja l-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli mwettqa fl-2023 u fl-2026 biss, inkluż il-kostijiet relatati mal-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-bażijiet tad-data użati mill-Kummissjoni biex tipproċessa d-data pprovduta mill-Istati Membri.

(8)

Barra minn hekk, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa xieraq li r-referenza għalih fir-Regolament (UE) 2018/1091 tiġi mħassra.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/1091 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie kkonsultat,

(11)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jirċievu finanzjament mill-Unjoni b’mod f’waqtu sabiex l-istituti nazzjonali tal-istatistika tagħhom jkunu jistgħu jħejju l-ġbir tad-data għas-sena ta’ referenza 2023,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-kostijiet miġbura flimkien tal-ġabriet tad-data ċentrali u tad-data tal-moduli għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun limitata għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:”;

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

EUR 2 000 000 kull wieħed għall-Bulgarija, għall-Ġermanja, għall-Ungerija u għall-Portugall;”;

(b)

il-paragrafu 5 jitħassar;

(c)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont l-Artikolu 4(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u, sa mill-1 ta’ Jannar 2023, skont l-Artikolu 5(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).”;"

(2)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm tal-ġabriet tad-data għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, inkluż l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażi tad-data użati fi ħdan il-Kummissjoni biex tkun ipproċessata d-data pprovduta mill-Istati Membri permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun EUR 40 000 000 għall-perjodu kopert bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (*2).

(*2)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).”."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2021.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 457/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2270

tal-14 ta’ Diċembru 2021

li jirreġistra isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Lički škripavac” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Lički škripavac” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Lički škripavac” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Lički škripavac” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.3. Ġobon, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 325, 13.8.2021, p. 22.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

21.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 457/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2271

tal-11 ta’ Ottubru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus rigward il-kawżi ta’ konformità ACCC/C/2008/32, ACCC/C/2015/128, ACCC/C/2013/96, ACCC/C/2014/121 u ACCC/C/2010/54

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Frar 2005, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”) (1) ġiet approvata, f’isem il-Komunità Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (2).

(2)

L-Unjoni implimentat l-obbligi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħha b’mod partikolari permezz tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ġie stabbilit il-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (il-“Kumitat għall-Konformità”). Il-Kumitat għall-Konformità għandu l-kompetenza li jagħmel rieżami tal-konformità mill-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus għall-obbligi tagħhom skont dik il-Konvenzjoni.

(4)

Fis-seba’ sessjoni tagħha bejn it-18 u l-20 ta’ Ottubru 2021, il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus (“il-Laqgħa tal-Partijiet”) mistennija tadotta d-deċiżjoni VII/8f dwar il-konformità mill-Unjoni mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus (“id-deċiżjoni VII/8f”), inkluż, b’mod partikolari, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawżi ACCC/C/2008/32 u ACCC/C/2015/128. Id-Deċiżjoni VII/8f tkopri wkoll is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawżi ACCC/C/2013/96 u ACCC/C/2014/121 u fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tat-talba ACCC/M/2017/3 fir-rigward tad-deċiżjoni V/9 g (il-kawża ACCC/C/2010/54).

(5)

Is-sejbiet fil-kawżi ACCC/C/2008/32, ACCC/C/2015/128, ACCC/C/2013/96 u ACCC/C/2014/121 ser jiġu ppreżentati lil-Laqgħa tal-Partijiet permezz tad-deċiżjoni VII/8f li biha jiksbu l-istatus ta’ interpretazzjoni uffiċjali tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus u fuq il-korpi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

(6)

Fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kumitat għall-Konformità ppreżenta s-sejbiet lill-Unjoni fil-kawża ACCC/C/2008/32 rigward l-aċċess għall-ġustizzja fil-livell tal-Unjoni. Fil-paragrafu 123 tas-sejbiet tiegħu, il-Kumitat tal-Konvenzjoni ddikjara li “il-Parti kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja mill-membri tal-pubbliku minħabba li la r-Regolament ta’ Aarhus ma jimplimenta jew jikkonforma mal-obbligi previsti f’dawk il-paragrafi u lanqas il-ġurisprudenza tal-QĠUE.

(7)

Il-korpi tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ġew mgħarrfa, bid-Dikjarazzjoni li l-Unjoni kienet għamlet mal-firma u li kienet tenniet waqt l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li “[f]il-kuntest istituzzjonali u ġuridiku tal-Komunità […] l-istituzzjonijiet Komunitarji ser japplikaw il-Konvenzjoni fi ħdan il-qafas tar-regoli eżistenti u futuri tagħhom dwar l-aċċess għad-dokumenti u regoli rilevanti oħra tal-liġi Komunitarja fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni.”.

(8)

Il-proċedura ta’ rieżami amministrattiv skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tikkomplementa s-sistema ġenerali tal-Unjoni ta’ rieżami ġudizzjarju li tippermetti lill-membri tal-pubbliku li jkollhom atti amministrattivi rieżaminati permezz ta’ kontestazzjonijiet ġudizzjarji diretti fil-livell tal-Unjoni, jiġifieri skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u, f’konformità mal-Artikolu 267 TFUE, permezz ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminarja magħmula minn qrati nazzjonali, li jiffurmaw parti integrali mis-sistema tal-Unjoni skont it-Trattati. Is-setgħa tal-qrati nazzjonali li jagħmlu talba lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE għandha rwol essenzjali f’dik is-sistema. Skont l-Artikolu 267 TFUE, il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri huma parti integrali mis-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni bħala qrati ordinarji mil-liġi tal-Unjoni. (4)

(9)

Filwaqt li qieset it-tħassib espress mill-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2008/32, fl-14 ta’ Ottubru 2020 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (“l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006”). Il-koleġiżlaturi laħqu ftehim politiku rigward l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fit-12 ta’ Lulju 2021. L-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 ser jiżgura li l-liġi tal-Unjoni hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali b’mod li tkun kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni u mas-sistema tagħha ta’ rieżami ġudizzjarju.

(10)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għall-Konformità bid-dettalji tal-ftehim politiku rigward l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u pprovdiet lill-Kumitat għall-Konformità b’verżjoni konsolidata tat-test ta’ dak l-emendar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għall-Konformità dwar il-passi sussegwenti tal-proċedura leġiżlattiva u li d-dħul fis-seħħ tal-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 huwa mistenni l-aktar tard fil-bidu ta’ Novembru 2021. Għalhekk, id-deċiżjoni VII/8f jenħtieġ li tilqa’ l-miżuri li għandhom jiġu introdotti bl-emendar għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u jenħtieġ li tinnota li, ladarba l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 jidħol fis-seħħ, hija ser twieġeb bis-sħiħ għas-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2008/32.

(11)

Fis-17 ta’ Marzu 2021,il-Kumitat għall-Konformità ppreżenta s-sejbiet tiegħu lill-Unjoni fil-kawża ACCC/C/2015/128. Il-Kumitat għall-Konformità sab li l-Unjoni kienet qed tikser il-Konvenzjoni ta’ Aarhus minħabba n-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji għall-membri tal-pubbliku biex jikkontestaw deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat meħuda mill-Kummissjoni.

(12)

B’rikonoxximent tat-tħassib u tas-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2015/128, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni bħala parti mill-kompromess li wassal għall-ftehim politiku rigward l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, fejn impenjat ruħha li “tanalizza l-implikazzjonijiet tas-sejbiet u tivvaluta l-opzjonijiet disponibbli. Il-Kummissjoni ser tlesti u ser tippubblika din il-valutazzjoni sa tmiem l-2022. Jekk ikun xieraq, sa tmiem l-2023, il-Kummissjoni ser tressaq miżuri biex tindirizza l-kwistjoni, fid-dawl tal-obbligi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u filwaqt li tqis ir-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”.

(13)

Jenħtieġ li l-Unjoni tiddikjara li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tanalizza l-implikazzjonijiet tas-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità, li tivvaluta l-opzjonijiet disponibbli, li tlesti u tippubblika l-valutazzjoni u li tressaq, jekk ikun il-każ, miżuri biex tindirizza l-kwistjoni mqajma mill-Kumitat għall-Konformità, fil-limiti ta’ żmien indikati fid-dikjarazzjoni u filwaqt li jitqiesu r-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tirrikonoxxi s-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2015/128 u li tipproponi lil-Laqgħa tal-Partijiet li l-adozzjoni ta’ pożizzjoni dwar dawk is-sejbiet tiġi posposta għas-sessjoni li jmiss tal-Laqgħa tal-Partijiet, minflok ma tapprova dawk is-sejbiet. F’każ li l-pożizzjoni tal-Unjoni li tirrikonoxxi s-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2015/128 ma tiġix aċċettata mill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ikun jenħtieġ li l-Unjoni tipproponi li tittieħed deċiżjoni separata dwar il-parti tad-deċiżjoni VII/8f li tikkonċerna l-kawża ACCC/C/2015/128 u li l-Unjoni tirrifjuta l-adozzjoni ta’ dik il-parti tad-deċiżjoni VII/8f bl-għan li tipposponi t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dawk is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità. F’każ li ma jkunx possibbli li tittieħed deċiżjoni separata dwar dik il-parti tad-deċiżjoni VII/8f, ikun jenħtieġ li l-Unjoni, wara li tkun eżawriet il-mezzi kollha għal dak il-għan, u bħala l-aħħar soluzzjoni, tieħu l-pożizzjoni li l-adozzjoni tad-deċiżjoni VII/8f fl-intier tagħha tiġi posposta għas-sessjoni li jmiss tal-Laqgħa tal-Partijiet.

(14)

Is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2013/96 jikkonċernaw il-konformità tal-Unjoni b’rabta mal-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ lista ta’ “Proġetti ta’ Interess Komuni”.

(15)

Is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2014/121 jikkonċernaw il-konformità tal-Unjoni b’rabta mar-rikonsiderazzjoni jew l-aġġornament tal-permessi skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(16)

Is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tat-talba ACCC/M/2017/3 jikkonċernaw is-segwitu għad-deċiżjoni V/9 g (il-kawża ACCC/C/2010/54, approvata mil-Laqgħa tal-Partijiet fl-2014).

(17)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet, peress li d-deċiżjoni VII/8f ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus (“il-Laqgħa tal-Partijiet”) fir-rigward tad-deċiżjoni VII/8f dwar il-konformità mill-Unjoni mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus (“id-deċiżjoni VII/8f”) rigward il-kawża ACCC/C/2008/32 għandha tkun li tiġi aċċettata d-deċiżjoni VII/8f u li jiġu approvati s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità. Madankollu, l-Unjoni għandha tiżgura li l-punti li ġejjin ikunu riflessi f’dik id-deċiżjoni:

id-deċiżjoni VII/8f għandha tesprimi s-sodisfazzjon li l-Unjoni ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tiżgura l-konformità mas-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità; u

id-deċiżjoni VII/8f għandha tikkonferma li l-Unjoni tkun issodisfat bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità fir-rigward tal-kawża ACCC/C/2008/32 ladarba jkun daħal fis-seħħ l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

Fid-dikjarazzjoni dwar id-deċiżjoni VII/8f rigward il-kawża ACCC/C/2008/32, l-Unjoni għandha tenfasizza r-rwol ċentrali tal-qrati nazzjonali tal-Unjoni bħala qrati ordinarji tal-liġi tal-Unjoni u s-sistema ta’ deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE bħala mezz validu ta’ rimedju.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet fir-rigward tad-deċiżjoni VII/8f rigward il-kawża ACCC/C/2015/128, għandha tkun li ma jiġux approvati s-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità, iżda minflok li jiġu rikonoxxuti t-tħassib u s-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità u li tipproponi li l-adozzjoni tal-pożizzjoni dwar is-sejbiet f’dik il-kawża tiġi posposta għas-sessjoni li jmiss tal-Laqgħa tal-Partijiet.

2.   Bil-ħsieb li tiġġustifika t-talba għal tali posponiment u li tagħti prova li hija lesta tagħti segwitu mingħajr dewmien għas-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità fil-kawża ACCC/C/2015/128, l-Unjoni għandha tiddikjara li fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva dwar l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni li permezz tagħha:

iddikjarat li bħalissa qiegħda tanalizza l-implikazzjonijiet tas-sejbiet u qiegħda tivvaluta l-opzjonijiet disponibbli;

impenjat ruħha li tlesti u li tippubblika dik il-valutazzjoni sa tmiem l-2022;

impenjat ruħha li tressaq, jekk ikun xieraq, sa tmiem l-2023, miżuri biex tindirizza l-kwistjoni, fid-dawl tal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u filwaqt li tqis ir-regoli tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għall-Kumitat għall-Konformità qabel is-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet.

3.   F’każ li l-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jaċċettawx il-pożizzjoni meħuda f’isem l-Unjoni fil-kawża ACCC/C/2015/128 imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet fir-rigward tad-deċiżjoni VII/8f rigward il-kawża ACCC/C/2015/128 għandha tkun, minflok, li tittieħed deċiżjoni separata dwar il-parti tad-deċiżjoni VII/8f li tikkonċerna l-ACCC/C/2015/128 u li tiġi rrifjutata l-adozzjoni ta’ dik il-parti tad-deċiżjoni VII/8f bl-għan li jiġi pospost it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dawk is-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità sas-sessjoni li jmiss tal-Laqgħa tal-Partijiet.

4.   Jekk, minkejja konsultazzjonijiet intensivi mal-Bureau tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u mal-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ma jkunx possibbli li tittieħed deċiżjoni separata dwar il-parti tad-deċiżjoni VII/8f li tikkonċerna l-kawża ACCC/C/2015/128 u li jiġi pospost it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dik il-kawża, filwaqt li jiġu approvati dawk il-partijiet tad-deċiżjoni VII/8f li jikkonċernaw il-kawżi ACCC/C/2008/32, ACCC/C/2013/96, ACCC/C/2014/121 u ACCC/C/2010/54, u l-Unjoni tasal għall-konklużjoni, permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post, li ġew eżawriti l-mezzi kollha għal dak il-għan, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet fir-rigward tad-deċiżjoni VII/8f rigward il-kawża ACCC/C/2015/128 għandha, bħala l-aħħar soluzzjoni, tkun li l-adozzjoni tad-deċiżjoni VII/8f tiġi posposta fl-intier tagħha għas-sessjoni li jmiss tal-Laqgħa tal-Partijiet.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet fir-rigward tad-deċiżjoni VII/8f rigward il-kawżi ACCC/C/2013/96 u ACCC/C/2014/121 u t-talba ACCC/M/2017/3 fir-rigward tad-deċiżjoni V/9 g (il-kawża ACCC/C/2010/54) għandha tkun li jiġu approvati s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità fid-deċiżjoni VII/8f.

Artikolu 4

Tibdil minuri għall-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 jista’ jsir qbil fuqu mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul il-koordinazzjoni fuq il-post u fid-dawl ta’ negozjati possibbli dwar id-deċiżjoni VII/8f fis-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(4)  Opinjoni 1/09 tal-Qorti tal-Ġustizzja (Qorti Plenarja) tat-8 ta’ Marzu 2011, Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE, ECLI:EU:C2011:123, paragrafu 80.

(5)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


21.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 457/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2272

tal-20 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr weldjaturi u tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati, għal foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni f’temperatura għolja u bi proof strength għolja, għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar u għal apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi għal vetturi tal-gass naturali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza li hemm referenza għalihom fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/071, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN 13445-10:2021 dwar reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar, tan-nikil u tal-ligi tan-nikil, u l-istandard armonizzat EN 17278:2021 dwar apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi għal vetturi tal-gass naturali.

(4)

Abbażi tat-talba M/071 u biex jiġi rifless l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 10216-5:2013 u EN 10217-7:2014 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 293/01 (4) u dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 10216-5:2021 u EN 10217-7:2021, rispettivament, dwar tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr weldjaturi u tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni. Is-CEN emenda wkoll l-istandards armonizzati EN 10222-2:2017 u EN 10222-4:2017 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 389/01 (5) u dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 10222-2:2017+A1:2021 u EN 10222-4:2017+A1:2021 dwar il-foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni.

(5)

Barra minn hekk, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin dwar reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni 2016/C 293/01: EN 13445-1:2014, EN 13445-1:2014/A1:2014, EN 13445-4:2014, EN 13445-8:2014 u EN 13445-8:2014/A1:2014. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 13445-1:2021, EN 13445-4:2021 u EN 13445-8:2021.

(6)

Barra minn hekk, abbażi tat-talba M/071, is-CEN emenda l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (6): EN 13445-2:2014, EN 13445-2:2014/A1:2016, EN 13445-2:2014/A2:2018, EN 13445-2:2014/A3:2018 dwar materjali għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar; EN 13445-3:2014, EN 13445-3:2014/A1:2015, EN 13445-3:2014/A2:2016, EN 13445-3:2014/A3:2017, EN 13445-3:2014/A4:2018, EN 13445-3:2014/A5:2018, EN 13445-3:2014/A6:2019, EN 13445-3:2014/A7:2019 u EN 13445-3:2014/A8:2019 dwar id-disinn ta’ reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar; EN 13445-5:2014, EN 13445-5:2014/A1:2018 dwar l-ispezzjoni u l-ittestjar għal reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar u EN 13445-6:2014, EN 13445-6:2014/A2:2018 dwar id-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar mibnija minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 13445-2:2021, EN 13445-3:2021, EN 13445-5:2021 u EN 13445-6:2021.

(7)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071.

(8)

L-istandards relatati mal-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li hemm referenza għalihom fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13445-10:2021, EN 17278:2021, EN 10216-5:2021, EN 10217-7:2021, EN 10222-2:2017+A1:2021, EN 10222-4:2017+A1:2021, EN 13445-1:2021, EN 13445-4:2021, EN 13445-8:2021, EN 13445-2:2021, EN 13445-3:2021, EN 13445-5:2021 u EN 13445-6:2021 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati bil-komunikazzjonijiet 2016/C 293/01 u 2017/C 389/01 ġew sostitwiti, riveduti jew emendati: EN 10216-5:2013, EN 10217-7:2014, EN 10222-2:2017, EN 10222-4:2017, EN 13445-1:2014, EN 13445-1:2014/A1:2014, EN 13445-4:2014, EN 13445-8:2014, EN 13445-8:2014/A1:2014. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616.

(11)

Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13445-2:2014, EN 13445-3:2014, EN 13445-5:2014 u EN 13445-6:2014 flimkien ma’ kwalunkwe emenda għalihom ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616, peress li dawn ġew sostitwiti. Għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(12)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, tal-istandards riveduti jew tal-istandards emendati, huwa meħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit.

(13)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mill-21 ta’ Ġunju 2023.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(3)  Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni), (ĠU C 293, 12.8.2016, p. 1).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni),(ĠU C 389, 17.11.2017, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).


ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru l-entrati 7, 8, 9 u 10;

(2)

l-entrati 7a, 8a, 9a u 10a li ġejjin jiddaħħlu fil-post xieraq sekwenzjalment skont in-numru tal-entrata:

Nru

Referenza tal-istandard

“7a.

EN 13445-2:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 2: Materjali”

“8a.

EN 13445-3:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 3: Disinn”

“9 a.

EN 13445-5:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 5: Spezzjoni u ttestjar”

“10 a.

EN 13445-6:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 6: Rekwiżiti għad-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni u partijiet taħt pressjoni magħmulin minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali”;

(3)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“42.

EN 10216-5:2021

Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 5: Tubi tal-azzar inossidabbli

43.

EN 10217-7:2021

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 7: Tubi tal-azzar inossidabbli

44.

EN 10222-2:2017+A1:2021

Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 2: Azzar ferritiku u azzar martensitiku bi proprjetajiet speċifikati f’temperaturi elevati

45.

EN 10222-4:2017+A1:2021

Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 4: Azzar b’partikoli fini li jista’ jiġi wweldjat, bi proof strength għolja

46.

EN 13445-1:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 1: Ġenerali

47.

EN 13445-4:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 4: Fabbrikazzjoni

48.

EN 13445-8:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tal-aluminju u ta’ ligi tal-aluminju

49.

EN 13445-10:2021

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 10: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tan-nikil u ta’ ligi tan-nikil

50.

EN 17278:2021

Vetturi tal-gass naturali - Apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi”.


ANNESS II

Fl-Anness II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“40.

EN 10216-5:2013

Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 5: Tubi tal-azzar inossidabbli

Il-21 ta’ Ġunju 2023

41.

EN 10217-7:2014

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 7: Tubi tal-azzar inossidabbli

Il-21 ta’ Ġunju 2023

42.

EN 10222-2:2017

Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 2: Azzar ferritiku u azzar martensitiku bi proprjetajiet speċifikati f’temperaturi elevati

Il-21 ta’ Ġunju 2023

43.

EN 10222-4:2017

Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 4: Azzar b’partikoli fini li jista’ jiġi wweldjat, bi proof strength għolja

Il-21 ta’ Ġunju 2023

44.

EN 13445-1:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 1: Ġenerali

EN 13445-1:2014/A1:2014

Il-21 ta’ Ġunju 2023

45.

EN 13445-4:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 4: Fabbrikazzjoni

Il-21 ta’ Ġunju 2023

46.

EN 13445-8:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tal-aluminju u ta’ ligi tal-aluminju

EN 13445-8:2014/A1:2014

Il-21 ta’ Ġunju 2023”


21.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 457/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2273

tal-20 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-prodotti bil-lejżer, għas-sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli, għas-sistemi u t-tagħmir ta’ konvertituri tal-enerġija, għal-luminarji, għall-kommutaturi u t-tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx, għas-sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) u għal ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-202:2021 għall-attwaturi tal-valv li jaħdmu bl-elettriku u EN IEC 61010-2-130:2021 għal tagħmir maħsub biex jintuża fi stabbilimenti edukattivi mit-tfal.

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) (3): EN 60335-2-43:2003; EN 60335-2-43:2003/A1:2006 u EN 60335-2-43:2003/A2:2008; EN 60320-2-4:2006 u EN 60320-2-4:2006/A1:2009; EN 60598-2-23:1996, EN 60598-2-23:1996/A1:2000 u EN 60598-2-23:1996/AC:1997; EN 60947-3:2009, EN 60947-3:2009/A1:2012 u EN 60947-3:2009/A2:2015; EN 60947-4-1:2010 u EN 60947-4-1:2010/A1:2012; EN 62040-1:2008, EN 62040-1:2008/A1:2013 u EN 62040-1:2008/AC:2009; EN 60838-1:2004, EN 60838-1:2004/A1:2008, u EN 60838-1:2004/A2:2011; EN 60335-2-21:2003, EN 60335-2-21:2003/A1:2005, EN 60335-2-21:2003/A2:2008, EN 60335-2-21:2003/AC:2007, u EN 60335-2-21:2003/AC:2010; EN 60670-1:2005, EN 60670-1:2005/A1:2013, EN 60670-1:2005/AC:2010, u EN 60670-1:2005/AC:2007; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; EN 60974-13:2011.

(5)

Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin u ta’ korrezzjoni: EN IEC 60335-2-43:2020 u EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020 għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani; EN IEC 60320-2-4:2021 għal konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw; EN IEC 60598-2-23:2021 għal sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal; EN IEC 60947-3:2021 għal swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis; EN IEC 60947-4-1:2019 u EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05 għal kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi; EN IEC 62040-1:2019 u EN IEC 62040-1:2019/A11:2021 għal sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS); EN 60838-1:2017, EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021 u EN 60838-1:2017/A11:2021 għal ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta; EN 60335-2-21:2021 għal ħiters tal-ilma b’akkumulu; EN IEC 60670-1:2021 u EN IEC 60670-1:2021/A11:2021 għal kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili; EN IEC 60947-5-8:2021 għal kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx; EN IEC 60974-11:2021 għal ħowlders tal-elettrodi; EN IEC 60974-13:2021 għall-klamp tar-ritorn tal-kurrent tal-iwweldjar.

(6)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 (4): EN 60335-2-5:2015 għal magni tal-ħasil tal-platti kif emendat b’EN 60335-2-5:2015/A11:2019; EN 60335-1:2012 għal apparati elettrodomestiċi u apparati simili kif emendat b’EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-5:2015/A1:2020, EN 60335-1:2012/A15:2021. Barra minn hekk, is-CEN u s-Cenelec emendaw l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1015 (5): EN 60335-2-17:2013 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili, kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 60335-2-17:2013/A2:2021.

(7)

Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni 2018/C 326/02: EN 60825-1:2014 għas-sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer; EN 61800-5-1:2007 għal sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli; EN 62477-1:2012 għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi kif emendat b’EN 62477-1:2012/A11:2014; EN 60335-2-73:2003 għal ħiters ta’ immersjoni fissi kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006 u EN 60335-2-73:2003/A2:2009; EN 61995-1:2008 għal apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili; EN 62423:2012 għal interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B, EN 60400:2017 għal ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012/A11:2021, EN 60400:2017/A1:2021.

(8)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(9)

L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-202:2021; EN IEC 61010-2-130:2021; EN IEC 60335-2-43:2020 kif emendat b’EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020; EN IEC 60320-2-4:2021; EN IEC 60598-2-23:2021; EN IEC 60947-3:2021; EN IEC 60947-4-1:2019 kif ikkoreġut b’EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05; EN IEC 62040-1:2019 kif emendat b’EN IEC 62040-1:2019/A11:2021; EN 60838-1:2017 kif emendat b’EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021, u EN 60838-1:2017/A11:2021; EN 60335-2-21:2021; EN IEC 60670-1:2021 kif emendat b’EN IEC 60670-1:2021/A11:2021; EN IEC 60947-5-8:2021; EN IEC 60974-11:2021; EN IEC 60974-13:2021; EN 60335-2-5:2015 kif emendat b’EN 60335-2-5:2015/A11:2019, u EN 60335-2-5:2015/A1:2020; EN 60335-1:2012 kif emendat u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014, EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, u EN 60335-1:2012/A15:2021; EN 60335-2-17:2013 kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020, u EN 60335-2-17:2013/A2:2021; EN 60825-1:2014 kif emendat b’EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007 kif emendat b’EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012 kif emendat b’EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003 kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006, EN 60335-2-73:2003/A2:2009, u EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008 kif emendat b’EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012 kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021; EN 60400:2017 kif emendat b’EN 60400:2017/A1:2021 jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni rilevanti għalihom.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (6) tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. EN 60335-2-43:2003; EN 60320-2-4:2006; EN 60598-2-23:1996; EN 60947-3:2009; EN 60947-4-1:2010; EN 62040-1:2008; EN 60838-1:2004; EN 60335-2-21:2003; EN 60670-1:2005; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; EN 60974-13:2011; EN 60825-1:2014; EN 61800-5-1:2007; EN 62477-1:2012; EN 60335-2-73:2003; EN 61995-1:2008; EN 62423:2012; EN 60400:2017.

(12)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(13)

Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1:2012, EN 60335-2-5:2015 u EN 60335-2-17:2013, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956.

(14)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 60335-2-43:2020 kif emendati b’EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020; EN IEC 60320-2-4:2021; EN IEC 60598-2-23:2021; EN IEC 60947-3:2021; EN IEC 60947-4-1:2019 kif ikkoreġut b’EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05; EN IEC 62040-1:2019 kif emendat b’EN IEC 62040-1:2019/A11:2021; EN 60838-1:2017 kif emendat b’EN 60838-1:2017/A1:2017, EN 60838-1:2017/A2:2021 u EN 60838-1:2017/A11:2021; EN 60335-2-21:2021; EN IEC 60670-1:2021 kif emendat b’EN IEC 60670-1:2021/A11:2021; EN IEC 60947-5-8:2021; EN IEC 60974-11:2021; EN IEC 60974-13:2021; EN 60335-2-5:2015 u EN 60335-2-5:2015/A11:2019 kif emendati b’EN 60335-2-5:2015/A1:2020; EN 60335-1:2012 kif emendat u kkoreġut b’EN 60335-1:2012/AC:2014, EN 60335-1:2012/A11:2014, EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019, u EN 60335-1:2012/A15:2021; EN 60335-2-17:2013 kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-17:2013/A1:2020, u EN 60335-2-17:2013/A2:2021; EN 60825-1:2014 kif emendat b’EN 60825-1:2014/A11:2021; EN 61800-5-1:2007 kif emendat b’EN 61800-5-1:2007/A1:2017 u EN 61800-5-1:2007/A11:2021; EN 62477-1:2012 u EN 62477-1:2012/A11:2014 kif emendati b’EN 62477-1:2012/A1:2017 u EN 62477-1:2012/A12:2021; EN 60335-2-73:2003 kif emendat b’EN 60335-2-73:2003/A1:2006, EN 60335-2-73:2003/A2:2009, u EN 60335-2-73:2003/A11:2021; EN 61995-1:2008 kif emendat b’EN 61995-1:2008/A1:2017 u EN 61995-1:2008/A11:2021; EN 62423:2012 kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021; EN 60400:2017 kif emendat b’EN 60400:2017/A1:2021, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 60335-2-43:2003; EN 60320-2-4:2006; EN 60598-2-23:1996; EN 60947-3:2009; EN 60947-4-1:2010; EN 62040-1:2008; EN 60838-1:2004; EN 60335-2-21:2003; EN 60670-1:2005; EN 60947-5-8:2006; EN 60974-11:2010; u EN 60974-13:2011; EN 60335-2-5:2015; EN 60335-1:2012; EN 60335-2-17:2013; EN 60825-1:2014; EN 61800-5-1:2007; EN 62477-1:2012; EN 60335-2-73:2003; EN 61995-1:2008; EN 62423:2012; EN 60400:2017.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1), (3) u (5) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-21 ta’ Ġunju 2023.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 3.08.2020, p. 121).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1015 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 222, 22.06.2021, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela 2a

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 2b li ġejja:

“2b.

EN 60335-1:2012

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60335-1:2010 (Modifikat)

EN 60335-1:2012/A11:2014

EN 60335-1:2012/A13:2017

EN 60335-1:2012/A1:2019

EN 60335-1:2012/A2:2019

EN 60335-1:2012/A14:2019

EN 60335-1:2012/A15:2021”

(3)

titħassar ir-ringiela 29;

(4)

tiddaħħal ir-ringiela 29a li ġejja:

“29a.

EN 60335-2-5:2015

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-platti

EN 60335-2-5:2015/A11:2019

EN 60335-2-5:2015/A1:2020’

(5)

titħassar ir-ringiela 33a

(6)

tiddaħħal ir-ringiela 33b li ġejja:

“33b.

EN 60335-2-17:2013

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili

EN 60335-2-17:2013/A11:2019

EN 60335-2-17:2013/A1:2020

EN 60335-2-17:2013/A2:2021”

(7)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“80.

EN IEC 61010-2-202:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-202: Rekwiziti partikolari ghal attwaturi tal-valv li jaħdmu bl-elettriku

81.

EN IEC 60335-2-43:2020

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-43: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani

EN IEC 60335-2-43:2020/A11:2020

82.

EN IEC 60320-2-4:2021

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u skopijiet ġenerali simili — Parti 2-4: Konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw

83.

EN IEC 60598-2-23:2021

Luminarji — Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari - sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal għal sorsi tad-dawl ELV

84.

EN IEC 60947-3:2021

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis

85.

EN IEC 60947-4-1:2019

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 4-1: Kuntatturi u starters tal-muturi - Kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi

EN IEC 60947-4-1:2019/AC:2020-05

86.

EN IEC 62040-1:2019

Sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza

EN IEC 62040-1:2019/A11:2021

87.

EN 60825-1:2014

Sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer — Parti 1: Klassifikazzjoni tat-tagħmir u rekwiżiti

EN 60825-1:2014/A11:2021

88.

EN 61800-5-1:2007

Sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli — Parti 5-1: Rekwiżiti ta’ sikurezza — Elettrika, termali u enerġetika

EN 61800-5-1:2007/A1:2017

EN 61800-5-1:2007/A11:2021

89.

EN 62477-1:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi — Parti 1: Ġenerali

EN 62477-1:2012/A11:2014

EN 62477-1:2012/A1:2017

EN 62477-1:2012/A12:2021.

90.

EN 60335-2-73:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-73: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni fissi

EN 60335-2-73:2003/A1:2006

EN 60335-2-73:2003/A2:2009

EN 60335-2-73:2003/A11:2021

91.

EN 61995-1:2008

Apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 61995-1:2008/A1:2017

EN 61995-1:2008/A11:2021

92.

EN 62423:2012

Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B bi u bla protezzjoni integrali għal kurrent eċċessiv li jintużaw fid-dar u għal użijiet simili

EN 62423:2012/A11:2021

93.

EN 60400:2017

Ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters

EN 60400:2017/A1:2021

94.

EN IEC 61010-2-130:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-130: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir maħsub biex jintuża fi stabbilimenti edukattivi mit-tfal

95.

EN 60838-1:2017

Ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

EN 60838-1:2017/A1:2017

EN 60838-1:2017/A2:2021

EN 60838-1:2017/A11:2021

96.

EN 60335-2-21:2021

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu

97.

EN IEC 60670-1:2021

Kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN IEC 60670-1:2021/A11:2021

98.

EN IEC 60947-5-8:2021

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 5-8: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti ta’ kontroll — Swiċċijiet li jippermettu tliet pożizzjonijiet

99.

EN IEC 60974-11:2021

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 11: Ħowlders tal-elettrodi

100.

EN IEC 60974-13:2021

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 13: Klamp tar-ritorn tal-kurrent tal-iwweldjar”


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“77.

EN 60335-2-43:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-43: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal vireg biex magħhom jiddendlu x-xugamani

EN 60335-2-43:2003/A1:2006

EN 60335-2-43:2003/A2:2008

Il-21 ta’ Ġunju 2023

78.

EN 60320-2-4:2006

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u skopijiet ġenerali simili — Parti 2-4: Konnetturi għal apparati li jiddependu mill-piż tal-apparat biex joperaw

EN 60320-2-4:2006/A1:2009

Il-21 ta’ Ġunju 2023

79.

EN 60598-2-23:1996

Luminarji — Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari — Sistemi ta’ tidwil b’vultaġġ baxx ħafna iżjed min-normal għal bozoz inkandexxenti

EN 60598-2-23:1996/A1:2000

EN 60598-2-23:1996/AC:1997

Il-21 ta’ Ġunju 2023

80.

EN 60947-3:2009

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis

EN 60947-3:2009/A1:2012

EN 60947-3:2009/A2:2015

Il-21 ta’ Ġunju 2023

81.

EN 60947-4-1:2010

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 4-1: Kuntatturi u starters tal-muturi - Kuntatturi u starters tal-muturi elettromekkaniċi

EN 60947-4-1:2010/A1:2012

Il-21 ta’ Ġunju 2023

82.

EN 62040-1:2008

Sistemi tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS) — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u ta’ sikurezza għal UPS

EN 62040-1:2008/A1:2013,

EN 62040-1:2008/AC:2009

Il-21 ta’ Ġunju 2023

83.

EN 60838-1:2004

Ħowlders tal-bozoz ta’ kull xorta — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

EN 60838-1:2004/A1:2008

EN 60838-1:2004/A2:2011

Il-21 ta’ Ġunju 2023

84.

EN 60335-2-21:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu

EN 60335-2-21:2003/A1:2005

EN 60335-2-21:2003/AC:2007

EN 60335-2-21:2003/A2:2008

EN 60335-2-21:2003/AC:2010

Il-21 ta’ Ġunju 2023

85.

EN 60670-1:2005

Kaxex u għeluq għal aċċessorji elettriċi għall-installazzjonijiet elettriċi f’unità domestika u installazzjonijiet elettriċi fissi simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60670-1:2005/AC:2007

EN 60670-1:2005/AC:2010

EN 60670-1:2005/A1:2013

Il-21 ta’ Ġunju 2023

86.

EN 60947-5-8:2006

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx — Parti 5-8: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll — Swiċċijiet li jippermettu tliet pożizzjonijiet

Il-21 ta’ Ġunju 2023

87.

EN 60974-11:2010

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 11: Ħowlders tal-elettrodi

Il-21 ta’ Ġunju 2023

88.

EN 60974-13:2011

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 13: Klamp tal-iwweldjar

Il-21 ta’ Ġunju 2023

89.

EN 60825-1:2014

Sikurezza ta’ prodotti bil-lejżer — Parti 1: Klassifikazzjoni tat-tagħmir u rekwiżiti

Il-21 ta’ Ġunju 2023

90.

EN 61800-5-1:2007

Sistemi ta’ enerġija elettrika b’veloċità varjabbli — Parti 5-1: Rekwiżiti ta’ sikurezza — Elettrika, termali u enerġetika

Il-21 ta’ Ġunju 2023

91.

EN 62477-1:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal sistemi u tagħmir ta’ konverżjoni tal-enerġija elettroniċi — Parti 1: Ġenerali

EN 62477-1:2012/A11:2014

Il-21 ta’ Ġunju 2023

92.

EN 60335-2-73:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-73: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni fissi

EN 60335-2-73:2003/A1:2006

EN 60335-2-73:2003/A2:2009

Il-21 ta’ Ġunju 2023

93.

EN 61995-1:2008

Apparati għall-konnessjoni ta’ luminarji għal skopijiet domestiċi u skopijiet simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

Il-21 ta’ Ġunju 2023

94.

EN 62423:2012

Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali ta’ tip F u tip B bi u bla protezzjoni integrali għal kurrent eċċessiv li jintużaw fid-dar u għal użijiet simili

Il-21 ta’ Ġunju 2023

95.

EN 60400:2017

Ħowlders għal lampi fluworexxenti tubulari u ħowlders ta’ starters

Il-21 ta’ Ġunju 2023”